ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
13 ta' Mejju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 478/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 479/2014 tat-12 ta’ Mejju 2014 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

3

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

5

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni

45

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 482/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 114/2013 fir-rigward tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fl-2010 speċifikati għall-manifattur Great Wall Motor Company Limited

51

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 483/2014 tat-8 ta' Mejju 2014 dwar miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea fil-porċini kkawżata minn deltakoronavirus fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' sprej ta' demm imnixxef u plażma tad-demm ta' oriġini porċina maħsuba għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali porċini mrobbija ( 1 )

52

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kapital ipotetiku ta' kontroparti ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

57

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li japprova s-sustanza attiva Bacillus pumilus QST 2808, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

65

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 486/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ossidu tal-fenbutatin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

70

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) Varjant QST 713, identiku għall-varjant AQ 713, klodinafop, metrafenon, pirimikarb, rimsulfuron, spinosad, tijametossam, tolklofos-metil u tritikonażol ( 1 )

72

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-kadmju fl-oġġetti tal-ikel ( 1 )

75

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 489/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

80

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 490/2014 tat-12 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

84

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/266/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Ftehim tat-22 ta' Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-adattament tal-Protokoll 3 tal-Ftehim (Definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti ta' oriġini u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva), wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

86

 

 

2014/267/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

98

 

 

2014/268/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

102

 

 

2014/269/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

104

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/270/PESK tat-12 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

106

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK tat-12 ta' Mejju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

108

 

 

2014/272/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2014 li ttemm il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ġebel agglomerat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

110

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 432/2014 tat-22 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd ( ĠU L 126, 29.4.2014 )

112

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali f l-Unjoni Ewropea ( ĠU L 127, 29.4.2014 )

114

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 478/2014

tat-12 ta' Mejju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 (2) jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta' finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

(2)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 2142 (2014) li tafferma mill-ġdid l-embargo fuq l-armi fuq is-Somalja u li ġġedded, sal-25 ta' Ottubru 2014, id-determinazzjoni tiegħu li l-embargo tal-armi ma japplikax għal konsenji ta' armi, munizzjoni jew tagħmir militari jew l-għoti ta' pariri, għajnuna jew taħriġ, intenzjonati unikament għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja biex jipprovdu sigurtà għan-nies tas-Somalja, ħlief f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsenji ta' ċerti oġġetti kif stipulat fl-Anness tal-UNSCR 2111 (2013) li jirrikjedu approvazzjoni bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont l-UNSCR 751 (1992).

(3)

L-UNSCR 2142 (2014) timmodifika l-ħtiġijiet tan-notifika fir-rigward tal-konsenji ta' armi, munizzjoni jew tagħmir militari jew l-għoti ta' pariri, għajnuna jew taħriġ lill-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, kif ukoll il-proċedura għall-eżenzjoni fir-rigward tal-konsenji tal-oġġetti stipulati fl-Anness ta' UNSCR 2111 (2013).

(4)

Fit-12 ta' Mejju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/270/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK skont UNSCR 2142 (2014). Uħud minn dawk l-emendi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

L-Artikolu 2a(e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

l-għoti ta' finanzjament, għajnuna finanzjarja, pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ relatat ma' attivitajiet militari, ħlief f'dak li għandu x'jaqsam mal-punti stipulati fl-Anness III, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li tali finanzjament, għajnuna finanzjarja, parir tekniku, għajnuna jew taħriġ huma maħsuba biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja; u

(ii)

tkun saret notifika lill-Kumitat stabbilit b'paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) mill-Gvern Federali tas-Somalja jew, b'mod alternattiv, mill-Istat Membru li jkun qed jipprovdi l-finanzjament, l-għajnuna finanzjarja, il-pariri tekniċi, l-għajnuna jew it-taħriġ, minn tal-inqas ħamest ijiem bil-quddiem ta' kull għotja ta' tali finanzjament, għajnuna finazjarja, parir tekniku, għajnuna jew taħriġ intenzjonati biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja biex jipprovdu sigurtà għall-poplu tas-Somalja, skont il-paragrafi 3 u 4 tal-UNSCR 2142 (2014) u l-paragrafu 16 tal-UNSCR 2111 (2013);”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja (ĠU L 24, 29.1.2003, p. 2).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/270/PESK tat-12 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (ara paġna 106 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 479/2014

tat-12 ta’ Mejju 2014

li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(2)

Il-Kunsill għamel reviżjoni tal-lista li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005, skont l-Artikolu 11a(6) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(4)

Barra minn hekk, l-informazzjoni marbuta ma' żewġ persuni fuq il-lista li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi aġġornata.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.


ANNESS

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa emendat kif ġej:

I.

L-entrata għall-persuna li ġejjahija sostitwita bl-entrata li ġejja:

 

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

4.

Marcel Gossio

Imwieled fit-18 ta' Frar 1951 f'Adjamé

Numru tal-passaport: 08AA14345 (huwa maħsub li skada fis-6 ta' Ottubru 2013)

Taħt mandat ta' arrest internazzjonali. Involut fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi pubbliċi u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzja.

Strumentali għall-finanzjament tal-klann Gbagbo u l-milizzja tiegħu. Huwa anke persunaġġ ċentrali fit-traffikar illegali ta' armi.

Minħabba l-fondi sostanzjali li kiseb illegalment, u l-familjarità tiegħu man-netwerks illegali ta' armi, huwa baqa' theddida kontinwa għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Côte d'Ivoire.

II.

L-entrata għall-persuna li ġejjagħandha l-isem ġdid kif ġej:

“Justin Koné Katina” huwa sostitwit b'“Justin Koné Katinan”

III.

L-entrata għall-persuna li ġejja, li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, hija mħassra:

Oulaï Delafosse


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/5


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2014

tat-3 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 22(7), 37(13), 38(4), 40(4), 41(3), 42(1), 42(6), 61(3), 68(1), 101, 125(8), 125(9), 127(7), 127(8) u 144(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-Parti Tnejn, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd (FEMS), li issa joperaw f'qafas komuni (il-“Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej” jew il-“Fondi ESI”). Addizzjonalment, il-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament fiha dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, iżda li ma japplikawx għall-FAEŻR u l-FEMS, u l-Parti Erbgħa ta' dak ir-Regolament fiha dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, iżda li ma japplikawx għall-FAEŻR. Għaldaqstant, dan ir-regolament jistipula dispożizzjonijiet li huma applikabbli għall-Fondi ESI kollha, kif ukoll dispożizzjonijiet applikabbli biss għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jew il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li l-Kummissjoni tista' tapplika fil-qafas ta' prestazzjoni għal kull prijorità inkluża fil-programmi sostnuti mill-Fondi ESI.

(3)

Tali korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu applikati biss jekk diversi kundizzjonijiet jiġu ssodisfati b'mod konġunt. Il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta' rati fissi relatati ma' koeffiċjent, ikkalkulat b'referenza għal-livell ta' tlestija fiżika u l-użu tal-finanzi. Fatturi esterni li jikkontribwixxu għal nuqqas serju biex jintlaħqu miri fil-qafas ta' prestazzjoni sal-2023, għajr fatturi li jeskludu l-korrezzjoni finanzjarja, għandhom ikunu kkunsidrati skont il-każ u jistgħu jkunu ta' bażi għall-applikazzjoni ta' rata iktar baxxa ta' korrezzjoni minn dik li kieku tapplika fuq il-bażi tal-koeffiċjent.

(4)

Fid-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati fil-qafas ta' prestazzjoni, allokazzjoni speċjali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żagħżagħ għandha tkun ttrattata separatament.

(5)

Regoli speċifiċi għandhom jiċċaraw id-dipożizzjonijiet dwar ix-xiri ta' art bis-sostenn ipprovdut mill-istrumenti finanzjarji.

(6)

Qafas koerenti għall-kombinazzjoni ta' għotjiet għal sostenn tekniku ma' strument finanzjarju f'operazzjoni waħda, jirrikjedi li dan ikun possibbli biss għall-iskop ta' tħejjija teknika tal-investiment prospettiv għall-benefiċċju tar-riċevitur finali.

(7)

Biex ikun żgurat li l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji hija fdata lil korpi li jkollhom kapaċità xierqa biex jimplimentawhom f'konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-Fondi ESI, u bl-aktar mod effiċjenti, il-kriterji għall-għażla ta' korpi bħal dawn għandu jkun stabilit flimkien mar-rwol, l-obbligazzjoni u r-responsabbiltajiet.

(8)

Biex tkun żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda ta' strumenti finanzjarji li jipprovdu garanziji, il-kontribuzzjoni mill-programmi għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti, li tqis proporzjon multiplikatur xieraq.

(9)

Biex ikun żgurat li l-istrumenti finanzjarji jkunu implimentati f'konformità mal-liġi applikabbli, għandhom isiru dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni u l-kontroll tagħhom, inkluż l-awditjar.

(10)

Biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-kontributi tal-programm għall-istrumenti finanzjarji, kull irtirar ta' tali kontributi għandu jkun rifless kif jixraq fl-applikazzjonijiet għall-pagament rilevanti.

(11)

Biex ikun żgurat kalkolu konsistenti tas-sussidji tar-rati tal-imgħax kapitalizzati eliġibbli u tas-sussidji ta' tariffi tal-garanziji, għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għall-kalkolu tagħhom.

(12)

Għall-promozzjoni ta' skjerament rapidu u effiċjenti ta' fondi f'ekonomija reali u ġestjoni finanzjarja soda, filwaqt li tkun żgurata remunerazzjoni raġonevoli għal korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji, għandhom ikunu stabbiliti kriterji għad-determinazzjoni tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni abbażi ta' prestazzjoni, il-limiti minimi applikabbli, u regoli dwar ir-rimbors ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati għal strumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu.

(13)

F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, id-dħul iġġenerat bl-operazzjonijiet għandu jitqies meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni pubblika.

(14)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-metodu għall-kalkolu tad-dħul nett skontat ta' operazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-perjodi ta' referenza applikabbli għas-settur ta' dik l-operazzjoni, il-profittabilità normalment mistennija mit-tip ta' investiment, l-applikazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas u, jekk xieraq, kunsiderazzjoniet tal-ekwità marbuta mal-prosperità relattiva tal-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat.

(15)

Il-perjodi ta' referenza applikabbli għas-setturi bbażati fuq dejta storika rreġistrata u maħżuna għal proġetti li jiġġeneraw dħul tal-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 għandhom ikunu stabbiliti.

(16)

Huwa neċessarju li jkunu definiti l-ispejjeż u d-dħul li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tad-dħul nett skontat kif ukoll il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-valur residwu u r-rata ta' skont finanzjarju.

(17)

Ir-rata ta' skont ta' 4 % proposta bħala punt ta' riferiment indikattiv għandha tkun ibbażata fuq rata ta' redditu fit-tul minn portafoll internazzjonali ta' investimenti kkalkulat bħala l-medja ta' redditi ta' 3 % mill-assi aġġustati 'l fuq b'1 % li hija l-perċentwali li bih il-medja tar-rendiment tal-bonds tal-gvern fit-tul fiż-żona tal-Unjoni waqa' minn meta kienet stabbilita r-rata ta' skont finanzjarju għall-perjodu ta' programmar 2007-2013.

(18)

Il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas jeħtieġ li l-ispejjeż ambjentali ta' tniġġis u dawk preventivi jkunu koperti minn dawk li jikkawżaw tniġġis u li s-sistemi tal-imposti jirriflettu l-ispejjeż totali, li jinkludu l-ispejjeż kapitali, tas-servizzi ambjentali, l-ispejjeż tat-tniġġis ambjentali u miżuri preventivi implimentati u l-ispejjeż marbuta mal-iskarsezza tar-riżorsi użati.

(19)

Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-benefiċjarji għandhom jitħallew jużaw metodi eżistenti u rati korrispondenti stipulati f'politiki oħra tal-Unjoni sabiex jikkalkulaw l-ispejjeż indiretti, jekk l-operazzjonijiet u l-benefiċjarji jkunu ta' tip simili.

(20)

Biex ikun żgurat li operazzjonijiet sostnuti minn Fondi ESI li jistgħu jużaw rata fissa għall-ispejjeż indiretti stabbiliti skont politiki oħra tal-Unjoni huma simili għal operazzjonijiet iffinanzjati skont dawn il-politiki l-oħra, huwa neċessarju li jkunu definiti l-kategoriji ta' intervent jew miżuri u prijoritajiet ta' investiment li jaqgħu taħthom.

(21)

Il-metodoloġija li għandha tintuża sabiex titwettaq l-analiżi tal-kwalità ta' proġetti kbar għandha tkun stabbilita. L-analiżi tal-kwalità minn esperti indipendenti hija prerekwiżit għal sottomissjoni ta' proġett ewlieni lill-Kummissjoni minn Stat Membru li juża l-proċedura ta' notifika pprovduta fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(22)

Jekk Stat Membru jagħżel li juża l-proċedura tan-notifika, huwa għandu jiddeċiedi jekk il-proġett ewlieni għandux ikun evalwat minn esperti indipendenti sostnuti minn assistenza teknika tal-Kummissjoni jew, bi qbil mal-Kummissjoni, minn esperti indipendenti oħra.

(23)

Il-kapaċità, il-kompetenza u l-imparzjalità tal-esperti indipendenti li jwettqu l-analiżi tal-kwalità huma fost il-fatturi prinċipali li jiddeterminaw jekk l-eżitu tal-analiżi jkunx ta' kwalità tajba u kredibbli. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti għall-esperti indipendenti biex ikun żgurat li xogħolhom fuq l-analiżi tal-kwalità jkun kredibbli u ta' kwalità għolja. L-esperti indipendenti kollha għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti kemm jekk xogħolhom hu sostnut permezz ta' assistenza teknika b'inizjattiva tal-Kummissjoni kif ukoll minn Stat Membru. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li jivverifika li l-esperti indipendenti jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti qabel ma jfittex li jikseb il-qbil tal-Kummissjoni dwar għażla ta' esperti indipendenti.

(24)

Minħabba li huma biss proġetti ewlenin li ġew ivvalutati pożittivament mill-esperti indipendenti li jistgħu jintgħażlu għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni bl-użu tal-proċedura ta' notifika, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji ċari għal dan l-għan. Huwa wkoll meħtieġ li jkunu ffissati l-istadji ta' dan il-proċess ta' analiżi u l-parametri għall-valutazzjoni ta' kwalità biex jintużaw fl-analiżi, sabiex jiġi żgurat li l-analiżi tal-kwalità ta' kull proġett maġġuri tkun ibbażata fuq l-istess approċċ metodoloġiku u li l-analiżi tal-kwalità ssir b'mod li tikkontribwixxi għat-titjib fil-kwalità tal-proġetti ewlenin analizzati.

(25)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jitlob lill-awtorità maniġerjali biex tistabbilixxi sistema sabiex tirreġistra u taħżen f'forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, l-verifika u l-awditjar, inkluż dejta dwar parteċipanti individwali. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' dejta li għandha tiġi rreġistrata u maħżuna f'din is-sistema.

(26)

Ċerta dejta hija rilevanti għal tipi partikolari ta' operazzjonijiet jew għal xi Fondi ESI biss; l-applikabilità tar-rekwiżiti tad-dejta għandha għalhekk tkun speċifikata. Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxu ħtiġijiet speċifiċi ta' reġistrazzjoni u ħażna ta' dejta dwar parteċipanti individwali fl-operazzjonijiet sostnuti mill-FSE, li jeħtieġ li jitqiesu.

(27)

Il-lista tad-dejta għandha tqis ir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fond sabiex ikun żgurata li d-dejta meħtieġa għal ġestjoni finanzjarja u l-monitoraġġ, inkluża dik meħtieġa biex jitħejjew l-applikazzjonijiet għall-ħlas, il-kontijiet u r-rapporti ta' implimentazzjoni teżisti għal kull operazzjoni f'forma li fiha tista' tiġi faċilment aggregata u rikonċiljati. Il-lista għandha tqis li ċerta dejta bażika dwar operazzjonijiet f'forma kompjuterizzata hija meħtieġa għal ġestjoni finanzjarja effettiva tal-operazzjonijiet u biex ikun sodisfatt ir-rekwiżit għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni bażika dwar l-operazzjonijiet. Ċerta dejta oħra hija meħtieġa biex effettivament ikunu ppjanati u jitwettqu verifiki u x-xogħol ta' awditjar.

(28)

Il-lista tad-dejta li għandha tiġi rreġistrata u maħżuna ma għandhiex tippreġudika l-karatteristiċi tekniċi jew l-istruttura tas-sistemi kompjuterizzati mwaqqfa mill-awtoritajiet ta' ġestjoni jew tiddetermina minn qabel il-format tad-dejta rreġistrata u maħżuna, sakemm ma jkunux indikati speċifikament f'dan ir-Regolament. Lanqas ma għandha tippreġudika l-mezzi li bihom id-dejta tiddaħħal jew tkun iġġenerata fis-sistema; f'xi każijiet, id-dejta inkluża fil-lista tista' teħtieq li jiddaħħlu valuri multipli. Madankollu, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ċerti regoli dwar in-natura ta' din id-dejta, sabiex jiġi żgurat li l-awtorità maniġerjali tista' taqdi r-responsabbiltà tagħha għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifika u l-awditjar, inkluż fejn dan jeħtieġ l-ipproċessar ta' dejta dwar parteċipanti individwali.

(29)

Sabiex jiġi żgurat li n-nefqa taħt il-programmi operattivi tista' tiġi vverifikata u awditjata b'mod xieraq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji li magħhom għandu jkun konformi r-rekord għall-awditjar sabiex jitqies li huwa adegwat.

(30)

Fir-rigward tax-xogħol ta' awditjar skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013,huwa neċesasrju li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprevjenu kwalunkwe żvelar jew aċċess mhux awtorizzat ta' dejta personali, u li jkunu speċifikati l-iskopijiet li għalihom il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw tali dejta.

(31)

L-awtorità tal-awditjar hija responsabbli mill-awditjar tal-operazzjonijiet. Biex ikun żgurat li l-iskop u l-effettività ta' tali awditi hu adegwat u li jsiru skont l-istess standards fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li huma għandhom jissodisfaw.

(32)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita fid-dettall il-bażi gћall-kampjunar tal-operazzjonijiet li għandhom ikunu awditjati, li l-awtorità tal-awditjar għandha tosserva fl-istabbiliment jew fl-approvazzjoni tal-metodu ta' kampjunar, inkluża d-determinazzjoni tal-unità ta' kampjunar, ċerti kriterji tekniċi li għandhom jintużaw għall-kampjun u fejn meħtieġ il-fatturi li għandhom jitqiesu għat-teħid ta' kampjuni addizzjonali.

(33)

L-awtorità tal-awditjar għandha tfassal opinjoni tal-awditjar li tkopri l-kontijiet msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Biex ikun żgurat li l-iskop u l-kontenut tal-awditi fuq il-kontijiet ikunu adegwati u li l-awditi jsiru skont l-istess standards fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li huma għandhom jissodisfaw.

(34)

Biex tkun żgurata ċertezza legali u trattament ugwali tal-Istati Membri kollha meta jsiru korrezzjonijiet finanzjarji, konsistenti mal-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ li jiġu ffissati kriterji għad-determinazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, jiġu definiti t-tipi ewlenin ta' nuqqasijiet serji u jiġu ffissati l-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li għandha tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' rati fissi jew ta' korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati.

(35)

Sabiex jingħata lok għall-applikazzjoni immedjata tal-miżuri stipulat f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet segwenti li jissuplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 303/2013:

(a)

dispożizzjonijiet li jissuplimentaw il-Parti Tnejn ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS (minn issa 'l quddiem imsejħa “Fondi ESI”) fir-rigward tas-segwenti:

(i)

il-kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata fil-qafas ta' prestazzjoni;

(ii)

regoli relatati mal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' dan li ġej:

regoli speċifiċi addizzjonali dwar ix-xiri ta' art u fuq il-kombinazzjoni ta' sostenn tekniku ma' strumenti finanzjarji,

regoli speċifiċi addizzjonali dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kriterji relatati tal-għażla u prodotti li jistgħu jitwasslu permezz ta' strumenti finanzjarji,

regoli dwar il-ġestjoni u l-kontroll ta' ċerti strumenti finanzjarji, inkluż li jsiru kontrolli minn awtoritajiet ta' ġestjoni u awditjar, arranġamenti biex iżomm dokumenti ta' sostenn, l-elementi li għandhom ikunu ppruvati minn dokumenti ta' sostenn, u arranġamenti ta' ġestjoni u kontroll u ta' awditjar,

regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsir għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament,

regoli speċifiċi dwar it-twaqqif ta' sistema ta' kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta' garanzija,

regoli speċifiċi li jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni abbażi tal-prestazzjoni u l-limiti minimi applikabbli, kif ukoll regoli għar-rimborż ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati għal strumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu;

(iii)

il-metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat ta' operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett wara t-tlestija;

(iv)

ir-rata fissa għall-ispejjeż indiretti u l-metodi relatati applikabbli f'politiki oħra tal-Unjoni;

(b)

dispożizzjonijiet li jissuplimentaw il-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward tal-metodoloġija li għandha tintuża fit-twettiq tal-analiżi tal-kwalità ta' proġetti kbar;

(c)

dispożizzjonijiet li jissupplimentaw il-Parti Erbgħa ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS fir-rigward tas-segwenti:

(i)

regoli li jispeċifikaw l-informazzjoni relatata mad-dejta li għandha tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ stabbilita mill-awtorità maniġerjali;

(ii)

rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-awditjar fir-rigward tar-reġistri tal-kontabilità li għandhom jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li jridu jinżammu fil-livell tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji;

(iii)

l-ambitu u l-kontenut tal-awditjar ta' operazzjonijiet u l-awditjar tal-kontijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun ta' operazzjonijiet;

(iv)

regoli dettaljati dwar l-użu tad-dejta miġbura matul dawn l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati;

(v)

regoli dettaljati dwar il-kriterji għad-determinazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, inkluż it-tipi ewlenin ta' tali nuqqasijiet, il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li għandha tkun applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji b'rati fissi jew dawk estrapolati.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPPLIMENTAW IL-PARTI TNEJN TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FONDI ESI

TAQSIMA I

Kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata fil-qafas ta' prestazzjoni;

(Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Artikolu 2

Determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja

(Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li għandu jkun applikat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikun rata fissa determinata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn il-medja tar-rati finali ta' kisba għall-indikaturi kollha tal-output u l-passi ewlenin ta' implimentazzjoni skont qafas ta' prestazzjoni u r-rata finali ta' kisba tal-indikatur finanzjarju skont dak il-qafas ta' prestazzjoni (il-“koeffiċjent kisba/użu”).

2.   Il-koeffiċjent kisba/użu jkun ikkalkulat kif ġej:

(a)

il-valur finali miksub għal kull indikatur tal-output u pass ewlieni fl-implimentazzjoni magħżula għall-qafas tal-prestazzjoni f'ċerta prijorità jkun diviż bil-valuri ta' mira rispettiva tagħhom sabiex tinkiseb ir-rata finali tagħhom espressa bħala perċentwal tal-mira;

(b)

il-medja tar-rati ta' kisba finali kollha għall-indikaturi kollha ta' output u l-pass ewlieni fl-implimentazzjoni magħżula għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika tkun iddeterminata. Għal dan l-iskop, fejn rata ta' kisba finali hija kkalkulata li taqbeż il-100 %, hija tgħodd bħala 100 %;

(c)

il-valur finali miksub għal kull indikatur finanzjarju magħżul għall-qafas tal-prestazzjoni f'ċerta prijorità jkun diviż bil-valur ta' mira rispettiv tiegħu sabiex tinkiseb ir-rata finali tiegħu espressa bħala perċentwal tal-mira; Għal dan l-iskop, fejn rata ta' kisba finali hija kkalkulata li taqbeż il-100 %, hija tgħodd bħala 100 %;

(d)

il-medja tar-rati ta' kisba finali kollha għall-indikaturi kollha ta' output u l-passi ewlenin tal-implimentazzjoni magħżula għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika tkun diviża bir-rata ta' kisba finali għall-indikatur finanzjarju magħżul għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika.

3.   Jekk prijorità hija relatata ma' aktar minn Fond ESI wieħed jew kategorija waħda ta' reġjun, il-koefiċjent ta' kisba/assorbiment ikun ikkalkulat separatament għall kull Fond ESI u/jew skont il-kategorija tar-reġjun.

Artikolu 3

Il-livel ta' korrezzjoni finanzjarja

(Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja huwa ffissat kif ġej:

(a)

għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 65 % iżda mhux inqas minn 60 %, tkun applikata rata fissa ta' 5 %;

(b)

għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 60 % iżda mhux inqas minn 50 %, tkun applikata rata fissa ta' 10 %;

(c)

għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 50 %, tkun applikata rata fissa ta' 25 %;

2.   Ir-rata fissa tkun applikata għall-kontribuzzjoni mill-Fond ESI ddeterminata abbażi tan-nefqa ddikjarata mill-Istat Membru fil-prijorità li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, wara l-applikazzjoni ta' kull korrezzjoni finanzjarja oħra.

Għal prijoritajiet li jikkonċernaw iktar minn Fond ESI wieħed jew kategorija ta' reġjun, ir-rata fissa tkun applikata għal kull fond ESI u/jew kategorija ta' reġjun.

3.   Fatturi esterni li jikkontribwixxu għal nuqqas serju biex jintlaħqu l-miri, minbarra dawk imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ikunu kkunsidrati skont il-każ. Il-korrezzjoni b'rata fissa stabbilita fil-paragrafu 1 tista' titnaqqas b'massimu ta' 50 %, waqt li jitqies l-estent tal-kontribut ta' dawn il-fatturi għall-falliment serju.

4.   Fejn l-applikazzjoni tar-rata fissa stabbilita skont il-paragrafu 1 tkun sproporzjonata, il-livell tal-korrezzjoni jitnaqqas.

TAQSIMA II

Strumenti finanzjarji

Artikolu 4

Regoli speċifiċi dwar ix-xiri ta' art

(L-Artikolu 37(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FAEŻR jistgħu jappoġġaw l-investimenti li jinkludu x-xiri ta' art mhux mibnija u ta' art mibnija għal ammont li ma jaqbiżx l-10 % tal-kontribut tal-programm imħallas lir-riċevitur finali. Fil-każ ta' garanziji, dan il-perċentwal japplika fuq l-ammont tas-self sottostanti jew strumenti oħra li jġorru r-riskju.

2.   Meta l-istrumenti finanzjarji jipprovdu sostenn għar-riċevituri finali fir-rigward ta' investimenti fl-infrastruttura bil-għan li jkun sostnut l-iżvilupp urban jew attivitajiet ta' riġenerazzjoni urbana, il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 huwa ta' 20 %.

3.   F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-awtorità maniġerjali tista' tidderoga mil-limiti fl-paragrafi 1 u 2 għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali.

Artikolu 5

Kombinazzjoni ta' sostenn tekniku ma' strumenti finanzjarji

(L-Artikolu 37(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Għotjiet għal sostenn tekniku jistgħu jiġu kkumbinati ma' strumenti finanzjarji f'operazzjoni waħda skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 biss għall-iskop ta' tħejjija teknika tal-investiment prospettiv għall-benefiċċju tar-riċevitur finali li għandhom jiġu sostnuti minn dik l-operazzjoni.

Artikolu 6

Regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji

(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom skont il-liġi applikabbli u jaġixxu bil-grad ta' kura professjonali, effiċjenza, trasparenza u diliġenza mistennija minn korp professjonali b'esperjenza fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Huma jiżguraw li:

(a)

riċevituri finali li jirċievu sostenn minn strumenti finanzjarji huma magħżula waqt li titqies b'mod dovut in-natura tal-istrument finanzjarju u l-vijabilità ekonomika potenzjali tal-proġetti ta' investiment li għandhom ikunu ffinanzjati. L-għażla tkun trasparenti u ġġustifikata b'motivazzjonijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitt ta' interessi;

(b)

ir-riċevituri finali jkunu infurmati li l-finanzjament huwa pprovdut fi programmi kkofinanzjati mill-Fondi ESI, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, l-Artikolu 66(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-FAEŻR u f'att legali tal-Unjoni futur li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għas-sostenn finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perjodu ta' programmar 2014-2020 għall-FEMS (ir-“Regolament FEMS”);

(c)

strumenti finanzjarji jipprovdu sostenn b'mod li jkun proporzjonat u li jkollu l-inqas effett distortiv fuq il-kompetizzjoni;

(d)

remunerazzjoni preferenzjali ta' investituri privati jew investituri pubbliċi li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 37(2)(c) u l-Artikolu 44(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, hija proporzjonali mar-riskji meħuda minn dawn l-investituri u limitata għall-minimu neċesarju biex jiġu attirati dawn l-investituri, li jkun żgurat permezz ta' patti u kundizzjonijiet u salvagwardji proċedurali.

2.   Minħabba li l-obbligazzjoni finanzjarja diretta tal-awtorità maniġerjali lejn il-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji jew ir-riċevituri finali kif ukoll kull dejn jew obbligazzjoni oħra tal-istrument finanzjarju ma jistgħux jaqbżu l-ammont impenjat mill-awtorità maniġerjali għall-istrument finanzjarju skont il-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti, il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jiżguraw li l-ebda pretensjoni ma tkun tista' ssir fir-rigward tal-awtorità maniġerjali lil hinn mill-ammont impenjat minnha għall-istrument finanzjarju.

3.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jkunu responsabbli għar-rimborż tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwat minn irregolaritajiet, flimkien mal-imgħax u kull gwadann ieħor iġġenerat minn dawn il-kontribuzzjonijiet.

Madankollu l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji mhux se jkunu responsabbli għar-rimborżi tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm juru li l-kundizzjonijiet kumulattivi segwenti jkunu ssodisfati:

(a)

l-irregolaritajiet seħħew fil-livell tar-riċevitur finali jew, fil-każ ta' fondi ta' fondi, fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew tar-riċevituri finali;

(b)

il-korpi li jimpliementaw strumenti finanzjarji kkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwati mill-irregolarità;

(c)

l-ammonti affettwati mill-irregolarità ma setgħux ikunu rkuprati minkejja li l-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju segwew il-miżuri kuntrattwali u legali kollha bid-diliġenza dovuta.

Artikolu 7

Il-kriterji għall-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji

(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Qabel ma jintagħżel korp biex jimplimenta strument finanzjarju, skont l-Artikolu 38(4)(a), u 38(4)(b)(ii) u b(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali tiżgura li l-korp jissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

id-dritt li jwettaq kompiti ta' implimentazzjoni rilevanti skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali;

(b)

vijabbiltà ekonomika u finanzjarja adegwata;

(c)

kapaċità adegwata biex jimplimenta l-istrument finanzjarju, inkluż l-istruttura organizzazzjonali u qafas ta' governanza li jipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa lill-awtorità maniġerjali;

(d)

l-eżistenza ta' sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern;

(e)

l-użu ta' sistema ta' kontabilità li tipprovdi informazzjoni akkurata, sħiħa u kredibbli mingħajr dewmien;

(f)

il-ftehim għandu jkun awditjat mill-korpi tal-awditjar tal-Istat Membru, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri Ewropea.

2.   Meta jintgħażel il-korp imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità maniġerjali tqis kif dovut in-natura tal-istrument finanzjarju li għandu jkun implimentat, l-esperjenza tal-korp fl-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji simili, l-għarfien espert u l-esperjenza tal-membri tat-tim propost, u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-korp. L-għażla tkun trasparenti u ġġustifikata b'motivazzjonijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitt ta' interessi. Mill-inqas jintużaw il-kriterji segwenti tal-għażla:

(a)

metodoloġija robusta u kredibbli għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' intermedjarji finanzjarji jew riċevituri finali kif applikabbli;

(b)

il-livell tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni għall-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju u l-metodoloġija proposta għall-kalkolu tagħhom;

(c)

il-patti u l-kundizzjonijiet applikati fir-rigward ta' sostenn ipprovdut lir-riċevituri finali, inkluż l-ipprezzar;

(d)

l-abilità li li jinġabtu riżorsi għal investimenti addizzjonali mal kontribuzzjonijiet tal-programm, fir-riċevituri finali;

(e)

l-abbiltà li tintwera attività addizzjonali meta mqabbla mal-attività preżenti;

(f)

f'każijiet fejn il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jalloka r-riżorsi finanzjarji proprji għall-istrument finanzjarju jew jikkondividi r-riskju, jipproponi miżuri biex ikunu allinjati l-interessi u biex jittaffew il-kunflitti possibbli ta' interess.

3.   Meta korp li jimplimenta fond ta' fondi, inkluż il-BEI, jafda ulterjorment kompiti ta' implimentazzjoni lil intermedjarju finanzjarju, huwa jiżgura li r-rekwiżiti u l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ssodisfati fir-rigward ta' dak l-intermedjarju finanzjarju.

Artikolu 8

Regoli speċifiċi dwar il-garanziji fornuti permezz ta' strumenti finanzjarji

(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Meta l-istrumenti finanzjarji jipprovdu garanziji, ir-rekwiżiti segwenti jkunu ssodisfati:

(a)

proporzjon multiplikatur xieraq jinkiseb bejn l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-programm imwarrba biex jiġi koprut telf mistenni u dak mhux mistenni minn self ġdid jew strumenti oħra ta' kondiviżjoni tar-riskju li għandhom ikunu koperti minn garanziji u l-valur ta' telf ġdid żburżat jew strumenti oħra ta' kondiviżjoni tar-riskju;

(b)

il-proporzjon multiplikatur ikun stabbilit permezz ta' valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti għall-prodott ta' garanzija speċifiku li għandu jkun offrut, waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq, l-istrateġija ta' investiment tal-istrument finanzjarju, u l-prinċipji tal-ekonomija u l-effiċjenza. Il-valutazzjoni tar-riskju ex ante tista' tkun riveduta meta dan ikun iġġustifikat minn kundizzjonijiet sussegwenti tas-suq;

(c)

il-kontribuzzjoni tal-programm impenjata sabiex jiġu onorati l-garanziji tirrifletti dik il-valutazzjoni tar-riskju ex ante;

(d)

jekk l-intermedjarju finanzjarju, jew l-entità li jibbenefikaw mill-garanziji ma żburżawx l-ammont ippjanat ta' self ġdid jew strumenti oħra għall-kondiviżjoni tar-riskju lir-riċevituri finali, in-nefqa eliġibbli titnaqqas proporzjonalment.

Artikolu 9

Il-ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali, tranżnazzjonali jew transfruntier

(L-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji mwaqqfa fil-livell nazzjonali, reġjonali, tranżnazzjonali jew transfruntier imsemmija fl-Artikolu 38(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali tiżgura li:

(a)

l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, il-programm relevanti u l-ftehim relevanti ta' finanzjament, kemm waqt il-proċess ta' valutazzjoni u għażla tal-operazzjoni kif ukoll waqt it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju;

(b)

ftehimiet ta' finanzjament ikun fihom dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-awditjar u r-rekord għall-awditjar skont il-punt 1(e) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(c)

verifiki ta' ġestjoni jitwettqu matul il-perjodu ta' programmar u matul it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 125(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, u skont l-Artikolu 58(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-FAEŻR;

(d)

dokumenti ta' sostenn għan-nefqa ddikjarata bħala eliġibbli huma:

(i)

miżmuma għall-operazzjoni mill-awtorità maniġerjali, l-intermedjarju finanzjarju, jew il-korp li jimplimenta l-fond ta' fondi fejn l-istrument finanzjarju huwa implimentat permezz ta' fond ta' fondi, sabiex jipprovdu evidenza dwar l-użu tal-fondi għall-finijiet maħsuba, ta' konformità mal-liġi applikabbli u ta' konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet marbuta mal-iffinanzjar ipprovdut skont il-programmi rilevanti;

(ii)

disponibbli biex jippermettu l-verifika tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni;

(e)

id-dokumenti ta' sostenn li jippermettu verifika tal-konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali u mal-kundizzjonijiet tal-finanzjament jinkludu mill-inqas:

(i)

dokumenti dwar l-istabbiliment tal-istrument finanzjarju;

(ii)

dokumenti li jidentifikaw l-ammonti kontribwiti minn kull programm u taħt kull assi prijoritarju lill-istrument finanzjarju, l-infiq li huwa eliġibbli skont il-programmi u imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn minn ESI fondi u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi li jistgħu jkunu attribwiti lill-Fondi ESI skont l-Artikoli 43 u 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(iii)

dokumenti dwar il-funzjonament tal-istrument finanzjarju, inklużi dawk relatati ma' monitoraġġ, rappurtar u verifiki;

(iv)

dokumenti li juru konformità mal-Artikoli 43, 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(v)

dokumenti li jikkonċernaw il-ħruġ tal-kontribuzzjonijiet tal-programm u l-istralċ tal-istrument finanzjarju;

(vi)

dokumenti dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni;

(vii)

formoli ta' applikazzjoni, jew ekwivalenti, preżentati minn riċevituri finali b'dokumenti ta' sostenn, inklużi pjanijiet ta' negozju u, fejn relevanti, kontijiet annwali preċedenti;

(viii)

checklists u rapporti min korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju, fejn disponibbli;

(ix)

dikjarazzjonijiet magħmula dwar l-għajnuna de minimis, jekk applikabbli;

(x)

ftehimiet iffirmati b'rabta mal-appoġġ ipprovdut mill-istrument finanzjarju inkluż għal ekwità, self, garanziji jew forom oħra ta' investiment mogħti lir-riċevituri finali;

(xi)

evidenza li l-appoġġ provdut permezz tal-istrument finanzjarju kien intuża għall-iskop maħsub tiegħu;

(xii)

rekords tal-flussi finanzjarji bejn l-awtorità maniġerjali u l-istrument finanzjarju, u fl-istrument finanzjarju fil-livelli kollha, sar-riċevituri finali, u fil-każ ta' garanziji prova li s-self sottostanti kien żburżat;

(xiii)

rekords separati jew kodiċi ta' kontabbilità għall-kontribuzzjoni tal-programm imħallsa jew garanzija impenjata mill-istrument finanzjarju għall-benefiċċju tar-riċevituri finali.

2.   Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji fil-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, l-awtoritajiet ta' awditjar jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jiġu awditjati matul il-perjodu kollu ta' programmar sal-għeluq kemm fil-qafas ta' awditi ta' sistemi kif ukoll ta' awditi ta' operazzjonijiet skont l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji fil-FAEŻR, il-korpi ta' awditjar jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jiġu awditjati matul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni sal-għeluq fil-qafas ta' awditi ta' sistemi u awditi ta' operazzjonijiet skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

3.   Fejn l-istrumenti finanzjarji huma implimentati mill-BEI skont l-Artikolu 38(4)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013:

(a)

l-awtorità maniġerjali tqabbad kumpanija li topera f'qafas komuni kif stabbilit mill-Kummissjoni biex twettaq verifiki fuq il-post fuq l-operazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 125(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b)

l-awtorità tal-awditjar tqabbad kumpanija li topera f'qafas komuni kif stabbilit mill-Kummissjoni biex twettaq awditi fuq l-operazzjoni.

L-awtorità tal-awditjar tibbaża l-opinjoni tal-awditjar tagħha fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mid-ditta mogħtija l-mandat.

4.   Fin-nuqqas ta' qafas komuni stabbilit mill-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragarfu 3, l-awtorità maniġerjali tissottometti metodoloġija proposta għat-twettiq ta' verifiki fuq il-post u l-awtorità tal-awditjar tippreżenta metodoloġija proposta għal awditi għal qbil mill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsiru għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament

(L-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jistgħu biss jirtiraw kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1)(a) u r-regolamenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk il-kontribuzzjonijiet ma kinux diġà inklużi f'applikazzjoni għall-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 41 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji sostnunti mill-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu rtirati wkoll jekk l-applikazzjoni għall-ħlas li jmiss tkun emendata biex tkun irtirata jew sostitwita n-nefqa korrispondenti.

Artikolu 11

Sistema ta' kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta' garanzija

(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Sussidji kapitalizzati fuq ir-rata tal-imgħax jew sussidji fuq it-tariffi tal-garanziji msemmija fl-Artikolu 42(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikunu kkalkulati fl-aħħar tal-perjodu ta' eliġibilità bħala t-total tal-obbligi ta' pagament skontati għall-finijiet u l-perjodi stipulati f'dak l-Artikolu, u skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti.

2.   Kwalunkwe riżorsi li jifdal li jitħallew f'kont miżmum minn terzi wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew bħala riżultat ta' stralċ mhux mistenni tal-istrument finanzjarju qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu, jintużaw skont l-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Kriterji għad-determinazzjoni tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni abbażi ta' prestazzjoni

(L-Artikolu 42(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   L-awtorità maniġerjali tikkalkula l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni li jistgħu jkunu ddikjarati bħala eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fuq il-bażi tal-kriterji segwenti bbażati fuq il-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 42(5) ta' dak ir-Regolament:

(a)

l-iżborż tal-kontribuzzjonijiet ipprovduti mill-programm tal-Fondi ESI;

(b)

ir-riżorsi mħallsa lura mill-investimenti jew mir-rilaxx tar-riżorsi impenjati għal kuntratti ta' garanzija;

(c)

il-kwalità tal-miżuri li jakkumpanjaw l-investiment qabel u wara d-deċiżjoni ta' investiment biex ikun massimizzat l-impatt tiegħu; kif ukoll

(d)

il-kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju għall-objettivi u r-riżultati tal-programm.

2.   L-awtorità maniġerjali tinforma lill-kumitat ta' monitoraġġ imwaqqaf skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bid-dispożizzjonijiet rigward il-kalkolu bbażat fuq il-prestazzjoni tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew tat-tariffi ta' ġestjoni tal-istrument finanzjarju. Il-kumitat ta' monitoraġġ jirċievi rapporti fuq bażi annwali dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni effettivament imħallsa fis-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 13

Limiti minimi għall-ispejjeż ta' ġestjoni u tariffi

(L-Artikolu 42(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Fir-rigward ta' korp li jimplimenta fond ta' fondi, it-total tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni, li jistgħu jkunu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ma jaqbiżx l-ammont ta':

(a)

3 % għall-ewwel 12-il xahar wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament, 1 % għat-tieni 12-il xahar u minn hemm 'l hemm 0,5 % kull sena, tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-fond ta' fondi, ikkalkulati pro rata temporis minn meta jsir il-pagament effettiv għall-fond ta' fondi sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura lill-awtorità maniġerjali jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel; kif ukoll

(b)

0,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa mill-fond ta' fondi lil intermedjarji finanzjarji, ikkalkulati pro rata temporis mill-mument meta jsir il-pagament effettiv mill-fond ta' fondi sal-ħlas lura lill-fond ta' fondi, tmiem il-perjodu ta' eliġibilità jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel.

2.   Għall-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji li jipprovdu ekwità, self, garanziji, kif ukoll mikrokrediti, inkluż meta kkumbinati ma' għotjiet, sussidji fuq ir-rata tal-imgħax jew sussidji fuq it-tariffi fuq il-garanziji skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni li jistgħu jkunu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) ta' dak ir-Regolament ma jaqbżux it-total ta':

(a)

remunerazzjoni bażi li tkun ikkalkulata kif ġej:

(i)

għal strument finanzjarju li jipprovdi ekwità, 2,5 % kull sena għall-ewwel 24 xahar wara li jiġi ffirmat il-ftehim ta' finanzjament, u 1 % fis-sena minn hemm 'l hemm, mill-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti għall-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mill-mument tal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament rilevanti sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet lill-awtorità maniġerjali, jew lill-fond ta' fondi, jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel;

(ii)

għal strument finanzjarju fil-każijiet l-oħra kollha, 0,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas effettiv għall-istrument finanzjarju sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura lill-awtorità maniġerjali, jew lill-fond ta' fondi, jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel; kif ukoll

(b)

remunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni li tkun ikkalkulata kif ġej:

(i)

għal strument finanzjarju li jipprovdi ekwità, 2,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' ekwità, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas lir-riċvitur finali sakemm isir l-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' tħassir jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;

(ii)

għal strument finanzjarju li jipprovdi self, 1 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' self, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad jridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data tal-ħlas lir-riċevitur finali sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;

(iii)

għal strument finanzjarju li jipprovdi garanziji, 1,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal kuntratti ta' garanziji pendenti skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif ukoll minn riżorsi użati mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm, ikkalkulati pro rata temporis mid-data tal-impenn sal-maturità tal-kuntratt ta' garanzija, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;

(iv)

għal strument finanzjarju li jipprovdi mikrokreditu, 1,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' mikrokreditu, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas lir-riċevitur finali sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;

(v)

għal strument finanzjarju li jipprovdi għotjiet, sussidji fuq ir-rati tal-imgħax jew sussidji fuq it-traiffi tal-garanzija skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, 0,5 % tal-ammont ta' għotja mħallas fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) ta' dak ir-Regolament għall-benefiċċju tar-riċevituri finali.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu japplikaw għal korp li jimplimenta strument finanzjarju li jipprovdi garanziji minkejja li l-istess korp qiegħed jimplimenta fond ta' fondi, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.

3.   L-ammont aggregat ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni matul il-perjodu tal-eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ma jaqbiżx il-limiti segwenti:

(a)

għal fond ta' fondi, 7 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-fond ta' fondi;

(b)

għal strument finanzjarju li jipprovdi l-ekwità, 20 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;

(c)

għal strument finanzjarju li jipprovdi self, 8 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrument finanzjarju;

(d)

għal strument finanzjarju li jipprovdi garanziji, 10 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;

(e)

għal strument finanzjarju li jipprovdi mikrokreditu, 10 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;

(f)

għal strument finanzjarju li jipprovdi għotjiet, sussidji tar-rati tal-imgħax jew sussidji tat-tariffi ta' garanzija skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, 6 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrument finanzjarju.

4.   Mea l-istess korp jimplimenta fond ta' fondi u strument finanzjarju, la l-ammonti tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni fil-paragrafi 1 u 2 u lanqas il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunu kumulati għall-istess kontribuzzjonijiet tal-programm jew l-istess riżorsi li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programn ma jkunu investiti mill-ġdid.

5.   Meta l-biċċa l-kbira tal-kapital investit f'intermedjarji finanzjarji li jipprovdu ekwità huwa pprovdut minn investituri privati jew investituri pubbliċi li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq u l-kontribuzzjoni tal-programm hija pprovduta pari passu mal-investituri privati, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-suq u ma jeċċedux dawk pagabbli mill-investituri privati.

6.   Il-limiti minimi stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jinqabżu meta jkunu imposti minn korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju inkluż fejn applikabbli, meta jimplimenta l-fond ta' fondi, li jkun intagħżel permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont ir-regoli applikabbli u s-sejħa għall-offerta kompetittiva tat prova tal-ħtieġa ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni ogħla.

Artikolu 14

Rimborż ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati għal strumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu

(L-Artikolu 42(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jiġu rimborżati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikunu kkalkulati fi tmiem il-perjodu tal-eliġibbiltà bħala t-total ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni skontati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, u skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti.

2.   Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għal strument finanzjarju li jipprovdi l-mikrokreditu ma jaqbżux il-1 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-benefiċjarji fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bħala self, li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis minn tmiem il-perjodu ta' eliġibilità sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, it-tmiem tal-proċedura ta' rkupru f'każ ta' inadempjenzi jew il-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, liema minnhom tkun l-ewwel.

3.   Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għal strument finanzjarju li jipprovdi l-ekwità ma jaqbżux il-1,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-benefiċjarji fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bħala ekwità, li għadhom iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis minn tmiem il-perjodu ta' eliġibilità sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, it-tmiem tal-proċedura ta' rkupru f'każ ta' inadempjenzi jew il-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, liema minnhom tkun l-ewwel.

4.   Kull riżorsa li jifdal li titħalla f'kont miżmum minn terzi wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew bħala riżultat ta' stralċ mhux mistenni tal-istrument finanzjarju qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu, tintuża skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament.

TAQSIMA III

Metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat ta' operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett

Artikolu 15

Metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat

(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-dħul nett skontat tal-operazzjoni jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu l-ispejjeż skontati mid-dħul skontat u, fejn applikabbli, billi jiżdied il-valur residwu tal-investiment.

2.   Id-dħul nett skontat ta' operazzjoni jiġi kkalkulat fuq perjodu ta' referenza applikabbli għas-settur ta' dik l-operazzjoni stabbilit fl-Anness I. Il-perjodu ta' referenza jinkludi l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-operazzjoni.

3.   Id-ħul u l-ispejjeż ikunu ddeterminati billi jkun applikat il-metodu inkrimentali bbażat fuq paragun tad-dħul u l-ispejjeż fix-xenarju tal-investiment il-ġdid bid-dħul u l-ispejjeż fix-xenarju mingħajr l-investiment il-ġdid.

Meta operazzjoni tikkonsisti minn ass ġdid, id-dħul u l-ispejjeż ikunu dawk tal-investiment il-ġdid.

4.   Meta t-taxxa fuq il-valur miżjud mhix spiża eliġibbli skont l-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kalkolu tad-dħul nett skontat ikun ibbażat fuq ċifri li jeskludu t-taxxa fuq il-valur miżjud.

Artikolu 16

Determinazzjoni tad-dħul

(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul nett skontat, id-dħul jiġi stabbilit fuq il-bażi li ġejja:

(a)

fejn applikabbli, l-imposti tal-utent ikunu ffissati f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġeż iħallas, u, jekk xieraq, iqisu kunsiderazzjonijiet ta' affordabbiltà;

(b)

id-dħul ma jinkludix trasferimenti minn baġits nazzjonali jew reġjonali jew minn sistemi ta' assigurazzjoni pubblika nazzjonali;

(c)

fejn operazzjoni żżid assi ġodda li jikkomplementaw servizz li kien diġà jeżisti, kemm il-kontribuzzjonijiet mingħand utenti ġodda kif ukoll dawk addizzjonali mingħand l-utenti eżistenti u kontribuzzjonijiet tas-servizz jew l-infrastruttura l-ġodda jiġu kkunsidrati.

Artikolu 17

Determinazzjoni tal-ispejjeż

(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul nett skontat, l-ispejjeż li ġejjin li jseħħu matul il-perjodu ta' referenza msemmmi fl-Artikolu 15(2) jiġu kkunsidrati:

(a)

l-ispejjeż ta' sostituzzjoni ta' tagħmir ta' żmien qasir li jiżgura l-funzjonament tekniku tal-operazzjoni;

(b)

l-ispejjeż stabbiliti tal-operat, inklużi spejjeż tal-manutenzjoni, bħal persunal, manutenzjoni u tiswija, ġestjoni ġenerali u l-amministrazzjoni, u l-assigurazzjoni;

(c)

l-ispejjeż varjabbli tal-operat, inkluż il-konsum tal-manutenzjoni, bħal konsum tal-materja prima, l-enerġija, oġġetti ta' konsum għall-proċess, u kull manutenzjoni u tiswija meħtieġa biex tiġi estiża l-ħajja tal-operazzjoni.

Artikolu 18

Valur residwu tal-investiment

(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Meta l-assi ta' operazzjoni għandhom ħajja tad-disinn li taqbeż il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 15(2), il-valur residwu tagħhom ikun iddeterminat billi jinħadem il-valur preżenti nett tal-flussi ta' flus fil-bqija tal-ħajja tal-operazzjoni. Metodi oħra biex ikun ikkalkulat il-valur residwu jistgħu jintużaw f'ċirkostanzi debitament ġustifikati.

2.   Il-valur residwu tal-investiment ikun inkluż fil-kalkolu tad-dħul nett skontat tal-operazzjoni biss jekk id-dħul jegħleb l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 19

Skontar tal-flussi tal-flus

(Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Meta jkunu kkalkulati l-ispejjeż u d-dħul jitqiesu biss flussi tal-flus imħallsa jew riċevuti mill-operazzjoni. Il-flussi tal-flus jiġu stabbiliti għal kull sena li fiha huma mħallsa jew riċevuti mill-operazzjoni matul iż-żmien ta' referenza msemmi fl-Artikolu 15(2).

2.   Entrati ta' kontabbiltà bħal deprezzament mhux fi flus, kwalunkwe riżerva għall-ispejjeż ta' sostituzzjoni fil-futur u r-riżervi ta' kontinġenza, ikunu esklużi mill-kalkolu.

3.   Il-flussi tal-flus jiġu skontati lura għall-preżent bl-użu ta' rata ta' skont finanzjarju ta' 4 % f'termini reali bħala punt ta' riferiment indikattiv għall-operazzjonijiet ta' investiment pubbliku kkofinanzjati mill-Fondi tal-ESI.

4.   L-Istati Membri jistgħu jużaw rata ta' skont finanzjarju oħra għajr 4 % jekk jipprovdu ġustifikazzjoni għal dak il-punt ta' riferiment u jiżguraw li din tiġi użata b'mod konsistenti f'operazzjonijiet simili fl-istess settur.

5.   Valur ieħor għajr 4 % jista' jiġi ġġustifikat abbażi ta':

(a)

il-kundizzjonijiet makroekonomiċi speċifiċi tal-Istat Membru u x-xejriet u ċ-ċirkustanzi makroekonomiċi internazzjonali; jew

(b)

in-natura tal-investitur jew l-istruttura tal-implimentazzjoni, bħal sħubijiet pubbliċi-privati; jew

(c)

in-natura tas-settur ikkonċernat;

6.   Sabiex jiġu stabbiliti rati ta' skont finanzjarju speċifiċi, l-Istati Membri jagħmlu stima tar-redditu medju fit-tul minn basket ta' investimenti alternattivi mingħajr riskju, kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali, li huma jqisu l-aktar relevanti. L-informazzjoni dwar ir-rati ta' skont finanzjarju differenti titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji.

TAQSIMA IV

Definizzjoni tar-rata fissa għall-ispejjeż indiretti u l-metodi relatati applikabbli f'politiki oħra tal-Unjoni

Artikolu 20

Finanzjament b'rata fissa għal spejjeż indiretti fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

L-ispejjeż indiretti, jistgħu jkunu kkalkulati billi tkun applikata rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għat-tip ta' operazzjonijiet jew proġetti segwenti li jagħmlu parti minn operazzjonijiet:

(a)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR taħt il-kodiċi tal-oqsma tal-intervent 056, 057 jew 060-065 kif ippreżentati fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 (5) u mwettqa skont waħda mill-prijoritajiet ta' investiment stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b), (2)(b), 3(a) u (c), u (4)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(b)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE skont il-kodiċi ta' intervent tal-qasam 04 kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni skont l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013;

(c)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR skont l-Artikoli 17, 26 jew 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jikkontribwixxu għall-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament. Meta l-operazzjoni tkun ipprogrammata skont l-Artikolu 17 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jitqiesu biss l-operazzjonijiet implimentati permezz ta' grupp operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni ffinanzjati skont l-Artikolu 35(1)(c) ta' dak ir-Regolament;

(d)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS u programmati skont l-Artikoli 28, 37 jew 41(5) tal-att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-politika għall-affarijiet marittimi u s-sajd għall-perjodu ta' programmar 2014-2020.

Artikolu 21

Finanzjament b'rata fissa għal spejjeż indiretti fuq il-bażi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

L-ispejjeż indiretti, jistgħu jkunu kkalkulati billi tkun applikata r-rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 124(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għat-tip ta' operazzjonijiet jew proġetti segwenti li jagħmlu parti minn operazzjoni:

(a)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR f'kodiċijiet ta' oqsma ta' intervent 085, 086 jew 087, kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 u mwettqa taħt waħda mill-prijoritajiet ta' investiment stabbiliti fl-Artikolu 5(5)(a) u (6)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013;

(b)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE skont il-kodiċi ta' intervent tal-qasam 01 kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 215/2014 u li jikkontribwixxu għall-bidla lejn ekonomija b'anqas użu ta' karbonju, reżiljenti għall-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ekoloġikament sostenibbli skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013;

(c)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR skont l-Artikolu 17 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jikkontribwixxu għall-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 5(4) jew (5) ta' dak ir-Regolament;

(d)

l-operazzjoni appoġġata mill-FEMS u programmata skont l-Artikoli 36, 38, 39(1), 46(1)(e) u (i), 54, 79c(1)(b) tal-futur att legali tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-politika għall-affarijiet marittimi u s-sajd għall-perjodu ta' programmar 2014-2020,

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPPLIMENTAW IL-PARTI TLIETA TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR U L-FOND TA' KOEŻJONI FIR-RIGWARD TAL-METODOLOĠIJA LI GĦANDHA TINTUŻA FIT-TWETTIQ TAL-ANALIŻI TAL-KWALITÀ TA' PROĠETTI KBAR

Artikolu 22

Rekwiżiti għall-esperti indipendenti li jwettqu l-eżami tal-kwalità

(Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   L-eżami tal-kwalità ta' proġetti ewlenin imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, isir minn esperti indipendenti li jkollhom:

(a)

esperjenza teknika sinifikanti ta' kull stadju taċ-ċiklu tal-proġetti;

(b)

esperjenza internazzjonali wiesgħa tas-setturi tal-investiment ikkonċernati;

(c)

għarfien espert sinifikanti fl-analiżi u l-evalwazzjoni tal-benefiċċji soċjo-ekonomiċi;

(d)

għarfien u esperjenza sinifikanti tal-liġi, politiki u proċeduri rilevanti tal-Unjoni;

(e)

indipendenza mill-awtoritajiet kollha involuti direttament jew indirettament fl-approvazzjoni, l-implimentazzjoni, jew l-operazzjoni tal-proġett ewlieni;

(f)

l-ebda kunflitt ta' interess fi kwalunkwe livell b'relazzjoni mal-proġett ewlieni;

(g)

ebda interess kummerċjali fir-rigward tal-proġett ewlieni;

(h)

il-kompetenza lingwistika meħtieġa.

2.   Fejn Stat Membru jipproponi li jqabbad esperti indipendenti għajr dawk appoġġati minn assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, huwa, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 ta' dak ir-Regolament, iressaq talba għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Dak il-ftehim ikun ibbażat fuq dokumenti li juru l-konformità tal-esperti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba jekk taqbilx mal-proposta rigward l-esperti indipendenti.

Artikolu 23

Eżami tal-kwalità tal-proġetti ewlenin

(Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   L-esperti indipendenti jwettqu l-valutazzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-esperti indipendenti jistgħu jitolbu elementi addizzjonali rigward l-informazzjoni li jqisu meħtieġa għall-eżami tal-kwalità.

L-Istat Membru u l-esperti indipendenti jistgħu jaqblu li dan ix-xogħol ikun ikkumplimentat minn żjarat fuq il-post.

L-esperti indipendenti jistgħu, bi ftehim mal-Istati Membri, jikkonsultaw lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat rilevanti għall-fini tal-valutazzjoni tagħhom.

2.   L-esperti indipendenti għall-finijiet tal-eżami tal-kwalità jwettqu l-passi li ġejjin:

(a)

l-esperti indipendenti jivverifikaw li l-operazzjoni hija proġett ewlieni fit-tifsira tal-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li l-proġett ewlieni mhuwiex operazzjoni kkompletata fis-sens tal-Artikoli 2(14) u 65(6) ta' dak ir-Regolament, u li l-proġett importanti huwa inkluż fil-programm operattiv rilevanti;

(b)

l-esperti indipendenti jivverifikaw il-kompletezza, il-konsistenza u l-akkuratezza tal-informazzjoni skont il-punti minn (a) sa (i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 kif stipulat fil-format imsemmi fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(c)

l-esperti indipendenti jivvalutaw il-kwalità tal-proġett ewlieni fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(d)

l-esperti indipendenti jipproduċu rapport indipendenti ta' eżami tal-kwalità (minn hawn 'il quddiem “ir-Rapport IQR”) fil-format stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Fir-rapport IQR, l-esperti indipendenti jifformulaw u jiġġustifikaw id-dikjarazzjonijet tagħhom b'mod mhux ambigwu għall-elementi msemmija f'dan il-paragrafu.

3.   Proġett ewlieni jiġi evalwat b'mod pożittiv mill-eżami tal-kwalità fis-sens tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk l-esperti indipendenti jikkonkludu li l-kriterji kollha msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPLIMENTAW IL-PARTI ERBGĦA TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR, IL-FSE, IL-FOND TA' KOEŻJONI U L-FEMS

TAQSIMA I

Dejta li tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata

Artikolu 24

Dejta li tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata

(L-Artikolu 125(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   L-informazzjoni dwar id-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata għal kull operazzjoni fis-sistema ta' monitoraġġ stabbilita skont l-Artikolu 125(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 hija stabbilita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

2.   Tiġi rreġistrata u maħżuna d-dejta għal kull operazzjoni, inkluża dejta dwar parteċipanti individwali, fejn applikabbli, sabiex din tkun tista' tiġi aggregata fejn dan ikun neċessarju għal skopijiet ta' monitoraġġ, evalwazzjoni, ġestjoni finanzjarja, verifika u awditjar. Hija tippermetti wkoll l-aggregazzjoni ta' tali dejta b'mod kumulattiv għall-perjodu kollu ta' programmazzjoni. Għall-FSE, id-dejta tiġi rreġistrata u maħżuna b'mod li jippermetti lill-awtoritajiet ta' ġestjoni jwettqu l-ħidmiet relatati mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 u l-Annessi I u II ta' dak ir-Regolament.

3.   Fejn operazzjoni hija appoġġata minn aktar minn programm operattiv, prijorità jew Fond wieħed jew taħt aktar minn kategorija waħda ta' reġjun, l-informazzjoni msemmija fl-oqsma 23-113 tal-Anness III tiġi rreġistrata b'mod li tippermetti li d-dejta tinġabar maqsuma skont kull programm operattiv, prijorità, Fond jew kategorija ta' reġjun. Wieħed ikun jista' jirkupra wkoll id-dejta ta' indikazzjoni msemmija fl-oqsma 31-40 tal-Anness III mqassma skont il-prijorità ta' investiment u skont is-sess, fejn applikabbli.

TAQSIMA II

Ir-rekords għall-awdijtar u l-użu tad-dejta miġbura matul l-awditjar

Artikolu 25

Rekwiżiti minimi ddettaljati għar-rekords għall-awdijtar

(L-Artikolu 125(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Ir-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-awditjar fir-rigward tar-rekords tal-kontabilità li jridu jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li jridu jinżammu huma dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekords tal-awditjar jippermettu li tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-kumitat ta' monitoraġġ għall-programm operattiv;

(b)

fir-rigward tal-għotjiet u l-għajnuna li tista' titħallas lura skont l-Artikolu 67(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ammonti kumplessivi ċċertifkati lill-Kummissjoni jkunu jaqblu mar-reġistri ddettaljati tal-kontabilità u mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji fir-rigward tal-operazzjonijiet kofinanzjati permezz tal-programm operattiv;

(c)

fir-rigward tal-għotjiet u l-għajnuna li tista' titħallas lura skont l-Artikoli 67 (1)(b) u (c) u 109 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ammonti aggregati ċċertifikati lill-Kummissjoni jiġu rikonċiljati mad-dejta dettaljata relatata mal-outputs jew ir-riżultati u mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, l-entitajiet intermedjarji u l-benefiċjarji, inkluż, fejn japplika, dokumenti dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti skali standard ta' spejjeż għal kull unità u somom f'daqqa, rigward l-operazzjonijiet kofinanzjati permezz tal-programm operattiv;

(d)

fir-rigward tal-ispejjeż determinati skont l-Artikoli 67(1)(d) u 68(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord għall-awditjar juri u jiġġustifika l-metodu ta' kalkolu, fejn applikabbli, u l-bażi li fuqha r-rati fissi ġew deċiżi, u l-ispejjeż diretti eliġibbli jew l-ispejjeż iddikjarati taħt kategoriji magħżula oħra li għalihom tapplika r-rata fissa;

(e)

fir-rigward tal-ispejjeż stabbiliti skont l-Artikolu 68(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ispejjeż diretti eliġibbli li għalihom tapplika r-rata fissa jiġu ssostanzjati;

(f)

ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju jkun ivverifikat;

(g)

għal kull operazzjoni, kif ikun xieraq, ir-rekord għall-awditjar jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan ta' finanzjament, dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-għotja, dokumenti relatati mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku, rapporti mill-benefiċjarju u rapporti dwar il-verifiki u l-awditjar imwettqa;

(h)

ir-rekord għall-awditjar jinkludi informazzjoni dwar verifiki u awditjar tal-maniġment imwettqa fuq l-operazzjoni;

(i)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19(3) u l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li d-dejta fir-rigward tal-indikaturi ta' produzzjoni għall-operazzjoni tiġi rrikonċiljata mal-miri u d-dejta rrappurtata u r-riżultat għall-programm;

(j)

fil-każ ta' strumenti finanzjarji, ir-rekord għall-awditjar jinkludi d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 9(1)(e) ta' dan ir-Regolament.

Għall-ispejjeż imsemmija fil-punti (c) u (d), ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-metodu ta' kalkolu użat mill-awtorità maniġerjali jiġi vverifikat għall-konformità mal-Artikoli 67(5) u 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013.

2.   L-awtorità maniġerjali tiżgura li jkun disponibbli rekord tal-identità u ta' fejn jinsabu l-korpi li jżommu d-dokumenti ta' prova kollha meħtieġa biex jiġi żgurat rekord għall-awditjar adegwat li jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 26

L-użu tad-dejta miġbura matul l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati

(L-Artikolu 127(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Il-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tipprevjeni kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat tad-dejta miġbura mill-Kummissjoni waqt l-awditjar tagħha, jew aċċess għal din id-dejta.

2.   Il-Kummissjoni tuża d-dejta miġbura waqt l-awditjar tagħha għall-iskop waħdieni li twettaq ir-responsabbiltajiet tagћha skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jkollhom aċċess għad-dejta miġbura.

3.   Id-dejta miġbura ma tintbagħatx lil persuni għajr dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha skont ir-regoli applikabbli mingħajr il-kunsens espliċitu tal-Istat Membru li jipprovdi d-dejta.

TAQSIMA III

L-ambitu u l-kontenut tal-awditjar ta' operazzjonijiet u kontijiet u metodoloġija għall-għażla tal-kampjun ta' operazzjonijiet

Artikolu 27

Awditjar tal-operazzjonijiet

(L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Awdijtar tal-operazzjonijiet jitwettaq fir-rigward ta' kull sena fiskali fuq kampjun ta' operazzjonijiet magħżul permezz ta' metodu stabbilit jew approvat mill-awtorità tal-awditjar skont l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament.

2.   Awditjar tal-operazzjonijiet isir fuq il-bażi ta' dokumenti ta' appoġġ li jikkostitwixxu r-rekord għall-awditjar u jivverifika l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni, inklużi l-aspetti li ġejjin:

(a)

li l-operazzjoni kienet magħżula skont il-kriterji tal-għażla għall-programm operattiv, ma kenitx tlestiet fiżikament jew ġiet implimentata b'mod sħiħ qabel ma l-benefiċjarju bagħat l-applikazzjoni għal finanzjament skont il-programm operattiv, ġiet implimentata skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni u ssodisfat kwalunkwe kundizzjoni applikabbli fiż-żmien tal-awditu dwar il-funzjonalità, l-użu, u l-għanijiet li kellhom jintlaħqu;

(b)

li n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni tikkorrispondi mar-rekords tal-kontabbiltà u li d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa turi rekord adegwat għall-awditjar kif stipulat fl-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament;

(c)

li għan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita skont l-Artikolu 67(1)(b) u (c) u l-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, l-outputs u r-riżultati li jirfdu l-ħlasijiet lill-benefiċjarju ġew ikkunsinjati, id-dejta tal-parteċipanti jew rekords oħra relatati mal-outputs u r-riżultati huma konsistenti mal-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni u li d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa turi rekord adegwat għall-awditjar kif stipulat fl-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament.

L-awditjar jivverifika wkoll li l-kontribuzzjoni pubblika tkun tħallset lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.   Awdijtar tal-operazzjonijiet, fejn applikabbli, jinkludi verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni.

4.   L-awditjar tal-operazzjonijiet jivverifika r-reqqa u l-kompletezza tal-infiq korrispondenti rreġistrat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni fis-sistema tal-kontabilità tagħha u r-rikonċiljazzjoni tar-rekord għall-awditjar fil-livelli kollha.

5.   Meta l-problemi skoperti jidher li huma ta' natura sistemika u għalhekk jinvolvu riskju għal operazzjonijiet oħra taħt il-programm operattiv, l-awtorità tal-awditjar tiżgura eżami ulterjuri, inkluż, fejn ikun meħtieġ, awditjar addizzjonali biex tiġi stabbilita l-iskala ta' dawn il-problemi, u tirrakkomanda l-azzjonijiet korrettivi neċessarji.

6.   In-nefqa biss li taqa' fl-ambitu ta' awditu mwettaq skont il-paragrafu 1 titqies fir-rigward tal-ammont ta' nefqa awditjat, għall-iskopijiet ta' rappurtar lill-Kummissjoni dwar il-kopertura annwali. Għal dawk il-finijiet, jintuża l-mudell għar-rapport ta' kontroll stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 127(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 28

Metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet

(L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   L-awtorità tal-awditjar tistabbilixxi l-metodu għall-għażla tal-kampjun (“il-metodu tal-kampjunar”) skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali, INTOSAI, IFAC u IIA.

2.   Minbarra l-ispjegazzjonijiet mogħtija fl-istrateġija tal-awditjar, l-awtorità tal-awditjar iżżomm rekord tad-dokumentazzjoni u l-ġudizzju professjonali li użat biex tistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni, li jkopri l-istadji tal-ippjanar, l-għażla, l-ittestjar u l-evalwazzjoni, sabiex turi li l-metodu stabbilit huwa xieraq.

3.   Kampjun ikun rappreżentattiv tal-popolazzjoni li huwa magħżul minnha u jippermetti lill-awtorità tal-awditjar biex tħejji opinjoni ta' awditjar valida skont l-Artikolu 127(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Dik il-popolazzjoni tinkludi n-nefqa ta' programm operattiv jew grupp ta' programmi operattivi koperti minn sistema komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll, li hija inkluża fl-applikazzjonijiet għall-ħlas sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għal sena fiskali partikolari. Il-kampjun jista' jintgħażel matul jew wara s-sena fiskali.

4.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-metodu tat-teħid ta' kampjuni huwa statistiku meta jiżgura:

(i)

għażla aleatorja tal-elementi tal-kampjun;

(ii)

l-użu tat-teorija tal-probabbiltà għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kampjun, inkluż il-kejl u l-kontroll tar-riskju tal-kampjunar u tal-preċiżjoni ppjanati u miksuba.

5.   Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni jiżgura għażla aleatorja ta' kull unità tal-kampjunar fil-popolazzjoni bl-użu ta' numri aleatorji ġġenerati għal kull unità tal-popolazzjoni sabiex jintgħażlu l-unitajiet li jikkostitwixxu l-kampjun jew permezz ta' għażla sistematika bl-użu ta' punt tal-bidu aleatorju u l-applikazzjoni ta' regola sistematika biex jintgħażlu l-elementi addizzjonali.

6.   L-unità tal-kampjunar tkun determinata mill-awtorità tal-awditjar, abbażi ta' ġudizzju professjonali. L-unità tal-kampjunar tista' tkun operazzjoni, proġett f'operazzjoni jew pretensjoni ta' ħlas minn benefiċjarju. Informazzjoni dwar it-tip ta' unità tal-kampjunar iddeterminata u dwar il-ġudizzju professjonali użat għal dak l-għan jiġu inklużi fir-rapport ta' kontroll.

7.   Meta n-nefqa totali ta' unità tal-kampjunar għas-sena tal-kontijiet tkun ammont negattiv, din tkun eskluża mill-popolazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' hawn fuq u tiġi awditjata separatament. L-awtorità tal-awditjar tista' wkoll tieħu kampjun minn din il-popolazzjoni separata.

8.   Meta l-kundizzjonijiet tal-kontroll proporzjonali previst fl-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw, l-awtorità tal-awditjar tista' teskludi l-elementi msemmija f'dak l-Artikolu mill-popolazzjoni li jkun se jittieħed il-kampjun minnha. Jekk l-operazzjoni konċernata diġà kienet magħżula fil-kampjun, l-awtorità tal-awditjar tissostitwiha billi tuża metodu xieraq ta' għażla aleatorja.

9.   In-nefqa kollha ddikjarata lill-Kummissjoni fil-kampjun tkun suġġetta għall-awditjar.

Meta unitajiet tal-kampjuni magħżula jinkludu numru kbir ta' pretensjonijiet ta' ħlas jew fatturi sottostanti, l-awtorità tal-awditjar tista' tawditjahom permezz ta' sub-kampjunar, billi tagħżel il-pretensjonijiet jew fatturi ta' ħlas sottostanti bl-użu tal-istess parametri tal-kampjunar użati biex jintgħażlu l-unitajiet tal-kampjunar tal-kampjun ewlieni.

F'dak il-każ, jiġu kkalkulati daqsijiet xierqa f'kull unità kampjunarja li tkun trid tiġi awditjata u, fi kwalunkwe każ, dawn ma jkunux inqas minn 30 pretensjoni għal pagament jew fatturi sottostanti għal kull unità kampjunarja.

10.   L-awtorità tal-awditjar tista' tqassam popolazzjoni fi gruppi billi tqassamha f'subpopolazzjonijiet, li kull waħda minnhom hija grupp ta' unitajiet kampjunarji li jkollhom karatteristiċi simili, b'mod partikolari f'termini ta' riskju jew ir-rata mistennija ta' żbalji jew fejn il-popolazzjoni tinkludi operazzjonijiet li jikkonsistu f'kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm operattiv għal strumenti finanzjarji jew oġġetti oħrajn ta' valur għoli.

11.   L-awtorità tal-awditjar tevalwa l-kredibbiltà tas-sistema bħala għolja, medja jew baxxa, billi tqis ir-riżultati tal-awditi tas-sistemi biex tiddetermina l-parametri tekniċi tal-kampjunar sabiex il-livell globali ta' assigurazzjoni miksub mill-awditjar tas-sistemi u mill-awditjar tal-operazzjonijiet ikun għoli. Gћal sistema vvalutata bћala li għandha kredibilità għolja, il-livell ta' fiduċja użat gћall-operazzjonijiet ta' kampjunar ma jkunx inqas minn 60 %. Gћal sistema vvalutata bћala li għandha kredibilità baxxa, il-livell ta' fiduċja użat gћall-operazzjonijiet ta' kampjunar ma jkunx inqas minn 90 %. Il-livell massimu tal-materjalità huwa ta' 2 % tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 3.

12.   Fejn ġew osservati irregolaritajiet jew riskju ta' irregolaritajiet, l-awtorità tal-awditjar tiddeċiedi fuq il-bażi ta' ġudizzju professjonali jekk ikunx meħtieġ li jiġi awditjat kampjun komplementari ta' operazzjonijiet addizzjonali jew partijiet ta' operazzjonijiet li ma kinux awditjati fil-kampjun aleatorju sabiex jitqiesu l-fatturi ta' riskju speċifiċi identifikati.

13.   l-awtorità tal-awditjar tanalizza r-riżultati tal-awditi tal-kampjun komplementari separatament, tislet konklużjonijiet ibbażati fuq dawk ir-riżultati u tikkomunikahom lill-Kummissjoni fir-rapport annwali ta' kontroll. L-irregolaritajiet misjuba fil-kampjun komplementari ma jiġux inklużi fil-kalkolu tal-iżball aleatorju previst tal-kampjun aleatorju.

14.   Fuq il-bażi tar-riżultati tal-awditi tal-operazzjonijiet għall-iskop tal-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 127(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità tal-awditjar tikkalkula r-rata ta' żball totali, li tkun is-somma tal-iżbalji aleatorji previsti u, jekk applikabbli, żbalji sistemiċi u żbalji anomali mhux ikkoreġuti, diviżi bil-popolazzjoni.

Artikolu 29

Awditjar tal-kontijiet

(L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   L-awditi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 137(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jitwettqu mill-awtorità tal-awditjar fir-rigward ta' kull sena tal-kontabilità.

2.   L-awditu tal-kontijiet jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-ammonti ddikjarati fil-kontijiet.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-awtorità tal-awditjar tieħu kont, b'mod partikolari, tar-riżultati tal-awditi tas-sistema mwettqa fuq l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u tal-awditi fuq l-operazzjonijiet.

4.   L-awditu tas-sistema jinkludi verifikazzjoni tal-kredibilità tas-sistema tal-kontabilità tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u, fuq bażi ta' kampjun, il-preċiżjoni tan-nefqa tal-ammonti rtirati u l-ammonti rkuprati rreġistrati fis-sistema tal-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.

5.   Għall-fini tal-opinjoni tal-awditu, sabiex tikkonkludi li l-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta, l-awtorità tal-awditjar tivverifika li l-elementi kollha meħtieġa mill-Artikolu 137 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huma inklużi b'mod korrett fil-kontijiet u li jikkorrispondu mar-rekords ta' sostenn miżmuma mill-awtoritajiet jew korpi rilevanti kollha u l-benefiċjarji. L-awtorità tal-awditjar b'mod partikolari, fuq il-bażi tal-kontijiet li jkunu pprovduti lilha mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, tivverifika li:

(a)

l-ammont totali ta' nfiq eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 137(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jaqbel man-nefqa u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti inkluża fl-applikazzjonijiet ta' pagament sottomessi lill-Kummissjoni għas-sena fiskali rilevanti u, jekk ikun hemm differenzi, li ngħataw spjegazzjonijiet adegwati fil-kontijiet għall-ammonti tar-rikonċiljazzjoni;

(b)

l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena fiskali, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena fiskali, l-irkupri mwettqa skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u l-ammonti irrekuperabbli ppreżentati fil-kontijiet jikkorrispondu mal-ammonti mdaħħla fis-sistemi tal-kontabilità tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u huma bbażati fuq deċiżjonijiet mill-awtorità maniġerjali jew mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni responsabbli;

(c)

in-nefqa tkun ġiet eskluża mill-kontijiet skont l-Artikolu 137(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn applikabbli, u li l-korrezzjonijiet meħtieġa kollha jkunu riflessi fil-kontijiet għas-sena fiskali kkonċernata;

(d)

il-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għal strumenti finanzjarji u avvanzi tal-għajnuna mill-Istat imħallsa lil benefiċjarji huma appoġġati mill-informazzjoni disponibbli mingħand l-awtorità maniġerjali u l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.

Il-verifiki msemmija fil-punti (b), (c) u (d) jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjuni.

TAQSIMA IV

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni f'rabta ma' nuqqasijiet fis-sistemi

Artikolu 30

Kriterji sabiex jiġu stabbiliti nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

(L-Artikolu 144(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Il-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni tagħha dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fuq ir-riżultati tal-awditi tas-sistemi kollha disponibbli, inklużi testijiet ta' kontrolli, u tal-awditi tal-operazzjonijiet.

Il-valutazzjoni tkopri l-ambjent ta' kontroll intern tal-programm, l-attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll tal-awtoritajiet maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, monitoraġġ mill-awtorità maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, u l-attivitajiet ta' kontroll tal-awtorità tal-awditjar u jkunu bbażati fuq il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness IV.

It-twettiq ta' dawn ir-rekwiżiti jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-kategoriji stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness IV.

2.   It-tipi ewlenin ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ikunu każijiet fejn kwalunkwe mir-rekwiżiti prinċipali msemmija fil-punti 2, 4, 5, 13, 15, 16 u 18 tat-Tabella 1 tal-Anness IV, jew tnejn jew aktar rekwiżiti prinċipali oħra fit-Tabella 1 tal-Anness IV huma vvalutati bħala li jaqgħu fil-kategoriji 3 jew 4 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness IV.

Artikolu 31

Kriterji għall-applikazzjoni ta' rati fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati u kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja

(L-Artikolu 144(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.   Korrezzjonijiet finanzjarji jiġu applikati għal programm operattiv sħiħ, jew għal parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika nuqqas serju, wieħed jew aktar, fil-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja estrapolata, għall-programm operattiv kollu, jew għal parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika irregolaritajiet sistemiċi f'kampjun rappreżentattiv ta' operazzjonijiet, li jippermettu kwantifikazzjoni aktar preċiża tar-riskju għall-baġit tal-Unjoni. F'dan il-każ, ir-riżultati tal-eżami tal-kampjun rappreżentattiv jiġu estrapolati lejn il-bqija tal-popolazzjoni li minnu ttieħed il-kampjun għall-iskop tad-determinazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.

2.   Il-livell ta' korrezzjoni b'rata fissa jkun stabbilit billi jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin:

(a)

l-importanza relattiva tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll inġenerali;

(b)

il-frekwenza u l-firxa tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji;

(c)

il-grad ta' riskju ta' telf għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Meta jitqiesu dawn l-elementi, il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja jiġi ffissat kif ġej:

(a)

fejn in-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tant huwa fundamentali, frekwenti jew mifrux li jirrappreżenta falliment assolut tas-sistema li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa kollha kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 100 %;

(b)

meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma tant frekwenti u mifruxa li jirrappreżentaw falliment estremament serju tas-sistema li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli ħafna tal-infiq ikkonċernat, tiġi applikata rata fissa ta' 25 %;

(c)

meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll qegħdin hemm minħabba li s-sistema ma tkunx qed tiffunzjona għal kollox, jew tkun qed tiffunzjona tant ħażin jew b'mod tant infrekwenti li tqiegħed fir-riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 10 %;

(d)

meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll huma minħabba li s-sistema ma taħdimx b'mod konsistenti b'tali mod li tqiegħed fir-riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon sinifikanti tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 5 %.

4.   Meta l-applikazzjoni ta' rata fissa stabbilita skont il-paragrafu 3 tkun sproporzjonata, il-livell tal-korrezzjoni jitnaqqas.

5.   Meta, minħabba nuqqas tal-awtoritajiet responsabbli li jieħdu miżuri korrettivi adegwati wara l-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja f'sena fiskali, l-istess nuqqas serju jew nuqqasijiet serji huma identifikati f'sena fiskali sussegwenti, ir-rata ta' korrezzjoni tista', minħabba l-persistenza tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji, tiżdied għal livell li ma jaqbiżx dak tal-kategorija ogħla li jmiss.

Artikolu 32

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 24 japplika mill-1 ta' Diċembru 2014, fir-rigward tal-informazzjoni fuq id-dejta rreġistrata u maħżuna msemmija fl-Anness III, bl-eċċezzjoni tal-oqsma tad-dejta minn 23 sa 40, minn 71 sa 78 u minn 91 sa 105. Rigward dawn l-oqsma tal-Anness III, l-Artikolu 24 japplika mill-1 ta' Lulju 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar is-sostenn tal-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas- 7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi ta' Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS I

Perjodi ta' referenza kif imsemmija fl-Artikolu 15(2)

Settur

Perjodu ta' referenza (snin)

Ferroviji

30

Provvista tal-ilma u s-sanità

30

Toroq

25-30

Immaniġġjar tal-iskart

25-30

Portijiet u ajruporti

25

Trasport urban

25-30

Enerġija

15-25

Riċerka u innovazzjoni

15-25

Broadband

15-20

Infrastruttura tan-negozji

10-15

Setturi oħra

10-15


ANNESS II

Kriterji għal analiżi tal-kwalità ta' proġetti ewlenin imsemmija fl-Artikolu 23

1.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

Evidenza ta' kapaċità teknika, legali, finanzjarja u amministrattiva suffiċjenti għall-ġestjoni tal-proġett fil-fażi tal-implimentazzjoni u dik operattiva.

2.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Evidenza tal-eliġibbiltà għall-finanzjament tal-proġett fuq il-bażi ta' ħtiġijiet relatati marbuta mal-post jew iż-żona tal-proġett.

3.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

3.1.   Il-korrettezza tal-kalkolu tal-ispejjeż totali u l-ispiża eliġibbli totali, billi jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u s-suffiċjenza ta' dettall, u l-adegwatezza tal-bażi loġika applikata għall-kalkolu tal-ispejjeż kemm f'termini tal-ispiża globali tagħha biex jinkisbu l-għanijiet mistennija kif ukoll f'termini ta' spejjeż għal kull unità, fejn applikabbli.

3.2.   Evidenza tal-eliġibbiltà għall-għajnuna mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) jew il-Fond ta' Koeżjoni, kif applikabbli, u finanzjament previst biss għal dawk l-elementi li jikkonformaw mar-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u mar-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti mill-Istat Membru.

3.3.   Evidenza li s-sostenn pubbliku għall-proġett ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jew fil-każ ta' għajnuna mill-Istat, li ġie kkunsidrat fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni pubblika totali għall-proġett.

4.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

4.1.   Il-kredibbiltà tal-analiżi tad-domanda (jew tal-pjan tan-negozju f'każ ta' investiment produttiv), abbażi ta' stimi realistiċi u skont ix-xejriet u l-iżviluppi demografiċi ewlenin fis-settur rispettiv li tiġġustifika l-ħtieġa tal-proġett u tal-kapaċità ġenerali tal-faċilitajiet tal-proġett.

4.2.   L-adegwatezza tal-kwalità tal-analiżi tal-għażliet biex tappoġġa l-konklużjoni tal-Istat Membru li l-alternattivi prinċipali ġew analizzati u li l-aħjar għażla ġiet magħżula għall-implimentazzjoni, inkluża ġustifikazzjoni tal-għażla meħuda.

4.3.   L-adegwatezza tat-teknoloġija proposta għall-proġett u l-kapaċità tal-benefiċjarju finali li jiżgura s-sostenibbiltà tiegħu jew, fil-każ ta' kapaċità insuffiċjenti tal-benefiċjarju finali, biżżejjed provvedimenti previsti biex iżidu din il-kapaċità għal-livelli meħtieġa.

4.4.   Il-korrettezza tal-konklużjoni li l-proġett huwa vijabbli u li jista' jiġi implimentat fil-perjodu ppjanat għall-proġett jew sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu ta' eleġibilità kif definit fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

5.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

5.1.   L-analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji segwiet il-metodoloġija rekwiżita msemmija fl-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u applikat b'mod korrett il-metodu għall-kalkolu ta' dħul nett kif imsemmi fl-Artikolu 61 ta' dak ir-Regolament u fl-Artikoli minn 15 sa 19 ta' dan ir-Regolament.

5.2.   Il-korrettezza tal-konklużjoni li l-proġett huwa ekonomikament u finanzjarjament vijabbli u għandu effetti soċjo-ekonomiċi pożittivi li jiġġustifikaw il-livell ta' appoġġ sa fejn previst taħt il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni.

6.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(f) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

6.1.   Kontribuzzjoni ppruvata għall-objettivi tal-politiki ambjentali u dawk relatati mat-tibdil fil-klima, partikolarment, il-miri marbuta mal-istrateġija Ewropa 2020 u evidenza li qed jitqiesu r-riskji relatati mat-tibdil fil-klima, u l-ħtiġijiet tal-adattament għalih u l-mitigazzjoni tiegħu, ir-reżiljenza għad-diżastri u li miżuri xierqa jkunu implimentati jew previsti sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-proġett għall-varjabbiltà tat-tibdil fil-klima.

6.2.   Evidenza li l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u l-prinċipju tal-azzjoni preventiva, ikunu ġew applikati korrettement.

6.3.   Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għal proġetti elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, u għal proġetti elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew permezz tal-analiżi stipulata fl-Artikolu 4 li hija meħtieġa proċedura tal-EIA bħalma hu l-każ għal proġetti elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE:

(a)

is-sommarju mhux tekniku tar-rapport tal-EIA huwa skont l-Artikolu 5 u l-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE u kien soġġett għal konsultazzjonijiet pubbliċi; kif ukoll

(b)

konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ambjentali, mal-pubbliku, u jekk applikabbli, ma' Stati Membri oħrajn, twettqu skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2011/92/UE; kif ukoll

(c)

id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti nħarġet skont l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2011/92/UE; jew

(d)

fil-każijiet fejn il-proċedura tal-EIA tkun intemmet b'deċiżjoni legalment vinkolanti, sakemm jinħareġ il-kunsens tal-iżvilupp skont l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2011/92/UE, id-disponibbiltà ta' impenn bil-miktub mill-Istati Membri għal azzjoni f'waqtha biex jiġi żgurat li l-kunsens għall-iżvilupp jinħareġ sa mhux aktar tard minn qabel il-bidu tax-xogħlijiet.

6.4.   Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva 2011/92/UE għal proġetti elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew, permezz tal-analiżi stipulata mill-Artikolu 4, li l-ebda proċedura EIA ma kienet meħtieġa:

(a)

id-determinazzjoni tal-analiżi tal-awtoritajiet kompetenti ġiet maħruġa u magħmula disponibbli għall-pubbliku; kif ukoll

(b)

fejn id-determinazzjoni tal-analiżi ma tkunx tirreferi għall-kriterji elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92/UE, l-informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 4 u l-Anness III ta' dik id-Direttiva tkun ġiet ipprovduta.

6.5.   Fejn xieraq, ebda applikabbiltà pruvata tad-Direttiva 2011/92/UE.

6.6.   Jekk il-proġett jirriżulta minn pjan jew programm (soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)) għajr il-programm operattiv, prova tal-konsistenza tal-proġett mal-pjan jew programm.

6.7.   F'każ ta' nuqqas li tiġi ssodisfata l-kundizzjonalità ex ante ġenerali dwar il-leġiżlazzjoni ambjentali u kwalunkwe, skont il-każ, kundizzjonalità tematika rilevanti ex ante għas-setturi tal-iskart u tal-ilma, u s-settur tat-trasport (ir-rekwiżiti SEA) kif stipulat fl-Artikolu 19 u fl-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rabta mal-pjan ta' azzjoni miftiehem għandha tiġi ppruvata.

6.8.   Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (6):

(a)

fil-każ ta' proġett li x'aktarx ikollu effetti sinifikanti fuq sit(i) Natura2000 (skont l-Artikolu 6(3)) li twettqet valutazzjoni xierqa u li din saret qabel inħareġ il-kunsens għall-żvilupp għall-proġett;

(b)

fil-każ ta' proġett b'effetti negattivi sinifikanti fuq sit(i) Natura 2000, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE, inkluża n-notifika lill-Kummissjoni jew l-opinjoni mingħandha, ikunu ġew issodisfati.

6.9.   L-adegwatezza tal-informazzjoni dwar il-miżuri addizzjonali ta' integrazzjoni ambjentali bħal awditu ambjentali, ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ambjentali speċifiku, li turi l-adegwatezza tagħhom fir-rigward tal-ħtiġijiet identifikati.

6.10.   L-adegwatezza tal-istima tal-ispiża tal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-impatti negattivi ambjentali.

6.11.   Konformità tal-proġett mad-direttivi ambjentali settorjali rilevanti jekk applikabbli, b'mod partikolari:

(a)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għal proġetti li jaffettwaw korpi tal-ilma (fejn applikabbli, għal proġetti suġġetti għall-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) ta' dik id-Direttiva, il-verifika tal-valutazzjoni);

(b)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (8) għal proġetti fis-settur tal-ilma urban mormi;

(c)

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u d-direttivi rilevanti applikabbli bħad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (10) għal proġetti relatati ma' skart solidu; kif ukoll

(d)

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għal proġetti li jeħtieġu l-għoti ta' permess skont din id-Direttiva.

7.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(g) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

7.1.   Konsistenza u adegwatezza tal-objettivi tal-proġett mal-objettivi speċifiċi definiti skont l-assi prijoritarji rilevanti tal-programmi operattivi kkonċernati.

7.2.   L-adegwatezza tal-kontribuzzjoni mistennija tal-proġett għall-indikaturi tar-riżultati u l-output tal-assi prijoritarju.

7.3.   L-adegwatezza tal-kontribuzzjoni mistennija tal-proġett għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku.

7.4.   Evidenza li benefiċjarju ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-aħjar użu tal-infrastruttura fil-fażi operattiva.

8.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(h) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

8.1.   Ir-riżorsi finanzjarji totali ġġustifikati u ppjanati u s-sostenn iġġustifikat u ppjanat mill-Fondi ppreżentati b'mod korrett fil-pjan ta' finanzjament.

8.2.   L-adegwatezza tal-pjan ta' finanzjament fejn dan jipprova l-vijabilità finanzjarja tiegħu għall-ħtiġijiet finanzjarji annwali għall-implimentazzjoni tal-proġett.

8.3.   L-adegwatezza u l-verifikabbiltà tal-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress, b'kont meħud tar-riskji identifikati.

9.   Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

9.1.   L-istabbiltà u l-fattibilità tal-kalendarju propost għall-implimentazzjoni tal-proġett ewlieni filwaqt li jittieħed kont tar-riskji identifikati.

9.2.   Fil-każ li l-implimentazzjoni tal-proġett tkun itwal mill-perjodu tal-ipprogrammar, l-adegwatezza tal-fażijiet identifikati u l-format ottimali mill-perspettiva tal-effettività u l-effiċjenza.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281).

(4)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(7)  Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(9)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).


ANNESS III

Lista tad-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ (imsemmija fl-Artikolu 24)

Id-dejta hija meħtieġa għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE, il-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-EMFF sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-tieni kolonna.

Entrati tad-dejta

Indikazzjoni ta' Fondi li għalihom id-dejta mhix meħtieġa

Dejta dwar il-benefiċjarju (1)  (2)

1.

L-isem jew identifikatur uniku ta' kull benefiċjarju

 

2.

Informazzjoni dwar jekk il-benefiċjarju huwiex korp tal-liġi pubblika jew korp tal-liġi privata

 

3.

Informazzjoni dwar jekk il-VAT fuq l-infiq imġarrab mill-benefiċjarju huwiex irrekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali

 

4.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-benefiċjarju

 

Dejta dwar l-operazzjoni

5.

Isem jew identifikatur uniku tal-operazzjoni

 

6.

Deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni

 

7.

Id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-operazzjoni

 

8.

Id-data tal-bidu kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

9.

Id-data tat-tmiem kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

10.

Id-data attwali meta l-operazzjoni tkun fiżikament ikkompletata jew implimentata kompletament

 

11.

Il-korp li joħroġ id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

12.

Id-data tal-ħruġ tad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

13.

Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex proġett ewlieni u CCI

Mhux applikabbli għall-FSE u l-FEMS

14.

Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex pjan ta' azzjoni konġunta u CCI

Mhux applikabbli għall-FEMS

15.

Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tinkludix finanzjament taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

16.

Informazzjoni dwar jekk l-appoġġ pubbliku għall-operazzjoni hux se jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

 

17.

Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex implimentata taħt struttura ta' sħubijiet pubbliċi-privati

Mhux applikabbli għall-FEMS

18.

Il-munita tal-operazzjoni

 

19.

CCI tal-programm li minnu l-operazzjoni hija appoġġata

 

20.

Prijorità jew prijoritajiet tal-programm(i) li minnu/hom l-operazzjoni hija appoġġata

 

21.

Il-fond(i) li minnu/hom l-operazzjoni hija appoġġata

 

22.

Kategorija tar-reġjun ikkonċernat

Mhux applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

Dejta dwar kategoriji ta' intervent

23.

Kodiċi(jiet) għall-qasam tal-intervent

Mhux applikabbli għall-FEMS

24.

Kodiċi(jiet) għall-forma tal-finanzjament

Mhux applikabbli għall-FEMS

25.

Kodiċi(jiet) għat-tip ta' territorju

Mhux applikabbli għall-FEMS

26.

Kodiċi(jiet) għal mekkaniżmi ta' twassil territorjali

Mhux applikabbli għall-FEMS

27.

Kodiċi(jiet) għall-objettiv tematiku

Mhux applikabbli għall-FSE u l-FEMS

28.

Kodiċi(jiet) għat-tema sekondarja tal-FSE

Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

29.

Kodiċi(jiet) għall-attività ekonomika

Mhux applikabbli għall-FEMS

30.

Kodiċi(jiet) għall-post

Mhux applikabbli għall-FEMS

Dejta dwar indikaturi

31.

L-isem u l-identifikatur uniku għal kull wieħed mill-indikaturi komuni u speċifiċi għall-programmi rilevanti għall-operazzjoni jew fejn meħtieġ mir-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-isem u l-identifikatur uniku għal kull indikatur komuni tal-output imqassma skont is-sess għall-parteċipanti.

 

32.

Unità ta' kejl għal kull indikatur tal-output

 

33.

Il-valur mira għall-indikatur tal-output imqassam skont is-sess fejn applikabbli

 

34.

Il-livell tal-kisba ta' kull indikatur tal-output għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli analizzati skont is-sess

 

35.

L-isem u l-identifikatur uniku għal kull wieħed mill-indikaturi tar-riżultati komuni u speċifiċi għall-programmi (3) rilevanti għall-operazzjoni jew fejn meħtieġ mir-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-isem u l-identifikatur uniku għal kull indikatur komuni tar-riżultati mqassma skont is-sess fejn applikabbli.

 

36.

Unità ta' kejl għal kull indikatur tar-riżultati

 

37.

Valur bażi għal kull indikatur tar-riżultat ipprovdut

Mhux applikabbli għall-FSE

38.

Valur immirat għall-indikatur tar-riżultati pprovdut, fejn applikabbli mqassam skont is-sess

Mhux applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

39.

Unità ta' kejl għal kull mira u valur ta' bażi tar-riżultati

 

40.

Il-livell tal-kisba ta' kull indikatur tar-riżultati pprovdut għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli mqassma skont is-sess

Mhux applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

Dejta finanzjarja dwar kull operazzjoni (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

41.

L-ammont tal-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjoni approvata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

42.

L-ammont totali ta' spejjeż eliġibbli li jikkostitwixxu nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

 

43.

L-ammont tal-appoġġ pubbliku, kif indikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

Dejta dwar pretensjonijiet ta' ħlasijiet mill-benefiċjarju (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

44.

Data tal-irċevuta ta' kull pretensjoni ta' pagament mingħand il-benefiċjarju

 

45.

Data ta' kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta' pretensjoni ta' pagament

 

46.

Ammont ta' nefqa eliġibbli fi pretensjoni ta' pagament li tifforma l-bażi għal kull pagament lill-benefiċjarju

 

47.

Ammont ta' nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi man-nefqa eliġibbli li tifforma l-bażi għal kull ħlas

 

48.

Ammont ta' kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta' pretensjoni ta' pagament

 

49.

Dħul nett iġġenerat mill-operazzjoni waqt l-implimentazzjoni tagħha li ma tqiesx fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ u li jitnaqqas mill-ispiża eliġibbli

 

50.

Id-data tal-bidu tal-verifiki fuq il-post tal-operazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 125(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

 

51.

Data ta' awditjar fuq il-post tal-operazzjoni skont l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament

 

52.

Il-korp li jagħmel l-awditjar jew il-verifika

 

Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq l-ispejjeż reali (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

53.

L-ispiża eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' spejjeż realment imġarrba u mħallsa, flimkien ma' kontribuzzjonijiet in natura u deprezzament, fejn applikabbli

 

54.

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi tal-ispejjeż fil-fatt irrimborżati u mħallsa, flimkien ma' kontribuzzjonijiet in natura u deprezzamenti, fejn applikabbli

 

55.

It-tip ta' kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE (4) jew id-Direttiva 2004/18/KE (5) (xogħlijiet/forniment ta' servizzi/forniment ta' oġġetti) jew id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)

 

56.

tal-kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

 

57.

L-ammont eliġibbli mġarrab u mħallas ibbażat fuq kuntratt jekk il-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

 

58.

Il-proċedura tal-akkwist użata jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

 

59.

L-isem jew l-identifikatur uniku tal-kuntrattur jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

 

Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq skali standard ta' spejjeż għal kull unità (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

60.

L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità

 

61.

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità

 

62.

Definizzjoni ta' unità li tintuża għall-finijiet tal-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità

 

63.

Numru ta' unitajiet mogħtija kif indikat fil-pretensjoni ta' pagament għal kull element ta' unità

 

64.

Spejjeż tal-unità għal unità waħda, f'kull element ta' unità

 

Dejta dwar l-infiq fil-pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq ħlasijiet ta' somom f'daqqa (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

65.

L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit fuq il-bażi ta' somom f'daqqa

 

66.

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' somom f'daqqa

 

67.

Għal kull somma f'daqqa, riżultati tanġibbli (outputs jew riżultati) miftiehma fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ bħala l-bażi għall-iżborż ta' ħlasijiet ta' somom f'daqqa

 

68.

Għal kull somma f'daqqa, l-ammont maqbul fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

 

Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament mill-benefiċjarju bbażata fuq ir-rati fissi (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

69.

L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit fuq il-bażi ta' rata fissa

 

70.

L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' rata fissa

 

Dejta dwar irkupri mill-benefiċjarju

71.

Data ta' kull deċiżjoni ta' rkupru

 

72.

Ammont ta' appoġġ pubbliku affettwat minn kull deċiżjoni ta' rkupru

 

73.

Nefqa totali eliġibbli affettwata minn kull deċiżjoni ta' rkupru

 

74.

Data tal-irċevuta ta' kull ammont imħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta' rkupru

 

75.

Ammont ta' appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta' rkupru (mingħajr imgħax jew penali)

 

76.

In-nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju

 

77.

Ammont ta' appoġġ pubbliku irrekuperabbli wara deċiżjoni ta' rkupru

 

78.

In-nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku irrekuperabbli

 

Dejta dwar l-applikazzjonijiet għal pagamenti lill-Kummissjoni (f'EUR)

79.

Data tat-tressiq ta' kull applikazzjoni għal ħlas inkluża n-nefqa eliġibbli mill-operazzjoni

 

80.

L-ammont totali ta' nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni inkluża f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

81.

L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-operazzjoni inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

82.

Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrumenti finanzjarji inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

83.

Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' nfiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi mal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrumenti finanzjarji inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

84.

Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 42(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

85.

Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali tan-nefqa pubblika li tikkorrispondi mal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallsa bħala nefqa eliġibbli, fis-sens tal-Artikolu 42(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

86.

Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont imħallas lill-benefiċjarju fl-operazzjoni bħala avvanz inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas

 

87.

Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont tal-avvanz inkluż f'applikazzjoni għal ħlas li jkun kopert min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju fi żmien tliet snin minn meta jitħallas l-avvanz

 

88.

Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont imħallas lill-benefiċjarju taħt l-operazzjoni bħala avvanz inkluż f'applikazzjoni għal ħlas li ma tkunx ġiet koperta min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju u li għaliha l-perjodu ta' tliet snin ma jkunx għadu għadda

 

89.

L-ammont ta' nefqa eliġibbli inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas fuq il-bażi tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

90.

Ammont ta' nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas fuq il-bażi tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

Dejta dwar kontijiet imressqa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (f'EUR)

91.

Id-data tat-tressiq ta' kull sett ta' kontijiet inkluża n-nefqa fl-operazzjoni

 

92.

Data tas-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom in-nefqa finali tal-operazzjoni hija inkluża wara t-tlestija tal-operazzjoni (fejn it-total tan-nefqa eliġibbli huwa ta' EUR 1 000 000 jew aktar (l-Artikolu 140 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013))

 

93.

Ammont totali ta' nfiq eliġibbli tal-operazzjoni mdaħħal fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

 

94.

L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tkun saret fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

 

95.

L-ammont totali tal-ħlasijiet magħmula lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

 

96.

In-nefqa totali eliġibbli tal-operazzjoni użata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

97.

Nefqa pubblika totali kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali użata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

98.

In-nefqa totali eliġibbli tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

99.

In-nefqa pubblika totali li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

100.

In-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

101.

In-nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

102.

Għall-operazzjoni inkluża f'kull ġabra ta' kontijiet, l-ammont ta' nefqa eliġibbli totali rkuprat skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 matul is-sena fiskali

 

103.

Għall-operazzjoni inkluża f'kull ġabra ta' kontijiet, in-nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tikkorrispondi mal-ammont ta' nefqa eliġibbli totali rkuprat skont l-Artikolu 71 ta' dak ir-Regolament matul is-sena fiskali

 

104.

L-ammont eliġibbli totali tan-nefqa tal-operazzjoni irrekuperabbli fi tmiem is-sena fiskali inkluż fil-kontijiet

 

105.

In-nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont tan-nefqa irrekuperabbli fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

 

Dejta dwar tipi speċifiċi ta' nefqa suġġetti għal limiti massimi

106.

Ammont ta' spejjeż tat-tip FEŻR imġarrba u mħallsa kofinanzjat mill-FSE skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

107.

Ammont ta' spejjeż tat-tip FSE imġarrba u mħallsa kofinanzjat mill-FEŻR skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

108.

Ammont ta' nefqa mġarrba u mħallsa li ssir barra miż-żona tal-programm iżda fl-Unjoni, skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

 

109.

Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa barra mill-Unjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

110.

Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013

Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

111.

Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa għax-xiri tal-art skont l-Artikolu 69(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

 

112.

Ammont ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-operazzjoni skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

 

113.

Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa f'pajjiżi terzi koperti mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni jew mill-Istrument Ewropew tal-Viċinat għal operazzjonijiet ETC

Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS


(1)  Fil-każ tal-ETC, il-benefiċarju jinkludi l-benefiċjarju ewlieni u l-benefiċjarji l-oħra.

(2)  Il-benefiċjarju jinkludi, fejn applikabbli, korpi oħra li jagħmlu nfiq fl-operazzjoni li jiġi ttrattat bħala nfiq imġarrab mill-benefiċjarju.

(3)  Għall-FSE, l-indikaturi komuni tar-riżultati jinkludu l-indikaturi stabbiliti fl-Anness I u II tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

(4)  Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(6)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).


ANNESS IV

Rekwiżiti ewlenin tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward it-tħaddim effettiv tagħhom imsemmija fl-Artikolu 30

Tabella 1

Rekwiżiti ewlenin

Rekwiżiti ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll

Korpi/awtoritajiet ikkonċernati

Kamp ta' applikazzjoni

1

Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor.

L-awtorità maniġerjali

Ambjent ta' kontroll intern

2

Għażla xierqa tal-operazzjonijiet.

L-awtorità maniġerjali

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

3

Informazzjoni adegwata għall-benefiċjarji dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-operazzjonijiet magħżula.

L-awtorità maniġerjali

4

Verifiki adegwati tal-ġestjoni

L-awtorità maniġerjali

5

Sistema effettiva biex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-awditjar jinżammu biex ikun żgurat rekord adegwat għall-awditjar.

L-awtorità maniġerjali

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ

6

Sistema kredibbli għall-ġbir, reġistrazzjoni u ħażna tad-dejta għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifika u l-awditjar, inklużi kuntatti mal-benefiċjarji permezz ta' sistemi tal-iskambju tad-dejta elettronika.

L-awtorità maniġerjali

7

L-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri proporzjonati kontra l-frodi

L-awtorità maniġerjali

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

8

Proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni tal-maniġment u s-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa.

L-awtorità maniġerjali

9

Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

Ambjent tal-kontroll intern

10

Proċeduri xierqa biex jitfasslu u jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għall-ħlas.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ

11

Jinżammu rekords kompjuterizzati xierqa tal-infiq iddikjarat u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

12

Rendikont xieraq u sħiħ ta' ammonti li jistgħu jiġu rkuprati, dawk irkuprati u dawk irtirati.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

13

Proċeduri xierqa għat-tfassil u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali.

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

14

Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati biex jiżguraw li kwalunkwe entità oħra li twettaq awditjar skont l-istrateġija ta' awditjar tal-programm ikollha l-indipendenza funzjonali meħtieġa u tqis l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

Awtorità tal-awditjar

Ambjent tal-kontroll intern

15

Awditi adegwati tas-sistemi.

Awtorità tal-awditjar

L-attivitajiet ta' kontroll

16

Awditi adegwati tal-operazzjonijiet

Awtorità tal-awditjar

17

Awditi adegwati tal-kontijiet

Awtorità tal-awditjar

18

Proċeduri adegwati biex tiġi pprovduta opinjoni tal-awditjar kredibbli u biex jitħejja r-rapport annwali tal-kontroll.

Awtorità tal-awditjar


Tabella 2

Klassifikazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll fir-rigward tat-tħaddim effettiv tagħhom

Kategorija 1

Jaħdem sew. Le, jew hemm bżonn biss ta' xi titjib minuri

Kategorija 2

Xogħlijiet. Huwa meħtieġ xi titjib

Kategorija 3

Jaħdem parzjalment. Hemm bżonn ta' titjib sostanzjali

Kategorija 4

Essenzjalment ma jaħdimx.


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/45


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 481/2014

tal-4 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, jeħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni fir-rigward tal-kostijiet marbuta mal-persunal, tan-nefqa għall-uffiċċji u dik amministrattiva, tal-kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, tal-kostijiet għall-għarfien espert u s-servizzi esterni u tan-nefqa marbuta mat-tagħmir (minn hawn 'il quddiem ”kategoriji ta' nefqa”).

(2)

Sabiex ikun hemm flessibbiltà fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-eliġibbiltà għall-programmi ta' kooperazzjoni l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fi programm ta' kooperazzjoni partikolari għandhom jitħallew jiddeċiedu li ċerta kategorija ta' nefqa ma tapplikax għal assi prijoritarju speċifiku ta' programm ta' kooperazzjoni partikolari.

(3)

Għandu jiġi speċifikat kif ir-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament, jidħlu fil-qafas legali ġenerali dwar ir-regoli tal-eliġibbiltà applikabbli għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESI) kollha, kif stipulat fl-Artikoli 65 sa 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

Għal kull kategorija ta' nefqa, għandha tiġi stabbilita lista ta' elementi differenti ta' nefqa.

(5)

Għandu jiġi ċċarat li, bħala regola ġenerali, ir-rigali huma ineliġibbli. Madankollu, id-distribuzzjoni ta' oġġetti żgħar relatati mal-promozzjoni, il-komunikazzjoni, ir-reklamar jew l-informazzjoni għandha tkun eliġibbli.

(6)

Għandhom jiġu determinati l-elementi differenti tal-kostijiet marbuta mal-persunal, flimkien ma' regoli dwar il-kalkolu, il-kontabilità u r-rimborż tal-kostijiet tal-persunal b'mod ġenerali u dwar l-assenjar ta' karigi part-time jew kuntratti ta' servizz fuq bażi ta' kull siegħa b'mod partikolari.

(7)

L-elementi differenti tan-nefqa amministrattiva u għall-uffiċċji għandhom jiġu elenkati, flimkien ma' regoli dwar il-kalkolu, il-kontabilità u r-rimborż ta' tali elementi ta' kostijiet, bħala kostijiet diretti jew indiretti, b'mod partikolari fejn ikkombinati mar-rati fissi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(8)

L-elementi differenti tal-kostijiet ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni għandhom jiġu elenkati, flimkien mar-regoli dwar il-kalkolu, il-kontabilità u r-rimborż, irrispettivament minn jekk din in-nefqa tiġġarrabx mill-benefiċjarju jew direttament mill-persunal tiegħu. Għandhom jiġu ċċarati wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom jiġu kkontabilizzati l-kostijiet ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni jekk dawn jintefqu 'l barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm, kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.

(9)

Għandhom jiġu elenkati l-elementi differenti ta' kostijiet għall-għarfien espert u s-servizzi esterni.

(10)

L-elementi differenti tan-nefqa marbuta mat-tagħmir għandhom jiġu elenkati, flimkien mar-regoli dwar l-eliġibbiltà ta' tagħmir użat.

(11)

Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Bla ħsara għar-regoli dwar l-eliġibbiltà, stipulati fl-Artikoli 65 sa 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew abbażi tagħhom, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni fir-rigward tal-kategoriji ta' nefqa li ġejjin:

(a)

il-kostijiet marbuta mal-persunal;

(b)

in-nefqa amministrattiva u għall-uffiċċji;

(c)

il-kostijiet ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni;

(d)

il-kostijiet għall-għarfien espert u s-servizzi esterni; kif ukoll

(e)

in-nefqa marbuta mat-tagħmir.

2.   L-Istati Membri parteċipanti fil-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm ta' kooperazzjoni jistgħu jaqblu li, in-nefqa li tidħol taħt kategorija waħda jew aktar minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, ma tkunx eliġibbli taħt assi prijoritarju wieħed jew aktar.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Kwalunkwe nefqa eliġibbli f'konformità ma' dan ir-Regolament, imħallsa minn jew f'isem il-benefiċjarju, tirrigwarda l-kostijiet involuti biex tingħata bidu jew biex tingħata bidu u tiġi implimentata operazzjoni jew parti minn operazzjoni.

2.   Il-kostijiet li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a)

multi, penalitajiet finanzjarji u n-nefqa fuq tilwim legali u l-litigazzjoni;

(b)

kostijiet ta' rigali, apparti dawk li l-valur unitarju tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 50, meta jkunu jirrigwardaw il-promozzjoni, il-komunikazzjoni, ir-reklamar jew l-informazzjoni;

(c)

il-kostijiet marbuta ma' fluttwazzjoni tar-rata tal-kambju.

Artikolu 3

Il-kostijiet marbuta mal-persunal

1.   In-nefqa fuq il-kostijiet marbuta mal-persunal tikkonsisti f'kostijiet ta' impjieg gross tal-membri tal-persunal impjegati mill- benefiċjarju b'waħda mill-modalitajiet segwenti:

(a)

full time;

(b)

part-time b'perċentwali fiss ta' ħin maħdum għal kull xahar;

(c)

part-time b'numru flessibbli ta' sigħat maħduma għal kull xahar; jew

(d)

fuq bażi ta' kull siegħa.

2.   In-nefqa fuq il-kostijiet marbuta mal-persunal tkun limitata għas-segwenti:

(a)

il-pagamenti ta' salarji relatati mal-attivitajiet li l-entità ma twettaqx jekk l-operazzjoni kkonċernata ma tkunx saret, stabbiliti f'kuntratt ta' impjieg/xogħol, f'deċiżjoni ta' ħatra (minn hawn 'il quddiem imsejħa t-tnejn li huma “dokument ta' impjieg”) jew bil-liġi, u marbuta mar-responsabbiltajiet speċifikati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-membru tal-persunal ikkonċernat;

(b)

kwalunkwe kostijiet oħra direttament marbuta mal-pagamenti ta' salarji mġarrba u mħallsa mill-impjegatur, bħalma huma t-taxxi fuq l-impjieg u s-sigurtà soċjali inklużi l-pensjonijiet, kif kopert mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) sakemm:

(i)

ikunu stabbiliti f'xi dokument ta' impjieg jew bil-liġi;

(ii)

ikunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fid-dokument ta' impjieg u mal-prassi standard tal-pajjiż u/jew tal-organizzazzjoni fejn effettivament ikun qed jaħdem il-membru individwali tal-persunal; kif ukoll

(iii)

ma jkunux irkuprabbli mill-impjegatur.

Fir-rigward tal-punt (a), il-pagamenti lil persuni fiżiċi li jaħdmu għall-benefiċjarju fil-qafas ta' kuntratt għajr kuntratt tal-impjieg/tax-xogħol, jistgħu jiġu assimilati mal-pagamenti ta' salarji u kuntratt bħal dan ikun jista' jitqies bħala dokument ta' impjieg.

3.   Il-kostijiet marbuta mal-persunal jistgħu jiġu rimborżati:

(i)

abbażi tal-kost reali (ipprovat permezz tad-dokument ta' impjieg u tar-rendikonti tas-salarju); jew

(ii)

abbażi tal-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati, kif stabbilit fl-Artikolu 67(1), minn (b) sa (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; jew billi

(iii)

bħala rata fissa f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.

4.   Il-kostijiet marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li jiġu assenjati karigu part-time waqt operazzjoni, ikunu kkalkolati bħala:

(a)

perċentwali fiss tal-kost tal-impjieg gross, f'konformità mal-perċentwali fiss tal-ħin maħdum waqt l-operazzjoni, mingħajr obbligu li tiġi stabbilita sistema separata ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol; jew billi

(b)

sehem flessibbli tal-kost tal-impjieg gross, f'konformità mal-għadd ta' sigħat li jvarjaw minn xahar għal ieħor, maħduma waqt l-operazzjoni, abbażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni ta' ħin li tkopri 100 % tal-ħin tax-xogħol tal-impjegat.

5.   Fir-rigward tal-karigi part-time msemmija taħt il-punt (a) tal-paragrafu 4, l-impjegatur joħroġ dokument għal kull impjegat li jistabbilixxi l-perċentwali tal-ħin li jkun irid jinħadem waqt l-operazzjoni.

6.   Fir-rigward tal-karigi part-time msemmija taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4, ir-rimborż tal-kostijiet marbuta mal-persunal jiġi kkalkulat fuq bażi ta' rata fis-siegħa, determinat billi:

(i)

jiġi diviż il-kost gross tal-impjieg ta' kull xahar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar stabbilit fid-dokument ta' impjieg u espress f'sigħat; jew billi

(ii)

jiġi diviż il-kost tal-impjieg gross annwali, dokumentat l-aktar riċenti, b'1 720 siegħa, f'konformità mal-Artikolu 68(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Ir-rata fis-siegħa tiġi mmultiplikata bl-għadd ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni.

7.   Il-kostijiet marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat l-għadd ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, abbażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

Artikolu 4

In-nefqa amministrattiva u għall-uffiċċji

In-nefqa amministrattiva u għall-uffiċċji tkun limitata għall-elementi li ġejjin:

(a)

il-kirja tal-uffiċċji;

(b)

l-assigurazzjoni u t-taxxi relatati mal-bini fejn ikun qiegħed il-persunal u mat-tagħmir tal-uffiċċji (pereż. assigurazzjonijiet fuq is-serq u kontra n-nar);

(c)

l-utilitajiet (pereż. l-elettriku, it-tisħin, l-ilma);

(d)

il-provvisti tal-uffiċċju;

(e)

il-kontabilità ġenerali pprovduta fl-organizzazzjoni benefiċjarja;

(f)

l-arkivji;

(g)

il-manutenzjoni, it-tindif u t-tiswijiet;

(h)

is-sigurtà;

(i)

is-sistemi tal-IT;

(j)

il-mezzi ta' komunikazzjoni (pereż. it-telefown, il-faks, l-Internet, is-servizzi postali, il-biljetti ta' kuntatt);

(k)

l-imposti bankarji għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kont jew kontijiet, meta l-implimentazzjoni ta' operazzjoni tkun tirrikjedi li jinfetaħ kont separat;

(l)

l-imposti għal tranżazzjonijiet finanzjarji tranżnazzjonali.

Artikolu 5

Il-kostijiet ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni;

1.   In-nefqa fuq il-kostijiet ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni tkun limitata għall-elementi segwenti:

(a)

il-kostijiet ta' vvjaġġar (pereż. il-biljetti, l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u tal-karozzi, il-fjuwil, il-kilometraġġ, in-nollijiet, u l-miżati għall-parkeġġ);

(b)

l-ispejjeż tal-ikliet;

(c)

il-kostijiet ta' akkomodazzjoni;

(d)

il-kostijiet tal-viża;

(e)

Kumpensi għas-sussistenza ta' kuljum.

2.   Kwalunkwe element elenkat fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1, kopert minn kumpens għas-sussistenza ta' kuljum, ma jkunx rimborżat flimkien mal-kumpens għas-sussistenza ta' kuljum.

3.   Il-kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni ta' esperti u fornituri tas-servizz esterni jaqgħu taħt il-kostijiet għall-għarfien espert u s-servizzi esterni elenkati fl-Artikolu 6.

4.   Il-pagament dirett ta' nefqa skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju jiġi sostnut billi l-benefiċjarju jagħti prova ta' rimborż lil dak l-impjegat.

5.   F'dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet li jinvolvu assistenza teknika jew attivitajiet promozzjonali u bini ta' kapaċitajiet, in-nefqa mġarrba 'l barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm tkun eliġibbli, jekk tiġġarrab f'konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.

6.   L-awtorità maniġerjali tista' taċċetta l-kostijiet ta' akkomodazzjoni u tal-ikel li jsiru fi stabbilimenti li jinsabu barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm bħala eliġibbli, jekk ikunu ġġarrbu f'konformità mal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013. Dan japplika wkoll għall-kostijiet tal-ivvjaġġar fil-post fejn ikun/tkun sar(et) xi avveniment jew azzjoni 'l barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm.

7.   Fir-rigward tal-membri tal-persunal ta' benefiċjarji li jkunu jinsabu 'l barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm, l-awtorità maniġerjali tista' taċċetta l-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kostijiet tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-avveniment jew tal-azzjoni, ġewwa jew barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm, bħala eliġibbli, jekk jiġġarrbu f'konformità mal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.

8.   Fir-rigward tal-membri tal-persunal ta' benefiċjarji li jkunu jinsabu 'l ġewwa mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm, il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kostijiet tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-avveniment jew tal-azzjoni, ġewwa jew barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm, jitqiesu bħala eliġibbli, f'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.

Artikolu 6

Il-kostijiet għall-għarfien espert u s-servizzi esterni

In-nefqa fuq il-kostijiet għall-għarfien espert u s-servizzi esterni tkun limitata għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, gћajr il-benefiċjarju tal-operazzjoni:

(a)

studji jew stħarriġiet (pereż. evalwazzjonijiet, strateġiji, dokumenti kunċettwali, pjanijiet ta' disinn, manwali);

(b)

it-taħriġ;

(c)

it-traduzzjonijiet:

(d)

is-sistemi tal-IT u l-iżvilupp ta' websajts, il-modifiki u l-aġġornamenti;

(e)

il-promozzjoni, il-komunikazzjoni, ir-reklamar jew l-informazzjoni marbuta ma' operazzjoni jew ma' programm ta' kooperazzjoni bħala tali;

(f)

l-immaniġġjar finanzjarju;

(g)

servizzi relatati mal-organizzazzjoni u mal-implimentazzjoni ta' avvenimenti jew laqgħat (inkluż il-kiri, il-forniment tal-ikel jew l-interpretazzjoni);

(h)

il-parteċipazzjoni f'avvenimenti (pereż. il-miżati ta' reġistrazzjoni);

(i)

il-konsulenza legali u s-servizzi notarili, l-għarfien espert tekniku u finanzjarju, servizzi oħra ta' konsulenza u kontabilità;

(j)

id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;

(k)

il-verifiki skont l-Artikolu 125(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013;

(l)

il-kosti ta' ċertifikazzjoni u ta' awditu fuq il-livell ta' programm skont l-Artikoli 126 u 127 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(m)

l-għoti ta' garanziji minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, fejn ikun mitlub mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew f'xi dokument ta' programmar adottat mill-kumitat ta' monitoraġġ;

(n)

l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni, il-kelliema, il-presidenti tal-laqgħat u l-fornituri tas-servizz;

(o)

għarfien espert u servizzi speċifiċi oħra meħtieġa għall-operazzjonijiet.

Artikolu 7

In-nefqa marbuta mat-tagħmir

1.   In-nefqa għall-finanzjament ta' tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni apparti dik koperta bl-Artikolu 4, tkun limitata għas-segwenti:

(a)

l-apparat tal-uffiċċju;

(b)

il-ħardwer u s-softwer tal-IT;

(c)

l-għamara u l-fittings;

(d)

l-apparat tal-laboratorju;

(e)

il-magni u l-istrumenti;

(f)

l-għodod jew l-apparat;

(g)

il-vetturi;

(h)

tagħmir speċifiku ieħor meħtieġ għall-operazzjonijiet.

2.   Il-kostijiet tax-xiri ta' tagħmir użat jista' jkun eliġibbli bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma tkun ingħatat l-ebda assistenza oħra għalih mill-Fondi ESI;

(b)

il-prezz tiegħu ma jaqbiżx il-prezz ġeneralment aċċettat fis-suq inkwistjoni;

(c)

ikollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-operazzjoni u jkun konformi ma' normi u standards applikabbli.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/51


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 482/2014

tal-4 ta' Marzu 2014

li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 114/2013 fir-rigward tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fl-2010 speċifikati għall-manifattur Great Wall Motor Company Limited

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-manifattur tal-vetturi kummerċjali ħfief, Great Wall Motor Company Limited, għarraf lill-Kummissjoni li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fl-2010 speċifikati għal dak il-manifattur fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2013 (2) mhumiex korretti. Il-manifattur ipprovda evidenza dettaljata li turi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fl-2010 kienu ogħla sew mill-valur indikat f'dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kummissjoni vvalutat l-evidenza pprovduta minn Great Wall Motor Company Limited u tikkunsidra li huwa xieraq li l-valur jiġi kkoreġut.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 114/2013 għandu jkun emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-lista tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 114/2013, l-annotazzjoni fit-tieni kolonna, intitolata “Emissjonijiet medji (g/km)”, għall-għamla Great Wall tinbidel u ssir “225,00”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2013 tas-6 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-applikazzjoni għal deroga minn miri ta' emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda (ĠU L 38, 9.2.2013, p. 1).


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/52


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 483/2014

tat-8 ta' Mejju 2014

dwar miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea fil-porċini kkawżata minn deltakoronavirus fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' sprej ta' demm imnixxef u plażma tad-demm ta' oriġini porċina maħsuba għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali porċini mrobbija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikolu 22(3) (1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 97/78/KE jipprevedi li jekk fit-territorju ta' pajjiż terz marda jew fenomenu ieħor jew kwalunkwe ċirkustanza li kapaċi jkunu ta' theddida serja għas-saħħa tal-annimali jimmanifestaw ruħhom jew jinxterdu, jew jekk kull raġuni oħra serja ta' saħħa tal-annimali hekk titlob, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, għandha tadotta miżuri mingħajr dewmien, inkluż kundizzjonijiet speċjali fir-rigward ta' prodotti li ġejjin mill-pajjiż terz jew minn parti tal-pajjiż terz ikkonċernat.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom, biex jiġu milqugħa minn qabel u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġejjin minn dawn il-prodotti, u b'mod partikolari biex titħares is-sikurezza tal-katina tal-għalf. Huwa wkoll jikkategorizza dawk il-prodotti f'kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali.

(3)

L-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jistipula r-rekwiżiti għall-importazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ta' materjal tal-Kategorija 3.

(4)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (3), jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi għat-trattament jew l-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati destinati għat-tagħlif ta' annimali fl-irziezet, minbarra annimali bil-pil.

(5)

Prodotti tad-demm maħsubin għall-produzzjoni tal-għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet, inkluż sprej ta' demm niexef u plażma tal-annimali porċini, għandhom ikunu ġew prodotti skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011. B'referenza għall-punt B ta' dik it-Taqsima, il-prodotti tad-demm għandhom jiġu sottomessi għal xi wieħed mill-metodi tal-ipproċessar minn 1 sa 5 jew mill-metodu tal-ipproċessar 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, jew metodu ieħor li jiżgura li l-prodotti tad-demm jkunu konformi mal-istandards mikrobijoloġiċi għal prodotti derivati stabbilit fil-Kapitolu I tal-Anness X tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011. Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprevedi wkoll, b'mod partikolari f'kolonna 6 tar-ringiela 2 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV, li prodotti tad-demm mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jistgħu jintużaw bħala għalf maħsuba biex jintbagħtu lejn jew jgħaddu mill-Unjoni għandhom ikollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu 4(B) tal-Anness XV.

(6)

Id-dijarea tal-porċini kkawżata minn deltakoronavirus sseħħ fl-Asja u fl-Amerika ta' Fuq. Dan il-vajrus qatt ma nstab fl-Unjoni. L-isprej ta' demm imnixxef u plażma tad-demm ta' annimali porċini huwa ingredjent tradizzjonali tal-għalf għall-ħnienes. Trattament ta' sħana mhux adegwat jew kontaminazzjoni wara t-trattament bis-sħana jistgħu jwasslu għal tixrid tal-vajrus fit-tali prodotti.

(7)

Għalhekk huwa neċessarju li jiġu riveduti r-rekwiżiti għall-importazzjoni ta' sprej ta' demm imnixxef u plażma tad-demm ta' annimali porċini maħsuba għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali porċini mrobbija.

(8)

Osservazzjoni xjentifika tindika li koronaviruses tal-porċini jiġu inattivati f'feċi tal-majjali jekk jissaħħnu għal u jinżammu f'temperatura ta' 71 °C għal 10 minuta jew jitħallew f'temperatura ambjentali ta' 20 °C għal sebat ijiem. Il-virus ma kampax f'għalf niexef infettat għall-għan sperimentali maħżun f'temperatura ta' 24 °C għal aktar minn ġimgħatejn. F'pajjiżi terzi, it-temperatura applikata b'mod komuni għal tnixxif bi sprej ta' demm u plażma tad-demm hija 80 °C fis-sustanza kollha.

(9)

Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni disponibbli, jidher opportun li jinħtieġ li l-isprej ta' demm imnixxef u plażma tad-demm ta' oriġini porċina introdott minn pajjiżi terzi u maħsub għat-tmigħ ta' annimali porċini jkun ġie suġġett għal trattament f'temperatura għolja segwita minn ħażna sussegwenti għal ċertu żmien f'temperatura ambjentali sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni wara t-trattament.

(10)

Minħabba l-ħtieġa li titħares is-saħħa tal-annimali fl-Unjoni u t-theddid serju ġej mill-prodotti tad-demm kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja provviżorji. Għaldaqstant, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dawk il-prodotti għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri ta' salvagwardja provviżorji għandhom japplikaw mill-jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jdumu għal perjodu ta' 12-il xahar. Dawn jistgħu jiġu emendati fid-dawl ta' valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq informazzjoni xjentifika ġdida.

(12)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

B'deroga minn kolonna 6 ta' ringiela 2 fit-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV u tal-Kapitolu 4(B) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, prodotti tad-demm mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jistgħu jintużaw bħala materjal tal-għalf, maħsuba biex jintbagħtu lejn l-Unjoni jew biex jgħaddu minnha, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika għal konsenji ċċertifikati mill-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika sal-31 ta' Mejju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.)

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).


ANNESS

Ċertifikat tas-saħħa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/57


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 484/2014

tat-12 ta' Mejju 2014

li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kapital ipotetiku ta' kontroparti ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-4 ta' Lulju 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50a(4) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50c(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) l-istituzzjonijiet li huma stabbiliti fl-Unjoni qegħdin attwalment jirrapurtaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-fondi proprji kull tliet xhur. Sabiex jiġu mminimizzati l-inkonsistenzi bejn id-dati ta' referenza stabbiliti għall-istituzzjonijiet u d-dati stabbiliti għall-kontropartijiet ċentrali (CCPs) għall-kalkolu u għar-rapportar tal-informazzjoni marbuta mal-kapital ipotetiku, id-dati ta' referenza stabbiliti għal CCPs għandhom ikopru mill-inqas id-dati ta' referenza diġà stabbiliti għall-istituzzjonijiet. Madankollu, frekwenza ogħla ta' rapportar tal-informazzjoni marbuta mal-kapital ipotetiku tkun takkomoda wkoll il-fatt li l-membri tal-ikklerjar stabbiliti f'pajjiżi terzi jista' jkollhom dati differenti ta' rapportar. Barra minn hekk, jista' jkun hemm varjazzjonijiet kbar fir-rekwiżiti ta' fondi proprji u biex il-membri tal-ikklerjar u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom għarfien aġġornat ta' dawk ir-rekwiżiti, dawn jistgħu ikunu jridu jimmonitorjaw dawk l-iskoperturi aktar spiss minn kull tliet xhur.

(2)

F'sitwazzjonijiet normali, id-dati tar-rapportar għas-CCPs ma għandhomx jiddewmu b'aktar minn ġimgħa mid-data tal-kalkolu. Ġimgħa tipprovdi lis-CCPs b'biżżejjed żmien sabiex iwettqu l-kontrolli interni kollha u jlestu l-proċess meħtieġ ta' approvazzjoni qabel ma jirrapportaw id-dejta meħtieġa. Jekk CCP tiżviluppa sistema awtomatizzata b'mod sħiħ, id-data tar-rapportar tista' tkun qrib id-data tal-kalkolu. Bħalissa, madankollu, is-CCPs ma għandhomx il-kapaċità li jlestu l-proċess kollu f'dan iż-żmien u jistgħu għalhekk ikollhom bżonn jiżviluppaw il-proċessi u l-infrastrutturi interni tagħhom sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan. F'dan l-isfond, għandha tiġi introdotta dispożizzjoni transizzjonali li tagħti lis-CCPs biżżejjed żmien biex jiżviluppaw il-proċessi u l-infrastrutturi interni meħtieġa u, fl-istess ħin, biex jibdew jirrapportaw l-informazzjoni marbuta mal-kapital ipotetiku lill-membri tal-ikklerjar tagħhom.

(3)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, it-telf wara l-inadempjenza ta' membru tal-ikklerjar, fl-ewwel istanza, ikun kopert mill-marġini inizjali u mill-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tal-membru inadempjenti nnifsu. Fejn dawk ma jkunux biżżejjed, it-telf huwa kopert mir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati li jiġu kkontribwiti mis-CCPs għall-kaskati ta' inadempjenza rispettivi tagħhom u mill-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' inadempjenza prefinanzjati tal-membri mhux inadempjenti. Matul dan il-perjodu, il-frekwenza tar-rapportar għandha tiżdied sabiex il-membri tal-ikklerjar l-oħrajn li mhumiex inadempjenti u l-awtoritajiet kompetenti jinżammu aġġornati fuq l-informazzjoni kollha relatata mal-kapital ipotetiku meħtieġa biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-membri tal-ikklerjar. Is-CCPs għandu jkollhom il-kapaċitajiet tekniċi u l-proċessi interni fis-seħħ sabiex jaħdmu u jwasslu l-informazzjoni dwar il-kapital ipotetiku taħt dawn is-sitwazzjonijiet ta' stress.

(4)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP jkollha tirriforni r-riżorsi finanzjarji prefinanzjati proprji fil-kaskata tal-inadempjenza fi żmien xahar. Għal din ir-raġuni, il-frekwenzi tal-kalkolu u r-rapportar f'dawn is-sitwazzjonijiet għandha tkun ogħla min-normal. Ir-rapportar ta' kuljum tal-informazzjoni marbuta mal-kapital ipotetiku jista' jkun inqas sinifikanti minħabba li jista' jgħaddi ż-żmien qabel ma jiġi stabbilit id-daqs totali tat-telf warainadempjenza ta' membru tal-ikklerjar. Minħabba li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiltaqgħu ma' firxa wiesgħa ta' xenarji differenti, dawn għandu jkollhom ukoll l-għażla li jitolbu frekwenza ogħla f'perjodi ta' stress fuq bażi ta' valutazzjoni tas-sitwazzjoni li għandha tieħu kont tal-grad ta' tnaqqis, attwali jew previst, tar-riżorsi finanzjarji prefinanzjati disponibbli għas-CCP (kemm dawk ikkontribwiti mis-CCP stess kif ukoll dawk kontribwiti mill-membri tal-ikklerjar). Din il-frekwenza ogħla għandha tapplika sakemm dawk ir-riżorsi jerġgħu jinġiebu għal-livelli meħtieġa mil-leġislazzjoni relevanti.

(5)

Il-frekwenza għolja ta' rapportar f'perjodi ta' stress tista' tkun ferm esiġenti minħabba li ġie introdott rekwiżit ta' rapportar il-ġdid. Dan jista' joħloq sfidi fir-rigward tal-implimentazzjoni teknika għal mill-inqas xi CCPs. Biex dan jittaffa, huwa xieraq li jkun hemm data aktar tard għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' frekwenza ogħla ta' rapportar. Dak se jippermetti lis-CCPs ittejbu l-proċessi interni tagħhom u jaġġornaw is-sistemi tagħhom.

(6)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw il-kalkolu u r-rapportar tal-kapital ipotetiku ta' CCP. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni relevanti kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jkunu inklużi f' Regolament wieħed.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(8)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-frekwenza u d-dati tal-kalkoli meħtieġa skont l-Artikolu 50a(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

1.   Il-frekwenza tal-kalkoli speċifikati fl-Artikolu 50a(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tkun ta' kull xahar ħlief fejn id-diskrezzjoni stipulata fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament tkun eżerċitata, f'liema każ il-frekwenza tkun jew ta' kull ġimgħa jew ta' kuljum.

2.   Fejn il-frekwenza tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 hija ta' kull xahar, is-CCP tapplika dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a)

il-jiem ta' referenza għal dak il-kalkolu jkunu kif ġej:

il-31 ta' Jannar, it-28 ta' Frar (jew id-29 ta' Frar f'sena biżestili), il-31 ta' Marzu, it-30 ta' April, il-31 ta' Mejju, it-30 ta' Ġunju, il-31 ta' Lulju, il-31 ta' Awwissu, it-30 ta' Settembru, il-31 ta' Ottubru, it-30 ta' Novembru, il-31 ta' Diċembru;

(b)

il-jum meta CCP twettaq dak il-kalkolu (il-jum tal-kalkolu) ikun rispettivament:

l-1 ta' Frar, l-1 ta' Marzu, l-1 ta' April, l-1 ta' Mejju, l-1 ta' Ġunju, l-1 ta' Lulju, l-1 ta' Awwissu, l-1 ta' Settembru, l-1 ta' Ottubru, l-1 ta' Novembru, l-1 ta' Diċembru, l-1 ta' Jannar.

3.   Fejn il-frekwenza msemmija fil-paragrafu 1 tkun ta' kull ġimgħa jew ta' kuljum, il-jum tal-ewwel kalkolu jkun il-jum wara l-jum li fih saret it-talba tal-awtorità kompetenti. L-ewwel jum ta' referenza jkun il-jum li fih saret it-talba tal-awtorità kompetenti. Għall-kalkoli sussegwenti, il-jum ta' referenza jkun il-jum ta' qabel il-jum tal-kalkolu. Fil-każ ta' kalkolu ta' kull ġimgħa, il-perjodu ta' żmien bejn il-jiem ta' kalkolu jkun ta' ħamest ijiem tax-xogħol.

4.   Fejn il-jum tal-kalkolu jkun btala pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd, il-kalkolu jsir fil-jum tax-xogħol ta' wara.

Artikolu 2

Il-frekwenza, id-dati u l-format uniformi tar-rapportar meħtieġa mill-Artikoli 50c(2) u 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

1.   Il-frekwenza tar-rapportar meħtieġa mill-Artikolu 50c(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u, fejn applikabbli, mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tkun ta' kull xahar, ħlief fejn id-diskrezzjoni stipulata fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament tkun eżerċitata, f'liema każ il-frekwenza tkun jew ta' kull ġimgħa jew ta' kuljum.

2.   Fejn il-frekwenza tar-rapportar skont il-paragrafu 1 tkun ta' kull xahar, id-data tar-rapportar taqa' fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-jum tal-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 1, jew qabel fejn possibbli.

3.   Fejn il-frekwenza tar-rapportar imsemmija fil-paragrafu 1 hija ta' kuljum jew ta' kull ġimgħa, id-data ta' rapportar tkun il-jum wara l-jum tal-kalkolu.

4.   Fejn id-data tar-rapportar hija btala pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd, id-data tar-rapportar tkun il-jum tax-xogħol li jmiss.

5.   Is-CCPs jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 billi jużaw il-mudell li jinsab fl-Anness I (Informazzjoni marbuta mal-kapital ipotetiku) mimlija skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II (Struzzjonijiet għar-rapportar tal-informazzjoni marbuta mal-kapital ipotetiku).

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għal frekwenzi ogħla ta' kalkolu u rapportar skont l-Artikolu 50a(3) u l-Artikolu 50c(2) tar- Regolament (UE) Nru 648/2012

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jistgħu jeħtieġu lil kwalunkwe CCP li fiha istituzzjoni taġixxi bħala membru tal-ikklerjar twettaq il-kalkolu msemmi fl-Artikolu 1(1) u r-rapportar imsemmi fl-Artikolu 2(1) b'frekwenza ta' kuljum jew ta' kull ġimgħa f'waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

(a)

fejn, wara l-inadempjenza ta' membru tal-ikklerjar wieħed, CCP hija obbligata tuża kwalunkwe porzjon ta' riżorsi finanzjarji prefinanzjati li kkontribwixxiet għall-kaskata tal-inadempjenza skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

fejn, wara l-inadempjenza ta' membru tal-ikklerjar wieħed, CCP hija obbligata li tuża l-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jibbażaw l-għażla bejn frekwenza ta' kuljum u ta' kull ġimgħa kif previst fil-paragrafu 1 fuq il-grad ta' tnaqqis attwali jew previst ta' riżorsi finanzjarji prefinanzjati.

3.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu frekwenza ogħla ta' kalkolu u rapportar minn CCP skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, il-frekwenza ogħla tapplika sakemm ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati li ġew ikkontribwiti mis-CCP għall-kaskata tal-inadempjenza jerġgħu lura għall-livelli stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 (4).

4.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu frekwenza ogħla ta' kalkolu u rapportar minn CCP skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, il-frekwenza ogħla tapplika sakemm il-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' inadempjenza tal-membri mhux inadempjenti tas-CCP jerġgħu lura għall-livelli stabbiliti fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 4

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2), matul il-perjodu mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2014, is-CCPs jirrapportaw l-informazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu mhux aktar tard minn ħmistax-il jum tax-xogħol wara l-jum ta' referenza, jew qabel jekk possibbli.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-2 ta' Ġunju 2014, ħlief l-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3, li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41).


ANNESS I

Informazzjoni relatata mal-kapital ipotetiku

ID

Partita

Referenzi legali

Ammont

10

Kontroparti Ċentrali

 

20

Identifikatur tal-fond tal-inadempjenza

L-Artikolu 50c(1), ir-Regolament (UE) 648/2012

 

30

Data tal-kalkolu

L-Artikolu 1(2), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2014

 

40

Kapital ipotetiku (KCCP)

L-Artikolu 50c(1)(a) ir-Regolament (UE) 648/2012

 

50

It-total ta' kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DFCM)

L-Artikolu 50c(1)(b), ir-Regolament (UE) 648/2012

 

60

L-ammont ta' riżorsi finanzjarji prefinanzjati li huwa meħtieġ biex jintuża qabel ma jintużaw il-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' inadempjenza tal-membri ta' kklerjar li jifdal (DFCCP)

L-Artikolu 50c(1)(c), ir-Regolament (UE) 648/2012

 

70

Numru totali ta' membri tal-ikklerjar (N)

L-Artikolu 50c(1)(d), ir-Regolament (UE) 648/2012

 

80

Fattur ta' konċentrazzjoni (β)

L-Artikolu 50c(1)(e), ir-Regolament(UE) 648/2012

 

90

Ammont totali ta' marġini inizjali

L-Artikolu 89(5a), it-tielet subparagrafu, ir- Regolament (UE) 648/2012

 


ANNESS II

ISTRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPORTAR TA' INFORMAZZJONI MARBUTA MAL-KAPITAL IPOTETIKU

1.   Dan l-Anness fih struzzjonijiet addizzjonali għat-tabella pprovduta fl-Anness I.

ISTRUZZJONIJIET ĠENERALI

2.   Frekwenza

2.1.   Ir-rapportar tal-mudell jiġi ppreżentat bil-frekwenza stabbilita fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

3.   Dati tar-rimessa

3.1.   Dati tar-rimessa huma stabbiliti fl-Artikolu 2.

ISTRUZZJONIJIET RELATATI MAL-MUDELL

4.   Konvenzjoni tas-sinjali

4.1.   L-ammonti kollha jiġu rrapportati bħala ċifri pożittivi.

4.2.   Dawn il-formati u referenzi legali jiġu kkunsidrati sabiex jitlestew il-mudelli:

Identifikazzjoni tal-mudell

Istruzzjonijiet

10

Isem il-kontroparti ċentrali (CCP)

Format

Test, kull numru ta' karattri

20

Identifikatur tal-fond tal-inadempjenza

Referenzi legali

L-Artikolu 50c(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Istruzzjoni

Skont l-Artikolu 50c(1), meta s-CCP jkollha iżjed minn fond tal-inadempjenza wieħed, din tirrapporta l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu ta' dak l-Artikolu għal kull fond tal-inadempjenza separatament.

Format

Test, kull numru ta' karattri

Kalkolu

L-ebda

30

Data tal-kalkolu

Referenzi legali

L-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament

Nota

Id-data tal-kalkolu skont l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament skont il-frekwenza mitluba.

Format

SSSS-XX-JJ

Is-sena f'erba' ċifri, sing, ix-xahar f'żewġ ċifri, sing, il-ġurnata f'żewġ ċifri

Kalkolu

L-ebda

40

Kapital ipotetiku (KCCP)

Referenzi legali

L-Artikolu 50c(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Istruzzjonijiet

Il-munita tar-rapportar tiġi identifikata bl-użu tal-kodiċi tal-munita ISO 4217 segwit bi spazju u l-ammont. Iċ-ċifri jistgħu jiġu aġġustati b'marġini ta' żball iżgħar minn 1 %.

Format

Ammont tal-Kodiċi ISO

Kalkolu

Il-kapital ipotetiku jiġi kkalkulat kif meħtieġ fl-Artikolu 50a(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

50

Total ta' kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DFCM)

Referenzi legali

L-Artikolu 50c(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Kalkolu

Il-kontribuzzjonijiet prefinanzjati jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-kontribuzzjoni prefinanzjata ta' membru tal-ikklerjar kif meħtieġ fl-Artikolu 308(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Istruzzjonijiet

Il-munita tar-rapportar tiġi identifikata bl-użu tal-kodiċi tal-munita ISO 4217 segwit bi spazju u l-ammont. Iċ-ċifri jistgħu jiġu aġġustati b'marġini ta' żball iżgħar minn 1 %.

Format

Ammont tal-Kodiċi ISO

60

L-ammont ta' riżorsi finanzjarji prefinanzjati li huwa meħtieġ jintuża qabel ma jintużaw il-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar li jifdal (DFCCP)

Referenzi legali

L-Artikolu 50c(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Kalkolu

Is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar kollha tas-CCP tiġi kkalkulata kif meħtieġ fl-Artikolu 308(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Istruzzjonijiet

Il-munita tar-rapportar tiġi identifikata bl-użu tal-kodiċi tal-munita ISO 4217 segwit bi spazju u l-ammont. Iċ-ċifri jistgħu jiġu aġġustati b'marġini ta' żball iżgħar minn 1 %.

Format

Ammont tal-Kodiċi ISO

70

Numru totali ta' membri tal-ikklerjar (N)

Referenzi legali

L-Artikolu 50c(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Kalkolu

In-numru tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP.

Format

Numru sħiħ

80

Fattur ta' konċentrazzjoni (β)

Referenzi legali

L-Artikolu 50c(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Kalkolu

Il-fattur ta' konċentrazzjoni jiġi kkalkulat kif meħtieġ fl-Artikolu 50d(c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Istruzzjonijiet

Il-munita tar-rapportar tiġi identifikata bl-użu tal-kodiċi tal-munita ISO 4217 segwit bi spazju u l-ammont. Iċ-ċifri jistgħu jiġu aġġustati b'marġini ta' żball iżgħar minn 1 %.

Format

Ammont tal-Kodiċi ISO

90

Ammont totali ta' marġini inizjali

Referenzi legali

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Kalkolu

Il-marġini inizjali totali riċevut mis-CCP mill-membri tal-ikklerjar tagħha jiġi kkalkulat kif meħtieġ skont l-Artikoli 24 sa 27 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 153/2013.

Istruzzjonijiet

Din l-informazzjoni tiġi rrapportata fejn applikabbli biss. Il-munita tar-rapportar tiġi identifikata bl-użu tal-kodiċi tal-munita ISO 4217 segwit bi spazju u l-ammont. Iċ-ċifri jistgħu jiġu aġġustati b'marġini ta' żball iżgħar minn 1 %.

Format

Ammont tal-Kodiċi ISO


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/65


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 485/2014

tat-12 ta' Mejju 2014

li japprova s-sustanza attiva Bacillus pumilus QST 2808, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta' dik id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 2011. Għal Bacillus pumilus QST 2808, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma sodisfatti bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/253/UE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-3 ta' Diċembru 2010 il-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand l-AgraQuest Inc., issa Bayer CropScience, għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Bacillus pumilus QST 2808 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/253/UE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni fit-8 ta' Mejju 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (4) dwar il-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva Bacillus pumilus QST 2808 bħala pestiċida fis-26 ta' Lulju 2013. L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-20 ta' Marzu 2014 fil-format ta' rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-Bacillus pumilus QST 2808.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-Bacillus pumilus QST 2808 huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, hu xieraq li l-Bacillus pumilus QST 2808 jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni konfermatorja.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-Bacillus pumilus QST 2808. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B'deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi ta' detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva Bacillus pumilus QST 2808, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-Bacillus pumilus QST 2808 bħala sustanza attiva sat-28 ta' Frar 2015.

Sa dik id-data dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-Bacillus pumilus QST 2808 bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, li kollha ġew elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2014, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-Bacillus pumilus QST 2808 bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mid-29 ta' Frar 2016; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-Bacillus pumilus QST 2808 bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sad-29 ta' Frar 2016 jew sad-data stabbilita għal tali emenda jew revoka fl-att jew fl-atti rispettivi, li bis-saħħa tagħhom ikunu ġew inklużi s-sustanza jew is-sustanzi attivi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew ġew approvati, skont liema wieħed ikun l-iktar reċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1)

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/253/UE tas-26 ta' April 2011 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà tal-inklużjoni tal-metobromuron, l-aċidu S-abscisic, il-Bacillus amyloliquefaciens subspeċji plantarum D747, il-Bacillus pumilus QST 2808 u l-iStreptomyces lydicus WYEC 108 fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 106, 27.4.2011, p. 13).

(4)  EFSA Journal (2013); 11(8):3346. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni,

Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Bacillus pumilus QST 2808

USDA Agricultural Research Service (NRRL) Patent culture collection f'Peoria Illinois, l-Istati Uniti, bin-numru ta' referenza B-30087

Mhux applikabbli

≥ 1 × 1012 CFU/kg

l-1 ta' Settembru 2014

il-31 ta' Awwissu 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-Bacillus pumilus QST 2808, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, u jqisu li l-Bacillus pumilus QST 2808 għandu jitqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni konfermatorja dwar:

(a)

l-identifikazzjoni taz-zokkor amminiku li jipproduċi l-Bacillus pumilus QST 2808;

(b)

dejta analitika għall-kontenut taz-zokkor amminiku fil-lottijiet ta' produzzjoni.

L-applikant għandu jressaq dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Awwissu 2016.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni,

Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“75

Bacillus pumilus QST 2808

USDA Agricultural Research Service (NRRL) Patent culture collection f'Peoria Illinois, l-Istati Uniti, bin-numru ta' referenza B-30087

Mhux applikabbli

≥ 1 × 1012 CFU/kg

l-1 ta' Settembru 2014

il-31 ta' Awwissu 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-Bacillus pumilus QST 2808, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, u jqisu li l-Bacillus pumilus QST 2808 għandu jitqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni konfermatorja dwar:

(a)

l-identifikazzjoni taz-zokkor amminiku li jipproduċi l-Bacillus pumilus QST 2808;

(b)

dejta analitika għall-kontenut taz-zokkor amminiku fil-lottijiet ta' produzzjoni.

L-applikant għandu jressaq dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Awwissu 2016.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/70


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 486/2014

tat-12 ta' Mejju 2014

li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ossidu tal-fenbutatin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/30/UE (2) tinkludi l-ossidu tal-fenbutatin bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-applikant, li fuq talba tiegħu ġie inkluż l-ossidu tal-fenbutatin, jipprovdi iktar informazzjoni konfermatorja dwar il-potenzjal ġenotossikoloġiku u r-rilevanza ekotossikoloġika tal-impurità SD 31723 u l-ispettri, l-istabbiltà waqt il-ħżin u l-metodi ta' analiżi fil-formulazzjoni sal-31 ta' Mejju 2013.

(2)

Is-sustanzi attivi li kienu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

L-applikant, li fuq talba tiegħu l-ossidu tal-fenbutatin kien ġie approvat, ma ppreżentax informazzjoni konfermatorja sal-iskadenza tal-31 ta' Mejju 2013. Permezz ta' ittra tas-27 ta' Ġunju 2013 informa lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li ma jippreżentax tali informazzjoni.

(4)

B'hekk huwa xieraq li tiġi rtirata l-approvazzjoni tal-ossidu tal-fenbutatin.

(5)

Għalhekk id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/30/UE għandha titħassar.

(6)

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(7)

L-Istati Membri għandhom jingħataw żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ossidu tal-fenbutatin.

(8)

Għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ossidu tal-fenbutatin, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar tal-approvazzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ossidu tal-fenbutatin qed tiġi rtirata.

Artikolu 2

Tħassir tad-Direttiva 2011/30/UE

Id-Direttiva 2011/30/UE tħassret.

Artikolu 3

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ringiela 331, ossidu tal-fenbutatin, jitħassar.

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ossidu tal-fenbutatin bħala sustanza attiva sat-2 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 5

Perjodu ta' grazzja

Kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-2 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/30/UE tas-7 ta' Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-ossidu tal-fenbutatin bħala sustanza attiva u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 61, 8.3.2011, p. 14).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/72


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 487/2014

tat-12 ta' Mejju 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) Varjant QST 713, identiku għall-varjant AQ 713, klodinafop, metrafenon, pirimikarb, rimsulfuron, spinosad, tijametossam, tolklofos-metil u tritikonażol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) Varjant QST 713, identiku għall-varjant AQ 713, klodinafop, metrafenon, pirimikarb, rimsulfuron, spinosad, tijametossam, tolklofos-metil u tritikonażol se jiskadi fil-31 ta' Jannar 2017. Ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta' dawn is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa meħtieġ li l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex ilestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn l-ebda dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal ta' qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tkun l-aktar tard.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 123, klodinafop, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”;

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 124, primikarb, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”;

(3)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 125, rimsulfuron, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”;

(4)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 126, tolklofos-metil, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”;

(5)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 127, tritikonażol, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”;

(6)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 137, metrafenon, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”;

(7)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 138, Bacillus subtilis (Cohn 1872) Varjant QST 713, identika għall-varjant AQ 713, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”;

(8)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 139, spinosad, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”;

(9)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 140, tijametossam, id-data “31 ta' Jannar 2017” tinbidel bid-data “30 ta' April 2018”.


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/75


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 488/2014

tat-12 ta' Mejju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-kadmju fl-oġġetti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi tal-kadmju f'firxa ta' oġġetti tal-ikel.

(2)

Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (il-Bord CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar il-kadmju fl-ikel fit-30 ta' Jannar 2009 (3). F'dik l-opinjoni, l-EFSA stabbilixxiet doża tollerabbli fil-ġimgħa (TWI) għall-kadmju ta' 2,5 μg għal kull kg ta' piż tal-ġisem. Fir-rapport tagħha “Dikjarazzjoni dwar id-doża tollerabbli fil-ġimgħa għall-kadmju” (Statement on tolerable weekly intake for cadmium) (4), l-EFSA qieset il-valutazzjoni tar-riskju li saret dan l-aħħar mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA) (5) u kkonfermat it-TWI ta' 2,5 μg għal kull kg ta' piż tal-ġisem.

(3)

Fl-opinjoni xjentifika dwar il-kadmju fl-ikel, il-Bord CONTAM ikkonkluda li l-espożizzjonijiet medji għall-kadmju fl-ikel fil-pajjiżi Ewropej huma viċin ta' jew jaqbżu bi ftit it-TWI ta' 2,5 μg għal kull kg ta' piż tal-ġisem. Ċerti sottogruppi tal-popolazzjoni jistgħu jaqbżu t-TWI b'madwar 2 darbiet. Il-Bord CONTAM ikkonkluda wkoll li, għalkemm mhuwiex probabbli li jkun hemm effetti negattivi fuq il-funzjoni tal-kliewi f'individwi esposti għal dan il-livell, l-espożizzjoni għall-kadmju fuq livell ta' popolazzjoni għandha titnaqqas.

(4)

Skont l-opinjoni xjentifika tal-Bord CONTAM dwar il-kadmju fl-ikel, il-gruppi tal-ikel li jikkontribwixxu għall-parti l-kbira tal-espożizzjoni għall-kadmju fl-ikel, primarjament minħabba rata għolja ta' konsum, huma ċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali, ħxejjex, il-ġewż u żrieragħ tal-legumi, l-għeruq lamti jew il-patata u il-laħam u l-prodotti tal-laħam. L-ogħla konċentrazzjonijiet ta' kadmju ġew individwati fil-prodotti tal-ikel tal-alka, fil-ħut u fil-frott tal-baħar, fiċ-ċikkulata u fl-ikel għal użi speċjali relatati mal-ikel kif ukoll fil-faqqiegħ, fiż-żrieragħ taż-żejt u fil-ġewwieni tal-annimali li jittiekel.

(5)

F'valutazzjoni dwar l-espożizzjoni li saret mill-EFSA fir-rapport xjentifiku tagħha dwar “L-espożizzjoni għall-kadmju fl-ikel fost il-popolazzjoni Ewropea” (Cadmium dietary exposure in the European population) (6) bl-użu tal-bażi tad-dejta Komprensiva l-ġdida dwar il-Konsum tal-Ikel li fiha informazzjoni aġġornata rigward iċ-ċifri dwar il-konsum tal-ikel għad-diversi Stati Membri u għal gruppi differenti ta' età tal-popolazzjoni, tingħata informazzjoni aktar dettaljata dwar il-prodotti tal-ikel partikolari li jikkontribwixxu għall-espożizzjoni skont il-grupp ta' età. Għall-adulti, l-akbar kontributuri għall-espożizzjoni huma l-għeruq u t-tuberi lamti, il-ħbub u prodotti magħmula mill-ħbub, kif ukoll il-ħxejjex u l-prodotti tal-ħaxix. Għat-tfal u l-adoloxxenti, l-akbar kontributuri għall-espożizzjoni huma l-għeruq u t-tuberi lamti, il-ħbub u l-prodotti magħmula mill-ħbub, kif ukoll iz-zokkor u l-ħelu filwaqt li għat-trabi u t-trabi li jkunu telqu jimxu l-akbar kontributuri għall-espożizzjoni huma l-għeruq u t-tuberi lamti, il-ħbub u l-prodotti magħmula mill-ħbub, il-ħxejjex u l-prodotti tal-ħaxix, il-ħalib u l-prodotti magħmula mill-ħalib kif ukoll l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar. Il-valutazzjoni tal-espożizzjoni turi li l-espożizzjoni kumplessiva hija r-riżultat mhux biss ta' għadd żgħir ta' kontributuri ewlenin, iżda ta' akkumulazzjoni ta' kontribuzzjonijiet ta' għadd ta' gruppi differenti tal-ikel.

(6)

Il-livelli massimi għall-kadmju ġew stabbiliti għal firxa wiesgħa ta' prodotti tal-ikel, inkluż ċereali, ħxejjex, laħam, ħut, frott tal-baħar, ġewwieni tal-annimali u supplimenti tal-ikel. Il-livelli massimi għal ċertu oġġetti tal-ikel li huma kontributuri importanti għall-espożizzjoni għal ċertu gruppi tal-popolazzjoni (prodotti taċ-ċikkulata u tal-kakaw, ikel għat-trabi u t-tfal żgħar) għadhom ma ġewx stabbiliti. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal- kadmju għal dawk l-oġġetti tal-ikel.

(7)

Il-livelli massimi għall-kontaminanti huma stabbiliti skont il-prinċipju ALARA (“l-aktar baxx raġonevolment possibbli”) kemm għall-prodotti li bħalissa għalihom diġà jeżistu livelli massimi għall-kadmju (bħall-ħxejjex, il-laħam, il-ħut, il-frott tal-baħar, ġewwieni tal-annimali u supplimenti tal-ikel) kif ukoll għal prodotti li għalihom għadhom kemm ġew stabbiliti livelli massimi ġodda (bħal prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata) bl-użu ta' dejta ta' okkorrenza u bl-użu tax-xejriet tal-konsum tal-ikel taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Trab taċ-ċikkulata u tal-kawkaw li jinbiegħ lill-konsumatur finali jista' jkun fih livelli għolja ta' kadmju u huwa sors importanti ta' espożizzjoni tal-bniedem. Dan jiġi kkunsmat mit-tfal, eż. bħala ċikkulata jew bħala trab tal-kawkaw imħallat maz-zokkor biex jintuża f'xarbiet tal-kawkaw. Meta jiġu stabbiliti l-livelli massimi għall-kadmju għandha tiġi kkunsidrata d-dejta ta' okkorrenza għal tipi differenti ta' ċikkulata u trab tal-kawkaw mibjugħa lill-konsumaturi finali. Billi l-livelli tal-kadmju fi prodotti tal-kawkaw huma relatati mal-kontenut tagħhom ta' kawkaw, huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi differenti ta' kadmju għall-prodotti li fihom perċentwali differenti ta' kawkaw. Dan għandu jiżgura li tkun tista' tintlaħaq ukoll konformità minn tipi ta' ċikkulata li jkun fihom perċentwali ogħla ta' kawkaw.

(9)

F'ċertu reġjuni ta' pajjiżi fejn jiġi prodott il-kawkaw, il-livelli naturali tal-kadmju fil-ħamrija jistgħu jkunu għoljin. Għalhekk, id-dejta ta' okkorrenza ta' prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata fornuti minn pajjiżi b'ħamrija b'livelli għolja ta' kadmju għandha tiġi kkunsidrata meta jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-kadmju.

(10)

Il-ħalib tat-trab għat-trabi żgħar u l-ħalib tat-trab għat-trabi ta' età ta' minn erba' xhur 'il fuq jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-espożizzjoni tat-trabi u tat-tfal żgħar għall-kadmju. Il-ħalib tat-trab għat-trabi żgħar u l-ħalib tat-trab għat-trabi ta' età ta' minn erba' xhur 'il fuq magħmula mill-iżolati tal-proteina tas-sojja, kemm jekk waħedhom kif ukoll jekk imħallta ma' proteini tal-ħalib tal-baqar, jista' jkun fihom livelli ta' kadmju ogħla minn dawk li jkun fihom prodotti magħmula mill-ħalib minħabba li l-fażola tas-sojja tassorbi l-kadmju mill-ħamrija b'mod naturali. Il-ħalib tat-trab għat-trabi u t-tfal iż-żgħar magħmul mis-sojja huwa alternattiva importanti għal trabi li jbatu minn intolleranzi għal-lattożju, u b'hekk għandu jiġi żgurat li jkun hemm provvista suffiċjenti tiegħu fis-suq. Għaldaqstant, ikun xieraq li jiġi stabbilit livell massimu ogħla għal prodotti magħmulin mis-sojja.

(11)

Ikel ipproċessat magħmul miċ-ċereali, kif ukoll ikel ieħor għat-trabi u t-tfal iż-żgħar huwa sors importanti ta' espożizzjoni għall-kadmju għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit livell massimu partikolari għall-kadmju fl-ikel ipproċessat magħmul miċ-ċereali u f'ikel ieħor għat-trabi.

(12)

Espożizzjoni mnaqqsa ta' grupp vulnerabbli ħafna ta' konsumaturi tista' tinkiseb billi jiġi stabbilit livell massimu għal ċerti kategoriji ta' ikel għal użi nutrizzjonali partikolari (eż. ikel għat-trabi għal skopijiet mediċi speċjali). Madankollu, fin-nuqqas ta' dejta li tista' tintuża biex jiġi stabbilit dan il-livell massimu, id-dejta ta' okkorrenza għandha tinġabar fid-dawl tal-iffissar possibbli ta' livell massimu speċifiku fil-ġejjieni.

(13)

Fir-rigward ta' ċerti ħxejjex speċifiċi (il-leħjet il-bodbod, iz-zunnarija bajda, il-karfus, l-għerq mustarda), huwa diffiċli li jkun hemm konformità mal-livelli massimi attwali, u d-dejta ta' okkorrenza pprovduta mill-Istati Membri turi li l-livelli ta' bażi naturali huma ogħla, u li dawn il-livelli huma komparabbli ma' dawk tal-krafes (celeriac). Billi l-konsum ta' dawk il-prodotti huwa baxx u billi l-effetti fuq l-espożizzjoni tal-bniedem huma negliġibbli, ikun xieraq li l-livelli massimi tal-kadmju għaz-zunnarija bajda, għal-leħjet il-bodbod, għall-karfus u għall-għerq mustarda jiżdiedu għal dak tal-krafes.

(14)

Ċerti speċijiet ta' ħut bħalissa huma eżenti mil-livell massimu standard ta' 0,05 mg/kg għall-ħut. Għall-ispeċijiet ta' ħut bonito (Sarda sarda), xirgħien (Diplodus vulgaris), sallura (Anguilla anguilla), mulett griż (Mugil labrosus labrosus), sawrella (Trachurus species), louvar (Luvarus imperialis), sardinops (Sardinops species) u lingwata tar-rigi (Dicologoglossa cuneata), id-dejta ta' okkorrenza ġdida turi li l-eżenzjoni ma għadhiex meħtieġa, u li jista' jkun hemm konformità mal-livell massimu standard billi jiġu segwiti prattiki tas-sajd tajba. Għaldaqstant, il-livelli massimi speċifiċi għal dawk l-ispeċijiet ta' ħut ma għadhomx meħtieġa.

(15)

Għat-tumbrell (Auxis species), l-inċova (Engraulis species) u l-pixxispad (Xiphias gladius), dejta ta' okkorrenza ġdida turi li jista' jkun hemm konformità ma' livell massimu aktar baxx billi jiġu segwiti prattiki tas-sajd tajba. Għaldaqstant, il-livelli massimi għal dawk l-ispeċijiet ta' ħut għandhom jiġu aġġustati.

(16)

Għas-sardin (Sardina pilchardus) u l-bichique (Sicyopterus lagocephalus), id-dejta ta' okkorrenza turi li hu diffiċli li jkun hemm konformità mal-livelli massimi eżistenti, minħabba li l-livelli ta' bażi naturali jistgħu jkunu ogħla. Il-konsum huwa baxx għaż-żewġ speċijiet ta' ħut, u għandu effetti negliġibbli fuq l-espożizzjoni tal-bniedem. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ogħla għal dawk iż-żewġ speċijiet ta' ħut sabiex tiġi żgurata l-provvista fis-suq.

(17)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(18)

L-Istati Membri u l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jingħataw żmien biex jadattaw għal-livelli massimi l-ġodda stabbiliti b'dan ir-Regolament rigward il-prodotti tal-kawkaw u rigward l-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar. Għalhekk, id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi għall-kadmju għal dawk il-prodotti għandha tiġi differita.

(19)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-livelli massimi għall-kadmju stabbiliti fil-punti 3.2.19 u 3.2.20 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat b'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015. Prodotti tal-ikel li ma jkunux konformi ma' dawn il-livelli massimi u li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2015 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati wara dik id-data sad-data ta' skadenza jew sad-data minima ta' durabilità tagħhom.

2.   Il-livelli massimi għall-kadmju stabbiliti fil-punt 3.2.7 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat b'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019. Prodotti tal-ikel li ma jkunux konformi ma' dawn il-livelli massimi u li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2019 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati wara dik id-data sad-data ta' skadenza jew sad-data minima ta' durabilità tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kadmju fl-ikel. EFSA Journal (2009) 980, 1-139.

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Dikjarazzjoni tal-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari dwar id-doża tollerabbli fil-ġimgħa għall-kadmju. EFSA Journal 2011; 9(2):1975. [19 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.1975. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal

(5)  Serje 64 tad-WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel, it-73 laqgħa tal-Kumitat Konġunt ta' Esperti tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Ġinevra, 2011.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Espożizzjoni għall-Kadmju mill-ikel fost il-popolazzjoni Ewropea. EFSA Journal 2012; 10(1):2551. [37 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2551. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Is-subsezzjoni 3.2. (Kadmju) tinbidel b'li ġej:

“3.2

Kadmju

 

3.2.1

Ħxejjex u frott, ħlief ħxejjex tal-għeruq u t-tuberi, ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi friski, brassica tal-weraq, ħxejjex taz-zkuk, fungi ualgi (27)

0,050

3.2.2

Ħxejjex tal-għeruq u t-tuberi (ħlief karfusa tat-tip ’celeriac’, zunnarija bajda, leħjet il-bodbod u għerq mustarda), ħxejjex taz-zkuk (ħlief il-karfus) (27). Fir-rigward tal-patata l-livell massimu japplika għall-patata mqaxxra

0,10

3.2.3

Ħxejjex bil-weraq, ħxejjex aromatiċi friski, brassica bil-weraq, karfus, karfusa tat-tip ’celeriac’, zunnarija bajda, leħjet il-bodbod, għerq mustarda u t-tipi ta' fungi li ġejjin (27): Agaricus bisporus (faqqiegħa komuni), Pleurotus ostreatus (faqqiegħa tal-ferla), Lentinula edodes (faqqiegħa Shiitake)

0,20

3.2.4

Fungi, barra dawk elenkati fil-punt 3.2.3 (27)

1,0

3.2.5

Ħbub taċ-ċereali minbarra qamħ u ross

0,10

3.2.6

Ħbub tal-qamħ, ħbub tar-ross

Granza tal-qamħ u żrieragħ tal-qamħ għall-konsum dirett

Fażola tas-sojja

0,20

3.2.7

Prodotti speċifiċi tal-kawkaw u prodotti taċ-ċikkulata kif elenkati hawn taħt (49)

 

Ċikkulata tal-ħalib b'kontenut totali ta' solidi niexfa tal-kawkaw < 30 %

0,10 mill-1 ta' Jannar 2019

Ċikkulata b'kontenut totali ta' solidi niexfa tal-kawkaw < 50 %; Ċikkulata tal-ħalib b'kontenut totali ta' solidi niexfa tal-kawkaw ≥ 30 %

0,30 mill-1 ta' Jannar 2019

Ċikkulata b'kontenut totali ta' solidi niexfa tal-kawkaw ≥ 50 %

0,80 mill-1 ta' Jannar 2019

Trab tal-kawkaw mibjugħ lill-konsumatur finali jew bħala ingredjent fi trab tal-kawkaw biz-zokkor mibjugħ lill-konsumatur finali (ċikkulata għax-xorb)

0,60 mill-1 ta' Jannar 2019

3.2.8

Laħam (barra l-ġewwieni) ta' annimali bovini, nagħaġ, majjali u tjur (6)

0,050

3.2.9

Laħam taż-żiemel, ħlief il-ġewwieni (6)

0,20

3.2.10

Fwied tal-annimali bovini, nagħaġ, majjali, tjur jew taż-żiemel (6)

0,50

3.2.11

Kliewi tal-annimali bovini, nagħaġ, majjali, tjur jew taż-żiemel (6)

1,0

3.2.12

Laħam mill-muskoli tal-ħut (24) (25), ħlief l-ispeċijiet elenkati fil-punti 3.2.13, 3.2.14 u 3.2.15

0,050

3.2.13

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24) (25):

kavalli (Scomber species), tonn (Thunnus species, Katsuwonus pelamis, Euthynnus species), bichique (Sicyopterus lagocephalus)

0,10

3.2.14

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24) (25):

tumberell (speċi Auxis)

0,15

3.2.15

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24) (25):

 

inċova (speċi Engraulis)

 

pixxispad (Xiphias gladius)

 

sardin (Sardina pilchardus)

0,25

3.2.16

Krostaċeji(26): laħam tal-muskoli mill-appendiċi u l-addome (44). Fil-każ tal-granċijiet u ta' krustaċeji simili għall-granċijiet (Brachyura and Anomura) il-laħam tal-muskoli mill-appendiċi

0,50

3.2.17

Molluski bivalvi (26)

1,0

3.2.18

Kefalopodi (mingħajr vixxeri) (26)

1,0

3.2.19

Ħalib tat-trabi u ħalib tat-trabi ta' iktar minn sitt xhur, (8) (29)

 

ħalib tat-trabi fi trab manifatturat mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew minn idrolisati tal-proteina

0,010 mill-1 ta' Jannar 2015

ħalib likwidu tat-trabi manifatturat mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew minn idrolisati tal-proteina

0,005 mill-1 ta' Jannar 2015

ħalib tat-trabi fi trab manifatturat mill-iżolati tal-proteina tas-sojja, waħdu jew f'taħlita ma' proteini tal-ħalib tal-baqar

0,020 mill-1 ta' Jannar 2015

ħalib likwidu tat-trabi manifatturat mill-iżolati tal-proteina tas-sojja, waħdu jew f'taħlita ma' proteini tal-ħalib tal-baqar

0,010 mill-1 ta' Jannar 2015

3.2.20

Ikel ipproċessat b'bażi ta' ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar (3) (29)

0,040 mill-1 ta' Jannar 2015

3.2.21

Supplimenti tal-ikel (39) barra supplimenti tal-ikel elenkati fil-punt 3.2.22

1,0

3.2.22

Supplimenti tal-ikel (39) li jikkonsistu esklużivament jew prinċipalment minn algi mnixxfa, prodotti magħmulin mill-algi, jew minn molluski bivalvi mnixxfa

3,0”

(2)

Fin-nota ta' qiegħ il-paġna (26) tiżdied is-sentenza li ġejja: “Fil-każ tal-Pecten maximus, il-livell massimu japplika biss għall-muskolu adduttur u għall-gonadi.”

(3)

Tiżdied in-nota li ġejja f'qiegħ il-paġna:

“(49):

Għall-prodotti speċifiċi tal-kakaw u l-prodotti taċ-ċikkulata japplikaw il-punti A. 2, 3 u 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19).”


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/80


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 489/2014

tat-12 ta' Mejju 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-miżuri nżammu bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001 (3) u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 (4).

(2)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 (5), il-Kunsill estenda d-dazju tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, wara investigazzjoni kontra l-evażjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Bl-istess Regolament, ċerti produtturi esportaturi Koreani kienu eżentati minn dawn il-miżuri estiżi.

(3)

Il-miżuri li attwalment huma fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 (6) dwar importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif hu estiż, fost l-oħrajn, għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea sew jekk iddikjarati li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, kif emendat mir-Regolament ta' Implimenazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 558/2012 (7) (“il-miżuri fis-seħħ”).

B.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-bidu

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal eżenzjoni mill-miżuri fis-seħħ skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni ġiet ippreżentata minn Line Metal Co. Ltd (“Line Metal”), produttur fir-Repubblika tal-Korea, u kkonċernat il-possibbiltà li Line Metal tingħata eżenzjoni mill-miżuri fis-seħħ.

(5)

Wara li eżaminat l-evidenza ppreżentata minn Line Metal u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, u wara li l-industrija tal-Unjoni ngħatat l-opportunità li tikkummenta, fit-28 ta' Awwissu 2013 il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni tar-rieżamipermezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 806/2013 (8) (“ir-Regolament tal-bidu”).

(6)

Ir-Regolament tal-bidu rrevoka d-dazju tal-anti-dumping impost permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 fir-rigward tal-importazjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea u prodott minn Line Metal. Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-bidu wassal lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw tali importazzjonijiet skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

2.   Il-prodott rieżaminat

(7)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ħbula u kejbils tal-azzar, inklużi ħbula koljaturi maqfulin, esklużi ħbula u kejbils tal-istainless steel, b'dimensjoni trasversali massima ta' aktar minn 3 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le (“il-prodott rieżaminat”), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex7312 10 81, ex 7312 10 83, ex7312 10 85, ex7312 10 89 u ex7312 10 98 (kodiċi TARIC 7312108113, 7312108313, 7312108513, 7312108913 u 7312109813).

3.   Il-perjodu tar-rapportar

(8)

Il-perjodu tar-rapportar kopra l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013. Id-dejta nġabret mill-2008 sat-tmiem tal-perjodu tar-rapportar biex tkun investigata kull bidla fix-xejra tal-kummerċ.

4.   L-investigazzjoni

(9)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lil-Line Metal kif ukoll lir-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Korea dwar il-bidu tar-rieżami. Il-partijiet interessati ġew imħeġġa biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u kienu mgħarrfa bil-possibbiltà li jitolbu smigħ. Tali talba ma saritx.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lil-Line Metal u rċeviet risposta fiż-żmien ta' skadenza stipulat. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-iskopijiet tar-rieżami. Iż-żjarat ta' verifika twettqu fil-bini tal-Line Metal.

C.   IS-SEJBIET

(11)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-Line Metal ma kienet relatata mal-ebda esportatur jew produttur Ċiniż soġġett għall-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ u li ma kinitx esportat il-prodott rieżaminat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni għall-investigazzjoni kontra l-evażjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri l-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009. L-ewwel esportazzjonijiet tal-prodott tal-Line Metal li qed jiġi rieżaminat seħħew sussegwentement għall-estensjoni ta' miżuri għar-Repubblika tal-Korea.

(12)

L-attivitajiet ta' pproċessar tal-Line Metal jistgħu jiġu kkunsidrati bħala operazzjoni ta' tlestija u mmuntar skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Line Metal tixtri vireg tal-wajer tal-azzar prodott lokalment iżda timporta wkoll vireg tal-wajer tal-azzar mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jiġu sussegwentement estrużi, mibrumin flimkien u miksija fil-bini tagħha fir-Repubblika tal-Korea. Il-prodott finali jinbiegħ lokalment u jiġi esportat lejn l-Unjoni.

(13)

Matul il-perjodu ta' rapportar, il-materja prima ta' oriġini Ċiniża kienet tikkostitwixxi aktar minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tal-prodott finali. Għal din ir-raġuni kellu jitwettaq it-test tal-valur miżjud skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Dan it-test wera li l-valur miżjud mal-partijiet importati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, matul l-operazzjoni tal-immuntar u t-tlestija, huwa akbar minn 25 % tal-kostijiet tal-manifattura. Għalhekk, l-attivitajiet ta' produzzjoni tal-Line Metal ma nstabux li jinvolvu l-evażjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(14)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-Line Metal ma kinitx qed tixtri l-prodott finali rieżaminat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex jerġa' jinbiegħ jew jiġi ttrażbordat għall-Unjoni u li l-kumpanija tista' tiġġustifika l-esportazzjonijiet kollha tagħha matul il-perjodu ta' rapportar.

(15)

Fid-dawl tas-sejbiet deskritti fil-premessi minn (11) sa (14), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Line Metal mhix qed tevadi l-miżuri fis-seħħ ta' antidumping fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż, fost l-oħrajn, għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinnati mir-Repubblika tal-Korea kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le.

(16)

Is-sejbiet ta' hawn fuq kienu żvelati lil-Line Metal u lill-Industrija tal-Unjoni, li ngħataw l-opportunità li jgħaddu xi kummenti. Il-kummenti milqugħa ġew ikkunsidrati fejn xieraq,

D.   MODIFIKA TAL-LISTA TA' KUMPANIJI LI JIBBENIFIKAW MINN EŻENZJONI MILL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(17)

Skont is-sejbiet ta' hawn fuq, il-kumpanija Line Metal għandha tiżdied mal-lista tal-kumpaniji li huma eżenti mid-dazju tal-anti-dumping impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012.

(18)

Kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni għandha tkun bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jiġu ppreżentati b'fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta' dak ir-Regolament. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tkun ippreżentata, id-dazju tal-anti-dumping għandu jibqa' japplika.

(19)

L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi mogħtija għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar prodotti minn Line Metal ġiet stabbilita abbażi tas-sejbiet tar-rieżami preżenti. L-eżenzjoni hija għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinnati mir-Repubblika tal-Korea u prodotti mill-entità ġuridika speċifika msemmija hawn fuq. Ħbula u kejbils tal-azzar importati, prodotti minn kull kumpanija li mhijiex imsemmija b'mod speċifiku fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012, kif emendat, bl-isem tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma għandhomx jibbenifikaw mill-eżenzjoni u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju residwa kif imposta minn dak ir-Regolament.

(20)

Ir-rieżami intiż għall-parteċipanti l-ġodda għandu jintemm u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012, kif emendat, għandu jkun emendat biex jinkludi l-Line Metal fit-tabella stabbilita fl-Artikolu 1(4) tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella stabbilita fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012, kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 558/2012, hija mibdula mit-tabella li ġejja:

“Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika tal-Korea

Bosung Wire Rope Co., Ltd, 568,Yongdeok-ri, Hallim-myeon, Gimae-si, Gyeongsangnam-do, 621-872

A969

Chung Woo Rope Co., Ltd, 1682-4, Songjung-Dong, Gangseo-Gu, Busan

A969

CS Co., Ltd, 287-6 Soju-Dong Yangsan-City, Kyoungnam

A969

Cosmo Wire Ltd, 4-10, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju-Kun, Ulsan

A969

Dae Heung Industrial Co., Ltd, 185 Pyunglim — Ri, Daesan-Myun, Haman — Gun, Gyungnam

A969

DSR Wire Corp., 291, Seonpyong-Ri, Seo-Myon, Suncheon-City, Jeonnam

A969

Kiswire Ltd, 20th Fl. Jangkyo Bldg, 1, Jangkyo-Dong, Chung-Ku, Seoul

A969

Line Metal Co. Ltd, 1259 Boncho-ri, Daeji-Myeon, Changnyeong-gun, Gyeongnam

B926

Manho Rope & Wire Ltd, Dongho Bldg, 85-2 4 Street Joongang-Dong, Jong-gu, Busan

A969

Seil Wire and Cable, 47-4, Soju-Dong, Yangsan-Si, Kyungsangnamdo

A994

Shin Han Rope Co., Ltd, 715-8, Gojan-Dong, Namdong-gu, Incheon

A969

Ssang YONG Cable Mfg. Co., Ltd, 1559-4 Song-Jeong Dong, Gang-Seo Gu, Busan

A969

Young Heung Iron & Steel Co., Ltd, 71-1 Sin-Chon Dong,Changwon City, Gyungnam

A969 ”

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 806/2013. Ebda dazju tal-antidumping mhu se jinġabar fuq l-importazzjonijiet irreġistrati b'dan il-mod.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 tat-12 ta' Awwissu 1999 li jimponi dazju anti-dumping definittiv, u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost, fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Ungerija, l-Indja, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t'Isfel u mill-Ukraina u li jtemm il-proċeduri legali kontra anti-dumping minn importazzjonijiet ġejjin mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001 tat-2 ta' Awwissu 2001 l-impożizzjoni ta' taxxa definittiva kontra d-dumping u l-ġbir definittiv tat-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta' ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija (ĠU L 211, 4.8.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 tat-8 ta' Novembru 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ħbula tal-azzaru kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t'Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 tas-26 ta' April 2010 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils tal-azzar li ġejjin, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta' Jannar 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li ġejjin mill-Afrika t'Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 558/2012 tas-26 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li ġejjin mir-Repubblika tal-Korea sew jekk le (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 3).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 806/2013 tas- 26 ta' Awwissu 2013 li jagħti bidu għal reviżjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif esstiż għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati minn, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, u li jirrevoka d-dazju anti-dumping eżistenti dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li dawk l-importazzjonijiet jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjon (ĠU L 228, 27.8.2013, p. 1).


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/84


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 490/2014

tat-12 ta’ Mejju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

48,3

MK

88,4

TN

49,2

TR

65,0

ZZ

62,7

0707 00 05

MK

59,9

TR

124,2

ZZ

92,1

0709 93 10

TR

108,9

ZZ

108,9

0805 10 20

EG

44,3

IL

74,6

MA

45,2

TN

68,6

TR

51,4

ZZ

56,8

0805 50 10

TR

96,6

ZZ

96,6

0808 10 80

AR

131,2

BR

101,5

CL

101,7

CN

98,4

MK

27,7

NZ

140,1

US

191,6

ZA

101,4

ZZ

111,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/86


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Ftehim tat-22 ta' Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-adattament tal-Protokoll 3 tal-Ftehim (Definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva), wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/266/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva huma stipulati fil-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972 (1) (“il-Ftehim”).

(2)

Mal-adeżjoni tal-Kroazja għall-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, il-kummerċ bejn il-Kroazja u l-Konfederazzjoni Svizzera (“l-Isvizzera”) sar soġġett għall-Ftehim u l-applikazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali konklużi bejn il-Kroazja u l-Isvizzera intemmu minn dik id-data.

(3)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim u bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-operaturi ekonomiċi u l-amministrazzjonijiet tad-dwana, il-Protokoll 3 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Skont l-Artikolu 39 tal-Protokoll 3, il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta' Lulju 1972, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

ta' … 2014

li jemenda l-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim dwar it-tifsira tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Protokoll Nru 3”, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika tal-Kroazja, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Kroazja”, daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(2)

Mal-adeżjoni tal-Kroazja, il-kummerċ bejn il-Kroazja u l-Konfederazzjoni Svizzera (“l-Isvizzera”), huwa kopert mill-Ftehim u l-applikazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Isvizzera u l-Kroazja huma mitmuma minn dik id-data.

(3)

B'effett mill-adeżjoni tal-Kroazja, l-oġġetti li joriġinaw fil-Kroazja importati fl-Isvizzera fil-qafas tal-Ftehim iridu jiġu ttrattati bħala li huma ta' oriġini mill-Unjoni.

(4)

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-kummerċ bejn il-Kroazja u l-Isvizzera għandu għalhekk ikun suġġett għall-Ftehim kif emendat b'dan l-Att.

(5)

Sabiex jiġi żgurat proċess ta' tranżizzjoni bla xkiel u tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, huma meħtieġa xi emendi tekniċi għall-Protokoll Nru 3, kif ukoll miżuri tranżitorji.

(6)

Miżuri u proċeduri tranżitorji simili huma previsti fil-punt 5 tal-Anness IV tal-Att ta' Adeżjoni tal-2012.

(7)

Il-Protokoll Nru 3, suġġett għad-dispożizzjonijiet tranżitorji li ġejjin, għandu għalhekk japplika mill-1 ta' Lulju 2013 'il quddiem.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TAQSIMA I

EMENDI TEKNIĊI FIT-TEST TAL-PROTOKOLL

Artikolu 1

Regoli ta' oriġini

Il-Protokoll Nru 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Anness IVa jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

L-Anness IVb jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 2

Prova tal-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva

1.   Il-provi tal-oriġini maħruġa kif suppost mill-Kroazja jew mill-Isvizzera jew li jsiru fil-qafas ta' ftehim preferenzjali applikat bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi, sakemm:

(a)

l-akkwist ta' dan it-tip ta' oriġini jikkonferixxi trattament ta' tariffi preferenzjali abbażi tal-miżuri ta' tariffi preferenzjali li hemm fil-Ftehim;

(b)

il-prova tal-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu jew ġew kompilati mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni; u

(c)

il-prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

Meta l-oġġetti jkunu ġew iddikjarati għall-importazzjoni jew fl-Isvizzera jew fil-Kroazja, qabel id-data tal-adeżjoni, skont ftehim preferenzjali applikat bejn il-Kroazja u l-Isvizzera dak iż-żmien, il-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skont dak il-Ftehim tista' wkoll tiġi aċċettata ladarba tkun intbagħtet lill-awtoritajiet tad-dwana fil-perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' adeżjoni.

2.   Il-Kroazja hija awtorizzata żżomm l-awtorizzazzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-istatus ta' “esportaturi approvati” fil-qafas ta' ftehim preferenzjali applikat bejn il-Kroazja u l-Isvizzera qabel id-data tal-adeżjoni, sakemm:

(a)

dispożizzjoni ta' dan it-tip tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data tal-adeżjoni bejn l-Isvizzera u l-Komunità; u

(b)

l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli ta' oriġini fis-seħħ f'dak il-ftehim.

Dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu sostitwiti mhux iżjed tard minn sena wara d-data tal-adeżjoni, b'awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġin skont il-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

3.   Talbiet għal verifika sussegwenti tal-prova ta' oriġini maħruġa skont il-ftehim preferenzjali msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti jew tal-Isvizzera jew tal-Kroazja għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' oriġini kkonċernat u jista' jsir minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' oriġini kkonċernata mibgħuta minn dawk l-awtoritajiet b'appoġġ għal dikjarazzjoni ta' importazzjoni.

Artikolu 3

Oġġetti fi tranżitu

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu jiġu applikati għal oġġetti esportati jew mill-Kroazja lejn l-Isvizzera jew mill-Isvizzera lejn il-Kroazja, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 3 u li dakinhar tal-adeżjoni jew ikunu fi tranżitu jew f'ħażna temporanja f'maħżen tad-dwana jew f'żona libera fil-Kroazja jew l-Isvizzera.

2.   F'dan it-tip ta' każijiet jista' jingħata trattament preferenzjali, soġġett għall-preżentazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni, ta' prova ta' oriġini maħruġa b'mod retrospettiv mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


ANNESS I

“ANNESS IVa

TEST TAD-DIKJARAZZJONI TAL-FATTURA

Id-dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha jinsab hawn taħt, trid issir f'konformità man-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta' qiegħ il-paġna m'għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ — митническо разрешение № … (1), декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no … (1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení… (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2).

Verżjoni Kroata

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi… (2) preferencijalnog podrijetla.

Verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni Latvjana

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2).

Verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes … (2) származásúak.

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

Verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) oświadcza, że — jeśli wyraźnie nie określono inaczej — produkty te mają … (2) pochodzenie preferencyjne.

Verżjoni Portugiża

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia… (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2)

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2)

Verżjoni Svediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyn- dighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2)

 (3)

(Post u data)

 (4)

(Firma tal-esportatur; addizzjonalment għandu jkun indikat b'kitba ċara l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni)


(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispażju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma ssirx mill-esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandhom jitħallew barra jew l-ispazju għandu jitħalla vojt.

(2)  L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’.

(3)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun diġà fid-dokument innifsu.

(4)  F'każijiet fejn l-esportatur m'għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.”


ANNESS II

“ANNESS IVb

TEST TAD-DIKJARAZZJONI TAL-FATTURA TAL-EUR-MED

Id-dikjarazzjoni tal-fattura EUR-MED, illi t-test tagħha jidher hawn taħt, għandha ssir skont in-noti ta'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta' qiegħ il-paġna m'għandhomx għalfejn ikunu riprodotti.

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ — митническо разрешение № … (1) декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera n o … (1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliamenti kinnitus nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ'αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière n o … (1)] déclare que, sauf indication

claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Kroata

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br … (1) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi… (2) preferencijalnog podrijetla;

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo

indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Latvjana

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi

skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2):

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta,

tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hiányában az

áruk kedvezményes … (2) származásúak.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana Nru … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Portugiża

O abaixo-assinado, exportador dos produtos abrangidos pelo presente documento [autorização aduaneira n. o … (1)], declara que, salvo indicação expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, tieto výrobky majú preferenčný pôvod v … (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

Verżjoni Svediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

cumulation applied with (name of the country/countries)

no cumulation applied (3)

 (4)

(Post u data)

 (5)

(Firma tal-esportatur; addizzjonalment għandu jkun indikat b'kitba ċara l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni)


(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ssir minn esportatur approvat, in-numru ta' awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma ssirx mill-esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandhom jitħallew barra jew l-ispazju għandu jitħalla vojt.

(2)  L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’.

(3)  Imla u ħassar fejn meħtieġ.

(4)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun diġà fid-dokument innifsu.

(5)  F'każijiet fejn l-esportatur m'għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.”


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/98


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

(2014/267/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 173(3) u 182(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti li jikkonċernaw il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tkun tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(6)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(7)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(4)  Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta' …

li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tkopri r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (1).

(2)

Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (KE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (2).

(3)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, sabiex din il-kooperazzjoni mġedda tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 5:

“—

32013 R 1291: Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

Il-Liechtenstein għandu jiġi eżentat mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm u milli jagħti kontribut finanzjarju għalih.”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 11(a):

“, kif emendat minn:

32013 R 1292: Ir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174).”

3.

It-test tal-paragrafu 11(b) jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara li ssir l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Din għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174.

(*)  [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/102


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

(2014/268/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4) u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim fih dispożizzjonijiet u arranġamenti rigward kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Dan huwa għalhekk xieraq biex tiġġedded il-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE biex tkun tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu għalhekk ikun ibbażat fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha li adottata mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Eramsus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2m:

“2n.

L-Istati tal-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, jipparteċipaw f'dan il-programm li ġej:

32013 R 1288: Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi ‘Erasmus+’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).”

2.

It-test tal-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jagħmlu kontribut finanzjarju b'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim għall-programmi u l-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2g, 2h, 2i, 2j, 2k, 2l, 2m u 2n.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(*)  [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/104


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

(2014/269/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI (3).

(2)

Minħabba li d-determinazzjoni tal-lista tal-Istati terzi u l-organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI (il-“lista”) hija marbuta mar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, dak il-punt jikkonferixxi fuq il-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni biex jiddetermina l-lista. F'konformità mad-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2009/935/ĠAI, il-lista tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI.

(3)

Hija r-responsabbiltà tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol li jirrieżamina l-lista fejn meħtieġ u li jiddeċiedi jekk jipproponix lill-Kunsill emendi għaliha.

(4)

Fil-laqgħa tiegħu tat-3 u l-4 ta' Ottubru 2012, il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol iddeċieda li jirrakkomanda lill-Kunsill li huwa jżid ċerti Stati terzi mal-lista, waqt li spjega l-ħtieġa operazzjonali biex jiġu konklużi ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' dawk l-Istati terzi.

(5)

Huwa importanti ħafna li l-Europol jibda l-proċedura għall-konklużjoni ta' ftehim ta' kooperazzjoni li jagħti prijorità lill-Ġeorġja, minħabba l-impenji fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant stabbiliti fl-2009, l-inizjalar f'Novembru 2013 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, u l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ġeorġja, kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni UE-Ġeorġja dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża.

(6)

Id-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(7)

Fid-19 ta' Diċembru 2012, il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u, wara dik il-konsultazzjoni, il-Parlament Ewropew ħareġ opinjoni (4),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 1 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Brażil

Ġeorġja

Messiku

Emirati Għarab Magħquda.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12).

(4)  Opinjoni tal-20 ta' Novembru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/106


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/270/PESK

tat-12 ta' Mejju 2014

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1).

(2)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 2142 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 2142 (2014) dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, li tafferma mill-ġdid l-embargo tal-armi fuq is-Somalja u li ġġedded, sal-25 ta' Ottubru 2014, id-determinazzjoni tiegħu li l-embargo tal-armi m'għandux japplika għal konsenji ta' armi, munizzjon jew tagħmir militari jew għall-forniment ta' konsulenza, assistenza jew taħriġ, li jkunu maħsubin biss għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja sabiex tkun ipprovduta s-sigurtà lill-poplu tas-Somalja, ħlief fir-rigward ta' konsenji ta' ċerti oġġetti kif stabbiliti fl-Anness tal-UNSCR 2111 (2013) li jirrikjedu approvazzjoni minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit f'konformità mal-UNSCR 751 (1992).

(3)

L-UNSCR 2142 (2014) timmodifika r-rekwiżiti ta' notifika fir-rigward ta' kwalunkwe konsenja ta' armi, munizzjon jew tagħmir militari jew il-forniment ta' konsulenza, assistenza jew taħriġ lill-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, kif ukoll għall-proċedura ta' eżenzjoni fir-rigward ta' konsenji ta' oġġetti stabbiliti fl-Anness tal-UNSCR 2111 (2013).

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(3)(f) u (g) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(f)

'il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tal-armi u materjal relatat ta' kull tip u l-forniment dirett jew indirett ta' konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra u taħriġ relatati ma' attivitajiet militari maħsubin biss għall-iżvilupp tal-Forzi ta' Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja, sabiex tkun ipprovduta s-sigurtà lill-poplu tas-Somalja, ħlief fir-rigward tal-konsenji tal-oġġetti stabbiliti fl-Anness II, jekk tkun saret notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kif stipulat fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(g)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tal-armi u materjal relatat ta' kull tip kif stipulat fl-Anness II lill-Gvern Federali tas-Somalja kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ, kif stipulat fil-paragrafu 4a ta' dan l-Artikolu;”.

(2)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(4)   Il-Gvern Federali tas-Somalja għandu r-responsabbiltà ewlenija li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel dwar kwalunkwe konsenja ta' armi, munizzjon jew tagħmir militari jew il-forniment ta' konsulenza, assistenza jew taħriġ lill-Forzi tas-Sigurtà tiegħu, kif stabbilit taħt il-punt (f) tal-paragrafu 3. Alternattivament, l-Istati Membri li jagħtu l-assistenza jistgħu jinnotifikaw tal-anqas minn ħamest ijiem qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Gvern Federali tas-Somalja, f'konformità mal-paragrafi 3 u 4 tal-UNSCR 2142 (2014). Fejn Stat Membru jagħżel li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, tali notifika għandha tinkludi dettalji tal-manifattur u l-fornitur tal-armi u l-munizzjon, deskrizzjoni tal-armi u l-munizzjon inkluż it-tip, il-kalibru u l-kwantità, id-data proposta u l-post tal- konsenja, u l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-unità ta' destinazzjoni maħsuba fil-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Somalja, jew il-post maħsub għall-ħażna. Stat Membru li jforni armi jew munizzjon jista', f'kooperazzjoni mal-Gvern Federali tas-Somalja, mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konsenja ta' tali oġġetti, jippreżenta lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet konferma bil-miktub tat-twettiq tal-konsenja, inklużi n-numri tas-serje għall-armi u l-munizzjon konsenjati, l-informazzjoni dwar it-twassil tal-konsenja, il-polza ta' kargu, il-manifesti tal-merkanzija jew il-listi ta' ppakkjar, u l-post speċifiku tal-ħażna.”.

(3)

Fl-Artikolu 1 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“(4a)   Il-Gvern Federali tas-Somalja għandu r-responsabbiltà ewlenija li jitlob approvazzjoni minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għal kwalunkwe forniment ta' oġġetti stabbiliti fl-Anness II, kif stipulat fil-punt (g) tal-paragrafu 3. Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jitolbu approvazzjoni minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Gvern Federali tas-Somalja, f'konformità mal-paragrafu 3 tal-UNSCR 2142 (2014).”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/108


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/271/PESK

tat-12 ta' Mejju 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(2)

Il-Kunsill għamel reviżjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, skont l-Artikolu 10(3) ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(4)

Barra minn hekk, l-informazzjoni marbuta ma' żewġ persuni fuq il-lista li tinsab fl-Anness II għad- Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi aġġornata.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


ANNESS

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa emendat kif ġej:

I.

L-entrata għall-persuna li ġejja hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

 

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

4.

Marcel Gossio

Imwieled fit-18 ta' Frar 1951 f'Adjamé Numru tal-passaport: 08AA14345 (huwa maħsub li skada fis-6 ta' Ottubru 2013)

Taħt mandat ta' arrest internazzjonali. Involut fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi pubbliċi u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzja.

Strumentali għall-finanzjament tal-klann Gbagbo u l-milizzja tiegħu. Huwa anke persunaġġ ċentrali fit-traffikar illegali ta' armi.

Minħabba l-fondi sostanzjali li kiseb illegalment, u l-familjarità tiegħu man-netwerks illegali ta' armi, huwa baqa' theddida kontinwa għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Côte d'Ivoire.

II.

L-entrata għall-persuna li ġejjagħandha l-isem ġdid kif ġej:

“Justin Koné Katina” huwa sostitwit b'“Justin Koné Katinan”

III.

L-entrata għall-persuna li ġejja hija mħassra:

Oulaï Delafosse


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/110


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Mejju 2014

li ttemm il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ġebel agglomerat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2014/272/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

BIDU

(1)

F'Ġunju 2013 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet proċediment antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ġebel agglomerat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u ppubblikat notifika ta' bidu f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-proċediment inbeda wara lment imressaq fl-14 ta' Mejju 2013 minn A.St.A Europe (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ġebel agglomerat.

(3)

L-ilment kien jinkludi prima facie evidenza ta' dumping tal-prodott imsemmi u ta' ħsara tal-materjal li tirriżulta minnu li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu.

(4)

Il-Kummissjoni informat lill-ilmentatur, lill-produtturi tal-Unjoni magħrufin oħra, lill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufin fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-PRC”), lir-rappreżentanti tal-PRC, lill-importaturi magħrufin, lill-produtturi tal-Unjoni magħrufin ta' materji primi u tagħmir għall-produzzjoni ta' ġebel agglomerat, lill-utenti magħrufin, lill-assoċjazzjoni tal-produtturi ta' materji primi u lill-assoċjazzjonijiet tal-utenti u l-konsumaturi tal-bidu tal-proċediment u tal-kwestjonarji mibgħuta. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta' bidu.

(5)

L-ilmentatur, il-produtturi l-oħra tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fil-PRC, l-importaturi u l-utenti taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

B.   IRTIRAR TAL-ILMENT U TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT

(6)

Permezz ta' ittra tat-18 ta' Frar 2014 indirizzata lill-Kummissjoni, l-ilmentatur irtira l-ilment tiegħu.

(7)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, proċediment jista' jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm dan it-tmiem ma jkunx imur kontra l-interess tal-Unjoni.

(8)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda konsiderazzjoni li turi li dan it-tmiem imur kontra l-interess tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proċediment attwali għandu jintemm. Il-partijiet interessati ġew informati b'dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma wasal l-ebda kumment.

(9)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet fl-Unjoni tal-ġebel agglomerat li joriġina fil-PRC għandu jitwaqqaf.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet fl-Unjoni ta' madum u oġġetti oħra ta' wiċċ ċatt, blokki jew ċangaturi ta' ġebel artifiċjali magħquda b'reżini jew ta' agglomerazzjoni ta' ġebel u/jew ħġieġ u/jew mera magħquda b'reżini li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex6810 11 90, ex6810 19 00, ex6810 91 00, ex6810 99 00, ex7016 10 00, ex7016 90 40, ex7016 90 70 u ex7020 00 80 hu b'hekk itterminat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 183, 28.6.2013, p. 21.


Rettifika

13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/112


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 432/2014 tat-22 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 126 tad-29 ta' April 2014 )

F'paġna 24, l-Anness I:

minflok:

“(40)

L-entrata għall-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona:

IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32

(MAC/2A34.)

Il-Belġju

768 (1)

 

 

Id-Danimarka

26 530  (2)

 

 

Il-Ġermanja

800 (2)

 

 

Franza

2 417  (2)

 

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

2 434  (2)

 

 

L-Isvezja

7 101  (2)  (2)

 

 

Ir-Renju Unit

2 254  (2)

 

 

L-Unjoni

42 304  (1)  (2)

 

 

In-Norveġja

256 936  (3)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

aqra:

“(40)

L-entrata għall-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona:

IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32

(MAC/2A34.)

Il-Belġju

768 (5)

 

 

Id-Danimarka

26 530  (5)

 

 

Il-Ġermanja

800 (5)

 

 

Franza

2 417  (5)

 

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

2 434  (5)

 

 

L-Isvezja

7 101  (4)  (5)

 

 

Ir-Renju Unit

2 254  (5)

 

 

L-Unjoni

42 304  (4)  (5)

 

 

In-Norveġja

256 936  (6)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika


(1)  Kundizzjoni speċjali: inkluż it-tunnellaġġ li ġej li għandu jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62o N (MAC/*04N-).

247

Waqt is-sajd taħt kundizzjonijiet speċjali, il-qabdiet inċidentali ta' bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju u merlangu u pollakju iswed għandhom jingħaddu mal-kwoti għal dawn l-ispeċijiet.

(2)  Jistgħu jinqabdu wkoll fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa (MAC/*4AN.).

(3)  Għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja (kwota ta' aċċess). Dan l-ammont jinkludi s-sehem Norveġiż li ġej fit- TAC tal-Baħar tat-Tramuntana:

74 500

Din il-kwota tista' tinqabad fiż-żona IVa biss (MAC/*04A.), minbarra l-ammont li ġej, f'tunnellati, li jista' jinqabad fiż-żona IIIa (MAC/*03A.).

3 000…””,

(4)  Kundizzjoni speċjali: inkluż it-tunnellaġġ li ġej li għandu jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N (MAC/*04N-):

247

Waqt is-sajd taħt kundizzjonijiet speċjali, il-qabdiet inċidentali ta' bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju u merlangu u pollakju iswed għandhom jingħaddu mal-kwoti għal dawn l-ispeċijiet.

(5)  Jistgħu jinqabdu wkoll fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa (MAC/*4AN.).

(6)  Għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja (kwota ta' aċċess). Dan l-ammont jinkludi s-sehem Norveġiż li ġej fit- TAC tal-Baħar tat-Tramuntana:

74 500

Din il-kwota tista' tinqabad fiż-żona IVa biss (MAC/*04A.), minbarra l-ammont li ġej, f'tunnellati, li jista' jinqabad fiż-żona IIIa (MAC/*03A.).

3 000…””.


13.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/114


Rettifika għad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali f l-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 127 tad-29 ta' April 2014 )

F'paġna 50, l-Artikolu 12:

minflok:

“1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-4 ta' Ottubru 2015. Huma għandhom jibagħtu immedjatament it-test li jkun fih dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.”,

aqra:

“1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-4 ta' Ottubru 2016. Huma għandhom jibagħtu immedjatament it-test li jkun fih dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.”;

F'paġna 50, l-Artikolu 13:

minflok:

“Il-Kummissjoni għandha, sal-4 ta' Ottubru 2018 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn tivvaluta l- impatt tal-liġi nazzjonali eżistenti dwar il-konfiska u l-irkupru tal-assi, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti adegwati.

F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk ikunx jeħtieġ li tiġi rriveduta l-lista ta' reati fl-Artikolu 5(2).”,

aqra:

“Il-Kummissjoni għandha, sal-4 ta' Ottubru 2019 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn tivvaluta l- impatt tal-liġi nazzjonali eżistenti dwar il-konfiska u l-irkupru tal-assi, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti adegwati.

F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk ikunx jeħtieġ li tiġi rriveduta l-lista ta' reati fl-Artikolu 5(2).”.