|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/1 |
DEĊIŻJONI Nru 445/2014/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' April 2014
li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 167(5) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jimmira għal unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jagħti lill-Unjoni Ewropea l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għat-tisbiq tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tagħti prominenza lill-patrimonju kulturali komuni. F'dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri biex jitjiebu l-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej. |
|
(2) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2007 dwar aġenda Ewropea għall-kultura f'dinja li qed tigglobalizza, approvata mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2007 (3) u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 (4), tistabbilixxi l-objettivi għal attivitajiet futuri tal-Unjoni fil-qasam tal-kultura. Dawk l-attivitajiet għandhom jippromwovu d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali, il-kultura bħala katalizzatur għall-kreattività fil-qafas għat-tkabbir u l-impjiegi u l-kultura bħala element vitali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni. |
|
(3) |
Il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2007 u li l-Unjoni tagħmel parti minnha, għandha l-għan li tipproteġi u tippromwovi d-diversità kulturali, trawwem l-interkulturalità u tkabbar l-għarfien dwar il-valur tad-diversità kulturali fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) stabbilixxiet azzjoni għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2007 sal-2019. |
|
(5) |
L-evalwazzjonijiet tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika dwar il-ġejjieni tal-azzjoni wara l-2019, żvelaw li din progressivament saret waħda mill-inizjattivi kulturali l-aktar ambizzjużi fl-Ewropa kif ukoll waħda mill-aktar inizjattivi apprezzati miċ-ċittadini Ewropej. Azzjoni ġdida għandha, għaldaqstant, tiġi stabbilita biex tkopri s-snin 2020-2033. |
|
(6) |
Barra mill-objettivi oriġinali tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, li kienu li tiġi enfasizzata r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej u l-karatteristiċi li dawk il-kulturi jikkondividu kif ukoll li jiġi promoss għarfien reċiproku akbar bejn iċ-ċittadini Ewropej, il-bliet detenturi tat-titolu ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura (“it-titolu”) progressivament żiedu dimensjoni ġdida wkoll billi użaw l-effett ta' lieva tat-titolu biex jistimulaw l-iżvilupp aktar ġenerali tagħhom f'konformità mal-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom. |
|
(7) |
L-objettivi tal-azzjoni stabbilita b'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu għalkollox konformi mal-objettivi tal-Programm Ewropa Kreattiva stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li għandu l-għan li jissalvagwardja, jiżviluppa u jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea, li jippromwovi l-patrimonju kulturali Ewropew u li jsaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, b'mod partikolari dak tas-settur awdjoviżiv, bil-għan li jsostni tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Il-kisba ta' dawk l-objettivi għandha tgħin ukoll fit-tisħiħ ta' sens ta' appartenenza f'żona kulturali komuni u biex tistimola djalogu interkulturali u fehim reċiproku. |
|
(8) |
Sabiex jinkisbu tali objettivi, hu importanti li l-bliet li jkollhom it-titolu jiżviluppaw rabtiet bejniethom, minn naħa, fis-setturi kulturali u kreattivi tagħhom, u, min-naħa l-oħra, f'setturi bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-ambjent, l-iżvilupp urban jew it-turiżmu kulturali. B'mod partikolari, l-esperjenza tal-imgħoddi wriet il-potenzjal tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura bħala katalizzatur għall-iżvilupp lokali u t-turiżmu kulturali kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 intitolata “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja — qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew”, li intlaqgħet mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2010 u ġiet approvata mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 (7). |
|
(9) |
Hu importanti wkoll li l-bliet detenturi tat-titolu jfittxu li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs u jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw l-akbar involviment possibbli tal-komponenti kollha tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-programm kulturali, u għandha tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ, u l-gruppi emarġinati u dawk żvantaġġati. |
|
(10) |
L-evalwazzjonijiet u l-konsultazzjoni pubblika wrew ukoll b'mod konvinċenti li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura għandhom bosta benefiċċji potenzjali meta jiġu ppjanati bir-reqqa. Jibqgħu l-ewwel u qabel kollox inizjattiva kulturali, iżda jistgħu wkoll iġibu magħhom benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti, b'mod partikolari meta jiġu inkorporati fi strateġija ta' żvilupp fit-tul xprunata mill-kultura għall-belt ikkonċernata. |
|
11. |
L-azzjoni tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura kienet ukoll sfida kbira. L-organizzazzjoni ta' programm ta' attivitajiet kulturali tul sena sħiħa hi impenjattiva u xi bliet detenturi tat-titolu kellhom suċċess aktar minn oħrajn fl-isfruttament tal-potenzjal. Għalhekk, dik l-azzjoni għandha tissaħħaħ biex tgħin il-bliet kollha jisfruttaw it-titolu bis-sħiħ. |
|
(12) |
It-titolu għandu jibqa' jiġi riservat għal bliet, irrispettivament mid-daqs tagħhom, iżda biex jilħqu pubbliku usa' u jamplifikaw l-impatt, għandu jkun possibbli, bħal qabel, li l-bliet ikkonċernati jinvolvu ż-żona ta' madwarhom. |
|
(13) |
L-għoti tat-titolu għandu jibqa' jkun ibbażat fuq programm kulturali maħluq speċifikament, li għandu jkollu dimensjoni Ewropea qawwija. Dak il-programm kulturali għandu jkun parti minn strateġija fit-tul li jkollha impatt sostenibbli fuq l-iżvilupp ekonomiku, kulturali u soċjali lokali. |
|
(14) |
Il-proċess ta' għażla f'żewġ stadji bbażat fuq lista kronoloġika tal-Istati Membri u mwettaq minn bord ta' esperti indipendenti wera li huwa ġust u trasparenti. Dan ippermetta li l-bliet itejbu l-applikazzjonijiet tagħhom bejn il-fażi ta' qabel l-għażla u l- fażi tal-għażla abbażi ta' parir espert minn dak il-bord, u żgura distribuzzjoni ġusta tat-titolu fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, biex tkun salvagwardjata l-kontinwità tal-azzjoni tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura u biex ikun evitat it-telf ta' esperjenza u għarfien, li jistgħu jirriżultaw jekk l-esperti kollha jinbidlu fl-istess ħin, l-esperti għandhom jinbidlu gradwalment. |
|
(15) |
L-għarfien espert nazzjonali għandu jibqa' jkun żgurat billi l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jaħtru sa żewġ esperti fuq bord li jwettaq il-proċeduri għall-għażla u l-monitoraġġ. |
|
(16) |
Il-kriterji tal-għażla għandhom ikunu aktar espliċiti biex jipprovdu gwida aħjar lill-bliet kandidati fir-rigward tal-objettivi u tar-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom sabiex jingħataw it-titolu. Dawk il-kriterji għandhom jitkejlu aktar faċilment biex jgħinu lill-bord fl-għażla u fil-monitoraġġ tal-bliet. F'dan ir-rigward, għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq il-pjani tal-bliet kandidati għal attivitajiet dwar il-patrimonju inklużi fi strateġija ta' politika kulturali fit-tul, li jkunu kapaċi jiġġeneraw impatt kulturali, ekonomiku u soċjali sostenibbli. |
|
(17) |
Il-bliet kandidati għandhom jesploraw il-possibbliltà, fejn xieraq, li jfittxu li jużaw l-appoġġ finanzjarju mill-programmi u l-fondi tal-Unjoni. |
|
(18) |
Il-fażi ta' preparazzjoni bejn in-nomina ta' belt u s-sena tat-titolu hija ta' importanza kruċjali għas-suċċess tal-azzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Hemm qbil ġenerali fost il-partijiet interessati li l-miżuri ta' akkumpanjament introdotti bid-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE kienu utli ħafna għall-bliet ikkonċernati. Dawk il-miżuri għandhom jiġu żviluppati aktar, b'mod partikolari permezz ta' laqgħat u żjarat ta' monitoraġġ aktar frekwenti fil-bliet mill-esperti tal-bord, u permezz ta' skambju ta' esperjenza aktar sod bejn il-bliet detenturi tat-titolu tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni, kif ukoll il-bliet kandidati. Fil-bliet magħżula jistgħu jiżviluppaw ukoll aktar rabtiet ma' bliet detenturi tat-titolu oħrajn. |
|
(19) |
Il-premju Melina Mercouri stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE kiseb valur simboliku qawwi li jmur sew lil hinn mill-ammont effettiv li jingħata mill-Kummissjoni. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-bliet nominati jissodisfaw l-impenji tagħhom, il-kondizzjonijiet għall-ħlas ta' dak il-premju ta' flus għandhom ikunu aktar rigorużi u espliċiti. |
|
(20) |
Huwa importanti li l-bliet ikkonċernati jagħmluha ċara fil-materjal kollu ta' komunikazzjoni tagħhom li l-azzjoni stabbilita b'din id-Deċiżjoni hija azzjoni tal-Unjoni. |
|
(21) |
L-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, li huma bbażati fuq data miġbura f'livell lokali, ma setgħux jipprovdu data primarja dwar l-impatt tat-titolu. Għalhekk, il-bliet infushom għandhom ikunu l-atturi ewlenin fil-proċess tal-evalwazzjoni. |
|
(22) |
L-esperjenza tal-imgħoddi wriet li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati tista' tgħin biex tqarribhom aktar lejn l-Unjoni billi jiġu enfasizzati l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej. L-azzjoni stabbilita b'din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali wara l-2019. |
|
(23) |
Madankollu, matul il-perijodu kopert b'din id-Deċiżjoni, jiġifieri mill-2020 sal-2033, għal raġunijiet ta' ekwità mal-bliet fl-Istati Membri, il-bliet fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw biss f'kompetizzjoni waħda għat-titolu. Barra minn hekk, ukoll għal raġunijiet ta' ekwità mal-Istati Membri, kull pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali għandu jkun jista' jospita t-titolu darba biss matul dak il-perijodu. |
|
(24) |
Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE għandha titħassar. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tagħha għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-bliet kollha li diġà ġew nominati jew huma fil-proċess li jiġu nominati għas-snin sal-2019. |
|
(25) |
Billi l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tiġi ssalvagwardjata u promossa d-diversità ta' kulturi fl-Ewropa, biex jiġu enfasizzati l-karatteristiċi komuni li jikkondividu u jiġi promoss il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-bliet, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa, b'mod partikolari, ta' kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti għall-għażla u l-monitoraġġ, kif ukoll ta' koordinazzjoni b'saħħitha bejn l-Istati Membri, imma jistgħu pjuttost, minħabba l-firxa u l-effetti mistennija tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment tal-azzjoni
L-azzjoni tal-Unjoni intitolata “Kapitali Ewropej tal-Kultura” hija b'dan stabbilita għas-snin mill-2020 sal-2033 (“l-azzjoni”).
Artikolu 2
Objettivi
1. L-objettivi ġenerali tal-azzjoni huma:
|
(a) |
li tissalvagwardja u tippromwovi d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa u tenfasizza l-karatteristiċi komuni li jikkondividu kif ukoll iżżid is-sens ta' appartenenza taċ-ċittadini f'żona kulturali komuni; |
|
(b) |
li trawwem il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-bliet f'konformità mal-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom. |
2. L-objettivi speċifiċi tal-azzjoni huma:
|
(a) |
li ttejjeb il-medda, id-diversità u d-dimensjoni Ewropea tal-offerta kulturali fil-bliet, inkluż permezz ta' kooperazzjoni transnazzjonali; |
|
(b) |
li twessa' l-aċċess għall-kultura u l-parteċipazzjoni fiha; |
|
(c) |
li ssaħħaħ il-kapaċità tas-settur kulturali u r-rabtiet tiegħu ma' setturi oħrajn; |
|
(d) |
li tgħolli l-profil internazzjonali tal-bliet permezz tal-kultura. |
Artikolu 3
Aċċess għall-azzjoni
1. Il-kompetizzjoni għat-titolu għandha tkun miftuħa għall-bliet, li jistgħu jinvolvu ż-żoni ta' madwarhom.
2. L-għadd ta' bliet detenturi tat-titolu f'sena partikolari (“is-sena tat-titolu”) ma għandux ikun aktar minn tlieta.
It-titolu għandu jingħata kull sena għal mhux iktar minn belt waħda f'kull wieħed miż-żewġ Stati Membri li jidhru fil-kalendarju li jinsab fl-Anness (“il-kalendarju”) u, fis-snin rilevanti, għal belt waħda minn pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali jew għal belt waħda minn pajjiż li jaderixxi mal-Unjoni fiċ-ċirkostanzi li jinsabu fil-paragrafu 5.
3. Il-bliet fl-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jżommu t-titolu għal sena waħda f'konformità mal-ordni tal-Istati Membri kif tidher fil-kalendarju.
4. Il-bliet fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jipparteċipaw fil-Programm Ewropa Kreattiva jew fil-programmi sussegwenti tal-Unjoni li jappoġġaw il-kultura fid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2) jistgħu japplikaw għat-titolu għal sena waħda fil-qafas ta' kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena f'konformità mal-kalendarju.
Il-bliet fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw biss f'kompetizzjoni waħda matul il-perijodu mill-2020 sal-2033.
Kull pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali għandu jkun jista' jospita t-titolu darba biss matul il-perijodu mill-2020 sal-2033.
5. Fejn pajjiż jaderixxi mal-Unjoni wara l-4 ta' Mejju 2014 iżda qabel l-1 ta' Jannar 2027, huwa għandu jkunu intitolat jospita it-titolu seba' snin wara l-adeżjoni tiegħu, skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-Istati Membri. Il-kalendarju għandu jiġi aġġornat skont dan. Fejn pajjiż jaderixxi mal-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2027 jew wara din id-data, huwa ma għandux ikun intitolat li jipparteċipa fl-azzjoni bħala Stat Membru.
Madankollu, fi snin fejn diġà hemm tliet bliet detenturi tat-titolu skont il-kalendarju, bliet fil-pajjiżi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu intitolati biss jospitaw it-titolu fis-sena disponibbli li jmiss fil-kalendarju, fl-ordni tal-adeżjoni ta' dawk il-pajjiżi.
Jekk belt minn pajjiż imsemmi fl-ewwel subparagrafu tkun ipparteċipat qabel f'kompetizzjoni għal pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, hi ma tistax tipparteċipa fl-ebda kompetizzjoni sussegwenti għall-Istati Membri. Meta, matul il-perijodu mill-2020 sal-2033, belt minn tali pajjiż tkun ġiet nominata biex iżżomm it-titolu f'konformità mal-paragrafu 4, dak il-pajjiż ma għandux ikun intitolat, wara l-adeżjoni tiegħu, jorganizza kompetizzjoni bħala Stat Membru matul dak il-perijodu.
Jekk aktar minn pajjiż wieħed jaderixxi mal-Unjoni fl-istess data u jekk ma jkunx hemm qbil dwar l-ordni ta' parteċipazzjoni fl-azzjoni bejn dawk il-pajjiżi, il-Kunsill għandu jorganizza tlugħ bix-xorti.
Artikolu 4
Applikazzjoni
1. Għandha titħejja formola ta' applikazzjoni komuni bbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5 mill-Kummissjoni li għandha tintuża mill-bliet kandidati kollha.
Fejn belt kandidata tinvolvi ż-żona ta' madwarha, l-applikazzjoni għandha ssir taħt l-isem ta' dik il-belt.
2. Kull applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq programm kulturali b'dimensjoni Ewropea qawwija.
Il-programm kulturali għandu jkopri s-sena tat-titolu u għandu jinħoloq b'mod speċifiku għat-titolu, f'konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 5.
Artikolu 5
Kriterji
Il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet (“il-kriterji”) għandhom jinqasmu fil-kategoriji “kontribut għall-istrateġija fit-tul”, “dimensjoni Ewropea”, “kontenut kulturali u artistiku”, “kapaċità ta' rendiment”, “komunikazzjoni” u “ġestjoni” kif ġej:
|
(1) |
fir-rigward tal-kategorija “kontribut għall-istrateġija fit-tul”, għandu jittieħed kont tal-fatturi li ġejjin:
|
|
(2) |
fir-rigward tal-kategorija “dimensjoni Ewropea”, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu vvalutati:
|
|
(3) |
fir-rigward tal-kategorija “kontenut kulturali u artistiku”, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu vvalutati:
|
|
(4) |
fir-rigward tal-kategorija “kapaċità ta' rendiment”, il-bliet kandidati għandhom juru li:
|
|
(5) |
fir-rigward tal-kategorija “komunikazzjoni”, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu vvalutati:
|
|
(6) |
fir-rigward tal-kategorija “ġestjoni”, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu vvalutati:
|
Artikolu 6
Bord ta' esperti
1. Bord ta' esperti indipendenti (“il-bord”) għandu jiġi stabbilit biex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ.
2. Il-bord għandu jikkonsisti minn 10 esperti maħtura mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni (“l-esperti Ewropej”) f'konformità mal-paragrafu 3.
3. Wara li torganizza sejħa għall-wiri ta' interess, il-Kummissjoni għandha tipproponi grupp ta' esperti Ewropej potenzjali.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħżlu tliet esperti kull wieħed minn dak il-grupp u jaħtruhom f'konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom.
Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħżel espert mill-grupp u jaħtar lil dak l-espert f'konformità mal-proċeduri tiegħu.
Fl-għażla tal-esperti Ewropej, kull waħda minn dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom ifittxu li jiżguraw il-komplementarjetà tal-kompetenzi, distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata u bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni ġenerali tal-bord.
4. Barra mill-esperti Ewropej, għall-għażla u l-monitoraġġ ta' belt minn Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat jaħtar sa żewġ esperti fuq il-bord f'konformità mal-proċeduri tiegħu stess u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
5. L-esperti kollha għandhom:
|
(a) |
ikunu ċittadini tal-Unjoni; |
|
(b) |
ikunu indipendenti; |
|
(c) |
ikollhom esperjenza u għarfien espert sostanzjali:
|
|
(d) |
ikunu f'pożizzjoni li jiddedikaw numru xieraq ta' ġranet tax-xogħol fis-sena lill-bord. |
6. Il-bord għandu jinnomina l-president tiegħu.
7. L-esperti Ewropej għandhom jinħatru għal perijodu ta' tliet snin.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-ewwel darba li jitwaqqaf il-bord, il-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-esperti tiegħu għal tliet snin, il-Kummissjoni għal sentejn u l-Kunsill u l-Kumitat tar-Reġjuni għal sena.
8. L-esperti kollha għandhom jiddikjaraw kwalunkwe konflitt ta' interess attwali jew potenzjali fir-rigward ta' belt kandidata speċifika. Fil-każ ta' dikjarazzjoni bħal din, jew jekk jirriżulta tali kunflitt ta' interess, l-espert ikkonċernat għandu jirriżenja u l-istituzzjoni jew il-korp rilevanti tal-Unjoni jew Stat Membru għandu jissostitwixxi lil dak l-espert għall-bqija tal-mandat, f'konformità mal-proċedura rilevanti.
Artikolu 7
Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet fl-Istati Membri
1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-bliet tiegħu f'konformità mal-kalendarju.
2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippubblikaw sejħa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-anqas sitt snin qabel is-sena tat-titolu.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li huma intitolati jinnominaw belt biex iżżomm it-titolu fl-2020 għandhom jippubblikaw sejħa bħal din malajr kemm jista' jkun wara l-4 ta' Mejju 2014.
Kull sejħa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandu jkun fiha l-formola ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1).
L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-bliet kandidati għal kull sejħa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun skedata mhux qabel 10 xhur minn meta tiġi ppubblikata.
3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw l-applikazzjonijiet lill-Kummissjoni.
Artikolu 8
Preselezzjoni fl-Istati Membri
1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jlaqqa' l-bord għal laqgħa ta' preselezzjoni mal-bliet kandidati mhux aktar tard minn ħames snin qabel is-sena tat-titolu.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri intitolati li jinnominaw il-bliet biex iżommu t-titolu għas-sena 2020 jistgħu jestendu dik l-iskadenza għal mhux aktar minn sena.
2. Il-bord, wara li jivvaluta l-applikazzjonijiet f'konformità mal-kriterji, għandu jaqbel dwar lista mqassra ta' bliet kandidati u għandu joħroġ rapport tal-preselezzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, filwaqt li jagħti, fost l-oħrajn, rakkomandazzjonijiet lill-bliet kandidati tal-lista mqassra.
3. Il-bord għandu jippreżenta rapport ta' preselezzjoni lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni.
4. Kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandu japprova formalment il-lista mqassra bbażata fuq ir-rapporti tal-bord.
Artikolu 9
Għażla fl-Istati Membri
1. Il-bliet kandidati fil-lista mqassra għandhom ilestu u jirrevedu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-kriterji kif ukoll jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-preselezzjoni, u għandhom jippreżentawhom lill-Istat Membru kkonċernat, li mbagħad għandu jittrasmettihom lill-Kummissjoni.
2. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jlaqqa' l-bord għal laqgħa tal-għażla mal-bliet kandidati fil-lista mqassra mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-laqgħa ta' preselezzjoni.
Fejn meħtieġ, l-Istat Membru kkonċernat, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jestendi dik l-iskadenza ta' disa' xhur għal perijodu raġonevoli.
3. Il-bord għandu jivvaluta l-applikazzjonijiet lesti u riveduti.
4. Il-bord għandu joħroġ rapport tal-għażla dwar l-applikazzjonijiet tal-bliet kandidati fil-lista mqassra b'rakkomandazzjoni għan-nomina ta' massimu ta' belt waħda fl-Istat Membru kkonċernat.
Ir-rapport tal-għażla għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet lill-belt ikkonċernata dwar il-progress li jrid isir sas-sena tat-titolu.
Il-bord għandu jippreżenta rapport ta' preselezzjoni lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni.
5. Minkejja l-paragrafu 4, jekk ebda belt kandidata ma tissodisfa l-kriterji kollha, il-bord jista' jirrakkomanda li t-titolu ma jingħatax għas-sena inkwistjoni.
Artikolu 10
Preselezzjoni u għażla fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-bliet fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sejħa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-anqas sitt snin qabel is-sena tat-titolu.
Kull sejħa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandu jkun fiha l-formola ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1).
L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet taħt kull sejħa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun skedata mhux qabel 10 xhur mill-pubblikazzjoni.
3. Il-preselezzjoni tal-bliet għandha titwettaq mill-bord mill-anqas ħames snin qabel is-sena tat-titolu, abbażi tal-applikazzjonijiet rispettivi tagħhom. Ma għandhiex tiġi organizzata laqgħa mal-bliet kandidati.
Il-bord, wara li jivvaluta l-applikazzjonijiet f'konformità mal-kriterji, għandu jaqbel dwar lista mqassra ta' bliet kandidati u għandu joħroġ rapport tal-preselezzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, filwaqt li jagħti, fost l-oħrajn, rakkomandazzjonijiet lill-bliet kandidati tal-lista mqassra.
Il-bord għandu jippreżenta r-rapport ta' preselezzjoni lill-Kummissjoni.
4. Il-bliet kandidati fil-lista mqassra għandhom ilestu u jirrevedu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-kriterji kif ukoll jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-preselezzjoni, u jippreżentawhom lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-bord għal laqgħa tal-għażla mal-bliet kandidati fil-lista mqassra mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-laqgħa ta' preselezzjoni.
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' testendi dik l-iskadenza ta' disa' xhur għal perijodu raġonevoli.
5. Il-bord għandu jivvaluta l-applikazzjonijiet lesti u riveduti.
6. Il-bord għandu joħroġ rapport tal-għażla dwar l-applikazzjonijiet tal-bliet kandidati fil-lista mqassra flimkien ma' rakkomandazzjoni għan-nomina ta' massimu ta' belt waħda f'pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali wieħed.
Ir-rapport tal-għażla għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet lill-belt ikkonċernata dwar il-progress li jrid isir sas-sena tat-titolu.
Il-bord għandu jippreżenta r-rapport tal-għażla lill-Kummissjoni.
7. Minkejja l-paragrafu 6, jekk ebda belt kandidata ma tissodisfa l-kriterji kollha, il-bord jista' jirrakkomanda li t-titolu ma jingħatax għas-sena inkwistjoni.
Artikolu 11
Nomina
1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jinnomina belt waħda biex iżżomm it-titolu, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-għażla tal-bord, u għandu jinnotifika, sa mhux aktar tard minn erba' snin qabel is-sena tat-titolu, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni b'dik in-nomina.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri intitolati li jinnominaw il-bliet biex iżommu t-titolu għas-sena 2020 jistgħu jestendu dik l-iskadenza għal massimu ta' sena.
2. Fil-każ ta' pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, il-Kummissjoni għandha tinnomina belt waħda biex iżżomm it-titolu fis-snin rilevanti, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet li jkun fih ir-rapport tal-għażla tal-bord, u għandha tinnotifika, mhux aktar tard minn erba' snin qabel is-sena tat-titolu, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni b'dik in-nomina.
3. In-nomini msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu akkumpanjati minn ġustifikazzjoni abbażi tar-rapporti tal-bord.
4. Fejn belt tinvolvi ż-żona ta' madwarha, in-nomina għandha tapplika għall-belt.
5. Fi żmien xahrejn tan-notifika tan-nomini, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-bliet nominati bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura f'serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 12
Kooperazzjoni bejn bliet nominati
Il-bliet nominati għall-istess sena għandhom ifittxu li jiżviluppaw rabtiet bejn il-programmi kulturali tagħhom u tali kooperazzjoni tista' tiġi kkunsidrata fil-qafas tal-proċedura ta' monitoraġġ stipulata fl-Artikolu 13.
Artikolu 13
Monitoraġġ
1. Il-bord għandu jwettaq monitoraġġ tat-tħejjija tal-bliet nominati għas-sena tat-titolu u jipprovdilhom appoġġ u gwida minn meta jiġu nominati sal-bidu tas-sena tat-titolu.
2. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni għandha torganizza tliet laqgħat ta' monitoraġġ li għandhom jattendu għalihom il-bord u l-bliet nominati, kif ġej:
|
(a) |
tliet snin qabel is-sena tat-titolu; |
|
(b) |
18-il xahar qabel is-sena tat-titolu; |
|
(c) |
xahrejn qabel is-sena tat-titolu. |
L-Istat Membru jew il-pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali kkonċernat jista' jinnomina osservatur biex jattendi dawk il-laqgħat.
Il-bliet nominati għandhom jippreżentaw rapporti dwar il-progress lill-Kummissjoni sitt ġimgħat qabel kull laqgħa ta' monitoraġġ.
Matul il-laqgħat ta' monitoraġġ, il-bord għandu jagħmel rendikont tat-tħejjijiet u jagħti parir bil-ħsieb li jgħin lill-bliet nominati jiżviluppaw programm kulturali ta' kwalità għolja u strateġija effettiva. Il-bord għandu jagħti attenzjoni speċjali lir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport dwar l-għażla u fi kwalunkwe wieħed mir-rapporti ta' monitoraġġ preċedenti msemmija fil-paragrafu 3.
3. Wara kull laqgħa ta' monitoraġġ, il-bord għandu joħroġ rapport ta' monitoraġġ dwar l-istat tat-tħejjijiet u dwar kwalunkwe pass li għandu jittieħed.
Il-bord għandu jibgħat ir-rapporti ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-bliet nominati u lill-Istat Membru jew pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali kkonċernat.
4. Barra mil-laqgħat ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni tista' torganizza żjarat mill-membri tal-bord fil-bliet nominati kull meta jkun meħtieġ.
Artikolu 14
Premju
1. Il-Kummissjoni tista' tagħti premju fi flus f'ġieħ Melina Mercouri (“il-premju”) lil belt nominata soġġett għall-finanzjament disponibbli fil-qafas finanzjarju pluriennali rilevanti.
L-aspetti legali u finanzjarji tal-premju għandhom jiġu ttrattati fil-qafas tal-programmi rispettivi tal-Unjoni ta' appoġġ għall-kultura.
2. Il-premju ta' flus għandu jitħallas sal-aħħar ta' Marzu tas-sena tat-titolu, sakemm il-belt nominata kkonċernata tibqa' tonora l-impenji li tkun għamlet fl-istadju tal-applikazzjoni, tikkonforma mal-kriterji u tieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapporti tal-għażla u ta' monitoraġġ.
L-impenji magħmula fl-istadju tal-applikazzjoni għandhom jitqiesu li jkunu ġew onorati mill-belt nominata meta ma tkun saret ebda bidla sostanzjali għall-programm u l-istrateġija bejn l-istadju tal-applikazzjoni u s-sena tat-titolu, b'mod partikolari fejn:
|
(a) |
il-baġit inżamm f'livell li jippermetti t-twettiq ta' programm kulturali ta' kwalità għolja konformi mal-applikazzjoni u l-kriterji; |
|
(b) |
l-indipendenza tat-tim artistiku ġiet rispettata b'mod xieraq; |
|
(c) |
id-dimensjoni Ewropea baqgħet qawwija biżżejjed fil-verżjoni finali tal-programm kulturali; |
|
(d) |
l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni u l-materjal ta' komunikazzjoni użat mill-belt nominata jirriflettu biċ-ċar il-fatt li l-azzjoni hija azzjoni tal-Unjoni; |
|
(e) |
il-pjani għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tat-titolu fuq il-belt nominata jkunu fis-seħħ. |
Artikolu 15
Arranġamenti prattiċi
Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari:
|
(a) |
tiżgura l-koerenza ġenerali tal-azzjoni; |
|
(b) |
tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-bord; |
|
(c) |
fid-dawl tal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 2 u tal-kriterji, tistabbilixxi linji gwida biex jassistu fl-għażla u l-proċeduri ta' monitoraġġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-bord; |
|
(d) |
tipprovdi appoġġ tekniku lill-bord; |
|
(e) |
tippubblika, fuq is-sit tal-Internet tagħha, ir-rapporti kollha tal-bord; |
|
(f) |
tirrendi ppubblika l-informazzjoni rilevanti kollha u tikkontribwixxi għall-viżibbiltà tal-azzjoni fil-livelli Ewropej u internazzjonali; |
|
(g) |
trawwem l-iskambju tal-esperjenza u l-prattiki tajba bejn bliet detenturi tat-titolu tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni, kif ukoll il-bliet kandidati, u tippromwovi disseminazzjoni aktar mifruxa tar-rapporti ta' evalwazzjoni tal-bliet u l-lezzjonijiet meħuda. |
Artikolu 16
Evalwazzjoni
1. Kull belt ikkonċernata għandha tkun responsabbli għall-evalwazzjoni tar-riżultati fis-sena tagħha bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida u indikaturi komuni għall-bliet ikkonċernati abbażi tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 u tal-kriterji sabiex tiżgura approċċ koerenti fil-proċedura ta' evalwazzjoni.
Il-bliet ikkonċernati għandhom iħejju r-rapporti ta' evalwazzjoni tagħhom u jippreżentawhom lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena wara s-sena tat-titolu.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti ta' evalwazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħha.
2. Minbarra l-evalwazzjonijiet tal-bliet, il-Kummissjoni għandha tiżgura li evalwazzjonijiet esterni u indipendenti tar-riżultati tal-azzjoni jsiru fuq bażi regolari.
L-evalwazzjonijiet esterni u indipendenti għandhom jiffokaw biex iqiegħdu l-Kapitali Ewropej tal-Kultura kollha tal-imgħoddi f'kuntest Ewropew, b'mod li jistgħu jsiru paraguni u jittieħdu tagħlimiet għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-ġejjieni, kif ukoll għall-bliet Ewropej kollha. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-azzjoni bħala entità sħiħa, inklużi l-effiċjenza tal-proċessi involuti fit-tmexxija tal-azzjoni, l-impatt tagħha u l-modi kif tista' tittejjeb.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapporti li ġejjin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni abbażi ta' dawk l-evalwazzjonijiet, akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposti rilevanti:
|
(a) |
rapport interim inizjali sal-31 ta' Diċembru 2024; |
|
(b) |
it-tieni rapport interim sal-31 ta' Diċembru 2029; |
|
(c) |
rapport ex post sal-31 ta' Diċembru 2034. |
Artikolu 17
Tħassir u dispożizzjonijiet transizzjonali
Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE hija b'dan imħassra. Hija għandha madankollu tkompli tapplika fil-każ ta' bliet li ġew nominati jew huma fil-proċess li jiġu nominati bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2013 sal-2019.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 113, 18.4.2012, p. 17 u ĠU C 17, 19.1.2013, p. 97.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fl-24 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-15 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 247E, 15.10.2009, p. 32.
(5) Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).
ANNESS
KALENDARJU
|
2020 |
Kroazja |
Irlanda |
|
|
2021 |
Rumanija |
Greċja |
Pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali |
|
2022 |
Litwanja |
Lussemburgu |
|
|
2023 |
Ungerija |
Renju Unit |
|
|
2024 |
Estonja |
Awstrija |
Pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali |
|
2025 |
Slovenja |
Ġermanja |
|
|
2026 |
Slovakkja |
Finlandja |
|
|
2027 |
Latvja |
Portugall |
Pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali |
|
2028 |
Repubblika Ċeka |
Franza |
|
|
2029 |
Polonja |
Svezja |
|
|
2030 |
Ċipru |
Belġju |
Pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali |
|
2031 |
Malta |
Spanja |
|
|
2032 |
Bulgarija |
Danimarka |
|
|
2033 |
Pajjiżi l-Baxxi |
Italja |
Pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 446/2014
tat-2 ta' Mejju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 u (UE) Nru 275/2010, dwar is-serje ta' dejta li għandha tiġi prodotta u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2)(a), (b), (d), (e) u (j) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta' statistiċi Ewropej fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozji fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 (2) stabbilixxa l-frekwenza tal-kompilazzjoni tal-istatistiċi strutturali kummerċjali pluriennali u l-analiżi tar-riżultati għall-produzzjoni ta' statistiċi strutturali kummerċjali sabiex tkun prodotta dejta paragunabbli u armonizzata bejn l-Istati Membri. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2010 (3) stabbilixxa l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri. |
|
(4) |
Jinħtieġ li tiġi aġġornata l-lista ta' karatteristiċi billi tiġi speċifikata serje ta' dejta dwar id-demografija tal-intrapriżi li jkollhom tal-anqas impjegat wieħed li jirrispondi għall-bżonn ta' żieda fil-paragunabbiltà internazzjonali tar-riżultati, speċjalment għall-istatistiċi fuq l-intraprenditorija. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll l-ewwel sena ta' referenza, il-frekwenza u l-analiżi tar-riżultati għal dawn il-karatteristiċi. Għaldaqstant, l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 u l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 251/2009 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
L-esperjenza wriet li l-karatteristiċi stabbiliti fl-Annessi V sa VII tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 mhumiex meħtieġa fil-frekwenza annwali attwali. Għaldaqstant, il-frekwenza għandha tinbidel għal kompilazzjoni li ssir darba kull 10 snin. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Ir-rapporti tal-kwalità dwar l-istatistiċi kkumpilati skont l-Annessi V sa VII tar-Regolament (KE) Nru 295/2008, ma għadhomx meħtieġa fuq bażi annwali. Għalhekk, il-frekwenza tagħhom għandha tinbidel għal sottomissjoni kull 10 snin f'konformità mar-rekwiżiti tad-dejta. L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 275/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar tal-progress fl-innovazzjoni fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni u l-partijiet interessati nazzjonali talbu għal indikatur integrat uniku. Dan l-indikatur huwa, inter alia, maħsub biex l-impjiegi jkunu punt ta' riferiment f'intrapriżi innovattivi u ta' tkabbir għoli madwar l-Ewropa u internazzjonalment. Il-provvista tad-dejta li fuqha huwa bbażat dan l-indikatur il-ġdid hija urġenti sabiex ikun jista' jsir użu minnu fis-Semestru Ewropew 2014. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, V, VI, VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 275/2010 huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-serje ta' dejta li għandha tiġi prodotta għall-istatistiċi strutturali tal-kummerċ u l-adattamenti meħtieġa wara l-klassifikazzjoni ta' statistika tal-prodotti assoċjati mal-attività (CPA), (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 170).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2010 tat-30 ta' Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali (ĠU L 86, 1.4.2010, p. 1).
ANNESS I
L-Annessi I, V, VI, VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 huma emendati kif ġej:
|
1. |
Fl-Anness I, il-punt 1 tat-Taqsima 8 “Trażmissjoni ta' riżultati” jinbidel b'dan li ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness V, it-Taqsima 5 tinbidel b'dan li ġej: “TAQSIMA 5 L-ewwel sena ta' referenza L-ewwel sena ta' referenza li għaliha tiġi kkumpilata statistika għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hija s-sena kalendarja tal-2008.” |
|
3. |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009, huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-Punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Il-punti 5, 6 u 7 huma emendati kif ġej:
|
|
3. |
Il-Punt 9 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS III
It-Taqsima II għall-Anness tar-Regolament (UE) Nru 275/2010 għandha tinbidel b'dan li ġej:
“TAQSIMA II
Skeda
Kull sena mill-2011 'il quddiem, sa tmiem Jannar, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi lill Istati Membri bir-rapporti tal-kwalità dwar is-snin ta' referenza t-3, skont l-istruttura tar-rapport tal-kwalità standard tal-ESS, mimlija parzjalment minn qabel bl-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-Annessi I, II, III, IV, VIII u IX. Għal dawn l-Annessi, l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti tal-kwalità kompluti lill-Kummissjoni (Eurostat), kull sena sal-31 ta' Marzu.
Kull 10 snin mill-2021 'il quddiem, sa tmiem Jannar, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri bir-rapporti tal-kwalità dwar is-snin ta' referenza t-3, skont l-istruttura tar-rapport tal-kwalità standard tal-ESS, mimlija parzjalment minn qabel bl-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-Annessi V, VI u VII. Għal dawn l-Annessi, l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti tal-kwalità kompluti lill-Kummissjoni (Eurostat), kull 10 snin mill-2021 'il quddiem u dawn iridu jaslu sal-31 ta' Marzu.”
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 447/2014
tat-2 ta' Mejju 2014
dwar ir-regoli sepċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-implimentazzjoni ta' assistenza li huma komuni għad-disa' strumenti għal azzjoni esterna. Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi addizzjonali biex jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi b'mod partikolari għal ġestjoni indiretta, għal programmi ta' kooperazzjoni transfruntieri ffinanzjati taħt il-qasam ta' politika “kooperazzjoni reġjonali u territorjali” u programmi ta' żvilupp rurali ffinanzjati taħt il-qasam ta' politika “żvilupp agrikolu u rurali”. |
|
(2) |
Sabiex ikun żgurat li l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni tiġi implimentata fil-pajjiżi benefiċjarji kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 231/2014 (minn hawn 'l quddiem “il-benefiċjarji tal-IPA II”) bl-istess mod u li jitħarsu l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-Kummissjoni u l-benefiċjarji tal-IPA II għandhom jikkonkludu arranġamenti fil-forma ta' ftehimiet ta' qafas u ftehimiet speċifiċi għas-settur li jistabbilixxu l-prinċipji għall-kooperazzjoni bejniethom skont dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-benefiċjarji tal-IPA II fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom li jiġġestixxu l-fondi tal-Unjoni skont il-prinċipji u r-regoli previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għal dan l-għan u fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tafda l-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit lill-benefiċjarji tal-IPA II. |
|
(4) |
Is-sjieda tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-IPA II għandha primarjament tkun tal-benefiċjarji tal-IPA II li għandhom jistabbilixxu l-istrutturi u l-awtoritajiet meħtieġa u jressqu talbiet lill-Kummissjoni biex ikunu nkarigati bil-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja. |
|
(5) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli speċifiċi li jinkarigaw lill-benefiċjarji tal-IPA II bil-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (4). |
|
(6) |
Il-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ssodisfati minn pajjiż aderenti huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-kwalità ġenerali fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. |
|
(7) |
Huwa meħtieġ li jiġu definiti regoli speċifiċi biex jiġu stabbiliti l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-proċedura li għandha tapplika għall-benefiċjarji tal-IPA II meta tiġi implimentata l-assistenza tal-Unjoni taħt il-ġestjoni indiretta. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza u l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta' assistenza finanzjarja ta' qabel l-adeżjoni tal-Unjoni prevista fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 (minn hawn 'l quddiem “l-assistenza tal-IPA II”), ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 għandu jiġi kkumplimentat minn regoli ddettaljati dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. |
|
(9) |
Regoli speċifiċi għar-rappurtar huma meħtieġa sabiex ir-rekwiżiti tar-rapportar li jrid jikkonforma magħhom il-benefiċjarju tal-IPA II ikunu aktar dettaljati. |
|
(10) |
Regoli speċifiċi rigward it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-assitenza tal-IPA II għandhom jiġu definiti sabiex jikkonformaw b'mod effettiv mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012. |
|
(11) |
L-assistenza tal-IPA II għandha tintuża fost l-oħrajn biex tippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji tal-IPA II kif ukoll bejn il-benefiċjarji tal-IPA II u l-Istati Membri jew il-pajjiżi li jaqgħu fl-ambitu tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Ir-rwoli u r-responsabilitajiet ta' atturi li jintervjenu jeħtieġ li jiġu speċifikati, biex jikkunsidraw is-sitwazzjonijiet differenti b'mod partikolari fir-rigward ta' koperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji tal-IPA II u l-Istati Membri. |
|
(12) |
L-assistenza tal-IPA II fil-qasam ta' politika tal-“agrikoltura u l-iżvilupp rurali” għandha tippromwovi l-allinjament gradwali mal-acquis fil-Politika Agrikola Komuni. Regoli speċifiċi huma meħtieġa sabiex jiġu ffinanzjati operazzjonijiet finanzjarji ta' natura simili għal dawk taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, permezz ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jixbhu lill-istrutturi rispettivi b'funzjonijiet ta' natura simili fl-Istati Membri. |
|
(13) |
Sabiex jippermetti għall-programmazzjoni u l-applikazzjoni f'waqthom tal-programmi tal-IPA II għall-2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-IPA II, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
SUĠĠETT U L-QAFAS ĠENERALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ASSISTENZA TAL-IPA
KAPITOLU I
Suġġett u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula regoli speċifiċi li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 u regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2014 rigward il-metodi ta' implimentazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar, it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-assistenza tal-IPA II kif ukoll regoli speċifiċi għal kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam ta' politika “kooperazzjoni reġjonali u territorjali” u assistenza taħt il-programmi ta' żvilupp rurali fil-qasam ta' politika “żvilupp agrikolu u rurali”.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“Benefiċjarju tal-IPA II” tfisser wieħed mill-benefiċjarji elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 231/2014; |
|
(b) |
“programm” tfisser programm ta' azzjoni, miżuri individwali, speċjali jew ta' appoġġ skont l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014; |
|
(c) |
“ftehim qafas” tfisser ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni u benefiċjarju tal-IPA II li japplika għall-oqsma ta' politika kollha tal-IPA II u jistipula l-prinċipji ta' kooperazzjoni finanzjarja bejn il-benefiċjarju tal-IPA II u l-Kummissjoni skont dan ir-Regolament; |
|
(d) |
“ftehim settorjali” tfisser arranġament konkluż bejn il-Kummissjoni u benefiċjarju tal-IPA II rigward qasam ta' politika jew programm speċifiku tal-IPA II, li jistipulaw ir-regoli u l-proċeduri li jridu jiġu rispettati iżda li mhumiex inklużi fil-ftehim qafas jew fil-ftehimiet ta' finanzjament; |
|
(e) |
“qasam (oqsma) tal-politika” tfisser l-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni indirizzati mill-azzjonijiet iffinanzjati mill-assistenza tal-IPA II, kif previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 231/2014; |
|
(f) |
“awtoritajiet” tfisser entitajiet jew korpi pubbliċi ta' benefiċjarju tal-IPA II jew ta' Stat Membru fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali; |
|
(g) |
“proġett maġġuri” tfisser proġett li jinkludi sensiela ta' xogholijiet, attivitajiet jew servizzi li huwa maħsub, fih innifsu, li jwettaq kompitu definit u indiviżibbli ta' natura preċiża ekonomika jew teknika, li għandu għanijiet identifikati b'mod ċar u li l-ispiża totali tiegħu teċċedi dik li hija speċifikata fil-Ftehim Qafas; |
|
(h) |
“pajjiżi parteċipanti” tfisser benefiċjarji tal-IPA II waħedhom jew il-benefiċjarji tal-IPA II flimkien mal-Istat Membru/Stati Membri jew mal-pajjiżi li jaqgħu fl-ambitu tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat li jipparteċipaw fi programm pluriennali għall-kooperazzjoni transfruntiera mfassla b'mod konġunt mill-pajjiżi parteċipanti; |
|
(i) |
“ftehim ta' finanzjament” tfisser ftehim annwali jew pluriennali konkluż bejn il-Kummissjoni u benefiċjarju tal-IPA II, għall-implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni permezz ta' azzjoni li taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. |
KAPITOLU II
Il-Qafas Ġenerali għall-Implimentazzjoni tal-Assistenza tal-IPA II
Artikolu 3
Il-prinċipji ta' finanzjament mill-Unjoni
1. L-assistenza tal-IPA II issostni l-implimentazzjoni tal-isforzi ta' riforma tal-benefiċjarji tal-IPA II kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 231/2014. Programmi speċifiċi u azzjonijiet individwali jistgħu jeħtieġu kontribuzzjonijiet finanzjarji kemm mill-beneriċjarju tal-IPA II kif ukoll mill-Unjoni.
2. Entrata tan-nefqa ffinanzjata skont ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 mhix suġġetta għal xi finanzjament ieħor mill-baġit tal-Unjoni.
Artikolu 4
Il-prinċipju ta' sjieda
1. Is-sjieda tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-IPA II hija primarjament tal-benefiċjarju tal-IPA II.
2. Il-benefiċjarju tal-IPA II jaħtar Koordinatur Nazzjonali tal-IPA (NIPAC), li jkun il-kontroparti tal-Kummissjoni għall-proċess globali ta': l-ippjanar strateġku, il-koordinazzjoni tal-ipprogrammar, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u r-rappurtar tal-assistenza tal-IPA II.
In-NIPAC:
|
(a) |
jiżgura l-koordinazzjoni fl-amministrazzjoni tal-benefiċjarju tal-IPA II u ma' donaturi oħrajn kif ukoll ir-rabta mill-qrib bejn l-użu tal-assistenza tal-IPA II u l-proċess ġenerali tal-adeżjoni; |
|
(b) |
jikkoordina l-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji tal-IPA II fil-programmi ta' kooperazzjoni territorjali relevanti, b'mod partikolari l-programmi ta' kooperazzjoni trasnfruntieri msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 27 u, jekk xieraq, il-programmi ta' kooperazzjoni transnazzjonali jew interreġjonali stabbiliti u implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013. In-NIPAC jista' jiddelega dan il-kompitu ta' kooerdinazzjoni lil koordinatur ta' kooperazzjoni territorjali jew lil struttura operattiva kif xieraq; |
|
(c) |
jiżgura li l-għanijiet stipulati fl-azzjonijiet jew fil-programmi proposti mill-benefiċjarji tal-IPA II jkunu koerenti mal-għanijiet tad-Dokumenti ta' Sttrateġija għall-Pajjiżi u jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lill-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċir tal-baħar relevanti; |
|
(d) |
ifittex li l-amministrazzjoni tal-benefiċjarju tal-IPA II tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programmi relatati. |
In-NIPAC ikun rappreżentant li jokkupa kariga għolja fil-gvern jew fl-amministrazzjoni nazzjonali tal-benefiċjarju tal-IPA II bl-awtorità xierqa.
3. Sabiex jipprovdu bażi msaħħa għall-ġestjoni tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u tal-fondi nazzjonali, il-Kummissjoni u l-benefiċjarju tal-IPA II jidħlu fi djalogu dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tivvaluta l-livell ta' konformità tal-amministrazzjoni tal-benefiċjarju tal-IPA II mal-prinċipji ta' sistema ordnata ta' ġestjoni finanzjarja pubblika. Fejn l-amministrazzjoni tikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti biss parzjalment, il-benefiċjarju tal-IPA II u l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jaqblu dwar il-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati.
Artikolu 5
Ftehimiet qafas u ftehimiet settorjali
1. Il-Kummissjoni u l-benefiċjarju tal-IPA II jikkonkludu ftehim qafas li jistipula arranġamenti speċifiċi għall-ġestjoni, il-kontroll, is-sorveljanza, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rappurtar u awditjar tal-assistenza tal-IPA II u jikkommetti lill-benefiċjarju tal-IPA II li jittrasponi fl-ordinament ġuridiku tiegħu r-rekwiżiti regolatorji rilevanti tal-Unjoni. Il-Ftehim qafas jista' jiġi kkumplimentat bi ftehimiet settorjali li jistipulaw dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-IPA f'oqsma ta' politika jew programmi speċifiċi.
2. L-assistenza tal-IPA II tingħata biss lill-benefiċjarju tal-IPA II wara li l-ftehim qafas imsemmi fil-paragrafu 1 ikun daħal fis-seħħ. Fejn jiġu konklużi ftehimiet settorjali, l-assistenza tal-IPA II taħt il-qasam ta' politika jew programm ikkonċernat tingħata wara d-dħul fis-seħħ kemm tal-ftehim qafas kif ukoll tal-ftehim settorali applikabbli.
3. Il-Ftehim qafas japplika għall-ftehimiet ta' finanzjament kollha msemmija fl-Artikolu 6. Ftehimiet settorjali, fejn ikun rilevanti, japplikaw għall-ftehimiet ta' finanzjament kollha konklużi fir-rigward tal-qasam ta' politika jew programm koperti mill-ftehim settorjali.
4. Il-ftehim qafas u, fejn rilevanti, il-ftehimiet settorjali jistabbilixxu, b'mod partikolari, dispożizzjonijiet dettaljati rigward:
|
(a) |
l-istrutturi u l-awtoritajiet meħtieġa għall-ġestjoni, il-kontroll, is-sorveljanza, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rappurtar u l-awditjar tal-assistenza tal-IPA II, kif ukoll il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tagħhom; |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet u rekwiżiti ta' kontroll għal:
|
|
(c) |
l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-IPA II u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-intensitajiet tal-għajnuna, ir-rati tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u l-eliġibilità; |
|
(d) |
il-proċeduri ta' akkwist, għotjiet u proċeduri oħra ta' għoti, skont l-Artikoli 1(3), 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014; |
|
(e) |
ir-regoli dwar taxxi, dazji doganali u imposti fiskali oħra f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014; |
|
(f) |
ir-rekwiżiti għal pagamenti, l-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u tal-proċeduri ta' korrezzjonijiet finanzjarji u d-diżimpenn ta' fondi mhux użati; |
|
(g) |
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014, u dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar ta' frodi u irregolaritajiet oħra; |
|
(h) |
ir-rekwiżiti ta' trasparenza, viżibilità, informazzjoni u pubbliċità. |
Artikolu 6
Deċiżjonijiet ta' finanzjament u ftehimiet ta' finanzjament
1. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' programmi jkunu jissodifaw ir-rekwiżiti meħtieġa biex ikunu jikkostitwixxu deċiżjonijiet ta' finanzjament skont l-Artikolu 84(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 94 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.
2. Meta tali deċiżjonijiet jadottaw programmi ta' azzjoni pluriennali b'impenji maqsuma għall-oqsma ta' politika msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 il-programmi, fejn xieraq, ikunu jinkludu lista indikattiva tal-proġetti maġġuri. Il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proeġtt maġġuri magħżul.
3. Il-ftehimiet ta' finanzjament jipprovdu, fost l-oħrajn, it-termini li fuqhom l-assistenza tal-IPA II tiġi ġestita, inklużi l-metodi ta' implimentazzjoni applikabbli, l-intensitajiet tal-għajnuna, l-iskadenzi ta' implimentazzjoni, kif ukoll ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa. Meta programmi huma implimentati b'ġestjoni indiretta minn benefiċjarju tal-IPA II, il-ftehim ta' finanzjament ikun jinkludi d-dispożizzjonijiet meħtieġa tal-Artikolu 40 tar-Regolament delegat (UE) Nru 1268/2012.
4. Ftehimiet ta' finanzjament għal programmi ta' kooperazzjoni transtransfruntiera kif imsemmi fit-Titolu VI, il-Kapitolu II jista' wkoll jiġi ffirmati mill-Istat Membru li fih ikun hemm l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm rilevanti. Ftehim ta' finanzjament uniku għall-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera kif imsemmi fit-Titolu VI Kapitolu III, jista' jiġi ffirmat mill-pajjiżi parteċipanti kollha fi programm partikolari.
TITOLU II
ĠESTJONI INDIRETTA MILL-BENEFIĊJARJI TAL-IPA II
KAPITOLU I
Sistemi ta' ġestjoni u kontroll
Artikolu 7
Strutturi u awtoritajiet
1. Il-benefiċjarju tal-IPA II jistabbilixxi l-istrutturi u l-awtoritajiet li ġejjin meħtieġa għall-ġestjoni, il-kontroll, is-superviżjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rappurtar u l-awditjar intern tal-assistenza tal-IPA II:
|
(a) |
il-Koordinatur Nazzjonali tal-IPA (NIPAC); |
|
(b) |
l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti (NAO); |
|
(c) |
l-Istrutturi Operattivi. |
2. L-NAO jistabbilixxi struttura ta' ġestjoni magħmula minn Fond Nazzjonali u uffiċċju ta' appoġġ għall-NAO.
3. Il-benefiċjarju tal-IPA II jipprovdi għal awtorità tal-awditjar.
4. Il-benefiċjarju tal-IPA II jiżgura s-segregazzjoni adegwata tad-dmirijiet bejn u fl-istrutturi u l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3.
Artikolu 8
Il-funżjonijiet u r-responsabilitajiet tal-Koordinatur Nazzjonali tal-IPA
Barra mill-funzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2), in-NIPAC jieħu miżuri biex jiżgura li l-għanijiet stipulati fl-azzjonijiet jew fil-programmi li għalihom kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja ġew inkarigati jkunu indirizzati kif suppost matul l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-IPA II.;
Artikolu 9
Il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tal-Uffiċjal Nazzjonali tal-Awtorizzazzjoni
1. L-UNA jkollu r-responsabilità ġenerali għall-ġestjoni finanzjarja tal-assistenza fil-benefiċjarju tal-IPA II u jkun responsabbli biex jiżgura l-legalità u r-regolarità tan-nefqa.
2. L-UNA jkun rappreentant b'kariga għolja fil-gvern jew fl-amministrazzjoni nazzjonali tal-benefiċjarju tal-IPA II bl-awtorità xierqa.
3. L-UNA jkun, b'mod partikolari, responsabbli għal:
|
(a) |
il-ġestjoni tal-kontijiet u operazzjonijiet finanzjarji tal-IPA II; |
|
(b) |
il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' kontroll intern għall-implimentazzjoni tal-assistenza tal-IPA II; |
|
(c) |
id-dħul fis-seħħ ta' miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li jittieħed kont tar-riskji identifikati; |
|
(d) |
it-tnedija tal-proċess previst fl-Artikolu 14. |
4. L-UNA jsegwi r-rapporti tal-Awtorità ta' awditjar imsemmija fl-Artikolu 12 u jipprovdi dikjarazzjoni annwali ta' ġestjoni lill-Kummissjoni. Id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni annwali titfassal għal kull programm, fil-forma speċifikata fil-Ftehim Qafas, ibbażat fuq is-superviżjoni attwali tal-UNA tas-sistemi ta' kontroll intern matul is-sena finanzjarja.
Fi tmiem l-implimentazzjoni ta' programm, l-UNA jipprovdi dikjarazzjoni finali tan-nefqa.
Artikolu 10
Il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tal-istrutturi operattivi
1. Il-benefiċjarju tal-IPA II jistabbilixxi struttura/i operattiva/i biex jimplimenbta u jiġġestixxi l-assistenza tal-IPA II.
2. L-istruttura operattiva hija responsabbli għall-implimentazzjoni, l-informazzjoni u l-viżibilità, il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' programmi, u l-evalwazzjoni tagħhom kull meta rilevanti, skont il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda, u biex tiżgura l-legalità u r-regolarità tan-nefqa mġarrba fl-implimentazzjoni tal-programmi fir-responsabilità tagħha..
Artikolu 11
Il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tal-istruttura ta' ġestjoni
1. Il-Fond Nazzjonali ikun f'Ministeru fil-livell ta' stat tal-benefiċjarju tal-IPA II b'kompetenza baġitarja ċentrali. Dan isostni l-UNA fit-twettiq ta' dmirijietu/ha b'mod partikolari dawk imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3).
2. L-uffiċċju ta' sostenn tal-UNA jassisti lill-UNA fit-twettiq ta' dmirijietu/ha b'mod partikolari dawk imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(3).
Artikolu 12
Il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tal-awtorità tal-awditjar
1. B'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-istrutturi u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) stabbiliti mill-benefiċjarju tal-IPA II u l-istruttura ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) stabbilita mill-UNA jkunu suġġetti għal eżerċizzju ta' awditjar estern indipendenti esegwit mill-awtorità tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 7(3) li tkun indipendenti mill-istrutturi u l-awtoritajiet imsemmijin qabel. Il-benefiċjarju tal-IPA II jiżgura li l-Kap tal-awtorità ta' awditjar ikollu biżżejjed kompetenza, għarfien u esperjenza fil-qasam tal-awditjar.
2. L-awtorità tal-awditjar twettaq awditjar fuq sistema/i ta' ġestjoni u kontroll, fuq azzjonijiet, tranżazzjonijiet u fuq il-kontijiet annwali f'konformità ma' standards ta' awditjar aċċettati internazzjonalment u skont strateġija ta' awditjar mħejjija fuq bażi triannwali. L-istrateġija tal-awditjar tiġi aġġornata kull sena.
3. L-awtorità ta' awditjar tħejji rapport ta' attività tal-awditjar annwali u opinjoni tal-awditjar annwali imħejjija skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.
4. Fi tmiem l-implimentazzjoni ta' programm, l-awtorità tal-awditjar tħejji rapport finali dwar l-attività tal-awditjar u tipprovdi opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-inkarigu ta' kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja
Artikolu 13
Kondizzjonijiet għall-inkargu ta' benefiċjarju tal-IPA II b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja
1. Il-Kummissjoni tinkariga l-implimentazzjoni tal-kompiti baġitarji lil benefiċjarju tal-IPA II billi tikkonkludi ftehim finanzjarju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 60(1) u (2), 61 u l-punt (b) tal-Artikolu 184(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
2. Il-benefiċjarju tal-IPA II jiggarantixxi livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dik meħtieġ skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 u jwaqqaf l-istrutturi meħtieġa li jiżguraw il-funzjonament effettiv ta' sistemi ta' kontroll intern.
3. B'mod partikolari, il-ġestjoni, il-kontroll, is-sorveljanza u s-sistemi ta' awditjar stabbiliti fil-benefiċjarju tal-IPA II jipprovdu għal sistema effettiva ta' kontroll intern li jinkludi mill-inqas dawn il-ħames oqsma:
|
(a) |
ambjent ta' kontroll; |
|
(b) |
ġestjoni tar-riskju; |
|
(c) |
attivitajiet ta' kontroll; |
|
(d) |
informazzjoni u komunikazzjoni; |
|
(e) |
attivitajiet ta' monitoraġġ. |
Artikolu 14
L-inkargu tal-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja
1. L-UNA f'isem il-benefiċjaru tal-IPA II, jkun responsabbli biex jissottometti lill-Kummissjoni talba biex jiġi inkarigat bil-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja b'konformità mal-Artikolu 13.
2. Qabel ma jissottometti t-talba msemmija fil-paragrafu 1, l-UNA jiżgura li l-istruttura ta' ġestjoni u l-istruttura/i operattiva/i rilevanti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti (a), (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u dawk tal-Artikolu 13(3) ta' dan ir-Regolament.
3. Qabel ma l-Kummissjoni tinkariga kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja tal-assistenza tal-IPA II, tanalizza t-talba msemmija fil-paragrafu 1 u l-istrutturi u awtoritajiet stabbiliti imsemmija fl-Artikolu 7 u, għall-finijiet tal-valutazzjoni ex ante skont l-Artikolu 61(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012, tikseb evidenza li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u dawk tal-Artikolu 13(3) ta' dan ir-Regolament ikunu ssodisfati.
Għall-inkarigu ta' kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja tal-assistenza tal-IPA, il-Kummissjoni tista' tistrieħ fuq valutazzjoni ex ante mwettqa fir-rigward ta' ftehim ta' finanzjament preċedenti mal-benefiċjarju tal-IPA II jew valutazzjoni ex-ante mwettqa fir-rigward tal-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni deċiżi taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (7). Il-Kummissjoni titlob evidenza addizzjonali jekk dawk il-valutazzjonijiet ma jkunux jindirizzaw ir-rekwiżiti kollha.
4. L-UNA jimmonitorja t-twettiq kontinwu mill-istruttura ta' ġestjoni u l-istruttura/i operattiva/i tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2. F'każ ta' nuqqas li jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti, l-UNA jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, u jieħu kwalunkwe miżura ta' salvagwardja xierqa rigward il-pagamenti li jsiru jew kuntratti ffirmati.
5. Il-Kummissjoni timmonitorja l-konformità mal-Artikolu 60(2) u (3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tista' tieħu miżuri ta' rimedju xierqa, inkluża s-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' partijiet mill-ftehimn ta' finanzjament u delegazzjoni fi kwalunkwe ħin jekk ir-rekwiżiti ma jkunux aktar issodisfati.
TITOLU III
ĠESTJONI FINANZJARJA
KAPITOLU I
Il-kontribuzzjoni finanzjarju tal-Unjoni
Artikolu 15
Eliġibilità tan-nefqa
1. Qabel jiġi konkluż ftehim ta' finanzjament rilevanti skont l-Artikolu 13, kuntratti u addendi ffirmati, in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru mill-benefiċjarju tal-IPA II, ma jkunux eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) Nru 231/2014.
2. In-nefqa li ġejja mhix eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) Nru 231/2014:
|
(a) |
ix-xiri ta' art u binjiet eżistenti, ħlief fejn debitament ġustifikat min-natura tal-azzjoni fid-deċiżjoni ta' finanzjament; |
|
(b) |
infiq ieħor kif jista' jkun previst fil-ftehimiet settorjali jew ta' finanzjament. |
KAPITOLU II
Regoli dwar il-ġestjoni indiretta mill-benefiċjarju tal-IPA II
Artikolu 16
Rappurtar dwar frodi u irregolaritajiet oħrajn suspettati
Il-benefiċjarju tal-IPA II jirrapporta frodi u irregolaritajiet oħrajn suspettati li jkunu s-suġġett ta' konklużjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u jżomm lil din tal-aħħar infurmata bil-progress tal-proċedimenti amministrattivi u legali. Ir-rappurtar isir b'mezzi elettroniċi permezz tal-użu tal-modulu pprovdut mill-Kummissjoni għal dan l-għan.
Artikolu 17
Korrezzjonijiet finanzjarji
1. Sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-IPA II ikunu ġew użati skont ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni tapplika mekkaniżmi ta' korrezzjoni finanzjarja.
2. Korrezzjoni finanzjarja tista' ssir wara:
|
(a) |
l-identifikazzjoni ta' żball speċifiku, ta' irregolarità jew frodi; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni ta' dgħufija jew nuqqas fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-benefiċjarju tal-IPA II. |
3. Il-Kummissjoni ssejjes il-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq l-identifikazzjoni tal-ammonti minfuqa indebitament, u abbażi tal-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit. Meta ammonti bħal dawn ma jistgħux jiġu identifikati preċiżament sabiex japplikaw il-korrezzjonijiet individwali, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet b'rata fissa jew korrezzjonijiet abbażi ta' estrapolazzjoni tas-sejbiet.
4. Il-korrezzjonijiet finanzjarji jsiru kif xieraq permezz ta' kumpens.
5. Meta tiddeċiedi l-ammont ta' korrezzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra n-natura u l-gravità tal-irregolarità u/jew il-grad u l-implikazzjonijiet finanzjarji tad-dgħufijiet jew tan-nuqqasijiet misjuba fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fil-programm ikkonċernat.
TITOLU IV
MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U RAPPURTAR
KAPITOLU I
Monitoraġġ
Artikolu 18
Kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA
1. Il-Kummissjoni u l-benefiċjarju tal-IPA II iwaqqfu kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ewwel ftehim ta' finanzjament.
2. Il-Kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA janalizza l-effettività, l-effiċjenza, il-kwalità u l-koerenza, il-koordinazzjoni u l-konformità ġenerali tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha għall-ksib tal-għanijiet. Għal dan il-għan, fejn ikun rilevanti, huwa jibbaża fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kumitati settorjali tal-monitoraġġ. Huwa jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet korrettivi kull meta jkun hemm il-bżonn.
3. Il-Kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, in-NIPAC u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra u l-korpi tal-benefiċjarju tal-IPA II u, fejn ikun rilevanti, organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħra, bħas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet tas-settur privat.
4. Rappreżentant tal-Kummissjoni u tan-NIPAC jippresiedu l-laqgħat tal-kumitat tal-monitoraġġ tal-IPA.
5. Il-kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.
6. Il-kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta' benefiċjarju tal-IPA II jistgħu jissejħu wkoll laqgħat ad hoc, partikolarment fuq bażi tematika.
Artikolu 19
Kumitati settorjali ta' monitoraġġ
1. Taħt ġestjoni indiretta mill-benefiċjarji tal-IPA II, il-kumitati settorjali ta' monitoraġġ jitwaqqfu mill-benefiċjarju tal-IPA II skont il-qasam ta' politika jew programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ewwel ftehim ta' finanzjament relatat mal-qasam ta' politika jew programm rispettiv. Meta xieraq, kumitati settorjali ta' monitoraġġ jistgħu jiġu stabbiliti fuq bażi ad hoc skont metodi oħra ta' implimentazzjoni.
2. Kull kumitat settorjali ta' monitoraġġ janalizza l-effettività, l-effiċjenza, il-kwalità, il-koerenza, il-koordinazzjoni u l-konformità tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-qasam ta' politika jew programm u l-konsistenza tagħhom mal-istrateġiji settorjali rilevanti. Dan ikejjel il-progress rigward il-ksib tal-għanijiet tal-azzjonijiet u riżultati li huma mistennija minnhom, ir-riżultati u l-impatt permezz ta' indikaturi relatati f'sitwazzjoni ta' referenza, kif ukoll il-progress rigward l-eżekuzzjoni finanzjarja. Il-kumitat settorjali tal-monitoraġġ jirrapporta lill-kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA u jista' jagħmel proposti dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva sabiex tiġi żgurata l-kisba tal-għanijiet tal-azzjonijiet u titjieb l-effiċjenza, l-effettività, l-impatt u s-sostenibbiltà tal-assistenza mogħtija.
3. Il-kumitat settorjali ta' monitoraġġ ikun magħmul minn rappreżentanti ta' awtoritajiet u entitajiet nazzjonali rilevanti, partijiet interessati oħra bħal imsieħba ekonomiċi, soċjali u ambjentali u, fejn relevanti, organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u s-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat. Rappreżentant għoli tal-benefiċjarju tal-IPA II jippresjedi l-laqgħat tal-kumitat settorjali ta' monitoraġġ. Skont il-qasam ta' politika jew programm, il-Kummissjoni tista' tikkopresiedi l-laqgħat tal-kumitat.
4. Kull kumitat settorjali jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.
5. Il-kumitati settorjali ta' monitoraġġ jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Jistgħu jissejħu wkoll laqgħat ad hoc.
Artikolu 20
Attivitajiet oħra ta' sorveljanza
Fejn xieraq jistgħu jitwaqqfu pjattaformi oħra ta' monitoraġġ. L-attivitajiet tagħhom jiġu rrappurtati lill-kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA.
KAPITOLU II
Evalwazzjoni
Artikolu 21
Prinċipji
1. L-assistenza tal-IPA II tkun is-suġġetta għal evalwazzjonijiet, skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 bil-għan li titjieb ir-relevanza, il-koerenza, il-kwalità, l-effiċjenza, l-effettività, il-valur miżjud tal-Unjoni, il-konsistenza u s-sinerġija mad-djalogu ta' politika rilevanti.
2. Jistgħu jitwettqu evalwazzjonijiet fil-livell ta' politika, ta' programmi strateġiċi, tematiċi, settorjali, u fil-livell operattiv kif ukoll fil-livell ta' pajjiż jew ta' reġjun.
3. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet jiġu kkunsidrati mill-kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA u mill-kumitati settorjali ta' monitoraġġ.
Artikolu 22
Evalwazzjonijiet mill-benefiċjarju tal-IPA II taħt ġestjoni indiretta
1. Benefiċjarju tal-IPA II li jkun ġie nkarigat bil-kompiti għall-implimentazzjoni baġitarja tal-assistenza tal-IPA II jkun responsabbli għat-twettiq ta' evalwazzjonijiet tal-programmi li jiġġestixxi.
2. Il-benefiċjarju tal-IPA II jfassal pjan ta' evalwazzjoni li jippreżenta l-attivitajiet ta' evalwazzjoni li jkun beħsiebu li jwettaq fil-fażijiet differenti tal-implementazzjoni.
KAPITOLU III
Rappurtar
Artikolu 23
Rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-IPA II minn benefiċjarji tal-IPA II taħt ġestjoni indiretta
1. Sal-15 ta' Frar tas-sena finanzjarja ta' wara, il-benefiċjaru tal-IPA II b'konformità mal-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jipprovdi lill-Kummissjoni b':
|
(a) |
rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tad-dmirijiet inkarigati; |
|
(b) |
rapporti finanzjarji jew dikjarazzjonijiet annwali fuq bażi tad-dovuti kif speċifikat fil-ftehim ta' finanzjament, għan-nefqa li ssir biex jitwettqu l-kompiti nkarigati; |
|
(c) |
dikjarazzjoni annwali dwar il-ġestjoni, kif previst fl-Artikolu 9(4); |
|
(d) |
ġabra fil-qosor tar-rapporti finali tal-awditjar u l-kontrolli li jsiru mill-istruttura ta' ġestjoni, li tipprovdi bażi soda għad-dikjarazzjoni ta' ġestjoni. Din il-ġabra fil-qosor tkun tinkludi analiżi tan-natura u l-firxa tal-iżbalji u d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi, l-azzjoni korrettiva li ttieħdet jew li hi ppjanata kif ukoll is-segwitu li jkun sar għar-rapporti maħruġa mill-awtorità tal-awditjar. |
2. Sal-15 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, il-benefiċjarju tal-IPA II jipprovdi lill-Kummissjoni b'opinjoni awditjata skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni ta' kull programm, il-benefiċjarju tal-IPA II jissottometti rapport finali li jkun ikopri l-perjodu kollu tal-implimentazzjoni u jista' jinkludi l-aħħar rapport annwali.
4. Skont l-azzjoni jew programm taħt ir-responsabilità tagħha, l-istruttura operattiva tista' tkun obbligata li tfassal rapport annwali komprensiv li jkun ikopri s-sena finanzjarja kollha, li jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni minn NIPAC, wara eżaminazzjoni mill-kumitat ta' monitoraġġ settorjali responsabbli.
TITOLU V
TRASPARENZA U VIŻIBILITÀ
Artikolu 24
Informazzjoni, pubbliċità u trasparenza
1. Kwalunkwe attur li jimplimenta l-assistenza tal-IPA II kid definit fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 iwettaq ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni, il-pubbliċità u t-trasparenza skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u jiżgura viżibilità xierqa tal-azzjonijiet.
2. Fil-każ ta' ġestjoni indiretta minn benefiċjarju tal-IPA II, l-istrutturi operattivi huma responsabbli biex jippubblikaw informazzjoni dwar dawk li jirċievu fondi mill-Unjoni b'konformità mal-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012. L-istrutturi operattivi jiżguraw li r-riċevitur finali jkun mgħarraf li jkun se jiġi inkluż fil-lista ppubblikata ta' riċevituri. Kwalunkwe dejta personali inkluża f'din il-lista tiġi pproċessata b'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
3. Id-dokumenti ta' strateġija tal-pajjiż/pajjiżi multipli, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom kif ukoll il-programmi, ikunu dokumenti pubbliċi, fejn applikabbli, u jkunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali u s-soċjetà ċivili.
Artikolu 25
Viżibilità u komunikazzjoni
1. Il-Kummissjoni u l-benefiċjarju tal-IPA II jaqblu dwar pjan koerenti ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni biex jagħmlu disponibbli, u jippubbliċizzaw attivament informazzjoni dwar l-assistenza tal-IPA II fil-benefiċjarju tal-IPA II.
2. Il-benefiċjarju tal-IPA II jirrapporta dwar l-attivitajiet tiegħu ta' viżibilità komunikazzjoni lill-kumitat ta' monitoraġġ tal-IPA u lill-kumitati settorjali ta' monitoraġġ.
TITOLU VI
KOOPERAZZJONI TRANSFRUNTIERA
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 26
Definizzjonijiet
1. Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:
|
(a) |
“operazzjoni” tfisser proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta' proġetti magħżula mill-kumitat konġunt ta' monitoraġġ jew mill-awtorità kontraenti tal-programm ikkonċernat, jew taħt ir-responsabilità tagħhom, li jikkontribwixxi għall-objettivi, rigward il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera taħt il-punt (a) tal-Artikolu 27 tal-assi ta' prijorità jew assijiet ta' prijorità li jirrelata għalih/għalihom jew, rigward programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 27 ta' prijorità tematika jew prijoritajiet tematiċi li jirralata għaliha/għalihom. |
|
(b) |
“benefiċjarju” tfisser korp pubbliku jew privat responsabbli għall-bidu jew għall-bidu u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet; fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna mill-Istat (kif definit fl-Artikolu 2(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)) it-terminu “benefiċjarju” jfisser il-korp li jirċievi l-għajnuna, safejn huma kkonċernati programmi li jinvolvu lill-Istati Membri. |
2. Għall-finijiet tal-Kapitoli I u II ta' dan it-Titolu, sa fejn jirrigwarda programmi dwar kooperazzjoni transfruntiera li jinvolvu lill-Istati Membri, “nefqa pubblika”, “programmar”, “Ftehim ta' Sħubija”, u “dokument” jintużaw skont id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Artikolu 27
Forma ta' assistenza
L-assistenza tingħata f'waħda mill-forom li ġejjin ta' kooperazzjoni transfruntiera:
|
(a) |
kooperazzjoni transfruntiera bejn Stat Membru wieħed jew aktar u benefiċjarju tal-IPA II wieħed jew aktar kif previst fil-Kapitolu II; |
|
(b) |
kooperazzjoni transfruntiera bejn żewġ benefiċjarji tal-IPA II jew aktar kif previst fil-Kapitolu III; |
|
(c) |
kooperazzjoni transfruntiera bejn benefiċjarju tal-IPA II u pajjiżi fl-Istrument Ewropew tal-Viċinat kif previst fil-Kapitolu III. |
Artikolu 28
Intensità tal-għajnuna u r-rata tal-assistenza tal-IPA II
1. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm ta' koperazzjoni transfruntiera għall-forom ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tiffissa r-rata ta' kofinanzjament u l-ammont massimu ta' assistenza mill-IPA II, ibbażati jew fuq:
|
(a) |
in-nefqa totali eliġibbli, inkluż in-nefqa pubblika u privata; jew |
|
(b) |
in-nefqa pubblika eliġibbli. |
2. Għal programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera taħt il-punt (a) tal-Artikolu 27, ir-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni fil-livell ta' kull assi ta' prijorità ta' programm ta' kooperazzjoni transfruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 34(2) ma tkunx inqas minn 20 % u mhux aktar minn 85 % tan-nefqa eliġibbli.
3. Għal programmi ta' kooperazzjoni tranfruntiera taħt il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 27, ir-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni fil-livell ta' kull prijorità tematika ma tkunx inqas minn 20 % u mhux aktar minn 85 % tan-nefqa eliġibbli. Għal assistenza teknika r-rata ta' kofinanzjament tkun ta' 100 %.
Artikolu 29
Prijoritajiet tematiċi u l-konċentrazzjoni tal-assistenza tal-IPA II
1. Il-prijoritajiet tematiċi tal-assistenza tal-IPA II jiġu definiti fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 231/2014.
2. Għal kull programm ta' kooperazzjoni transfruntiera jintgħażlu massimu ta' erba' prijoritajiet tematiċi.
Artikolu 30
Kopertura ġeografika
Il-lista ta' reġjuni eliġibbli tiġi inkluża fi programm ta' kooperazzjoni transfruntiera relevanti li jkunu kif ġej:
|
(a) |
għall-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27, reġjuni tal-Klassifikazzjoni Komuni ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) fit-tielet livell jew, fin-nuqqas ta' klassifika NUTS, żoni ekwivalenti matul fruntieri tal-art jew tul fruntieri marittimi mifruda b'massimu ta' 150 km, mingħajr ħsara għal-aġġustamenti potenzjali meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità ta' programmi transfruntieri stabbiliti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; |
|
(b) |
għall-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 27, ir-reġjuni eliġibbli jiġu stabbiliti fi programm ta' kooperazzjoni transfruntiera relevanti, kif xieraq. |
Artikolu 31
Tħejjija, evalwazzjoni, approvazzjoni u emenda ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera
1. Prijoritajiet tematiċi għal kull programm ta' kooperazzjoni transfruntiera jiġu maqbula bejn il-pajjiżi parteċipanti għal kull fruntiera jew grupp ta' funtieri bbażati fuq il-prijoritajiet tematiċi kif definiti fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 231/2014.
2. Il-Kummissjoni tivvaluta l-konsistenza tal-programmi ta' koperazzjoni transfruntiera ma' dan ir-Regolament, il-kontribut effettiv tagħhom għall-prijoritajiet tematiċi magħżula fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 231/2014, kif ukoll, safejn huma kkonċernati l-Istati Membri parteċipanti, il-Ftehim ta' Sħubija rilevanti.
3. Il-Kummissjoni tagħmel osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm ta' kooperazzjoni transfrunitera. Il-pajjiżi parteċipanti jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedu l-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera propost.
4. Meta tkun qed tapprova kull programm ta' kooperazzjoni transfruntiera wara li jiġi ppreżentat formalment, il-Kummissjoni trid tiżgura li kull kumment irid jiġi adegwatament ikkunsidrat.
5. Talbiet għal emendi ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera mressqa mill-pajjiżi parteċipanti jiġu debitament sostanzjati u b'mod partikolari jispjegaw l-impatt mistenni mill-bidliet mill-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera għall-kisba tal-objettivi tiegħu. Dawn it-talbiet ikunu akkompanjati mill-programm rivedut. Il-paragrafi 2 u 3 japplikaw għal emendi fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera.
Artikolu 32
Assistenza teknika
1. Kull programm ta' kooperazzjoni transfruntiera jkun jinkludi allokazzjoni ta' baġit speċifika għal operazzjonijiet ta' assistenza teknika, inkluża t-tħejjija, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, in-netwerking, ir-riżoluzzjoni tal-ilmenti, l-attivitajiet ta' kontroll u awditjar relatati mal-implimentazzjoni tal-programm u attivitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programm. L-assistenza tal-IPA II tista' tintuża mill-pajjiżi li jipparteċipaw bħala sostenn għal azzjonijiet għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv minn fuq il-benefiċjarji, inklużi s-sistemi tal-iskambju tad-dejta elettronika, u azzjonijiet li jirrinfurzaw il-kapaċità u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn, l-awtoritajiet fil-pajjiżi parteċipanti u tal-benefiċjarji sabiex jamministraw u jużaw l-assistenza tal-IPA II. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkonċernaw perjodi ta' programmazzjoni preċedenti u sussegwenti.
2. B'deroga mill-Artikolu 15(1), in-nefqa għall-assistenza teknika bħala sostenn għat-tħejjija ta' programm ta' koperazzjoni transfruntiera u t-twaqqif ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll jistgħu jkunu eliġibbli qabel id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-approvazzjoni programm ta' koperazzjoni transfruntiera, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2014.
KAPITOLU II
Kooperazzjoni transfruntiera bejn Stati Membri u benefiċjarji tal-IPA II
Artikolu 33
Dispożizzjonijiet applikabbli
1. Safejn hu kkonċernat(i) l-Istat(i) Membru/i parteċipanti fi programm ta' kooperazzjoni transfruntiera taħt dan il-Kapitolu, b'mod partikolari l-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità ta' ġestjoni, japplikaw ir-regoli applikabbli għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea previst fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament(UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), kif previst f'dan il-Kapitolu. Fejn tali regoli jirreferu għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment u kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-assistenza tal-IPA II hija meqjusa koperta wkoll.
2. Għal dak li jirrigwarda l-benefiċjarji tal-IPA II li jipparteċipaw fi programm ta' koperazzjoni transfruntiera taħt dan il-Kapitolu, ir-regoli applikabbli għal kooperazzjoni territorjali Ewropea japplikaw, kif previst f'dan il-Kapitolu, mingħajr ħsara għal derogi motivati stabbiliti fil-ftehim relevanti tal-finanzjament.
Artikolu 34
Programmar
1. Programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jitħejjew b'konformità mal-prinċipju tas-sħubija kif stipulat fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u skont l-Artikolu 8(2) sa (4), (7), (9) u (10) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
2. Programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jkunu jikkonsistu minn assijiet prijoritarji. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 32, assi prijoritarja tkun tikkorrispondi għal prijorità tematika msemmija fl-Artikolu 29. F'assi prijoritarja, fejn xieraq u sabiex jiżdied l-impatt u l-effettivià tagħha permezz ta' approċċ koerenti u integrat, jistgħu jiżdiedu elementi ta' prijoritajiet tematiċi oħra.
3. Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jistgħu jwettqu azzjonijiet ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità skont it-tifsira tal-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tal-pjanijiet ta' azzjoni konġunta skont it-tifsira tal-Artikoli 104 sa 109 ta' dak ir-Regolament u ta' investimenti territorjali integrati fit-tifsira tal-Artikolu 36 ta' dak ir-Regolament, b'kunsiderazzjoni għall-prinċipji sottostanti ta' dawn l-istrumenti u l-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013. Ir-regoli speċifiċi u l-kundizzjonijiet jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għal kull programm ta' kooperazzjoni transfruntiera.
4. Programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jiġu ppreżentati elettronikament lill-Kummissjoni mill-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm.
5. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jista', fuq talba tal-pajjiżi parteċipanti, jipparteċipa fit-tħejjija tal-operazzjonijiet, kif ukoll f'attivitajiet relatati mat-tħejjija tagħhom, fi proġetti kbar partikolari.
Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta mal-BEI qabel l-adozzjoni tal-programmi ta' koperazzjoni transfruntiera.
Artikolu 35
Assistenza teknika
L-ammont tal-assistenza tal-IPA II li jiġi allokat għall-assistenza teknika jkun limitat għal 10 % tal-ammont totali allokat lill-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera iżda ma jkunx inqas minn EUR 1 500 000.
Artikolu 36
Il-modalità ta' implimentazzjoni tal-programm u l-ħatra ta' awtoritajiet
1. Programmi ta' koperazzjoni transfruntiera taħt dan il-Kapitolu jiġu implimentati f'ġestjoni kondiviża. Għaldaqstant, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 u f'dan ir-Regolament.
L-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 rigward ir-responsabilitajiet tal-Istati Membri taħt ġestjoni komuni japplikaw fl-Istat Membru fejn tkun tinsab l-awtorità ta' ġestjoni.
Rigward il-poteri u r-responsabilitajiet tal-Kummissjoni taħt ġestjoni konġunta japplika l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
2. L-Istati Membri li jipparteċipaw fi programm ta' kooperazzjoni għandhom jaħtru, għall-finijiet tal-Artikolu 123(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, awtorità ta' ġestjoni unika; għall-finijiet tal-Artikolu 123(2) ta' dak ir-Regolament, awtorità ta' ġestjoni unika; u għall-finijiet tal-Artikolu 123(4) ta' dak ir-Regolament, awtorità ta' ġestjoni unika.
3. L-Awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità tal-awditjar ikunu stabbiliti fl-istess Stat Membru. Il-pajjiżi parteċipanti fi programm ta' koperazzjoni transfruntiera jistgħu jaħtru awtorità ta' ġestjoni unika biex twettaq il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni.
Il-proċedura tal-ħatra tal-awtorità ta' ġestjoni u, fejn xieraq, tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, stipulata fl-Artikolu 124 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, issir mill-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità.
Ħatriet previsti f'dan l-Artikolu jsiru mingħajr ħsara għat-tqassim tar-responsabilitajiet fir-rigward tal-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji fost il-pajjiżi parteċipanti kif previst fil-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera.
Artikolu 37
Funzjonijiet tal-awtoritajiet tal-programm
1. Rigward il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni japplikaw l-Artikolu 125 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 23(1), (2), (4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
2. Rigward il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni japplikaw l-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
L-awtorità ta' ċertifikazzjoni tirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni u, bħala regola ġenerali, tagħmel pagamenti lill-benefiċjarju ewlieni skont l-Artikolu 132 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
3. Rigward il-funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar japplikaw l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
Artikolu 38
Kumitat konġunt ta' monitoraġġ
1. Fi żmien tliet xhur mid-data ta' notifika lill-Istat Membru tad-deċiżjoni li tapprova l-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera, il-pajjiżi parteċipanti jistabbilixxu Kumitat konġunt ta' monitoraġġ (minn hawn' il quddiem “KKM”).
2. Il-Kumitat Konġunt ta' Monitoraġġ (KKM) ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, in-NIPAC u awtoritajiet u korpi nazzjonali rilevanti oħra tal-benefiċjarju tal-IPA II, l-Istat(i) Membru/i parteċipanti u, fejn rilevanti, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u partijiet interessati oħra, inkluż is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet tas-settur privat.
3. Il-KKM ikun ippresedut minn rappreżentant ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti jew tal-awtorità ta' ġestjoni.
4. Il-Kummissjoni tipparteċipa fix-xogħol tal-KKM f'kapaċità konsultattiva.
5. Jekk il-BEI jikkontribbwixxi għal programm, jista' jipparteċipa fil-ħidma tal-KKM f'kapaċità konsultattiva.
6. Il-KKM janalizza l-effikaċja ġenerali, il-kwalità u l-koerenza tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha lejn il-ksib tal-għanijiet stipulati fil-programm transfruntier, il-ftehimiet ta' finanzjament u d-dokument(i) ta' strateġija rilevanti. Huwa jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet korrettivi kull meta jkun hemm bżonn.
Rigward il-funzjonijiet tiegħu japplikaw ukoll l-Artikoli 49 u 110 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Il-KKM u l-awtorità ta' ġestjoni jwettqu monitoraġġ b'referenza għall-indikaturi stabbiliti fil-programm relevanti ta' kooperazzjoni transfruntiera, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
7. Il-KKM jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.
8. Il-KKM jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Laqgħat addizzjonali jistgħu jissejħu wkoll fuq l-inizjattiva ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti jew tal-Kummissjoni, partikolarment fuq bażi tematika.
Artikolu 39
L-għażla tal-operazzjonijiet
1. L-operazzjonijiet taħt il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jintgħażlu mill-KKM.
Il-KKM jista' jitwaqqaf kumitat ta' tmexxija li jkunu qed jaġixxu taħt ir-responsabilità tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet.
2. L-operazzjonijiet magħżula jkunu jinvolvu benefiċjarji minn mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, fejn mill-inqas wieħed minnhom ikun minn Stat Membru. Operazzjoni tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed parteċipanti, bil-kundizzjoni li jiġu identifikati impatti u benefiċċji transfruntiera.
3. Il-benefiċjarji jikkooperaw fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Barra minn hekk, huma jikkoperaw fl-operazzjonijiet jew ta' għażla ta' persunal jew ta' finanzjament.
Artikolu 40
Benefiċjarji
1. Fejn ikun hemm żewġ benefiċjarji jew iżjed għal operazzjoni fi programm ta' kooperazzjoni, transfruntiera wieħed minnhom jinħatar mill-benefiċjarji kollha bħala l-benefiċjarju ewlieni.
2. Il-benefiċjarju ewlieni jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
jistabbilixxi l-arranġamenti ma' benefiċjarji oħra fi ftehim li jinkludi dispożizzjonijiet li, inter alia, jiggarantixxu l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi allokati lill-operazzjoni, inklużi l-arranġamenti għall-irkupru ta' ammonti li ma kellhomx jitħallsu; |
|
(b) |
jassumi r-responsabilità għall-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni kollha; |
|
(c) |
jiżgura li n-nefqa ppreżentata mill-benefiċjarji kollha tkun saret fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni u tkun tikkorrispondi għall-attivitajiet miftiehma bejn il-benefiċjarji kollha, u f'konformità mad-dokument ipprovdut mill-awtorità ta' ġestjoni kif previst fil-paragrafu 6; |
|
(d) |
jiżgura li n-nefqa ppreżentata minn benefiċjarji oħra tkun ġiet ivverifikata minn kontrollur(i) fejn din il-awditjar ma titwettaqx mill-awtorità ta' ġestjoni skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013. |
3. Jekk mhux speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu (2), il-benefiċjarju ewlieni jiżgura li l-benefiċjarji l-oħra jirċievu l-ammont totali tas-sostenn pubbliku malajr kemm jista' kollu kemm hu. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li tkun tista' tnaqqas dawk l-ammonti għall-benefiċjarji l-oħra.
4. Benefiċjarji ewlenin jew uniċi jkunu lokalizzati f'pajjiż parteċipanti.
5. Minkejja l-Artikolu 39(2) ta' dan ir-Regolament, raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jew korp legali ieħor stabbilit taħt il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti jista' japplika bħala benefiċjarju uniku għal operazzjoni sakemm dan ikun stabbilit mill-awtoritajiet u korpi pubbliċi ta' mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti.
6. Għal kull operazzjoni l-awtorità ta' ġestjoni tipprovdi lill-benefiċjarju ewlieni jew uniku dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-operazzjoni inklużi r-rekwiżiti speċifiċi rigward il-prodotti jew is-servizzi li jkollhom jitwettqu taħt l-operazzjoni, il-pjan ta' finanzjament, u l-limitu ta' żmien għat-twettiq.
Artikolu 41
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjonijiet jitwettqu minn esperti esterni li huma funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi. L-evalwazzjonijiet kollha jiġu ppubblikati.
2. Il-pajjiżi parteċipanti flimkien iwettqu evalwazzjoni ex-ante skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
3. Rigward l-evalwazzjoni matul il-perjodu ta' programmar japplika l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
4. Rigward l-evalwazzjoni ex post japplika l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Artikolu 42
Rappurtar, informazzjoni u komunikazzjoni.
1. Rigward ir-rapporti ta' implimentazzjoni japplika l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
2. Il-laqgħa ta' rieżami annwali tiġi organizzata b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
3. Sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Lulju, u l-31 ta' Ottubru ta' kull sena, l-awtorità ta' ġestjoni tittrasmetti b'mod elettroniku lill-Kummissjoni għal finijiet ta' monitoraġġ, għal kull programm operazzjonali transfruntiera u skont l-assi prijoritarja:
|
(a) |
in-nefqa pubblika totali u eliġibbli tal-operazzjonijiet u n-numru ta' operazzjonijiet magħżula għas-sostenn; |
|
(b) |
l-ispiża eliġibbli totali ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta' ġestjoni. |
Barra minn hekk, it-trażmissjoni li ssir sal-31 ta' Jannar tkun tinkludi d-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) imqassma skont il-kategorija tal-intervent. Din it-trażmissjoni tiġi meqjusa li tissodisfa r-rekwiżit għall-preżentazzjoni tad-dejta finanzjarja msemmija fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Mat-trażmissjonijiet li jridu jsiru sal-31 ta' Jannar u l-31 ta' Lulju l-awtorità ta' ġestjoni tibgħat it-tbassir tal-ammont li għalih tistenna li tippreżenta l-applikazzjonijiet ta' pagament għas-sena finanzjarja attwali u s-sena finanzjarja sussegwenti.
Id-data tal-iskadenza għad-dejta ppreżaentata taħt dan il-paragrafu jkun l-aħħar tax-xahar ta' qabel ix-xahar tal-preżentazzjoni.
4. L-awtorità ta' ġestjoni tikkoordina l-kompiti marbuta mar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni, il-pubbliċità u t-trasparenza skont l-Artikolu 24(1) u (3) ta' dan ir-Regolament.
B'deroga mill-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament, l-awtorità ta' ġestjoni tkun responsabbli għall-informazzjoni u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 115 u 116 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Artikolu 43
Eliġibbiltà u t-tul ta' żmien
1. B'deroga mill-Artikolu 15(1) ta' dan ir-Regolament, in-nefqa tkun eliġibbli għal finanzjament taħt l-assistenza għal kooperazzjoni transfruntiera tal-IPA II:
|
(a) |
jekk din tkun saret minn benefiċjarju minn Stat Membru u mħallsa bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2022; jew |
|
(b) |
jekk tkun saret minn benefiċjarju tal-IPA II u mħallsa wara li jiġi ppreżentat il-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera. |
2. Barra mir-regoli stipulati fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament, l-assistenza għal kooperazzjoni transfruntiera ma tappoġġax:
|
(a) |
imgħax fuq dejn; |
|
(b) |
taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ħlief fejn din ma' tiġix irkuprata taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT; |
|
(c) |
id-dekummissjonar u l-bini ta' impjanti tal-enerġija nukleari; |
|
(d) |
l-investiment għall-kisba ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet li jaqgħu taħt l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
|
(e) |
il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tabakk u prodotti tat-tabakk; |
|
(f) |
impriżi f'diffikultajiet kif definiti taħt ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għanuna mill-Istat. |
|
(g) |
l-investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti sakemm ikunu marbut mal-ħarsien ambjentali u akkumpanjat minn investiment meħtieġ sabiex jittaffa jew jonqos l-impatt negattiv tiegħu fuq l-ambjent. |
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament, ix-xiri ta' art mhux mibnija u art mibnija għal ammont sa 10 % tal-ispiża totali eliġibbli għall-operazzjoni kkonċernata tkun eliġibbli għal finanzjament taħt l-assistenza għal kooperazzjoni transfruntiera tal-IPA II. Għal siti abbandunati u għal dawk li qabel kienu f'użu industrijali li jinkludi bini, dan il-limitu jiżdied sa 15 %. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, dan il-limitu jista' jkun ogħla mill-perċentwali rispettivi għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali;
3. L-operazzjonijiet ma jintgħażlux għal assistenza tal-IPA II meta jkunu tlestew fiżikament jew kompletament implimentati qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera mill-benefiċjarju lill-awtorità ta' ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti kollha relatati jkunux saru mill-benefiċjarju.
4. Jappliaw l-Artikoli 61, 65(4) u (6) sa (9) u (11), 66 sa 68, 69(1) u (2) u 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 rigward l-għotjiet.
5. Minbarra l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, il-ftehimiet ta' finanzjament għal programmi ta' koperazzjoni transfruntiera taħt dan il-Kapitolu jistabbilixxi l-ġerarkija ta' regoli tal-eliġġibbiltà applikabbli għall-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera kkonċernat bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
6. Rigward il-kosti tal-persunal japplika wkoll l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
Artikolu 44
Eliġibbiltà skont il-post
1. L-operazzjonijiet, soġġetti għad-derogi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, ikunu lokalizzati fiż-żona tal-programm li tinkludi parti mit-territorju tal-pajjiżi parteċipanti kif definit fil-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera relevanti (iż-“żona tal-programm”).
2. L-awtorità ta' ġestjoni tista' taċcetta li operazzjoni sħiħa jew parti minnha tiġi implimentata barra miż-żona tal-programm, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-operazzjoni hija għall-benefiċċju tal-qasam tal-programm; |
|
(b) |
l-ammont totali allokat taħt il-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera għall-operazzjonijiet li jinstabu barra miż-żona tal-programm ma jkunx jaqbiż l-20 % tas-sostenn mill-Unjoni fil-livell tal-programm; |
|
(c) |
l-obbligi tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u tal-awditjar fir-rigward tal-ġestjoni, il-kontroll u l-awditjar għal dak li jikkonċerna l-operazzjoni jintlaħqu mill-awtoritajiet tal-programm ta' kooperazzjoni jew jidħlu fi ftehimiet ma' awtoritajiet fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih l-operazzjoni hija implimentata. |
3. Għal operazzjonijiet li jikkonċernaw assistenza teknika, attivitajiet promozzjonali u l-bini ta' kapaċitajiet, nefqa tista' ssir barra mill-qasam tal-programm, sakemm il-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2 jiġu ssodisfati.
Artikolu 45
Akkwist
1. Għall-għoti ta' kuntratti li jirrigwardaw servizzi, forniment u xogħol, mill-benefiċjarji tal-proċeduri ta' akkwisti isegwu d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tal-Parti Tnejn tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tnejn tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 li japplikaw fl-oqsma kollha tal-programm, kemm għall-Istat Membru kif ukoll għat-territorju tal-benefiċjarju/i tal-IPA II.
2. Għall-għoti ta' kuntratti li jirrigwardaw servizzi, forniment u xogħol, mill-awtorità ta' ġestjoni taħt l-allokazzjoni ta' baġit speċifika għal operazzjonijiet ta' assistenza teknika, il-proċeduri ta' akkwist applikati mill-awtorità ta' ġestjoni jistgħu jew ikunu dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jew dawk tal-liġi nazzjonali tagħha.
Artikolu 46
Ġestjoni finanzjarja, diżimpenn, eżami u aċċettazzjoni ta' kontijiet, għeluq u korrezzjonijiet finanzjarji
1. Rigward l-impenji baġitarji japplika l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
2. Rigward il-pagamenti, japplikaw l-Artikoli 77 sa 80, 82 sa 83, 129 sa 132, 134 sa 135 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Barra minn hekk, rigward pagamenti f'kont uniku jappika l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013. Rigward l-użu tal-euro japplika l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
3. Rigward il-prefinanzjament, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera, jitħallas ammont uniku ta' prefinanzjament mill-Kummissjoni.
L-ammont ta' pre-finanzjament ikun 50 % tal-ewwel tliet impenji baġitarji għall-programm.
L-ammont ta' prefianzjament jista' jitħallas f'żewġ pagamenti, fejn xieraq, skont il-ħtiġijiet baġitarji.
L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat l-ebda applikazzjoni għal pagamenti taħt il-programmi għal kooperazzjoni transfruntiera fi żmien erba' u għoxrin xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament.
4. Rigward id-diżimpenn japplikaw l-Artikoli 86 sa 88 u 136 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
5. Rigward l-eżaminazzjon u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet kif ukoll tal-għeluq japplikaw l-Artikoli 84 u 137 sa 141 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
6. Rigward il-korrezzjonijiet u l-irkupri jappliaw l-Artikoli 85, 122(2) u 143 sa 147 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Japplika wkoll l-Artikolu 27(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
Artikolu 47
Sistemi ta' ġestjoni u kontroll u ta' awditjar
1. Rigward il-prinċipji ġenerali tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll japplikaw l-Artikoli 72 u 122(1) u (3) tar-Regolamenrt (UE) Nru 1303/2013.
2. Rigward il-kooperazzjoni bejn il-Kumissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar japplika l-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
3. Rigward il-kontroll proporzjonali tal-programmi ta' kontroll transfruniera japplika l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Artikolu 48
Il-waqfien mit-tkomplija ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera
1. F'każ li l-ebda wieħed mill-benefiċjarji tal-IPA II parteċipanti ma jkun ikkonkluda l-ftehim ta' finanzjament sa tmiem is-sena ta' wara s-sena tal-adozzjoni tal-programm, il-Kummissjoni twaqqaf il-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera.
Pagamenti annwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali li jkunu diġà ġew impenjati jibqgħu disponibbli għaċ-ċiklu tal-ħajja normali tagħhom iżda jistgħu jintużaw biss għal attivitajiet li jsiru esklussivament fl-Istati Membri kkonċernati u li jkunu ġew ikkuntrattati qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-programm ma jitkompliex. L-awtorità ta' ġestjoni tittrasmetti r-rapport finali fi żmien tliet xhur mill-għeluq tal-kuntratti lill-Kummissjoni li tipproċedi f'konformità mal-paragrafi 2 u 3.
2. Fejn il-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera ma jkunx jista' jiġi implimentat minħabba problemi li jirriżultaw minn relazzjonijiet bejn pajjiżi parteċipanti u f'każijiet oħrajn debitament ġusitifkati, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li twaqqaf il-Programm qabel id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta' eżekuzzjoni, fuq talba tal-KKM jew fuq l-inizjattiva tagħha stess wara li tkun ikkonsultat il-KKM.
Fejn il-programm ma jitkompliex, l-awtorità ta' ġestjoni ittrasmetti r-rapport finali fi żmien sitt xhur wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Wara l-approvazzjoni tal-ħlasijiet preċedenti ta' finanzjament minn qabel, il-Kummissjoni tħallas il-bilanċ finali jew, fejn ikun xieraq, toħroġ l-ordni ta' rkupru. Il-Kummissjoni tiddiżimpenja wkoll il-bilanċ tal-impenji.
Bħala alternattiva, jista' jiġi deċiż li titnaqqas l-allokazzjoni tal-programm għall-ambitu tal-programm b'konformità mal-Artikolu 31(5).
3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, sostenn diżimpenjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali li jikkorrispondi għall-pagamenti parzjali annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati jew pagamenti annwali impenjati u diżimpenjati totalment jew parzjalment matul l-istess sena baġitarja, li ma ġewx allokati mill-ġdid lil programm ieħor tal-istess kategorija ta' programmi ta' kooperazzjoni esterna jiġi allokat lill-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera interna skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013.
L-assistenza IPA II korrispondenti għall-ħlasijiet parzjali annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati jew pagamenti annwali impenjati u diżimpenjati totalment jew parzjalment matul l-istess sena baġitarja jintużaw biex jiffinanzjaw programmi oħra jew proġetti eliġibbli għal assistenza tal-IPA II.
KAPITOLU III
Kooperazzjoni transfruntiera bejn benefiċjarji tal-IPA II jew bejn il-benefiċjarji tal-IPA II u pajjiżi li huma fl-Istrument Ewropew ta' Viċinat
Artikolu 49
Programmar
1. Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jitfasslu skont il-programm mudell li tipprovdi l-Kummissjoni u jitħejja flimkien mal-pajjiżi perteċipanti u ppreżerntat lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi.
2. Programm ta' kooperazzjoni transfruntiera jkun jikkonsisti mill-prijoritajiet tematiċi skont l-Artikolu 29.
Artikolu 50
Assistenza teknika
L-ammont tal-assistenza tal-IPA II li jiġi allokat għall-assistenza teknika jkun limitat għal 10 % tal-ammont totali allokat lill-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera.
Artikolu 51
Modi tal-implimentazzjoni
1. Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 27, jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta jew indiretta.
2. Programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jiġu ġestiti minn awtorità kontraenti waħda li tingħażel permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera rilevanti.
Artikolu 52
Strutturi u awtoritajiet
1. L-istrutturi li ġejjin ikunu jinvolvu l-ġestjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera fil-benefiċjarji tal-IPA II:
|
(a) |
in-NIPAC tal-pajjiżi parteċipanti fil-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 4 u, fejn applikabbli, il-koordinaturi tal-kooperazzjoni territorjali; |
|
(b) |
l-UNA u l-istruttura ta' ġestjoni kif imsemmija fl-Artikolu 7 tal-benefiċjarju tal-IPA II parteċipanti fejn tkun tinsab l-awtorità kontraenti meta l-programm transfruntier jiġi implimentat f'ġestjoni indiretta; |
|
(c) |
l-istrutturi operattivi fl-pajjiżi parteċipanti kollha li jikooperaw mill-qrib fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-programm relevanti ta' kooperazzjoni transfruntiera. Fil-każ ta' ġestjoni indiretta l-istruttura operattiva tkun tinkludi awtorità kontraenti; |
|
(d) |
l-awtorità tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 7(3) meta l-programm transfruntier jiġi implimentat fil-ġestjoni indiretta. Meta ma jkollhiex l-awtorizzazzjoni biex twettaq il-funzjonijiet previsti fl-Artikolu 12, din tkun assistita minn grupp ta' awdituri li jkun jinkludi rappreżentant minn kull pajjiż li jkun qed jipparteċipa fil-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera. |
2. Il-benefiċjarji tal-IPA II u l-pajjiżi taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat li jkunu qed jipparteċipaw fi programm ta' kooperazzjoni transfruntiera jistabbilixxu KKM li jkun jaqdi wkoll ir-rwol tal-kumitat ta' monitoraġġ settorjali imsemmi fl-Artikolu 19.
3. Jiġi stabbilit Segretarjat Tekniku Konġunt biex jassisti lill-Kummissjoni, lill-istrutturi operattivi u lill-KKM.
4. Ir-rwoli u r-responsabilitajiet ta' dawn l-istrutturi jiġu definiti fil-Ftehim Qafas imsemmi fl-Artikolu 5.
5. Taħt il-ġestjoni indiretta, il-pajjiżi parteċipanti jikkonkludu arranġament bilaterali li jistipula r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom għall-implimentazzjoni tal-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera rilevanti. Ir-rekwiżiti minimi għal dan l-arranġament bilaterali jiġu definiti fil-Ftehim Qafas imsemmi fl-Artikolu 5.
Artikolu 53
L-għażla tal-operazzjonijiet
1. L-operazzjonijiet magħżula taħt programm ta' koperazzjoni transfruntiera jipproduċu impatti u l-benefiċċji transfruntieri ċari.
2. L-operazzjonijiet taħt il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jintgħażlu mill-awtorità kontraenti permezz ta' sejħiet għal proposti li jkopru l-qasam eliġibbli kollu.
3. Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu wkoll jidentifikaw operazzjoniet barra minn sejħa għall-proposti. F'dak il-każ, l-operazzjonijiet jissemmew b'mod speċifiku fil-programm ta' kooperazzjoni transfruntiera msemmi fl-Artikolu 49.
4. Operazzjonijiet magħżula għal kooperazzjoni transfruntiera jkunu jinvolvu benefiċjarji minn mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti. Il-benefiċjarji jikkooperaw fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Barra minn hekk, huma jikkoperaw jew fl-għażla tal-persunal jew fil-finanzjament tal-operazzjonijiet jew it-tnejn.
5. Operazzjoni tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed parteċipanti, bil-kundizzjoni li jiġu identifikati impatti u benefiċċji transfruntiera.
Artikolu 54
Benefiċjarji
1. Għall-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 27, il-benefiċjarji jiġu stabbiliti f'benefiċjarju tal-IPA II. Għall-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 27, il-benefiċjarju jiġi stabbilit f'benefiċjarju tal-IPA II jew f'pajjiż tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat.
2. Wieħed mill-benefiċjarji li jipparteċipaw f'operazzjoni partikolari jinħatar mill-benefiċjarji kollha bħala l-benefiċjarju ewlieni.
3. Il-benefiċjarju ewlieni jassumi r-responsabilità għall-iżgurar tal-implimentazzjoni finanzjarja tal-operazzjoni kollha, jagħmel monitoraġġ biex dik l-operazzjoni tiġi implimentata b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt u jistabbilixxi l-arranġamenti ma' benefiċjarji oħra biex tkun garantita ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi allokati għall-operazzjoni, inklużi l-arranġamenti għall-irkupru ta' ammonti li mhux suppost ikunu tħallsu.
TITOLU VII
AGRIKOLTURA U ŻVILUPP RURALI
Artikolu 55
Dispożizzjonijiet speċifiċi għal programmi ta' żvilupp rurali
1. Bħala parti mill-qasam ta' politika “l-agrikultura u l-iżvilupp rurali”, il-programmi għall-iżvilupp rurali jitfasslu fil-livell nazzjonali, jitħejjew mill-awtoritajiet rilevanti maħtura mill-benefiċjarju tal-IPA II u jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni wara li ssir konsultazzjoni mal-partijiet interessati xierqa.
2. Il-programmi għall-iżvilupp rurali jiġu implimentati mill-benefiċjarji tal-IPA II fuq il-bażi ta' ġestjoni indiretta skont l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 u jiffinanzjaw tipi ta' azzjonijiet magħżula kif previsti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).
3. L-istruttura operattiva li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 10 tkun tikkonsisti, għal programmi ta' żvilupp rurali, fis-segwenti awtoritajiet separati li joperaw f'kooperazzjoni mill-qrib:
|
(a) |
l-Awtorità ta' Ġestjoni, li hija korp pubbliku li jaġixxi fuq livell nazzjonali, tkun inkarigata mit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għażla tal-miżuri u l-pubbliċità, il-koordinazzjoni, l-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-programm ikkonċernat u tkun ġestita minn uffiċjal għoli b'responsabilitajiet eskużivi; kif ukoll |
|
(b) |
l-Aġenzija tal-Iżvilupp Rurali tal-IPA b'funzjonijiet ta' natura simili għal dawk ta' aġenzija tal-pagamenti fl-Istati Membri li tkun responsabbli għall-pubbliċità, l-għażla tal-proġetti kif ukoll l-awtorizzazzjoni, il-kontroll u r-responsabilità tal-impenji, u l-pagamenti u t-twettiq tal-pagamenti. |
4. B'deroga mill-Artikolu 15(1), in-nefqa għall-assistenza teknika bħala sostenn għat-tħejjija ta' programmi għall-iżvilupp rurali u t-twaqqif ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll jistgħu jkunu eliġibbli qabel id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-approvazzjoni programm għall-iżvilupp rurali, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2014.
5. Biex jiġi deċiż is-sehem tan-nefqa pubblika bħala persentaġġ tat-total tal-kost eliġibbli ta' investiment, ma tiġix ikkunsidrata l-assistenza finanzjarja li tiffaċilita l-aċċess għal self mogħti mingħajr kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista fir-Regolament (UE) Nru 231/2014.
6. Proġetti ta' investiment taħt il-programmi għall-iżvilupp rurali jibqgħu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni sakemm, fi żmien ħames snin mill-pagament finali mill-istruttura operattiva, dawn ma jgħaddux minn tibdil sostanzjali.
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 56
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi strument ta' assistenza għal qabel l-adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.)
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).
(11) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/53 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 448/2014
tat-2 ta' Mejju 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 billi jaġġorna referenzi għall-Annessi tal-Konvenzjoni ta' Chicago
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 6 u 7 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8b(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 (3) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni jagħtu effett għall-istandards u l-obbligi previsti fil-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944 (“il-Konvenzjoni ta' Chicago”), skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(2) |
L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) riċentement emendat l-Annessi 3, 4, 10, 11, 14 u 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. L-emendi tal-Annessi 3, 4, 10, 11, l-emenda 11-A tal-Anness 14 u l-Anness 15 daħlu fis-seħħ fl-14 ta' Novembru 2013, filwaqt li l-emenda 11-B tal-Anness 14 hija prevista li tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Novembru 2014. |
|
(3) |
Kif stabbilit fil-premessa 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011, sakemm ikun hemm traspożizzjoni sħiħa tal-istandards rilevanti tal-ICAO fil-liġi tal-Unjoni, is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom joperaw b'konformità mal-istandards rilevanti tal-ICAO. Dan japplika wkoll fir-rigward tal-istandards riveduti li jirriżultaw mill-emendi riċenti tal-Annessi tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Ir-referenzi għall-Konvenzjoni li jinsabu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku li ġie stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1035/2011 huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 271, 18.10.2011, p. 23).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
ANNESS
1.
Fl-Anness I, il-punt 2.2.1, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:“L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) u (b) għandha tkun konsistenti mal-pjan ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali msemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u, safejn jikkonċerna d-dejta dwar is-sikurezza, għandha tkun konsistenti mal-Programm tas-Sikurezza tal-Istat imsemmi fl-Istandard 3.1.1 tal-Anness 19 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), kif ikun applikabbli.”
2.
Fl-Anness II, il-punt 4, is-subparagrafi (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:|
“(b) |
L-Anness 10 dwar it-telekomunikazzjonijiet ajrunawtiċi, il-Volum II dwar il-proċeduri ta' komunikazzjoni inklużi dawk bi Status ta' PANS fis-sitt edizzjoni tiegħu ta' Ottubru 2001, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A; |
|
(c) |
L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 49 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 (*1) kif ikun applikabbli. |
(*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).” "
3.
Fl-Anness III, il-Punt 2, is-subparagrafi (a), (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:|
“(a) |
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, l-Anness 3 dwar is-servizzi meteoroliġiċi għan-navigazzjoni tal-ajru internazzjonali fit-18-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2013, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 76. |
|
(b) |
L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 49 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 kif ikun applikabbli; |
|
(c) |
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 139/2014 (*2) tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Anness 14 dwar l-ajrudromi fil-verżjonijiet li ġejjin:
|
(*2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).” "
4.
Fl-Anness IV, il-punt 2, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:|
“(b) |
l-Annessi li ġejjin għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali safejn ikunu rilevanti għall-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni ajrunawtika fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:
|
5.
Fl-Anness V, il-punt 3, is-subparagrafi (a) sa (e) jinbidlu b'dan li ġej:|
“(a) |
Il-Volum I dwar l-għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju fis-6 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2006, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A; |
|
(b) |
Il-Volum II dwar il-proċeduri ta' komunikazzjoni inklużi dawk bi status ta' PANS fis-6 edizzjoni tiegħu ta' Ottubru 2001, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A; |
|
(c) |
Il-Volum III dwar is-sistemi ta' komunikazzjoni fit-2 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A; |
|
(d) |
Il-Volum IV dwar is-sistemi ta' sorveljanza bir-radar u għall-evitar tal-kolliżjonijiet fir-4 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża Nru 88-A; |
|
(e) |
Il-Volum V dwar l-użu tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju ajurunawtiku fit-3 edizzjoni tiegħu ta' Lulju 2013, inklużi l-emendi kollha sa u inkluża n-Nru 88-A.” |
(*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”
(*2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).” ”
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/57 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 449/2014
tat-2 ta' Mejju 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/105/UE tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Awwissu 2012, il-Federazzjoni Russa ssieħbet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-impenji tal-Federazzjoni Russa jinkludu l-kwoti tar-rati tariffarji għall-esportazzjoni ta' tipi speċifikati ta' injam koniferuż, li sehem minnu kien allokat għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-modalitajiet għall-amministrazzjoni ta' dawk il-kwoti b'rati tariffarji huma stabbiliti fil-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa b'rabta mal-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (2) (il-Ftehim) u fil-Protokoll (3) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont il-Ftehim (il-Protokoll). Il-Ftehim u l-Protokoll ġew iffirmati fis-16 ta' Diċembru 2011. Dawn ġew applikati provviżorjament mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2012/105/UE, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2012 (4) stabbilixxa r-regoli dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament se jieqaf japplika fid-data li fiha tieqaf l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. |
|
(3) |
Filwaqt li l-Ftehim u l-Protokoll ikomplu jiġu applikati b'mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 matul l-ewwel tliet perjodi tal-kwota żvelat il-ħtieġa li jiġi emendat l-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament biex titqies ir-rata baxxa ta' utilizzazzjoni tal-kwoti tar-rati tariffarji matul l-ewwel tliet perjodi tal-kwota. Is-sospensjoni tat-tnaqqis tal-limiti massimi tal-importazzjonijiet previsti fl-Artikoli 13 u 14 matul il-perjodu tal-kwota tal-2015 hija meħtieġa għall-promozzjoni tal-utilizzazzjoni sħiħa minn importaturi tradizzjonali b'mod partikolari tal-kwoti tar-rati tariffarji allokati għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 għandu jiġi emendat kif ġej: |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Injam stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/105/UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 15
1. Jekk il-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tal-limiti massimi tal-importazzjonijiet previsti fl-Artikoli 13 u 14 jiġu ssodisfati t-tnejn b'mod simultanju, japplika l-akbar tnaqqis biss (Ri jew ri).
2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13 u 14 ma japplikawx matul l-ewwel perjodu tal-kwota wara l-ewwel tliet perjodi tal-kwota.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/105/UE tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim (ĠU L 57, 29.2.2012, p. 1).
(2) Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 57, 29.2.2012, p. 3).
(3) Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi konformi mal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni ta' dawk il-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 57, 29.2.2012, p. 5).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2012 tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 152, 13.6.2012, p. 28).
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/59 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 450/2014
tat-30 ta' April 2014
li jemenda għall-213-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-15 ta' April 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-KSNU. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” ġiet imħassra:
“Youssef Ben Abdul Baki Ben Youcef Abdaoui (alias (a) Abu Abdullah, (b) Abdellah, (c) Abdullah, (d) Abou Abdullah, (e) Abdullah Youssef). Indirizz: Via Torino 8/B, Cassano Magnago (VA), Italy. Data tat-twelid: 4.9.1966. Post tat-twelid: Kairouan, Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-Passport: G025057 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.6.1999, jiskadi fil-5.2.2004). Nru tal-Identifikazzjoni nazzjonali: AO 2879097 (Karta tal-Identità Taljana valida sat-30.10.2012. Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDA YSF 66P04 Z352Q; (b) Inammissibbli fiż-żona Schengen; (c) L-isem tal-omm huwa Fatima Abdaoui; (d) Membru ta' organizzazzjoni li topera fl-Italja marbuta direttament mal-Organizzazzjoni tal-Al-Qaida fil-Maghreb Iżlamiku. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/61 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 451/2014
tat-2 ta’ Mejju 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 KG) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
CL |
173,8 |
|
MA |
40,5 |
|
|
MK |
102,8 |
|
|
TN |
109,1 |
|
|
TR |
97,3 |
|
|
ZZ |
104,7 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
35,6 |
|
TR |
133,7 |
|
|
ZZ |
84,7 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
70,8 |
|
TR |
112,1 |
|
|
ZA |
31,4 |
|
|
ZZ |
71,4 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
49,6 |
|
IL |
91,1 |
|
|
MA |
48,7 |
|
|
TN |
64,4 |
|
|
TR |
63,3 |
|
|
ZZ |
63,4 |
|
|
0805 50 10 |
MA |
35,6 |
|
TR |
89,9 |
|
|
ZZ |
62,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
118,6 |
|
BR |
86,6 |
|
|
CL |
104,3 |
|
|
CN |
98,7 |
|
|
MK |
30,8 |
|
|
NZ |
147,4 |
|
|
US |
158,7 |
|
|
ZA |
118,0 |
|
|
ZZ |
107,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/2/2014
tad-29 ta' April 2014
dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Pajjiż Terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li temenda d-Deċiżjoni ATALANTA/3/2009
(2014/244/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/3/2009 tal-21 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (2009/369/PESK) (2),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi. |
|
(2) |
Wara rakkomandazzjoni dwar kontribut min-New Zealand mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fil-11 ta' Marzu 2014 u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta' Marzu 2014, il-kontribut minn New Zealand għandu jiġi aċċettat. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/3/2009 għandha għalhekk tiġi emendata sabiex jitneħħa l-Anness li jelenka l-Istati Terzi li l-kontributi tagħhom ġew aċċettati. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribut minn New Zealand għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) huwa aċċettat u huwa meqjus bħala sinifikanti.
2. New Zealand hi eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' Atalanta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/3/2009 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1) il-frażi “, kif imsemmi fl-Anness” titħassar; |
|
(2) |
l-Anness jitħassar. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/65 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' April 2014
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Brażil bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/245/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni tat mandat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u talbet il-parir tagħha dwar il-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju tal-Brażil rigward l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (CRAs). |
|
(2) |
Fil-parir tekniku tagħha mogħti fil-31 ta' Mejju 2013, l-ESMA indikat li fir-riżultati tagħha, il-qafas legali u superviżorju Brażiljan fir-rigward tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu huwa paragunabbli ma' dak li hemm stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
|
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, sabiex il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz ikun ikkunsidrat bħala ekwivalenti skont dan ir-Regolament, jeħtieġ li jkun ivvalutat jekk ġewx issodisfati tliet kundizzjonijiet. |
|
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CRAs f'pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni, u jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa. Il-qafas legali u regolatorju Brażiljan għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonsisti mir-Regolament ICVM 521 tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtajiet u l-Kambju tal-Brażil (Comissão de Valores Mobiliários, CVM), li ġie adottat fil-25 ta' April 2012 abbażi tal-Liġi Nru 6.385 tal-1976. Il-qafas regolatorju jobbliga lis-CRAs biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO). Daħlu fis-seħħ il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti kollha. Skont dan il-qafas regolatorju, is-CRAs iridu jkunu rreġistrati, u huma superviżjonati fuq bażi kontinwa mis-CVM. Il-qafas legali u superviżorju Brażiljan jikkonferixxi fuq is-CVM firxa komprensiva ta' setgħat li jippermettulha tinvestiga jekk is-CRAs humiex qegħdin jikkonformaw mal-obbligi ġuridiċi tagħha. Is-CMV tista' teżamina u tieħu eżempji ta' rekords, kotba jew dokumenti ta' kontabilità, kif ukoll kwalunkwe fajl ieħor, u tista' titlob informazzjoni jew kjarifiki, punibbli b'multa, bla ħsara għal sanzjonijiet oħra. Is-CMV għandha s-setgħa wkoll twettaq spezzjonijiet, b'avviż minn qabel kif ukoll mingħajru, sabiex twettaq superviżjoni u infurzar effikaċi fuq is-CRAs, u għandha s-setgħa li tissanzjona s-CRAs li jkunu qed jiksru r-regoli applikabbli. Is-CVM tista' timponi għadd ta' sanzjonijiet fuq is-CRAs u kull min hu direttament involut fil-proċess ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, li jvarjaw minn twissijiet, multi u sospensjonijiet sat-tneħħija mir-reġistru tas-CRAs. Jekk is-CVM tivverifika li twettaq reat, din trid tressaq il-każ quddiem l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (“Ministério Público”). Is-CVA, fuq talba, tista' wkoll tinvolvi ruħha f'litiġji legali marbutin mas-suq tat-titoli, fejn l-attivitajiet tagħha jistgħu jvarjaw mill-ġbir ta' evidenza sal-għoti ta' opinjonijiet legali. Is-CRAs jridu jissottomettu għand is-CVM formola ta' referenza annwali kif ukoll informazzjoni marbuta ma' avvenimenti bħal meta pereżempju sseħħ bidla sinifikanti fil-metodoloġija; jiġi deċiż li l-klassifikazzjoni tal-kreditu titwaqqaf; jew meta emittent ma jkunx ħareġ opinjoni preliminari meta qed jinforma bi tranżazzjoni. Minn Settembru 2013, is-CRAs kollha ssottomettew il-formoli ta' referenza aġġornati tagħhom għand is-CVM, li rċeviet tagħrif marbut mal-avvenimenti. Is-CVM irrevediet id-dokumenti u talbet lil CRA sabiex tiċċara kunflitt ta' interess li ġie identifikat, liema talba ġiet milqugħa mis-CRA. Fil-ftehim ta' kooperazzjoni konkluż bejn l-ESMA u s-CVM huwa previst skambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' miżuri ta' infurzar u dawk superviżorji meħuda fil-konfront ta' CRAs transfruntieri. Fuq din il-bażi, għandu jiġi kkunsidrat li s-CRAs fil-Brażil huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, u l-arranġamenti superviżorji u ta' infurzar tal-Brażil li huma applikabbli għas-CRAs jiġu applikati u infurzati b'mod effikaċi. |
|
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, is-CRAs f'pajjiż terz iridu jkunu suġġetti għal regoli legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikoli minn 6 sa 12 u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a, 8b, 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Meta jiġi vvalutat jekk din il-kundizzjoni tintlaħaqx, għandu jiġi kkunsidrat l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) rigward id-data tal-applikazzjoni għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Fir-rigward tal-governanza korporattiva, il-qafas legali u superviżorju Brażiljan jitlob lis-CRAs, bħala parti mill-proċedura ta' reġistrazzjoni tagħhom, li jkollhom struttura ta' governanza korporattiva bil-minimu ta' żewġ diretturi, li wieħed minnhom għandu jkun indipendenti u responsabbli għall-konformità mar-regoli. Il-qafas legali u superviżorju Brażiljan, li jesiġi konformità obbligatorja mal-Kodiċi tal-IOSCO, jobbliga lis-CRAs li jkollhom fis-seħħ arranġamenti adegwati għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Il-kodiċi ta' kondotta ta' CRA jrid jipprevedi l-adozzjoni ta' mekkaniżmi li jidentifikaw, jeliminaw, jimmaniġġjaw u jiżvelaw sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitti ta' interess. Il-qafas Brażiljan fih wkoll regoli ddettaljati dwar l-esternalizzazzjoni, iż-żamma tar-rekords u l-kunfidenzjalità. Is-CRAs iridu jistabbilixxu funzjoni ta' rieżami sabiex il-metodoloġiji ta' klassifikazzjoni jiġu rieżaminati, u l-qafas Brażiljan jinkludi firxa wiesgħa ta' rekwiżiti għad-divulgazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, pereżempju r-rekwiżit li jitqassmu fil-ħin id-deċiżjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, li jiġi ppubblikat dokument ibbażat fuq il-prestazzjoni storika tal-klassifikazzjoni u li rapport annwali li jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom joħroġ għall-pubbliku. Għaldaqstant, il-qafas legali u superviżorju Brażiljan għandu jilħaq l-istess riżultati tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 rigward il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, il-proċessi organizzattivi u l-proċeduri li CRA għandu jkollha mwaqqfin, il-kwalità tal-klassifikazzjoni u l-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, dan għandu jipprovdi l-istess protezzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' integrità, trasparenza, governanza tajba tal-aġenziji tas-CRAs u l-affidabbiltà tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, is-sistema regolatorja fil-pajjiż terz trid tevita l-indħil fil-kontenut tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u fil-metodoloġiji mill-awtoritajiet superviżorji u minn awtoritajiet pubbliċi oħra ta' dan il-pajjiż terz. Kwalunkwe interferenza bħal din tmur kontra l-prinċipju ta' legalità stabbilit fil-Kostituzzjoni tal-Brażil, li tipprevedi li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jaġixxu biss jekk ikunu stabbiliti bil-liġi. Sa fejn jista' jiġi aċċertat ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tagħti s-setgħa lill-CVM jew xi awtorità pubblika oħra l-awtorità li tinfluwenza l-kontenut tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew tal-metodoloġiji. |
|
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma ssodisfati mill-qafas legali u superviżorju Brażiljan għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju Brażiljan għas-CRAs għandu jitqies ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, mgħarrfa mill-ESMA, għandha tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju Brażiljan għas-CRAs u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju fis-seħħ għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-Brażil jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1).
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/68 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' April 2014
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Arġentina bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/246/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni tat mandat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li bih talbet il-parir tagħha dwar il-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju tal-Arġentina fir-rigward tal-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu (CRAs). |
|
(2) |
Fil-parir tekniku tagħha mogħti fil-31 ta' Mejju 2013 u fl-aġġornament ta' dak il-parir tekniku mogħti fit-18 ta' Diċembru 2013, l-ESMA indikat li fir-riżultati tagħha, il-qafas legali u superviżorju Arġentin fir-rigward tal-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu huwa komparabbli ma' dak stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
|
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz ikun ikkunsidrat bħala ekwivalenti mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, CRAs f'pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Il-qafas legali u regolatorju Arġentin ilu fis-seħħ mill-1992. Riċentement ġie rieżaminat u msaħħaħ, u bħalissa jikkonsisti fil-Liġi Nru 26.831 (il-“Liġi dwar is-Swieq ta' Kapital”), adottata fid-29 ta' Novembru 2012, ikkomplementata bid-Digriet Nru 1023/13 tad-29 ta' Lulju 2013, li jistabbilixxi prinċipji ġenerali dwar is-swieq ta' kapital Arġentini inklużi prinċipji f'livell għoli biex jiġu applikati għas-CRAs, u r-regolamenti l-ġodda tal-Kummissjoni Nazzjonali ta' implimentazzjoni tat-Titoli (Comision Nacional de Valores, CNV), li ġew adottati permezz tar-Riżoluzzjoni Ġenerali Nru 622/2013, kollha fis-seħħ. Is-CRAs għandhom jikkonformaw ukoll mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO). Skont dan il-qafas regolatorju, is-CRAs għandhom ikunu rreġistrati u taħt superviżjoni fuq bażi kontinwa mis-CNV. Il-Liġi Nru 26.831 tistabbilixxi l-kompetenzi ta' superviżjoni u ta' sanzjonar tas-CNV. Is-CNV għandha s-setgħa li twettaq spezzjonijiet u investigazzjonijiet fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew legali soġġetti għall-awtorità superviżorja tagħha, titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tibda azzjonijiet legali u tirrapporta reati. Is-CNV twettaq spezzjonijiet fuq il-post u mhux fuq il-post għal kull CRA rreġistrata darbtejn fis-sena. Is-CNV tista', f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet applikabbli, timponi penali bħal multi jew projbizzjoni għal perjodu minimu ta' ħames snin sabiex jitwettqu l-attivitajiet bħala direttur, maniġer, awditur jew membru tal-kumitat tal-klassifikazzjoni. Is-CNV tista' wkoll tissospendi temporanjament jew b'mod permanenti dawk responsabbli kif ukoll tirtira reġistrazzjonijiet jew awtorizzazzjonijiet tas-CRAs. Is-CNV iżżomm reġistru pubbliku ta' kawżi ta' infurzar fuq il-websajt tagħha, li tindika meta l-kawżi jinbdew, id-deċiżjoni finali li titlaħaq u l-penali imposti. Il-ftehim ta' kooperazzjoni konkluż bejn l-ESMA u s-CNV jipprovdi għal skambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' miżuri ta' infurzar u superviżorji meħuda fil-konfront ta' CRAs transfruntieri. Fuq din il-bażi, għandu jiġi kkonsidrat li s-CRAs fl-Arġentina huma suġġetti għall-ħtiġijiet tar-reġistrazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-arranġamenti superviżorji u ta' infurzar Arġentini applikabbli għas-CRAs huma applikati u infurzati effettivament. |
|
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, is-CRAs fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għal regoli li jorbtu legalment li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikoli 6 sa 12 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a, 8b, 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I ma' dak ir-Regolament. Meta jiġi vvalutat it-twettiq ta' din il-kundizzjoni għandha tingħata attenzjoni mistħoqqa lill-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-qafas superviżorju u legali tal-Arġentina jeħtieġ li s-CRAs ikunu regolati minn bord ta' diretturi, responsabbli biex jiżgura maniġġjar sod u prudenti tas-CRA, li l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni jkunu indipendenti u li l-kunflitti ta' interess ikunu identifikati, immaniġġjati, divulgati u eliminati b'mod adegwat. Is-CRAs għandhom jadottaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi adegwati u effiċjenti għal dan l-għan, kif ukoll jissottomettu u jżommu informazzjoni dwar kunflitti ta' interess reali u potenzjali relatati mal-membri tal-kumitat tal-klassifikazzjoni, il-membri tal-bord, il-maniġers u l-impjegati permezz tal-Infostrada ta' Informazzjoni Finanzjarja (“Autopista de la informacion financiera”). Is-CRAs għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni ta' konformità permanenti u effiċjenti li topera indipendentement u tirrapporta direttament lill-bord. Fir-rigward ta' proċessi u proċeduri organizzattivi, il-qafas legali u superviżorju tal-Arġentina jinkludi regoli ddettaljati dwar tal-esternalizzazzjoni, iż-żamma tar-reġistri u l-kunfidenzjalità. Is-CRAs huma meħtieġa jwettqu rieżami tal-metodoloġiji ta' klassifikazzjoni, tal-mudelli u tas-suppożizzjonijiet ta' klassifikazzjoni prinċipali tagħhom, mill-inqas darba fis-sena u jagħmlu monitoraġġ u rieżami tal-klassifikazzjonijiet tagħhom mill-inqas erba' darbiet fis-sena. Il-qafas Arġentin jinkludi firxa wiesgħa ta' ħtiġijiet ta' divulgazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u attivitajiet ta' klassifikazzjoni, bħall-użu obbligatorju ta' kategoriji ta' klassifikazzjoni, il-ħtieġa għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jiġu ppubblikati minnufih wara deliberazzjoni tal-kumitat ta' klassifikazzjoni u l-klassifikazzjonijiet kollha u r-rapporti ta' klassifikazzjoni tagħhom li jiġu sottomessi għal pubblikazzjoni permezz tal-Infostrada ta' Informazzjoni Finanzjarja fuq il-paġna web tas-CNV. Għaldaqstant, il-qafas legali u superviżorju Arġentin għandu jilħaq l-istess għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tal-immaniġġjar ta' kunflitti ta' interess, il-proċessi u l-proċeduri organizzattivi li CRA għandha tistabbilixxi, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk jipprovdi għal protezzjoni ekwivalenti f'termini ta' integrità, trasparenza, governanza tajba tas-CRAs u affidabbiltà tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, ir-reġim regolatorju fil-pajjiż terz għandu jevita ndħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta' dak il-pajjiż terz mal-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tal-metodoloġiji. Is-CNV hija entità amministrattiva u konsegwentement hija suġġetta għal-Liġi 19.549 tat-3 ta' April 1972, il-Liġi tal-Proċedura Amministrattiva. Is-CNV taġixxi permezz ta' atti amministrattivi, fl-ambitu tas-setgħat delegati lilha. Sakemm jista' jiġi aċċertat ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tagħti s-setgħa lis-CNV jew kull awtorità pubblika oħra biex tinfluwenza l-kontenut tal-klassifikazzjoni jew tal-metodoloġiji tal-kreditu. |
|
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma milħuqa mill-qafas legali u superviżorju Arġentin għas-CRAs. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju Arġentin għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, infurmata mill-ESMA, għandha tkompli ssegwi l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju Arġentin għas-CRAs u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fis-seħħ fl-Arġentina jitqies bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1).
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/71 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' April 2014
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Messiku bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/247/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni tat mandat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li bih talbet il-parir tagħha dwar il-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju tal-Messiku fir-rigward tal-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu (CRAs). |
|
(2) |
Fil-parir tekniku tagħha mogħti fil-31 ta' Mejju 2013, l-ESMA indikat li fir-riżultati tagħha, il-qafas legali u superviżorju tal-Messiku fir-rigward tas-CRAs huwa komparabbli ma' dak stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
|
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz ikun ikkunsidrat bħala ekwivalenti mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, CRAs f'pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Is-CRAs ilhom regolati u supervizzati mill-Kummissjoni Messikana Bankarja u tat-Titoli (Comisión Nacional Bancaria y de Valores, CNBV) minn Lulju 1993. Minn Diċembru 1999, huma jridu jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel tas-CNBV sabiex joperaw u jipprovdu servizzi ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Fis-17 ta' Frar 2013, ir-Regolament emendat applikabbli attwalment dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (Disposiciones Aplicables a las Institutiones Calificadoras de Valores) ġie ppubblikat mis-CNBV fil-ġurnal uffiċjali tagħha u daħal fis-seħħ. Is-CNBV għandha s-setgħa li tinvestiga kwalunkwe azzjoni jew kwistjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu ksur tal-liġi. Is-CNBV għandha s-setgħa li titlob kull tip ta' informazzjoni u dokumenti, twettaq spezzjonijiet fuq il-post u ssejjaħ quddiema kull persuna li tista' tikkontribwixxi għall-investigazzjoni. Is-CRAs jistgħu jiġu esklużi b'mod permanenti jew temporanju, sospiżi jew tiġi rtirata l-liċenzja tagħhom. Is-CNBV għandha wkoll is-setgħa li timponi multi amministrattivi. Is-CNBV implimentat rieżaminazzjonijiet ta' konformità annwali tas-CRAs irreġistrati, li fuq il-bażi tagħhom għamlet osservazzjonijiet u imponiet sanzjonijiet. Il-ftehim ta' kooperazzjoni konkluż bejn l-ESMA u s-CNBV jipprovdi għal skambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' miżuri ta' infurzar u superviżorji meħuda fil-konfront ta' CRAs transfruntieri. Fuq din il-bażi, għandu jiġi kkonsidrat li s-CRAs fil-Messiku huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għall-ħtiġijiet ta' reġistrazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-arranġamenti superviżorji u ta' infurzar tal-Messiku applikabbli għas-CRAs huma applikati u infurzati effettivament. |
|
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, is-CRAs fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għal regoli li jorbtu legalment li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikoli 6 sa 12 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a, 8b, 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I ma' dan ir-Regolament. Meta jiġi vvalutat it-twettiq ta' din il-kundizzjoni għandha tingħata attenzjoni mistħoqqa lill-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-qafas Messikan fir-rigward tal-governanza korporattiva jitlob li s-CRAs ikollhom bord ta' diretturi, li jikkonsisti f'massimu ta' 21 direttur u li minnhom mill-inqas 25 % jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' indipendenza. Id-diretturi indipendenti fost oħrajn ikunu kompetenti għall-iżvilupp tal-politika ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-metodoloġiji, l-effettività tas-sistema ta' kontroll intern u l-monitoraġġ tal-konformità u ta' proċessi ta' governanza. Il-kunflitti ta' interess għandhom jiġu identifikati u eliminati u, jekk applikabbli, l-uffiċjal għall-konformità għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali li jista' jinfluwenza l-klassifikazzjonijiet. Meta CRA tidentifika kunflitt ta' interess li jista' jinfluwenza l-klassifikazzjonijiet tagħha, għandha tastjeni milli tipprovdi s-servizzi tagħha. Il-qafas tal-Messiku jinkludi ħtiġijiet organizzattivi estensivi li jikkonċernaw iż-żamma ta' reġistri u l-kunfidenzjalità, u jipprovdi li s-CRAs jibqgħu kompletament responsabbli għal kull attività esternalizzata. Entitajiet li jipprovdu servizzi esternalizzati lis-CRAs huma wkoll soġġetti għal superviżjoni mis-CNBV. Is-CRAs huma meħtieġa jistabbilixxu funzjoni ta' rieżami formali għar-rieżami ta' metodoloġiji u mudelli ta' klassifikazzjoni u l-qafas Messikan jinkludi firxa wiesgħa ta' ħtiġijiet ta' divulgazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni. Għaldaqstant, il-qafas legali u superviżorju Messikan għandu jilħaq l-istess għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-kunflitti ta' interess, il-proċessi u l-proċeduri organizzattivi li CRA għandha tistabbilixxi, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk dan jipprovdi protezzjoni ekwivalenti f'termini ta' integrità, trasparenza, governanza tajba tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u affidabbiltà tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, ir-reġim regolatorju fil-pajjiż terz għandu jevita ndħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta' dak il-pajjiż terz mal-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tal-metodoloġiji. Il-Kostituzzjoni Messikana tistabbilixxi li awtoritajiet amministrattivi huma permessi jaġixxu biss meta jkollhom awtorità espliċita jew setgħa stabbilita skont il-liġi applikabbli. Sakemm jista' jiġi aċċertat ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tagħti s-setgħa lis-CNBV jew kwalunkwe awtorità pubblika oħra biex tinfluwenza l-kontenut tal-klassifikazzjoni jew tal-metodoloġiji tal-kreditu. |
|
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma milħuqa mill-qafas legali u superviżorju Messikan għas-CRAs. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju Messikan għas-CRAs għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, infurmata mill-ESMA, għandha tkompli ssegwi l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju Messikan għas-CRAs u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fis-seħħ fil-Messiku jitqies bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1).
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/73 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' April 2014
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Singapor bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/248/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni tat mandat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li bih talbet il-parir tagħha dwar il-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju ta' Singapor fir-rigward tal-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu (CRAs). |
|
(2) |
Fil-parir tekniku tagħha mogħti fil-31 ta' Mejju 2013, l-ESMA indikat li fir-riżultati tagħha, il-qafas legali u superviżorju Singaporjan fir-rigward tas-CRAs huwa komparabbli ma' dak stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
|
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz ikun ikkunsidrat bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, CRAs f'pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Il-qafas legali u regolatorju għas-CRAs Singaporjani daħal fis-seħħ fis-17 ta' Jannar 2012. L-Awtorità Monetarja ta' Singapor (MAS), li huwa l-bank ċentrali ta' Singapor, għandu s-setgħa li joħroġ leġiżlazzjoni sekondarja fuq il-bażi tas-Securities and Futures Act (SFA). Is-CRAs huma meħtieġa jiksbu liċenzja tas-servizzi tas-swieq kapitali (CMS) skont l-SFA biex iwettqu servizzi ta' klassifikazzjoni tal-kreditu f'Singapor u huma supervizzati fuq bażi kontinwa mill-MAS. Regolamenti tal-MAS applikabbli għas-CRAs, bħala detenturi tal-liċenzji tas-CMS, jinkludu s-Securities and Futures (Liċenzjar u Kondotta ta' Negozju) Regulations u s-Securities and Futures (Ħtiġijiet Finanzjarji u ta' Marġini għad-Detenturi tal-Liċenzji tas-Servizzi tas-Swieq Kapitali) Regulations, kif ukoll Kodiċi ta' Kondotta għas-CRAs li torbot legalment. Il-qafas legali u superviżorju Singaporjan jipprovdi l-MAS b'varjetà komprensiva ta' setgħat li jippermettulha tinvestiga jekk is-CRAs humiex konformi mal-obbligi legali tagħhom, apparti l-obbligi tas-CRAs li jinformaw lill-MAS dwar kwalunkwe kambjament fid-dettalji tiegħu fuq bażi kontinwa u li jirreġistraw informazzjoni finanzjarja mal-MAS. L-MAS għandha s-setgħa li tispezzjona detentur tal-liċenzja ta' CMS u s-CRAs għandhom jippermettu l-MAS taċċedi b'mod sħiħ il-kotba, il-kontijiet u d-dokumenti tagħhom u jagħtu tali informazzjoni u faċilitajiet kif jista' jkun meħtieġ biex titmexxa l-ispezzjoni. L-MAS għandha l-awtorità tagħmel kopji jew tieħu fil-pussess tagħha kull wieħed mill-kotba ppreżentati u tista' tinvoka setgħat ta' investigazzjoni biex titlob il-produzzjoni tad-dokumenti. Sa April 2012, kienu liċenzjati tliet CRAs f'Singapor u fl-ewwel tmien xhur tal-2013, l-MAS wettqet spezzjoni fuq il-post waħda. Barra minn hekk, l-MAS għandha s-setgħa li toħroġ struzzjonijiet bil-miktub lil CRA li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kontenut ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, prospetti ta' klassifikazzjoni jew metodoloġiji, jekk tikkonsidra li huwa neċessarju jew xieraq fl-interessi tal-pubbliku jew għall-protezzjoni ta' investituri, tirtira l-liċenzja jew tissospendi l-attivitajiet ta' CRA, tippubblika informazzjoni relatata ma' kwalunkwe ksur minn CRA tal-obbligi tagħha. L-MAS tista' tirreferi l-kwistjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali. Il-ftehim ta' kooperazzjoni konkluż bejn l-ESMA u l-MAS jipprovdi għal skambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' miżuri ta' infurzar u superviżorji meħuda fil-konfront ta' CRAs transfruntieri. Fuq din il-bażi, għandu jiġi kkonsidrat li s-CRAs f'Singapor huma suġġetti għall-ħtiġijiet tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-arranġamenti superviżorji u ta' infurzar Singaporjani applikabbli għas-CRAs huma applikati jew infurzati effettivament. |
|
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, is-CRAs fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għal regoli li jorbtu legalment li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikoli 6 sa 12 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a, 8b, 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I ma' dak ir-Regolament. Meta jiġi vvalutat it-twettiq ta' din il-kundizzjoni għandha tingħata attenzjoni mistħoqqa lill-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Fir-rigward ta' governanza korporattiva, il-qafas legali u superviżorju Singaporjan jipprovdi għal obbligu ġenerali għas-CRAs, l-uffiċjali u l-persunal tagħhom biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod indipendenti u l-indipendenza effettiva tad-diretturi hija miksuba permezz ta' ħtiġijiet għal politiki speċifiċi u tkun murija lill-MAS. Is-CRAs għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-MAS għall-ħatra ta' CEO jew direttur, mentri l-MAS tikkonsidra l-esperjenza, l-għarfien espert u l-prestazzjoni tal-passat tal-individwu. L-MAS għandha wkoll is-setgħa li tesiġi t-tneħħija tas-CEO, tad-diretturi jew ta' uffiċjali oħra tas-CRA jekk tikkonsidra li dawn il-persuni jkunu naqsu milli jwettqu d-dmirijiet tagħhom, bħal fir-rigward ta' kunflitti ta' interess u l-funzjoni ta' rieżami u ta' konformità. Dispożizzjonijiet estensivi huma fis-seħħ fil-qafas legali u superviżorju Singaporjan rigward l-identifikazzjoni, l-eliminazzjoni, l-immaniġġjar u d-divulgazzjoni ta' kunflitti ta' interess reali jew potenzjali. Dan il-qafas jeħtieġ ukoll li s-CRAs jistabbilixxu funzjoni ta' rieżami bir-reqqa u formali għar-rieżami ta' metodoloġiji ta' klassifikazzjoni u jinkludi numru ta' ħtiġijiet organizzattivi sabiex tiġi żgurata konformità mal-liġijiet u r-regoli applikabbli kif ukoll ħtiġijiet ta' divulgazzjoni bħal dwar l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata meta jinħarġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjonijiet annwali li jikkonċernaw l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tagħha. Għaldaqstant, il-qafas legali u superviżorju Singaporjan għandu jilħaq l-istess għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-kunflitti ta' interess, il-proċessi u l-proċeduri organizzattivi li CRA għandha tistabbilixxi, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk jipprovdi għal protezzjoni ekwivalenti f'termini ta' integrità, trasparenza, governanza tajba tas-CRAs u affidabbiltà tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, ir-reġim regolatorju fil-pajjiż terz għandu jevita ndħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta' dak il-pajjiż terz mal-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tal-metodoloġiji. Sakemm jista' jiġi aċċertat ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tagħti s-setgħa lill-MAS jew kull awtorità pubblika oħra biex tinfluwenza l-kontenut tal-klassifikazzjoni jew tal-metodoloġiji tal-kreditu. Kull att mill-MAS barra mis-setgħat tagħha jista' jkun soġġett għal rieżami ġudizzjarju. |
|
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma milħuqa mill-qafas legali u superviżorju Singaporjan għas-CRAs. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju Singaporjan għas-CRAs għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, infurmata mill-ESMA, għandha tkompli ssegwi l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju ta' Singapor għas-CRAs u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fis-seħħ f'Singapor jitqies bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1).
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/76 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' April 2014
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/249/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni tat mandat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li bih talbet il-parir tekniku tagħha dwar il-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong fir-rigward tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (CRAs). |
|
(2) |
Fil-parir tekniku tagħha mogħti fil-31 ta' Mejju 2013, ESMA indikat li fir-riżultati tagħha, il-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong fir-rigward tas-CRAs huwa komparabbli ma' dak stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
|
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz ikun ikkunsidrat bħala ekwivalenti mal-ħtiġijiet ta' dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, CRAs f'pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Il-qafas legali u regolatorju ta' Ħong Kong għas-CRAs jikkonsisti fis-Securities and Futures Ordinance (SFO) u l-Code of Conduct for Persons Providing Credit Rating Services (COC), li l-emendi rilevanti tagħhom daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011. Is-CRAs u l-analisti ta' klassifikazzjoni tagħhom li jipprovdu servizzi ta' klassifikazzjoni tal-kreditu f'Ħong Kong huma meħtieġa li jkunu liċenzjati biex jipprovdu servizzi ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u huma soġġetti għal superviżjoni mis-Securities and Futures Commission (SFC) ta' Ħong Kong. Il-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong jipprovdi lill-SFC b'varjetà komprensiva ta' setgħat li jippermettulha tinvestiga jekk is-CRAs humiex konformi mal-obbligi legali tagħhom. L-SFC tista' ġġiegħel kemm persuni mhux regolati u kemm dawk regolati biex jipproduċu informazzjoni u dokumenti rilevanti għall-investigazzjoni, inklużi reġistri tal-kummerċ, reġistri tal-bank, reġistri tat-telefown, reġistri tal-Internet u informazzjoni tas-sjieda benefiċjarja. Din is-setgħa tapplika għaż-żewġ persuni taħt investigazzjoni jew għal min l-SFC għandha kawża raġonevoli biex temmen li huma fil-pussess ta' informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni. Barra minn hekk, fejn hemm biża' ta' tħassir jew tneħħija ta' evidenza, ħarba tal-persuna fil-mira jew tħassib ieħor, l-SFC għandha s-setgħa li taċċessa proprjetà privata ta' persuni kemm mhux regolati u kemm dawk regolati fuq il-ħruġ ta' mandat ta' perkwiżizzjoni minn awtorità ġudizzjarja. Barra minn hekk, l-SFC għandha varjetà sħiħa ta' setgħat biex tieħu azzjonijiet kriminali, ċivili, amministrattivi u azzjonijiet oħrajn. Dawn jinkludu s-setgħa amministrattiva li timponi sanzjonijiet dixxiplinarji kontra persuni liċenzjati jew reġistrati mal-SFC, li timponi restrizzjonijiet fuq persuni liċenzjati jew reġistrati rigward l-attivitajiet tan-negozju tagħhom, li tirtira jew tissospendi liċenzji jew reġistrazzjoni ta' persuna liċenzjata jew reġistrata u li twissi, timponi obbligi jew timmulta persuni liċenzjati jew reġistrati sa massimu ta' 10 miljun dollaru ta' Ħong Kong jew tliet darbiet il-qligħ gwadanjat jew telf evitat. L-SFC għandha wkoll is-setgħa li tirrikorri għand il-qorti rilevanti għal ordnijiet inġuntivi jew rimedjali. L-SFC tmexxi, barra minn spezzjonijiet fuq il-post, superviżjoni barra mis-sit permezz ta' interazzjonijiet ma' CRAs liċenzjati biex tifhem il-mudelli u l-pjanijiet tan-negozju tagħhom u r-riskji inerenti f'tali attivitajiet, bil-ħsieb li tidentifika u tivvaluta r-riskji li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tan-negozju tagħhom. Informazzjoni dwar CRAs liċenzjati hija miġbura permezz ta' reġistri mal-SFC, inklużi iżda mhux limitata għal kontijiet annwali verifikati u rapporti ta' analiżi tal-kontroll annwali. L-SFC issegwi wkoll fuq ilmenti u ksur irrappurtat mill-persuna stess. Peress li r-reġim tas-CRA ta' Ħong Kong sar effettiv mill-1 ta' Ġunju 2011, is-CRAs liċenzjati kollha huma suġġetti għal superviżjoni kurrenti u setgħat ta' infurzar tal-SFC. Il-ftehim ta' kooperazzjoni konkluż bejn l-ESMA u l-SFC jipprovdi għal skambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' miżuri ta' infurzar u superviżorji meħuda fil-konfront ta' CRAs transfruntieri. Fuq din il-bażi, għandu jiġi kkonsidrat li s-CRAs f'Ħong Kong huma suġġetti għall-ħtiġijiet tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-arranġamenti superviżorji u ta' infurzar ta' Ħong Kong applikabbli għas-CRAs huma applikati jew infurzati effettivament. |
|
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, is-CRAs fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għal regoli li jorbtu legalment li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikoli 6 sa 12 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a, 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I ma' dak ir-Regolament. Meta jiġi vvalutat it-twettiq ta' din il-kundizzjoni għandha tingħata attenzjoni mistħoqqa lill-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong jistipula l-ħtiġijiet ta' governanza korporattiva dettaljati. Il-bord tad-diretturi u uffiċjali responsabbli għall-attivitajiet regolati jġorr reponsabbiltà primarja biex jiżgura ż-żamma ta' standards ta' kondotta xierqa u aderenza mal-proċeduri xierqa mis-CRA. Is-CRAs għandu jkollhom żewġ uffiċjali responsabbli, it-tnejn li huma għandhom ikunu approvati mill-SFC, u tal-inqas wieħed minnhom għandu jkun direttur eżekuttiv taħt l-SFO. Dispożizzjonijiet estensivi huma fis-seħħ rigward kunflitti ta' interess, li jeħtieġu li s-CRAs jidentifikaw u jeliminaw jew jimmaniġġjaw kunflitti ta' interess u li jkunu organizzati f'manjiera li tiżgura li l-interess tan-negozju tagħhom ma jxekkilx l-indipendenza u l-preċiżjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif ukoll ħtiġijiet organizzattivi, inklużi l-esternalizzazzjoni, iż-żamma tar-reġistri u l-kunfidenzjalità. F'termini ta' ħtiġijiet organizzattivi, il-Kodiċi Ġenerali tal-SFC u l-COC jistipulaw il-ħtiġijiet li s-CRAs għandhom jilħqu bħalma huma dawk rigward politiki u proċeduri sabiex tiġi żgurata konformità mal-obbligazzjonijiet legali u funzjoni ta' konformità permanenti u effettiva. Is-CRAs huma meħtieġa wkoll jistabbilixxu funzjoni ta' rieżami responsabbli sabiex tirrieżamina perjodikament il-metodoloġiji u l-mudelli ta' klassifikazzjoni u kambjamenti sinifikanti relatati magħhom. Il-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong jinkludi varjetà wiesgħa ta' ħtiġijiet ta' divulgazzjoni, bħal divulgazzjoni pubblika tal-klassifikazzjonijiet u divulgazzjoni pubblika annwali dwar il-klassifikazzjoni u attivitajiet anċillari. Għaldaqstant, il-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong għandu jilħaq l-istess għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-kunflitti ta' interess, il-proċessi u l-proċeduri organizzattivi li CRA għandha tistabbilixxi, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk għandu jipprovdi għal protezzjoni ekwivalenti f'termini ta' integrità, trasparenza, governanza tajba tas-CRAs u affidabbiltà tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, ir-reġim regolatorju fil-pajjiż terz għandu jevita ndħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta' dak il-pajjiż terz mal-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tal-metodoloġiji. It-Taqsimiet 4 u 5 tal-SFO stipulaw l-objettivi regolatorji u l-funzjonijiet u s-setgħat tal-SFC rispettivament, li ma jinkludu l-ebda setgħa biex l-SFC tindaħal fi kwalunkwe klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa minn CRA jew f'metodoloġija tal-klassifikazzjoni ta' dik is-CRA. Sakemm jista' jiġi aċċertat ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tagħti s-setgħa lill-SFC jew kull awtorità pubblika oħra biex tinfluwenza l-kontenut tal-klassifikazzjoni jew tal-metodoloġiji tal-kreditu. |
|
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma milħuqa mill-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong għas-CRAs. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong għas-CRAs għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, infurmata mill-ESMA, għandha tkompli ssegwi l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong għas-CRAs u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fis-seħħ f'Ħong Kong jitqies bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1).
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/79 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' April 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta' miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'ċerti żoni tal-Irlanda u r-Renju Unit
(notifikata bid-dokument C(2014) 2763)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/250/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (2) tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' konsenji tal-annimali akkwatiċi sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta' ċertu mard fit-territorju tagħhom. |
|
(2) |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw dawn ir-restrizzjonijiet jekk ikunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati tat-territorju tagħhom, huma ħielsa minn dan il-mard jew li dawn stabilixxew programm ta' qerda biex jiksbu t-tali ħelsien. |
|
(3) |
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jelenkaw żoni fl-Irlanda u r-Renju Unit b'miżuri nazzjonali approvati biex jikkontrollaw l-ostreid herpesvirus 1 μvar (OsHV-1 μVar). |
|
(4) |
Billi l-OsHV-1 μVar kienet għadha meqjusa bħala marda emerġenti b'ħafna inċertezzi dwarha u l-programmi ta' sorveljanza approvati bid-Deċiżjoni 2010/221/UE ma kinux ġew ivvalutati għal kollox, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/213/UE (3) awtorizzat li r-restrizzjonijiet relatati mal-OsHV-1 μVar jiġu applikati għal dawk iż-żoni sat-30 ta' April 2014. |
|
(5) |
L-għarfien xjentifiku attwalment disponibbli jindika li l-OsHV-1 μVar għadu l-aġent misjub f'ħafna mill-kampjuni miġbura minn avvenimenti ta' mortalità tal-gajdri żgħar u l-larvi tal-gajdri, u li r-rata ta' mortalità globali minħabba din il-marda naqset u stabbilizzat matul l-aħħar sentejn. Barra minn hekk, il-programmi ta' sorveljanza tal-Irlanda u r-Renju Unit juru li hemm numru sinifikanti ta' żoni ta' produzzjoni għall-gajdri tal-Paċifiku li baqgħu ħielsa mill-marda. Dawk il-programmi jindikaw li l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet ta' moviment attwalment fis-seħħ kienet fil-fatt effettiva. Madankollu, għad baqa' xi inċertezzi fir-rigward tal-epidemjoloġija tal-marda, u fir-rigward tal-aktar miżuri adegwati meħtieġa biex jiżguraw kontroll effettiv. Għalhekk, hija meħtieġa evalwazzjoni xjentifika aktar komprensiva tas-sitwazzjoni, inkluża opinjoni xjentifika ġdida mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (European Food Safety Authority — EFSA). |
|
(6) |
Fuq bażi tal-evidenza xjentifika u epidemjoloġika disponibbli dwar l-evoluzzjoni tal-OsHV-1 μVar fl-Unjoni, u sakemm tingħata opinjoni xjentifika ġdida mill-EFSA, huwa xieraq li jittawwal il-perjodu ta' validità tal-miżuri attwalment fis-seħħ li bihom l-Istati Membri jistgħu japplikaw restrizzjonijiet speċifiċi relatati ma' din il-marda. Dan il-perjodu għandu jkun limitat għal sentejn oħra sat-30 ta' April 2016. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/12/UE (4) kkonfermat l-istatus ta' ħelsien mill-marda tal-OsHV-1 μVar tat-territorji tar-Renju Unit li ġejjin, elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE: (i) it-territorju tal-Gran Brittanja ħlief il-Bajja ta' Whitstable f'Kent, l-Estwarju ta' Blackwater f'Essex u l-Port ta' Poole f'Dorset; (ii) iż-żona ta' Larne Lough fit-territorju tal-Irlanda ta' Fuq; u (iii) it-territorju ta' Guernsey. |
|
(8) |
Skont id-dikjarazzjoni notifikata lill-Kummissjoni mir-Renju Unit, il-programm ta' sorveljanza għall-OsHV-1 μVar juri status ta' ħelsien mill-marda bl-eċċezzjoni taż-żoni infettati u mhux se jibqa' jiġi applikat kif indikat fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE. |
|
(9) |
L-annotazzjoni tar-Renju Unit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha għalhekk titneħħa. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 2010/221/UE, id-data “30 ta' April 2014” għandha tiġi sostitwita bid-data “30 ta' April 2016”.
Artikolu 2
Fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE l-annotazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μvar (OsHV-1μVar) titneħħa.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Mejju 2014.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta' April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b'konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 98, 24.4.2010, p. 7).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/213/UE tad-29 ta' April 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta' miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1μvar (OsHV-1 μvar) f'ċerti żoni fl-Irlanda u fir-Renju Unit (ĠU L 120, 1.5.2013, p. 16).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/12/UE tal-14 ta' Jannar 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta' miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f'partijiet tal-Irlanda, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (ĠU L 11, 16.1.2014, p. 6).
|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/81 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' April 2014
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2013
(notifikata bid-dokument C(2014) 2785)
(2014/251/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 119(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2006 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif emendat mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013, li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (4), jipprovdi li l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 japplika għal approvazzjoni finanzjarja tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għas-sena finanzjarja agrikola 2013. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 119(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, emendat bl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013), il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-pagamenti, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul u l-kundizzjonijiet tar-rifużjoni tan-nefqa skont il-FAEG u l-FAEŻR (5), is-sena finanzjarja għall-kontijiet tal-FAEG tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena N — 1 u tispiċċa fil-15 ta' Ottubru tas-sena N. Fil-qafas tal-approvazzjoni tal-kontijiet, sabiex jiġi alinjat il-perjodu ta' referenza għan-nefqa tal-FAEŻR ma' dak tal-FAEG, għandha titqies is-sena finanzjarja 2013 tan-nefqa imġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru 2012 u l-15 ta' Ottubru 2013. |
|
(4) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew imħallsa lilhom, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummisjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel il-31 ta' Marzu 2014, flimkien mal-emendi meħtieġa. |
|
(6) |
Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu li l-Kummissjoni għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati mill-Istati Membri u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lilhom. |
|
(7) |
It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jeħtieġ aktar stħarriġ u l-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni tista' tnaqqas jew tissospendi temporanjament il-pagamenti interim lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Din għandha tinforma lill-Istat Membru kif xieraq. Fit-teħid ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi sabiex jiġi evitat kull pagament mhux xieraq jew mhux f'waqtu, ir-rifużjoni ta' ammonti li iktar tard jistgħu jkunu l-oġġett ta' korrezzjoni finanzjarja. B'mod partikolari, it-tieni u t-tielet dikjarazzjonijiet trimestrali tal-2013 inklużi rispettivament l-ammonti ta' EUR 753 591,20 u EUR 532 237,50 għall-Programm tal-Iżvilupp Rurali Lazio (CCI 2007IT06RP0005). Dawn l-ammonti ġew inklużi wkoll fid-dikjarazzjoni annwali għas-sena finanzjarja 2013. L-ammonti inkwistjoni kienu soġġetti għal tnaqqis skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)8989 abbażi ta' finanzjament irregolari u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)1278 abbażi li ma ġewx irrispettati l-limiti taż-żmien għal verifika obbligatorja. Billi l-proċedura skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għadha għaddejja, dan it-tnaqqis għandu jinżamm. |
|
(9) |
It-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 jipprovdi li d-deċiżjoni tal-approvazzjoni finanzjarja tiddetermina l-ammonti li għandhom jintalbu mingħand l-UE u l-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-proċedura skont l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tkompli tapplika għan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għas-sena finanzjarja 2013. Matul is-sena finanzjarja agrikola 2013, l-Artikoli 32 u 33 kienu fis-seħħ, u għalhekk l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħhom għandhom jitqiesu fid-deċiżjoni ta' approvazzjoni finanzjarja fir-rigward tas-sena finanzjarja 2013. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar qabel l-għeluq tal-programm tal-iżvilupp rurali fi żmien erba' snin mis-sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, jew meta jingħalaq il-programm jekk dawk l-iskadenzi jkunu jagħlqu qabel jagħlaq il-programm stess. L-Artikolu 33(4) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex flimkien mal-kontijiet annwali jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b'reazzjoni għall-irregolaritajiet. Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III tar-Regolament imsemmi jagħti t-tabella li kellha tingħata mill-Istati Membri fl-2014. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta' rkupru ta' irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' snin jew tmienja, rispettivament. Għal dan l-għan, din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni ta' konformità addizzjonali possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 33(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u bis-saħħa tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 885/2006, wara l-għeluq tal-programm tal-iżvilupp rurali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà jew li aktarx ikunu se jiġġarrbu, ikun jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mis-sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 33(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti mhumiex iddebitati lill-Istati Membri kkonċernati u konsegwentement għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Għal dan l-għan, din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni ta' konformità addizzjonali possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 33(5) ta' dak ir-Regolament. |
|
(12) |
Skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, emendat mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013), l-ammont totali ta' prefinanzjament u pagamenti intermedji ma għandux jaqbeż il-95 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal kull programm tal-iżvilupp rurali. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 26(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 36(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-pagamenti intermedji għandhom isiru mingħajr ma tinqabeż il-kontribuzzjoni programmata finanzjarja totali tal-FAEŻR għal kull prijorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, mingħajr preġudizzju għal-limitu stipulat fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fejn it-total tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż jaqbeż it-total ipprogrammat għal prijorità tal-programm ta' żvilupp rurali, l-ammont li jrid jitħallas huwa limitat għall-ammont totali pprogrammat għal din it-tema. Il-pjan finanzjarju tal-Assi 2 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007PT06RP0001 inqabeż b'EUR 913 212,81 fid-dikjarazzjoni trimestrali għall-Q3 2013. Dan l-ammont ma kienx tħallas mill-Kummissjoni. Pjan finanzjarju ġdid ma ġiex approvat u adottat mill-Kummissjoni. L-ammont ta' EUR 913 212,81 inkluż fid-dikjarazzjoni annwali għas-sena finanzjarja 2013 għandu għalhekk jiġi eskluż mid-deċiżjoni ta' approvazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja 2013. Dan ikun soġġett għal rimborż aktar tard mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tal-pjan finanzjarju l-ġdid. |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet ta' approvazzjoni ta' konformità addizzjonali possibbli li l-Kummissjoni tista' tieħu biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri, għajr ta' dawk l-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għas-sena finanzjarja 2013, huma b'dan approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru, jew imħallsa lilu, permez ta' kull programm tal-iżvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 2
Għas-sena finanzjarja 2013, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għan-nefqa ta' kull programm tal-Iżvilupp Rurali ffinanzjat mill-FAEŻR, stabbiliti fl-Anness II, huma diżassoċjati minn din id-Deċiżjoni u fil-futur għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta' aktar deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni tista' tieħu skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 sabiex mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea teskludi nefqa li ma tkunx effettwat bir-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.
ANNESS I
In-nefqa tal-FAEŻR approvata mill-Programm ta' Żvilupp Rurali għas-sena finanzjarja 2013
Ammont għal kull programm li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu
Programmi approvati bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR
|
F'Euro |
||||||||
|
Stat Membru |
CCI |
Nefqa 2013 |
Aġġustamenti |
Total |
Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw |
Ammont aċċettat u approvat għas-sena finanzjarja 2013 |
Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas (+) lilu (*1) |
|
|
|
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
|
AT |
2007AT06RPO001 |
526 093 587,02 |
0,00 |
526 093 587,02 |
0,00 |
526 093 587,02 |
526 228 598,38 |
– 135 011,36 |
|
BE |
2007BE06RPO001 |
17 530 612,03 |
0,00 |
17 530 612,03 |
0,00 |
17 530 612,03 |
17 530 604,51 |
7,52 |
|
BE |
2007BE06RPO002 |
24 009 543,25 |
0,00 |
24 009 543,25 |
0,00 |
24 009 543,25 |
24 020 335,79 |
– 10 792,54 |
|
CY |
2007CY06RPO001 |
22 911 162,41 |
0,00 |
22 911 162,41 |
0,00 |
22 911 162,41 |
22 911 162,05 |
0,36 |
|
CZ |
2007CZ06RPO001 |
371 656 567,14 |
0,00 |
371 656 567,14 |
0,00 |
371 656 567,14 |
371 656 234,34 |
332,80 |
|
DE |
2007DE06RAT001 |
502 729,46 |
0,00 |
502 729,46 |
0,00 |
502 729,46 |
502 729,47 |
– 0,01 |
|
DE |
2007DE06RPO003 |
74 073 468,14 |
0,00 |
74 073 468,14 |
0,00 |
74 073 468,14 |
74 028 548,75 |
44 919,39 |
|
DE |
2007DE06RPO004 |
189 496 395,12 |
0,00 |
189 496 395,12 |
0,00 |
189 496 395,12 |
189 496 395,12 |
0,00 |
|
DE |
2007DE06RPO007 |
177 835 416,54 |
0,00 |
177 835 416,54 |
0,00 |
177 835 416,54 |
177 835 470,52 |
– 53,98 |
|
DE |
2007DE06RPO009 |
3 098 847,36 |
0,00 |
3 098 847,36 |
0,00 |
3 098 847,36 |
3 098 852,43 |
– 5,07 |
|
DE |
2007DE06RPO010 |
35 055 715,71 |
0,00 |
35 055 715,71 |
0,00 |
35 055 715,71 |
35 055 224,07 |
491,64 |
|
DE |
2007DE06RPO011 |
120 203 444,24 |
0,00 |
120 203 444,24 |
0,00 |
120 203 444,24 |
120 203 444,24 |
0,00 |
|
DE |
2007DE06RPO012 |
133 868 923,35 |
0,00 |
133 868 923,35 |
0,00 |
133 868 923,35 |
133 868 924,53 |
– 1,18 |
|
DE |
2007DE06RPO015 |
51 957 366,10 |
0,00 |
51 957 366,10 |
0,00 |
51 957 366,10 |
51 957 366,11 |
– 0,01 |
|
DE |
2007DE06RPO017 |
35 530 668,81 |
0,00 |
35 530 668,81 |
0,00 |
35 530 668,81 |
35 530 668,81 |
0,00 |
|
DE |
2007DE06RPO018 |
4 837 457,91 |
0,00 |
4 837 457,91 |
0,00 |
4 837 457,91 |
4 837 457,91 |
0,00 |
|
DE |
2007DE06RPO019 |
186 767 637,25 |
0,00 |
186 767 637,25 |
0,00 |
186 767 637,25 |
186 767 637,25 |
0,00 |
|
DE |
2007DE06RPO020 |
126 784 016,99 |
0,00 |
126 784 016,99 |
0,00 |
126 784 016,99 |
126 784 016,99 |
0,00 |
|
DE |
2007DE06RPO021 |
46 018 979,79 |
0,00 |
46 018 979,79 |
0,00 |
46 018 979,79 |
46 019 446,34 |
– 466,55 |
|
DE |
2007DE06RPO023 |
107 488 779,90 |
0,00 |
107 488 779,90 |
0,00 |
107 488 779,90 |
107 488 779,93 |
– 0,03 |
|
EE |
2007EE06RPO001 |
126 354 432,67 |
0,00 |
126 354 432,67 |
0,00 |
126 354 432,67 |
126 354 622,82 |
– 190,15 |
|
ES |
2007ES06RAT001 |
2 699 506,08 |
0,00 |
2 699 506,08 |
0,00 |
2 699 506,08 |
2 699 506,08 |
0,00 |
|
ES |
2007ES06RPO002 |
39 287 287,70 |
0,00 |
39 287 287,70 |
0,00 |
39 287 287,70 |
39 287 347,33 |
– 59,63 |
|
ES |
2007ES06RPO004 |
9 948 454,64 |
0,00 |
9 948 454,64 |
0,00 |
9 948 454,64 |
10 278 838,70 |
– 330 384,06 |
|
ES |
2007ES06RPO005 |
30 429 329,43 |
0,00 |
30 429 329,43 |
0,00 |
30 429 329,43 |
30 429 329,44 |
– 0,01 |
|
ES |
2007ES06RPO006 |
12 276 812,82 |
0,00 |
12 276 812,82 |
0,00 |
12 276 812,82 |
12 276 812,82 |
0,00 |
|
ES |
2007ES06RPO007 |
133 356 956,86 |
0,00 |
133 356 956,86 |
0,00 |
133 356 956,86 |
133 356 929,78 |
27,08 |
|
ES |
2007ES06RPO008 |
120 063 594,07 |
0,00 |
120 063 594,07 |
0,00 |
120 063 594,07 |
120 063 595,49 |
– 1,42 |
|
ES |
2007ES06RPO009 |
42 760 315,52 |
0,00 |
42 760 315,52 |
0,00 |
42 760 315,52 |
42 760 312,36 |
3,16 |
|
ES |
2007ES06RPO010 |
93 302 082,46 |
0,00 |
93 302 082,46 |
0,00 |
93 302 082,46 |
93 415 736,90 |
– 113 654,44 |
|
ES |
2007ES06RPO011 |
96 056 143,10 |
0,00 |
96 056 143,10 |
0,00 |
96 056 143,10 |
96 056 116,07 |
27,03 |
|
ES |
2007ES06RPO012 |
9 605 181,55 |
0,00 |
9 605 181,55 |
0,00 |
9 605 181,55 |
9 605 181,33 |
0,22 |
|
ES |
2007ES06RPO013 |
40 890 414,45 |
0,00 |
40 890 414,45 |
0,00 |
40 890 414,45 |
41 008 945,50 |
– 118 531,05 |
|
ES |
2007ES06RPO014 |
18 968 083,85 |
0,00 |
18 968 083,85 |
0,00 |
18 968 083,85 |
18 968 084,47 |
– 0,62 |
|
ES |
2007ES06RPO015 |
17 440 397,34 |
0,00 |
17 440 397,34 |
0,00 |
17 440 397,34 |
17 439 870,09 |
527,25 |
|
ES |
2007ES06RPO016 |
7 378 938,80 |
0,00 |
7 378 938,80 |
0,00 |
7 378 938,80 |
7 378 941,52 |
– 2,72 |
|
ES |
2007ES06RPO017 |
22 321 331,40 |
0,00 |
22 321 331,40 |
0,00 |
22 321 331,40 |
22 320 969,57 |
361,83 |
|
FI |
2007FI06RPO001 |
331 806 407,76 |
0,00 |
331 806 407,76 |
0,00 |
331 806 407,76 |
331 853 661,89 |
– 47 254,13 |
|
FI |
2007FI06RPO002 |
2 333 555,42 |
0,00 |
2 333 555,42 |
0,00 |
2 333 555,42 |
2 333 555,42 |
0,00 |
|
FR |
2007FR06RPO001 |
870 561 273,84 |
0,00 |
870 561 273,84 |
0,00 |
870 561 273,84 |
871 240 472,64 |
– 679 198,80 |
|
FR |
2007FR06RPO002 |
15 945 548,51 |
0,00 |
15 945 548,51 |
0,00 |
15 945 548,51 |
15 945 581,19 |
– 32,68 |
|
FR |
2007FR06RPO003 |
16 566 211,10 |
0,00 |
16 566 211,10 |
0,00 |
16 566 211,10 |
16 566 211,15 |
– 0,05 |
|
FR |
2007FR06RPO004 |
12 870 693,06 |
0,00 |
12 870 693,06 |
0,00 |
12 870 693,06 |
12 884 347,90 |
– 13 654,84 |
|
FR |
2007FR06RPO005 |
23 716 944,57 |
0,00 |
23 716 944,57 |
0,00 |
23 716 944,57 |
23 716 945,03 |
– 0,46 |
|
FR |
2007FR06RPO006 |
47 353 734,75 |
0,00 |
47 353 734,75 |
0,00 |
47 353 734,75 |
47 354 604,75 |
– 870,00 |
|
HU |
2007HU06RPO001 |
488 440 120,46 |
0,00 |
488 440 120,46 |
0,00 |
488 440 120,46 |
488 367 811,52 |
72 308,94 |
|
IE |
2007IE06RPO001 |
321 600 879,23 |
0,00 |
321 600 879,23 |
0,00 |
321 600 879,23 |
321 597 909,38 |
2 969,85 |
|
IT |
2007IT06RAT001 |
5 739 453,45 |
0,00 |
5 739 453,45 |
0,00 |
5 739 453,45 |
5 739 453,45 |
0,00 |
|
IT |
2007IT06RPO001 |
26 101 736,62 |
0,00 |
26 101 736,62 |
0,00 |
26 101 736,62 |
26 115 464,35 |
– 13 727,73 |
|
IT |
2007IT06RPO002 |
13 934 964,22 |
0,00 |
13 934 964,22 |
0,00 |
13 934 964,22 |
13 934 964,04 |
0,18 |
|
IT |
2007IT06RPO003 |
74 412 930,10 |
0,00 |
74 412 930,10 |
0,00 |
74 412 930,10 |
74 412 930,43 |
– 0,33 |
|
IT |
2007IT06RPO004 |
20 028 568,61 |
0,00 |
20 028 568,61 |
0,00 |
20 028 568,61 |
20 036 023,32 |
– 7 454,71 |
|
IT |
2007IT06RPO005 |
42 156 869,89 |
1 285 828,70 |
40 871 041,19 |
0,00 |
40 871 041,19 |
40 873 284,25 |
– 2 243,06 |
|
IT |
2007IT06RPO006 |
15 828 545,98 |
0,00 |
15 828 545,98 |
0,00 |
15 828 545,98 |
15 842 357,78 |
– 13 811,80 |
|
IT |
2007IT06RPO007 |
92.277 508,99 |
0,00 |
92 277 508,99 |
0,00 |
92 277 508,99 |
92 277 640,74 |
– 131,75 |
|
IT |
2007IT06RPO008 |
19 576 025,89 |
0,00 |
19 576 025,89 |
0,00 |
19 576 025,89 |
19 577 291,91 |
– 1 266,02 |
|
IT |
2007IT06RPO009 |
60 493 655,95 |
0,00 |
60 493 655,95 |
0,00 |
60 493 655,95 |
60 493 655,95 |
0,00 |
|
IT |
2007IT06RPO010 |
53 571 538,99 |
0,00 |
53 571 538,99 |
0,00 |
53 571 538,99 |
52 847 443,99 |
724 095,00 |
|
IT |
2007IT06RPO011 |
11 452 008,76 |
0,00 |
11 452 008,76 |
0,00 |
11 452 008,76 |
11 452 028,81 |
– 20,05 |
|
IT |
2007IT06RPO012 |
44 748 298,33 |
0,00 |
44 748 298,33 |
0,00 |
44 748 298,33 |
44 845 581,90 |
– 97 283,57 |
|
IT |
2007IT06RPO013 |
3 056 780,14 |
0,00 |
3 056 780,14 |
0,00 |
3 056 780,14 |
3 056 780,11 |
0,03 |
|
IT |
2007IT06RPO014 |
77 784 956,83 |
0,00 |
77 784 956,83 |
0,00 |
77 784 956,83 |
77 784 953,83 |
3,00 |
|
IT |
2007IT06RPO015 |
16 279 466,81 |
0,00 |
16 279 466,81 |
0,00 |
16 279 466,81 |
16 287 891,49 |
– 8 424,68 |
|
IT |
2007IT06RPO016 |
72 589 147,74 |
0,00 |
72 589 147,74 |
0,00 |
72 589 147,74 |
72 678 747,80 |
– 89 600,06 |
|
IT |
2007IT06RPO017 |
64 873 608,54 |
0,00 |
64 873 608,54 |
0,00 |
64 873 608,54 |
64 878 548,52 |
– 4 939,98 |
|
IT |
2007IT06RPO018 |
104 574 776,80 |
0,00 |
104 574 776,80 |
0,00 |
104 574 776,80 |
104 574 775,63 |
1,17 |
|
IT |
2007IT06RPO019 |
141 147 110,44 |
0,00 |
141 147 110,44 |
0,00 |
141 147 110,44 |
141 281 980,21 |
– 134 869,77 |
|
IT |
2007IT06RPO020 |
140 867 300,26 |
0,00 |
140 867 300,26 |
0,00 |
140 867 300,26 |
141 031 688,43 |
– 164 388,17 |
|
IT |
2007IT06RPO021 |
164 995 430,68 |
0,00 |
164 995 430,68 |
0,00 |
164 995 430,68 |
165 079 479,78 |
– 84 049,10 |
|
LT |
2007LT06RPO001 |
251 014 977,59 |
0,00 |
251 014 977,59 |
0,00 |
251 014 977,59 |
251 016 471,02 |
– 1 493,43 |
|
LU |
2007LU06RPO001 |
10 062 399,48 |
0,00 |
10 062 399,48 |
0,00 |
10 062 399,48 |
10 106 570,17 |
– 44 170,69 |
|
LV |
2007LV06RPO001 |
182 447 017,03 |
0,00 |
182 447 017,03 |
0,00 |
182 447 017,03 |
182 447 017,03 |
0,00 |
|
MT |
2007MT06RPO001 |
9 622 621,42 |
0,00 |
9 622 621,42 |
0,00 |
9 622 621,42 |
9 622 621,42 |
0,00 |
|
NL |
2007NL06RPO001 |
99 472 352,79 |
0,00 |
99 472 352,79 |
0,00 |
99 472 352,79 |
99 726 051,61 |
– 253 698,82 |
|
PL |
2007PL06RPO001 |
1 806 188 697,68 |
0,00 |
1 806 188 697,68 |
0,00 |
1 806 188 697,68 |
1 806 191 428,81 |
– 2 731,13 |
|
PT |
2007PT06RAT001 |
4 131 731,46 |
0,00 |
4 131 731,46 |
0,00 |
4 131 731,46 |
4 131 731,31 |
0,15 |
|
PT |
2007PT06RPO001 |
44 696 408,92 |
913 212,81 |
43 783 196,11 |
0,00 |
43 783 196,11 |
43 783 186,91 |
9,20 |
|
PT |
2007PT06RPO002 |
586 470 491,24 |
0,00 |
586 470 491,24 |
0,00 |
586 470 491,24 |
586 462 206,07 |
8 285,17 |
|
PT |
2007PT06RPO003 |
22 073 226,85 |
0,00 |
22 073 226,85 |
0,00 |
22 073 226,85 |
22 073 205,64 |
21,21 |
|
SE |
2007SE06RPO001 |
181 801 899,32 |
0,00 |
181 801 899,32 |
0,00 |
181 801 899,32 |
181 801 843,62 |
55,70 |
|
SI |
2007SI06RPO001 |
125 941 693,50 |
0,00 |
125 941 693,50 |
0,00 |
125 941 693,50 |
126 090 950,22 |
– 149 256,72 |
|
SK |
2007SK06RPO001 |
195 379 480,69 |
0,00 |
195 379 480,69 |
0,00 |
195 379 480,69 |
195 379 530,67 |
– 49,98 |
|
Ir-Renju Unit |
2007UK06RPO001 |
531 265 484,57 |
0,00 |
531 265 484,57 |
0,00 |
531 265 484,57 |
531 374 046,06 |
– 108 561,49 |
|
Ir-Renju Unit |
2007UK06RPO002 |
58 821 232,49 |
0,00 |
58 821 232,49 |
0,00 |
58 821 232,49 |
58 821 401,09 |
– 168,60 |
|
Ir-Renju Unit |
2007UK06RPO003 |
112 691 696,58 |
0,00 |
112 691 696,58 |
0,00 |
112 691 696,58 |
123 600 128,53 |
– 10 908 431,95 |
|
Ir-Renju Unit |
2007UK06RPO004 |
47 804 760,73 |
0,00 |
47 804 760,73 |
0,00 |
47 804 760,73 |
47 807 176,80 |
– 2 416,07 |
(*1) F'każ li l-pagamenti jkunu laħqu 95 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal Programm għall-Iżvilupp Rurali — l-Artikolu 24(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (kif imsemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, emendat bl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013), il-bilanċ jitħallas matul l-għeluq tal-programm.
ANNESS II
Approvazzjoni tal-konijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti
Is-sena finanzjarja 2013 — FAEŻR
Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti u l-programmi li l-kontijiet tagħhom diżassoċjati u għalhekk huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni aktar tard
|
Stat Membru |
Aġenzija tal-Pagamenti |
Programm |
|
Il-Bulgarija |
State Fund Agriculture (SFA) |
2007BG06RPO001 |
|
Id-Danimarka |
Danish AgriFish Agency (DAFA) |
2007DK06RPO001 |
|
Spanja |
Dirección General de Fondos Agrarios de la Consejería de Agricultura, Pesca y Medio Ambiente de la Junta de Andalucía |
2007ES06RPO001 |
|
Organismo Pagador de la Comunidad Autónoma del Principado de Asturias |
2007ES06RPO003 |
|
|
Il-Greċja |
Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community AIDS (OPEKEPE) |
2007GR06RPO001 |
|
Ir-Rumanija |
Paying Agency for Rural Development and Fishery (PARDF) |
2007RO6RPO001 |