ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 109

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
12 ta' April 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/204/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2014dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorjatal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwaril-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta'Appoġġ fil-qasam tal-Asil

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiettal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014 tal-10 ta' April 2014 li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2014 tad-9 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' ċerti limiti ta' żmien, it-trattament tal-ilmenti, u l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali ( 1 )

14

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2014 tal-11 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK tal-10 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

25

 

 

2014/206/EU

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2013 dwar il-miżuri implimentati mill-Ġermanja favur HoKaWe Eberswalde GmbH SA.34721 (2012/C) (ex 2012/NN) (notifikata bid-dokument numru C(2013)7058) ( 1 )

30

 

 

2014/207/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2014 dwar il-ħatra tar-Reġistru tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu ( 1 )

41

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2014/208/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2014 dwar il-kwalità tar-rappurtar tal-governanza korporattiva (konformità jew spjegazzjoni) ( 1 )

43

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Frar 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

(2014/204/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u 2, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jistipula, fl-Artikolu 49(1) tiegħu, li l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera bħala osservaturi. Minbarra dan, dak ir-Regolament jistipula li għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw b'mod partikolari n-natura, il-grad u l-manjiera li bihom dawn il-pajjiżi għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil.

(2)

Fis-27 ta' Jannar 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-“Arranġament”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Arranġament fit-28 ta' Ġunju 2013.

(3)

L-Arranġament għandu jiġi ffirmat u għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(4)

Kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem f'dak ir-Regolament u huma marbuta bih. Huma għandhom għalhekk jagħtu effett lill-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qegħdin jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni.

(5)

Kif speċifikat fil-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, id-Danimarka mhix tieħu sehem f'dak ir-Regolament u mhix marbuta bih. Id-Danimarka għalhekk mhux qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ fil-qasam tal-Asil huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Arranġament imsemmi.

It-test tal-Arranġament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw l-Arranġament f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, l-Arranġament għandu jiġi applikat b'mod provviżorju skont l-Artikolu 13(3) tiegħu (2).

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

(2)  Id-data minn meta l-Arranġament ser jiġi applikat b'mod provviżorju ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-UE”,

fuq naħa waħda, u

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “in-Norveġja”,

fuq in-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (1), minn hawn' il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament”,

BILLI:

(1)

Ir-Regolament jiddikjara li, sabiex iwettaq l-għan tiegħu, l-Uffiċċju ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju ta' Appoġġ”, għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew ftehimiet mal-UE li permezz tagħhom adottaw u japplikaw il-liġi tal-UE fil-qasam kopert miir-Regolament, partikolarment l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“pajjiżi assoċjati”,

(2)

In-Norveġja kkonkludiet ftehimiet mal-UE, li bis-saħħa tagħhom adottat u tapplika l-liġi tal-UE fil-qasam kopert mir-Regolament, b'mod partikolari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-asil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Islanda jew fin-Norveġja (2),

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Grad tal-parteċipazzjoni

In-Norveġja għandha tipparteċipa b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Uffiċċju ta' Appoġġ u tkun intitolata li tirċievi azzjonijiet ta' appoġġ mill-Uffiċċju ta' Appoġġ kif deskritt fir-Regolament u skont it-termini stabbiliti b'dan l-Arranġament.

Artikolu 2

Bord ta' Tmexxija

In-Norveġja għandha tkun irappreżentata fil-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju ta' Appoġġ bħala osservatur mingħajr id-dritt li tivvota

Artikolu 3

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   In-Norveġja għandha tikkontribwixxu għad-dħul tal-Uffiċċju ta' Appoġġ somma annwali kkalkulata skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) bħala persentaġġ tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula stabbilita fl-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tibda tgħodd mill-jum wara d-dħul fis-seħħ jew mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan l-Arranġament li jirreferi għalih l-Artikolu 13(3). L-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b'mod proporzjonali għall-bqija taż-żmien fis-sena wara d-dħul fis-seħħ jew mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan l-Arranġament.

Artikolu 4

Protezzjoni tad-Dejta

1.   Fl-applikazzjoni ta' dan l-Arranġament, in-Norveġja għandha tipproċessa d-dejta f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (3).

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Arranġament, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (4), għandu japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

3.   In-Norveġja għandha tirrispetta r-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti miżmumin mill-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif stabbilit fir-Regoli ta' Proċedura tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 5

Status ġuridiku

L-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jkollu personalità ġuridika skont il-liġi tan-Norveġja u għandu jgawdi fin-Norveġja l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi tan-Norveġja. Huwa jista', b'mod partikolari, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 6

Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għandha tkun regolata mill-Artikolu 45(1), (3) u (5) tar-Regolament.

Artikolu 7

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

In-Norveġja għandha tirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq l-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 45(2) u (4) tar-Regolament.

Artikolu 8

Persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ

1.   Skont l-Artikoli 38(1) u 49 (1) tar-Regolament, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex ikunu applikati dawk ir-Regolamenti tal-Persunal l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ skont l-Artikolu 38(2) tar-Regolament japplikaw għaċ-ċittadini tan-Norveġja reklutati bħala membri tal-persunal mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

2.   B'deroga mill-Artikolu 12(2) (a) u l-Artikolu 82(3) (a) tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tan-Norveġja li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu ingaġġati permezz ta' kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ta' Appoġġ skont ir-regoli eżistenti għall-għażla u l-ingaġġ tal-persunal adottati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

3.   L-Artikolu 38(4) tar-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċittadini tan-Norveġja.

4.   Iċ-ċittadini tan-Norveġja ma jistgħux, madankollu, jinħatru fil-kariga ta' Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ta' Appoġġ.

Artikolu 9

Privileġġi u immunitajiet

In-Norveġja għandha tapplika għall-Uffiċċju ta' Appoġġ u għall-impjegati tiegħu l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (5) kif ukoll kwalunkwe regoli adottati skont dak il-Protokoll relatati ma' kwistjonijiet li jirrigwardaw il-persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ.

Artikolu 10

Ġlieda kontra l-frodi

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 44 tar-Regolament għandhom jiġu applikati u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Qorti tal-Awdituri jistgħu jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom.

L-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jinfurmaw lir-Riksrevisjonen fi żmien xieraq minn qabel dwar kwalunkwe intenzjoni li jwettqu kontrolli jew awditjar fil-post li, jekk l-awtoritajiet Norveġiżi jixtiequ dan, jistgħu jsiru b'mod konġunt mar-Riksrevisjonen.

Artikolu 11

Kumitat

1.   Kumitat, kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tan-Norveġja, għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-Arranġament u jiżgura proċess kontinwu ta' forniment ta' informazzjoni u skambju ta' opinjonijiet f'dan ir-rigward. Għal raġunijiet prattiċi, dan il-kumitat għandu jiltaqa' b'mod konġunt mal-Kumitati korrispondenti stabbiliti ma' pajjiżi assoċjati oħra parteċipanti abbażi tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament. Għandu jiltaqa' fuq talba jew tan-Norveġja jew tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jkun infurmat dwar il-ħidma tal-Kumitat.

2.   Informazzjoni dwar leġiżlazzjoni prevista tal-UE, li jew taffettwa direttament jew temenda r-Regolament jew mistennija li jkollha implikazzjoniet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji stipulati fl-Artikolu 3 ta' dan l-Arranġament, għandha tiġi skambjata u għandu jseħħ skambju ta' fehmiet dwarha fil-Kumitat.

Artikolu 12

Anness

L-Anness għal dan l-Arranġament jikkostitwixxi parti integrali minn dan l-Arranġament.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom japprovaw dan l-Arranġament skont il-proċeduri interni tagħhom. Huma għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawk il-proċeduri.

2.   Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Mal-firma ta' dan l-Arranġament, il-Partijiet Kontraenti jistgħu, bi ftehim reċiproku jiddikjaraw li dan għandu japplika b'mod provviżorju mill-jum wara dak tal-firma tiegħu.

Artikolu 14

Terminazzjoni u validità

1.   Dan l-Arranġament għandu jkun għal perjodu mhux limitat.

2.   Kull Parti Kontraenti tista', wara konsultazzjonijiet fil-Kumitat, tiddenunzja dan l-Arranġament billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan l-Arranġament għandu jieqaf milli japplika sitt xhur wara d-data ta' tali notifika.

3.   Dan l-Arranġament għandu jiġi terminat f'każ ta' terminazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-asil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Islanda jew fin-Norveġja.

4.   Dan l-Arranġament għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Norveġiża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на деветнадесети март две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el diecinueve de marzo de dos mil catorce.

V Bruselu dne devatenáctého března dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den nittende marts to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am neunzehnten März zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta märtsikuu üheksateistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εννέα Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the nineteenth day of March in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le dix neuf mars deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu devetnaestog ožujka dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì diciannove marzo duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada deviņpadsmitajā martā.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų kovo devynioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év március havának tizenkilencedik napján.

Magħmul fi Brussell, fid-dsatax-il jum ta' Marzu tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de negentiende maart tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia dziewiętnastego marca roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em dezanove de março de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la nouăsprezece martie două mii paisprezece.

V Bruseli devätnásteho marca dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne devetnajstega marca leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä yhdeksäntenätoista päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den nittonde mars tjugohundrafjorton.

Utferdiget i Brussel den nittende mars to tusen og fjorten.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

For Den europeiske union

Image

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské královstvi

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Za Kraljevinu Norvešku

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā –

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

For Kongeriket Norge

Image


(1)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(2)  ĠU L 93, 3.4.2001, p. 40.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(5)  ĠU C 83, 30.3.2010, p. 266.


ANNESS

IL-FORMULA BIEX TIĠI KKALKULATA L-KONTRIBUZZJONI

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja għad-dħul tal-Uffiċċju ta' Appoġġ definita fl-Artikolu 33(3)(d) tar-Regolament għandha tiġi kkalkulata bil-mod li ġej:

L-aktar ċifri finali aġġornati tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tan-Norveġja disponibbli fil-31 ta' Marzu ta' kull sena għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-Uffiċċju ta' Appoġġ disponibbli għall-istess sena. Il-persentaġġ miksub jiġi applikat għall-parti tad-dħul awtorizzat tal-Uffiċċju ta' Appoġġ kif definit fl-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament fis-sena kkonċernata sabiex jinkiseb l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'euro.

3.

In-Norveġja għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha sa mhux aktar tard minn 45 jum wara li tirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas iwassal għall-ħlas ta' imgħax ta' inadempjenza min-Norveġja fuq l-ammont mhux imħallas mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tad-data ta' skadenza, miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

4.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja għandha tiġi adattata skont dan l-Anness meta l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-UE kif definit fl-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament tiġi miżjuda skont l-Artikoli 26, 27 jew 41 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1). F'tali każ, id-differenza għandha tkun dovuta 45 jum wara li tasal in-nota ta' debitu.

5.

Fil-każ li l-krediti ta' ħlas tal-Uffiċċju ta' Appoġġ li jaslu għand l-UE skont l-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament relatat mas-sena N, ma jintefqux sal-31 ta' Diċembru tas-sena N, jew li l-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tas-sena N jkun tnaqqas skont l-Artikoli 26, 27 jew 41 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-parti ta' dawn il-krediti ta' ħlas li ma ntefqux jew li tnaqqsu li tikkorrispondi għall-perċentwal tal-kontribuzzjoni magħmula min-Norveġja għandha tiġi trasferita għall-baġit tas-sena N+1 tal-Uffiċċju ta' Appoġġ. Il-kontribuzzjoni tan-Norveġja għall-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tas-sena N+1 għandha titnaqqas skont dan.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


REGOLAMENTI

12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 371/2014

tal-10 ta' April 2014

li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-13 ta' April 2015.

(3)

Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni inklużi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandhom jiġu aġġornati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK (3).

(4)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 ser jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK tal-10 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

L-entrati tal-persuni elenkati hawn taħt għandhom jissostitwixxu l-entrati għalihom li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

RAJABZADEH Azizollah

 

Kap tal-Organizzazzjoni ta' Mitigazzjoni tad-Diżastri ta' Teħeran (TDMO). Ex Kap tal-Pulizija ta' Teħeran (sa Jannar 2010).

Bħala Kmandant tal-Forzi ta' Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, Azizollah Rajabzadeh huwa l-akkużat bl-aktar kariga għolja fil-kawża tal-abbużi fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak.

 

2.

DORRI-NADJAFABADI Ghorban-Ali

Post tat-twelid: Najafabad (Iran)

Data tat-Twelid: 1945

Membru tal-Kunsill ta' Espendjenza u wkoll rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta' Markazi (“Ċentrali”). Ex Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009 (ex Ministru tal-Intelligence matul il-Presidenza ta' Khatami).

Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b'segwitu għall-ewwel protesti ta' wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat. Huwa responsabbli wkoll għall-abbużi ta' Kahrizak.

 

3.

MORTAZAVI Said

Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran)

Data tat-twelid: 1967

Ex Kap tat-Task Force tal-Iran kontra l-Kuntrabandu, ex Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran sa Awwissu 2009.

Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni.

 

4.

ZARGAR Ahmad

 

Kap tal-“Organizzazzjoni għall-Preservazzjoni tal-Moralità”. Ex Imħallef, Qorti ta' Appell ta' Teħeran, fergħa 36.

Huwa kkonferma mandati ta' priġunerija fit-tul u mandati kapitali kontra persuni li pprotestaw.

 

5.

ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud

 

Gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Ex Direttur politiku tal-Ministeru tal-Intern.

Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

10.10.2011

6.

FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (Magħruf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

Post tat-twelid: Mashad

Data tat-twelid: 3.2.1951

Bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran, huwa l-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki kollha militari, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu repressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC) u l-Kunsill ta' Espedjenza.

10.10.2011

7.

JOKAR Mohammad Saleh

 

Mill-2011 deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Yazd. Ex Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij.

Fil-kapaċità tiegħu ta' Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti.

10.10.2011

8.

SALARKIA Mahmoud

Direttur tal-Klabb tal-Futbol ta' Teħeran “Persepolis”

Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta' Teħeran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009.

Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li virtwalment dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikati bl-arrest.

10.10.2011

9.

SOURI Hojatollah

 

Deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà. Ex Kap tal-Ħabs ta' Evin.

Bħala kap tal-ħabs ta' Evin matul l-2009, huwa kien responsabbli għal abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejjin f'dan il-ħabs fi żmienu, bħal swat, u abbużi mentali u sesswali. Skont informazzjoni konsistenti minn sorsi differenti, it-tortura hija prassi komuni fil-ħabs ta' Evin. Fis-Sala 209, qed jinżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

10.10.2011

10.

TALA Hossein (Magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn)

 

Viċi Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Teħeran sa Settembru 2010, b'mod partikolari responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

11.

TAMADDON Morteza (Magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza)

Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan

Data tat-Twelid: 1959

Ex Gvernatur Ġenerali tal-Provinċja ta' Teħeran, u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, membru tal-IRGC.

Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' repressjoni, inkluż ir-repressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009. Huwa magħruf għall-involviment personali tiegħu fil-molestja tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Karroubi u Moussavi.

10.10.2011

12.

BAKHTIARI Seyyed Morteza

Post tat-twelid: Mashad (Iran)

Data tat-Twelid: 1952

Ex Ministru tal-Ġustizzja (2009-2013), ex gvernatur ġenerali tal-Isfahan u direttur tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Istat (sa Ġunju 2004).

Bħala Ministru tal-Ġustizzja, huwa kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-molestja tad-diaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex titratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra mill-pajjiż. Bl-isforzi tal-Prosekutur ta' Teħeran, żewġ fergħat tal-qorti tal- prim istanza u dik tal-appelli u diversi fergħat tal-qrati tal-maġistrati ser jiġu assenjati biex jindirizzaw affarijiet ta' dawk li jgħixu barra mill-pajjiż.

10.10.2011

13.

HOSSEINI Dr Mohammad (Magħruf ukoll bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

Data tat-Twelid: 1961

Ex Ministru tal-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013).

Ex-IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti.

10.10.2011

14.

MOSLEHI Heydar (Magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

Data tat-Twelid: 1956

Ex Ministru tal-Intelligence (2009-2013).

Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru tal-Intelligence kompla l-prassi ta' detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni mifruxin ta' dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru tal-Intelligence għadu jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta' Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru tal-Intelligence ssoġġettaw lill-ħabsin tas-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali. Bħala ex Ministru tal-Intelligence, Moslehi huwa responsabbli għall-abbużi matul il-mandat tiegħu.

10.10.2011

15.

TAGHIPOUR Reza

POB: Maragheh (Iran)

DOB: 1957

Post tat-twelid: Maragheh (Iran)

Data tat-Twelid: 1957

Membru tal-Kunsill tal-Belt ta' Teħeran. Ex Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012).

Bħala Ministru tal-informazzjoni, huwa kien wieħed mill-ogħla uffiċjali responsabbli miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-Internet u anke kwalunkwe tip ta' komunikazzjoni (partikolarment it-telefons ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta' priġunieri politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tagħhom. F'diversi okkażjonijiet mill-aħħar elezzjoni presidenzjali u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefons ċellulari u s-servizzi tal-sms inqatgħu, il-kanali tat-televiżjoni satellitari ġew iġġamjati, l-Internet ġie sospiż lokalment jew mill-anqas, tnaqqsitlu r-rapidità tiegħu.

23.3.2012

16

EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

Data tat-Twelid: madwar 1973

Post tat-Twelid: Hamedan

Post tar-residenza: Teħeran

Post tax-xogħol: Press TV HQ, Teħeran

Direttur ta' Press TV Newsroom. Ex Produttur Għoli ta' Press TV.

Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inklużi l-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta' drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM immulta lil Press TV GBP 100 000 fir-Renju Unit talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar eżempji ta' konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013


12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 372/2014

tad-9 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' ċerti limiti ta' żmien, it-trattament tal-ilmenti, u l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex tikkontribwixxi kemm għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir kif ukoll għall-konsolidament baġitarju (2), ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 ġie emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 734/2013 (3) biex tittejjeb l-effikaċja tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Dik l-emenda fittxet b'mod partikolari li tagħmel it-trattament tal-ilmenti mill-Kummissjoni aktar effikaċi u tintroduċi setgħat għall-Kummissjoni biex titlob informazzjoni direttament mingħand il-parteċipanti fis-suq u li tmexxi investigazzjonijiet f'setturi tal-ekonomija u fi strumenti ta' għajnuna.

(2)

Fid-dawl ta' dawk l-emendi, huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-ġrajjiet li jiddeterminaw il-punt tal-bidu għall-kalkolu tal-limiti ta' żmien fil-kuntest tat-talbiet għall-informazzjoni indirizzati lil partijiet terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(3)

Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess, teżamina l-informazzjoni dwar għajnuna illegali minn kwalunkwe sors, sabiex tkun ivvalutata l-konformità mal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. F'dak il-kuntest, l-ilmenti huma sors essenzjali ta' informazzjoni biex jinkixef ksur ta' regoli tal-għajnuna mill-Istat. Huwa għalhekk importanti li jkunu ddefiniti proċeduri ċari u effiċjenti biex ikunu ttrattati l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, huma biss il-partijiet interessati li jistgħu jressqu ilmenti biex jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar xi għajnuna allegatament illegali jew l-użu ħażin ta' għajnuna. Għal dak l-għan, persuni naturali u ġuridiċi li jissottomettu l-ilmenti għandhom ikunu meħtieġa juru li huma partijiet interessati skont it-tifsira tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(5)

Biex jiġi ssemplifikat l-ipproċessar tal-ilmenti u fl-istess ħin tiżdied it-trasparenza u ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li tiġi ddefinita l-informazzjoni li l-ilmentaturi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni kollha rilevanti rigward għajnuna allegatament illegali jew użata ħażin, ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 jeħtieġ li l-partijiet interessati jimlew formola u jippreżentaw kull informazzjoni obbligatorja mitluba fiha. Għandha għalhekk tiġi stabbilita l-formola għal dak il-għan.

(6)

Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-partijiet interessati meta jitressqu ilmenti ma għandhomx ikunu ta' piż eċċessiv, filwaqt li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tibda investigazzjoni dwar għajnuna allegatament illegali jew użata ħażin.

(7)

Biex ikun żgurat li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra li tingħata lill-Kummissjoni tiġi trattata f'konformità mal-Artikolu 339 tat-Trattat, kull persuna li tissottometti l-informazzjoni għandha tidentifika b'mod ċar liema informazzjoni hija tqis li għandha tkun kunfidenzjali u r-raġuni għaliex hija kunfidenzjali. Il-persuna kkonċernata għandha tkun meħtieġa tipprovdi lill-Kummissjoni b'verżjoni separata mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni li tista' tiġi ppreżentata lill-Istat Membru relevanti biex jikkummenta.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (4) għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-limiti taż-żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 659/1999 u f'dan ir-Regolament jew iffissati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat jiġu kkalkulati f'konformità mar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71, u r-regoli speċifiċi stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 5b ta' dan l-Artikolu. Fil-każ ta' konflitt, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jipprevalu.”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“5a.   F'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu ta' żmien biex tiġi ppreżentata l-informazzjoni mitluba minn partijiet terzi skont l-Artikolu 6a(6) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, ir-riċeviment ta' talba għall-informazzjoni tkun l-avveniment relevanti għall-finijiet tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71.

5b.   F'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu ta' żmien biex tiġi ppreżentata l-informazzjoni mitluba minn partijiet terzi skont l-Artikolu 6a(7) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, in-notifika għall-informazzjoni tkun l-avveniment relevanti għall-finijiet tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71”.

(2)

il-Kapitoli Va u Vb li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 11:

“IL-KAPITOLU Va

TRATTAMENT TAL-ILMENTI

L-Artikolu 11a

L-Ammissibilità tal-ilmenti

1.   Kull persuna li tressaq ilment skont l-Artikoli 10(1) u 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 turi li hija parti interessata skont it-tifsira tal-Artikolu 1(h) ta' dak ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati jimlew kif xieraq il-formola stabbilita fl-Anness IV u jipprovdu kull informazzjoni obbligatorja mitluba fiha. B'talba motivata minn parti interessata, il-Kummissjoni tista' teżenta mill-obbligu li tiġi pprovduta xi informazzjoni meħtieġa mill-formola.

3.   L-ilmenti jitressqu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

KAPITOLU Vb

IDENTIFIKAZZJONI U PROTEZZJONI TA' INFORMAZZJONI KUNFIDENZJALI

Artikolu 11b

Il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra

Kull persuna li tissottometti informazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 għandha tindika b'mod ċar liema informazzjoni tqis li għandha tkun kunfidenzjali, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għal din il-kunfidenzjalità, u tipprovdi lill-Kummissjoni b'verżjoni separata mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni. Meta l-informazzjoni tkun trid tiġi pprovduta sa ċerta data ta' skadenza, l-istess data ta' skadenza tapplika biex titressaq il-verżjoni mhux kunfidenzjali.”;

(3)

it-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament huwa miżjud bħala Anness IV.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; COM(2010) 2020 finali

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 15).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IV

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 373/2014

tal-11 ta' April 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

65,2

TN

123,3

TR

106,4

ZZ

98,3

0707 00 05

MK

51,2

TR

124,4

ZZ

87,8

0709 93 10

MA

44,0

TR

93,6

ZZ

68,8

0805 10 20

EG

47,9

IL

67,9

MA

49,8

TN

48,3

TR

53,1

ZZ

53,4

0805 50 10

MA

35,6

TR

92,4

ZZ

64,0

0808 10 80

AR

93,3

BR

104,5

CL

108,2

CN

115,5

MK

25,2

NZ

132,7

US

190,8

ZA

118,5

ZZ

111,1

0808 30 90

AR

92,3

CL

123,2

CN

79,2

ZA

92,6

ZZ

96,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/205/PESK

tal-10 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-13 ta' April 2015.

(3)

L-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni inklużi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK għandhom jiġi aġġornati.

(4)

Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta' April 2015. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51).


ANNESS

L-entrati tal-persuni fil-lista ta' persuni elenkati hawn taħt għandhom jissostitwixxu l-entrati għalihom li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

RAJABZADEH Azizollah

 

Kap tal-Organizzazzjoni ta' Mitigazzjoni tad-Diżastri ta' Teħeran (TDMO). Ex Kap tal-Pulizija ta' Teħeran (sa Jannar 2010).

Bħala Kmandant tal-Forzi ta' Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, Azizollah Rajabzadeh huwa l-akkużat bl-aktar kariga għolja fil-kawża tal-abbużi fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak.

 

2.

DORRI-NADJAFABADI Ghorban-Ali

Post tat-twelid: Najafabad (Iran)

Data tat-Twelid: 1945

Membru tal-Kunsill ta' Espendjenza u wkoll rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta' Markazi (“Ċentrali”). Ex Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009 (ex Ministru tal-Intelligence matul il-Presidenza ta' Khatami).

Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b'segwitu għall-ewwel protesti ta' wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat. Huwa responsabbli wkoll għall-abbużi ta' Kahrizak.

 

3.

MORTAZAVI Said

Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran)

Data tat-twelid: 1967

Ex Kap tat-Task Force tal-Iran kontra l-Kuntrabandu, ex Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran sa Awwissu 2009.

Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni.

 

4.

ZARGAR Ahmad

 

Kap tal-“Organizzazzjoni għall-Preservazzjoni tal-Moralità”. Ex Imħallef, Qorti ta' Appell ta' Teħeran, fergħa 36.

Huwa kkonferma mandati ta' priġunerija fit-tul u mandati kapitali kontra persuni li pprotestaw.

 

5.

ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud

 

Gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Ex Direttur politiku tal-Ministeru tal-Intern.

Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

10.10.2011

6.

FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (Magħruf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

Post tat-twelid: Mashad

Data tat-twelid: 3.2.1951

Bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran, huwa l-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki kollha militari, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu repressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC) u l-Kunsill ta' Espedjenza.

10.10.2011

7.

JOKAR Mohammad Saleh

 

Mill-2011 deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Yazd. Ex Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij.

Fil-kapaċità tiegħu ta' Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti.

10.10.2011

8.

SALARKIA Mahmoud

Direttur tal-Klabb tal-Futbol ta' Teħeran “Persepolis”

Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta' Teħeran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009.

Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li virtwalment dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikati bl-arrest.

10.10.2011

9.

SOURI Hojatollah

 

Deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà. Ex Kap tal-Ħabs ta' Evin.

Bħala kap tal-ħabs ta' Evin matul l-2009, huwa kien responsabbli għal abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejjin f'dan il-ħabs fi żmienu, bħal swat, u abbużi mentali u sesswali. Skont informazzjoni konsistenti minn sorsi differenti, it-tortura hija prassi komuni fil-ħabs ta' Evin. Fis-Sala 209, qed jinżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

10.10.2011

10.

TALA Hossein (Magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn)

 

Viċi Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Teħeran sa Settembru 2010, b'mod partikolari responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

11.

TAMADDON Morteza (Magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza)

Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan

Data tat-Twelid: 1959

Ex Gvernatur Ġenerali tal-Provinċja ta' Teħeran, u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, membru tal-IRGC.

Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' repressjoni, inkluż ir-repressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009. Huwa magħruf għall-involviment personali tiegħu fil-molestja tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Karroubi u Moussavi.

10.10.2011

12.

BAKHTIARI Seyyed Morteza

Post tat-twelid: Mashad (Iran)

Data tat-Twelid: 1952

Ex Ministru tal-Ġustizzja (2009-2013), ex gvernatur ġenerali tal-Isfahan u direttur tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Istat (sa Ġunju 2004).

Bħala Ministru tal-Ġustizzja, huwa kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-molestja tad-diaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex titratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra mill-pajjiż. Bl-isforzi tal-Prosekutur ta' Teħeran, żewġ fergħat tal-qorti tal- prim istanza u dik tal-appelli u diversi fergħat tal-qrati tal-maġistrati ser jiġu assenjati biex jindirizzaw affarijiet ta' dawk li jgħixu barra mill-pajjiż.

10.10.2011

13.

HOSSEINI Dr Mohammad (Magħruf ukoll bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

Data tat-Twelid: 1961

Ex Ministru tal-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013).

Ex-IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti.

10.10.2011

14.

MOSLEHI Heydar (Magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

Data tat-Twelid: 1956

Ex Ministru tal-Intelligence (2009-2013).

Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru tal-Intelligence kompla l-prassi ta' detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni mifruxin ta' dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru tal-Intelligence għadu jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta' Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru tal-Intelligence ssoġġettaw lill-ħabsin tas-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali. Bħala ex Ministru tal-Intelligence, Moslehi huwa responsabbli għall-abbużi matul il-mandat tiegħu.

10.10.2011

15.

TAGHIPOUR Reza

Post tat-twelid: Maragheh (Iran)

Data tat-Twelid: 1957

Membru tal-Kunsill tal-Belt ta' Teħeran. Ex Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012).

Bħala Ministru tal-informazzjoni, huwa kien wieħed mill-ogħla uffiċjali responsabbli miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-internet u anke kwalunkwe tip ta' komunikazzjoni (partikolarment it-telefons ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta' priġunieri politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tagħhom. F'diversi okkażjonijiet mill-aħħar elezzjoni presidenzjali u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefons ċellulari u s-servizzi tal-sms inqatgħu, il-kanali tat-televiżjoni satellitari ġew iġġamjati, l-internet ġie sospiż lokalment jew mill-anqas, tnaqqsitlu r-rapidità tiegħu.

23.3.2012

16

EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

Data tat-Twelid: madwar 1973

Post tat-Twelid: Hamedan

Post tar-residenza: Teħeran

Post tax-xogħol: Press TV HQ, Teħeran

Direttur ta' Press TV Newsroom. Ex Produttur Għoli ta' Press TV.

Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inklużi l-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta' drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM immulta lil Press TV GBP 100 000 fir-Renju Unit talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar eżempji ta' konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013


12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta' Novembru 2013

dwar il-miżuri implimentati mill-Ġermanja favur HoKaWe Eberswalde GmbH SA.34721 (2012/C) (ex 2012/NN)

(notifikata bid-dokument numru C(2013)7058)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/206/EU)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fit-30 ta' April 2012, il-Kummissjoni rċeviet ilment minn impriża li tipproċessal-injam stabbilita fil-Land Brandenburg li kienet qed tallega li l-ftehim qafas ta' 15-il sena konkluż bejn il-Land Ġermaniża ta' Brandenburg u l-impriża HoKaWe Eberswalde GmbH (HoKaWe) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(2)

Fil-11 ta' Mejju 2012 il-Kummissjoni ressqet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment lill-Ġermanja u talbet informazzjoni addizzjonali. B'ittra bid-data tas-6 ta' Ġunju 2012, il-Ġermanja pprovdiet kummenti dwar l-ilment u ressqet l-informazzjoni addizzjonali mitluba.

(3)

Fis-27 ta' Awwissu 2012, il-Kummissjoni bagħtet verżjoni mhux kunfidenzjali tar-risposta lill-ilmentatur, u talbet lil dan tal-aħħar jekk iridx ikompli jsegwi l-kwistjoni aktar fil-fond. L-ilmentatur wieġeb fl-4 ta' Settembru 2012 li ma kienx se jirtira l-ilment tiegħu.

(4)

B'ittra bid-data tad-19 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tniedi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-għajnuna.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(6)

B'ittra bid-data tat-28 ta' Frar 2013, il-Ġermanja pprovdiet kummenti dwar id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet mingħand żewġ partijiet terzi interessati fit-30 ta' April 2013 u mingħand l-ilmentatur fit-3 ta' Mejju 2013.

(7)

Fis-17 ta' Mejju 2013 intbagħtu verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta' dawn l-osservazzjonijiet lill-Ġermanja. Il-Ġermanja kkummentat dwar dawn l-osservazzjonijiet fil-11 ta' Ġunju 2013 u ressqet dawn il-kummenti permezz ta' ittra bid-data tat-13 ta' Ġunju 2013.

(8)

Il-Kummissjoni bagħtet aktar talbiet għall-informazzjoni lill-Ġermanja b'ittri bid-data tat-2 ta' Awwissu 2013, is-17 ta' Settembru 2013 u t-23 ta' Settembru 2013 li għalihom il-Ġermanja wieġbet b'ittri bid-data tal-15 ta' Awwissu 2013, l-20 ta' Settembru 2013 u l-1 ta' Ottubru 2013 rispettivament.

2.   DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Il-benefiċjarju

(9)

HoKaWe hija kumpanija ta' risponsabbiltà limitata li topera impjant tal-enerġija tal-bijomassa tal-ħruq tal-injam f'Eberswalde fil-Land Brandenburg. L-impjant tal-enerġija nbena fl-2005 u beda jiffunzjona fl-2006. F'Ġunju 2011, il-qorti tal-kontea ta' Frankfurt/Oder fetħet proċedimenti ta' insolvenza kontra HoKaWe. Madankollu, il-kumpanija għadha ekonomikament attiva.

(10)

Il-Landkreis Barnim (id-distrett ta' Barnim) kien interessat li jixtri l-assi ta' HoKaWe biex ikompli jopera l-impjant tal-enerġija; f'Mejju 2012 it-tranżazzjoni tal-assi ġiet approvata f'laqgħa tal-kredituri ta' HoKaWe, u l-bejgħ ġie ffirmat fil-preżenza ta' nutar. Madankollu, billi l-Land ta' Brandenburg ma qablitx li tittrasferixxi l-ftehim qafas li jirregola l-konsenji ta' injam mill-Foresta Statali ta' Brandenburg (li huwa s-suġġett tad-deċiżjoni preżenti) lis-sid il-ġdid, id-distrett ta' Barnim irtira mit-tranżazzjoni.

2.2.   Deskrizzjoni tal-miżura

(11)

F'Ġunju 2005 il-Land ta' Brandenburg u HoKaWe kkonkludew ftehim qafas għall-konsenja ta' injam mill-Foresta Statali ta' Brandenburg. Dan il-ftehim jistipula l-kwantità u t-termini u l-konduzzjonijiet ta' konsenja ta' injam (3) lil HoKaWe għal perjodu ta' 15-il sena, mill-1 ta' Ġunju 2006 sal-1 ta' Ġunju 2021. Il-ftehim jikkonċerna volum annwali ta' 150 000 metri kubi ta' injam li joriġina minn foresti li jinsabu f'distanza ta' mhux aktar minn 70 km minn Eberswalde.

(12)

Fil-ftehim ġie ffissat prezz ta' referenza inizjali għas-sena 2004 ta' EUR 15,50/metru kubu. Barra minn hekk, it-test tal-ftehim kien jipprevedi li l-aġġustamenti bikrin tal-prezzijiet ikunu miftehma bejn il-partijiet fuq il-bażi tal-iżvilupp tal-indiċi tal-prezz tal-injam industrijali tal-Uffiċju tal-Istatistika Federali Ġermaniż (4); il-bidliet fil-prezz tal-injam meta mqabbel mal-prezz ta' referenza inizjali kellhom jiġġarbu 50 % mill-bejjiegħ u 50 % mix-xerrej (minn issa 'l quddiem il-“klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet”).

(13)

Għall-fini tal-kalkolu tal-aġġustament tal-prezzijiet korrispondenti, il-ftehim, barra minn hekk, stabbilixxa l-formula li ġejja (minn issa 'l quddiem: il-“formula ta' aġġustament tal-prezzijiet” jew il-“formula”):

Formula

(14)

Huwa għalhekk meħtieġ li wieħed jiddistingwi bejn il-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet fit-test tal-ftehim u l-formula tal-aġġustament tal-prezzijiet.

(15)

Skont is-sottomissjonijiet mill-Ġermanja, min-naħa, il-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet trid tidher bħala r-rappreżentazzjoni tal-intenzjonijiet tal-partiti fil-ftehim. Dan huwa sostnut minn nota interna mill-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Ippjanar Reġjonali tal-Land ta' Brandenburg tal-1 ta' Ottubru 2003 li tikkonċerna laqgħa bejn ir-rappreżentanti tal-Land ta' Brandenburg u HoKaWe, li turi biċ-ċar li l-aġġustament tal-prezzijiet previst mill-partijiet matul in-negozjati kien jikkorrispondi mal-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet. Dan huwa sostnut ukoll minn nota mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Affarijiet Ewropej tal-Land ta' Brandenburg tal-5 ta' Jannar 2011, li rrakkomandat li taġġusta jew tinterpreta l-ftehim qafas b'tali mod li jkun jirrispetta t-test tal-ftehim sabiex jirrifletti l-intenzjonijiet veri tal-partijiet.

(16)

Il-formula min-naħa l-oħra kienet żbaljata, kif ikkonfermat mill-Ġermanja u minn żewġ opinjonijiet esperti mħejjija fl-2010 għal-Land ta' Brandenburg (5), u ma wasslitx għal riżultat li kien jikkorrispondi mal-intenzjonijiet tal-partiti kif spjegat fil-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet.

(17)

Wara li l-ftehim daħal fis-seħħ, il-prezz kien aġġustat fuq il-bażi tal-formula. Kuntrarju għall-intenzjonijiet espressi fit-test tal-ftehim, l-aġġustamenti tal-prezzijiet ikkalkolati skont il-formula ma segwewx l-iżvilupp attwali tal-indiċi tal-prezz tal-injam industrijali u wasslu għal prezzijiet li kienu sinifikattivament aktar baxxi mill-prezz medju tal-injam għall-foresti Statali ta' Brandenburg. Barra minn hekk, il-formula ma wasslitx għar-riżultat previst tal-qsim ugwali tar-riskju tal-flussi fil-prezzijiet bejn l-Istat u HoKaWe.

(18)

Dan ġara minħabba l-fatt li, kif muri aktar 'il fuq fil-premessa (16), il-formula kienet żbaljata u ma kinitx tirrifletti matematikalment l-intenzjonijiet tal-partiti kif stabbilit fil-klawżola ta' aġġustamenti tal-prezzijiet  (6).

(19)

Flimkien ma' dan, is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-28 ta' Frar 2013 turi li, matul il-ftehim il-partiti, b'mod ripetittiv, eżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom rigward il-parametri li ntużaw fil-fatt għall-kalkolu tal-aġġustament tal-prezzijiet skont il-formula  (7). L-awtoritajiet Ġermaniżi informaw lill-Kummissjoni li r-raġunijiet għal dan ma setgħux jiġu inferiti mill-fajls.

(20)

Iż-żewġ opinjonijiet esperti li ngħataw lil-Land ta' Brandenburg fl-2010 (ara l-paragrafu (16)) ġibdu l-attenzjoni lejn problemi possibbli tal-għajnuna mill-Istat u rrakkomandaw li l-ftehim jiġi emendat billi tinbidel il-formula. Wara negozjati bejn HoKaWe u l-Land ta' Brandenburg, il-partiti għalhekk iffirmaw verżjoni mmodifikata tal-ftehim fis-26 ta' Awwissu 2011, b'effett mill-1 ta' Lulju 2011. Din il-verżjoni modifikata solviet il-problemi spjegati fil-premessi minn (12) sa (19) billi stipulat li mill-1 ta' Lulju 2011 'l quddiem il-prezzijiet kellhom jiġu aġġustati skont il-klawżola ta' aġġustament tal-prezzjiet u, b'hekk, skont l-intenzjonijiet oriġinali tal-partijiet. Għalhekk, minn din id-data 'l quddiem, il-formula ma baqgħetx parti mill-ftehim u ma setgħetx tibqa' tiġi applikata.

(21)

Barra minn hekk, il-Land ta' Brandenburg iddeċidiet li ma tkomplix il-kuntratt ma' investituri futuri li jieħdu f'idejhom l-assi ta' HoKaWe.

2.3.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(22)

Fid-19 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftah proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE (“id-deċiżjoni ta' ftuh”).

(23)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ il-Kummissjoni b'mod preliminari qieset li l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas bejn il-Land ta' Brandenburg u HoKaWe kienet tinvolvi l-għajnuna mill-Istat.

(24)

Il-Kummissjoni staqsiet jekk, minn perspettiva ex ante, bejjiegħ privat fis-suq kienx jaċċetta remunerazzjoni bħala dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula tal-aġġustament tal-prezzijiet deskritta.

(25)

Barra minn hekk, anki jekk il-partijiet kontraenti ma kinux konxji min-nuqqasijiet tal-formula, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar jekk il-Ġermanja aġixxietx b'mod konformi mas-suq matul l-implimentazzjoni tal-ftehim. Dawn id-dubji rriżultaw minħabba l-iżvilupp tal-prezz għall-injam mibjugħ skont il-Ftehim, li wera li l-prezz ikkalkolat fuq il-bażi tal-formula wassal għal prezzijiet sinifikattivament aktar baxxi mill-prezz medju tal-injam fil-Land ta' Brandenburg. Bejjiegħ privat prudenti li jkun f'sitwazzjoni simili kien juża minnufih il-possibbiltajiet kollha biex jimmodifika l-metodu tal-aġġustament. B'kuntrast ma' dan, il-Ġermanja kompliet tuża l-formula sal-2011.

(26)

Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li vantaġġ favur HoKaWe u għalhekk l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim (l-1 ta' Ġunju 2006) sal-emenda tal-ftehim (it-30 ta' Ġunju 2011). Billi bażi ġuridika għall-kompatibbiltà tal-għajnuna la kienet evidenti u lanqas kienet ġiet dikjarata mill-Ġermanja, il-Kummissjoni kellha aktar dubji dwar jekk il-miżura setgħetx titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

3.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(27)

Waqt il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti minn żewġ partijiet terzi interessati kif ukoll mingħand l-ilmentatur.

(28)

L-ilmentatur issottometta noti interni tal-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Ippjanar Reġjonali tal-Land ta' Brandenburg bid-data ta' Diċembru 2003 u Marzu 2004. Skont l-ilmentatur, dawn in-noti kienu jesprimu, diġà qabel il-konklużjoni tal-ftehim, xi tħassib dwar bosta aspetti tal-ftehim: In-nota ta' Diċembru 2003, filwaqt li vvalutat il-konsegwenzi ta' ftehim matul dak iż-żmien, għamlet l-osservazzjoni li, saħansitra għas-sena 2004, il-ftehim ikun iwassal għal prezz ħafna aktar baxx mill-prezz tal-injam industrijali ta' dak iż-żmien. Bl-istess mod, in-nota interna ta' Marzu 2004 ġibdet l-attenzjoni li l-metodu ta' adattament tal-prezzjiet ikun iwassal għal konċessjonijiet mhux xierqa ta' prezzijiet mil-Land ta' Brandenburg u espliċitament irrakkomandat li l-ftehim jiġi kkunsidrat jew innegozjat mill-ġdid.

(29)

L-ilmentatur kompla jargumenta li f'sitwazzjoni bħal dik l-ebda bejjiegħ privat ma kien jidħol fi ftehim bħal dak u, barra minn hekk, bejjiegħ privat kien jirreaġixxi minnufih meta deher biċ-ċar li l-prezzijiet kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tas-suq u ma kienx jistenna ħames snin. Rigward l-adattament tal-prezzijiet, l-ilmentatur jallega li l-prezzijiet miftehma ma kinux jirriflettu l-iżvilupp attwali fis-suq tal-injam u dawn irriżultaw f'vantaġġ mhux mistħoqq favur HoKaWe. L-ilmentatur jikkalkola li l-ammont ta' għajnuna bejn l-2006 u l-2011 kien ta' EUR 7,3 miljun (waqt li jitqies il-prezz medju tal-injam kif miftiehem bejn l-ilmentatur u fornituri oħra).

(30)

Flimkien ma' dan, il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn żewġ impriżi fil-Land ta' Brandenburg. Dawn l-impriżi allegaw li minħabba l-ftehim fuq perjodu fit-tul, parti sinifikanti mill-injam prodott ġewwa l-foresta Statali ta' Brandenburg ġiet irtirata mis-suq tal-injam reġjonali u dan wassal għal tgħawwiġ mhux mistħoqq fil-kompetizzjoni u poġġa f'periklu l-eżistenza ta' impriżi żgħar tal-ipproċessar tal-injam fil-Land ta' Brandenburg.

4.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

(31)

Il-Ġermanja sostniet li l-ftehim qafas kien konformi mas-suq u għalhekk ma kienx jinvolvi għajnuna mill-Istat.

(32)

Il-Ġermanja stqarret li, meta ġie ffirmat il-ftehim, ma kien jeżisti l-ebda suq għall-injam li jintuża għall-produzzjoni tal-enerġija (injam għall-enerġija “Energieholz”) u li, b'konsegwenza ta' dan, il-partijiet qablu li jibbażaw il-prezz li għandu jitħallas minn HoKaWe fuq il-prezz għall-injam industrijali u l-aġġustamenti tal-prezzijiet fuq l-iżvilupp tal-indiċi għall-injam industrijali. Il-Ġermanja żiedet ukoll li t-test tal-ftehim kien jirrifletti l-modus operandi maħsub għall-aġġustamenti tal-prezzijiet iżda ammettiet li l-applikazzjoni tal-formula wasslet għal riżultati li ma kinux jikkorrispondu għall-qsim intiż tar-riskju tal-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet bejn il-partijiet.

(33)

Il-Ġermanja, għalhekk, argumentat li l-prezz ta' referenza inizjali kif ukoll il-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet stabbilita fit-test tal-ftehim, bl-aġġustamenti tal-prezzijiet imsejsa fuq l-indiċi għall-injam industrijali fil-Ġermanja u l-kondiviżjoni tar-riskju tal-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet bejn il-partijiet, iridu jitqiesu bħala li kienu konformi mas-suq fil-waqt tal-iffirmar tal-ftehim.

(34)

Skont il-Ġermanja, l-amministrazzjoni tal-forestrija fil-Land ta' Brandenburg skopriet biss fir-riorganizzazzjoni tagħha ta' Jannar 2009 li l-applikazzjoni tal-formula kienet wasslet biex HoKaWe tħallas prezzijiet aktar baxxi minn kumpaniji oħra. Għalhekk, fl-2010, l-awtoritajiet responsabbli tal-Land ta' Brandenburg talbu valutazzjoni tal-ftehim minn espert legali estern, RAUE LLP, u wettqu wkoll valutazzjoni legali interna (in-house) tal-ftehim. Iż-żewġ kompetenzi ġibdu l-attenzjoni lejn kwistjonijiet possibli relatati mal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, fi stqarrija bil-miktub tal-5 ta' Jannar 2011, il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Affarijiet Ewropej ikkonkluda li l-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet kienet konformi mas-suq iżda li aġġustament tal-prezzijiet fuq il-bażi tal-formula kienet tikkonstitwixxi għajnuna mill-Istat u għalhekk, irrakkomanda li l-ftehim jiġi emendat b'tali mod li jkun jirrifletti l-intenzjonijiet veri billi, pereżempju, tiġi modifikata l-formula. Il-Land ta' Brandenburg segwiet din ir-rakkomandazzjoni f'Awwissu 2011.

(35)

F'dan ir-rigward, il-Ġermanja argumentat li l-Land ta' Brandenburg aġixxiet b'mod konformi mas-suq billi aġġustat il-ftehim fl-2011 u li ma setgħetx tirreaġixxi aktar malajr, billi l-kuntratti jridu jiġu onorati u billi l-ftehim seta' biss jiġi emendat permezz ta' ftehim bejn il-partijiet.

(36)

Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, il-ftehim la jgħawweġ il-kompetizzjoni u lanqas jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.   VALUTAZZJONI

5.1.   L-eżistenza ta' għajnuna

(37)

L-Artikolu 107(1) TFUE jistipula li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-istat fi kwalunwe forma li tgħawweġ jew li thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, hija inkompatibbli mas-suq intern, jekk din taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(38)

Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni u kif ikkonfermat mill-każistika, il-kriterju biex jiġi vvalutat jekk tranżazzjoni kummerċjali bejn korp pubbliku u entità ekonomika tammontax għal għajnuna mill-Istat huwa l-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Isegwi minn dan il-prinċipju li, meta l-Istat jaġixxi fis-suq bħala operatur kummerċjali, għandu jagħmel dan b'mod komparabbli ma' operatur privat. Jekk l-Istat ma jagħmilx dan, l-għajnuna mill-Istat tista' tkun involuta. Fi kliem ieħor, il-valur referenzjarju biex jiġi apprezzat jekk tranżazzjoni tinvolvix għajnuna mill-Istat huwa jekk operatur privat li jinsab f'qagħda simili jġibx ruħu bl-istess mod, jiġifieri f'dan il-każ jekk dan tal-aħħar kienx ibigħ l-assi, il-merkanzija jew is-servizz bl-istess prezz (it-test tal-bejjiegħ privat). Bl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, il-kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi ma jistgħux jitqiesu bħala raġunijiet għall-aċċettazzjoni ta' prezz iktar baxx. Dan il-prinċipju ġie applikat ripetittivament mill-Kummissjoni u kkonfermat b'mod kostanti mill-Qorti (8).

(39)

Il-Kummissjoni, għalhekk, għandha tevalwa f'dan il-każ jekk bejjiegħ privat kienx jidħol fi ftehim b'durata komparabbli, fuq il-bażi ta' prezz ta' referenza inizjali komparabbli u b'mekkaniżmu ta' aġġustament tal-prezzijiet simili.

(40)

Kif hemm miktub fil-premessi minn (11) sa (12), il-ftehim qafas b'durata ta' 15-il sena jistipula li l-prezzijiet għandhom jiġu aġġustati kull sena skont l-iżvilupp tal-indiċi tal-prezzijiet tal-injam industrijali u li l-bidliet korrispondenti għall-prezz ta' referenza inizjali, li kien stabbilit għal EUR 15,50/metru kubu, għandhom jiġġarbu 50 % mill-Istat u 50 % minn HoKaWe. Barra minn hekk, il-ftehim stabbixxa formula li għandha tintuża għall-kalkolu ta' dan l-aġġustament fil-prezz.

Id-durata twila tal-ftehim

(41)

L-ilementatur argumenta li d-durata tal-ftehim, jiġfieri 15-il sena, ma kinetx tas-soltu fis-suq.

(42)

Madankollu, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li tiġġustifika konklużjoni li din id-durata ma kinitx konformi mas-suq. Filwaqt li durata ta' 15-il sena tidher pjuttost twila, ma jkunx irraġonevoli għal bejjiegħ li jintrabat ma' xerrej jekk dan ikun jiggarantixxi lill-bejjiegħ, kif kien il-każ taħt il-ftehim preżenti, li jbigħ volumi ugwali ta' injam li, barra minn hekk, għal-inqas parzjalment, ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-injam industrijali.

(43)

Fid-dawl ta' dan il-fatt u tal-previżjoni tal-qsim tar-riskju ta' fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet ma jistax jiġi eskluż li bejjiegħ privat kien jidħol għal ftehim ta' durata komparabbli.

Il-prezz ta' referenza inizjali miftiehem

(44)

B'mod simili, rigward il-prezz ta' referenza inizjali ta' EUR 15,50/metru kubu, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li dan il-prezz ma kienx konformi mas-suq.

(45)

Kif ġie argumentat mill-Ġermanja, fiż-żmien li ġie ffirmat il-ftehim, ma kien jeżisti l-ebda prezz tas-suq stabbilit għall-injam għall-enerġija. Il-partijiet kontraenti, għalhekk, ibbażaw il-ftehim qafas fuq il-prezz tal-injam industrijali. Skont deskrizzjoni ġenerali tal-prezzijiet tas-suq għall-injam industrijali sottomessa mill-ilmentatur, il-prezzijiet bejn EUR 15,50/metru kubu u EUR 17,50/metru kubu għas-sena 2004 u bejn EUR 15,00/metru kubu u EUR 17,00/metru kubu għas-sena 2005 jistgħu jitqiesu bħala li jikkonformaw mas-suq. Meta jitqies ukoll il-fatt li l-ftehim kien kuntratt fit-tul, bil-prezz miftiehem ta' EUR 15,50/metru kubu, il-prezz ta' referenza inizjali tal-ftehim qafas baqa' fil-medda ta' prezzijiet konformi mas-suq għall-injam industrijali.

(46)

Barra minn hekk, nota interna mill-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Ippjanar Reġjonali tal-Land ta' Brandenburg bid-data tal-1 ta' Ottubru 2003 turi li matul in-negozjati, ir-rappreżentanti tal-Land ta' Brandenburg issuġġerew prezz ta' referenza inizjali ta' EUR 15,50/metru kubu, filwaqt li HoKaWe ssuġġeriet prezz ta' EUR 15,00/metru kubu. Il-partijiet finalment qablu dwar il-prezz li kien ogħla, jiġifieri l-prezz ta' EUR 15,50/metru kubu.

(47)

Il-prezz ta' referenza inizjali ta' EUR 15,50/metru kubu jista' għalhekk jitqies bħala konformi mas-suq. Minħabba n-nuqqas ta' prezz tas-suq stabbilit għat-tqabbil, u l-fatt li r-rekwiżiti ta' kwalità tal-injam għall-enerġija għall-inqas mhumiex ogħla minn dawk għall-injam industrijali, kien raġonevoli għal-Land ta' Brandenburg li tikkonkludi ftehim li bih il-prezz ikun ibbażat fuq il-prezz għall-injam industrijali (il-prezz ta' referenza). Il-prezz miftiehem kien ir-riżultat ta' negozjati bejn il-partijiet u barra minn hekk kien fil-firxa tal-prezzijiet tas-suq għall-injam industrijali fil-Land ta' Brandenburg. Dan ġie miftiehem fl-għarfien tal-kwalità tal-injam disponibbli lill-foresti Statali tal-Land ta' Brandenburg (9) u għalhekk jirrappreżenta dak li bejjiegħ privat ikun qies bħala aċċettabbli għall-kwalità tal-injam li jrid jiġi kkunsinnat.

L-aġġustament tal-prezzijiet

(48)

Dwar l-aġġustament tal-prezzijiet, kif spjegat fil-premessa (14), huwa meħtieġ li wieħed jiddistingwi bejn il-klawżola tal-aġġustament tal-prezz u l-aġġustamenti tal-prezz applikati fil-verità fuq il-bażi tal-formula.

(49)

Rigward il-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li din ma kinitx konformi mas-suq. B'mod simili għal dak li ġie ddikjarat fil-premessa (45) dwar il-prezz ta' referenza inizjali, ma kien hemm l-ebda indiċi għall-iżviluppi fil-prezzijiet ta' injam għall-enerġija. Kien, għalhekk, raġonevoli mhux biss li l-prezz ta' referenza inizjali jiġi bbażat fuq il-prezz għall-injam industrijali iżda wkoll raġonevoli li jkun hemm ftehim dwar aġġustament fil-prezz b'mod parallel mal-indiċi għall-injam industrijali.

(50)

Barra minn hekk, it-test tal-ftehim ippreveda li l-partijiet għandhom jaqsmu l-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet nofs u nofs. Billi l-iżvilupp tal-prezz kien, fi żmien l-iffirmar, mhux kompletament previst, dan il-mekkaniżmu kellu l-effett li ż-żewġ partijiet jaqsmu kemm ir-riskju kif ukoll il-benefiċċji (potenzjali), li setgħu ukoll irriżultaw f'vantaġġ għal-Land ta' Brandenburg. Fid-dawl ta' din l-inċertezza, anki bejjiegħ privat seta' jaqbel ma' klawżola bħal din. Din il-klawżola għalhekk trid titqies bħala konformi mas-suq.

(51)

Jista' jiġi konkluż li l-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet, waqt li tipprevedi żvilupp tal-prezz b'mod parallel mal-indiċi għall-injam industrijali u qsim ugwali tar-riskju ta' fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet bejn il-partijiet, kienet konformi mas-suq, u li bejjiegħ privat raġjonevoli kien jidħol għal ftehim bħal dan.

(52)

Madankollu, kif diġà ntqal, l-aġġustamenti fil-prezz attwali saru bl-applikazzjoni tal-formula. Kif jidher mill-ħarsa ġenerali fit-tabella li ġejja, il-prezzijiet li rriżultaw mill-applikazzjoni ta' din il-formula kienu sinifikattivament aktar baxxi mill-prezzijiet li kienu jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet:

(f'EUR għal kull metru kubu)

 

Il-prezz attwalment imħallas (ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-formula)

Il-prezz ikkalkulat (*) abbażi tal-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet

Il-prezz medju għall-injam kollu fil-Land ta' Brandenburg

2006

13,00

15,42

17,72

2007

13,21

15,95

21,02

2008

16,55

20,96

22,76

2009

16,42

20,76

19,20

2010

16,14

20,03

24,50

2011

15,79

19,33

m.a.

(53)

Din it-tabella turi wkoll b'mod ċar li l-prezzijiet ikkalkulati fuq il-bażi tal-formula mhux biss kienu sinifikattivament aktar baxxi mill-prezzijiet li kienu jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet iżda wkoll sinifikattivament aktar baxxi mill-prezzijiet medji fil-Land ta' Brandenburg.

(54)

Barra minn hekk, dawn l-effetti tal-formula kienu diġà prevedibbli qabel l-iffirmar tal-ftehim. Dan huwa ta' importanza partikolari billi, sabiex jiġi vvalutat jekk bejjiegħ fis-suq privat ikunx aġixxa bl-istess mod jew b'mod komparabbli bħall-Land ta' Brandenburg, huwa meħtieġ li titwettaq valutazzjoni ex ante tal-ftehim (10).

(55)

Kif intqal hawn fuq fil-premessi (16) u (18), il-formula kienet żbaljata u ma kinitx tirrifletti l-intenzjonijiet kif espressi fil-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet. Dawn l-intenzjonijiet setgħu ġew matematikament riflessi, kif ikkonfermat ukoll mill-opinjoni esperta ta' RAUE LLP, f'din il-formula li ġejja:

Formula

(56)

Madankollu, il-partijiet għall-ftehim naqqsu ammont fiss minflok l-Indiċin . Filwaqt li jista' jkun iġġustifikat, skont iċ-ċirkostanzi, li jintuża tnaqqis fiss, tnaqqis bħal dan għandu għall-inqas jirriżulta fil-prezz ta' referenza inizjali miftiehem għas-sena li fiha jiġi konkluż il-ftehim. Madankollu, fil-każ preżenti, il-partijiet għażlu tnaqqis li, diġà għas-sena tal-iffirmar, wassal għal prezz sinifikattivament aktar baxx mill-prezz inizjali miftiehem ta' referenza konformi mas-suq ta' EUR 15,50/metru kubu.

(57)

Għaldaqstant, il-fatt li l-formula kienet żbaljata u ma wasslitx għall-prezzijiet miftiehma fil-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet kien oġġettivament prevedibbli fil-mument tal-iffirmar.

(58)

F'din is-sitwazzjoni, bejjiegħ privat kieku kien juża formula differenti jew mill-inqas kien jitlob modifika tal-formula, speċjalment peress li l-partijiet kienu qablu fit-test tal-ftehim li l-aġġustament tal-prezzijiet ikun ikkalkolat skont l-indiċi għall-injam industrijali u li r-riskju ta' fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet jinqasam b'mod ugwali bejn l-Istat u HoKaWe (kif espress fil-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet).

(59)

F'dan ir-rigward jeħtieġ ukoll li jiġi enfasizzat li l-iżviluppi fil-prezzijiet skont il-ftehim ma kinux sempliċement ir-riżultat awtomatiku ta' kalkolu matematiku predeterminat stabbilit fil-formula. Kif intqal hawn fuq fil-premessa (19) pjuttost isegwi, mill-informazzjoni pprovduta mil-Ġermanja fil-proċedura formali tal-investigazzjoni li l-formula ġiet aġġustata bosta drabi (11) matul id-durata tal-ftehim.

(60)

Kif jidher biċ-ċar mit-tabella li tidher fil-premessa (52), dawn l-effetti negattivi prevedibbli tal-applikazzjoni tal-formula mmaterjalizzaw ukoll, billi l-prezz imħallas fil-verità minn HoKaWe kien sinifikattivament aktar baxx mill-prezz li jrid jitħallas skont il-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet. Kien ukoll sinifikattivament aktar baxx mill-prezzijiet medji mħallsa għall-injam mill-foresta Statali ta' Brandenburg, jiġifieri l-prezzijiet li bihom il-Land ta' Brandenburg bigħat l-injam lil kumpaniji oħra (12).

(61)

Isegwi li l-fatt li l-applikazzjoni tal-formula ma wasslitx għar-riżultat intenzjonat ta' żvilupp fil-prezz ibbażat fuq l-indiċi għall-injam industrijali, bir-riskju ta' fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet li qed jinqasmu bejn il-partijiet, kienet kemm magħrufa kif ukoll aċċettata mill-Istat.

Konklużjoni

(62)

Rigward il-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet, jista' jiġi konkluż li għalkemm dan kien iwassal għal prezzijiet taħt il-prezz medju għal-Land ta' Brandenburg, dawn il-prezzijiet kienu jkunu konformi mas-suq. Dawn kienu bbażati fuq kunsiderazzjonijiet u negozjati raġonevoli bejn il-partijiet involuti u, għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li wkoll attur privat fis-suq kien jidħol fi ftehim bl-istess kundizzjonijiet jew b'kundizzjonijiet kumparabbli.

(63)

Madankollu, l-aġġustament tal-prezzijiet attwali implimentat mill-partijiet fuq il-bażi tal-formula ma kienx jirrifletti dawn il-kundizzjonijiet konformi mas-suq u wassal għal prezzijiet sinifikattivament aktar baxxi minn dawk li kieku kienu jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet (u, aktar minn hekk, il-prezz medju għall-injam fil-Land ta' Brandenburg).

(64)

Filwaqt li l-iżvilupp tal-prezz fuq il-bażi tal-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet jirrifletti deċiżjoni tan-negozju raġonevoli u bilanċ ġust tar-riskji li jirrigwardaw il-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet bejn il-partijiet, il-prezzijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-formula kienu sinifikattivament aktar baxxi u, barra minn hekk, ma kinux jirriflettu dak il-bilanċ tar-riskji. Kuntrarju għas-sitwazzjoni li fuqhom kienet imsejsa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.19045 (Għajnuna allegata lil-Land tal-Bavarja (Amministrazzjoni tal-Forestrija tal-Bavarja) fil-forma ta' ftehimiet ta' forniment fit-tul għall-injam mal-kumpanija Klausner)  (13), li fiha l-prezzijiet 'l isfel mill-medja tas-suq tqiesu li ma fihomx għajnuna mill-Istat billi s-suq sofra minn kapaċitajiet żejda u l-Land tal-Bavarja ppruvat tattira xerrej sinifikanti li jkun jiggarantixxi fit-tul ix-xiri ta' volumi kbar u stabbli, xejn fil-fatti tal-każ preżenti ma jkun jiġġustifika l-prezzijiet aktar 'l isfel minn dawk li kieku kienu jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet. Il-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet miftiehem bejn il-partijiet ikkunsidrat in-natura tal-kuntratt fit-tul u l-kwalità tal-injam li jrid jinbiegħ u diġà kienet se twassal għal prezzijiet 'l isfel mill-prezz medju fil-Land ta' Brandenburg. Ma hemm xejn li jindika li attur privat fis-suq kien jaqbel ma prezzijiet anki aktar baxxi minn dawk.

(65)

Dan huwa kkonfermat aktar permezz tas-sottomissjonijiet mill-Ġermanja, li espliċitament stqarret li l-klawsola tal-aġġustament tal-prezzijiet kienet tirrappreżenta l-intenzjonijiet veri tal-partijiet. Barra minn hekk, fl-2011 il-Land ta' Brandenburg innegozjat l-emenda għall-ftehim li injorat il-formula żbaljata, bħala reazzjoni għaż-żewġ opinjonijiet legali mill-2010 msemmijin hawn fuq fil-premessa (16) li kienu qajmu tħassib dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba fl-applikazzjoni tal-formula. Għalhekk, il-Land ta' Brandenburg innegozjat l-emenda għall-ftehim mingħajr il-formula speċifikament sabiex timplimenta l-intenzjonijiet veri tal-partijiet u biex ittemm it-tħassib dwar l-għajnuna mill-Istat.

(66)

Isegwi li l-mod kif il-ftehim ġie implimentat, b'mod aktar speċifiku l-aġġustamenti tal-prezzijiet fuq il-bażi tal-formula, ma jgħaddix mit-test tal-bejjiegħ privat u mhuwiex konformi mas-suq.

(67)

Il-Ġermanja argumentat li l-gvern reġjonali tal-Land ta' Brandenburg kien biss konxju mill-fatt li l-prezzijiet attwalment imħallsa minn HoKaWe ma kinux isegwu l-iżvilupp tal-prezz kif maħsub mill-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet u dan wassal għal prezzijiet sinifikattivament aktar baxxi mill-prezzijiet li bihom l-injam ġie kkunsinnat lil kumpaniji oħra waqt riorganizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-foresta fl-2009 u li l-Land ta' Brandenburg sussegwentement aġixxiet b'mod konformi mas-suq billi ordnat iż-żewġ opinjonijiet esperti msemmija fil-premessa (16) u imbagħad billi nnegozjat mill-ġdid il-ftehim, li wassal għall-emenda ta' dan il-ftehim fl-2011.

(68)

Dawn l-argumenti, madankollu, ma jidhrux plawżibbli. L-ewwel nett, kif spjegat fil-premessi minn (54) sa (57), l-effetti tal-formula kienu previsti fil-waqt tal-iffirmar tal-ftehim. It-tieni nett, bejjiegħ tas-suq privat li jfittex li jiżgura l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni miftiehma li nstabet fil-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet u li għalhekk jimmonitorja mill-qrib l-aġġustamenti tal-prezzijiet kien jirreaġixxi minnufih billi kien jitlob negozjar mill-ġdid tal-prezz. Kif indikat fil-premessa (65), in-negozjar mill-ġdid b'suċċess tal-ftehim mil-Land ta' Brandenburg pjuttost jikkonferma li l-formula ma kinitx tirrifletti l-intenzjonijiet veri tal-partijiet (kif miftiehem fil-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet). Dan juri wkoll li HoKaWe ma setgħetx tirrifjuta li tinjora l-formula.

(69)

B'konsegwenza ta' dan, HoKaWe bbenefikat minn vantaġġ ekonomiku fil-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim (l-1 ta' Ġunju 2006) sal-emenda tal-ftehim (it-30 ta' Ġunju 2011).

(70)

Aktar minn hekk, il-kriterji l-oħra kollha tal-Artikolu 107(1) TFUE huma milħuqa. Il-vantaġġ kien selettiv għax il-ftehim speċifikament ta benefiċċju lil kumpanija speċifika. Il-vantaġġ ingħata mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, jiġifieri tal-Land ta' Brandenburg. Il-volum medju ta' injam mibjugħ lil HoKaWe skont it-termini tal-ftehim kien sinifikanti; il-provvista ta' injam fuq termini favorevoli tejbet il-pożizzjoni tar-riċevitur meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu u għalhekk xekklet il-kompetizzjoni. Is-suq għal injam huwa miftuħ għall-kompetizzjoni minn Stati Membri oħra. Filwaqt li anki tikkunsidra l-fatt li l-ftehim ta' provvista jkopri biss injam li joriġina minn foresti li mhumiex aktar 'il bogħod minn 70 km minn Eberswalde, il-Kummissjoni tinnota li Eberswalde jinsab viċin ħafna tal-fruntiera Pollakka (30 km biss). Għalhekk, l-għajnuna taffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li l-implimentazzjoni tal-ftehim li twassal għall-prezzijiet imħallsa fuq il-bażi tal-formula kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(71)

L-emenda għall-ftehim, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2011, għandha titqies bħala waħda li ġiebet il-miżura ta' għajnuna mill-Istat fi tmiemha. Din l-emenda tipprovdi li mill-1 ta' Lulju 2011 'il quddiem, l-aġġustamenti tal-prezzijiet kellhom isiru skont il-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet u, b'hekk, ikkonfermat mill-ġdid u implementat b'mod korrett l-intenzjonijiet inizjali tal-partijiet. Billi l-ftehim f'din il-forma huwa konformi mas-suq, il-Kummissjoni tqis li wara t-30 ta' Ġunju 2011, HoKaWe ma baqgħetx tirċievi aktar vantaġġ ekonomiku minn pagamenti skont il-ftehim.

5.2.   Kompatibbiltà mas-suq intern

(72)

Bażi ġuridika għall-kompatibbiltà tal-għajnuna la hija evidenti u lanqas ma ntalbet mill-Istat Membru. Dan iwassal għall-konklużjoni li l-vantaġġ li HoKaWe ħadet mill-implimentazzjoi tal-ftehim bejn Ġunju 2006 u Ġunju 2011 jikkonstitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli.

5.3.   Kalkolu tal-element ta' għajnuna

(73)

Kif diġà spjegat fil-premessi minn (49) sa (51), il-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet tista' titqies bħala waħda konformi mas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-element ta' għajnuna jikkonsisti mid-differenza bejn il-prezz imħallas attwalment (14) fuq il-bażi tal-formula u l-prezz li jrid jitħallas skont il-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet.

 

(a)

Il-prezz attwalment imħallas

(f'EUR għal kull metru kubu) (**)

(b)

Il-prezz ikkalkulat fuq il-bażi tal-klawsola tal-aġġustament tal-prezzijiet

(f'EUR għal kull metru kubu)

(c)

Id-differenza bejn (a) u (b) (**)

(d)

L-ammont ta' injam attwalment ikkunsinnat

(f'metri kubi)

(e)

Element ta' għajnuna: (c) × (d)

(f'EUR) (**)

2006

13,00

15,42

2,42

13 115,73

31 794

2007

13,21

15,95

2,74

142 792,67

391 452

2008

16,55

20,96

4,41

137 683,00

607 291

2009

16,42

20,76

4,34

141 273,68

613 128

2010

16,14

20,03

3,89

139 045,38

540 699

2011

15,79

19,33

3,54

62 680,29

222 051

Total

2 406 415

(74)

L-għajnuna mogħtija lil HoKaWe għalhekk tammonta għal EUR 2 406 415.

6.   IRKUPRU

(75)

Skont it-TFUE u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew jibdel l-għajnuna (15) meta tkun sabet li din tkun inkompatibbli mas-suq intern. Il-Qorti ddeċidiet b'mod konsistenti wkoll li l-obbligu li Stat Membru jannulla għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (16). F'dan il-kuntest, il-Qorti ddeċidiet li dan l-objettiv jintlaħaq meta r-riċevitur ikun irrimborża l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, u b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu fir-rigward tal-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet irrestawrata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna (17).

(76)

F'konformità mal-każistika, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (18) stabbilixxa li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju[…].”

(77)

Għalhekk, minħabba li l-miżura inkwistjoni ma kinitx notifikata lill-Kummissjoni bħala li tikser l-Artikolu 108 TFUE u billi, għalhekk, trid titqies bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, l-għajnuna trid tiġi rkuprata sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħatat l-għajnuna. L-irkupru għandu għalhekk ikopri ż-żmien minn meta seħħ il-vantaġġ għall-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv tagħha u s-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħax sal-irkupru effettiv.

7.   KONKLUŻJONI

(78)

L-implimentazzjoni tal-ftehim qafas bejn il-Land ta' Brandenburg u HoKaWe mill-iffirmar tiegħu (l-1 ta' Ġunju 2006) sal-emenda tiegħu (it-30 ta' Ġunju 2011) kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli mas-suq intern. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat trid tiġi rkuprata minn HoKaWe flimkien mal-imgħax ta' rkupru.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 2 406 415, mogħtija illegalment mill-Ġermanja lil HoKaWe Eberswalde GmbH li tikser l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

(1)   Il-Ġermanja tirkupra mingħand il-benefiċjarju l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.

(2)   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-interessi mid-data li fiha saru disponibbli lill-benefiċjarju sad-data tal-irkupru attwali tagħhom.

(3)   L-imgħax huwa kkalkolat fuq bażi komposta, f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (19) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (20) (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 3

(1)   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 jkun immedjat u effettiv.

(2)   Il-Ġermanja tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

(1)   Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja tissottometti l-informazzjoni li ġejja lil-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax tal-irkupru) li jrid jitħallas lura mill-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju jkun ġie ordnat li jħallas lura l-għajnuna.

(2)   Il-Ġermanja żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija trid tibgħat minnufih, wara talba sempliċi tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dwar dawk ippjanati biex tinkiseb il-konformità ma' din id-Deċiżjoni. Il-Ġermanja tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u ta' mgħaxijiet fuq l-irkupru li jkunu diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 99, 5.4.2013, p. 79.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  Il-ftehim kien jikkonċerna injam iebes jew artab trasportabbli b'tul ta' 3 m b'dijametru minn 3 cm sa 70 cm, Ix-xiri sar barra mill-foresta. Injam imħassar jew milwi kien ukoll aċċettat.

(4)  Ara l-Uffiċċju tal-Istatistika Federali (Statistisches Bundesamt): https://www.destatis.de/DE/ZahlenFakten/GesamtwirtschaftUmwelt/Preise/PreisindizesLandForstwirtschaft/Tabellen/ErzeugerpreiseForstwirtschaft.html

(5)  Ġiet ipprovduta kompetenza esterna minn RAUE LP, avukat legali estern tal-Land ta' Brandenburg; ġiet stabbilita kompetenza interna mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Ewropej.

(6)  Skont l-opinjoni esperta ta' RAUE LLP, l-intenzjonijiet tal-partiti kif espressi fil-klawżola ta' aġġustament tal-prezzijiet setgħu kienu rappreżentati bil-formula li ġejja:

Formula

(7)  Pereżempju, għall-kalkolu tal-prezz applikabbli mill-1 ta' Lulju 2006 intuża l-valur tal-indiċi ta' Lulju 2006 minflok ma ntuża l-valur tal-indiċi ta' Jannar 2005, kif mitlub mill-ftehim.

(8)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-305/89, l-Italja v il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”), [1991] il-Ġabra I-1603, il-paragrafi 18 u 19; Il-Kawża T-16/96 Cityflyer Express v il-Kummissjoni [1998] il-Ġabra II-757, il-paragrafu 51; il-Kawżi Konġunti T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke v il-Kummissjoni, [1999], il-Ġabra II-17, il-paragrafu 104; il-Kawżi Konġunti T-268/08 u T-281/08 il-Land ta' Burgenland u l-Awstija v il-Kummissjoni [2012] il-Ġabra II-0000, il-paragrafu 48.

(9)  Waqt il-proċediment tal-investigazzjoni formali, il-partijiet terzi lmentaw li minħabba li l-ftehim ma' HoKaWe, l-injam industrijali jiġi rtirat mis-suq fi kwantitajiet kbar. Dan jissuġġerixxi li l-injam għall-enerġija kkunsinnat lill-HoKaWe kien fih kwantitajiet sostanzjali ta' injam industrijali.

(*)  il-kalkolu mressaq mill-Ġermanja

(10)  Ara l-Kawża C-482/99 Franza v il-Kummissjoni [2002], il-Ġabra I-4397, il-paragrafi 70-72; il-Kawża C-124/10 P Il-Kummisssjoni v EDF [2012], il-Ġabra I-0000, il-paragrafi 83-85 u 105.

(11)  Dan sar minbarra l-aġġustament tal-formula li jirrifletti l-kalkolu mill-ġdid tal-indiċi għall-injam industrijali fuq sena bażi ġdida mill-Uffiċċju Federali tal-Istatistika tal-Ġermanja.

(12)  Kif jidher mit-tabella li tidher fil-premessa (52), bl-eċċezzjoni tas-sena 2009 l-applikazzjoni tal-klawżola ta' aġġustamenttal-prezzijiet tkun ukoll wasslet għal prezzijiet aktar baxxi mill-prezz medju fil-Land ta' Brandenburg, madankollu sa ċertu limitu li huwa b'mod sinifikanti inqas. Kif diġà spjegat fir-rigward tal-konformità mas-suq tal-klawżola tal-aġġustament tal-prezzijiet, tranżazzjoni distakkata ma' xerrej sinifikanti li fit-tul jiżgura xiri ta' volumi kbar u stabbli jistgħu jwasslu għal prezzijiet taħt il-medja fis-suq. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 834 finali fil-Kawża SA.19045 (Għajnuna allegata tal-Land ta' Bavarja (Amministrazzjoni tal-Forestrija tal-Bavarja) fil-forma ta' ftehimiet ta' provvisti fit-tul ta' injam mal-kumpanija Klausner), il-punti 47 u segwenti.

(13)  Ibid.

(14)  Il-prezz imħallas attwalment kif sottomess mill-Ġermanja fis-sottomissjoni tagħha mill-1 ta' Ottubru 2013.

(**)  Iċ-ċifri fil-kolonni (a) u (c) ġew imqarrba; il-kolonna (e) ġiet ikkalkolata fuq il-bażi ta' ċifri preċiżi, bir-riżultat finali aġġustat għall-eqreb ammont ta' EUR.

(15)  Ara l-Kawża C-70/72 Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja [1973] il-Ġabra 00813, il-paragrafu 13.

(16)  Ara l-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja v Il-Kummissjoni [1994] il-Ġabra I-4103, il-paragrafu 75.

(17)  Ara l-Kawża C-75/97 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1999] il-Ġabra I-030671 il-paragrafi 64-65.

(18)  Ir-Regolament tal-Kunill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE, ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(19)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(20)  ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.


12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/41


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' April 2014

dwar il-ħatra tar-Reġistru tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/207/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 733/2002 tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell .eu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Wara li tippubblika sejħa għall-espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha taħtar ir-Reġistru biex jieħu ħsieb l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2003/375/KE (2), fl-2003 il-Kummissjoni ħatret ir-Reġistru Ewropew tad-Dominji tal-Internet (EURid) bħala r-Reġistru tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu. Il-Kummissjoni għamlet kuntratt mar-Reġistru Ewropew tad-Dominji tal-Internet (EURid) li jispeċifika l-kundizzjonijiet li skonthom il-Kummissjoni tissorvelja kif ir-Reġistru qed jorganizza, jamministra u jimmaniġġja d-Dominju tal-Ogħla Livell .eu. Dak il-kuntratt ġie ffirmat fit-12 ta' Ottubru 2004 għal ħames snin u fl-2009 reġa' ġġedded għal ħames snin oħra. Issa se jagħlaq fit-12 ta' Ottubru 2014.

(3)

Fl-14 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni ppubblikat Sejħa għall-espressjonijiet ta' interess (2013/C 134/06) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-irwol tagħha bħala superviżur tal-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar ta'.eu TLD mir-Reġistru (2013/C 134/05), li tistieden applikazzjonijiet mingħand organizzazzjonijiet li jixtiequ jintgħażlu bħala r-Reġistru li jieħu ħsieb l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu.

(4)

Is-sejħa għalqet fl-20 ta' Ġunju 2013. L-unika applikazzjoni li waslet kienet mingħand ir-Reġistru Ewropew tad-Dominji tal-Internet (EURid)

(5)

Fil-25 ta' Lulju 2013 saret evalwazzjoni skont il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla speċifikati fis-sejħa għall-espressjonijiet ta' interess.

(6)

L-evalwaturi eżaminaw l-applikazzjoni, ħolqu tabella tal-punteġġ b'marki differenti (individwali u kollettivi) għall-applikazzjoni skont is-sistema tal-marki prevista fit-Taqsima 4 tas-Sejħa, u qiesu l-kwalità ġenerali tagħha skont il-kriterji tal-għażla. L-evalwaturi kkonkludew li l-applikazzjoni mingħand ir-Reġistru Ewropew tad-Dominji tal-Internet (EURid) tissodisfa r-rekwiżiti minimi għal kull kriterju tal-għażla. Il-Kummissjoni eżaminat ir-riżultati li waslu għalihom l-evalwaturi u skonthom tapprova d-deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabilit bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Reġistru Ewropew tad-Dominji tal-Internet (EURid) għandu jkun ir-Reġistru tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu li jieħu ħsieb l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tagħmel kuntratt mar-Reġistru Ewropew tad-Dominji tal-Internet (EURid) li jispeċifika l-kundizzjonijiet li skonthom il-Kummissjoni tissorvelja kif ir-Reġistru qed jorganizza, jamministra u jimmaniġġja d-Dominju tal-Ogħla Livell .eu, skont l-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002.

Għall-ewwel il-kuntratt għandu jsir għal ħames snin u jista' jiġġedded darbtejn għal mhux aktar minn ħames snin kull darba.

Artikolu 3

Titħassar id-Deċiżjoni 2003/375/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 113, 30.4.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/375/KE tal-21 ta' Mejju 2003 dwar il-ħatra tar-Reġistru tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (ĠU L 128, 24.5.2003, p. 29).

(3)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks tal-komunikazzjoni u servizzi elettroniċi (OJ L 108, 24.4.2002, p. 33).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/43


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' April 2014

dwar il-kwalità tar-rappurtar tal-governanza korporattiva (“konformità jew spjegazzjoni”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/208/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-qafas ta' governanza korporattiva effettiva huwa ta' importanza ewlenija għas-soċjetà, minħabba li kumpaniji mmexxija tajjeb x'aktarx li jkunu aktar kompetittivi u aktar sostenibbli fit-tul. Il-governanza korporattiva tajba hija l-ewwel u qabel kollox ir-responsabbiltà tal-kumpanija kkonċernata, u r-regoli fil-livell Ewropew u nazzjonali huma fis-seħħ biex jiżguraw li ċerti standards huma rispettati. Dawn jinkludu leġiżlazzjoni u liġi mhux vinkolanti, jiġifieri kodiċijiet ta' governanza korporattiva nazzjonali.

(2)

Il-kodiċijiet tal-governanza korporattiva għandhom l-għan li jistabbilixxu prinċipji ta' governanza korporattiva tajba f'kumpaniji kkwotati fl-Ewropa bbażati fuq it-trasparenza, ir-responsabbiltà u perspettiva fit-tul. Huma jipprovdu standards u l-aħjar prassi għall-kumpaniji, u jippermettulhom li jaħdmu aħjar u għalhekk jikkontribwixxu biex irawmu t-tkabbir, l-istabilità u l-investiment fit-tul..

(3)

Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, rapporti finanzjarji kkonsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi (1) tobbliga lill-kumpaniji biex jinkludu dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva fir-rapport ta' ġestjoni tagħhom jekk it-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad- Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (2).

(4)

Id-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva għandha tipprovdi informazzjoni essenzjali dwar l-arranġamenti ta' governanza korporattiva tal-kumpanija, bħall-informazzjoni rigward il-kodiċi(jiet) ta' governanza korporattiva rilevanti applikati minn dik il-kumpanija, is-sistemi ta' kontroll intern u għall-immaniġjar tar-riskju, il-laqgħa tal-azzjonisti u s-setgħat tagħha, id-drittijiet tal-azzjonisti, il-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza u l-kumitati tagħhom.

(5)

L-iżvelar ta' kwalità għolja dwar l-arranġamenti ta' governanza korporattiva tal-kumpaniji joffri informazzjoni utli lill-investituri u jiffaċilita d-deċiżjonijiet tagħhom ta' investiment. Huwa jagħti wkoll lill-investituri aktar kunfidenza fil-kumpaniji li jinvestu fihom. Iż-żieda fit-trasparenza tas-suq tista' ġġib ukoll, b'mod aktar ġenerali, benefiċċji ta' reputazzjoni għall-kumpaniji u aktar leġittimità fl-għajnejn tal-partijiet interessati u s-soċjetà b'mod ġenerali.

(6)

Il-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni” stabbilit fl-Artikolu 20 tad- Direttiva 2013/34/UE huwa karatteristika ewlenija tal-governanza korporattiva Ewropea. Skont dan il-prinċipju, kumpaniji li jiddevjaw mill-kodiċi rilevanti ta' governanza korporattiva huma meħtieġa li jispjegaw, fid-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva tagħhom, liema partijiet tal-kodiċi dawn iddevjaw minnu u r-raġunijiet għal dan.

(7)

Filwaqt li konformità sħiħa ma' kodiċi tista' tibgħat messaġġ pożittiv għas-suq, mhux dejjem jista' jkun l-aħjar approċċ għal kumpanija minn perspettiva ta' governanza korporattiva. Billi tiddevja minn dispożizzjoni fil-kodiċi, f'ċerti każijiet kumpanija tkun tista' tirregola ruħha b'mod aktar effettiv. L-approċċ “konformità jew spjegazzjoni” jipprovdi flessibbiltà lill-kumpaniji billi jippermettilhom li jadattaw il-governanza korporattiva tagħhom għad-daqs tagħhom, l-istruttura tal-azzjonisti jew l-ispeċifitajiet settorjali. Fl-istess ħin, huwa jippromwovi kultura ta' kontabilità, u jinkoraġġixxi l-kumpaniji biex jirriflettu aktar fuq arranġamenti ta' governanza korporattiva.

(8)

Il-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni” għandu appoġġ wiesa' fost kumpaniji, l-investituri u r-regolaturi bħala għodda xierqa fil-governanza korporattiva. Madankollu, kif imsemmi fil-Green Paper tal-2011 dwar il-qafas tal-governanza korporattiva tal-UE (3), jidher li hemm xi nuqqasijiet fil-mod ta' kif il-prinċipju jiġi applikat fil-prattika, b'mod partikolari rigward il-kwalità tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-kumpaniji meta jiddevjaw minn kodiċijiet ta' governanza korporattiva. F'dan ir-rigward, maġġoranza kbira ta' dawk li wieġbu għall-Green Paper kienu għalhekk favur li jeħtieġu lill-kumpaniji li jipprovdu spjegazzjonijiet ta' kwalità aħjar f'każ ta' devjazzjoni.

(9)

Skont evidenza miġbura mill-Kummissjoni, kien hemm titjib gradwali f'dan il-qasam. Diversi Stati Membri, pereżempju, bdew diskussjonijiet jew ħarġu linji gwida dwar il-kwalità ta' spjegazzjonijiet. Madanakollu, hemm ambitu għal aktar titjib.

(10)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 (4), il-Parlament Ewropew qies l-approċċ “konformità jew spjegazzjoni” għodda utli għall-governanza korporattiva. B'mod partikolari, kien favur l-adeżjoni obbligatorja ta' kodiċi rilevanti mill-kumpanija u l-obbligu ta' spjegazzjonijiet sinifikanti għal devjazzjonijiet mill-kodiċi, li għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżura alternattiva meħuda

(11)

Il-Pjan ta' Azzjoni tal-2012 dwar id-dritt Ewropew tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva (5) enfasizza l-importanza ta' spjegazzjonijiet ta' kwalità għolja, b'mod partikulari għall-investituri, u ħabbar inizjattiva tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-kwalità ta' rapporti ta' governanza korporattiva u l-kwalità ta' spjegazzjonijiet b'mod partikolari.

(12)

L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tipprovdi gwida għall-kumpaniji u biex tgħinhom fit-titjib tal-kwalità tar-rappurtar tal-governanza korporattiva tagħhom. Minħabba d-diversità ta' tradizzjonijiet u approċċi legali, dawn ir-rakkomandazzjonijiet joffru qafas ġenerali, li jista' jiġi żviluppat u adattat aktar għall-partikularitajiet fil-kuntest nazzjonali.

(13)

Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika għal kumpaniji li huma meħtieġa jissottomettu dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE u li jeħtieġ li jipprovdu spjegazzjonijiet f'każ ta' tluq mir-rakkomandazzjonijiet tal-kodiċi(jiet) ta' governanza korporattiva.

(14)

Filwaqt li din ir-Rakkomandazzjoni hija maħsuba l-aktar għal kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE, entitajiet oħra li jippreparaw dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva jistgħu jibbenefikaw ukoll minn titjib tal-kwalità ta' informazzjoni li jippjanaw li jiżvelaw.

(15)

Minbarra l-informazzjoni li huma obbligati li jipprovdu fid-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva tagħhom, il-kumpaniji f'xi Stati Membri huma wkoll meħtieġa jirrappurtaw dwar kif huma japplikaw il-prinċipji ewlenin jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi. Sabiex titjieb aktar it-trasparenza, il-kumpaniji Ewropej kkwotati kollha huma mħeġġa jirrappurtaw dwar kif dawn segwew il-kodiċijiet rilevanti dwar aspetti li jistgħu jkunu l-aktar importanti għall-azzjonisti. Barra minn hekk, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess, il-kumpaniji għandhom jikkunsidraw li jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli wkoll fuq l-Internet.

(16)

Ma hemm l-ebda format standard għal rappurtar tal-governanza korporattiva madwar l-Unjoni. Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni f'dikjarazzjoni ġenerali jew fuq dispożizzjoni fuq il-bażi ta' provvediment hija aċċettabbli sakemm din hi informattiva u utli għall-azzjonisti, l-investituri u l-partijiet l-oħra konċernati. Il-kumpaniji għandhom jevitaw li jagħmlu stqarrijiet ġenerali żżejjed, li jistgħu ma jkoprux aspetti importanti għall-azzjonisti, kif ukoll dikjarazzjonijiet ta' rutina, bi ftit valur informattiv. Bl-istess mod, huma għandhom ukoll jevitaw li jipprovdu informazzjoni twila li tista' ma tagħtix biżżejjed għarfien.

(17)

Żvelar xieraq ta' devjazzjoni mill-kodiċi relevanti u r-raġunijiet għal tali devjazzjoni huwa importanti ħafna biex jiġi żgurat li l-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati dwar il-kumpaniji. Tali żvelar inaqqas l-assimetrija tat-tagħrif bejn diretturi ta' kumpanija u l-azzjonisti tagħha, u għalhekk, inaqqas l-ispejjeż tal-monitoraġġ għal dawn tal-aħħar. Il-kumpaniji għandhom jindikaw b'mod ċar liema rakkomandazzjonijiet tal-kodiċi jkunu ddevjaw minnhom, u għal kull waħda jipprovdu spjegazzjoni rigward: il-mod li bih il-kumpanija tkun iddevjat, ir-raġunijiet għad-devjazzjoni, il-mod li bih tkun ittieħdet id-deċiżjoni biex issir devjazzjoni, il-perjodu ta' żmien tad-devjazzjoni u l-miżuri biex jiżguraw li l-azzjonijiet tal-kumpanija jibqgħu konsistenti mal-għanijiet tar-rakkomandazzjoni, u mal-kodiċi.

(18)

Biex jipprovdu din l-informazzjoni, il-kumpaniji għandhom jevitaw li jużaw lingwa standardizzata u għandhom jiffokaw fuq il-kuntest tal-kumpanija speċifika li tiddevja minn rakkomandazzjoni. L-ispjegazzjonijiet għandhom jiġu strutturati u ppreżentati b'tali mod li jkunu faċilment jistgħu jiġu mifhuma u użati. Dan se jagħmilha aktar faċli għall-azzjonisti biex jimpenjaw ruħhom fi djalogu kostruttiv mal-kumpanija.

(19)

Proċedura effettiva ta' “konformità jew spjegazzjoni” teħtieġ monitoraġġ effiċjenti biex jimmotiva lin-negozji biex jikkonformaw ma' kodiċi ta' governanza korporattiva jew biex jispjegaw nuqqas ta' konformità. Il-Green Paper tal-2011 indikat li d-dikjarazzjonijiet dwar il-governanza korporattiva li jippubblikaw il-kumpaniji dehru li mhumiex monitorjati kif għandhom ikunu u ftit Stati Membri kellhom korpi pubbliċi jew speċjalizzati biex jivverifikaw kemm l-informazzjoni pprovduta hija fil-fatt sħiħa, b'mod partikolari l-ispjegazzjonijiet.

(20)

Atturi varji, bħal bordijiet, awdituri u azzjonisti, huma involuti fil-monitoraġġ tal-informazzjoni żvelata mill-kumpaniji. Il-bordijiet u l-azzjonisti għandhom ukoll rwol importanti fl-inkoraġġiment ta' spjegazzjonijiet ta' kwalità tajba. B'mod partikolari, monitoraġġ aktar attiv mill-azzjonisti, bħala sidien ta' kumpaniji, jistgħu jwasslu għal prattiki aħjar ta' governanza korporattiva.

(21)

L-Istati Membri u l-korpi responsabbli għall-kodiċijiet ta' governanza korporattiva huma mħeġġa wkoll biex jikkunsidraw kif tista' tingħata aktar attenzjoni għall-kwalità ġenerali tal-ispjegazzjonijiet għal devjazzjoni sottomessi mill-kumpaniji fil-kuntest ta' arranġamenti ta' monitoraġġ eżistenti fil-pajjiżi tagħhom. Mezzi addizzjonali ta' inċentivi tal-kumpaniji u partijiet oħra kkonċernati jistgħu jitqiesu wkoll, biex titjieb aktar il-kwalità tal-ispjegazzjonijiet u tar-rappurtar ta' governanza korporattiva b'mod ġenerali.

(22)

Sabiex ikun żgurat is-segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-korpi responsabbli għal kodiċijiet ta' governanza korporattiva nazzjonali, kumpaniji elenkati u l-partijiet l-oħra kkonċernati. L-Istati Membri għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu skont din ir-Rakkomandazzjoni.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

TAQSIMA I

Disposizzjonijiet ġenerali

1.

L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tipprovdi gwida lill-Istati Membri, korpi responsabbli għal kodiċijiet ta' governanza korporattiva nazzjonali, kumpaniji u partijiet oħra kkonċernati. Il-gwida għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità ġenerali tad-dikjarazzjonijiet tal-governanza korporattiva ippubblikata mill-kumpaniji, skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE u, b'mod partikolari, il-kwalità tal-ispjegazzjonijiet provduti mill-kumpaniji f'każ ta' devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet rilevanti fil-kodiċi ta' governanza korporattiva.

2.

Huwa rrakkomandat li, fejn applikabbli, kodiċijiet ta' governanza korporattiva jagħmlu distinzjoni ċara bejn partijiet tal-kodiċi li ma jistgħux jiġu derogati, il-partijiet li japplikaw fuq bażi ta' 'konformità jew spjegazzjoni' u dawk li japplikaw fuq bażi purament volontarja.

TAQSIMA II

Il-kwalità tad-dikjarazzjonijiet tal-governanza korporattiva

3.

L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2013/34/UE jirrikjedi l-kumpaniji elenkati biex jipprovdu informazzjoni dwar aspetti speċifiċi tal-arranġamenti tal-governanza korporattiva tagħhom, fid-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva tagħhom.

4.

Sabiex titjieb aktar it-trasparenza għall-azzjonisti, l-investituri u partijiet oħra konċernati, u b'żieda mal-informazzjoni dwar is-suġġetti msemmija fil-paragrafu 3, il-kumpaniji għandhom jiddeskrivu kif applikaw ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-kodiċi ta' governanza korporattiva dwar is-suġġetti l-aktar importanti għall-azzjonisti.

5.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun biżżejjed ċara, preċiża u komprensiva biex tippermetti lill-azzjonisti, l-investituri u partijiet interessati oħra biex jiksbu fehim tajjeb tal-mod kif tkun irregolata l-kumpanija. Barra minn hekk, għandha tirreferi għall-karatteristiċi speċifiċi u s-sitwazzjoni tal-kumpanija, bħad-daqs, l-istruttura tal-kumpanija jew sjieda jew bi kwalunkwe karatteristiċi oħra rilevanti.

6.

Sabiex jipprovdu aċċess eħfef għall-azzjonisti, l-investituri u partijiet oħra konċernati, il-kumpaniji għandhom regolarment jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 disponibbli fuq il-websajts tagħhom u jinkludu referenza għal din il-websajt fir-rapport ta' ġestjoni tagħhom, anke jekk diġà jipprovdu informazzjoni b'mezzi oħra speċifikati fid-Direttiva 2013/34/UE.

TAQSIMA III

Il-kwalità ta' spjegazzjonijiet f'każ ta' tluq minn kodiċi

7.

L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2013/34/UE jirrikjedi kumpaniji kkwotati li jipprovdu spjegazzjonijiet f'każ ta' devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-kodiċi li huma soġġetti għalihom jew li huma jkunu volontarjament iddeċidew li japplikaw.

8.

Għall-iskop tal-paragrafu 7, il-kumpaniji għandhom jiddikjaraw b'mod ċar liema rakkomandazzjonijiet speċifiċi jkunu ddevjaw minnhom u, għal kull devjazzjoni minn rakkomandazzjoni individwali,:

(a)

jispjegaw b'liema mod il-kumpanija ma tkunx segwiet rakkomandazzjoni;

(b)

jiddeskrivu r-raġunijiet għad-devjazzjoni;

(c)

jiddeskrivu kif id-deċiżjoni li tiddevja mir-rakkomandazzjoni ġiet meħuda fil-kumpanija;

(d)

fejn id-devjazzjoni hijiex limitata fiż-żmien, jispjegaw meta din il-kumpanija tipprevedi li tikkonforma ma' osservanza ta' rakkomandazzjoni partikolari;

(e)

fejn applikabbli jiddeskrivu l-miżura meħuda minflok konformità u jispjegaw kif dik il-miżura tikseb l-għan prinċipali tar-rakkomandazzjoni speċifika jew tal-kodiċi kollha kemm hi, jew tiċċara kif din tikkontribwixxi għal governanza korporattiva tajba tal-kumpanija.

9.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 għandha tkun biżżejjed ċara, preċiża u komprensiva biex tippermetti lill-azzjonisti, l-investituri u partijiet interessati oħra biex jaċċessaw il-konsegwenzi li jfiġġu minn devjazzjoni minn rakkomandazzjoni partikolari.

Hija għandha tirreferi wkoll għal karatteristiċi speċifiċi u s-sitwazzjoni tal-kumpanija, bħad-daqs, l-istruttura tal-kumpanija jew sjieda jew bi kwalunkwe karatteristiċi oħra rilevanti.

10.

Spjegazzjonijiet rigward id-devjazzjoni, għandhom jiġu ppreżentati b'mod ċar fid-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva b'tali mod li jkunu faċli biex jinstabu mill-azzjonisti, l-investituri u partijiet oħra konċernati. Dan jista' jsir, pereżempju, billi jiġi segwit l-istess ordni ta' rakkomandazzjonijiet bħal fil-kodiċi rilevanti jew billi jinġabru l-ispjegazzjonijiet kollha għad-devjazzjoni fl-istess taqsima tad-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva, sakemm il-metodu użat huwa spjegat b'mod ċar.

TAQSIMA IV

Dispożizzjonijiet finali

11.

Sabiex il-kumpaniji jkunu motivati biex jikkonformaw mal-istandards rilevanti dwar il-kodiċi ta' governanza korporattiva jew biex jiġu spjegati aħjar devjazzjonijiet minnha, monitoraġġ effiċjenti jeħtieġ li jitwettaq fuq livell nazzjonali, fi ħdan il-qafas ta' arranġamenti ta' monitoraġġ eżistenti.

12.

L-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni tal-korpi responsabbli għal kodiċijiet ta' governanza korporattiva nazzjonali, kumpaniji elenkati u tal-partijiet l-oħra kkonċernati. L-Istati Membri huma mistiedna jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jieħdu skont din ir-Rakkomandazzjoni sat-13 ta' April 2015, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja u tivvaluta s-sitwazzjoni.

13.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzarta lill-Istati Membri, korpi responsabbli għal kodiċijiet ta' governanza korporattiva nazzjonali, kumpaniji elenkati u partijiet oħra kkonċernati.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.

(2)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(3)  COM(2011) 164 tal-5 ta' April 2011.

(4)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar qafas ta' governanza korporattiva għall-kumpaniji Ewropej, 2011/2181(INI).

(5)  COM(2012) 740 tat-12 ta' Diċembru 2012.