ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 134

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
7 ta' Mejju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/252/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 462/2014 tal-5 ta' Mejju 2014 li japprova s-sustanza bażika Equisetum arvense L., skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 463/2014 tal-5 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

32

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 464/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 fejn tidħol id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għal tartaruni li jistadu għaċ-ċiċċirell (Gymnammodytes cicerelus u G. semisquamatus) u għall-gobi (Aphia minuta u Crystalogobius linearis) f'ċertu ilmijiet territorjali ta' Spanja (il-Katalonja)

37

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 465/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

40

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/253/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/004 ES/Grupo Santana minn Spanja)

42

 

 

2014/254/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/007 IT/VDC Technologies mill-Italja)

44

 

 

2014/255/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2014 li tistabbilixxi l-Programm ta' Ħidma għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(2014/252/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/499/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-16 ta' Diċembru 2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni li ser jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi kkontemplata proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f'dan il-każ.

(3)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta magħha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 24(2) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim (2).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni mwaqqaf bl-Artikolu 19 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar l-adozzjoni tar-regoli proċedurali tiegħu kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 19(5) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU L 244, 8.9.2012, p. 4.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “it-Turkija”,

DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali b'mod iktar effettiv,

XEWQANA li jistabbilixxu, permezz ta' dan il-Ftehim u abbażi tar-reċiproċità, proċeduri effettivi u mgħaġġla għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta' persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta' dħul, preżenza jew residenza fit-territorji tat-Turkija jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta' dawn il-persuni bi spirtu ta' kooperazzjoni,

JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u t-Turkija li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u, b'mod partikolari, mill-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta' Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tat- 28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati,

JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali għal persuni li huma suġġetti għal proċeduri ta' ritorn jew li japplikaw għal ażil fi Stat Membru, kif inhu stabbilit fl-istrumenti legali rispettivi tal-Unjoni.

JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjoni tal-Ftehim tat-12 ta' Settembru tal-1963 li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, il-protokolli addizzjonali tiegħu, id-deċiżjoni relevanti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll il-każistika relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

JENFASIZZAW li l-persuni li jkolhom permess ta' residenza fit-tul mogħti skont it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul jibbenefikaw minn protezzjoni msaħħa kontra l-espulsjoni skont l-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva.

JENFASIZZAW li dan il-Ftehim huwa msejjes fuq il-prinċipji ta' responsabbiltà konġunta, solidarjetà u sħubija ndaqs fil-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn it-Turkija u l-Unjoni u li f'dan il-kuntest l-Unjoni tinsab lesta li tagħti riżorsi finanzjarji sabiex tgħin lit-Turkija jimplimentah.

JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda, kemm-il darba ma jagħżlux li jipparteċipaw skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja Anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li jaqa' taħt l-iskop tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka Anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan il-Ftehim:

(a)

“Partijiet Kontraenti” għandha tfisser it-Turkija u l-Unjoni;

(b)

“Persuna ta' Nazzjonalità Torka” għandha tfisser kwalunkwe persuna ta' nazzjonalità Torka f'konformità ma' din il-leġiżlazzjoni;

(c)

“Persuna b'nazzjonalità ta' Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe persuna li jkollha n-nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Unjoni;

(d)

“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, għajr ir-Renju tad-Danimarka;

(e)

“Persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz” għandha tfisser kwalunkwe persuna ta' nazzjonalità li ma tkunx dik tat-Turkija jew ta' wieħed mill-Istati Membri;

(f)

“Persuna apolidi” għandha tfisser kwalunkwe persuna li ma jkollha n-nazzjonalità tal-ebda pajjiż;

(g)

“Permess ta' residenza” għandha tfisser permess uffiċjali ta' kwalunkwe tip maħruġ mit-Turkija jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna għal residenza fit-territorju tagħha/tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa' fit-territorju tal-istati msemmija b'rabta mal-ipproċessar ta' applikazzjoni għal ażil jew applikazzjoni għall-permess ta' residenza;

(h)

“Viża” għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mit-Turkija jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-tranżitu, fit-territorju tagħha/tiegħu. Dan ma għandux jinkludi l-viża ta' tranżitu fl-ajruport;

(i)

“Pajjiż Rikjedenti” għandu jfisser l-Istat (it-Turkija jew wieħed mill-Istati Membri) li jissottometti applikazzjoni għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim;

(j)

“Stat Mitlub” għandu jfisser l-Istat (it-Turkija jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b'talba għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim;

(k)

“Awtorità Kompetenti” għandha tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali tat-Turkija jew ta' wieħed mill-Istati Membri fdata bl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim kif inhu indikat fil-protokoll ta' implimentazzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 20(1) tiegħu;

(l)

“Persuna li tirrisjedi mingħajr awtorizzazzjoni” għandha tfisser persuna li, f'konformità mal-proċeduri relevanti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għal dħul, preżenza, jew residenza fit-territorju tar-Repubblika tat-Turkija jew ta' wieħed mill-Istati Membri;

(m)

“Tranżitu” għandha tfisser il-passaġġ ta' persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida mit-territorju tal-Istat Mitlub meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat Rikjedenti għall-pajjiż tad-destinazzjoni;

(n)

“Riammissjoni” għandha tfisser it-trasferiment mill-Istat Rikjedenti u l-ammissjoni mill-Istat Mitlub ta' persuni (persuni ta' nazzjonalità tal-Istat Mitlub, persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi) li jkunu nstabu deħlin, preżenti jew residenti illegalment fl-Istat Rikjedenti, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim;

(o)

“Post fejn tinqasam il-fruntiera” għandha tfisser il-post magħżul mill-Istati Membri u mit-Turkija għall-fini tal-qsim tal-fruntieri rispettivi tagħhom;

(p)

“Reġjun fil-fruntiera” tal-Istat Rikjedenti għandha tfisser iż-żona fit-territorju li testendi sa 20 kilometru 'il ġewwa mill-fruntiera esterna tal-Istat Rikjedenti, indipendentement mill-fatt jekk il-fruntiera tkun kondiviża jew le bejn l-Istat Rikjedenti u l-Istat Mitlub kif ukoll il-portijiet fosthom iż-żoni doganali u l-ajruporti internazzjonali tal-Istat Rikjedenti.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw għall-persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet għal dħul, preżenza jew residenza fit-territorji tat-Turkija jew ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni.

2.   L-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti, inkluż il-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha tkun bla ħsara għall-istrumenti enumerati fl-Artikolu 18.

3.   Il-Ftehim preżenti ma għandux japplika għal persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew għal persuni apolidi msemmija fl-Artikoli 4 u 6 li jkunu telqu mit-territorju tal-Istat Mitlub aktar minn ħames snin qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti jkunu saru jafu b'tali persuni, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-riammissjoni fl-Istat Mitlub kif stipulati mill-Artikoli 4 u 6 permess ta' dokumenti enumerati fl-Anness 3.

TAQSIMA I

OBBLIGI TA' RIAMMISSJONI TAT-TURKIJA

Artikolu 3

Riammissjoni ta' persuni b'nazzjonalità tal-Istati Membri

1.   It-Turkija għandha tirriammetti, meta ssir applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità ulterjuri min-naħa ta' dak l-Istat Membru għajr dawk previsti f'dan il-ftehim, il-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew skont il-liġi tal-Unjoni għal dħul, preżenza, jew residenza fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti jekk, f'konformità mal-Artikolu 9, ikun stabbilit li dawn ikunu persuni ta' nazzjonalità Torka.

2.   It-Turkija għandha tirriammetti wkoll:

tfal minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, indipendentement mill-post tat-twelid jew in-nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba ma jkollhomx dritt indipendenti ta' residenza fl-Istat Membru rikjedenti jew jekk l-imsemmi dritt indipendenti jkun japplika għall-ġenitur l-ieħor li jkollu l-kustodja legali tat-tfal ikkonċernati;

konjuġi tal-persuni msemmija fil-Paragrafu 1, li jkollhom nazzjonalità oħra, kemm-il darba jkollhom id-dritt li jidħlu, jkollhom permanenza jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u jkollhom permanenza fit-territorju tat-Turkija, kemm-il darba ma jkollhomx id-dritt indipendenti ta' residenza fl-Istat Membru rikjedenti jew kemm-il darba t-Turkija tagħti prova li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, iż-żwieġ inkwistjoni ma jkunx rikonoxxut legalment.

3.   It-Turkija għandha tirriammetti wkoll persuni li, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Torka, jkunu ġew imċaħħda, jew li rrinunzjaw in-nazzjonalità tat-Turkija minn meta jkunu daħlu fit-territorju ta' Stat Membru, kemm-il darba dawn il-persuni ma jkunux ġew tal-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn dak l-Istat Membru.

4.   Wara li t-Turkija tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara l-iskadenza tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(2), l-uffiċċju konsulari kompetenti tat-Turkija għandu, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol toħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa b'perjodu ta' validità ta' tliet xhur. Fil-każ li ma jkunx hemm uffiċċju konsolari tat-Turkija fi Stat Membru jew jekk it-Turkija, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar, it-tweġiba għall-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha titqies bħala d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata.

5.   Jekk, għal xi raġunijiet ta' dritt jew ta' fatt, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, l-uffiċċju konsolari kompetenti tat-Turkija għandu, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, joħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta' żmien bħala perjodu ta' validità. Fil-każ li ma jkunx hemm uffiċċju konsolari tat-Turkija fi Stat Membru jew jekk it-Turkija, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar, it-tweġiba għall-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha titqies bħala d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata.

Artikolu 4

Riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiż terz u persuni apolidi

1.   It-Turkija għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità oħra min-naħa ta' dak l-Istat Membru għajr dawk previsti f'dan il-Ftehim, il-persuni kollha ta' nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuni apolidi li ma jkunux jissodisfaw, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti kemm-il darba, f'konformità mal-Artikolu 10, jiġi stabbilit li tali persuni:

(a)

ikollhom fil-pussess tagħhom, meta ssir is-sottomissjoni tal-applikazzjoni ta' riamissjoni, viża valida maħruġa mit-Turkija mad-dħul f'territorju ta' Stat Membru direttament mit-territorju tat-Turkija; jew

(b)

ikollhom fil-pussess tagħhom permess ta' residenza maħruġ mit-Turkija; jew

(c)

ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Istati Membri wara permanenza, jew tranżitu fit-territorju tat-Turkija.

2.   L-obbligu ta' riammissjoni prevista f'Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika jekk:

(a)

il-persuna ta' nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida tkun biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tat-Turkija; jew

(b)

lil persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida, l-Istat Membru rikjedenti jkun ħarġilha viża li tkun intużat mill-persuna għad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti jew permess ta' residenza qabel jew wara ma tidħol fit-territorju, kemm-il darba dik il-persuna jkollha fil-pussess tagħha viża jew permess ta' residenza maħruġ mit-Turkija, li jkollu perjodu ta' validità itwal, jew

(c)

il-persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida tibbenefika minn aċċess mingħajr viża fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti.

3.   Wara li t-Turkija tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara li jiskadu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(2), l-awtoritajiet Torok, jekk neċessarju, fi żmien tlett ijiem, lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata joħorġulha “dokument tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-barranin” meħtieġ għar-ritorn tagħha b'perjodu ta' validità ta' mill-anqas tliet xhur. Jekk it-Turkija ma jkollhiex uffiċċju konsolari fi Stat Membru jew jekk it-Turkija ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar fi żmien tlett ijiem, hija għandha titqies bħala li aċċettat l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-finijiet tal-espulsjoni. (1)

4.   Jekk, għal xi raġunijiet ta' dritt jew ta' fatt, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista' tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-“dokument tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-barranin” maħruġ inizjalment, l-awtoritajiet Torok għandhom, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, jestendu l-validità tad-“dokument tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-barranin” jew, fejn meħtieġ, joħorġu “dokument tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-barranin” ġdid bl-istess perjodu ta' validità. Jekk it-Turkija ma jkollhiex uffiċċju konsolari fi Stat Membru jew jekk it-Turkija ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar fi żmien tlett ijiem, hija għandha titqies bħala li aċċettat l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-finijiet tal-espulsjoni. (2)

TAQSIMA II

OBBLIGI TA' RIAMMISSJONI TAL-UNJONI

Artikolu 5

Riammissjoni ta' persuni b'nazzjonalità tal-Istati Membri

1.   Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mit-Turkija u mingħajr ebda formalità oħra min-naħa tat-Turkija għajr dawk previsti f'dan il-ftehim, il-persuni li ma jkunux jissodisfaw, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tal-preżenza, jew residenza, fit-territorju tat-Turkija kemm-il darba, f'konformità mal-Artikolu 9, jiġi stabbilit li jkunu persuni b'nazzjonalità ta' dak l-Istat Membru.

2.   Stat Membru għandu wkoll jirriammetti:

tfal minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, indipendentement mill-post tat-twelid jew in-nazzjonalità tagħhom, għajr jekk dawn ikollhom dritt indipendenti ta' residenza fit-Turkija jew jekk l-imsemmi dritt indipendenti jkun japplika għall-ġenitur l-ieħor li jkollu l-kustodja legali tat-tfal ikkonċernati;

konjuġi, b'nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kemm-il darba jkollhom id-dritt li jidħlu u jibqgħu jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru mitlub, għajr jekk ikollhom dritt indipendenti ta' residenza fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru mitlub jagħti prova li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, iż-żwieġ inkwistjoni ma jkunx rikonoxxut legalment.

3.   Stat Membru għandu jirriametti wkoll persuni li, skont il-leġiżlazzjoni tiegħu, jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu ċaħdu n-nazzjonalità ta' Stat Membru sa minn meta jkunu daħlu fit-territorju tat-Turkija, għajr jekk dawn il-persuni ma jkunux tal-anqas ġew imwiegħda n-naturalizzazzjoni mit-Turkija.

4.   Wara li l-Istat Membru mitlub jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara l-iskadenza tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(2), il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandu/għandha, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa b'perjodu ta' validità ta' tliet xhur. Fil-każ li ma jkunx hemm missjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari ta' Stat Membru fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru mitlub, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, it-tweġiba għall-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha titqies bħala d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata.

5.   Jekk, għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista' tiġi ttrasferita matul il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar li nħareġ inizjalment, il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsolari kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha/għandu toħroġ/joħroġ dokument tal-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta' validità fi żmien tlett ijiem ta' xogħol. Fil-każ li ma jkunx hemm missjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari ta' Stat Membru fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru mitlub, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, it-tweġiba għall-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha titqies bħala d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata.

Artikolu 6

Riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiż terz u persuni apolidi

1.   Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mit-Turkija u mingħajr ebda formalità oħra min-naħa tat-Turkija għajr dawk previsti f'dan il-Ftehim, il-persuni b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew il-persuni apolidi li ma jkunux jissodisfaw, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dħul, tal-preżenza, jew residenza, fit-territorju tat-Turkija kemm-il darba, f'konformità mal-Artikolu 10, jiġi stabbilit li tali persuni:

(a)

ikollhom fil-pussess tagħhom, meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni ta' riammissjoni, viża valida maħruġa mill-Istat Membru mad-dħul fit-territorju tat-Turkija direttament mit-territorju tal-Istat Membru mitlub; jew

(b)

ikollhom permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Membru mitlub; jew

(c)

ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tat-Turkija wara permanenza, jew tranżitu fit-territorju tal-Istat Membru mitlub.

2.   L-obbligu ta' riammissjoni prevista f'Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika jekk:

(a)

il-persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida tkun biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali tal-Istat Membru mitlub; jew

(b)

lil persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida, it-Turkija tkun ħarġitilha viża li tkun intużat mill-persuna għad-dħul fit-territorju Tork jew permess ta' residenza qabel jew wara ma tidħol fit-territorju, għajr jekk dik il-persuna jkollha fil-pussess tagħha viża jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Membru mitlub, li jkollu perjodu ta' validità itwal, jew

(c)

il-persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida tibbenefika minn aċċess mingħajr viża fit-territorju tat-Turkija.

3.   L-obbligu ta' riammissjoni fil-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huwa għall-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża jew l-awtorizzazzjoni ta' residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew awtorizzazzjoni jew permess ta' residenza, l-obbligu ta' riammissjoni fil-Paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument b'perjodu ta' validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta minnhom ikunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġà skadew, l-obbligu tar-riammissjoni fil-Paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument bl-aktar skadenza reċenti. Jekk ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-obbligu ta' riammissjoni fil-Paragrafu 1 jkun tal-Istat Membru tal-aħħar ħruġ.

4.   Wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara li jiskadu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(2), l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom, jekk neċessarju, fi żmien tlett ijiem, joħorġu lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tagħha b'perjodu ta' validità ta' mill-anqas tliet xhur. Jekk l-Istat Membru ma jkollux missjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar fi żmien tlett ijiem, huwa għandu jitqies bħala li aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-finijiet tal-espulsjoni. (3)

5.   Jekk, għal xi raġunijiet ta' dritt jew ta' fatt, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, jestendu l-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew, fejn meħtieġ, joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda bl-istess perjodu ta' validità. Jekk l-Istat Membru ma jkollux misssjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar fi żmien tlett ijiem, huwa għandu jitqies bħala li aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-finijiet tal-espulsjoni. (4)

TAQSIMA III

PROĊEDURA TA' RIAMMISSJONI

Artikolu 7

Prinċipji

1.   L-Istati Membri u t-Turkija għandhom jagħmlu kull sforz biex jirritornaw persuna li ssir referenza għaliha fl-Artikoli 4 u 6 direttament lejn il-pajjiż tal-oriġini. Għal dan il-fini, il-modalitajiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Paragrafu għandhom jiġu deċiżi f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 19(1). Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Paragrafu ma għandhomx japplikaw għal każijiet fejn il-proċedura aċċelerata tkun applikabbli f'konformità mal-Paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

2.   Suġġett għall-Paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kull trasferiment ta' persuna li tkun ser tiġi riammessa abbażi ta' wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 3 sa 6, għandu jeħtieġ is-sottomissjoni ta' applikazzjoni ta' riammissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub.

3.   Jekk il-persuna li tkun ser tiġi riammessa jkollha fil-pussess tagħha dokument tal-ivvjaġġar validu jew karta tal-identità valida u, fil-każ ta' persuni b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida, viża valida użata mill-persuna għall-fini ta' dħul fit-territorju tal-Istat Mitlub jew permess ta' residenza tal-Istat Mitlub, it-trasferiment ta' tali persuna għandu jseħħ mingħajr mal-Istat Rikjedenti jkollu jressaq applikazzjoni ta' riammissjoni jew notifika bil-miktub msemmija fl-Artikolu 12(1) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub.

Is-Subparagrafu preċedenti ma għandux ikun ta' ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet relevanti li jivverifikaw l-identità tal-persuni riammessi fil-fruntiera.

4.   Bla ħsara għall-Paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jekk persuna tinqabad mill-Istat Rikjedenti fir-reġjun tal-fruntiera wara li tkun daħlet illegalment u direttament mit-territorju tal-Istat Mitlub, l-Istat Rikjedenti jkun jista' jissottometti applikazzjoni ta' riammissjoni fi żmien tlett ijiem minn meta tinqabad il-persuna (il-proċedura aċċellerata).

Artikolu 8

Kontenut tal-applikazzjoni ta' riammissjoni

1.   Sa fejn ikun possibbli, kull applikazzjoni ta' riammissjoni għandu jkollha fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid, u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta' residenza) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minorenni mhux miżżewġa u/jew tal-konjugi;

(b)

fil-każ ta' persuni ta' nazzjonalità proprja, indikazzjoni tal-mezzi li bihom tkun ser tingħata prova jew evidenza prima facie tan-nazzjonalità kif inhu stabbilit fl-Annessi 1 u 2 rispettivament;

(c)

fil-każ ta' persuna b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u ta' persuni apolidi, indikazzjoni tal-mezzi li bihom tkun ser tingħata prova jew evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi kif inhu previst fl-Annessi 3 u 4 rispettivament;

(d)

ritratt tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa.

2.   Sa fejn ikun possibbli, l-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha jkollha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)

dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li tkun ser tiġi ttrasferita jista' jkollha bżonn għajnuna jew kura, kemm-il darba l-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija;

(b)

kull miżura oħra ta' protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista' tkun meħtieġa fil-każ individwali ta' trasferiment.

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 7(3), kull applikazzjoni ta' riammissjoni għandha ssir bil-miktub u għandha tintuża formola komuni mehmuża mal-Anness 5 ta' dan il-Ftehim.

4.   L-applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

5.   Bla ħsara għall-Artikolu 11(2), it-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni trid tingħata bil-miktub.

Artikolu 9

Evidenza dwar in-nazzjonalità

1.   Il-prova dwar in-nazzjonalità skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) tista', b'mod partikolari, tingħata permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim. Jekk jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-Istati Membri jew it-Turkija, rispettivament, għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jirrikonoxxu n-nazzjonalità. Il-prova ta' nazzjonalità ma tistax tingħata permezz ta' dokumenti foloz.

2.   Evidenza prima facie tan-nazzjonalità skont l-Arikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) għandha tingħata partikolarment permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta' validità tagħhom ikun skada. Jekk jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-Istati Membri u t-Turkija għandhom iqisu, għall-fini ta' dan il-Ftehim, in-nazzjonalità bħala waħda stabbilita, għajr jekk wara investigazzjoni u fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11, l-Istat Mitlub juri xorta oħra. L-evidenza prima facie dwar in-nazzjonalità ma tistax tingħata permezz ta' dokumenti foloz.

3.   Jekk ma jkun jista' jiġi ppreżentat l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsolari kompetenti tal-Istat Mitlub għandhom, fuq talba jagħmlu l-arranġamenti biex issir intervista lill-persuna li tkun ser tiġi riammessa mingħajr dewmien żejjed, fi żmien sebat ijiem ta' xogħol mill-jum li fih issir it-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha. Jekk fl-Istat Mitlub ma jkun hemm l-ebda rappreżentanza diplomatika jew konsolari fl-Istat Rikjedenti, dak tal-aħħar għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex issir intervista lill-persuna li tkun ser tiġi riammesa mingħajr dewmien żejjed, sa mhux aktar tard minn sebat ijiem ta' xogħol mill-jum li fih issir it-talba. Il-proċedura għal dawn l-intervisti tista' tkun stabbilita fil-Protokolli ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 20 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Evidenza dwar persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi

1.   Il-prova dwar il-kondizzjonijiet ta' riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li hija stabbilita fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) għandha tingħata, b'mod partikolari, permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta' dan il-Ftehim. Il-prova tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ma tistax tingħata permezz ta' dokumenti foloz.

2.   L-evidenza prima facie dwar il-kundizzjonijiet ta' riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li huma stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) għandha tingħata b'mod partikolari permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta' dan il-Ftehim; ma tistax tingħata permezz ta' dokumenti foloz. Meta tali evidenza prima facie tiġi ppreżentata, l-Istati Membri u t-Turkija għandhom iqisu li dawn il-kundizzjonijiet ġew stabbiliti, għajr jekk wara investigazzjoni u fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11, l-Istat Mitlub juri xorta oħra.

3.   L-illegalità tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza għandha tkun stabbilita permezz ta' dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata fejn la jkun hemm inkluża l-viża meħtieġa u lanqas permess ta' residenza għat-territorju tal-Istat Rikjedenti. Dikjarazzjoni bil-miktub mill-Istat Rikjedenti li l-persuna kkonċernata tkun instabet mingħajr id-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-viża jew il-permess ta' residenza meħtieġa għandha wkoll tkun ta' evidenza prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

Artikolu 11

Limiti ta' żmien

1.   L-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub fi żmien massimu ta' sitt xhur minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjedenti tkun kisbet għarfien li persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida ma tkunx tissodisfa, jew ma tkunx għada tissodisfa, il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza.

Jekk il-persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew il-persuna apolida tidħol fit-territorju tal-Istat Rikjedenti qabel il-jum li fih jibdew japplikaw l-Artikoli 4 u 6 f'konformità mal-Artikolu 24(3), il-limiti ta' żmien msemmija fis-sentenza preċedenti tibda tiddekorri fil-jum li fih jibdew japplikaw l-Artikoli 4 u 6.

Fejn ikun hemm ostakli ta' dritt jew ta' fatt għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni fil-ħin, il-limitu ta' żmien għandu, fuq talba tal-Istat Rikjedenti, jiġi estiż iżda biss sakemm l-ostakli ma jkunux għadhom fis-seħħ.

2.   It-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni għandha ssir bil-miktub:

fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret skont il-proċedura aċċelerata (Artikolu 7(4));

mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn massimu ta' 25 jum kalendarju fil-każi l-oħra kollha, għajr għal każijiet li fir-rigward tagħhom il-perjodu inizjali ta' detenzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Rikjedenti jkun iqsar, u f'dan il-każ japplika li l-perjodu li ssemma l-aħħar. Fejn ikun hemm ostakli ta' dritt jew ta' fatt biex it-tweġiba għall-applikazzjoni ssir fiż-żmien, il-limitu taż-żmien jista', fuq talba u bl-ispjegazzjoni tar-raġunijiet, jiġi estiż sa 60 jum kalendarju, għajr jekk il-perjodu massimu ta' detenzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Rikjedenti jkun inqas minn jew indaqs għal 60 jum.

Dan il-limitu taż-żmien jibda jgħodd mid-data tal-irċevuta tat-talba ta' riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f'dan il-limitu ta' żmien, it-trasferiment jitqies li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

3.   Wara li jkun intlaħaq ftehim jew, fejn xieraq, wara li jiskadu t-termini ta' żmien stabbiliti fil-Paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-persuna kkonċernata għanda tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat Rikjedenti, dan it-terminu ta' żmien jista' jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ostakli legali jew prattiċi.

4.   Ir-raġunijiet tar-rifjut tat-talba ta' riammissjoni għandhom jingħataw bil-miktub.

Artikolu 12

Modalitajiet tat-trasferiment u mezzi ta' trasport

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 7(3), qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub tal-anqas 48 siegħa qabel dwar id-data ta' trasferiment, il-punt ta' dħul, l-iskorti possibbli u informazzjoni oħra relevanti għat-trasferiment.

2.   It-trasport jista' jsir bl-ajru, bl-art jew bil-baħar. Ir-ritorn bl-ajru ma għandux jiġi ristrett għall-użu tal-linji nazzjonali tat-Turkija jew tal-Istati Membri u jista' jseħħ bl-użu ta' titjiriet skedati jew titjiriet charter. Fil-każ ta' ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti ma għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat Rikjedenti, kemm-il darba jkunu persuni awtorizzati mit-Turkija jew minn kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 13

Riammissjoni bi żball

L-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Mitlub, jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta' dan il-Ftehim ma jkunux ġew issodisfati.

F'tali każijiet, u bl-eċċezzjoni tal-kosti kollha tat-trasport tal-persuna inkwistjoni li jitħallsu mill-Istat Rikjedenti kif imsemmi fil-Paragrafu preċedenti, id-dispożizzjonijiet proċedurali ta' dan il-Ftehim għanhom japplikaw mutatis mutandis u għandha tingħata l-informazzjoni kollha li tkun disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità reali tal-persuna li tkun ser tittieħed lura.

TAQSIMA IV

OPERAZZJONIJIET TA' TRANŻITU

Artikolu 14

Prinċipji ta' tranżitu

1.   L-Istati Membri u t-Turkija għandhom jillimitaw it-tranżitu ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi għal każijiet fejn tali persuni ma jkunux jistgħu jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta' destinazzjoni.

2.   It-Turkija għandha tippermetti t-tranżitu ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk it-Turkija titlob dan, jekk jiġi żgurat il-fatt li jsir il-vjaġġ lejn Stati ta' tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni tal-Istat ta' destinazzjoni.

3.   It-tranżitu jista' jiġi rrifjutat mit-Turkija jew minn Stat Membru:

(a)

jekk il-persuna ta' nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolidi tkun f'riskju li tkun suġġetta għal tortura jew trattament inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew il-konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta' destinazzjoni jew Stat ieħor ta' tranżitu; jew

(b)

jekk il-persuna ta' nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolidi tkun suġġetta għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Mitlub jew f'xi Stat ieħor ta' tranżitu; jew

(c)

minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Mitlub.

4.   It-Turkija jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk jinqalgħu jew jitfaċċaw iċ-ċirkostanzi li saret referenza għalihom fil-Paragrafu 3, li jżommu milli ssir l-operazzjoni ta' tranżitu, jew jekk il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni lejn Stati possibbli ta' tranżitu jew ir-riammissjoni mill-Istat ta' destinazzjoni ma jibqgħux żgurati. F'dan il-każ, l-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura lill-persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolidi, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 15

Proċedura ta' tranżitu

1.   L-applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta' tranżitu għandha titressaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip ta' tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), Stati oħra possibbli ta' tranżitu u d-destinazzjoni finali ppjanata;

(b)

id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-isem, il-kunjom, kunjom xbubitha, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid is-sess u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(c)

il-post tad-dħul ippjanat, il-ħin tat-trasferiment u l-użu ta' skorti;

(d)

dikjarazzjoni li fil-fehma tal-Istat li jagħmel it-Talba, il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14(2) huma sodisfatti, u li ebda raġuni għal ċaħda skont l-Artikolu 14(3) ma hi magħrufa.

Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta' tranżitu tinsab mehmuża mal-Anness 6 ta' dan il-Ftehim.

L-applikazzjoni ta' tranżitu tista' titressaq permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

2.   Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tiġi rċevuta l-applikazzjoni bil-miktub, l-Istat Mitlub għandu jinforma bil-miktub lill-Istat Rikjedenti dwar l-ammissjoni, jikkonferma l-post tad-dħul u l-ħin ippjanat tal-ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta' ammissjoni u r-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk ma tingħata ebda tweġiba fi żmien estiż ħamest ijiem ta' xogħol, it-tranżitu ikun meqjus li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta' tranżitu tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

3.   Jekk l-operazzjoni ta' tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tiġi riammessa u l-iskorti possibbli għandhom jiġu eżentati milli jkollhom viża ta' tranżitu tal-ajruport.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta' tranżitu, b'mod partikolari permezz ta' sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta' kumditajiet xierqa għal dan il-fini.

TAQSIMA V

KOSTI

Artikolu 16

Kosti tat-trasport u t-tranżitu

Bla ħsara għall-Artikolu 23 u bla ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jirkupraw il-kosti assoċjati mar-riammissjoni mingħand il-persuna li tkun ser tiġi riammessa, fosthom il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(2) u 5(2) jew partijiet terzi, il-kosti kollha tat-trasport li jiġu mġarrba b'rabta mal-operazzjonijiet ta' riammissjoni u tranżitu skont dan il-Ftehim sal-post fejn tinqasam il-fruntiera tal-Istat Mitlub għal talbiet konformi mat-Taqsimiet I u II ta' dan il-Ftehim; jew sal-fruntiera tal-Istat ta' destinazzjoni finali għal talbiet konformi mat-Taqsima IV tal-Ftehim, għandhom jitħallsu mill-Istat Rikjedenti.

TAQSIMA VI

PROTEZZJONI TAD-DEJTA U L-KLAWSOLA TA' NUQQAS TA' EFFETT

Artikolu 17

Protezzjoni tad-dejta

Il-komunikazzjoni ta' dejta personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija jew Stat Membru skont il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta' dejta personali f'każ partikolari għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet domestiċi tat-Turkija u, fejn il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta' Stat Membru, għad-disposizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE u għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat Membru adottata skont din id-Direttiva. Addizzjonalment japplikaw ukoll il-prinċipji li ġejjin:

(a)

id-dejta personali għandha tiġi proċessata b'mod ġust u legali;

(b)

id-dejta personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b'mod mhux kompatibbli ma' dan l-iskop;

(c)

id-dejta personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għan li għalih tinġabar u/jew tiġi pproċessata aktar; b'mod partikolari, id-dejta personali kkomunikata tista' tkun biss dwar dan li ġej:

id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi ttrasferita (eż. ismijiet, kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità kurrenti u preċedenti);

il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta' validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ),

il-postijiet ta' waqfien temporanju u itinerarji,

informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun ser tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati r-rekwiżiti għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim;

(d)

id-dejta personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata;

(e)

id-dejta personali għandha tinżamm b'mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-fini li għalih tkun inġabret id-dejta jew li kompliet tiġi pproċessata;

(f)

kemm l-awtorità li tikkomunika kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad-dejta personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari għaliex dik id-dejta ma tkunx xierqa, adegwata, preċiża jew għaliex tkun eċċessiva fir-rigward tal-fini tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta' kwalunkwe rettifika, tħassir jew imblukkar għall-Parti l-oħra;

(g)

fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità li tikkomunika dwar l-użu tad-dejta kkomunikata u r-riżultati miksuba minnha;

(h)

id-dejta personali tista' tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel tal-awtorità li tikkomunika kompetenti;

(i)

l-awtorità li tikkomunika u l-awtorità li tirċievi huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla ta' dejta personali.

Artikolu 18

Klawsola ta' nuqqas ta' effett

1.   Dan il-ftehim għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u t-Turkija li jirriżultaw mil-liġi lnternazzjonali fosthom minn konvenzjonijiet internazzjonali li jkunu parteċipanti fihom, b'mod partikolari:

il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-Istat tar-Refuġjati,

il-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta' Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil li jkunu ġew sottomessi,

il-Konvenzjoni tal-10 ta' Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Kastig ieħor Kiefer, Inuman jew Degradanti,

fejn applikabbli, il-Konvenzjoni Ewropea tat-13 ta' Diċembru 1955 dwar l-Istabbiliment,

mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu,

il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar ir-riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità barranija;

2.   Il-Ftehim preżenti għandu jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u l-obbligi, fosthom dawk ta' dawk li jkunu, jew kienu, residenti u jaħdmu legalment fit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet, previsti mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tat-12 ta' Settembru 1963 li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, il-protokolli addizzjonali tiegħu, id-deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll il-każistika relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3.   L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim preżenti għandha ssir mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali kif stabbiliti fid-Direttiva Nru 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (5) partikolarment fir-rigward tal-aċċess tagħhom għal parir legali, informazzjoni, sospensjoni temporanja tal-infurzar ta' deċiżjonijiet ta' ritorn u aċċess għal rimedji legali.

4.   L-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali tal-persuni li japplikaw għall-ażil kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (6) u fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat (7) u partikolarment fir-rigward tad-dritt li persuna tibqa' fi Stat Membru sakemm tiġi eżaminata l-applikazzjoni tagħha.

5.   L-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali ħal persuni li jkollhom fil-pussess tagħhom permess ta' residenza fit-tul skont it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.

6.   L-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali għal persuni li jingħataw residenza skont it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja.

7.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni r-ritorn ta' persuna taħt arranġamenti formali jew informali oħrajn.

TAQSIMA VII

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu 19

Kumitat konġunt tar-riammissjoni

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, għandhom jaħtru kumitat konġunt tar-riammissjoni (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-kumitat”) li, b'mod partikolari, ser ikollu l-kompitu:

(a)

li jwettaq monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni b'mod uniformi ta' dan il-Ftehim;

(c)

li jkollu skambju regolari ta' informazzjoni dwar il-Protokolli ta' implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u mit-Turkija skont l-Artikolu 20;

(d)

li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-kumitat għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti wara li ssir kull proċedura interna meħtieġa mitluba mil-liġi tal-Partijiet Kontraenti.

3.   Il-kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tat-Turkija u tal-Unjoni; l-Unjoni għandha tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri.

4.   Il-Kumitat għandu jiltaqa' meta meħtieġ fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

5.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli proċedurali tiegħu.

Artikolu 20

Protokolli ta' Implimentazzjoni

1.   Fuq talba ta' Stat Membru jew tat-Turkija, it-Turkija u Stat Membru għandhom iħejju Protokoll ta' implimentazzjoni li fost l-oħrajn ikopri regoli dwar:

(a)

il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-postijiet fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta' punti ta' kuntatt;

(b)

il-kundizzjonijiet ta' ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta' persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi bi skorta;

(c)

il-mezzi u d-dokumenti addizzjonali ma' dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta' dan il-ftehim;

(d)

il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċelerata;

(e)

il-proċedura għal intervisti.

2.   Il-Protokolli ta' Implimentazzjoni msemmija fil-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi nnotifikat il-Kumitat tar-riammissjoni imsemmi fl-Artikolu 19.

3.   It-Turkija taqbel li tapplika kull dispożizzjoni ta' Protokoll ta' implimentazzjoni mfassal ma' Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tiegħu ma' kwalunkwe Stat Membru ieħor, fuq talba ta' dan tal-aħħar u suġġett għall-fattibilità prattika tal-applikazzjoni tiegħu għat-Turkija.

L-Istati Membri jaqblu li japplikaw kull dispożizzjoni ta' Protokoll ta' implimentazzjoni mfassal bejn it-Turkija u kwalunkwe Stat Membru ieħor ukoll fir-relazzjonijiet tagħhom mat-Turkija, fuq talba ta' dan tal-aħħar u suġġett għall-fattibilità prattika tal-applikazzjoni tiegħu għall-Istati Membri.

Artikolu 21

Relazzjoni tal-Istati Membri ma' ftehimiet jew arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjoni

Bla ħsara għall-Artikolu 24(3), id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe strument vinkolanti dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista' jiġi konkluż, skont l-Artikolu 20, bejn Stati Membri individwali u t-Turkija, u dan safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan tal-aħħar ikunu inkompatibbli ma' dawk ta' dan il-Ftehim.

TAQSIMA VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Applikazzjoni territorjali

1.   Suġġett għall-Paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju fejn japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif inhuwa definit fl-Artikolu 52 ta' dak it-Trattat u fl-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-territorju tar-Repubblika tat-Turkija.

2.   Dan il-Ftehim ma għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 23

Assistenza teknika

Iż-żewġ partijiet jaqblu li jimplimentaw dan il-Ftehim skont il-prinċipji ta' responsabbiltà konġunta, solidarjetà u sħubija ndaqs fil-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn it-Turkija u l-Unjoni.

F'dan il-kuntest, l-Unjoni hija impenjata li toffri d-disponibbiltà ta' riżorsi finanzjarji sabiex tgħin lit-Turkija fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skont id-dikjarazzjoni konġunta mehmuża dwar l-assistenza teknika. Meta jsir dan, ser tingħata attenzjoni partikolari għall-bini ta' istituzzjonijiet u kapaċitajiet. Tali appoġġ għandu jingħata fil-kuntest tal-prijoritajiet eżistenti u ġejjiena miftiehma b'mod konġunt mill-Unjoni u t-Turkija.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ, tul ta' żmien u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.   Suġġett għall-Paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri li saret referenza għalihom fl-ewwel Paragrafu ta' dan l-Artikolu ġew konklużi.

3.   L-obbligi mfissra fl-Artikoli 4 u 6 ta' dan il-Ftehim għandhom jibdew japplikaw biss tliet snin wara d-data li saret referenza għaliha fil-Paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Matul dak il-perjodu ta' tliet snin, dawn għandhom japplikaw biss għall-persuni apolidi u persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi li magħhom it-Turkija kkonkludiet trattati bilaterali jew arranġamenti dwar ir-riammissjoni. Matul dak il-perjodu ta' tliet snin, il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar ir-riammissjoni bejn l-Istati Membri individwali u t-Turkija għandhom jibqgħu japplikaw fil-parijiet relevanti tagħhom.

4.   Dan il-Ftehim ġie konkluż għal perjodu miftuħ.

5.   Kull Parti Kontraenti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra b'mod uffiċjali. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa' japplika sitt xhur wara d-data ta' tali notifika.

Artikolu 25

Annessi

L-Annessi 1 sa 6 għandhom jifformaw parti integrali ta' dan il-Ftehim.

Magħmul f'Ankara fis-sittax-il jum ta' Diċembru fis-sena elfejn u tlettax f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Torka, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Avrupa Birliği Adına

Image

За Република Турция

Por la República de Turquía

Za Tureckou republiku

For Republikken Tyrkiet

Für die Republik Türkei

Türgi Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Τουρκίας

For the Republic of Turkey

Pour la république de Turquie

Per la Repubblica di Turchia

Turcijas Republikas vārdā –

Turkijos Respublikos vardu

A Török Köztársaság részeről

Għat-Turkija

Voor de Republiek Turkije

W imieniu Republiki Turcji

Pela República da Turquia

Pentru Republica Turcia

Za Tureckú republiku

Za Republiko Turčijo

Turkin tasavallan puolesta

För Republiken Turkiet

Türkiye Cumhuriyeti Adına

Image


(1)  Skont il-formola stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE tat-30 ta' Novembru 1994.

(2)  Idem.

(3)  Idem.

(4)  Idem.

(5)  ĠUUE L 348, 24.12.2008, p. 98.

(6)  ĠUUE L 31, 6.2.2003, p. 18.

(7)  ĠUUE L 326, 13.12.2005, p. 13


ANNESS 1

Lista komuni ta' dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova taċ-ċitadinanza

(Artikoli 3(1), 5(1) u 9(1))

Fejn l-Istat Mitlub ikun jew wieħed mill-Istati Membri jew it-Turkija:

passporti ta' kwalunkwe tip,

laissez-passer maħruġ mill-Istat Mitlub,

karti tal-identità ta' kwalunkwe tip (li jinkludu dawk temporanji u provviżorji),

kotba tas-servizz militari u karti tal-identità militari,

kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz ta' kaptani;

ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħrajn li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza.

Fejn l-Istat Mitlub ikun it-Turkija:

il-konferma ta' identità b'riżultat ta' tfittxija magħmula fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (1),

fil-każ ta' Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-identifikazzjoni pożittiva tiġi stabbilita mir-rekords tal-applikazzjonijiet għal viża dawk l-Istati Membri.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠUUE L 218, 13.8.2008, p. 60.


ANNESS 2

Lista komuni ta' dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova prima facie tan-nazzjonalità

(Artikoli 3(1), 5(1) u 9(2))

fotokopji ta' kwalunkwe dokument imniżżel fl-Annes 1 ta' dan il-Ftehim,

liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom,

ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom,

karti tal-identità tal-kumpanija jew fotokopji tagħhom,

dikjarazzjonijiet bil-mitkub mingħand xhieda,

dikjarazzjonijiet bil-miktub magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnu jew minnha, fosthom permezz ta' riżultat ta' test uffiċjali,

kwalunkwe dokument ieħor li jista' jgħin biex tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata, fosthom dokumenti b'ritratti maħruġa mill-awtoritajiet bħala sostituzzjoni tal-passaport

dokumenti mniżżla fl-Anness 1 li l-validità tagħhom tkun skadiet,

informazzjoni preċiża mogħtija minn awtoritajiet uffiċjali u kkonfermati mill-Parti l-oħra.


ANNESS 3

Lista komuni ta' dokumenti li huma kkunsidrati bħala prova tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi

(Artikoli 4(1), 6(1) u 10(1))

viża u/jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Mitlub,

timbri tad-dħul/tluq jew approvazzjoni simili fid-dokument tal-ivvjaġġar anke f'dokument tal-ivvjaġġar falz tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (eż. fotografika),

dokumenti, ċertifikati u kontijiet ta' kwalunkwe tip (pereżempju kontijiet tal-lukandi, karti tal-appuntament għal tobba/dentisti, karti ta' dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet -tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b'mod ċar li l-persuna kkonċernata kienet fuq permanenza fit-territorju tal-Istat Mitlub,

biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta' passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-vapur li juru l-preżenza u l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Mitlub;

informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi tal-posta jew aġenzija tal-ivvjaġġar,

dikjarazzjonijiet uffiċjali bil-miktub magħmula, b'mod partikolari, mill-impjegati ta' awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata tkun qasmet il-fruntiera,

dikjarazzjoni uffiċjali bil-miktub tal-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.


ANNESS 4

Lista komuni ta' dokumenti li huma kkunsidrati bħala evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi

(Artikoli 4(1), 6(1) u 10(2))

deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Rikjedenti, tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun ġiet interċettata fihom wara li tkun daħlet fit-territorju ta' dak l-Istat,

informazzjoni dwar l-identità u/jew permanenza ta' persuna li tkun ġiet pprovduta minn Organizzazzjoni internazzjonali (eż. il-UNHCR),

rapporti/konferma ta' informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ,

dikjarazzjoni bil-miktub tal-persuna kkonċernata.


ANNESS 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 6

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-viża

Il-Partijiet Kontraenti jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika tal-viża u f'oqsma relatati, bil-għan li jippromwovu aktar il-kuntatti bejn il-persuni, l-ewwel nett permezz tal-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maħruġa fid-19 ta' Frar tal-2009 fil-kawża C-228/06 Mehmet Soysal, Ibrahim Savatli vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u sentenzi relevanti oħrajn dwar id-drittijiet ta' Fornituri ta' servizzi Torok imsejsa fuq il-Protokoll Addizzjonali tat-23 ta' Novembru tal-1970 anness mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 7(1)

Il-Partijiet jaqblu li sabiex jagħtu prova ta' “kull sforz biex isir ir-ritorn tal-persuna mesmmija fl-Artikoli 4 u 6 direttament lejn il-pajjiż tal-oriġini”, l-Istat Rikjedenti, filwaqt li jressaq applikazzjoni ta' riammissjoni lill-Istat Mitlub, fl-istess waqt għandu jressaq ukoll applikazzjoni ta' riammissjoni lill-pajjiżi tal-oriġini. L-Istat Mitlub għandu jwieġeb sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 11(2). L-Istat Rikjedenti jinforma lill-Istat Mitlub jekk sadanittant ikun irċieva tweġiba pożittiva dwar l-applikazzjoni ta' riammissjoni mingħand il-pajjiż tal-oriġini. Jekk il-pajjiż tal-orġini tal-persuna inkwistjoni ma jkunx jista' jiġi ddeterminat u għaldaqstant ma tkunx tista' titressaq applikazzjoni ta' riammissjoni lill-pajjiż tal-oriġini, ir-raġunijiet ta' din is-sitwazzjoni għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni ta' riammissjoni li titressaq lill-Istat Mitlub.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-assistenza teknika

It-Turkija u l-Unjoni qablu li jintensifikaw il-koperazzjoni tagħhom biex jindirizzaw l-isfida komuni tal-ġestjoni tal-flussi migratorji u, b'mod partikolari, biex jittrattaw l-immigrazzjoni irregolari. Billi jagħmlu dan, it-Turkija u l-Unjoni ser jesprimu l-impenn tagħhom għall-kondiviżjoni tal-piżijiet internazzjonali, is-solidarjetà, ir-responsabbiltà konġunta u l-komprensjoni komuni.

Din il-kooperazzjoni ser tqis ir-realtajiet ġeografiċi u ser tibni fuq l-isforzi tat-Turkija bħala pajjiż kandidat li għaddej bin-negozjati. Hija ser tqis id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija u l-Programm Nazzjonali tat-Turkija għall-Adozzjoni tal-acquis tal-UE tal-2008, fejn it-Turkija taċċetta u hija ppreparata li timplimenta l-acquis kollu tal-UE dwar dan il-qasam meta taderixxi mal-Unjoni.

F'dan il-kuntest, l-Unjoni hija impenjata li toffri d-disponibblità ta' assistenza finanzjarja msaħħa sabiex tgħin lit-Turkija fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Waqt li jsir dan, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-bini ta' istituzzjonijiet u kapaċitajiet li jsaħħu l-kapaċità tat-Turkija li tipprevjeni d-dħul, il-permanenza u l-ħruġ ta' migranti irregolari li jinsabu fit-territorju tagħha, kif ukoll għall-kapaċità ta' akkoljenza tagħha għall-migranti irregolari li jiġu interċettati. Fost l-oħrajn, dan jista' jinkiseb permezz tax-xiri ta' tagħmir għas-sorveljanza tal-fruntieri, il-ħolqien ta' ċentri ta' akkoljenza u strutturi tal-pulizija tal-fruntiera, u appoġġ għal attivitajiet ta' taħriġ, f'rispett sħiħ għar-regoli kurrenti li jirregolaw l-assistenza esterna tal-UE.

Sabiex jingħata appoġġ kontinwu għall-implimentazzjoni sħiħa u effettiva ta' dan il-Ftehim, l-assistenza finanzjarja tal-UE, fosthom programm ta' appoġġ tas-settur fil-qasam tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u l-migrazzjoni, ser tiġi żviluppata skont il-modalitajiet li ser jiġu ddefiniti mal-awtoritajiet Torok u, wara l-2013, fi ħdan u f'konformità mal-perspettivi finanzjarji tal-UE li jmiss.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Danimarka

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li dan il-Ftehim ma japplikax għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka, u lanqas għall-persuni ta' nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F'ċirkostanzi bħal dawn ikun xieraq li t-Turkija u d-Danimarka jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Islanda u n-Norveġja

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Islanda u n-Norveġja, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta' Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen. F'tali ċirkostanzi ikun xieraq li t-Turkija tikkonkludi l-ftehim ta' riammissjoni mal-Islanda u n-Norveġja skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Isvizzera

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Isvizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2008. F'tali ċirkostanzi ikun xieraq li t-Turkija tikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mal-Isvizzera skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Prinċipat ta' Liechtenstein

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Prinċipat ta' Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li daħal fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2011. F'tali ċirkostanzi ikun xieraq li t-Turkija tikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mal-Prinċipat ta' Liechtenstein skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


REGOLAMENTI

7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 462/2014

tal-5 ta' Mejju 2014

li japprova s-sustanza bażika Equisetum arvense L., skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni, fit-28 ta' Diċembru 2011, irċeviet applikazzjoni mill-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni tal-Equisetum arvense L. bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mit-tagħrif meħtieġ skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn' il quddiem “l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. Fl-24 ta' Mejju 2013, l-Awtorità ppreżentat rapport tekniku dwar is-sustanza kkonċernata lill-Kummissjoni (2). Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi u dan l-abbozz ta' regolament dwar l-approvazzjoni ta' Equisetum arvense L. lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.

(3)

Id-dokumentazzjoni pprovduta mill-applikant u r-riżultati tal-eżaminazzjoni mwettqa mill-Awtorità (3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) juru li l-Equisetum arvense L. tissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Barra minn hekk, din ma tintużax l-aktar għal finijiet ta' protezzjoni tal-pjanti, iżda tista' tintuża fil-protezzjoni tal-pjanti fi prodott magħmul mis-sustanza fil-kwistjoni u ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika.

(4)

Billi s-sustanza bażika ikkonċernata hija prodott tal-ikel li ma jeħtiġx awtorizzazzjoni speċifika skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, hija meqjusa li tiġi evalwata bħala li m'għandha la effett ta' ħsara immedjat u lanqas ittardjat fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, u lanqas effett mhux aċċettabbli fuq l-ambjent.

(5)

Mill-eżamijiet li saru, deher li l-Equisetum arvense L. hija mistennija tissodisfa, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użijiet li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni li huma spjegati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)

Skont l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi bażiċi għandhom jiġu elenkati separatament fir-Regolament imsemmi fl- Artikolu 13(4) tar- Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għalhekk huwa xieraq li tiżdied Parti C fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6). Għalhekk, dak ir-Regolament għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza bażika

Is-sustanza attiva Equisetum arvense L., kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(1)   Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 540/2011, it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dawn iż-żewġ paragrafi li ġejjin:

“Is-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma dawk elenkati fil-Parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament. Is-sustanzi bażiċi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma dawk elenkati fil-Parti C tal-Anness ta' dan ir-Regolament.”

(2)   L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-EFSA dwar l-applikazzjoni għas-sustanza bażika Equisetum arvense L. u l-konklużjonijiet li waslet għalihom l-EFSA rigward il-punti speċifiċi li tqajmu. 2013:EN-427.23 pp.

(3)  Il-Bord tal-EFSA dwar Prodotti Djetetiċi, Nutrizzjoni u Allerġiji (NDA) EFSA Journal 2009; 7(9): 1289 doi: 10.2903/j.efsa.2009.1289.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni,

Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Equisetum arvense L.

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Mhux applikabbli

Farmakopea Ewropea

fl-1 ta' Lulju 2014.

Equisetum arvense L. tista' tintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-Equisetum arvense L. (SANCO/12386/2013) u b'mod partikolari fl-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġie ffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalità tal-użu tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' analiżi.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS SUSTANZI ATTIVI”

(2)

Din il-Parti C hija miżjuda:

“PARTI C

Sustanzi bażiċi

Id-dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għas-sustanzi kollha elenkati f'din il-Parti: il-Kummissjoni għandha żżomm disponibbli r-rapporti ta' analiżi kollha (minbarra informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009) biex ikunu jistgħu jiġu kkonsultati minn kwalunkwe partijiet interessati, jew tagħmilhom disponibbli għalihom fuq talba speċifika.

Numru

Isem Komuni,

Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1

Equisetum arvense L.

Nru CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Mhux applikabbli

Farmakopea Ewropea

fl-1 ta' Lulju 2014.

Equisetum arvense L. tista' tintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-Equisetum arvense L. (SANCO/12386/2013) u b'mod partikolari fl-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġie ffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Marzu 2014.


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' analiżi.”


7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 463/2014

tal-5 ta' Mejju 2014

li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 l-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu permezz ta' sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet li s-sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta għandha tikkonforma magħhom.

(2)

Sabiex tiġi garantita kwalità mtejba ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' programmi operazzjonali, użu mtejjeb tas-sistema u simplifikazzjoni, jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti bażiċi għall-forma u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata.

(3)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati prinċipji, kif ukoll regoli applikabbli għat-tħaddim tas-sistema fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-parti responsabbli biex ittella' d-dokumenti u jsiru xi aġġornamenti fuqhom.

(4)

Sabiex jiġi garantit tnaqqis fil-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni waqt li jiġi żgurat l-iskambju elettroniku effiċjenti u effettiv ta' informazzjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti karatteristiċi tekniċi għas-sistema.

(5)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkodifikaw u jittrasferixxu d-dejta b'żewġ modi differenti li għandhom jiġu speċifikati. Jeħtieġ ukoll li jiġu pprovvduti regoli fil-każ ta' force majeure li xxekkel l-użu ta' sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta, biex jiġi żgurat li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jkunu jistgħu ikomplu bl-iskambju ta' informazzjoni permezz ta' mezzi alternattivi.

(6)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-informazzjoni permezz tas-sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità, il-konfidenzjalità u n-nonripudju tal-informazzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar is-sigurtà.

(7)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. B'hekk dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u prinċipji. Dwar dejta personali pproċessata mill-Istati Membri, tapplika d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Rigward l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-moviment liberu ta' tali dejta, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIMPLIMENTAW IR- REGOLAMENT (UE) NRU 223/2014 RIGWARD IL-FOND GĦAL GĦAJNUNA EWROPEA GĦALL-PERSUNI L-AKTAR FIL-BŻONN (FEAD)

SISTEMA TA' SKAMBJU ELETTRONIKU TA' DEJTA

(Awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014)

Artikolu 1

It-twaqqif ta' sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta għall-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni.

Artikolu 2

Il-kontenut ta' sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta

Is-sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “SFC2014”) għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli, il-formati u l-formuli stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014. L-informazzjoni mogħtija fil-formoli elettroniċi integrati fl-SFC2014 (minn hawn 'il quddiem “dejta strutturata”) ma tistax tiġi sostitwita b'dejta mhux strutturata, inkluż l-użu ta' hyperlinks jew tipi oħra ta' dejta bħal dejta mhux strutturata bħal tehmiż ta' dokumenti jew immaġnijiet. Fejn Stat Membru jittrażmetti l-istess informazzjoni f'forma ta' dejta strutturata u dejta mhux strutturata, id-dejta strutturata għandha tintuża fil-każ ta' inkonsistenzi.

Artikolu 3

L-operat tal-SFC2014

1.   Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet magħżula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 kif ukoll il-korpi li l-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet ġew delegati lilhom se jdaħħlu fl-SFC2014 l-informazzjoni għat-trażmissjoni li huma responsabbli għaliha, u kull aġġornament dwarha.

2.   Kull trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni għandha tiġi vverifikata u sottomessa minn persuna oħra għajr il-persuna li daħħlet id-dejta għal dik it-trażmissjoni. Din is-separazzjoni ta' kompiti għandha tkun appoġġata mill-SFC2014 jew permezz tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru li jkunu konnessi awtomatikament mal-SFC2014.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw, fil-livell nazzjonali persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni ta' drittijiet ta' aċċess għall-SFC2014 li għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jidentifikaw lill-utenti li jitolbu aċċess, filwaqt li jiżguraw li dawk l-utenti huma impjegati mill-organizzazzjoni;

(b)

jinfurmaw lill-utenti dwar l-obbligi tagħhom biex tinżamm is-sigurtà tas-sistema;

(c)

jivverifikaw l-intitolament tal-utenti għal-livell ta' privileġġ meħtieġ skont il-kompiti tagħhom u l-pożizzjoni ġerarkika tagħhom.

(d)

jitolbu t-terminazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess meta dawk id-drittijiet ta' aċċess ma jkunux għadhom meħtieġa jew iġġustifikati;

(e)

jirrappurtaw minnufih avvenimenti suspettużi li jistgħu jippreġudikaw is-sigurtà tas-sistema;

(f)

jassiguraw l-eżattezza kontinwa tad-dejta tal-identifikazzjoni tal-utent billi jirrappurtaw kwalunkwe tibdil;

(g)

jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità kummerċjali skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni;

(h)

jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew utenti tal-SFC2014 milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew il-kapaċità personali tagħhom milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija f'punti (a) sa (g).

4.   L-iskambji tad-dejta u t-tranżazzjonijiet se jkollhom fuqhom firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrikonoxxu l-effikaċja u l-ammissibilità ġuridika tal-firma elettronika użata fl-SFC2014 bħala evidenza fi proċedimenti ġuridiċi.

Informazzjoni pproċessata permezz tal-SFC2014 għandha tirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza tad-dejta personali għal individwi u l-kunfidenzjalità kummerċjali għal entitajiet ġuridiċi skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Direttiva 1995/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 4

Karatteristiċi tal-SFC2014

Sabiex jiġi żgurat skambju elettroniku effiċjenti u effettiv ta' informazzjoni, l-SFC2014 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

forom interattivi jew formoli mimlija minn qabel mis-sistema fuq il-bażi tad-dejta diġà rreġistrata fis-sistema qabel;

(b)

kalkoli awtomatiċi, fejn dawn inaqqsu l-isforz tal-utenti biex jikkodifikaw;

(c)

kontrolli integrati awtomatiċi li jivverifikaw il-konsistenza interna tad-dejta trażmessa u l-konsistenza ta' din id-dejta mar-regoli applikabbli;

(d)

avviżi maħluqa mis-sistema SFC2014 li jwissu lill-utent li ċerti azzjonijiet jistgħu jew ma jistgħux jitwettqu;

(e)

monitoraġġ onlajn tal-istatus tat-trattament ta' informazzjoni mdaħħla fis-sistema;

(f)

disponibbiltà ta' dejta storika rigward l-informazzjoni kollha mdaħħla għal programm operazzjonali.

Artikolu 5

Trażmissjoni ta' dejta permezz tal-SFC2014

1.   L-SFC2014 għandha tkun aċċessibbli għall-Istati Membri u l-Kummissjoni jew direttament permezz ta' interfaċċa interattiva għall-utent (jiġifieri applikazzjoni fuq l-Internet) jew permezz ta' interfaċċa teknika bl-użu ta' protokolli definiti minn qabel (jiġifieri servizzi tal-Internet) li tippermetti s-sinkronizzazzjoni awtomatika u t-trażmissjoni ta' dejta bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Istati Membriu u l-SFC2014.

2.   Id-data ta' trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u viċi versa għandha titqies bħala d-data tas-sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.

3.   F'każ ta' force majeure, funzjonament ħażin tal-SFC2014 jew nuqqas ta' konnessjoni mal-SFC2014 għal aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol fl-aħħar ġimgħa qabel iż-żmien regolatorju għas-sottomissjoni ta' informazzjoni jew fil-perjodu mit-23 sal-31 ta' Diċembru, jew ħamest ijiem tax-xogħol fi żminijiet oħra, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni jista' jsir f'forma stampata bl-użu ta' mudelli, formati u l-formoli msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Meta s-sistema ta' skambju elettroniku tieqaf taħdem ħażin, il-konnessjoni ma' dik is-sistema tiġi stabbilita mill-ġdid jew tieqaf il-kawża tal-force majeure, il-parti kkonċernata għandha ddaħħal mingħajr dewmien l-informazzjoni li tkun intbagħtet diġà f'forma stampata fl-SFC2014 ukoll.

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, id-data ttimbrata mill-posta għandha titqies bħala d-data ta' sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.

Artikolu 6

Sigurtà ta' dejta trażmessa permezz tal-SFC2014

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi politika ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni (minn hawn 'il quddiem “il-politika ta' sigurtà tal-IT”) għall-SFC2014 applikabbli għall-persunal li jagħmel użu mill-SFC2014 skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 (8) u r-regoli implimentattivi tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinnomina persuna jew persuni responsabbli biex jiddefinixxu, jżommu u jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-politika ta' sigurtà għall-SFC2014.

2.   L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Ewropej kollha għajr il-Kummissjoni, li rċevew drittijiet ta' aċċess għall-SFC2014, għandhom iħarsu t-termini u l-kondizzjonijiet tal-IT ippubblikati fil-portal tal-SFC2014 u l-miżuri li huma implimentati fl-SFC2014 mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta' dejta, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw u jiżguraw l-effikaċja tal-miżuri ta' sigurtà adottati għall-protezzjoni tad-dejta li jkunu ħażnu u bagħtu permezz tal-SFC2014.

4.   L-Istati Membri għandhom jadottaw politika ta' sigurtà nazzjonali, reġjonali jew lokali li tkopri l-aċċess għall-SFC2014 u d-dħul awtomatiku ta' dejta fih, billi jiżguraw sett minimu ta' rekwiżiti ta' sigurtà. Din il-politika ta' sigurtà tal-IT lokali, nazzjonali jew reġjonali tista' tirreferi għal dokumenti oħra ta' sigurtà. Kull Stat Membru għandu jiżgura li din il-politika ta' sigurtà tal-IT tapplika għall-awtoritajiet kollha li jagħmlu użu mill-SFC2014.

5.   Din il-politika ta' sigurtà nazzjonali, reġjonali jew lokali għandha tinkludi:

(a)

l-aspetti ta' sigurtà tal-IT tal-ħidma magħmula mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament, f'każ ta' applikazzjoni ta' użu dirett;

(b)

f'każ ta' sistemi tal-kompjuter nazzjonali, reġjonali jew lokali konnessi mal-SFC2014, permezz ta' interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, miżuri ta' sigurtà għal dawk is-sistemi li jippermettu li jiġu allinjati mar-rekwiżiti ta' sigurtà tal-SFC2014.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu koperti l-aspetti li ġejjin, kif xieraq:

(a)

is-sigurtà fiżika;

(b)

il-midja tad-dejta u l-kontroll tal-aċċess;

(c)

il-kontroll tal-ħażna;

(d)

il-kontroll tal-aċċess u tal-password;

(e)

il-monitoraġġ;

(f)

l-interkonnessjoni mal-SFC2014;

(g)

l-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(h)

il-ġestjoni tar-riżorsi umani qabel l-impjieg, matul l-impjeg u wara l-impjieg;

(i)

il-ġestjoni tal-inċidenti.

6.   Din il-politika ta' sigurtà nazzjonali, reġjonali jew lokali għandha tkun bbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri deskritti għandhom ikunu proporzjonali mar-riskji identifikati.

7.   Id-dokumenti li jistabbilixxu l-politika tas-sigurtà tal-IT nazzjonali, reġjonali jew lokali għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni kull meta jintalbu.

8.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw, fuq livell nazzjonali, persuna jew persuni responsabbli għaż-żamma u l-iżgurar tal-applikazzjoni tal-politika tas-sigurtà tal-IT nazzjonali, reġjonali jew lokali. Dik il-persuna jew persuni għandha/għandhom taġixxi/jaġixxu bħala punt ta' kuntatt mal-persuna jew persuni nnominati mill-Kummissjoni u msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.

9.   Kemm il-politika tas-sigurtà tal-IT tal-SFC kif ukoll dik nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti għandhom jiġu aġġornati f'każ ta' bidliet teknoloġiċi, l-identifikazzjoni ta' theddid ġdid jew żviluppi oħra rilevanti. Fi kwalunkwe każ, huma għandhom jiġu riveduti fuq bażi annwali biex ikun żgurat li dawn ikomplu jipprovdu rispons xieraq.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.

(2)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(4)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(5)  Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi, (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(6)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi), (ĠU L 201,tal-31.7.2002, p. 37).

(7)  Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11)

(8)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 tas-16 ta' Awwissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.


7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 464/2014

tas-6 ta' Mejju 2014

li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 fejn tidħol id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għal tartaruni li jistadu għaċ-ċiċċirell (Gymnammodytes cicerelus u G. semisquamatus) u għall-gobi (Aphia minuta u Crystalogobius linearis) f'ċertu ilmijiet territorjali ta' Spanja (il-Katalonja)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jipprojbixxi l-użu ta' rkaptu rmunkat fl-inħawi ta' 3 mili nawtiċi mill-kosta jew fi ħdan l-isobath ta' 50 metru fejn dak il-fond jintlaħaq f'distanza iqsar mill-kosta.

(2)

B'talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tippermetti deroga mill-projbizzjoni stabbilta fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94, diment li jintlaħqu għadd ta' kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9).

(3)

Fis-17 ta' Ottubru 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand Spanja għal deroga mill-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament, għall-użu minn tartaruni li jistadu għaċ-ċiċċirell (Gymnammodytes cicerelus u G. semisquamatus) u għall-gobi (Aphia minuta u Crystalogobius linearis) fl-ilmijiet territorjali tagħha fir-reġjun tal-Katalonja.

(4)

Spanja tat ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi aġġornati għad-deroga.

(5)

Matul is-sessjoni plenarja mill-4 sat-8 ta' Novembru 2013 il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta d-deroga li talbet Spanja u l-abbozz relatat tal-pjan ta' ġestjoni.

(6)

Id-deroga li talbet Spanja hi konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(7)

Hemm limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi, minħabba d-daqs limitat tal-blata kontinentali u d-distribuzzjoni spazjali tal-ispeċijiet fil-mira li jillimitaw iż-żoni tas-sajd.

(8)

Dan is-sajd ma jħalli ebda impatt sinifikanti fuq l-ambjent tal-baħar u hu selettiv ħafna, peress li t-tartaruni jitqiegħdu fil-kolonna tal-ilma u ma jmissux qiegħ il-baħar għax il-ġbir ta' materjal minn qiegħ il-baħar jagħmel ħsara lill-ispeċijiet fil-mira, u l-għażla tal-ispeċijiet mistada ssir virtwalment impossibbli minħabba d-daqs żgħir ħafna tagħhom.

(9)

Id-deroga li talbet Spanja tolqot għadd limitat ta' bastimenti, jiġifieri 26 bastiment biss.

(10)

Is-sajd ma jistax isir bi rkaptu ieħor għax ma jeżisti ebda rkaptu regolat li bl-istruttura tiegħu, bil-karatteristiċi tekniċi u bit-tip ta' malja użata, jista' jaqbad l-ispeċijiet fil-mira.

(11)

Il-pjan ta' ġestjoni jiggarantixxi li fil-ġejjieni mhux se jiżdied l-isforz tas-sajd, peress li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd se jinħarġu biss lis-26 bastiment speċifikat li jinvolvu sforz totali ta' 1 106,35 kW li diġà huma awtorizzati għas-sajd minn Spanja.

(12)

It-talba tkopri bastimenti reġistrati fiċ-ċensiment marittimu li tmexxi l-Komunità Awtonoma tal-Katalonja li għandhom esperjenza vasta f'dan is-sajd ta' aktar minn ħames snin, u li jaħdmu bi pjan ta' ġestjoni adottat minn Spanja fis-27 ta' Marzu 2014 (2) skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(13)

Dawk il-bastimenti huma inklużi f'lista li ntbagħtet lill-Kummissjoni skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(14)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 peress li l-pjan ta' ġestjoni relatat jipprojbixxi b'mod espliċitu li jsir sajd f'ħabitati protetti.

(15)

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 mhumiex applikabbli għax dawn għandhom x'jaqsmu ma' bastimenti tat-tkarkir.

(16)

Dwar ir-rekwiżit ta' konformità mal-Artikolu 9(3) li jistabbilixxi d-daqs minimu tal-malja, il-Kummissjoni tinnota li billi l-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati huma selettivi ferm, għandhom effett negliġibbli fuq l-ambjent tal-baħar u ma jsirux f'ħabitats protetti, f'konformità mal-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, Spanja awtorizzat deroga minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-pjan ta' ġestjoni tagħha.

(17)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3).

(18)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati ma jfixklux l-attivitajiet ta' bastimenti bi rkapti oħra li mhumiex tat-tkarkir, tartaruni jew bi xbieki rmunkati simili.

(19)

L-attività tat-tartaruni jirregolaha l-pjan ta' ġestjoni Spanjol biex jkun żgurat li l-qabdiet tal-ispeċijiet imsemmija fl-Anness III jkunu minimi.

(20)

It-tartaruni ma jimmirawx għaċ-ċefalopodi.

(21)

Il-pjan ta' ġestjoni Spanjol fih miżuri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd, kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(22)

Għaldaqstant, id-deroga mitluba għandha tingħata.

(23)

Spanja għandha tirrapporta lill-Kummissjoni fil-waqt xieraq u skont il-pjan ta' monitoraġġ previst fil-pjan ta' ġestjoni Spanjol.

(24)

It-tul taż-żmien tad-deroga għandu jibda jiġi limitat biex ikunu jistgħu jittieħdu fil-pront il-miżuri ta' ġestjoni korrettivi jekk ir-rapport lill-Kummissjoni juri qagħda ħażina ta' konservazzjoni tal-istokk sfruttat.

(25)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-deroga

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma għandux japplika fl-ilmijiet territorjali ta' Spanja biswit il-kosta tar-reġjun tal-Katalonja, għal tartaruni li jużaw il-bastimenti biex jistadu għaċ-ċiċċirell (Gymnammodytes cicerelus u G. semisquamatus) u għall-gobi (Aphia minuta u Crystalogobius linearis) u li:

(a)

huma rreġistrati fiċ-ċensiment marittimu li tmexxi l-Komunità Awtonoma tal-Katalonja;

(b)

għandhom esperjenza vasta fis-sajd ta' aktar minn ħames snin; u

(c)

għandhom awtorizzazzjoni għas-sajd u joperaw bil-pjan ta' ġestjoni li adottat Spanja skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Artikolu 2

Il-pjan ta' monitoraġġ u r-rappurtar

Fi żmien tliet snin minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, Spanja għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni li jitfassal skont il-pjan ta' monitoraġġ stabbilit fil-pjan ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 1(c).

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u l-perjodu ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jibqa' japplika sat-8 ta' Mejju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.

(2)  Diari Oficiale la Generalitat de Catalunya No6591 tas-27.3.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).


7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 465/2014

tas-6 ta’ Mejju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

37,5

MK

101,4

TN

109,1

TR

97,3

ZZ

86,3

0707 00 05

MA

35,6

MK

51,1

TR

125,0

ZZ

70,6

0709 93 10

MA

70,8

TR

113,5

ZA

31,4

ZZ

71,9

0805 10 20

EG

47,3

IL

73,9

MA

45,0

TN

68,6

TR

63,3

ZZ

59,6

0805 50 10

MA

35,6

TR

96,3

ZZ

66,0

0808 10 80

AR

109,1

BR

87,6

CL

115,7

CN

98,6

MK

30,8

NZ

135,5

US

158,7

ZA

111,3

ZZ

105,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/42


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' April 2014

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/004 ES/Grupo Santana minn Spanja)

(2014/253/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23, it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (4), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG m'għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

(3)

Spanja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji fl-intrapriża Grupo Santana u 15-il fornitur u produttur aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, fis-16 ta' Mejju 2012 u ssupplimentatha b'tagħrif addizzjonali sat-28 ta' Novembru 2013. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta' EUR 1 964 407.

(4)

Minkejja l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie revokat, dan għandu jkompli japplika għall-applikazzonijiet imressqa sal-31 ta' Diċembru 2013 bis-saħħa tal-Artikolu 23, it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi somma ta' EUR 1 964 407 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-pagamenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/44


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' April 2014

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/007 IT/VDC Technologies mill-Italja)

(2014/254/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23, it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (4), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG m'għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

(3)

L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji fl-intrapriża VDC Technologies SpA u fornitur wieħed, fil-31 ta' Awwissu 2012 u ssupplimentatha b'tagħrif addizzjonali sas-6 ta' Settembru 2013. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mobilizzat ammont ta' EUR 3 010 985.

(4)

Minkejja l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie miċħud, dan għandu jkompli japplika għall-applikazzjonijiet imressqa sal-31 ta' Diċembru 2013 bis-saħħa tal-Artikolu 23, it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Italja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2014, għandha tiġi mobilizzata somma ta' EUR 3 010 985 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament taħt l-intestatura tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strażburgu, is-16 ta' April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' April 2014

li tistabbilixxi l-Programm ta' Ħidma għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

(2014/255/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 281 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 280 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kodiċi”) jipprovdi li l-Kummissjoni tfassal programm ta' ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi. Il-programm ta' ħidma huwa importanti b'mod partikolari għat-twaqqif tal-miżuri tranżitorji relatati mas-sistemi elettroniċi u ż-żmien għall-kawżi fejn is-sistemi jkunu għadhom mhumiex operattivi sad-data tal-applikazzjoni tal-Kodiċi, jiġifieri l-1 ta' Mejju 2016.

(2)

Il-Kodiċi jipprovdi li kull skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali u ħażna ta' informazzjoni bħal din għandha ssir permezz ta' tekniki ta' pproċessar tad-dejta elettronika u li sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni joffru l-istess faċilitajiet lill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. Il-programm ta' ħidma għandu għalhekk jistabbilixxi pjan estensiv għall-implimentazzjoni ta' sistemi elettroniċi sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-Kodiċi.

(3)

Għaldaqstant, il-programm ta' ħidma għandu jkun fih lista tas-sistemi elettroniċi li għandha tiġi żviluppata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib, sabiex il-Kodiċi jsir applikabbli fil-prattika. Din il-lista hija bbażata fuq id-dokument ta' ppjanar eżistenti marbut mal-proġetti doganali relatati kollha tal-IT, imsejjaħ il-pjan strateġiku pluriennali (“MASP”), li jitfassal skont id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Artikolu 8(2) tagħha. Is-sistemi elettroniċi msemmija fil-programm ta' ħidma għandhom ikunu soġġetti għall-istess approċċ ta' ġestjoni tal-proġetti u mħejjija u żviluppati kif stabbilit fl-MASP.

(4)

Il-programm ta' ħidma għandu jiddefinixxi u jiddeskrivi s-sistemi elettroniċi kif ukoll il-bażi legali relatata, il-miri ewlenin u d-dati previsti biex jibdew l-operazzjonijiet. Dawn id-dati għandhom jissejħu “dati ta' bidu fil-mira tat-tħaddim”. Id-data tat-tħaddim tas-sistemi elettroniċi għandha tikkostitwixxi d-data ta' tmiem fil-mira tal-perjodu tranżitorju.

(5)

Is-sistemi elettroniċi msemmija fil-programm ta' ħidma għandhom ikunu magħżula fid-dawl tal-impatt mistenni tagħhom fit-termini tal-prijoritajiet definiti fil-Kodiċi. Waħda mill-prijoritajiet ewlenin f'dan ir-rigward hija li l-operaturi ekonomiċi jkunu kapaċi joffru firxa wiesgħa ta' servizzi doganali elettroniċi fit-territorju doganali tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sistemi elettroniċi għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza, l-effettività u l-armonizzazzjoni ta' proċessi doganali madwar l-Unjoni. L-ordni ta' u l-iskeda għat-tħaddim tas-sistemi inklużi fil-programm ta' ħidma għandhom ikunu bbażati fuq konsiderazzjonijiet prattiċi u ta' ġestjoni tal-proġetti bħat-tixrid ta' sforzi u riżorsi, l-interkonnessjoni bejn il-proġetti, il-prerekwiżiti speċifiċi ta' kull sistema u l-maturità tal-proġett. Il-programm ta' ħidma għandu l-għan li jippjana u jmexxi l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi b'mod xieraq u gradwali.

(6)

Filwaqt li s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi għandhom jiġu żviluppati, imħaddma u miżmuma mill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex jiżguraw li t-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi jiġu ġestiti f'konformità mal-programm ta' ħidma u li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu ppjanati, imfassla, żviluppati u mħaddma s-sistemi identifikati b'mod ikkoordinat u f'waqtu.

(7)

Sabiex tiġi żgurata sinkroniċità bejn il-programm ta' ħidma u l-MASP il-programm ta' ħidma għandu jiġi aġġornat fl-istess ħin bħall-MASP.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' ħidma kif previst fl-Artikolu 280(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (“il-Kodiċi”).

Il-programm ta' ħidma huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jikkooperaw u jimplimentaw il-programm ta' ħidma.

2.   Il-proġetti speċifikati fil-programm ta' ħidma u t-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi relatati jkunu ġestiti b'mod konsistenti mal-programm ta' ħidma.

3.   Il-Kummissjoni tieħu ħsieb li ssib fehim komuni u qbil mal-Istati Membri fl-ambitu tal-proġett, it-tfassil, ir-rekwiżiti u l-arkitettura tas-sistemi elettroniċi sabiex jibdew il-proġetti tal-programm ta' ħidma. Fejn ikun rilevanti, il-Kummissjoni tikkonsulta wkoll u tikkunsidra l-fehmiet tal-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 3

Aġġornamenti

1.   Il-programm ta' ħidma jiġi soġġett għal aġġornamenti regolari sabiex ikun żgurat allinjament u aġġustamenti mal-aħħar żviluppi fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi u biex jitqies il-progress attwali li sar fit-tħejjija u l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi, u b'mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà ta' speċifikazzjonijiet komunement miftiehma u r-realizzazzjoni tad-dħul fis-seħħ tas-sistemi elettroniċi.

2.   Sabiex tiġi żgurata sinkroniċità bejn il-programm ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali (“MASP”) il-programm ta' ħidma għandu jiġi aġġornat mill-anqas kull sena.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21).


ANNESS

IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-KODIĊI DOGANALI TAL-UNJONI

I.   Introduzzjoni tal-programm ta' ħidma

L-għan tal-programm ta' ħidma huwa li jipprovdi strument li jappoġġja l-applikazzjoni tal-Kodiċi fir-rigward tal-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi.

Il-programm ta' ħidma se jappoġġja l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi previsti mill-Artikolu 6(1) u jirregola t-twaqqif tal-perjodi ta' tranżizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi. Il-programm ta' ħidma jirrigwarda l-kooperazzjoni meħtieġa bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi skont dak li huwa pprovdut fl-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi.

Il-programm ta' ħidma jinftiehem kif ġej:

1.

Huwa relatat mal-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi;

2.

Jikkunsidra l-prijoritajiet definiti fl-Artikolu 280(2) tal-Kodiċi;

3.

Jelenka s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1) li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi u li jkun previst perjodu tranżitorju għalih, mid-data tal-applikazzjoni tal-Kodiċi iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 2020;

4.

Jispeċifika għal kull proġett:

(a)

deskrizzjoni ta' livell għoli tal-proġett u s-sistema elettronika relatata;

(b)

il-bażi legali għas-sistema elettronika (dispożizzjonijiet legali relatati tal-Kodiċi);

(c)

il-pass ewlieni fit-termini tad-data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li tinftiehem bħala d-data tal-ikkompletar tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbli, aġġornati u disponibbli għall-Istati Membri wara r-rieżami;

(d)

id-data operazzjonali prevista tas-sistema elettronika, imsemmija bħala d-data tal-bidu fil-mira tat-tħaddim tas-sistema elettronika, li hija ugwali għad-data tat-tmiem tal-perjodu tranżitorju.

Id-deskrizzjoni tas-sistemi elettroniċi fil-programm ta' ħidma hija msejsa fuq ir-rekwiżiti għal dawn is-sistemi, u din tista' tinkiseb mid-deskrizzjonijiet fil-Kodiċi, fiż-żmien tat-tfassil tal-programm ta' ħidma.

Sabiex jiġi implimentat il-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni se tibda proġetti speċifiċi rigward is-sistemi elettroniċi permezz tal-attivitajiet ta' analiżi tan-negozju f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Fid-dawl ta' aktar elaborazzjoni fil-parti teknika tal-IT tal-proġetti, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni għas-sistemi elettroniċi previsti. L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jiżguraw l-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi, inklużi l-attivitajiet tal-ittestjar u l-migrazzjoni, skont l-arkitettura u l-ispeċifikazzjonijiet definiti tas-sistema. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jikkooperaw ukoll ma' partijiet interessati oħra bħall-operaturi ekonomiċi.

Il-proġetti se jkunu bbażati fuq fażijiet differenti minn elaborazzjoni għal kostruzzjoni, l-ittestjar u l-migrazzjoni għal operazzjoni finali. Ir-rwol tal-Kummissjoni u l-Istati Membri f'dawn il-fażijiet differenti se jiddependi fuq in-natura u l-arkitettura tas-sistemi u l-komponenti jew is-servizzi tagħhom kif deskritt fl-iskedi ta' proġetti dettaljati tal-Pjan Strateġiku pluriennali (“MASP”). Fejn xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni jiġu definiti mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u soġġetti għal rieżami magħhom, bil-ħsieb li jipprovduhom 24 xahar qabel id-data tal-bidu fil-mira tat-tħaddim tas-sistema elettronika.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jieħdu sehem fl-iżvilupp u fit-tħaddim tas-sistemi, inklużi attivitajiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni bħal attivitajiet ta' taħriġ u komunikazzjoni. L-attivitajiet se jitwettqu fir-rigward tal-passi ewlenin u d-dati msemmija fil-programm ta' ħidma. L-operaturi ekonomiċi se jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mis-sistemi ladarba dawn ikunu fis-seħħ.

II.   Il-programm ta' ħidma (għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni)

“Proġetti tal-KDU u Sistemi Elettroniċi relatati”

Lista ta' proġetti relatati mal-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Kodiċi

Bażi legali

Pass ewlieni

Data tal-bidu fil-mira tat-tħaddim tas-sistema elettronika (1)

1.

Sistema tal-Esportatur Reġistrat (REX)

Il-proġett għandu l-għan li jagħmel disponibbli l-informazzjoni aġġornata dwar Esportaturi Reġistrati stabbiliti f'pajjiżi tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) li jesportaw merkanzija lejn l-UE. Is-sistema se tinkludi wkoll dejta dwar in-negozjanti tal-UE bil-għan li tappoġġja l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tas-SĠP.

Art. 6(1), 16 u 64 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira ta' speċifikazzjonijiet tekniċi

= Q1 2015

1.1.2017

2.

Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (BTI) tal-KDU/Sorveljanza 2+

Il-proġett għandu l-għan li jipprovdi aġġornament tas-sistema tal-BTI u s-sistema Sorveljanza 2 biex jiġi żgurat

l-allinjament tas-sistema EBTI-3 mar-rekwiżiti tal-KDU,

estensjoni tad-dejta ta' Sorveljanza

monitoraġġ tal-użu obbligatorju tal-BTI,

monitoraġġ u ġestjoni tal-użu estiż tal-BTI.Il-proġett se jiġi implimentat f'żewġ fażijiet.

L-ewwel fażi se tkopri l-partijiet ewlenin li jissodisfaw l-obbligu tal-kontroll ta' użu tal-BTI permezz ta' sett ta' dejta mnaqqas u l-allinjament tal-proċess tad-deċiżjonijiet doganali.

It-tieni fażi se timplimenta l-kamp sħiħ ta' applikazzjoni għall-monitoraġġ permezz ta' sett ta' dejta sħiħ u se jipprovdi interfaċċa armonizzat għall-kummerċjanti sabiex titressaq l-applikazzjoni tal-BTI u d-deċiżjoni tal-BTI titwassal b'mod elettroniku.

Art. 6(1), 16, 22, 23 26, 27, 28, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira ta' speċifikazzjonijiet tekniċi

= Q2 2015

(fażi 1)

= Q3 2016

(fażi 2)

1.3.2017

(fażi 1)

1.10.2018

(fażi 2)

3.

Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU

Il-proġett għandu l-għan li jarmonizza l-proċessi relatati mal-applikazzjoni għal deċiżjoni doganali, it-teħid tad-deċiżjoni u l-ġestjoni tad-deċiżjoni permezz ta' standardizzazzjoni u ġestjoni elettronika tal-applikazzjoni u d-dejta tad-deċiżjoni/tal-awtorizzazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea. Is-sistema se tiffaċilita l-konsultazzjonijiet matul il-perjodu tat-teħid tad-deċiżjoni u l-ġestjoni tal-proċess tal-awtorizzazzjonijiet.

Art. 6(1), 16, 23 22, 23, 26, 27 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2015

2.10.2017

4.

Aċċess dirett minn negozjant għas-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropea (Ġestjoni tal-utenti uniformi u firma diġitali)

L-għan ta' dan il-proġett huwa li jipprovdi soluzzjonijiet ta' ħidma għal aċċess dirett u armonizzat minn negozjanti tal-UE bħala servizz li jiġi integrat fis-sistemi doganali elettroniċi kif definit fil-proġetti speċifiċi bħall-BTI tal-KDU/Sorveljanza 2+ u d-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU. Dan jinkludi appoġġ għal identità, aċċess u ġestjoni tal-utenti konformi mal-politiki ta' sigurtà meħtieġa, potenzjalment ikkumplimentati bl-appoġġ għal firem diġitali.

Art. 6(1) u 16 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q4 2015

2.10.2017

5.

Prova ta' Status tal-Unjoni tal-KDU (PoUS)

Il-proġett jimmira li joħloq Sistema ta' Informazzjoni mal-Ewropa kollha li taħżen, timmaniġġja u tirkupra l-Prova tad-dokument tal-Istatus tal-Unjoni. Dan jipprevedi li jissostitwixxi l-forma stampata T2L b'mezzi elettroniċi.

Art. 6(1), 16 u 153 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2015

2.10.2017

6.

Aġġornament tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEO) tal-KDU

Il-proġett għandu l-għan li jtejjeb il-proċessi tan-negozju relatati mal-applikazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet tal-AEO filwaqt li jitqiesu l-bidliet tad-dispożizzjonijiet legali tal-KDU u l-armonizzazzjoni tal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjoni doganali.

Art. 6(1), 16, 22, 23, 26, 27, 28, 38 u 39 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q1 2016

1.3.2018

7.

Sorveljanza 3 tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jipprovdi aġġornament tas-sistema tas-Sorveljanza 2+ li tiżgura l-allinjament tagħha għar-rekwiżiti tal-KDU bħall-iskambju standard ta' informazzjoni b'tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta u l-istabbiliment tal-funzjonalitajiet adegwati meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tas-sett tad-dejta ta' sorveljanza sħiħa miksuba mill-Istati Membri.

Għaldaqstant dan se jinkludi aktar kapaċitajiet għall-estrazzjoni tad-dejta u funzjonalitajiet tar-rappurtar li għandhom isiru disponibbli lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Art. 6(1), 16 u 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2016

1.10.2018

8.

Aġġornament tas-Sistema Ġdida ta' Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS)

L-għan ta' dan il-proġett huwa li jallinja s-sistema NCTS eżistenti mar-rekwiżiti tal-KDU l-ġodda bħall-allinjament tal-iskambji ta' informazzjoni mar-rekwiżiti tad-dejta tal-KDU u l-aġġornament u l-iżvilupp ta' interfaces ma' sistemi oħra.

Art. 6(1), 16 u 226 - (236) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2016

1.10.2018

9.

Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU

L-għan tal-proġett huwa li tiġi żviluppata aktar is-Sistema ta' Kontroll tal-Esportazzjoni eżistenti sabiex tiġi implimentata Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni sħiħa li tkopri r-rekwiżiti tan-negozju għall-proċessi u d-dejta li joriġinaw mill-KDU, inter alia l-kopertura ta' proċeduri simplifikati, kunsinni ta' ħruġ maqsuma u żdoganar ċentralizzat għall-esportazzjoni. Huwa wkoll previst li jkopri l-iżvilupp ta' interfaces armonizzati bis-Sistema tal-Moviment tas-Sisa (EMCS) u s-Sistema Ġdida ta' Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS). L-AES se tippermetti l-awtomazzjoni sħiħa tal-proċeduri ta' esportazzjoni u formalitajiet tal-ħruġ.

Art. 6(1), 16, 179 u 263 - 276 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2016

1.3.2019

10.

Dokumenti bit-Tagħrif (INF) tal-KDU għal Proċeduri Speċjali

L-għan ta' dan il-proġett huwa li tiġi żviluppata sistema ċentralizzata ġdida biex tappoġġa u tissimplifika l-proċessi tal-ġestjoni tad-dejta tal-INF u t-trattament elettroniku tad-dejta tal-INF fil-qasam ta' Proċeduri Speċjali.

Art. 6(1), 16, 215, 237 - 242 u 250 - 262 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2017

1.10.2019

11.

Proċeduri Speċjali tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jaċċellera, jiffaċilita u jarmonizza l-Proċeduri Speċjali madwar l-Unjoni billi jipprovdi mudelli komuni ta' proċessi ta' negozju. Dan il-proġett jimmira li jimplimenta l-bidliet tal-KDU kollha meħtieġa għal ħażna doganali, użu aħħari, dħul temporanju, ipproċessar intern u estern. Fir-rigward tas-soluzzjonijiet elettroniċi għall-immaniġġjar tad-dejta tal-Proċeduri Speċjali, dawn se jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom stabbiliti fuq livell nazzjonali.

Art. 6(1), 16, 215, 237 - 242 u 250 - 262 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q1 2017

1.10.2019

12.

Notifika tal-Wasla tal-KDU, Notifika tal-Preżentazzjoni u tal-Ħażna Temporanja

L-għan ta' dan il-proġett huwa li jiddefinixxi l-proċessi għan-Notifika tal-Wasla tal-mezz tat-trasport, in-Notifika ta' Preżentazzjoni u Dikjarazzjoni għal Ħażna Temporanja u biex jappoġġa armonizzazzjoni f'dan ir-rigward fost l-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tad-dejta bejn il-kummerċ u d-dwana u, fejn huwa meħtieġ, bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana. Meta l-proċessi ma jinvolvux aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċess tal-implimentazzjoni huwa purament kwistjoni nazzjonali.

Art. 6(1), 16 u 133 - 152 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2017

2.3.2020

13.

Żdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni (CCI) tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jippermetti li l-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali bl-użu ta' Żdoganar Ċentralizzat, li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi biex jiċċentralizzaw in-negozju tagħhom minn perspettiva doganali. L-ipproċessar tad-dikjarazzjoni doganali u r-rilaxx fiżiku tal-merkanzija għandhom ikunu kkoordinati bejn l-uffiċċji doganali relatati.

Art. 6(1), 16 u 179 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q1 2017

1.10.2020

14.

Ġestjoni tal-Garanzija (GUM) tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jiżgura ġestjoni effettiva u effiċjenti ta' garanziji komprensivi validi li jistgħu jintużaw f'iżjed minn Stat Membru wieħed u l-monitoraġġ tal-ammont ta' referenza għal kull dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni supplimentari jew ta' informazzjoni xierqa tad-dettalji meħtieġa għad-dħul fil-kontijiet għad-djun doganali eżistenti għall-proċeduri doganali kollha kif previst fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, minbarra t-tranżitu li huwa trattat bħala parti tal-proġett tal-NCTS.

Art. 6(1), 16 u 89 - 100 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q1 2018

2.3.2020

15.

Ġestjoni tas-Sikurezza u s-Sigurtà u r-Riskju tal-KDU

L-għan ta' dan il-proġett huwa li jissaħħu s-sikurezza u s-sigurtà tal-katina tal-provvista fl-oqsma li ġew identifikati, fil-forom kollha tat-trasport u speċjalment il-merkanzija bl-ajru, permezz ta' titjib tal-kwalità tad-dejta, tal-arkivjar tad-dejta, u d-disponibbiltà u l-iskambju tad-dejta. Il-qafas sħiħ tal-analiżi tar-riskju se jitjieb ukoll billi d-dejta tal-merkanzija li tinsab għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali u l-iskambju ta' informazzjoni relatata mar-riskji, jintużaw bl-aħjar mod. Dan se jwassal għal tibdil tas-sistemi bħas-Sistema għall-Kontroll tal-Importazzjoni u s-Sistema Komunitarja tal-Ġestjoni tar-Riskju b'estensjoni possibbli għall-moduli l-ġodda.

Art. 6(1), 16, 46 u 127 - 132 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Irid jiġi definit fil-verżjoni li jmiss tal-programm ta' ħidma

Irid jiġi definit fil-verżjoni li jmiss tal-programm ta' ħidma bbażat fuq il-Pjan Direzzjonali (2)

16.

Klassifikazzjoni (CLASS) tal-KDU

Il-proġett huwa mmirat lejn l-iżvilupp ta' sistema ta' informazzjoni ta' klassifikazzjoni ta' tariffa permezz ta' modulu ta' konsultazzjoni li jipprovdi pjattaforma waħda fejn kull informazzjoni ta' klassifikazzjoni (irrispettivament min-natura) hija faċilment disponibbli u aċċessibbli. Dan se jippermetti lill-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs, u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jsibu l-informazzjoni rilevanti ta' klassifikazzjoni aktar faċilment.

Art. 6(1), 16(1) u 57 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Irid jiġi definit fil-verżjoni li jmiss tal-programm ta' ħidma

Irid jiġi definit fil-verżjoni li jmiss tal-programm ta' ħidma

Figura:

Ħarsa Ġenerali Grafika

Image

(1)  Din id-data tal-bidu fil-mira tat-tħaddim tas-sistemi elettroniċi hija ugwali għad-data tat-tmiem tal-perjodu tranżitorju.

(2)  L-iskeda tal-proġetti marbuta mal-żviluppi fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju tiġi kkunsidrata f'aġġornament tal-programm ta' ħidma skont ix-xogħol tal-Kummissjoni li għaddej bħalissa dwar l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà tal-Katina tal-Provvista u tal-Ġestjoni tar-Riskju Doganali (8761/3/13, Rev.3, 18 ta' Ġunju 2013).