ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
24 ta' April 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2014 tas-17 ta' Frar 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda li t-tip tagħhom diġà ġie approvat fi proċess b'diversi stadji ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 405/2014 tat-23 ta' April 2014 li japprova l-aċidu lawriku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19 ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2014 tat-23 ta' April 2014 li japprova l-etilbutilaċetilamminopropjonat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19 ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2014 tat-23 ta' April 2014 li japprova t-transflutrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 ( 1 )

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2014 tat-23 ta' April 2014 li japprova d-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 ( 1 )

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2014 tat-23 ta' April 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Bacalhau de Cura Tradicional Portuguesa (STG))

20

 

*

Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 410/2014 tat-23 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont it-tip approvat fil-proċess ta' diversi stadji ( 1 )

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga u tal-vitella friska u ffriżata li toriġina mill-Ukraina

27

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw mill-Ukraina

32

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukraina

37

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) Nru 414/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' laħam tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina mill-Ukraina

44

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 tat-23 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukraina u li jidderoga minnu

49

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

53

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 417/2014 tat-23 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

56

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/225/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

58

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1369/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1990/2006 ( ĠU L 346, 20.12.2013 )

59

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2014

tas-17 ta' Frar 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda li t-tip tagħhom diġà ġie approvat fi proċess b'diversi stadji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XII tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 692/2008 (2) jistabbilixxi metodu ġdid biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi N1 li t-tip tagħhom diġà ġie approvat fi proċess b'diversi stadji (minn hawn 'il qudddiem imsejħa “vetturi li għaddew minn diversi stadji”). Il-metodu l-ġdid se jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2014 iżda ilu jista jiġi applikat fuq bażi volontarja mill-1 ta' Jannar 2013.

(2)

Il-Punt 7 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jistipula li l-emmissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vetturi kompluti għandhom ikunu allokati lill-manifattur tal-vetturi ta' bażi. Dan jeħtieġ li vettura li għaddiet minn diversi stadji kompluta tkun tista' tiġi rikonoxxuta fil-proċess ta' monitoraġġ u li l-manifattur tal-vettura ta' bażi jkun jista' jiġi identifikat. Dan jeħtieġ ukoll li ċerta dejta dwar il-vettura ta' bażi tiġi ddeterminata skont il-metodoloġija l-ġdida stabbilita fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-manifatturi tal-vettura ta' bażi għandhom id-dritt li jivverifikaw id-dejta marbuta ma' vettura li għaddiet minn diversi stadji, li abbażi tagħha jiġu kkalkulati l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu pprovduti l-parametri tad-dejta rilevanti sabiex jiġi żgurat li tali verifika tkun tista' titwettaq b'mod effettiv.

(4)

Il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 tapplika fir-rigward tal-vetturi mhux sħaħ u dawk kompluti. Madankollu, meta vettura sħiħa tkompli tinbidel wara l-ewwel reġistrazzjoni tagħha, għandu jiġi ċċarat li hija l-massa fi stat operattiv u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura sħiħa li tintuża bħala l-vettura ta' bażi li għandhom jiġu mmonitorjati u meqjusa għall-kalkolu tal-miri għall-emissjonijiet speċifiċi.

(5)

Jeħtieġ li tiġi speċifikata aktar id-dejta li għandha tiġi pprovduta sabiex jiġi żgurat li r-rendiment tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi li jgħaddu minn diversi stadji tkun tista' tiġi mmonitorjata u vverifikata b'mod xieraq u effiċjenti.

(6)

Vettura hija identifikata permezz ta' numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “VIN”), jiġifieri kodiċi alfanumeriku assenjat lil kull vettura mill-manifattur skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 (3). Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fit-Taqsima 4 tal-Anness XVII, tistipula li n-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ta' bażi għandu, bħala regola ġenerali, jinżamm matul l-istadji sussegwenti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-proċess. Għaldaqstant, permezz tal-VIN għandu jkun possibbli li ssir rabta bejn vettura kompluta u vettura ta' bażi sabiex b'hekk jiġi identifikat il-manifattur tal-vettura ta' bażi responsabbli għall-emissjonijiet tas-CO2. Barra minn hekk, il-VIN għandu jippermetti lill-manifattur tal-vettura ta' bażi jivverifika d-dejta rilevanti relatata mal-vettura ta' bażi. Peress li m'hemmx parametri oħrajn li jistgħu jipprovdu rabta bħal din, huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu mitluba jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-VINs ta' vetturi N1 li jkunu għadhom kif ġew irreġistrati lill-Kummissjoni permezz tas-sistema ta' ġbir ta' dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).

(7)

Sabiex jiġu kkalkulati l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, huwa meħtieġ, skont il-punt 7 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, li titqies il-massa miżjuda prestabbilita ddeterminata skont il-punt 5.3 tal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. Dan se jeħtieġ il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-massa fi stat operattiv tal-vettura ta' bażi u l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli ta' dik il-vettura, li permezz tagħhom tista' tiġi ddeterminata l-massa miżjuda prestabbilita, jew, inkella, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-massa miżjuda prestabbilita nnifisha. Barra minn hekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk vettura li tkun għaddiet minn diversi stadji taqax jew le fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, jeħtieġ li jiġi vverifikat li l-massa ta' referenza tal-vettura kompluta ma taqbiżx il-limiti msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament.

(8)

Meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jipprovdu l-parametri meħtieġa kollha skont l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 minħabba d-disinn tas-sistema tagħhom għar-reġistrazzjoni ta' dejta dwar vetturi kummerċjali ħfief ġodda, dawk il-parametri jistgħu jiġu pprovduti mill-manifatturi kkonċernati fin-notifika msemmija fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

(9)

Għal dik l-istess raġuni, il-manifatturi jistgħu, f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 (5), jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-EEA bil-VINs li huma assenjaw lill-vetturi mibjugħa fis-sena kalendarja preċedenti jew li għalihom inħarġet garanzija f'dik is-sena.

(10)

Wara li vettura tiġi rreġistrata sabiex tkun tista' tibda tiċċirkula fit-traffiku, il-VINs jistgħu jiġu marbuta ma' settijiet ta' dejta li jippermettu l-identifikazzjoni tas-sid tal-vettura. Madankollu, il-VIN fih innifsu ma jinkludix id-dejta personali u l-ipproċessar tad-dejta għall-iskopijiet tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 ma jeħtieġ aċċess għal ebda dejta personali marbuta u lanqas l-ipproċessar tagħha. Għaldaqstant, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-VINs mhumiex meqjusa bħala l-ipproċessar tad-dejta personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madankollu, huwa rikonoxxut li l-VINs jistgħu jitqiesu bħala dejta sensittiva, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-prevenzjoni tas-serq tal-vetturi, u għaldaqstant huwa xieraq li jiġi żgurat li l-VINs irrappurtati lill-Kummissjoni u lill-EEA ma jiġux ippubblikati.

(11)

Billi tqabbel il-VINs irrappurtati mill-Istati Membri ma' dawk ipprovduti mill-manifatturi, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EEA, għandha tidentifika l-manifatturi u l-vetturi kkonċernati u tħejji s-sett tad-dejta provviżorju skont l-Artikolu 10b tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012.

(12)

Sabiex ikun żgurat paralleliżmu sħiħ tar-rekwiżiti ta' monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 ma' dawk applikabbli għall-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), huwa xieraq li jiġu adattati r-rekwiżiti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 dwar il-forniment ta' dejta aggregata u l-metodoloġija għad-determinazzjoni l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief.

(13)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjoniijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta' Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta' April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).


ANNESSI

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

Il-Punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Dejta ddettaljata

1.1.   Vetturi sħaħ irreġistrati bħala N1

Fil-każ tal-vetturi sħaħ bl-approvazzjoni tat-tip tal-KE rreġistrati bħala N1, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida l-ewwel darba li tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom:

(a)

il-manifattur;

(b)

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu;

(c)

it-tip, il-varjant u l-verżjoni;

(d)

l-għamla

(e)

il-kategorija tal-vettura bl-approvazzjoni tat-tip;

(f)

il-kategorija tal-vettura rreġistrata;

(g)

l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2;

(h)

il-massa fi stat operattiv;

(i)

il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli;

(j)

l-impronta: id-distanza bejn il-fusien, il-wisa' bejn l-uċuħ ta' barra tar-roti tal-fus tal-istering u l-wisa' bejn l-uċuħ ta' barra tar-roti tal-fus l-ieħor;

(k)

it-tip ta' fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

(l)

il-kapaċità tal-magna;

(m)

il-konsum tal-enerġija elettrika;

(n)

il-kodiċi tat-teknoloġija innovattiva jew tal-grupp ta' teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba dik it-teknoloġija

(o)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura.

Għandu jintuża l-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C.

1.2.   Vetturi approvati fi proċess b'diversi stadji u rreġistrati bħala vetturi N1

Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji rreġistrati bħala vetturi N1, għal kull sena kalendarja l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja fir-rigward ta':

(a)

il-vettura ta' bażi (mhux sħiħa): id-dejta speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1, jew, minflok id-dejta speċifikata f'(h) u (i), il-massa miżjuda prestabbilita pprovduta bħala parti mill-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip speċifikata fil-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

(b)

il-vettura ta' bażi (sħiħa): id-dejta speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1;

(c)

il-vettura kompluta: id-dejta speċifikata fil-punti (a), (f), (g), (h), (j), (k), (l), (m), u (o) speċifikata fil-punt 1.1.

Fejn id-dejta msemmija fil-punt (a) u (b) ta' dan il-punt ma tkunx tista tiġi pprovduta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minflok jipprovdi d-dejta dwar il-vettura kompluta.

Il-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C għandu jintuża għall-vetturi N1 kompluti.

In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura msemmi fil-punt (o) tal-punt 1.1 ma għandux jiġi ppubblikat”;

(b)

il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

(a)

is-sorsi użati għall-ġbir tad-dejta ddettaljata msemmija fil-punt 1;

(b)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE;

(c)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji, fejn disponibbli

(d)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment;

(e)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali.”.

(2)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

il-parti tal-introduzzjoni u l-punt 1 huma emendati kif ġej:

“B —   Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda

L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ li l-Istati Membri huma meħtieġa iddeterminaw skont il-punt 1 u 3 tal-Parti A ta' dan l-Anness għandha tiġi ddeterminata f'konformità mal-metodoloġija f'din il-Parti.

1.   L-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fit-territorju tagħhom fis-sena ta' monitoraġġ rispettiva, u għandha ssir distinzjoni bejn il-vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE, dawk approvati individwalment u dawk approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali u, fejn disponibbli, għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji.”;

(b)

il-punt 4 jitħassar;

(c)

fil-punt 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Minkejja li għall-Parti C ta' dan l-Anness għandha tintuża l-massa miżjuda prestabbilta, meta l-valur ta' dik il-massa ma jkunx jista' jiġi ddeterminat, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika msemmija fl-Artikolu 8(4).

Fejn il-vettura ta' bażi tkun vettura sħiħa, il-massa fi stat operattiv ta' dik il-vettura għandha tintuża għall-kalkolu tal-mira ta' emissjonijiet speċifika. Madankollu, fejn il-valur ta' dik il-massa ma jistax jiġi ddeterminat, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika.”

(3)

Il-parti C tinbidel b'dan li ġej:

“C.   Il-formats għat-trażmissjoni tad-dejta

Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-format li ġej:

Taqsima 1 — Dejta aggregata dwar il-monitoraġġ

Stat Membru (1):

 

Sena

 

Sors tad-dejta

 

L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE

 

L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment

 

L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali

 

L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji (fejn disponibbli)

 


Taqsima 2 — Dejta ddettaljata dwar il-monitoraġġ — reġistrazzjoni ta' vettura waħda

Referenza għat-Taqsima 1.1 tal-Parti A

Dejta ddettaljata għal kull vettura rreġistrata (2)

(a)

Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur (3)

Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur

VETTURA SĦIĦA/VETTURA TA' BAŻI (4)

Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur

VETTURA KOMPLUTA (4)

Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru (3)

(b)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

(c)

It-tip

Il-varjant

Il-verżjoni

(d)

L-għamla

(e)

Il-kategorija tal-vettur bl-approvazzjoni tat-tip

(f)

Il-kategorija tal-vettura rreġistrata

(g)

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2

(h)

Il-massa fi stat operattiv

VETTURA TA' BAŻI

Il-massa fi stat operattiv

VETTURA KOMPLUTA/VETTURA SĦIĦA

(i) (5)

Il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli

(j)

Id-distanza bejn il-fusien

Il-wisa' tal-fus tal-istering (Fus 1)

Il-wisa' tal-fus -ieħor (Fus 2)

(k)

It-tip ta' fjuwil

Il-modalità tal-fjuwil

(l)

Il-kapaċità tal-magna (cm3)

(m)

Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

(n)

Il-kodiċi tat-teknoloġija innovattiva jew tal-grupp ta' teknoloġiji innovattivi

It-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz ta' teknoloġija innovattiva/teknoloġiji innovattivi

(o)

In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura

Il-punt 2.17.2. tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE (6)

Il-massa miżjuda prestabbilita (fejn applikabbli fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji)


(1)  Il-kodiċijiet tal-alfa-2 mogħtija fl-istandard tal-ISO bin-numru 3166, ħlief għall-Greċja u r-Renju Unit, li għalihom għandhom jintużaw il-kodiċijiet ‘EL’ u ‘UK’ rispettivament.

(2)  Meta, fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, ma tkunx tista' tiġi pprovduta dejta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minn tal-inqas jipprovdi d-dejta speċifikata f'dan il-format għall-vettura kompluta. Fejn in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ma jistax jiġi pprovdut, id-dejta ddettaljata kollha għandha tiġi pprovduta għall-vettura sħiħa, għall-vettura kompluta kif ukoll għall-vettura ta' bażi skont il-punti (a), (b) u (c) tal-punt 1.2 tal-Parti A ta' dan l-Anness.

(3)  Fil-każ ta' approvazzjonijiet f'serje żgħira f'livell nazzjonali (NSS) jew l-approvazzjonijiet individwali (IVA), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna ‘Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru’ filwaqt li fil-kolonna ‘Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur’ għandha tiġi indikata waħda minn dawn li ġejjin ‘AA-NSS’ jew‘AA-IVA’ skont il-każ.

(4)  Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-manifattur tal-vettura ta' bażi (mhux sħiħa/sħiħa). Jekk il-manifattur tal-vettura ta' bażi ma jkunx disponibbli indika biss il-manifattur tal-vettura kompluta.

(5)  Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi.

(6)  Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, il-massa fi stat operattiv u l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi jistgħu jiġu sostitwiti mill-massa miżjuda prestabbilta speċifikata fl-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip skont il-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE.”.


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 405/2014

tat-23 ta' April 2014

li japprova l-aċidu lawriku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-aċidu lawriku.

(2)

L-aċidu lawriku ġie vvalutat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva Nru 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 19, repellanti u attrattanti, kif definit fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 19 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Ġermanja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma' rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-17 ta' Mejju 2010 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tar-reviżjoni ġew inkorporati f'rapport ta' valutazzjoni revedut fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-13 ta' Marzu 2014.

(5)

Skont dak ir-rapport, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 19 u li fihom l-aċidu lawriku huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva Nru 98/8/KE, sakemm ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tiegħu jiġu ssodisfati.

(6)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-aċidu lawriku jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19, suġġett għall-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Billi l-valutazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma sustanza attiva tkun approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċidu lawriku għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19, suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3)

(3)  Id-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

Aċidu lawriku

Isem tal-IUPAC:

Aċidu dodekanojku

Nru tal-KE: 205-582-1

Nru tal-CAS: 143-07-7

980 g/kg

1 ta' Novembru 2015

31 ta' Ottubru 2025

19

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskji, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha purità ugwali jew purità differenti, jekk tkun ġiet ippruvata li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva vvalutata.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta' valutazzjoni jinsabu fis-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 406/2014

tat-23 ta' April 2014

li japprova l-etilbutilaċetilamminopropjonat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-etilbutilaċetilamminopropjonat

(2)

L-etilbutilaċetilamminopropjonat ġie vvalutat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva Nru 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 19, repellanti u attrattanti, kif definit fl-Anness V ta' dik id-Direttiva li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 19 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Belġju nħatar bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressaq ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma' rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-5 ta' Novembru 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tar-reviżjoni ġew inkorporati f'rapport ta' valutazzjoni revedut fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-13 ta' Marzu 2014.

(5)

Skont dak ir-rapport ta' valutazzjoni, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 19 u li fihom l-etilbutilaċetilamminopropjonat huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva Nru 98/8/KE, sakemm ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tiegħu jiġu ssodisfati.

(6)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-etilbutilaċetilamminopropjonat jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19, suġġett għall-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Billi l-valutazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma sustanza attiva tkun approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-etilbutilaċetilamminopropjonat għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19, suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3)

(3)  Id-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

Etilbutilaċetilamminopropjonat

Isem tal-IUPAC:

Ester etiliku tal-aċidu 3-(N-aċetil-N-butil)amminopropjoniku

Nru tal-KE: 257-835-0

Nru tal-CAS: 52304-36-6

990 g/kg

l-1 ta' Novembru 2015

il-31 ta' Ottubru 2025

19

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskji, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet huma suġġetti għal din il-kundizzjoni:

L-esponiment primarju tal-bniedem għall-prodott għandu jiġi minimizzat billi jiġu meqjusa u applikati miżuri li jtaffu r-riskji, inkluż, fejn ikun applikabbli, struzzjonijiet dwar l-ammont u l-frekwenza li bihom il-prodott jista' jiġi applikat fuq il-ġilda tal-bniedem.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha purità ugwali jew purità differenti, jekk tkun ġiet ippruvata li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva vvalutata.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta' valutazzjoni jinsabu fis-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm.


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 407/2014

tat-23 ta' April 2014

li japprova t-transflutrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi elenku ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dan l-elenku jinkludi t-transflutrina.

(2)

It-transflutrina ġiet evalwata f'konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti biex jiġu kkontrollati artropodi oħra kif iddefiniti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondi mal-prodotti tat-tip 18 kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Pajjiżi l-Baxxi nħatru bħala l-Istat Membru Relatur u ressqu r-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma' rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fit-13 ta' Lulju 2010 f'konformità mal-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. F'konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tar-reviżjoni ġew imdaħħla, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, f'żewġ rapporti ta' valutazzjoni, fit-13 ta' Marzu 2014.

(5)

Skont dak ir-rapport tal-valutazzjoni, prodotti bijoċidali użati għall-prodott tat-tip 18 u li fihom it-transflutrina jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, bil-kundizzjoni li ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet b'rabta mal-użu tiegħu jkunu sodisfatti.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li t-transflutrina tiġi approvata għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 soġġett għall-konformità ma' tali speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Billi l-evalwazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru528/2012.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-transflutrina għandha tiġi approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 18, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3)

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

Transflutrina

Isem tal-IUPAC:

2,3,5,6-tetrafluworobenżil (1R,3S)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat

jew

2,3,5,6-Tetrafluworobenżil (1R)-trans-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat

Nru tal-KE: 405-060-5

Nru tal-CAS: 118712-89-3

965 g/kg ta' 1R trans konfigurazzjoni

l-1 ta' Novembru 2015

il-31 ta' Ottubru 2025

18

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għal din il-kundizzjoni:

Fid-dawl tar-riskji għall-kompartimenti tal-ilma, tan-naqal u tal-ħamrija, it-transflutrina ma għandhiex tintuża f'vaporizzaturi għall-użu fuq ġewwa jew kojlijiet ta' insettiċidi sakemm ma jkunx jista' jintwera fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista' tkun ta' purità ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet ta' rapporti tal-valutazzjoni jinsabu fis-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 408/2014

tat-23 ta' April 2014

li japprova d-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din il-lista tinkludi d-diossidu tas-siliċju.

(2)

Id-diossidu tas-siliċju vvalutat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva Nru 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti biex jiġu kkontrollati artropodi oħra, kif definit fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip 18 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Id-dejta li tressqet għall-fini tal-valutazzjoni ppermettiet li jsiru konklużjonijiet dwar ċertu forma ta' diossidu tas-siliċju, jiġifieri, id-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku deskritt bħala silika umida, bin-numru tal-CAS Nru 112926-00-8. Il-valutazzjoni ma ppermettietx li jsiru konklużjonijiet dwar xi sustanza oħra konformi mad-definizzjoni tad-diossidu tas-siliċju bin-numru tal-CAS Nru 7631-86-9 fil-lista ta' sustanzi attivi msemmija hawn fuq fir-Regolament (KE) Nru 1451/2007. Għaldaqstant, l-approvazzjoni għandha tkopri biss id-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku.

(4)

Franza nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma' rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-16 ta' April 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(5)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tar-reviżjoni ġew inkorporati f'rapport ta' valutazzjoni revedut fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-13 ta' Marzu 2014.

(6)

Skont dak ir-rapport ta' valutazzjoni, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 18 u li fihom id-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva Nru 98/8/KE, sakemm ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tiegħu jiġu ssodisfati.

(7)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 18, suġġett għall-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(8)

Billi li d-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku, kif ivvalutat, huwa nanomaterjal, l-approvazzjoni għandha tkopri tali nanomaterjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, sakemm ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom jiġu ssodisfati.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma sustanza attiva tkun approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18, suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3)

(3)  Id-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Karatteristiċi strutturali ta' referenza (2)

Data tal-approvazzjoni

Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (3)

Diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku (nano)

Isem tal-IUPAC:

Diossidu tas-siliċju

Nru tal-KE: 231-545-4

Nru tal-CAS: 112926-00-8

Din l-approvazzjoni tkopri d-diossidu tas-siliċju amorfu sintetiku bħala nanomaterjal fil-forma ta' partikuli aggregati stabbli b'daqs tal-partikuli > 1 μm, b'partikuli primarji ta' daqs nano.

800 g/kg

Daqs tal-partikuli aggregati stabbli > 1 μm

Daqs tal-partikuli primarji < 25 nm

Erja ta' superfiċje ta' volum speċifiku > 600 m2/cm3

l-1 ta' Novembru 2015

l-31 ta' Ottubru 2025

18

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskji, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha purità ugwali jew purità differenti, jekk tkun ġiet ippruvata li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Il-karatteristiċi strutturali indikati f'din il-kolonna kienu dawk tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta' valutazzjoni jinsabu fis-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm.


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 409/2014

tat-23 ta' April 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Bacalhau de Cura Tradicional Portuguesa (STG))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tal-Portugall biex id-denominazzjoni “Bacalhau de Cura Tradicional Portuguesa” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Bacalhau de Cura Tradicional Portuguesa” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Bacalhau de Cura Tradicional Portuguesa” (STG) b'dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7 — Ħut frisk, molluski u krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom — tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 292, 8.10.2013, p. 8.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta' Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3).


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 410/2014

tat-23 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont it-tip approvat fil-proċess ta' diversi stadji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XII tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 692/2008 (2) jistabbilixxi metodu ġdid għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-CO2 minn u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tal-N1 li huma tat-tip approvat fi proċess ta' diversi stadji (minn hawn 'il qudddiem msemmija “vetturi mibnija f'diversi stadji”). Il-metodu l-ġdid għandu jibda japplika fl-1 ta' Jannar 2014, iżda jista' jiġi applikat fuq bażi volontarja mill-1 ta' Jannar 2013.

(2)

Il-Punt 7 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jistipula li l-emmissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vetturi kkompletati għandhom ikunu allokati lill-manifattur tal-vetturi bażi. Dan jeħtieġ li vetturi kkompletati jistgħu jiġu rikonoxxuti fil-proċess ta' monitoraġġ u li l-manifattur tal-vettura bażi jista' jiġi identifikat. Dan jeħtieġ ukoll ċerta dejta dwar il-vettura bażi biex jiġi ddeterminat skont il-metodoloġija l-ġdida stabbilita fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-manifatturi tal-vetturi bażi għandhom id-dritt li jivverifikaw id-dejta marbuta mal-vettura mibnija f'diversi stadji, biex fuqha jiġu kkalkulati l-miri tagħhom tal-emissjonijiet tas-CO2. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-iskambju ta' dejta rilevanti bejn il-manifatturi u l-Kummissjoni.

(4)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet u d-disinn tas-sistemi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi tagħhom, madankollu, l-Istati Membri jistgħu ma jkunux kapaċi jipprovdu d-dejta kollha rilevanti għall-monitoraġġ tal-vettura mibnija f'diversi stadji li huma indikati fid-dejta dettaljata speċifikata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibilità li tieħu inkonsiderazzjoni d-dejta provduta mill-manifatturi bħala parti mill-proċess ta' verifika konformi mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għad-determinazzjoni tal-miri tal-emissjonijiet speiċifiċi preliminari.

(5)

Għaldaqstant, il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) in-numri ta' identifikazzjoni tal-vettura (VINs) li jkunu assenjaw lill-vetturi kummerċjali ħfief mibjugħa fis-sena kalendarja preċedenti jew li għalihom tkun inħarġet garanzija f'dik is-sena. Il-manifatturi għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jipprovdu lill-Kummissjoni dejta dettaljata dwar dawk il-vetturi. Sabiex din id-dejta tiġi kkunsidrata għall-kalkolu ta' miri provviżorji, il-manifatturi għandhom jipprovdu d-dejta tagħhom lill-Kummissjoni u lill-EEA fl-istess żmien tal- preżentazzjoni tad-dejta annwali tal-Istati Membri.

(6)

Bit-tqabbil tad-dejta dettaljata pprovduta mill-Istati Membri ma' dik mogħtija mill-manifatturi, abbażi tal-VINs, il-Kummissjoni għandha tipprepara sett tad-dejta provviżorju għall-kalkolu ta' miri preliminari. Is-sett tad-dejta provviżorju li għandu jiġi notifikat lil manifattur għandu jinkludi l-VINs għal dawk ir-rekords fejn iż-żewġ settijiet ta' dejta jistgħu jitqabblu. Fejn meħtieġ, is-sett ta' dejta provviżorju għandu jinkludi wkoll dawk ir-rekords fejn il-VINs tal-Istati Membri ma jaqblux mal-VINs maħruġa mill-manifattur. F'dak il-każ ir-reġistri għandhom jiġu trażmessi lill-manifattur mingħajr VINs. Is-sett tad-dejta provviżorju, bl-eċċezzjoni tal-VINs, għandu jkun ippubblikat f'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

(7)

Sabiex ikun żgurat paralleliżmu sħiħ tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 (3) ma' dawk applikabbli lill-karozzi tal-passiġġieri stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (4), huwa xieraq li jiġu adattati r-rekwiżiti għan-notifika tal-iżbalji mill-manifatturi f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament.

(8)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.

‘dejta ta' monitoraġġ dettaljata’ tfisser id-dejta dettaljata speċifikata fit-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 li hija diżaggregata skont il-manifattur u s-serje tal-vettura kif iddefinita mit-tip, il-varjant u l-verżjoni.”

(2)

L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Vetturi li mhumiex koperti mill-approvazzjoni tat-tip-KE

Meta l-vetturi kummerċjali ħfief ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' serje żgħira skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva Nru 2007/46/KE, jew għal approvazzjonijiet individwali skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bin-numri rispettivi ta' dawn il-vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom.

Biex id-dejta dettlajata tal-monitoraġġ tkun sħiħa, l-awtorità kompetenti għandha tindika l-isem tal-manifattur fil-kolonna ‘L-isem tal-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru’ fil-format stabbilit fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, u fil-kolonna ‘Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur’ għandha tindika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

‘AA-IVA’ għar-rapportar ta' tipi ta' vetturi approvati individwalment;

(b)

‘AA-NSS’ għar-rapportar ta' tipi ta' vetturi approvati f'serje żgħira b'mod nazzjonali.”

(3)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta dejta tiġi trażmessa skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-persuna tal-kuntatt indikata mill-manifattur għandha tingħata wkoll id-dritt li ttella' d-dejta dettaljata fuq ir-Repożitorju tad-Dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.”

(b)

Jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

“3.   Għall-fini tal-verifika tad-dejta provviżorja, il-manifatturi għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, l-aktar tard sat-28 ta' Frar ta' kull sena, in-numri tal-identifikazzjoni tal-vetturi ta' kull vettura kummerċjali (kompluta, ikkompletata jew inkompluta) li jkunu biegħu fis-sena kalendarja preċedenti fl-Unjoni, jew li għaliha jkunu ħarġu garanzija f'dik is-sena. Il-manifatturi jistgħu fl-istess ħin jipprovdu lill-Kummissjoni d-dejta dettaljata speċifikata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 marbuta mal-vetturi.

Id-dejta għandha tiġi trażmessa permezz ta' trasferiment elettroniku tad-dejta lir-Repożitorju tad-Dejta ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

4.   Meta l-manifatturi ma jissottomettux in-numri tal-verifika tal-vettura u d-dejta dettaljata msemmija fil-paragrafu 3, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi provviżorja għandha tiġi kkalkulata abbażi tad-dejta dettaljata kif mogħtija mill-Istati Membri.”

(4)

L-Artikoli 10a u 10b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

“Artikolu 10a

Notifika tal-iżbalji mill-manifatturi

1.   Il-manifatturi li jinnotifikaw l-iżbalji f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandhom jużaw is-sett tad-dejta provviżorju notifikat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(4) bħala l-bażi tan-notifika tagħhom.

In-notifika tal-iżball għandha tinkludi s-settijiet tad-dejta kollha marbuta mar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi li huwa responsabbli għalihom il-manifattur li qed jibgħat in-notifika. Fil-każ ta' vetturi kkompletati, manifattur responsabbli huwa manifattur responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-vettura bażi.

L-iżball għandu jkun indikat permezz ta' entrata separata fis-sett tad-dejta għal kull verżjoni, intitolata ‘Kummenti mill-manifattur’, fejn għandu jkun speċifikat wieħed minn dawn il-kodiċijiet li ġejjin:

(a)

Kodiċi A, fil-każ li r-rekords inbidlu mill-manifattur;

(b)

Kodiċi B, fil-każ li l-vettura ma tistax tiġi identifikata;

(c)

Kodiċi C, fil-każ li l-vettura taqa' 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jew il-produzzjoni tagħha twaqqfet;

(d)

Kodiċi D, fejn il-manifattur li ġie attribwit reġistru speċifiku hu l-manifattur tal-vettura kkompletata iżda mhux tal-vettura bażi mhux kompluta.

Għall-finijiet tal-punt (b), vettura titqies identifikabbli meta l-manifattur ma jkunx jista' jidentifika l-vettura abbażi tan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura provduta mill-Istat Membru, jew jekk ir-rekord ma fihx tali numru jew inkella l-vettura ma tistax tiġi identifikata.

Għall-finijiet tal-punt (d), il-manifattur finali tal-vettura għandu jindika wkoll isem il-manifattur tal-vettura bażi f'entrata separata intitolata ‘Noti dwar il-manifattur’.

2.   Meta manifattur ma jkunx innotifika l-iżbalji lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, jew meta n-notifika tiġi sottomessa wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tliet xhur stipulat fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-valuri provviżorji notifikati f'konformità mal-Artikolu 8(4) ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu kkunsidrati bħala finali.

3.   Fejn in-notifika tal-iżball imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi n-numri tal-identifikazzjoni tal-vettura, għandha tkun sottomessa lir-Repożitorju tad-Dejta msemmi fl-Artikolu 10(3), u f'każijiet oħra, għandha tintbagħat f'format elettroniku li ma jistax jitħassar, immarkat ‘Notifika ta' żball — CO2 mill-vannijiet’, bil-posta lil dan indirizz:

European Commission

Secretariat General

1049 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Għall-finijiet ta' informazzjoni għandha tintbagħat kopja elettronika tan-notifika fuq dawn l-indirizzi elettroniċi:

EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

kif ukoll

CO2-monitoring@eea.europa.eu.

Artikolu 10b

Preparazzjoni tad-dejta proviżjorja

1.   Meta l-manifatturi jissottomettu d-dejta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(3), is-sett tad-dejta provviżorju li jrid ikun innotifikat lil manifattur għandu jinkludi r-rekords li ġejjin:

(a)

ir-rekords li jinkludu n-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura, f'dawk il-każijiet fejn in-numri tal-identifikazzjoni tal-vettura sottomessi mill-manifattur f'konformità mal-Artikolu 10(3) jitqabblu ma' dawk sottomessi mill-Istati Membri kif speċifikat fil-Parti C tat-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011;

(b)

ir-rekords li jistgħu jiġu attribwiti lill-manifattur, għajr in-numri ta' identifikazzjoni ta' vettura, f'dawk il-każijiet fejn in-numri ta' identifikazzjoni ta' vettura pprovduti mill-Istati Membri ma jaqblux ma' dawk sottomessi mill-manifatturi.

Is-sett ta' dejta provviżorju ppreparat, li jinkludi r-rekords msemmija fil-punti (a) u (b), għandu jiġi notifikat lill-manifatturi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Ir-reġistru ċentrali tad-dejta msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) ma għandu jinkludi l-ebda dejta dwar numri tal-identifikazzjoni tal-vettura.

2.   L-ipproċessar tan-numri tal-identifikazzjoni tal-vettura ma għandu jinkludi l-ipproċessar tal-ebda dejta personali li tista' tintrabat ma' dawk in-numri jew ma' kull dejta oħra li tista' torbot in-numri ta' identifikazzjoni tal-vettura ma' dejta personali.”

(5)

L-Anness I għandu jiġi ssostitwit bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta' April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).


ANNESS

“ANNESS I

SORSI TA' DEJTA

Parametru

Ċertifikat ta' konformità (Mudell B tal-Parti 1 stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE)

Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (Direttiva 2007/46/KE)

Manifattur (vetturi kompluti)

Il-Punt 0.5

Il-Punt 0.5 tal-Parti I tal-Anness III

Manifattur tal-vettura bażi (vetturi mibnija f'diversi stadji)

Il-Punt 0.5.1

Il-Punt 0.5 tat-Taqsima B tal-Anness I;

Numru tal-approvazzjoni tat-tip-

Il-Punt 0.10(b)

Il-parti introduttorja tal-Anness VI.

It-tip

Il-Punt 0.2

Il-Punt 0.2 tal-Parti I tal-Anness III

Il-varjant

Il-Punt 0.2

Il-Parti I jew II tal-Anness III jew it-Taqsima 3 tal-Anness VIII

Il-verżjoni

Il-Punt 0.2

Il-Parti I jew II tal-Anness III jew it-Taqsima 3 tal-Anness VIII

L-għamla

Il-Punt 0.1

Il-Punt 0.1 tal-Parti I tal-Anness III

Kategorija ta' vettura tat-tip approvat

Il-Punt 0.4

Il-Punt 0.4 tal-Parti I tal-Anness III

Massa f'kundizzjoni ta' sewqan (vetturi kompluti u kkompletati) (kg)

It-Taqsima 13

Il-Punt 2.6 tal-Parti I tal-Anness III, jew mill-10 ta' Jannar 2014, il-punt 2.6(b) tal-Parti 1 tal-Anness III (f'każ ta' firxa, għandha tittieħed il-massa minima)

Massa f'kundizzjoni ta' sewqan (vettura bażi) (kg)

It-Taqsima 14

Il-punt 2.17.1. tal-Anness I

Massa massima teknikament permissibbli mgħobbija (tal-vettura bażi fil-każ ta' vetturi mibnija f'diversi stadji) (kg)

Il-Punt 16.1

Il-Punt 2.8 tal-Parti I tal-Anness III

Impronta — it-tul bejn il-fusien (Wheel base) (mm)

It-Taqsima 4

It-Taqsima 2.1 tal-Parti I tal-Anness III (1)

Impronta — il-wisa' bejn ir-roti (Track width) (mm)

It-Taqsima 30

It-Taqsima 2.3.1 u t-Taqsima 2.3.2 tal-Parti I tal-Anness III (2)

Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (g/km) (3)

Il-Punt 49.1

It-Taqsima 3 tal-Anness VIII

It-tip ta' fjuwil

It-Taqsima 26

It-Taqsima 3.2.2.1 tal-Parti 1 tal-Anness III

Il-modalità tal-fjuwil

Il-Punt 26.1

It-Taqsima 3.2.2.4 tal-Parti 1 tal-Anness III

Il-kapaċità tal-magna (cm3)

It-Taqsima 25

It-Taqsima 3.2.1.3 tal-Parti 1 tal-Anness III

Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

Il-Punt 49.2

It-Taqsima 3 tal-Anness VIII

It-teknoloġija innovattiva jew il-grupp ta' teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 li ġej minn dik it-teknoloġija innovattiva.

Il-Punt 49.3

It-Taqsima 4 tal-Anness VIII

In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura

Il-Punt 0.10

Il-Punt 9.17 tal-Parti I tal-Anness III

Massa miżjuda standard

 

Il-Punt 2.17.2. tal-Anness I


(1)  Skont l-Artikolu 4(9) ta' dan ir-Regolament.

(2)  Skont l-Artikolu 4(8) u (9) ta' dan ir-Regolament.

(3)  Skont l-Artikolu 4(5) ta' dan ir-Regolament.”


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 411/2014

tat-23 ta' April 2014

li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga u tal-vitella friska u ffriżata li toriġina mill-Ukraina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti stabbiliti f'dak l-Anness. Il-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Filwaqt li l-kwota kkonċernata normalment għandha tiġi mmaniġġjata permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni, ikun f'loku li bħala l-ewwel pass jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni u bħala t-tieni pass jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). B'dan il-mod, l-operaturi li jkunu kisbu d-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu, matul il-perjodu tal-kwota, il-waqt meta jixtiequ japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni, u dan fid-dawl tal-flussi reali tagħhom tal-kummerċ.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (5) għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun hemm lok għal xi derogi.

(4)

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(5)

Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-kwoti tariffarji jeħtieġ li meta titressaq applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni tiġi ddepożitata garanzija.

(6)

Sabiex l-operaturi jiġu obbligati japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni kollha allokati, għandu jiġi stabbilit li dan l-obbligu jikkostitwixxi rekwiżit primarju fis-sens tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 (6).

(7)

Peress li l-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma miftuħa biss sal-31 ta' Ottubru 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftuħ u l-immaniġġjar ta' kwota tariffarja

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ u jimmaniġġja kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-prodotti indikati fl-Anness I.

2.   Il-kwantità tal-prodotti koperti mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordni huma stabbiliti fl-Anness I.

3.   Il-kwota tariffarja għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi mmaniġġjata billi bħala l-ewwel pass jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni u bħala t-tieni pass jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

4.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 382/2008, u dan jekk kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni

Il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tibqa' miftuħa sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta' Brussell, fil-15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Mat-tressiq tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 6 għal kull 100 kilogramma ta' piż nett.

3.   L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni jridu juru li kwantità ta' ċanga li taqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM 0201 jew 0202 tkun ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, matul il-perjodu ta' 12-il xahar eżatt qabel il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-kwantità ta' referenza”). Kumpanija ffurmata mill-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom tkun impurtat kwantitajiet ta' referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala l-bażi għall-applikazzjoni tagħha.

4.   Il-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa fil-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ma għandhiex taqbeż il-kwantitajiet ta' referenza tal-applikant. L-applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma għandhomx jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

5.   Sa mhux aktar tard mis-7 jum ta' xogħol wara tmiem il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali tal-applikazzjonijiet kollha f'kilogrammi ta' piż tal-prodott.

6.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jibdew jingħataw mis-7 jum ta' xogħol u mhux aktar tard mit-12-il jum ta' xogħol wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmi fil-paragrafu 5.

7.   Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'inqas drittijiet tal-importazzjoni għall-allokazzjoni milli jkunu tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata skont il-paragrafu 2 għandha tiġi rrilaxxata proporzjonatament, mingħajr dewmien.

8.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi minn dakinhar li jinħarġu sal-31 ta' Ottubru 2014. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 4

Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   Ir-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet assenjati skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. Dan l-obbligu għandu jkun rekwiżit primarju fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 282/2012.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom.

Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata skont l-Artikolu 3(2) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonatament, mingħajr dewmien.

4.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu ladarba japplika għalihom, f'ismu, l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.

5.   Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tirreferi għal numru tas-serje wieħed biss. Hija tista' tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament.

6.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru:

(a)

fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukraina” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” mmarkata b'salib;

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II.

7.   Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi tan-NM.

8.   B'deroga mill-Artikolu 5(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 30 ġurnata mid-data attwali tal-ħruġ tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Madankollu, it-terminu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 5

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-14 ta' Novembru 2014, bil-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu tal-kwota;

(b)

sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015, bil-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma jkunux intużaw jew li jkunu ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta' wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni stabbilit minn dan ir-Regolament.

3.   Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantitajiet għandhom jingħataw f'kilogrammi ta' piż tal-prodott.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal- 21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 tat-28 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 4).


ANNESS I

Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM.

Numru tal-ordni

Kodiċijiet tan-NM

Deskrizzjoni

Kwantità f'tunnellati (piż nett)

Dazju applikabbli

(f'EUR/t)

09.4270

0201 10 00

0201 20 20

0201 20 30

0201 20 50

0201 20 90

0201 30 00

0202 10 00

0202 20 10

0202 20 30

0202 20 50

0202 20 90

0202 30 10

0202 30 50

0202 30 90

Laħam tal-annimali bovini: frisk, imkessaħ jew iffriżat

12 000

0


ANNESS II

L-entrati msemmija fl-Artikolu 4(6)(b)

Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕC) № 411/2014

Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) no 411/2014

Biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) č. 411/2014

Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) nr. 411/2014

Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) Nr. 411/2014

Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) nr 411/2014

Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. 411/2014

Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) No 411/2014

Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) no 411/2014

Bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) br. 411/2014

Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) n. 411/2014

Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) Nr. 411/2014

Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. 411/2014

Bl-Ungeriż: 411/2014/EU végrehajtási rendelet

Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 411/2014

Bl-Olandiż: Uitvoeringsverordening (EU) nr. 411/2014

Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr 411/2014

Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) n.o 411/2014

Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 411/2014

Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) č. 411/2014

Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) št. 411/2014

Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) N:o 411/2014

Bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) nr 411/2014.


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 412/2014

tat-23 ta' April 2014

li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw mill-Ukraina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 għad-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. Il-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni kkonċernati għandhom jiġu amministrati permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3), u dan mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (4) għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun hemm lok għal xi derogi.

(4)

Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-kwoti tariffarji jeħtieġ li meta titressaq l-applikazzjoni għal liċenzja tiġi ddepożitata l-garanzija marbuta mal-liċenzji tal-importazzjoni.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 (5) issostitwixxa xi kodiċijiet tan-NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (6) b'kodiċijiet tan-NM ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 374/2014. Għaldaqstant, l-Anness I ta' dan ir-Regolament għandu jirrifletti l-kodiċijiet tan-NM l-ġodda.

(6)

Peress li l-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma miftuħa biss sal-31 ta' Ottubru 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftuħ u l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ u jimmaniġġja l-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni għas-settur tal-bajd u għall-prodotti tal-albumina indikati fl-Anness I.

2.   Il-kwantità tal-prodotti koperti mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordni huma stabbiliti fl-Anness I.

3.   Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mmaniġġjati permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni.

4.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, u dan jekk kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

5.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-piż tal-prodotti tal-bajd għandu jinqaleb fl-ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra skont ir-rati standard ta' rendiment stabbiliti fl-Anness 69 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7).

6.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-piż tal-albumina tal-ħalib għandu jinqaleb fl-ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra skont ir-rati standard ta' rendiment ta' 7,00 għall-albumina tal-ħalib imnixxfa (il-kodiċi tan-NM 3502 20 91) u ta' 53,00 għall-albumina l-oħra tal-ħalib (il-kodiċi tan-NM 3502 20 99) bl-użu tal-prinċipji ta' konverżjoni stabbiliti fl-Anness 69 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 2

Il-perjodu tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni

Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jibqgħu miftuħin sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 3

L-applikazzjonijet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta' Brussell, fil-15-il jum kalendarju minn dakinhar li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament. Fil-każ tal-kwota tariffarja 09.4275 stabbilita fl-Anness I, il-kwantità totali għandha tinqaleb fl-ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom ikunu ta' kwantità minima ta' tunnellata u għal massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata.

4.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji nfushom għandu jkun fihom:

(a)

fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukraina” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” mmarkata b'salib;

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness II.

5.   Mat-tressiq tal-applikazzjoni għal-liċenzja għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

6.   Sa mhux aktar tard mis-7 jum ta' xogħol wara tmiem il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali li jkunu tressqu applikazzjonijiet għaliha, mogħtija f'kilogrammi ta' piż li jkun l-ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra, imqassma skont in-numru tal-ordni.

7.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantità allokata skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.

8.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mhux qabel is-7 jum ta' xogħol u mhux aktar tard mit-12-il jum ta' xogħol minn meta jintemm il-perjodu għan-notifiki msemmi fil-paragrafu 6.

Artikolu 4

Validità tal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi minn dakinhar li jinħarġu sal-31 ta' Ottubru 2014.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, it-trasferiment tad-drittijiet li joħorġu mil-liċenzji għandu jkun limitat għaċ-ċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 5

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-14 ta' Novembru 2014, bil-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu tal-kwota;

(b)

sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015, bil-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma jkunux intużaw jew li jkunu ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta' wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni stabbilit minn dan ir-Regolament.

3.   Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi ta' piż li jkun l-ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 31.10.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS I

Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, jeħtieġ li l-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM.

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Kwantità f'tunnellati

Dazju applikabbli

(f'EUR/t)

09.4275

0407 21 00

0407 29 10

0407 90 10

0408 11 80

0408 19 81

0408 19 89

0408 91 80

0408 99 80

3502 11 90

3502 19 90

3502 20 91

3502 20 99

Bajd tat-tajr fil-qoxra: frisk, ippreservat jew imsajjar; Bajd tal-għasafar, mhux fil-qoxra, u isfar tal-bajd: frisk, imnixxef, imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma, iffurmat, iffriżat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk miżjud biz-zokkor jew b'xi materjal ieħor li jagħmlu ħelu u kemm jekk le, u li hu tajjeb għall-konsum mill-bniedem; albumini tal-bajd u albumini tal-ħalib, li huma tajbin għall-konsum mill-bniedem.

1 500

(mogħtija f'ekwivalenti ta' bajd li jkun għadu fil-qoxra)

0

09.4276

0407 21 00

0407 29 10

0407 90 10

Bajd tat-tajr fil-qoxra: frisk, ippreservat jew imsajjar

3 000 (mogħtija f'piż nett)

0


ANNESS II

L-entrati msemmija fl-Artikolu 3(4)(b)

Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕC) № 412/2014

Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) no 412/2014

Biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) č. 412/2014

Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) nr. 412/2014

Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) Nr. 412/2014

Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) nr 412/2014

Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. 412/2014

Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) No 412/2014

Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) no 412/2014

Bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) br. 412/2014

Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) n. 412/2014

Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) Nr. 412/2014

Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. 412/2014

Bl-Ungeriż: 412/2014/EU végrehajtási rendelet

Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2014

Bl-Olandiż: Uitvoeringsverordening (EU) nr. 412/2014

Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr 412/2014

Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) n.o 412/2014

Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 412/2014

Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) č. 412/2014

Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) št. 412/2014

Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) N:o 412/2014

Bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) nr 412/2014.


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 413/2014

tat-23 ta' April 2014

li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukraina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. Il-kwoti msemmija fl-Anness III ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Filwaqt li l-kwota kkonċernata normalment għandha tiġi amministrata permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni, ikun f'loku li bħala l-ewwel pass jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni u bħala t-tieni pass jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). B'dan il-mod, l-operaturi li jkunu kisbu d-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu, matul il-perjodu tal-kwota, il-waqt meta jixtiequ japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni, u dan fid-dawl tal-flussi reali tagħhom tal-kummerċ.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (4) għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun hemm lok għal xi derogi.

(4)

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(5)

Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-kwoti tariffarji jeħtieġ li tiġi ddepożitata garanzija meta titressaq l-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni u meta tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni.

(6)

Sabiex l-operaturi jiġu obbligati japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni kollha allokati, għandu jiġi stabbilit li dan l-obbligu jikkostitwixxi rekwiżit primarju fis-sens tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 (5).

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 (6) issostitwixxa xi kodiċijiet tan-NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (7) b'kodiċijiet tan-NM ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 374/2014. Għaldaqstant, l-Anness I ta' dan ir-Regolament għandu jirrifletti l-kodiċijiet tan-NM l-ġodda.

(8)

Peress li l-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma miftuħa biss sal-31 ta' Ottubru 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ u jamministra l-kwoti għall-importazzjoni tal-prodotti indikati fl-Anness I.

2.   Il-kwantità tal-prodotti koperti mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordnijiet huma stabbiliti fl-Anness I.

3.   Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jiġu amministrati billi bħala l-ewwel pass jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni u bħala t-tieni pass jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

4.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, u dan jekk kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-perjodu tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni

Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibqgħu miftuħin sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta' Brussell, fil-15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Mat-tressiq tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 35 għal kull 100 kilogramm.

3.   L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni jridu juru li kwantità ta' prodotti tat-tjur li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 0207, 0210 99 39, 1602 31, 1602 32 jew 1602 39 21 ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, matul il-perjodu ta' 12-il xahar eżatt qabel il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-kwantità ta' referenza”). Kumpanija ffurmata mill-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom tkun impurtat kwantitajiet ta' referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala l-bażi għall-applikazzjoni tagħha.

4.   Il-kwantità totali koperta minn applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa fil-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ma għandhiex taqbeż il-kwantitajiet ta' referenza tal-applikant. L-applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

5.   Mhux aktar tard mis-seba' jum ta' xogħol wara tmiem il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali tal-applikazzjonijiet kollha f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, imqassmin skont in-numru tal-ordni.

6.   Id-drittijiet tal-importazzjoni jibdew jingħataw mis-7 jum ta' xogħol u mhux aktar tard mit-12-il jum ta' xogħol wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmi fil-paragrafu 5.

7.   Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta fl-allokazzjoni ta' inqas drittijiet tal-importazzjoni milli jkunu tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata skont il-paragrafu 2 għandha tiġi rrilaxxata proporzjonatament, mingħajr dewmien.

8.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom sal-31 ta' Ottubru 2014. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 4

Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet assenjati skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. Dan l-obbligu għandu jkun rekwiżit primarju fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 282/2012.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom.

4.   Fiż-żmien meta tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 75 għal kull 100 kilogramma mill-operatur. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi rrilaxxata proporzjonatament, mingħajr dewmien.

5.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu ladarba japplika għalihom, f'ismu, l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.

6.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament.

7.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru:

(a)

fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukraina” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” mmarkata b'salib;

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II.

8.   Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi tan-NM.

9.   Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 30 jum mid-data proprja li fiha tkun inħarġet il-liċenzja. It-terminu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni, madankollu, ma għandux jaqbeż il-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 5

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-14 ta' Novembru 2014, bil-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu tal-kwota;

(b)

sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015, bil-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma jkunux intużaw jew li jkunu ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta' wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni stabbilit minn dan ir-Regolament.

3.   Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantità għandha tingħata f'kilogrammi u għandha titqassam skont in-numru tal-ordni.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 tat-28 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 4).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 31.10.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS I

Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM. Meta huma indikati l-kodiċijiet ta' qabel tan-NM (il-kodiċijiet “ex”), l-użu tal-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, meħudin flimkien.

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Kwanità f'tunnellati (piż nett)

Ħlas applikabbli

(f'EUR/t)

09.4273

0207 11 30

0207 11 90

0207 12

0207 13 10

0207 13 20

0207 13 30

0207 13 50

0207 13 60

0207 13 99

0207 14 10

0207 14 20

0207 14 30

0207 14 50

0207 14 60

0207 14 99

0207 24

0207 25

0207 26 10

0207 26 20

0207 26 30

0207 26 50

0207 26 60

0207 26 70

0207 26 80

0207 26 99

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 30

0207 27 50

0207 27 60

0207 27 70

0207 27 80

0207 27 99

0207 41 30

0207 41 80

0207 42

0207 44 10

0207 44 21

0207 44 31

0207 44 41

0207 44 51

0207 44 61

0207 44 71

0207 44 81

0207 44 99

0207 45 10

0207 45 21

0207 45 31

0207 45 41

0207 45 51

0207 45 61

0207 45 81

0207 45 99

0207 51 10

0207 51 90

0207 52 90

0207 54 10

0207 54 21

0207 54 31

0207 54 41

0207 54 51

0207 54 61

0207 54 71

0207 54 81

0207 54 99

0207 55 10

0207 55 21

0207 55 31

0207 55 41

0207 55 51

0207 55 61

0207 55 81

0207 55 99

0207 60 05

0207 60 10

ex 0207 60 21  (1)

0207 60 31

0207 60 41

0207 60 51

0207 60 61

0207 60 81

0207 60 99

0210 99 39

1602 31

1602 32

1602 39 21

Il-laħam u l-ġewwieni li jista' jittiekel tat-tajr: frisk, imkessaħ jew iffriżat; laħam ieħor, ippreparat jew ippreservat, tad-dundjan u ta' tajr tal-ispeċi Gallus domesticus

16 000

0

09.4274

0207 12

Il-laħam u l-ġewwieni li jista' jittiekel tat-tajr: mhux imqatta' f'biċċiet, iffriżat

20 000

0


(1)  Farawni frisk jew imkessaħ, nofsu jew kwart minnu.


ANNESS II

L-entrati msemmija fl-Artikolu 4(7)(b)

Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕC) № 413/2014

Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) no 413/2014

Biċ-Ċek Prováděcí nařízení (EU) č. 413/2014

Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) nr. 413/2014

Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) Nr. 413/2014

Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) nr 413/2014

Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. 413/2014

Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) No 413/2014

Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) no 413/2014

Bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) br. 413/2014

Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) n. 413/2014

Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) Nr. 413/2014

Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. 413/2014

Bl-Ungeriż: 413/2014/EU végrehajtási rendelet

Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2014

Bl-Olandiż: Uitvoeringsverordening (EU) nr. 413/2014

Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr 413/2014

Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) n.o 413/2014

Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 413/2014

Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) č. 413/2014

Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) št. 413/2014

Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) N:o 413/2014

Bl-Iżvediż: Genomförandeförordning (EU) nr 413/2014.


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI(UE) Nru 414/2014

tat-23 ta' April 2014

li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' laħam tal-majjal frisk u ffriżat li joriġina mill-Ukraina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. Il-kwoti msemmija fl-Anness III ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Filwaqt li l-kwota kkonċernata normalment għandha tiġi amministrata permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni, ikun f'loku li bħala l-ewwel pass jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni u bħala t-tieni pass jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). B'dan il-mod, l-operaturi li jkunu kisbu d-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu, matul il-perjodu tal-kwota, il-waqt meta jixtiequ japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni, u dan fid-dawl tal-flussi reali tagħhom tal-kummerċ.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (4) għandu japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun hemm lok għal xi derogi.

(4)

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(5)

Biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-kwoti tariffarji jeħtieġ li tiġi ddepożitata garanzija meta titressaq l-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni u meta tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni.

(6)

Sabiex l-operaturi jiġu obbligati japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni kollha allokati, għandu jiġi stabbilit li dan l-obbligu jikkostitwixxi rekwiżit primarju fis-sens tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 (5).

(7)

Peress li l-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma miftuħa biss sal-31 ta' Ottubru 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftuħ u l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ u jamministra l-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti indikati fl-Anness I.

2.   Il-kwantità tal-prodotti koperta mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, kif ukoll in-numri tal-ordnijiet huma stabbiliti fl-Anness I.

3.   Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu amministrati billi bħala l-ewwel pass jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni u bħala t-tieni pass jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

4.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, u dan jekk kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-perjodu tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni

Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jinfetħu u jibqgħu miftuħin sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta' Brussell, fil-15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Mat-tressiq tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramm.

3.   L-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni jridu juru li kwantità ta' prodotti tal-laħam tal-majjal li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 0203 tkun ġiet impurtata minnhom jew f'isimhom, skont id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, matul il-perjodu ta' 12-il xahar eżatt qabel il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-kwantità ta' referenza”). Kumpanija ffurmata mill-fużjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom tkun impurtat kwantitajiet ta' referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala l-bażi għall-applikazzjoni tagħha.

4.   Il-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa fil-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ma għandhiex taqbeż il-kwantitajiet ta' referenza tal-applikant. L-applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma għandhomx jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

5.   Mhux aktar tard mis-seba' jum ta' xogħol wara tmiem il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali tal-applikazzjonijiet kollha f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, imqassmin skont in-numru tal-ordni.

6.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jibdew jingħataw mis-seba' jum ta' xogħol u mhux aktar tard mit-12-il jum ta' xogħol wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmi fil-paragrafu 5.

7.   Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'inqas drittijiet tal-importazzjoni għall-allokazzjoni milli jkunu tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ddepożitata skont il-paragrafu 2 għandha tiġi rrilaxxata proporzjonatament, mingħajr dewmien.

8.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom sal-31 ta' Ottubru 2014. Id-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 4

Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet assenjati skont il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. Dan l-obbligu għandu jkun rekwiżit primarju fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 282/2012.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u fejn ikun kisibhom.

4.   Fiż-żmien meta tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 50 għal kull 100 kilogramma mill-operatur. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni li jkunu nkisbu u l-garanzija ddepożitata għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tiġi rrilaxxata proporzjonatament, mingħajr dewmien.

5.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu ladarba japplika għalihom, f'ismu, l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.

6.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jirreferu għal numru tal-ordni wieħed biss. Jistgħu jikkonċernaw diversi prodotti koperti minn kodiċijiet tan-NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex 15 u 16 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja stess, rispettivament.

7.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru:

(a)

fil-kaxxa 8, l-isem “L-Ukraina” bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa “iva” mmarkata b'salib;

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II.

8.   Kull liċenzja għandha ssemmi l-kwantità għal kull kodiċi tan-NM.

9.   Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 30 jum mid-data proprja li fiha tkun inħarġet il-liċenzja. It-terminu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni, madankollu, ma għandux jaqbeż il-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 5

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-14 ta' Novembru 2014, bil-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu tal-kwota;

(b)

sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015, bil-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi d-dikjarazzjonijiet nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma jkunux intużaw jew li jkunu ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta' wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni stabbilit minn dan ir-Regolament.

3.   Fil-każ tan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantitajiet għandhom jingħataw f'kilogrammi ta' piż tal-prodott u għandhom jitqassmu skont in-numru tal-ordni.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 tat-28 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 4).


ANNESS I

Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM.

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Kwantità f'tunnellati (piż nett)

Ħlas applikabbli

(f'EUR/t)

09.4271

0203 11 10

0203 12 11

0203 12 19

0203 19 11

0203 19 13

0203 19 15

0203 19 55

0203 19 59

0203 21 10

0203 22 11

0203 22 19

0203 29 11

0203 29 13

0203 29 15

0203 29 55

0203 29 59

Il-laħam tal-majjal domestiku: frisk, imkessaħ jew iffriżat

20 000

0

09.4272

0203 11 10

0203 12 19

0203 19 11

0203 19 15

0203 19 59

0203 21 10

0203 22 19

0203 29 11

0203 29 15

0203 29 59

Il-laħam tal-majjal domestiku: frisk, imkessaħ jew iffriżat, minbarra l-prieżet, il-flettijiet u l-qatgħat bla għadam

20 000

0


ANNESS II

L-entrati msemmija fl-Artikolu 4(7)(b)

Bil-Bulgaru: Регламент за изпълнение (ЕC) № 414/2014

Bl-Ispanjol: Reglamento de Ejecución (UE) no 414/2014

Biċ-Ċek: Prováděcí nařízení (EU) č. 414/2014

Bid-Daniż: Gennemførelsesforordning (EU) nr. 414/2014

Bil-Ġermaniż: Durchführungsverordnung (EU) Nr. 414/2014

Bl-Estonjan: Rakendusmäärus (EL) nr 414/2014

Bil-Grieg: Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. 414/2014

Bl-Ingliż: Implementing Regulation (EU) No 414/2014

Bil-Franċiż: Règlement d'exécution (UE) no 414/2014

Bil-Kroat: Provedbena uredba (EU) br. 414/2014

Bit-Taljan: Regolamento di esecuzione (UE) n. 414/2014

Bil-Latvjan: Īstenošanas regula (ES) Nr. 414/2014

Bil-Litwan: Įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. 414/2014

Bl-Ungeriż: 414/2014/EU végrehajtási rendelet

Bil-Malti: Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2014

Bl-Olandiż: Uitvoeringsverordening (EU) nr. 414/2014

Bil-Pollakk: Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr 414/2014

Bil-Portugiż: Regulamento de Execução (UE) n.o 414/2014

Bir-Rumen: Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 414/2014

Bis-Slovakk: Vykonávacie nariadenie (EÚ) č. 414/2014

Bis-Sloven: Izvedbena uredba (EU) št. 414/2014

Bil-Finlandiż: Täytäntöönpanoasetus (EU) N:o 414/2014

Bl-Isvediż: Genomförandeförordning (EU) nr 414/2014


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/49


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 415/2014

tat-23 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukraina u li jidderoga minnu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għall-2014 dwar id-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom ikunu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. Il-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 jinkludi kwoti tariffarji għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Hemm bżonn li dawn il-kwoti jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3) u li fl-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament tiddaħħal referenza għar-regola rilevanti dwar il-prova tal-oriġini li hija meħtieġa għall-importazzjoni skont dawk il-kwoti.

(3)

Peress li l-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma miftuħa biss sal-31 ta' Ottubru 2014, għandu jiġi speċifikat il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-perjodu ta' validità tat-tali liċenzji.

(4)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, l-importaturi approvati f'Mejju 2013 jistgħu jimpurtaw skont il-kwoti biss matul il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Lulju 2013 u t-30 ta' Ġunju 2014. Peress li l-kwoti miftuħa għall-Ukraina, b'każ ta' eċċezzjoni, huma fuq medda ta' żewġ perjodi ta' sitt xhur konsekuttivi, l-importaturi approvati jistgħu jimpurtaw biss sat-30 ta' Ġunju 2014 iżda l-kwoti kkonċernati huma miftuħa sal-31 ta' Ottubru 2014. Għaldaqstant, ta' min jagħmilha possibbli għal dawn l-importaturi li jimpurtaw skont il-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Ottubru 2014.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 (4) issostitwixxa xi kodiċijiet tan-NM fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5) b'kodiċijiet tan-NM ġodda li issa huma differenti minn dawk msemmija fir-Regolament (UE) Nru 374/2014. Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jirrifletti l-kodiċijiet tan-NM l-ġodda.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Peress li l-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma miftuħa biss sal-31 ta' Ottubru 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 5 għandu jiżdied il-punt (l) li ġej:

“(l)

il-kwoti msemmija fil-Parti L tal-Anness I”.

(b)

fl-Artikolu 19(1), għandu jiżdied il-punt (j) li ġej:

“(j)

L-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1)”."

(c)

fl-Anness I, għandha tiżdied Parti L ġdida, li t-test tagħha huwa mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-kwoti msemmija fil-Parti L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, miżjuda bl-Artikolu 1(c) ta' dan ir-Regolament, għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta' Brussell, fl-għaxar jum kalendarju minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Il-liċenzji maħruġa għandhom ikunu validi minn dakinhar li jinħarġu sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 3

B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-importaturi approvati fl-2013 u fl-2014 huma awtorizzati jimpurtaw prodotti skont il-kwoti msemmija fil-Parti L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, miżjuda bl-Artikolu 1(c) ta' dan ir-Regolament, sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, 31.10.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

“I.L

IL-KWOTI TARIFARRJI MSEMMIJA FL-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 374/2014

Kwota

Numru

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni (1)

Pajjiż tal-oriġini

Perjodu ta' importazzjoni

Kwantità tal-kwota

(f'tunnellati f'piż tal-prodott)

Dazju tal-importazzjoni (f'EUR/100 kg ta' piż nett)

09. 4600

0401

 

L-UKRAINA

Sal-31 ta' Ottubru 2014

8 000

0

 

0402 91

 

 

 

 

 

 

0402 99

 

 

 

 

 

 

0403 10 11

 

 

 

 

 

 

0403 10 13

 

 

 

 

 

 

0403 10 19

 

 

 

 

 

 

0403 10 31

Ħalib u krema, mhux fi trab, granuli jew forom solidi oħrajn; jogurt, mhux mogħti togħma partikulari u lanqas bil-frott, lewż jew kawkaw miżjud miegħu; prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, mhux mogħtija togħma partikulari u lanqas bil-frott, lewż jew kawkaw miżjud u mhux fi trab, fi granuli jew forom solidi oħrajn

 

 

 

 

 

0403 10 33

 

 

 

 

 

 

0403 10 39

 

 

 

 

 

 

0403 90 51

 

 

 

 

 

 

0403 90 53

 

 

 

 

 

 

0403 90 59

 

 

 

 

 

 

0403 90 61

 

 

 

 

 

 

0403 90 63

 

 

 

 

 

 

0403 90 69

 

 

 

 

 

09. 4601

0402 10

 

L-UKRAINA

Sal-31 ta' Ottubru 2014

1 500

0

 

0402 21

 

 

 

 

 

 

0402 29

Ħalib u krema, fi trab, granuli jew forom solidi oħrajn; prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, fi trab, granuli few forom solidi oħrajn, mhux mogħtija togħma partikulari u lanqas bil-frott, lewż jew kawkaw miżjud; prodotti magħmulin minn kostitwenti naturali tal-ħalib, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

 

 

 

 

 

0403 90 11

 

 

 

 

 

 

0403 90 13

 

 

 

 

 

 

0403 90 19

 

 

 

 

 

 

0403 90 31

 

 

 

 

 

 

0403 90 33

 

 

 

 

 

 

0403 90 39

 

 

 

 

 

 

0404 90 21

 

 

 

 

 

 

0404 90 23

 

 

 

 

 

 

0404 90 29

 

 

 

 

 

 

0404 90 81

 

 

 

 

 

 

0404 90 83

 

 

 

 

 

 

0404 90 89

 

 

 

 

 

09. 4602

0405 10

 

L-UKRAINA

Sal-31 ta' Ottubru 2014

1 500

0

 

0405 20 90

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn li ġejjin mill-ħalib; tidlik magħmul mill-ħalib li jkollhom kontenut ta' xaħam, bil-piż, ta' aktar minn 75 % iżda ta' inqas minn 80 %

 

 

 

 

 

0405 90

 

 

 

 

 


(1)  Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM.”


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/53


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 416/2014

tat-23 ta' April 2014

li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) primarjament jipprevedi l-ftuħ ta' kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina sal-31 ta' Ottubru 2014. Il-kwoti tariffarji għall-prodotti agrikoli msemmija fl-Anness III ta' dak ir-Regolament jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti skont l-Artikolu 184(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Sabiex iċ-ċereali li joriġinaw mill-Ukraina jkunu jistgħu jiġu impurtati b'mod regolari u mhux spekulattiv fil-kuntest tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li jkun previst li dawn l-importazzjonijiet ikunu suġġetti għall-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni. Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 (3), (KE) Nru 1342/2003 (4) u (KE) Nru 376/2008 (5) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-derogi li jistgħu jiġu previsti b'dan ir-Regolament.

(3)

Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni korretta ta' dawn il-kwoti, għandhom jiġu stabbiliti d-dati ta' skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzji.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (6) issostitwixxa l-kodiċijiet tan-NM taċ-ċereali msemmija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (7) b'kodiċijiet ġodda li issa huma differenti minn dawk imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 374/2014. Għaldaqstant, l-Anness I ta' dan ir-Regolament għandu jirrifletti l-kodiċijiet tan-NM l-ġodda.

(5)

Peress li l-kwoti msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma miftuħa biss sal-31 ta' Ottubru 2014, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftuħ u l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji

1.   Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Ukraina li huma elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu miftuħin sal-31 ta' Ottubru 2014.

2.   Ir-rata tad-dazju fuq l-importazzjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 hija ta' EUR 0 għal kull tunnellata.

3.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 376/2008, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 1342/2003, u dan jekk kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-ħruġ tagħhom

1.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant ma jistax iressaq aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja tal-importazzjoni għal kull numru tal-ordni u dan darba kull ġimgħa. F'każ li l-applikanti jressqu aktar minn applikazzjoni waħda, l-ebda waħda minnhom m'għandha tintlaqa' u l-garanziji li jkunu ġew iddepożitati meta jkunu tressqu l-applikazzjonijiet imorru għand l-Istat Membru kkonċernat.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa fis-13:00, ħin ta' Brussell. Ma jistgħux jitressqu wara nhar il-Ġimgħa, is-17 ta' Ottubru 2014 fis-13.00, ħin ta' Brussell.

2.   Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għandha tindika kwantità f'kilogrammi, mingħajr deċimali, li ma tistax tkun iktar mill-kwantità totali tal-kwota kkonċernata.

3.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu fir-raba' jum tax-xogħol min-notifika msemmija fl-Artikolu 4(1).

4.   Fil-kaxxa 8 tagħhom, l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzja tal-importazzjoni għandhom juru l-isem “L-Ukraina” u salib fil-kaxxa “iva”. Il-liċenzji huma validi biss għall-prodotti li joriġinaw mill-Ukraina.

Artikolu 3

Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni

Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-perjodu ta' validità tal-liċenzja tal-importazzjoni għandu jiġi kkalkulat minn dakinhar stess li tinħareġ.

Il-perjodu ta' validità tal-liċenzja tal-importazzjoni hu dak iddefinit fl-Artikolu(6)(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003. F'kull każ, dan ma għandux jaqbeż il-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 4

Notifiki

1.   Sa mhux aktar tard mit-Tnejn ta' wara l-ġimgħa tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu dikjarazzjoni elettronika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18:00, ħin ta' Brussell, li tinnotifika, skont in-numru tal-ordni, kull applikazzjoni bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità mitluba, inklużi d-dikjarazzjonijiet “nulli”.

2.   Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta' Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta' valur indikattiv biss, minħabba li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali, fil-kuntest ta' dan l-Anness, tiddependi mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM. Meta huma indikati l-kodiċijiet ta' qabel tan-NM (il-kodiċijiet “ex”), l-użu tal-iskema preferenzjali għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni tal-prodott.

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Kwantità

09.4306

1001 99 (00)

spelt, qamħ komuni u meslin, minbarra ż-żerriegħa

950 000 tunnellata

1101 00 (15-90)

dqiq tal-qamħ komuni u tal-ispelt, dqiq tal-meslin

1102 90 (90)

dqiq taċ-ċereali ħlief il-qamħ, il-meslin, is-segala, il-qamħirrum, ix-xgħir, il-ħafur, ir-ross

1103 11 (90)

qamħ komuni u spelt mitħun oħxon u dqiq oħxon tagħhom

1103 20 (60)

gerbub tal-qamħ

09.4307

1003 90 (00)

xgħir, minbarra ż-żerriegħa

250 000 tunnellata

1102 90 (10)

dqiq tax-xgħir

ex 1103 20 (25)

gerbub tax-xgħir

09.4308

1005 90 (00)

qamħirrum minbarra ż-żerriegħa

400 000 tunnellata

1102 20 (10-90)

dqiq tal-qamħirrum

1103 13 (10-90)

qamħirrum mitħun oħxon (groats) u pasta tal-qamħirrum

1103 20 (40)

gerbub tal-qamħirrum

1104 23 (40-98)

ħbub oħrajn maħdumin tal-qamħirrum


24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/56


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 417/2014

tat-23 ta' April 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

59,7

MK

105,0

TR

95,2

ZZ

86,6

0707 00 05

AL

65,0

MA

44,0

MK

59,4

TR

124,2

ZZ

73,2

0709 93 10

MA

33,9

TR

83,0

ZZ

58,5

0805 10 20

EG

52,8

IL

68,4

MA

46,6

TN

50,0

TR

48,7

ZZ

53,3

0805 50 10

MA

35,6

TR

74,3

ZZ

55,0

0808 10 80

AR

98,2

BR

82,6

CL

101,8

CN

98,5

MK

25,2

NZ

142,5

US

189,1

ZA

120,6

ZZ

107,3

0808 30 90

AR

97,8

CL

160,8

ZA

108,2

ZZ

122,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/225/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1014/UE (1) u d-Deċiżjoni 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur P.G. de VEY MESTDAGH sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura S.A.E. sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. POEPJES,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Bote WILPSTRA, member of the Executive Council of the Province of Groningen

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Hans KONST, member of the Executive Council of the Province of Fryslân.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Rettifika

24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/59


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1369/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1990/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 346 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

Fil-Werrej u f'paġna 7, it-titolu:

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1369/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1990/2006”;

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1990/2006”.