ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
29.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 432/2014
tat-22 ta' April 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (1) il-Kunsill iffissa, għall-2014, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. |
(2) |
L-opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet Norveġiżi u tal-Gżejjer Faeroe, u għal bastimenti Norveġiżi u tal-Gżejjer Faeroe fl-ilmijiet tal-Unjoni, u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għal riżorsi fl-ilmijiet ta' xulxin, huma stabbiliti kull sena wara konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tas-sajd skont il-proċeduri stipulati fil-ftehimiet jew il-protokolli dwar ir-relazzjonijiet tas-sajd man-Norveġja (2) u l-Gżejjer Faeroe (3), rispettivament. Sa meta jkunu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet dwar l-arranġamenti għall-2014, ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 iffissa opportunitajiet tas-sajd provviżorji għall-istokkijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjonijiet man-Norveġja u l-Gżejjer Faeroe fit-12 ta' Marzu 2014 u t-13 ta' Marzu 2014 rispettivament. Barra minn hekk, fit-28 ta' Marzu 2014, ġew konklużi konsultazzjonijiet bejn l-Istati Kostli fir-rigwrad l-istokkafixx u bejn l-Unjoni, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Federazzjoni Russa fir-rigward tal-aringa Atlantu-Skandiku. Dan għen sabiex in-Norveġja u l-Unjoni jiddiskutu arranġamenti reċiproċi dwar aċċess għal riżorsi fl-ilmijiet ta' xulxin. Ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(3) |
Skont l-eżitu tal-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni u n-Norveġja, l-Unjoni tista' tawtorizza s-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni sa 10 % lil hinn mill-kwota disponibbli għall-Unjoni, sakemm kwalunkwe kwantità utlizzata lil hinn mill-kwota disponibbli għall-Unjoni tkun imnaqqsa mill-kwota tagħha għall-2015. Bl-istess mod, fl-2015 l-Unjoni tista' tuża kwalunkwe kwantità mhux utilizzata sa 10 % tal-kwota disponibbli għaliha fl-2014. Huwa adatt li tali flessibbiltà ssir possibbli fl-iffissar ta' dawk l-opportunitajiet tas-sajd sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-bastimenti tal-Unjoni billi l-Istati Membri kkonċernati jitħallew jagħżlu li jużaw kwota ta' flessibbiltà. Meta Stat Membru ma jkunx għażel l-użu tal-kwota ta' flessibilità fir-rigward ta' stokk partikolari, huwa xieraq li l-Artikoli 3 u 4 tar- Regolament (KE) Nru 847/96 jibqgħu japplikaw skont l-Artikolu 10(2) ta' Regolament (UE) Nru 40/2013. |
(4) |
Fit-tieni laqgħa annwali tagħha fl-2014, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) adottat l-opportunitajiet tas-sajd li jikkonsistu f'qabda totali permissibli (total allowable catch — “TAC”) għas-sawrell. Barra minn hekk, l-SPRFMO iddefinixxiet mill-ġdid iż-żona speċifika li għaliha se japplikaw il-limiti tal-qbid u l-isforz tas-sajd tal-qiegħ mill-4 ta' Mejju 2014 'il quddiem. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
(5) |
Hemm il-ħtieġa li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet marbuta ma' ċerti stokkijiet, ir-reġim tal-amministrazzjoni tal-isforz tas-sajd għal-lingwata tal-Kanal tal-Punent u l-obbligu ta' rappurtar speċifiku fil-kuntest tal-Kummissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali. |
(6) |
Il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd stipulati fir-Regolament (UE) Nru 43/2014 japplikaw mill-1 ta' Jannar u mill-1 ta' Frar 2014 rispettivament. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid u l-isforz tas-sajd għandhom għaldaqstant japplikaw minn dawk id-dati. Tali applikazzjoni retroattiva se tkun mingħajr ħsara għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi peress li l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Madankollu, il-limiti tal-qbid u tal-isforz tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona speċifikata mill-SPRFMO għandhom japplikaw mill-4 ta' Mejju 2014. Peress li l-modifika ta' xi limiti tal-qbid u r-reġim tal-isforz tas-sajd taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi u l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Reglament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 43/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, jitħassar il-paragrafu 3; |
(2) |
l-Artikolu li ġej jiddaħħal: “Artikolu 18a Flessibbiltà fis-sajd tal-opportunitajiet ts-sajd ta' ċerti stokkijiet 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:
2. Għal kwalunkwe waħda mill-ħażniet identifikati fil- paragrafu 1a, Stat Membru jista' jagħżel li jżid is-sett inizjali tiegħu fil-kwota tal-Anness I sa 10 %. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. Wara tali notifika, il-kwota miżjuda għandha titqies bħala l-kwota allokata lil dak l-Istat Membru għall-2014. 3. Kwalunkwe kwantità utilizzata fl-2014 taħt tali kwota miżjuda li teċċedi l-kwota inizjali għandha titnaqqas fuq bażi ta' tunnellata għal tunnellata għall-fini tal-ikkalkular tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2015. 4. Kwalunkwe kwantità mhux utilizzata taħt il-kwota inizjali sa 10 % ta' dik il-kwota għandha tiżdied għall-fini tal-ikkalkular tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall- istokk rilevanti għall-2015. 5. Għandu jittieħed kont ta' kwalunkwe kwantità trasferita lejn Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 kif ukoll ta' kwalunkwe kwantità mnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għall-fini li jiġu stabbiliti l- kwantitajiet utilizzati u l-kwantitajiet mhux utilizzati taħt il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. 6. Fejn Stat Membru jkun uża l-għażla fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' stokk partikolari, l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandhomx japplikaw għal tali stokk fir-rigward ta' dak l-Istat Membru.”; |
(3) |
L-Artikolu 31 hu sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 31 Sajd tal-qiegħ L-Istati Membri b'rekord tal-qbid jew tal-isforz tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006 għandhom jillimitaw il-qbid jew l-isforz tas-sajd tal-qiegħ tagħhom fiż-Żona tal-Konvenzjoni għal dawk il-partijiet taż-Żona tal-Konvenzjoni fejn seħħ is-sajd tal-qiegħ f'dak il-perjodu u għal livell li ma jaqbiżx il-livelli medji annwali ta' parametri tal-qbid jew tal-isforz matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006.”; |
(4) |
Fl-Artikolu 32(6), il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
(5) |
L-Anness IA huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(6) |
L-Anness IB huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(7) |
L-Anness IJ jinbidel bit-test li jidher fl-Anness III ta' dan ir-Regolament; |
(8) |
L-Anness IIC huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament; |
(9) |
L-Anness III jinbidel bit-test li jidher fl-Anness V ta' dan ir-Regolament; |
(10) |
L-Anness VIII jinbidel bit-test li jidher fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament; |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Madankollu,
(a) |
il-punt 3 tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-4 ta' Mejju 2014: u |
(b) |
il-punt 8 tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Frar 2014. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
(2) Il-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 226, 29.8.1980, p. 48).
(3) Il-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (ĠU L 226, 29.8.1980, p. 12).
ANNESS I
L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata għal tusk fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata għal tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
L-entrata għal minfaħ fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII tinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
L-entrata għal aringa fiż-żona IIIa tinbidel b'dan li ġej:
|
(5) |
L-entrata għal aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta 53° 30′ N tinbidel b'dan li ġej:
|
(6) |
L-entrata għal aringa fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N tinbidel b'dan li ġej:
|
(7) |
L-entrata għal aringa fiż-żona IIIa tinbidel b'dan li ġej:
|
(8) |
L-entrata għal aringa fiż-żoni IV, VIId u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa tinbidel b'dan li ġej:
|
(9) |
L-entrata għal aringa fiż-żoni IVc, VIId tinbidel b'dan li ġej:
|
(10) |
L-entrata għal aringi fiż-żona VIIg, VIIh, VIIj u VIIk tinbidel b'dan li ġej:
|
(11) |
L-entrata għal Bakkaljaw fi Skagerrak tinbidel b'dan li ġej:
|
(12) |
L-entrata għal bakkaljaw fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; dik il-parti ta' IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
(13) |
L-entrata għal bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62°N tinbidel b'dan li ġej:
|
(14) |
L-entrata għal bakkaljaw fiż-żona VIId tinbidel b'dan li ġej:
|
(15) |
L-entrata għal petrika fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(16) |
L-entrata għal pertika f'VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 tinbidel b'dan li ġej:
|
(17) |
L-entrata għal merluzz tal-linja sewda fiż-żona IIIa, l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32 tinbidel b'dan li ġej:
|
(18) |
L-entrata għal merluzz tal-linja sewda fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa tinbidel b'dan li ġej:
|
(19) |
L-entrata għal merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62°N tinbidel b'dan li ġej:
|
(20) |
L-entrata għal merlangu fiż-żona IIIa tinbidel b'dan li ġej:
|
(21) |
L-entrata għal merlangu fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa tinbidel b'dan li ġej:
|
(22) |
L-entrata għal merlangu f'VIIb, VIIc, VIId, VIIe, VIIf, VIIg, VIIh, VIIj u VIIk tinbidel b'dan li ġej:
|
(23) |
L-entrata għal merlangu u pollakkju fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62°N tinbidel b'dan li ġej:
|
(24) |
L-entrata għall-istokkafixx fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(25) |
L-entrata għall-istokkafixx fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana 56° 30′ N u VII fil-Punent ta' 12° W tinbidel b'dan li ġej:
|
(26) |
L-entrata għal linarda fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII tinbidel b'dan li ġej:
|
(27) |
L-entrata għal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(28) |
L-entrata għal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(29) |
L-entrata għal-lipp fl-ilmijiet Norveġiżi tinbidel b'dan li ġej:
|
(30) |
L-entrata għall-iskampu fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(31) |
L-entrata għall-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona IIIa tinbidel b'dan li ġej:
|
(32) |
L-entrata għal Gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62°N tinbidel b'dan li ġej:
|
(33) |
L-entrata għall-barbun tat-tbajja' fi Skagerrak tinbidel b'dan li ġej:
|
(34) |
L-entrata għall-barbun tat-tbajja' fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; dik il-parti ta' IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat tinbidel b'dan li ġej:
|
(35) |
L-entrata għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIId u VIIe tinbidel b'dan li ġej:
|
(36) |
L-entrata għall-pollakkju iswed fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 tinbidel b'dan li ġej:
|
(37) |
L-entrata għall-pollakkju iswed fiż-żona VI; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(38) |
L-entrata għall-pollakkju iswed fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62°N tinbidel b'dan li ġej:
|
(39) |
L-entrata għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI tinbidel b'dan li ġej:
|
(40) |
L-entrata għall-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 tinbidel b'dan li ġej:
|
(41) |
L-entrata għall-kavalli fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(42) |
L-entrata għall-kavalli fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 tinbidel b'dan li ġej:
|
(43) |
L-entrata għall-kavalli fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa tinbidel b'dan li ġej:
|
(44) |
L-entrata għal-lingwata komuni fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(45) |
L-entrata għal-lingwata fiż-żoni VIIIc, VIIId, VIIIe, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 tinbidel b'dan li ġej:
|
(46) |
L-entrata għal-laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati fż-żona IIIa tinbidel b'dan li ġej:
|
(47) |
L-entrata għal-laċċa kaħla u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(48) |
L-entrata għas-sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IVb, IVc u VIId tinbidel b'dan li ġej:
|
(49) |
L-entrata għas-sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IVa: VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(50) |
L-entrata għall-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet inċidentali assoċjati fiż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(51) |
L-entrata għall-merluzz tan-Norveġja fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(52) |
L-entrata għall-ħut industrijali fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(53) |
L-entrata għal speċi oħrajn fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni Vb, VI u VII tinbidel b'dan li ġej:
|
(54) |
L-entrata għal speċi oħrajn fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b'dan li ġej:
|
(55) |
L-entrata għal speċi oħrajn fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IV u VIa fit-Tramuntana ta' 56° 30′N tinbidel b'dan li ġej:
|
(1) Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Mhu permess ebda sajd dirett taħt din il-kwota.
(2) Għandhom jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IV, Vb, VI u VII (USK/*24X7C).
(3) Kundizzjoni speċjali: li minnhom, fi kwalunkwe mument, hija awtorizzata qabda inċidentali ta' speċijiet oħra ta' 25 % għal kull bastiment fiż-żoni Vb, VI u VII. Madankollu, dan il-perċentwal jista' jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara l-bidu tas-sajd għal xi raġuni speċifika. It-total tal-qabda inċidentali ta' speċijiet oħrajn fiż-żoni Vb, VI u VII ma għandux jaqbeż l-ammont li ġej f'tunnellati (OTH/*5B67-):
3 000
(4) Inkluż il-lipp. Il-kwoti għan-Norveġja li ġejjin għandhom jinqabdu biss bil-konz fiż-żoni Vb, VI u VII.
Lipp (LIN/*5B67-) |
5 500 |
Tusk (USK/*5B67-) |
2 923 |
(5) |
Il-kwoti tat-tusk u l-lipp għan-Norveġja jistgħu jitpartu sal-ammont li ġej, f'tunnellati: 2 000” |
(5) L-iżbark tal-aringi li jinqabdu fis-sajd bi xbieki b'daqsijiet tal-malja ta' 32 mm jew aktar.
(6) Kundizzjoni Speċjali: jistgħu jinqabdu sa 50 % ta' dan l-ammont fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IV (HER/*04-C.).
(7) Jista' jiġi mistad biss fi Skagerrak (HER/*03AN.).”
(8) L-iżbark ta' aringi maqbuda f'sajd bl-użu ta' xbieki bid-daqs tal-malji ta' 32 mm jew akbar. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw separatament dwar l-iżbark tagħhom ta' aringi fiż-żona IVa (HER/04A.) u ż-żona IVb (HER/04B.).
(9) Qabdiet fil-limiti ta' din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem Norveġiż tat-TAC. Fil-limitu ta' din il-kwota, mhux aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IVa u IVb (HER/*4AB-C).
50 000
Kundizzjoni speċjali:
fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żona li ġejja:
|
L-ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta' 62° N. (HER/*04N-) (10) |
|
L-Unjoni |
50 000 |
|
(10) iżbark ta' aringi maqbuda f'sajd bl-użu ta' xbieki bid-daqs tal-malji ta' 32 mm jew akbar. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw separatament dwar l-iżbark tagħhom ta' aringi fiż-żona IVa (HER/*4AN.) u ż-żona IVb (HER/*4BN.).”
(11) Il-qabdiet inċidentali ta' bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju u merlangu u pollakkju iswed għandhom jingħaddu mal-kwota għal dawn l-ispeċijiet.”
(12) Esklussivament għall-iżbark ta' aringi li jinqabdu bħala qabda inċidentali fis-sajd bl-użu ta' xbieki b'daqs tal-malja iżgħar minn 32 mm.”
(13) Esklussivament għall-iżbark ta' aringi li jinqabdu bħala qabda inċidentali fis-sajd bl-użu ta' xbieki b'daqs tal-malja iżgħar minn 32 mm.”
(14) Esklussivament għall-iżbark tal-aringi li jinqabdu fis-sajd bi xbieki b'daqsijiet tal-malja ta' 32 mm jew aktar.
(15) Minbarra l-istokk ta' Blackwater: ir-referenza hija għall-istokk tal-aringi fir-reġjun marittimu tal-estwarju tat-Thames f'żona delimitata minn linja rombu lejn in-Nofsinhar minn Landguard Point (51° 56′ N, 1° 19,1′ E) sal-latitudni 51° 33′ N u minn hemm lejn il-Punent sa punt fuq il-kosta tar-Renju Unit.
(16) Kundizzjoni Speċjali: sa 50 % ta' din il-kwota tista' tinqabad fiż-żona IVb (HER/*04B.).”
(17) Din iż-żona għandha tiżdied bl-erja kkonfinata:
— |
lejn it-Tramuntana mil-latitudni ta' 52° 30' N, |
— |
lejn in-Nofinshar mil-latitudni ta' 52° 00' N, |
— |
lejn il-Punent mill-kosta tal-Irlanda, |
— |
lejn il-Lvant mill-kosta tar-Renju Unit.” |
(18) Flimkien ma' din il-kwota, Stat Membru jista' jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, fi ħdan limitu ġenerali ta' 12 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament.”
(19) Flimkien ma' din il-kwota, Stat Membru jista' jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, fi ħdan limitu ġenerali ta' 12 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament.
(20) Jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni. Qabdiet li jinqabdu fi ħdan din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.
Kundizzjoni speċjali:
fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żona li ġejja:
|
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV (COD/*04N-) |
L-Unjoni |
20 054 ” |
(21) Il-qabdiet inċidentali ta' merluzz tal-linja sewda, pollakkju u merlangu u pollakkju iswed għandhom jingħaddu mal-kwota għal dawn l-ispeċijiet.”
(22) Flimkien ma' din il-kwota, Stat Membru jista' jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, fi ħdan limitu ġenerali ta' 12 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament.”
(23) Il-qabdiet inċidentali tal-bakkaljaw, pollakkju, merlangu u pollakkju iswed għandhom jingħaddu mal-kwota għal dawn l-ispeċijiet.”
(24) Jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni. Qabdiet li jinqabdu fi ħdan din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja
Kundizzjoni speċjali:
fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:
|
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV (WHG/*04N-) |
L-Unjoni |
10 320 ” |
(25) Il-qabdiet inċidentali ta' bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda u pollakkju iswed għandhom jingħaddu mal-kwota għal dawn l-ispeċijiet.”
(26) Kundizzjoni speċjali: li mhux iktar mill-perċentwali li ġejjin jistgħu jinqabdu fiż-Żona Ekonomika Norveġiża jew fiż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen (WHB/*NZJM1):
61,4 %
(27) Trasferimenti ta' din il-kwota jistgħu jiġu implimentatati għaż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1. Madankollu, tali trasferimenti għandhom jiġu notifikati bil quddiem lill-Kummissjoni
(28) Kundizzjoni speċjali: li mhux iktar mill-kwantità li ġejja tista' tinqabad fl-ilmijiet tal-Faeroe (WHB/*05-F.):
25 000”
(29) Li jingħaddu mal-limiti fuq il-qbid tan-Norveġja stabbiliti taħt l-arraġament tal-Istati Kostali.
(30) Kundizzjoni speċjali: il-qabda fiż-żona IV ma għandhiex tkun iktar mill-ammont li ġej (WHB/*04A-C):
44 496
Dan il-limitu fuq il-qabda fiż-żona IV jammonta għall-perċentwal li ġej tal-kwota ta' aċċess tan-Norveġja:
25 %
(31) Għandhom jingħaddu mal-limiti fuq il-qbid tal-Gżejjer tal-Faeroe.
(32) Kundizzjonijiet speċjali: jistgħu jinqabdu wkoll fiż-żona VIb (WHB/*06B-C). Il-qabda fiż-żona IVa ma għandhiex tkun iktar mill-ammont li ġej (WHB/*04A-C):
6 250”
(33) Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Mhu permess ebda sajd dirett taħt din il-kwota.
(34) Għandhom jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IV, Vb, VI and VII (BLI/*24X7C).
(35) Qabdiet inċidentali tar-roundnose grenadier u tal-black scabbard fish għandhom jingħaddu ma' din il-kwota. Għandhom jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIa fit-Tramuntana 56° 30′ N u fiż-żona VIb.”
(36) Kundizzjoni speċjali: li qabda inċendentali ta' speċi oħra ta' 25 % kull bastiment, fi kwalunkwe mument, hi awtorizzata fiż-żoni Vb, VI u VII. Madankollu. dan il-perċentwal jista' jinqabeż f'-ewwel 24 siegħa wara li jibda s-sajd fuq raġuni speċifika. Il-qabda inċidentali totali ta' speċi oħra fiż-żoni VI u VII ma għandhiex taqbeż l-ammont li ġej f'tunnellati (OTH/*6X14.)
2 000
(37) Inkluż it-tusk. Il-kwoti għan-Norveġja għandhom jinqabdu biss bil-konz fiż-żoni Vb, VI u VII, u jammontaw għal:
Lipp (LIN/*5B67-) |
5 500 |
Tusk (USK/*5B67-) |
2 923 |
(38) Il-kwoti tal-lipp u tat-tusk għan-Norveġja huma sostitwibbli sal-ammont li ġej, f'tunnellati:
3 000
(39) Inkluż it-tusk. Għandu jistad fiż-żoni VIb u VIa fit-Tramuntana ta' 56° 30' N (LIN/*6BAN.).
(40) Kundizzjoni speċjali: li qabda inċidentali ta' speċi oħra ta' 25 % kull bastiment, fi kwalunkwe mument, hija awtorizzata fiż-żoni VIa u VIb. Madankollu. dan il-perċentwal jista' jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara li jinbeda s-sajd fuq raġuni speċifika. Il-qabda inċidentali totali ta' speċi oħrajn fiż-żoni VIa u VIb shall ma għandhiex taqbeż;-ammont li ġej f'tunnellati (OTH/*6AB.)
75”
(41) Qabdiet inċidentali ta' bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju, merlangu u pollakju iswed għandhom jingħaddu mal-kwoti ta' dawn l-ispeċijiet.”
(42) Barra minn din il-kwota, Stat Membru jista' jagħti lil bastimeti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jipparteċipa fn provi dwar sajd għalkollox dokumentat allokazzjoni addizzjonali fi ħdan limitu ġenerali ta' 5 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament.”
(43) Barra minn din il-kwota, Stat Membru jista' jagħti lil bastimeti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jipparteċipa fn provi dwar sajd għalkollox dokumentat allokazzjoni addizzjonali fi ħdan limitu ġenerali ta' 1 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament.”
(44) Jistgħu jinqabdu biss mill-ilmijiet tal-UE taż-żona IV u miż-żona IIIa (POK/*3A4-C). Qabdiet maqbuda fi ħdan din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.”
(45) Għandhom jinqabdu fit-Tramuntana ta' 56° 30' N (POK/*5614N).”
(46) Il-qabdiet inċidentali ta' bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju u merlangu għandhom jingħaddu mal-kwota għal dawn l-ispeċijiet.”
(47) Għandhom jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u VI. Fiż-żona VI, din il-kwantità tista' tinqabad biss bil-konz (GHL/*2A6-C).”
(48) Kundizzjoni speċjali: inkluż it-tunnellaġġ li ġej li għandu jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62o N (MAC/*04N-).
247
Waqt is-sajd taħt kundizzjonijiet speċjali, il-qabdiet inċidentali ta' bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju u merlangu u pollakju iswed għandhom jingħaddu mal-kwoti għal dawn l-ispeċijiet.
(49) Jistgħu jinqabdu wkoll fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa (MAC/*4AN.).
(50) Għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja (kwota ta' aċċess). Dan l-ammont jinkludi s-sehem Norveġiż li ġej fit-TAC tal-Baħar tat-Tramuntana:
74 500
Din il-kwota tista' tinqabad fiż-żona IVa biss (MAC/*04A.), minbarra l-ammont li ġej, f'tunnellati, li jista' jinqabad fiż-żona IIIa (MAC/*03A.).
3 000
Kundizzjoni speċjali:
fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:
|
IIIa |
IIIa u IVbc |
IVb |
IVc |
VI, l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IIa, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2014 u f'Diċembru 2014 |
|
(MAC/*03A.) |
(MAC/*3A4BC) |
(MAC/*04B.) |
(MAC/*04C.) |
(MAC/*2A6.) |
Id-Danimarka |
0 |
4 130 |
0 |
0 |
15 918 |
Franza |
0 |
490 |
0 |
0 |
0 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
0 |
490 |
0 |
0 |
0 |
L-Isvezja |
0 |
0 |
390 |
10 |
4 112 |
Ir-Renju Unit |
0 |
490 |
0 |
0 |
0 |
In-Norveġja |
3 000 |
0 |
0 |
0 |
0” |
(51) Jistgħu jinqabdu fiż-żoni IIa, VIa fit-Tramuntana ta' 56o 30′ N, IVa, VIId, VIIe, VIIf u VIIh (MAC/*AX7H).
(52) Jistgħu jinqabad l-ammont addizzjonali li ġej tal-kwota ta' aċċess, f'tunnellati, min-Norveġja fit-Tramuntana ta' 56°30' N u jingħaddu mal-limiti ta' qbid tagħha (MAC/*N5630):
51 387
Kundizzjoni speċjali:
fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni u l-perjodi li ġejjin
|
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa Matul il-perjodi mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Frar 2014 u mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru 2014 |
Norwegian waters of IIa |
|
(MAC/*4A-EN) |
(MAC/*2AN-) |
Il-Ġermanja |
19 005 |
2 557 |
Franza |
12 671 |
1 703 |
L-Irlanda |
63 351 |
8 524 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
27 715 |
3 727 |
Ir-Renju Unit |
174 223 |
23 445 |
L-Unjoni |
296 965 |
39 956 ” |
(53) Kondizzjoni Speċjali: il-kwantitajiet suġġetti għal skambji ma' Stati Membri oħra jistgħu jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId (MAC/*8ABD.). Madankollu, il-kwantitajiet ipprovduti minn Spanja, il-Portugall jew Franza għall-finijiet ta' skambji u li għandhom jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId ma għandhomx jaqbżu 25
Kundizzjoni speċjali:
fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żona li ġejja:
|
VIIIb (MAC/*08B.) |
Spanja |
3 920 |
Franza |
26 |
Il-Portugall |
810” |
(54) Il-qabdiet fiż-żona IIa (MAC/*02A.) u fiż-żona IVa (MAC/*04A.) għandhom jiġu rrappurtati separatament.”
(55) Jistgħu jinqabdu biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IV (SOL/*04-C.).”
(56) Tal-anqas 95 % tal-ħut żbarkat li jingħadd ma' din il-kwota għandu jkun ta' laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta' barbun komuni, merlangu u merluzz tal-linja sewda għandhom jitqiesu mal-5 % li jibqa' tal-kwota (OTH/*03A.)”
(57) Inkluż iċ-ċiċċirell.
(58) Tal-anqas 98 % tal-ħut żbarkat li jingħadd ma' din il-kwota għandu jkun laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta' barbun komuni u merlangu għandhom jitqiesu mat-2 % li jibqa' tal-kwota (OTH/*2AC4C).”
(59) Kundizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota li tinqabad fid-diviżjoni VIId tista' tingħadd bħala li nqabdet mal-kwota li tikkonċerna din iż-żona: l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IVa, VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; fl-ilmijiet tal-Unjoni u f-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV (JAX/*2A-14)
(60) Jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IV iżda mhux VIId (JAX/*04-C.).
(61) Tal-inqas 95 % tal-ħut żbarkat li jingħadd ma' din il-kwota għandu jkun sawrell. Il-qabdiet inċidentali ta' minfaħ, merluzz tal-linja sewda, merlangu u kavalli għandhom jingħaddu mal-5 % li tibqa' tal-kwota (OTH/*4BC7D)”
(62) Kundizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota li tinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa jew IVa qabel it-30 ta' Ġunju 2014 tista' tingħadd bħala li nqabdet mal-kwota li tikkonċerna l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IVb, IVc u VIId (JAX/*4BC7D).
(63) Kundizzjoni Speċjali: sa 5 % minn din il-kwota tista' tinqabad fiż-żona VIId (JAX/*07D.).
(64) Tal-inqas 95 % tal-ħut żbarkat li jingħadd ma' din il-kwota għandu jkun sawrell. Il-qabdiet inċidentali ta' minfaħ, merluzz tal-linja sewda, merlangu u kavalli għandhom jingħaddu mal-5 % li tibqa' tal-kwota (OTH/*2A-14).
(65) Limitat għaż-żoni IVa, VIa (fit-Tramuntana 56o 30' N biss), VIIe, VIIf u VIIh.”
(66) Tal-inqas 95 % tal-ħut żbarkat li jingħadd ma' din il-kwota għandu jkun merluzz tan-Norveġja. Il-qabdiet inċidentali ta' merluzz tal-linja sewda u merlangu għandhom jingħaddu mal-2 % li jibqa' tal-kwota (OT2/*2A3A4).
(67) Il-kwota tista' tinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES biss.
(68) Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni. Li tinkludi massimu ta' 15 % tal qabdiet inċidentali (NOP/*2A3A4), li għandhom jingħaddu ma' din il-kwota.”
(69) Qabdiet inċidentali ta' bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju, merlangu u pollakju iswed għandhom jingħaddu mal-kwoti ta' dawn l-ispeċijiet.
(70) Kundizzjoni speċjali: li minnhom mhux aktar minn 400 tunnellata jkunu sawrell (JAX/*04-N.).”
(71) Maqbuda bil-konzijiet biss.”.
(72) Kwota allokata min-Norveġja lill-Isvezja ta' ’speċi oħrajn’ f'livell tradizzjonali.
(73) Inkluż sajd mhux imsemmi speċifikament. Jistgħu jiġu introdotti eċċezzjonijiet wara l-konsultazzjonijiet kif meħtieġ.”
(74) Limitati għaż-żoni IIa u IV (OTH/*2A4-C).
(75) Inkluż sajd mhux imsemmi speċifikament. Jistgħu jiġu introdotti eċċezzjonijiet wara l-konsultazzjonijiet kif meħtieġ
(76) Jinqabad fiż-żoni IV u VIa fit-Tramuntana 56° 30′ N (OTH/*46AN).”
ANNESS II
L-Anness IB tar-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni, l-ilmijiet Norveġiżi u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
L-entrata għall-bakkaljaw fl-ilmijiet tal-Groenlandja ta' NAFO 1 u l-ilmijiet tal-Groenlandja ta' XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
L-entrata għall-bakkaljaw fiż-żoni I u IIb tinbidel b'dan li ġej:
|
(5) |
L-entrata għall-bakkaljaw u merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b'dan li ġej:
|
(6) |
L-entrata għall-ħalibatt tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(7) |
L-entrata għall-ħalibatt tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1 tinbidel b'dan li ġej:
|
(8) |
L-entrata għall-grenadieri fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(9) |
L-entrata għall-grenadieri fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1 tinbidel b'dan li ġej:
|
(10) |
L-entrata għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tinbidel b'dan li ġej:
|
(11) |
L-entrata għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe tinbidel b'dan li ġej:
|
(12) |
L-entrata għal-lipp u Linarda fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b'dan li ġej:
|
(13) |
L-entrata għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(14) |
L-entrata għall-pollakkju iswed fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tinbidel b'dan li ġej:
|
(15) |
L-entrata għall-pollakkju iswed fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b'dan li ġej:
|
(16) |
L-entrata għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tinbidel b'dan li ġej:
|
(17) |
L-entrata għall-ħalibatt tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1 tinbidel b'dan li ġej:
|
(18) |
L-entrata għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(19) |
L-entrata għar-redfish fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tinbidel b'dan li ġej:
|
(20) |
L-entrata għar-redfish (ħut pelaġiku) fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1F u l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV tinbidel b'dan li ġej:
|
(21) |
L-entrata għar-redfish fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b'dan li ġej:
|
(22) |
L-entrata għal speċijiet oħrajn fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tinbidel b'dan li ġej:
|
(23) |
L-entrata għal speċijiet oħra fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b'dan li ġej:
|
(24) |
L-entrata għall-pixxiċatt fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb tinbidel b'dan li ġej:
|
(1) Meta jkunu rappurtati l-qabdiet lill-Kummissjoni, l-kwantitajiet maqbudin bis-sajd f'kull waħda miż-żoni li ġejjin għandhom ukoll ikunu rappurtati: Iż-Żona Regolatorja tan-NEAFC, l-ilmijiet tal-Unjoni, l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe, l-ilmijiet Norveġiżi, iż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen, iż-żona ta' protezzjoni tas-sajd madwar Svalbard.
(2) Il-qabdiet meħudin f'relazzjoni ma' din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC (il-kwota ta' aċċess) tan-Norveġja. Din il-kwota tista' tinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni fit-Tramuntana ta' 62o N.
Kundizzjoni speċjali:
fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żona li ġejja:
|
L-ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta' 62° N u ż-żona ta' sajd madwar Jan Mayen (HER/*2AJMN) |
|
24 519 ” |
(3) Ħlief għall-qabdiet inċidentali, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal dawk il-kwoti:
1. |
ma jistgħux jinqabdu bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Mejju 2014; |
2. |
ma jistgħux jinqabdu fl-ilmijiet tal-Groenlandja ta' NAFO IF u ICES XIV f'mill-anqas 2 miż-żoni li ġejjin:
|
(4) Ħlief il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit.
(5) L-allokazzjoni tal-parti tal-istokkijiet tal-bakkaljaw disponibbli għall-Unjoni fiż-żona ta' Spitzbergen u l-Gżira Bear u l-qabdiet inċidentali assoċjati tal-merluzz tal-linja sewda huma totalment mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi li ġejjin mit-Trattat ta' Pariġi tal-1920.
(6) Il-qabdiet inċidentali tal-merluzz tal-linja sewda jistgħu jirrappreżentaw sa 14 % għal kull refgħa. Il-kwantitajiet tal-qabdiet inċidentali tal-merluzz tal-linja sewda huma b'żieda mal-kwota tal-bakkaljaw.”
(7) Għandhom jinqabdu bil-konzijiet (HAL/*514GN).”
(8) Għandhom jinqabdu bil-konzijiet (HAL/*N1GRN).”
(9) Kundizzjoni speċjali: ir-roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) (RNG/514GRN) u r-roughhead grenadier (Macrourus berglax) (RHG/514GRN) ma għandhomx ikunu fil-mira. Dawn għandhom jinqabdu biss bħala qabda inċidentali u għandhom jiġu rappurtati separatament.:
(10) Huwa allokat l-ammont li ġej, f'tunnellati, lin-Norveġja u jista' jinqabad jew f'din iż-żona tat-TAC jew fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1 (GRV/514N1G).
60
Kundizzjoni speċjali
ir-roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) (RNG/514N1G) u r-roughhead grenadier (Macrourus berglax) (RHG/514N1G) ma għandhomx ikunu fil-mira. Dawn għandhom jinqabdu biss bħala qabda inċidentali u għandhom jiġu rappurtati separatament.”
(11) Kundizzjoni speċjali: ir-roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) (RNG/N1GRN.) u r-roughhead grenadier (Macrourus berglax) (RHG/N1GRN.) ma għandhomx ikunu fil-mira. Dawn għandhom jinqabdu biss bħala qabda inċidentali u għandhom jiġu rappurtati separatament
(12) Huwa allokat l-ammont li ġej, f'tunnellati, lin-Norveġja u jista' jinqabad jew f'din iż-żona tat-TAC jew fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV (GRV/514N1G).
60
Kundizzjoni speċjali:
ir-roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) (RNG/514N1G) u r-roughhead grenadier (Macrourus berglax) (RHG/514N1G) ma għandhomx ikunu fil-mira. Dawn għandhom jinqabdu biss bħala qabda inċidentali u għandhom jiġu rappurtati separatament. ”
(13) It-TAC tiġi stabbilita skont il-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni, il-Gżejjer Faeroe, in-Norveġja u l-Islanda.”
(14) Qabdiet inċidentali tar-roundnose grenadier u tal-black scabbardfish jistgħu jingħaddu ma' din il-kwota, sal-limitu li ġej (OTH/*05B-F):
500”
(15) Esklużivament għal qabdiet inċidentali. Mhu permess ebda sajd dirett taħt din il-kwota.”
(16) Li għandhom jinqabdu fin-Nofsinhar ta' 68° N.”
(17) Is-sajd għandu jsir minn mhux iktar minn 6 bastimenti jistadu fl-istess ħin.”
(18) Esklużivament għal qabdiet inċidentali. Mhu permess ebda sajd dirett taħt din il-kwota.”
(19) Is-sajd jista' jsir biss bħala redfish pelaġiku tal-fond bix-xbieki tat-tkaxkir pelaġiku mill-10 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2014.
(20) Is-sajd jista' jsir biss fl-ilmijiet tal-Groenlandja fi ħdan iż-Żona ta' Konservazzjoni għar-Redfish ikkonfinata mil-linji li jgħaqqdu dawn il-koordinati:
Punt |
Latitudni |
Lonġitudni |
1 |
64°45'N |
28°30'W |
2 |
62°50'N |
25°45'W |
3 |
61°55'N |
26°45'W |
4 |
61°00'N |
26°30'W |
5 |
59°00'N |
30°00'W |
6 |
59°00'N |
34°00'W |
7 |
61°30'N |
34°00'W |
8 |
62°50'N |
36°00'W |
9 |
64°45'N |
28°30'W |
(21) Kundizzjoni speċjali: din il-kwota tista' tinqabad ukoll fl-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta' Konservazzjoni għar-Redfish imsemmija hawn fuq (RED/*5-14P).
(22) Jistgħu jinqabdu biss fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV (RED/*514GN).”
(23) Esklużivament għal qabdiet inċidentali. Mhu permess ebda sajd dirett taħt din il-kwota.”
(24) Esklużi speċijiet ta' ħut bla ebda valur kummerċjali.”
ANNESS III
“ANNESS IJ
IŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-SPRFMO
Speċi: |
Sawrell Trachurus murphyi |
Żona: |
Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO (CJM/SPRFMO) |
|
Il-Ġermanja |
6 552,08 |
|
|
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
7 101,78 |
|
|
|
Il-Litwanja |
4 559,1 |
|
|
|
Il-Polonja |
7 839,05 |
|
|
|
L-Unjoni |
26 052 |
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti” |
|
TAC analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 |
ANNESS IV
Il-Punt 7.1 tal-Anness IIC tar-Regolament (UE) Nru 43/2014 jinbidel b'dan li ġej:
“7.1. |
Il-Kummissjoni tista' talloka lill-Istati Membri għadd ta' jiem addizzjonali fuq il-baħar li fihom bastiment jista' jiġi awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu biex ikun preżenti fiż-żona meta jkollu abbord kwalunkwe rkaptu regolat abbażi tal-waqfiet permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li jkunu seħħew bejn l-1 ta' Frar 2013 u l-31 ta' Jannar 2014 jew skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jew skont ir-Regolament (KE) Nru 744/2008. Il-waqfiet permanenti li jirriżultaw minn kwalunkwe ċirkostanza oħra jistgħu jitqiesu mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' każ b'każ, wara talba bil-miktub u mmotivata kif xieraq mill-Istat Membru kkonċernat. It-tali talba bil-miktub għandha tidentifika l-bastimenti kkonċernati u tikkonferma, għal kull wieħed minnhom, li huma mhu se jwettqu qatt iktar attivitajiet tas-sajd.” |
ANNESS V
“ANNEX III
L-għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni li jistadu f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi
Żona tas-sajd |
Sajd |
Għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd |
Allokazzjoni ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd bejn l-Istati Membri |
Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fl-istess waqt |
L-ilmijiet Norveġiżi u ż-żona tas-sajd madwar Jan-Mayen |
Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N |
77 |
DK: 25 DE: 5 FR: 1 IE: 8 NL: 9 PL: 1 SV: 10 UK: 18 |
57 |
Speċijiet demersali, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N |
80 |
DE: 16 IE: 1 ES: 20 FR: 18 PT: 9 UK: 14 Mhux allokat: 2 |
50 |
|
Kavalli |
Mhux rilevanti |
Mhux rilevanti |
70 (1) |
|
L-ispeċijiet industrijali, fin-Nofsinhar ta' 62° 00′ N |
480 |
DK: 450 UK: 30 |
150 |
|
Ilmijiet tal-Faeroe |
Is-sajd kollu bit-tkarkir b'bastimenti ta' mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mil-linja ta' bażi tal-Gżejjer Faeroe |
26 |
BE: 0 DE: 4 FR: 4 UK: 18 |
13 |
Sajd maħsub għall-merluzz u l-haddock bid-daqs tal-malja ta' minimu 135 mm, ristrett għaż-żona fin-Nofsinhar ta' 62° 28′ N u Lvant ta' 6° 30′ W |
8 (2) |
Mhux rilevanti |
4 |
|
Tkarkir 'il barra minn 21 mil mil-linji bażi tal-Gżejjer Faroe. Fil-perijodi mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61° 20' N u 62° 00′ N u bejn 12 u 21 mil mil-linji ta' bażi. |
70 |
BE: 0 DE: 10 FR: 40 UK: 20 |
26 |
|
Sajd bit-tkarkir għal-linarda bid-daqs tal-malja minimu ta' 100 mm fiż-żona fin-Nofsinhar ta' 61° 30′ N u l-Punent ta' 9° 00′ W u fiż-żona bejn 7° 00′ W u 9° 00′ W fin-Nofsinhar ta' 60° 30′ N u fiż-żona fil-Lbiċ ta' linja bejn 60° 30′ N, 7° 00′ W u 60°00′ N, 6°00′ W |
70 |
DE: 8 (3) FR: 12 (3) UK: 0 (3) |
20 (4) |
|
Sajd bit-tkarkir maħsub għall-pollakkju (saithe) bid-daqs tal-malja minimu ta' 120 mm u bil-possibilità li jintużaw ċineg fit-tond madwar ix-xkora tax-xibka. |
70 |
Mhux rilevanti |
22 (2) |
|
Sajd għall-istokkafixx. L-għadd totali ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd jista' jiżdied b'erba' bastimenti sabiex jiffurmaw pari, jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe jintroduċu regoli speċjali dwar l-aċċess għal żona li tissejjaħ ‘iż-żona ewlenija tas-sajd għall-istokkafixx’ |
34 |
DE: 3 DK: 19 FR: 2 NL: 5 UK: 5 |
20 |
|
Sajd bix-xlief |
10 |
UK: 10 |
6 |
|
Kavalli |
12 |
DK: 12 |
12 |
|
Aringi, fit-Tramuntana ta' 61° 00′ N |
21 |
DK: 7 DE: 1 IE: 2 FR: 0 NL: 3 SV: 3 UK: 5 |
21” |
(1) Mingħajr ħsara għal liċenzji addizzjonali mogħtija lill-Isvezja min-Norveġja skont prattika stabbilita.
(2) Wara r-Rekord Maqbul tal-1999, il-figuri għas-sajd maħsub għall-merluzz u għall-haddock huma inklużi fil-figuri għal ‘Is-sajd bit-tkarkir kollu b'bastimenti ta' mhux iktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faeroe’.
(3) Dawn il-figuri jirreferu għall-għadd massimu ta' bastimenti peżenti f'kull ħin.
(4) Dawn il-figuri huma inklużi fil-figuri għal ‘Sajd bit-tkarkir aktar minn 21 mil 'il barra mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faeroe’.
ANNESS VI
“ANNESS VIII
Limiti kwantitattivi tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd Għal bastimenti ta' pajjiżi-terzi li jistadu f'ilmijiet tal-unjoni
Stat tal-Bandiera |
Sajd |
Għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd |
Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fl-istess waqt |
In-Norveġja |
Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′N |
20 |
20 |
Faroe Islands |
Għall-kavalli, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIIe, VIIf, VIIh, Is-sawrell, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIIe, VIIf, VIIh; |
14 |
14 |
Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′N |
21 |
21 |
|
Għall-aringi, IIIa |
4 |
4 |
|
Sajd industrijali għan-Norway pout u laċċa kaħla, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N) (inkluż qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati ta' stokkafixx) |
15 |
15 |
|
Għall-lipp u t-tusk |
20 |
10 |
|
Għall-istokkafixx, II, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIb, VII (fil-Punent ta' 12° 00′ W) |
20 |
20 |
|
Linarda |
16 |
16 |
|
Il-Venezwela (1) |
Snappers (l-ilmijiet tal-Gujana Franċiża) |
45 |
45 |
(1) Biex jinħarġu dawk l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, għandha tiġi ppreżentata prova li jeżisti kuntratt validu bejn sid il-bastiment li qed japplika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u impriża tal-ipproċessar li tinsab fid-Dipartiment tal-Gujana Franċiża, u li dan jinkludi obbligu tal-iżbark ta' mill-inqas 75 % tal-qabdiet kollha ta' snapper mill-bastiment ikkonċernat f'dak id-dipartiment sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu pproċessati fl-impjant ta' dik l-impriża. Tali kuntratt għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet Franċiżi, li għandhom jiżguraw li hu konsistenti kemm mal-kapaċità proprja tal-impriża tal-ipproċessar kontraenti kif ukoll mal-objettivi għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Gujana. Kopja tal-kuntratt debitament approvata għandha tiġi annessa mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. F'każ li tali approvazzjoni tiġi miċħuda, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jinnotifikaw lill-parti kkonċernata u lill-Kummissjoni dwar din iċ-ċaħda u jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom għal dan.”
29.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/48 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 433/2014
tat-28 ta’ April 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014. |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
ANNESS
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Dmitry Nikolayevich KOZAK |
Imwieled fis-7.11.1958 f'Kirovohrad, RSS Ukraina |
Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
2. |
Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV |
Imwieled fil-15.9.1949 f'Moska |
Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
3. |
Oleg Genrikhovich SAVELYEV |
Imwieled fis-27.10.1965 f'Leningrad |
Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
4. |
Sergei Ivanovich MENYAILO |
Imwieled fit-22.8.1960 f'Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR |
Aġent gvernatur tal-belt Ukraina annessa ta' Sevastopol. |
29.4.2014 |
5. |
Olga Fedorovna KOVATIDI |
Imwielda fis-7.5.1962 f'Simferopol, RSS Ukraina. |
Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
6. |
Ludmila Ivanovna SHVETSOVA |
Imwielda fl-24.9.1949 f'Alma-Ata, USSR |
Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita — Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
7. |
Sergei Ivanovich NEVEROV |
Imwieled fil-21.12.1961 f'Tashtagol, USSR |
Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
8. |
Igor Dmitrievich SERGUN |
Imwieled fit-28.3.1957 |
Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli mill-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-Lvant tal-Ukraina. |
29.4.2014 |
9. |
Valery Vasilevich GERASIMOV |
Imwieled fit-8.9.1955 f'Kazan |
Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-istazzjonament massiv ta' truppi Russi matul il-fruntiera mal-Ukraina u milli naqas li jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni. |
29.4.2014 |
10. |
German PROKOPIV |
|
Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali f'Lugansk tas-Servizz ta' Sigurtà, irrekordja filmat indirizzat lill-President Putin u lir-Russja mill-bini okkupat. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”. |
29.4.2014 |
11. |
Valeriy BOLOTOV |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali. |
29.4.2014 |
12. |
Andriy PURGIN |
|
Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. |
29.4.2014 |
13. |
Denys PUSHYLIN |
Imwieled f'Makiivka |
Wieħed mill-mexxejja tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. |
29.4.2014 |
14. |
Tsyplakov Sergey GENNADEVICH |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk. |
29.4.2014 |
15. |
Igor STRELKOV (Ihor Strielkov) |
|
Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim ministru tal-Krimea. |
29.4.2014 |
29.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/51 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 434/2014
tal-11 ta' April 2014
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-domanda minn Franza biex id-denominazzjoni “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament b'dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 363, 13.12.2013, p. 10.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
FRANZA
Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni (IĠP)
29.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/53 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 435/2014
tat-28 ta' April 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 KG) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
CL |
173,8 |
MA |
46,1 |
|
MK |
105,0 |
|
TN |
89,9 |
|
TR |
78,9 |
|
ZZ |
98,7 |
|
0707 00 05 |
AL |
41,5 |
MA |
39,8 |
|
MK |
59,4 |
|
TR |
132,1 |
|
ZZ |
68,2 |
|
0709 93 10 |
MA |
29,9 |
TR |
113,9 |
|
ZZ |
71,9 |
|
0805 10 20 |
EG |
40,8 |
IL |
69,8 |
|
MA |
47,7 |
|
TN |
61,8 |
|
TR |
46,2 |
|
ZZ |
53,3 |
|
0805 50 10 |
MA |
35,6 |
TR |
85,7 |
|
ZZ |
60,7 |
|
0808 10 80 |
AR |
111,0 |
BR |
81,9 |
|
CL |
104,8 |
|
CN |
96,9 |
|
MK |
26,2 |
|
NZ |
136,6 |
|
US |
170,5 |
|
ZA |
130,1 |
|
ZZ |
107,3 |
|
0808 30 90 |
AR |
89,7 |
CL |
159,8 |
|
ZA |
113,4 |
|
ZZ |
121,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
29.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/55 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/238/PESK
tat-28 ta’ April 2014
li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
ANNESS
Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Dmitry Nikolayevich KOZAK |
Imwieled fis-7.11.1958 f'Kirovohrad, RSS Ukraina |
Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
2. |
Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV |
Imwieled fil-15.9.1949 f'Moska |
Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
3. |
Oleg Genrikhovich SAVELYEV |
Imwieled fis-27.10.1965 f'Leningrad |
Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
4. |
Sergei Ivanovich MENYAILO |
Imwieled fit-22.8.1960 f'Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR |
Aġent gvernatur tal-belt Ukraina annessa ta' Sevastopol. |
29.4.2014 |
5. |
Olga Fedorovna KOVATIDI |
Imwielda fis-7.5.1962 f'Simferopol, RSS Ukraina. |
Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
6. |
Ludmila Ivanovna SHVETSOVA |
Imwielda fl-24.9.1949 f'Alma-Ata, USSR |
Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita — Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
7. |
Sergei Ivanovich NEVEROV |
Imwieled fil-21.12.1961 f'Tashtagol, USSR |
Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
8. |
Igor Dmitrievich SERGUN |
Imwieled fit-28.3.1957 |
Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli mill-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-Lvant tal-Ukraina. |
29.4.2014 |
9. |
Valery Vasilevich GERASIMOV |
Imwieled fit-8.9.1955 f'Kazan |
Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-istazzjonament massiv ta' truppi Russi matul il-fruntiera mal-Ukraina u milli naqas li jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni. |
29.4.2014 |
10. |
German PROKOPIV |
|
Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali f'Lugansk tas-Servizz ta' Sigurtà, irrekordja filmat indirizzat lill-President Putin u lir-Russja mill-bini okkupat. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”. |
29.4.2014 |
11. |
Valeriy BOLOTOV |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali. |
29.4.2014 |
12. |
Andriy PURGIN |
|
Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. |
29.4.2014 |
13. |
Denys PUSHYLIN |
Imwieled f'Makiivka |
Wieħed mill-mexxejja tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. |
29.4.2014 |
14. |
Tsyplakov Sergey GENNADEVICH |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk. |
29.4.2014 |
15. |
Igor STRELKOV (Ihor Strielkov) |
|
Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim ministru tal-Krimea. |
29.4.2014 |