ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.096.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 96

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
29 ta' Marzu 2014


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili (riformulazzjoni) ( 1 )

1

 

*

Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni ( 1 )

45

 

*

Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (riformulazzjoni) ( 1 )

79

 

*

Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi ( 1 )

107

 

*

Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ strumenti tal-kejl (riformulazzjoni) ( 1 )

149

 

*

Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ( 1 )

251

 

*

Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (riformulazzjoni) ( 1 )

309

 

*

Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ ( 1 )

357

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/1


DIRETTIVA 2014/28/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili (riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Europea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi għall-użu ċivili (3) ġiet emendata sostanzjalment (4). Billi huma meħtieġa aktar emendi, fl-interess taċ-ċarezza, din id-Direttiva għandha tiġi riformulata.

(2)

Hu neċessarju li jkun kjarifikat f’din id-Direttiva li ċerti oġġetti ġew identifikati skont ir-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta’ beni perikolużi bħala oġġetti pirotekniċi jew munizzjon, u b’hekk ma jidħlux il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/57/KE tat-23 ta’ April 2004 dwar l-identifikazzjoni ta’ affarijiet pirotekniċi u ċertu munizzjon għall-iskopijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tqegħid fis-suq u s-sorveljar ta’ splussiv għall-użu taċ-ċivil (5), li bħalissa fiha lista ta’ dawn l-oġġetti, għandha għalhekk tiġi abrogata.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6) jistipula regoli dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (7) tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw għal leġislazzjoni settorali sabiex jipprovdu bażi koerenti għat-tfassil, ir-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġislazzjoni. Id-Direttiva 93/15/KEE għandha għalhekk tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(5)

Is-sigurtà matul il-ħżin hija koperta bid-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (8) li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sikurezza għall-istabbilimenti fejn ikun hemm preżenti splussivi. Is-sikurezza ta’ splussivi waqt it-trasport hija regolata minn konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali inklużi r- ir-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża. Għalhekk dawn l-aspetti ma għandhomx jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(6)

Il-merkanzija piroteknika teħtieġ miżuri xierqa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-utenti aħħarin u s-sikurezza tal-pubbliku. L-oġġetti pirotekniċi huma koperti bid-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (9). Din id-Direttiva għalhekk tapplika għal splussivi.

(7)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkopri l-munizzjon, iżda biss fir-rigward tar-regoli li jirregolaw il-kontrolli fuq it-trasferimenti u l-arranġamenti assoċjati. Billi, minħabba li l-munizzjon huwa trasferit taħt kundizzjonijiet simili għal dawk li taħthom jiġu trasferiti l-armi, it-trasferimenti tal-munizzjon għandhom ikunu regolati b’dispożizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-armi, kif stipulat fid-Direttiva 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess tal-armi (10).

(8)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(9)

Id-deskrizzjoni tal- isplussivi koperti b’din id-Direttiva għandha tkun bbażata fuq id-deskrizzjoni ta’ dawn il-prodotti kif stipulat fir-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

(10)

Biex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-isplussivi huwa neċessarju li jiġu armonizzati l- liġijiet relatati mad- disponibbiltà tal-isplussivi fis-suq.

(11)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-isplussivi ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina ta’ forniment, sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni u s-sigurtà pubblika u biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(12)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk l-isplussivi biss li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina tal-forniment u tad-distribuzzjoni.

(13)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-utenti finali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt flimkien mal-indirizz postali.

(14)

Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(15)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-isplussivi minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-Unjoni jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dawk l-isplussivi. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li l-isplussivi li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq splussivi li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marki tal-isplussivi u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ sorveljanza.

(16)

Id-distributur jagħmel disponibbli splussivi fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jiżgura li t-trattament tiegħu tal-isplussivi min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tal-isplussivi.

(17)

Kull operatur ekonomiku li jqiegħed splussiv f’ismu jew bit-trade mark tiegħu jew jimmodifika splussiv b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(18)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-isplussiv ikkonċernat.

(19)

L-identifikazzjoni unika tal-isplussivi hija essenzjali biex ikunu jistgħu jinġabru rekords preċiżi u kompleti tal-isplussivi fl-istadji kollha tal-katina tal-provvista. Dan għandu jippermetti li splussiv ikun jista’ jiġi identifikat u traċċat mis-sit tal-produzzjoni u t-tqegħid tiegħu fis-suq sal-utent aħħari u l-użu tiegħu, bil-għan li jiġi prevenut l-użu ħażin u s-serq u biex l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jingħataw għajnuna biex jittraċċaw l-oriġini ta’ splussivi mitlufin jew misruqin. Sistema effiċjenti ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lil operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq splussivi mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddewlhom splussiv jew ta’ dawk li lilhom għaddew splussiv.

(20)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirrigwardaw it-tqegħid fis-suq, għandhom ikunu limitati għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà għall-isplussivi, sabiex ikunu protetti saħħet in-nies u s-sigurtà tagħhom, il-proprjetà u l-ambjent. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti huwa neċessarju li tiġi prevista preżunzjoni tal-konformità għall-isplussivi li jkunu f’konformità mal-istandards armonizzati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (11) għall-finijiet tal-espressjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(21)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għal oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati meta dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(22)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw, li l-isplussivi li jsiru disponibbli fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà essenzjali, hemm bżonn li jkun provdut għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġa. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri dwar il-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-perikoli involuti, l-isplussivi dejjem għandhom jiġu sottomessi għal valutazzjoni tal-konformità minn parti terza.

(23)

Il-manifatturi għandhom jimlew dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva dwar il-konformità tal-isplussiv ma’ din id-Direttiva u ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra tal-armonizzazzjoni.

(24)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika tal-konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika tal-konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali tal-konformità.

(25)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ splussiv, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(26)

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(27)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 93/15/KEE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

(28)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità jeħtieġ ukoll li jkunu ffissati rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(29)

Jekk xi korp ta’ valutazzjoni juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards tal-armonizzazzjoni, għandha tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(30)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditament kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditazzjoni hija mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandha tintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(31)

L-akkreditazzjoni trasparenti kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li tiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati tal-konformità, għandha tkun ikkunsidrata mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet eżegwiti minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(32)

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ biex l-isplussivijitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li trid tiġi notifikata u l-monitoraġġ ta’ korpi notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet mwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji.

(33)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ ssir notifika onlajn.

(34)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(35)

Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-moduli. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(36)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fl-Unjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għall-isplussivi. Din id-Direttiva ma għandhiex ma tħallix Stati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawn il-ħidmiet.

(37)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-isplussivi jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. L-isplussivi għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(38)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ splussivi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sigurtà ta’ persuni, jew għall-proprjetà jew l-ambjent. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dawk l-isplussivi.

(39)

Meta l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief meta n-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(40)

Fil-każ ta’ theddida għal, jew ta’ attakk serju fuq, is-sigurtà pubblika b’riżultat tal-pussess jew l-użu illegali ta’ splussivi jew munizzjon l-Istati Membri għandhom jitħallew jidderogaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, minn din id-Direttiva fir-rigward tat-trasferiment ta’ splussivi u munizzjon sabiex jiġu prevenuti tali pussess u użu illegali.

(41)

Hu essenzjali li jitwaqqfu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il-metodi tagħhom fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar l-għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi doganali jew tal-kwistjonijiet agrikoli (12).

(42)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa s-setgħat tal-Istati Membri li jieħdu miżuri bl-iskop li ma jħallux li jkun hemm suq illegali tal-isplussivi u tal-munizzjon.

(43)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżuri tal-Unjoni li jirrigwardaw l-adattament ta’ din id-Direttiva għar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa fil-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(44)

Sabiex jiġi żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (13).

(45)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu l-Istat Membru tan-notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom.

(46)

Il-proċedura tal-eżaminar għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti l-arranġament prattiċi għall-operazzjoni tas-sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-isplussivi, kif ukoll għall-għemil ta’ arranġamenti tekniċi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ta’ splussivi, b’mod partikolari l-mudell tad-dokument li għandu jintuża.

(47)

Il-proċedura ta’ eżami għandha wkoll tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ splussivi konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni u ta’ aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(48)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament meta, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ splussivi konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, jew għall-proprjetà jew l-ambjent, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(49)

F’konformitá mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tagħha jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(50)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(51)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ splussivi li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(52)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu infurzati. Huwa meħtieġ li l-penali stipulati jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(53)

Hemm bżonn li jkunu previsti arranġamenti tranżitorji raġonevoli li jippermettu li jagħmlu disponibbli fis-suq, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott ta’ splussivi li kienu diġà tqiegħdu fis-suq taħt id-Direttiva 93/15/KEE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu splussivi li tqiegħdu fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(54)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva jiġifieri li jkun żgurat li l-isplussivi tekniċi fis-suq jissodisfaw rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sigurtà u interessi pubbliċi oħra, waqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jista’, saħansitra, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjon, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(55)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġie mid-Direttivi preċedenti.

(56)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta’ applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal isplussivi għall-użu ċivili.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

l-isplussivi, inkluża l-munizzjon, intenzjonati għall-użu, skont il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati jew mill-pulizija;

(b)

l-isplussivi li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2013/29/UE;

(c)

munizzjon, ħlief kif hemm dispost fl-Artikoli 12, 13 u 14.

L-Anness I fih elenku mhux esawstiv ta’ oġġetti pirotekniċi u munizzjon li hemm riferiment għalihom fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu u fil-punt 2 tal-Artikolu 2 rispettivament identifikati skont ir-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex ma tħallix li l-Istati Membri jiddikjaraw ċerti sustanzi mhux koperti b’din id-Direttiva bħala splussivi taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“splussivi” tfisser il-materjali u l-merkanzija meqjusa splussivi fir-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża u li taqa’ fil-Klassi 1 ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

(2)

“munizzjon” tfisser projettili bil-karigi propulsivi jew mingħajrhom u munizzjon in bjank użat f’armi tan-nar li jistgħu jinġarru minn persuna, armi tan-nar oħrajn u artilleriji;

(3)

“sikurezza” tfisser il-prevenzjoni ta’ aċċidenti u, meta l-prevenzjoni ma taħdimx, il-limitazzjoni tal-effetti tagħhom;

(4)

“sigurtà” tfisser il-prevenzjoni tal-użu kontra l-liġi u l-ordni;

(5)

“approvazzjoni” tfisser id-deċiżjoni meħuda sabiex jitħallew it-trasferimenti maħsuba tal-isplussivi fl-Unjoni;

(6)

“trasferiment” tfisser kull ċaqliq fiżiku ta’ splussivi fl-Unjoni bl-eċċezzjoni ta’ ċaqliq fl-istess post;

(7)

“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ splussivi għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(8)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li jsir disponibbli splussiv fis-suq tal-Unjoni;

(9)

“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura splussiv, jew li tqabbad lil min ifassal jew jimmanifattura tali oġġett, u jikkumerċjalizza dak l-isplussiv taħt isimha jew bit-trade mark tagħha jew jużak għall-iskopijiet tiegħu stess;

(10)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifiċi;

(11)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed splussiv, minn pajjiż terz, fis-suq tal-Unjoni;

(12)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista barra l-manifattur jew l-importatur, li tagħmel splussiv disponibbli fis-suq;

(13)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur u kull persuna naturali jew legali li twettaq il-ħażna, l-użu, it-trasferiment, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-kummerċ tal-isplussivi;

(14)

“negozjant” tfisser kull persuna naturali jew legali li x-xogħol tagħha, kollu kemm hu jew biċċa minnu jikkonsisti fil-manifattura, il-kummerċ, il-bdil, il-kiri, it-tiswija jew il-konverżjoni ta’ armi tan-nar u munizzjon;

(15)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn splussiv;

(16)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(17)

“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(18)

“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(19)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti speċifikati ta’ din id-Direttiva relatati ma’ splussiv ġewx sodisfatti;

(20)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;

(21)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura splussiv li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(22)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li splussiv fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(23)

“leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kull leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(24)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-isplussiv huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha.

L-Artikolu 3

Moviment liberu

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu milli jkunu disponibbli fis-suq l-isplussivi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Disponibbiltà fis-suq

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-isplussivi jistgħu jsiru disponibbli fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

KAPITOLU 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 5

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jqiegħdu l-isplussivi tagħhom fis-suq jew meta jużawhom għall-iskopijiet tagħhom stess il-manifatturi għandhom jiżguraw li tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II.

2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness III u jiżguraw li ssir il-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 20.

Meta jkun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li l-isplussiv huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE u jwaħħlu l-marka CE.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom f’posthom proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu b’mod suffiċjenti dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ splussiv.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-isplussivi li jkun qiegħdu fis-suq ikollhom identifikazzjoni unika skont is-sistema ta’ identifikazzjoni u traċċabilità tal-isplussivi li jippreskrivi l-Artikolu 15. Għall-isplussivi esklużi minn dik is-sistema, il-manifatturi:

(a)

jiżguraw li l-isplussivi li jkunu qiegħdu fis-suq ikollhom it-tip, il-partita u n-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs żgħir, il-forma jew id-disinn tal-isplussiv ma jippermettix dan, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja l-isplussiv;

(b)

jindikaw fuq l-isplussiv isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-isplussiv. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

6.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-isplussivi li jkunu qiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza kif ukoll kull tip ta’ ttikkettar għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

7.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li splussiv li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-isplussiv isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-isplussiv jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-isplussiv disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.   Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-isplussiv ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-isplussivi li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 6

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifatturi jistgħu, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u l-obbligu tat-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 5(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq;

(b)

fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, huwa għandu jipprovdi dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ splussiv;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji preżentati mill-isplussivi koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 7

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq biss dawk l-isplussivi li jkunu konformi.

2.   Qabel ma jqiegħdu splussiv fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun tlestiet mill-manifattur il-proċedura xierqa tal-valutazzjoni tal-konformità li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 20. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-isplussiv ikollu l-marka CE u jkollu miegħu d-dokumenti rikjesti u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżitistabbiliti fl-Artikoli 5(5).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li splussiv ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II, dan ma għandux iqiegħed l-isplussiv fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-isplussiv jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi, fuq l-isplussiv, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-isplussiv. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-isplussiv ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-isplussiv ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness II.

6.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li splussiv li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-isplussiv isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-isplussiv jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-isplussiv disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

7.   Importaturi, għal 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

8.   L-importaturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tal-isplussiv, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-isplussivi li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 8

Obbligi tal-distributuri

1.   Meta jagħmlu splussiv disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jagħmlu splussiv disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-isplussiv ikollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra fl-Istat Membru fejn ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq l-isplussiv, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(3) rispettivament.

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-isplussiv ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II, dan ma għandux jagħmel disponibbli l-isplussiv fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-isplussiv jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-isplussiv ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness II.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-isplussiv li jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex l-isplussiv isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-isplussiv jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-isplussiv disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, wara talba raġunata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ splussiv. Dawn għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-isplussivi li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 9

Każijiet meta l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 5, meta jkun qiegħed splussiv fis-suq taħt ismu jew it-trade mark tiegħu, jew jimmodifika splussiv li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 10

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

Għall-isplussivi mhux koperti mis-sistema stipulata fl-Artikolu 15, l-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom bi splussiv;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew splussiv.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bl-isplussiv u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew l-isplussiv.

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ SIGURTÀ

Artikolu 11

Trasferiment tal-Isplussiv

1.   L-isplussivi jistgħu jiġu trasferiti biss skont il-paragrafi minn 2 sa 8.

2.   L-approvazzjoni għat-trasferimenti ta’ splussivi għandha tinkiseb mill-persuna li tirċievi l-kunsinna mingħand l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-konsenjatarju. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-persuna li tirċievi l-kunsinna hija awtorizzata legalment li takkwista l-isplussivi u li għandha l-liċenzji jew l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa. L-operatur ekonomiku responsabbli għat-trasferiment jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) dwar kwalunkwe moviment tal-isplussivi mill-Istat Membru kkonċernat u għandha tikseb approvazzjoni minn qabel tal-Istat(i) Membru(i) ikkonċernat(i).

3.   Meta Stat Membri jaħseb li hemm problema fir-rigward tal-verifika tad-dritt tal-akkwist tal-isplussivi msemmija fil-paragrafu 2, dak l-Istat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

4.   Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-konsenjatarju tapprova trasferiment, għandha toħroġ lill-persuna li qed tirċievi l-kunsinna dokument li jinkludi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 5. Dak id-dokument jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni dikjarata tagħhom. Jiġi preżentat fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti relevanti. Kopja ta’ dak id-dokument għandha tinżamm mill-konsenjatarju tal-kunsinna li għandha tippreżentaha, fuq talba, għall-eżami mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-konsenjatarju.

5.   Meta t-trasferimenti ta’ splussivi għandhom jiġu speċifikament sorveljati sabiex jitħarsu l-ħtiġiet speċjali ta’ sigurtà fit-territorju jew f’parti mit-territorju ta’ Stat Membru, qabel it-trasferiment, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata mill-persuna li qed tirċievi l-kunsinna lill-awtorità kompetenti li qed tirċievi fl-Istat Membru tal-konsenjatarju:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-operaturi ekonomiċi konċernati;

(b)

in-numru u l-ammont tal-isplussivi li qed jiġu trasferiti;

(c)

deskrizzjoni sħiħa tal-isplussivi inkwestjoni u l-mezzi ta’ identifikazzjoni, inkluż in-numru ta’ identifikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti;

(d)

meta l-isplussivi jkunu se jitqiegħdu fis-suq, l-informazzjoni dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq;

(e)

il-mezz tat-trasferiment u l-itinerarju;

(f)

id-dati mistennija tat-tluq u tal-wasla;

(g)

meta hu meħtieġ, il-punti preċiżi tad-dħul u tal-ħruġ mill-Istati Membri.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex l-awtoritajiet kompetenti l jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-operaturi ekonomiċi u sabiex tkun tista’ tinkiseb il-konferma li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jkun intitolati jirċievu l-kunsinna.

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-konsenjatarju għandhom jeżaminaw il-kundizzjonijiet li taħthom iseħħu t-trasferimenti, b’attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċjali tas-sigurtà. Jekk il-ħtiġijiet speċjali ta’ sigurtà jitħarsu, l-approvazzjoni għat-trasferimenti għandha tingħata. Fil-każ ta’ tranżitu fit-territorju ta’ Stati Membri oħra, dawk l-Istati Membri għandhom bl-istess mod jeżaminaw u japprovaw il-partikolaritajiet dwar it-trasferiment.

6.   Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru taħseb li ħtiġijiet speċjali ta’ sigurtà msemmija fil-paragrafi 4 u 5 mhumiex meħtieġa, l-isplussivi jistgħu jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom jew f’parti minnu mingħajr il-provvista minn qabel ta’ informazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 5. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-konsenjatarju għandha mbagħad tagħti l-approvazzjoni għal żmien fiss, li jista’ jiġi mħassar jew irtirat fuq il-bażi ta’ ġustifikazzjoni raġunata. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 4, li jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, jirreferi unikament għal dik l-approvazzjoni.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki normali li l-Istat Membri tat-tluq għandu jwettaq fit-territorju tiegħu, fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti konċernati, il-persuni li jirċievi l-kunsinna u l-operaturi ekonomiċi konċernati għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri tat-tluq u lil dawk tal-Istat Membru ta’ tranżitu l-informazzjoni kollha relevanti li jipposjedu dwar it-trasferiment tal-isplussivi.

8.   L-ebda operatur ekonomiku ma jista’ jittrasferixxi l-isplussivi ħlief jekk il-persuna li qed tirċievi l-kunsinna tkun kisbet l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għat-trasferiment skont il-paragrafi 2, 4, 5 u 6.

Artikolu 12

Trasferiment tal-munizzjoni

1.   Il-munizzjon jista’ jiġi trasferit minn Stat Membru għal ieħor biss skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi minn 2 sa 5. Dawk il-paragrafi japplikaw ukoll għal trasferimenti ta’ munizzjon taħt bejgħ bil-posta.

2.   Meta munizzjon għandu jiġi trasferit għal Stat Membru ieħor il-persuna konċernata għandha, qabel kull dispaċċ, tikkomunika lill-Istat Membru li fih ikun jinsab il-munizzjon:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuna li qed tbigħ jew tagħmel it-trasferiment tal-munizzjon, tal-persuna li qed tixtri jew takkwista l-munizzjon u, meta xieraq, tas-sid;

(b)

l-indirizz fejn il-munizzjon għandu jiġi kunsinnat jew trasportat;

(c)

l-ammont ta’ munizzjon li għandu jiġi kunsinnat jew trasportat;

(d)

tagħrif li jagħmilha possibbli li l-munizzjoni jiġi identifikat kif ukoll indikazzjoni li l-munizzjon ikun għadda minn verifiki skont il-Konvenzjoni tal-1 ta’ Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki ta’ Prova fuq Armi Żgħar;

(e)

il-mezz tat-trasferiment;

(f)

id-data tat-tluq u d-data smata tal-wasla.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (e) u (f) tal-ewwel sottoparagrafu ma għandhiex il-ħtieġa li tiġi supplimentata fil-każ ta’ trasferiment bejn bejjiegħa. L-Istat Membru għandu jeżamina l-kundizzjonijiet li taħthom it-trasferiment għandu jitwettaq, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà. Meta l-Istat Membru jawtorizza dak it-trasferiment għandu joħroġ liċenzja li jkun fiha l-partikolaritajiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dik il-liċenzja għandha takkumpanja l-munizzjon sakemm dan jasal fid-destinazzjoni tiegħu. Tiġi preżentata kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hekk jeħtieġu.

3.   Kull Stat Membru jista’ jagħti lill-bejjiegħa d-dritt li jwettqu trasferimenti ta’ munizzjon mit-territorju tiegħu għal bejjiegħ stabbilit fi Stat Membru ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2. Għal dan il-għan għandu joħroġ awtorizzazzjoni valida għal tliet snin li tista’ f’kull żmien tiġi sospiża jew imħassra b’deċiżjoni raġunata. Dokument li jirreferi għal dik l-awtorizzazzjoni jakkumpanja l-munizzjon sakemm dan jasal fid-destinazzjoni tiegħu. Tiġi preżentata kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hekk jeħtieġu.

Qabel it-twettiq tat-trasferiment, il-bejjiegħ għandu jikkomunika lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li minnu jkun sejjer jitwettaq it-trasferiment bil-partikolaritajiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra lista tal-munizzjon li t-trasferiment tiegħu għat-territorju tiegħu jista’ jiġi awtorizzat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel.

Dawn il-listi ta’ munizzjon għandhom jiġu kkomunikati lill-bejjiegħa li jkunu kisbu l-approvazzjoni għat-trasferiment tal-munizzjon mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel f’konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 3.

5.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni utli kollha disponibbli dwar it-trasferimenti definittivi ta’ munizzjon lill-Istat Membru, li għat-territorju tiegħu jkun sar it-transfer.

L-informazzjoni kollha li l-Istati Membri jirċievu skont il-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkomunikata, mhux aktar tard miż-żmien tat-trasferimenti relevanti, lill-Istati Membri ta’ destinazzjoni u, meta xieraq, mhux aktar tard miż-żmien tat-trasferiment lill-Istat Membru ta’ tranżitu.

Artikolu 13

Derogi ta’ sigurtà

B’deroga mill-Artikoli 11(2), (4), (5) u (6) u mill-Artikolu 12, Stat Membru, fil-każ ta’ theddida serja għal, jew attakki fuq is-sigurtà pubblika b’riżultat tal-pussess jew l-użu illegali ta’ splussivi jew ta’ munizzjon, jista’ jieħu l-miżuri kollha meħtieġa dwar it-trasferimenti ta’ splussivi jew ta’ munizzjon sabiex jipprevjeni dan il-pussess jew użu illegali.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Ma jikkostitwixxux mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Kull Stat Membru li jadotta dawk il-miżuri jinnotifika lill-Kummissjoni dwarhom minnufih. Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwarhom.

Artikolu 14

Skambju ta’ informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu netwerks ta’ skambju ta’ informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 11 u 12. Għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-għoti u għar-riċeviment ta’ informazzjoni u għall-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija f’dawk l-Artikoli.

L-Istati Membri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni informazzjoni informazzjoni aġġornata dwar operaturi ekonomiċi li jkollhom liċenzji jew awtorizzazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16.

2.   Għall-għan tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, ir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari r-rekwiżiti tiegħu dwar il-kunfidenzjalità, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 15

Identifikazzjoni u traċċabilità tal-isplussivi

1.   L-operaturi ekonomiċi jaderixxu ma’ sistema uniformi għall-identifikazzjoni unika u t-traċċabilità tal-isplussivi, li tqis id-daqs, il-forma jew id-disinn tagħhom, ħlief meta ma jkunx neċessarju li titqiegħed identifikazzjoni uniku fuq l-isplussiv minħabba fil-livell baxx tiegħu ta’ periklu, abbażi tal-karatteristiċi tiegħu u ta’ fatturi bħalma huma l-effetti detonanti baxxi tiegħu, l-użi tiegħu u r-riskju baxx għas-sigurtà li juri minħabba fl-effetti potenzjali baxxi tal-użu ħażin.

Is-sistema ma tapplikax għal splussivi trasportati u kkunsinnati mhux impakkettati jew fi trakkijiet bil-pompa għall-ħatt dirett tagħhom fil-fornelli tal-mina, jew splussivi mmanifatturati fis-siti tal-blasting, li jitgħabbew immedjatament wara li jiġu mmanifatturati (l-hekk imsejħa produzzjoni in situ).

2.   Dik is-sistema tiddisponi għall-ġbir u l-ħżin tad-data, inkluż meta jkun xieraq b’mezzi elettroniċi, li tkun tippermetti l-identifikazzjoni unika u t-traċċabilità tal-isplussiv kif ukoll għat-tqegħid ta’ identifikazzjoni unika fuq l-isplussiv u/jew l-impakkettar tiegħu li tkun tippermetti aċċess għal dik id-data. Din id-data torbot mal-identifikazzjoni unika tal-isplussiv, inkluż fejn ikun waqt li jkun fil-pussess tal-operaturi ekonomiċi u l-identità ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi.

3.   Id-data msemmija fil-paragrafu 2 tkun ittestjata f’intervalli regolari u protetta kontra l-ħsara jew il-qirda aċċidentali jew malizzjuża. Din id-data tinħażen għal 10 snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha twettqet it-transazzjoni jew, fejn l-isplussivi jkunu ntużaw jew tneħħew, għaxar snin wara l-użu u t-tneħħija tagħhom, ukoll jekk l-operatur ekonomiku ma jkunx għadu jopera Għandhom ikunu minnufih disponibbli fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni:

(a)

li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għat-tħaddim tas-sistema ta’ identifikazzjoni unika u traċċabilità li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 1, billi jitqiesu d-daqs, il-forma jew id-disinn tal-isplussivi, b’mod partikolari l-format u l-istruttura tal-identifikazzjoni unika, kif hemm provdut għalih fil-paragrafu 2;

(b)

li jidentifikaw il-każijiet li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 1 meta mhux neċessarju, minħabba fil-livell baxx ta’ periklu ta’ splussiv, għall-operaturi ekonomiċi li jaderixxu għal sistema għall-identifikazzjoni unika u traċċabilità fit-tifsira ta’ dak il-paragrafu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 16

Liċenzja jew awtorizzazzjoni

L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom liċenzja jew awtorizzazzjoni li tintitolahom jinvolvu ruħhom fil-manifattura, il-ħażna, l-użu, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasferiment jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-isplussivi.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-impjegati ta’ operatur ekonomiku li jkollu liċenzja jew awtorizzazzjoni.

Artikolu 17

Ħruġ ta’ liċenzji għall-attivitajiet ta’ manifattura

Meta Stat Membru joħroġ liċenzja jew awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 16 għall-manifattura tal-isplussivi, għandu jivverifika b’mod partikolari li l-operaturi ekonomiċi responsabbli huma kapaċi li jħarsu l-impenn tekniku li jidħlu għalih.

Artikolu 18

Sekwestru

Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkonfiskaw kull splussiv jekk ikun hemm biżżejjed provi li l-isplussiv ikun sejjer jiġi akkwistat, użat jew negozjat illegalment.

KAPITOLU 4

KONFORMITÀ TAL-ISPLUSSIV

Artikolu 19

Preżunzjoni tal-konformità tal-isplussivi

L-isplussivi li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom li jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 20

Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità

Għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ splussivi, il-manifattur għandu jsegwi waħda mill-proċeduri li ġejjin msemmija fl-Anness III:

(a)

eżami tat-tip UE (il-Modulu B), u, skont kif jagħżel il-manifattur, waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-konformità mat-tip ibbażat fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mal-iċċekkjar tas-superviżjoni tal-prodott f’intervalli bl-addoċċ (il-Modulu C2);

(ii)

il-konformità tat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni (il-Modulu D);

(iii)

il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott (il-Modulu E);

(iv)

il-konformità mat-tip ibbażata fuq il-verifika tal-prodott (il-Modulu F);

(b)

il-konformità bbażata fuq il- verifika tal-unità (il-Modulu G);

Artikolu 21

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ sikurezza speċifikati fl-Anness II intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IV, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness III u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew isir disponibbli l-isplussiv.

3.   Meta splussiv ikun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jesiġi dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità, għandha titfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-isplussiv mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 22

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 23

Regoli u kundizzjonjiet għat-twaħħil tal-marka CE

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u indelibbli fuq l-isplussivi. Meta dan ma jkunx possibbli jew in-natura tal-isplussiv ma tistħoqqilhiex, din għandha titwaħħal fuq il-pakkett u d-dokument li jakkumpanjaw l-oġġett.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-isplussiv jitqiegħed fis-suq.

3.   Taħt il-marka CE għandu jkun hemm in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, meta dak il-korp ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu, jew skont l-istruzzjonijiet tagħha, mill-manifattur jew r-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.   Taħt il-marka CE u, meta jkun applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat jista’ jkun hemm kwalunkwe marka li tindika riskju jew użu speċjali.

5.   Il-marka CE titwaħħal fuq id-dokumenti li jakkumpannja splussivi mmanifatturati għal użu personali, splussivi trasportati jew ikkunsinnati mingħajr imballaġġ jew fi trakkijiet bil-pompa għall-ħatt dirett tagħhom fil-fornelli tal-mina, u splussivi mmanifatturati fis-siti tal-blasting, li jitgħabbew immedjatament wara li jiġu mmanifatturati (l-hekk imsejħa produzzjoni in situ).

6.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dak l-immarkar.

KAPITOLU 5

NOTIFIKA TA’ KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 24

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità tal-parti terza skont din id-Direttiva.

Artikolu 25

Awtoritajiet tan-notifika

1.   Stati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inklużi l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

Artikolu 26

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.   L-awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.   L-awtorità tan-notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jsiru minn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 27

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 28

Rekwiżiti marbuta mal-korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.

2.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-isplussiv li jevalwa.

4.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-isplussivi lanqas ir-rappreżentant ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jeskludi l-użu ta’ splussivi li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ splussivi għal skopijiet personali.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ splussivi, lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness III u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ splussivi li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq l-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott konċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnu u awtorità adegwata biex jagħmel dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

konoxxenza adegwata u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà, stabbiliti fl-Anness II, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u tal-leġislazzjoni nazzjonali;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell tal-ġestjoni tagħhom u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Ir-rimunerazzjoni ta’ dawk fl-ogħla livell tal-ġestjoni u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddipendi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm l-Istat ma jassumix r-responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Anness III jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Artikolu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

11.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 29

Preżunzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Meta korp tal-valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 30

Sussidjarji ta’ korpi notifikati u subappaltar

1.   Meta korp notifikat jagħti b’sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar l-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Anness III.

Artikolu 31

Applikazzjoni għal notifika

1.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-isplussiv jew l-isplussivi li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditament, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28.

3.   Jekk il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28.

Artikolu 32

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-isplussiv jew l-isplussivi kkonċernati u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 31(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun eżaminat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika meta jkun intuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma tkunx intużat akkreditazzjoni.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 33

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ meta l-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 34

Tibdil fin-notifika

1.   Meta awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Huwa għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew meta l-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 35

Kontestazzjoni tal-kompetenza ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha meta jkollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew jekk korp notifikat għadux jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkollu.

2.   L-Istat Membru notifikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, wara talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru tan-notifika sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 49(2).

Artikolu 36

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness III.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod huma għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni rikjest biex l-isplussiv ikun konformi ma’ din id-Direttiva.

3.   Meta korp notifikat isib li rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandux joħroġ ċertifikat tal-konformità.

4.   Meta, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li l-isplussiv ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.

5.   Meta ma jittieħdux miżuri korrettivi jew meta dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 37

Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

Artikolu 38

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)

kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu jew l-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

wara talba, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn notifikati taħt din id-Direttiva li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess splussivi bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, wara talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 39

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 40

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati taħt din id-Direttiva u li dawn isiru kif xieraq f’forma ta’ grupp settorjali ta’ korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU 6

SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAL-ISPLUSSIVI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 41

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-isplussivi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikoli 16 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-isplussivi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati kollha sabiex jiżguraw li l-isplussivi, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jkunu korrettament maħżuna u użati għall-għan li huma jkunu maħsuba għalih, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni.

Artikolu 42

Proċedura għat-trattament tal-isplussivi li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed għandhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmnu li xi splussiv jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, jew għall-proprjetà jew tal-ambjent, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tal-isplussiv konċernat li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-isplussiv ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex l-isplussiv isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira l-isplussiv mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Meta l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-isplussivi kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-isplussivi milli jsiru disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex l-isplussiv jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-isplussiv li mhux konformi, l-oriġini tal-isplussiv, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tal-isplussiv li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni jew mal-protezzjoni tal-proprjetà jew l-ambjent; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 19 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tal-isplussiv kkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Meta, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-isplussiv kkonċernat, bħall-irtirar tal-isplussiv mis-suq, mingħajr dewmien.

Artikolu 43

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42(3) u (4), jittressqu oġġezzjonijiet kontra l-miżuri meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li miżuri bħal dawn imorru kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.   Jekk miżura nazzjonali tkun ikkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-isplussiv li jikkonformax jiġi rtirat mis-suq nazzjonali tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif inhu xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-isplussiv jinstab kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 42(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 44

Splussivi konformi li jippreżentaw riskju

1.   Meta Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni taħt l-Artikolu 42(1), isib li, għalkemm l-isplussiv ikun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għall-proprjetà jew tal-ambjent, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-isplussiv konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtira l-isplussiv jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif hu jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-isplussivi kollha li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-isplussiv ikkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-isplussiv, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u meta jkun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(3).

Għal raġunijiet indispensabbli ġġustifikati ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, jew mal-protezzjoni tal-proprjetà jew tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(4).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 45

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 42, meta Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, meta dak il-korp hu involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 23 jew ma jkunx twaħħal;

(d)

id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma tkunx saret;

(e)

id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(f)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(g)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(5) jew fl-Artikolu 7(3) hi nieqsa, falza jew inkompleta;

(h)

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 7 ma jkunx sodisfatt.

2.   Meta jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-isplussiv Isir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi irtirat mis-suq.

KAPITOLU 7

SETGĦAT DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI U L-KUMITAT

Artikolu 46

Setgħa delegata

Il-Kummissjoni għandu tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 47 biex taġġorna l-Anness I sabiex dan jiġi allinjat mar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta’ prodotti perikolużi

Artikolu 47

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 46 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal ħames snin mit-18 ta’ April 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ [X] snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu

3.   Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 46 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 46 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 48

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li tistipula l-arranġamenti tekniċi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11, b’mod partikolari d-dokument li għandu jintuża bħala mudell.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 49

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Isplussivi. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Il-kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew meħtieġa minn xi leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 50

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur minn operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 51

Dispożizzjonijeit tranżitorji

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu d-disponibbiltà fis-suq tal-isplussivi koperti mid-Direttiva 93/15/KEE, li huma f’konformità ma’ dik id-Direttiva u li tqiegħdu fis-suq qabel l-20 ta’ April 2016.

2.   Iċ-ċertifikati maħruġin taħt id-Direttiva 93/15/KEE għandhom ikunu validi taħt din id-Direttiva.

3.   Sa ma tiġi sostitwita minn miżuri adottati skont it-termini tal-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE tal-4 ta’ April 2008 li twaqqaf, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-isplussivi għall-użi (14) ċivili tibqa’ tapplika.

Artikolu 52

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sad-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-punti 2, 7 sa 13 u 15 sa 24 tal-Artikolu 2, Artikoli 3 sa 10, Artikolu 14(1), Artikoli 15 u 16, punt (i) ta’ punt (a) tal-Artikolu 20, Artikoli 21 sa 27, Artikolu 28(1) sa (4), (6), (7), (10) u (11), Artikoli 29 sa 45, 50 u 51 u Annessi III u IV. l-. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali riferenza u kif għandha tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 53

Tħassir

Id-Direttiva 93/15/KEE kif emendata mir-Regolamenti elenkati fl-Anness V, Parti A, u d-Direttiva 2004/57/KE huma mħassra b’effett mill-20 ta’ April 2016 bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B,

Ir-referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punti 1, 3 sa 6 u 14 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 11, 12 u 13, l-Artikolu 14(2), l-Artikoli 17 sa 19, punti (ii) sa (iv) tal-punt (a) u punt (b) tal-Artikolu 20, l-Artikolu 28(5), (8) u (9), l-Artikoli 46, 47, 48 u 49 u l-Annessi I, II, V u VI għandhom japplikaw mill-20 ta’ April 2016.

Artikolu 55

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.

(4)  Ara l-Anness V, Parti A.

(5)  ĠU L 127, 29.4.2004, p. 73.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(7)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(8)  ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.

(9)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27.

(10)  ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

(11)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(12)  ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.

(13)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(14)  ĠU L 94, 5.4.2008, p. 8.


ANNESS I

OĠĠETTI MEQJUSIN FIR-RAKKOMANDAZZJONIJIET RELEVANTI TAN-NAZZJONIJIET UNITI BĦALA PIROTEKNIĊI JEW MUNIZZJON

NU Nru

ISEM u DESKRIZZJONI

KLASSI/TAQSIMA

GLOSSARJU (jintuża bħala gwida għall-informazzjoni biss)

Grupp G

0009

Munizzjon, inċendjarju bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar

1.2 G

Munizzjon

Terminu ġeneriku li hu relatat l-aktar mal-artikoli tal-applikazzjoni militari li jikkonsistu f’kull tip ta’ bombi, granati, rockets, mini, projettili u apparat ieħor simili.

Munizzjon, Incendjarji

Munizzjon inċendjarju li fih sostanza inċendjarju. Ħlief meta l-komposizzjoni tkun splussiva per se, tikkonsisti wkoll f’wieħed jew iżjed minn dan li ġej: kargar li jimbotta bi primer u kargar li jixgħel; fjus bil-burster jew kargar li jarmi.

0010

Munizzjon, inċendjarju bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0009

0015

Munizzjon, Duħħan bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar

1.2 G

Munizzjon, Munizzjon tad-duħħan

Munizzjon li fih sostanza li tipproduċi d-duħħan. Ħlief meta s-sustanza tkun splussiva per se,il-munizzjon jikkonsisti wkoll f’wieħed jew iżjed minn dan li ġej: kargar li jimbotta bi primer u kargar li jixgħel; fjus bil-burster jew kargar li jarmi.

0016

Munizzjon, Duħħan bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0015

0018

Munizzjon, Gass tad-dmugħ bil-burster, li jarmi jew jimbotta kargar

1.2 G

Munizzjon, Gass tad-dmugħ bil-burster, li jarmi jew jimbotta kargar

Munizzjon li fih sostanza li ġġiegħel l-għajnejn iddemmgħu. Dan jikkonsisti wkoll minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: sustanza piroteknika; kargar li jimbotta bi primer u kargar li jixgħel; fjus bil-burster jew kargar li jarmi.

0019

Munizzjon, Gass tad-dmugħ bil-burster, li jarmi jew jimbotta kargar

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0018

0039

Bombi, foto-leħħa

1.2 G

Bombi

Artikoli splussivi li huma mitfugħa minn ajruplan. Jista’ jkollhom likwidu li jaqbad b’kargar bursting, kompożizzjoni foto-leħħa jew kargar bursting. It-terminu jinkludi: bombi, foto-leħħa.

0049

Skrataċ, Leħħa

1.1 G

Skrataċ, Leħħa

Artikoli li jikkonsistu f’xi kisi, primer u polvri leħħa, kollha prodotti f’biċċa waħda lesti għall-isparar.

0050

Skrataċ, Leħħa

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0049

0054

Skrataċ, Sinjal

1.3 G

Skrataċ, Sinjal

Artikoli magħmula għall-beraq tad-dawl tan-nar ikkuluriti jew sinjali oħra minn pistoli tas-sinjali, eċċ.

0066

Ħabel irqiq, li jqabbad

1.4 G

Ħabel irqiq, li jqabbad

Artikolu li jikkonsisti minn ħjut tat-tessuti kopertiminn polvri iswed u għotja protettiva flessibbli;jew li jikkonsisti minn qalba ta’ polvri iswed imdawwar bi drapp flessibbli minsuġ: jaqbad progressivament matul it-tul tiegħu bi fjamma esterna u hu wżat biex jittrasmetti t-taqbida minn apparat għall-kargar.

0092

Beraq tad-dawl għal mal-art

1.3 G

Beraq tad-dawl Artikoli li jkun fihom sustanzi pirotekniċi li huma magħmula għall-użu biex jixegħlu, jidentifikaw, bħala sinjal jew biex javżaw.

0093

Beraq tad-dawl, tal-ajru

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092

0101

Fjus, li ma jisparax b’ħoss qawwi

1.3 G

Fjus/Fjuż

Għalkemm dawn iż-żewġ kelmiet għandhom oriġini komuni (Franċiż fusée, fusil) u huma xi kultant meqjusa bħala kitbiet differenti, hu utli li tinżamm il-konvenzjoni li fjus tirreferi ghal apparat qisu ħabel irqiq li jqabbad waqt li fjuż tirreferi għall-apparat użat fil-munizzjon li jinkorpora komponenti mekaniċi, elettriċi, kimiċi jew idro-statiċi biex jagħtu bidu għal sarbut maskli billi jinħaraq jew jiġi sparat b’ħoss qawwi.

Fjus, instantanju, li ma jisparax b’ħoss qawwi (quick-match).

Artikolu jikkonsisti minn ħjut tal-qoton miksija b’polvri fin iswed (quick-match). Hu jaqbad bi fjamma esterna u hu wżat biex iqabbad sarbut masklin għal-logħob tan-nar, eċċ.

0103

Fjus, li jqabbad, tubulari, miksi bil-metall

1.4 G

Fjus, oggett li jqabbad, tubulari, miksi bil-metall

Artikolu jikkonsisti minn tubu tal-metall bil-qalba mimlija bi splussiv ta’ tip deflagrating li jaqbad.

0171

Munizzjon, bombi li jixegħlu b’tifqigħ jew le, li jarmi jew jimbotta kargar

1.2 G

Munizzjon, bombi li jixegħlu b’tifqigħ jew le, li jarmi jew jimbotta kargar Munizzjoni intenzjonat li jipproduċi sors wieħed ta’ dawl qawwi biex jixgħel xi zona. It-terminu jinkludi skrataċ li jixgħelu, granati u projettili, u bombi li jixegħlu u li jidentifikaw it-tarka.

0191

Apparat tas-sinjali, tal-idejn

1.4 G

Artikoli intenzjonati biex jipproduċu sinjali.

0192

Sinjali, ferrovija, splussiv

1.1 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191

0194

Sinjali, indikaturi ghal emergenzi, bastiment

1.1 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191

0195

Sinjali, indikaturi ghal emergenzi, bastiment

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191

0196

Sinjali, duħħan

1.1 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191

0197

Sinjali, duħħan

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191

0212

Indikaturi (tracers) għal munizzjon

1.3 G

Indikaturi (tracers) għal munizzjon

Artikoli siġillati li ġo fihom hemm sustanzi pirotekniċi, magħmula bl-intenzjoni li jikxfu l-orbita ta’ xi Projettili.

0254

Munizzjon, li jixgħel bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0171

0297

Munizzjon, li jixgħel bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0254

0299

Bombi, foto-leħħa

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0039

0300

Munizzjon, inċendjarju bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0009

0301

Munizzjon, gass tad-dmugħ bil-burster, li jarmi kargar

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0018

0303

Munizzjon, duħħan bil-burster jew le, li jarmi kargar

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0015

0306

Indikaturi (tracers) għal munizzjon

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0212

0312

Skrataċ, oħrajn għal sinjali

1.4 G

Skrataċ, oħrajn għal sinjali

Artikoli magħmulin bl-intenzjoni għal beraq tad-dawl tan-nar ikkuluriti jew sinjali oħra minn pistoli apposta.

0313

Sinjali, duħħan

1.2 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0195

0318

Granati, granati tal-prattika, li jintefgħu jew jiġu sparati

1.3 G

Granati, granati tal-prattika, li jintefgħu jew jiġu sparati minn azzarin

Artikoli li huma magħmula bl-intenzjoni li jiġu mitfugħa bl-id jew jiġu proġettati bi xkubetta.

It-terminu jinkludi: Prattika bil-granati, tal-idejn jew għall-azzarin.

0319

Primers, tubulari

1.3 G

Primers, tubulari

Artikoli li jikkonsistu minn primer għall-ħruq u kargar awżiljarju ta’ splussiv li jaqbad bħal polvri iswed użat biex iqabbad il-kargar li jimbotta f’każ ta’ skartoċċ per eż kanun.

0320

Primers, tubulari

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0319

0333

Logħob tan-nar

1.1 G

Logħob tan-nar

Artikoli pirotekniċi magħmula bl-intenzjoni li joħolqu divertiment.

0334

Logħob tan-nar

1.2 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0333

0335

Logħob tan-nar

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0333

0336

Logħob tan-nar

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0333

0362

Munizzjon, prattika

1.4 G

Munizzjon, prattika

Munizzjon bla kargar prinċipali li jinfaqa’, li ġo fih hemm burster jew kargar li jarmi. Normalment dan ikollu wkoll xi fjuż jew kargar li jimbotta.

0363

Munizzjon, prova

1.4 G

Munizzjon, prova

Munizzjon li ġo fih hemm sustanzi pirotekniċi, użati biex jippruvaw il-prestazzjoni jew qawwa ta’ munizzjon ġdid, il-biċċiet jew assemblea tal-armi.

0372

Granati, tal-prattika, tal-idejn jew tal-azzarin

1.2 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0318

0373

Apparat tas-sinjali, bl-idejn

1.4 S

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191

0403

Beraq tad-dawl, tal-ajru

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092

0418

Beraq tad-dawl, tal-art

1.2 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092

0419

Beraq tad-dawl, tal-art

1.1 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092

0420

Beraq tad-dawl, tal-ajru

1.1 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092

0421

Beraq tad-dawl, tal-ajru

1.2 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092

0424

Projettili li ma jiċċaqalqux bi traċċaturi

1.3 G

Projettili

Artikoli bħal xi qoxra jew xi balla li huma proġettati minn kanun jew xkubetta oħra tal-artillerija, minn xkubetta tal-iskru jew xi arma żgħira oħra.

Huma jistgħu ma jiċċaqalqux, bi traċċaturi jew le, jew jista’ jkollhom ġo fihom xi burster jew kargar li jarmi jew xi kargar li jfaqqa’. It-terminu jinkludi: projettili, li ma jiċċaqalqux, bi traċċaturi;

projettili bil-burster jew kargar li jarmi;

projettili b’kargar li jfaqqa’.

0425

Projettili li ma jiċċaqalqux bi traċċaturi

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0424

0428

Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi

1.1 G

Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi

Artikoli li ġo fihom hemm sustanzi pirotekniċi u li huma wżati għal skopijiet tekniċi bħalma huma ġenerazzjoni ta’ sħana, ġenerazzjoni ta’ gass, effetti teatrali, eċċ. It-terminu jeskludi l-artikoli li ġejjin li huma mniżżla separatament: kull munizzjon; skrataċ, sinjal; apparat li jaqta’, kejbil, splussiv; logħob tan-nar; beraq tad-dawl, tal-ajru; beraq tad-dawl tal-art; apparat li jillibera, splussiv; imsiemer irbattuti, splussiv; apparat tas-sinjali, bl-idejn; sinjali ghal emerġenzi; sinjali, ferrovija, splussiv; sinjali, duħħan.

0429

Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi

1.2 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0428

0430

Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0428

0431

Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0428

0434

Projettili b’burster jew kargar li jarmi

1.2 G

Projettili

Artikoli bħal xi qoxra jew xi balla li huma projettati minn kannun jew xkubetta oħra tal-artillerija, minn xkubetta tal-iskru jew xi arma żgħira oħra.

Huma jistgħu ikunu ma jiċċaqqalqux, bi traċċaturi jew le, jew jista’ jkollhom ġo fihom xi burster jew kargar li jarmi jew xi kargar li jfaqqa’. It-term jinkludi: projettili, li ma jiċċaqqalqux, bi traċċaturi; projettili b’burster jew kargar li jarmi; projettili b’kargar li jfaqqa’.

0435

Projettili b’burster jew kargar li jarmi

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0434

0452

Granati, prattika, bl-id jew bl-azzarin

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0372

0487

Sinjali, duħħan

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0194

0488

Munizzjon, prattika

1.3 G

Munizzjon, prattika

Munizzjon bla kargar prinċipali li jinfaqa’, li ġo fih hemm burster jew kargar li jarmi. Normalment dan ikollu wkoll xi fjuż jew kargar li jimbotta.

It-term jeskludi l-artikoli li ġejjin li huma mniżżla separatament: granati, prattika.

0492

Sinjali, ferrovija, splussiv

1.3 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0194

0493

Sinjali, ferrovija, splussiv

1.4 G

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0194

0503

Neffieħa tal-air bags, jew Airbag mudelli, jew pretenzjonijiet taċ-ċinturin tal-assigurazzjoni

1.4 G

 

Grupp S

0110

Granati, granati tal-prattika, li jintefghu jew jigu sparati

1.4 S

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0318

0193

Sinjali, ferrovija, splussiv

1.4 S

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0194

0337

Logħob tan-nar

1.4 S

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0334

0345

Projettili li ma jiċċaqalqux bi traċċaturi

1.4 S

Projettili

Artikoli bħal xi qoxra jew xi balla li huma proġettati minn kanun jew xkubetta oħra tal-artillerija, minn xkubetta tal-iskru jew xi arma żgħira oħra.

Huma jistgħu ma jiċċaqqalqux, bi traċċaturi jew le, jew jista’ jkollhom ġo fihom xi burster jew kargar li jarmi jew xi kargar li jfaqqa’.

0376

Primers, tubulari

1.4 S

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0319

0404

Beraq tad-dawl, tal-ajru

1.4 S

Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092

0405

Skrataċ, oħrajn għal sinjali

1.4 S

Skrataċ, Sinjal

Artikoli magħmula bl-intenzjoni għal beraq tad-dawl tan-nar ikkuluriti jew biex jiġu sparati sinjali minn pistoli, eċċ.

0432

Artikoli għal pirotekniċi jew skop tekniku

1.4 S

 


ANNESS II

REKWIŻITI ESSENZJALI TA’ SIKUREZZA

I.   Rekwiżiti ġenerali

1.

Kull splussiv għandu jkun disinjat, manifatturat u provdut b’tali mod li jippreżenta riskju minimu lis-sikurezza tal-ħajja u tas-saħħa umana, u li jipprevjeni ħsara lill-proprjetà u lill-ambjent f’kundizzjonijiet normali, li wieħed jista’ jbassar minn qabel, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli tas-sikurezza għal kull periklu u tal-prattiki standard sakemm jintuża.

2.

Kull splussiv għandu jkollu l-karatteristiċi operattivi speċifikati mill-manifattur sabiex ikunu żgurati l-akbar sikurezza u affidabbiltà.

3.

Kull splussiv għandu jkun disinjat u manifatturat b’dak il-mod li meta jintużaw it-tekniki xierqa jista jintrema b’mod li jnaqqas l-effetti fuq l-ambjent.

II.   Rekwiżiti speċjali

1.   Bħala mimimu, l-informazzjoni u l-proprjetajiet li ġejjin, fejn hu xieraq, għandhom jiġu kunsidrati u ttestjati:

(a)

il-proprjetajiet tad-disinn u tal-karatteristiċi, inklużi l-kompożizzjoni kimika, il-grad ta’ omoġeneità u, meta xieraq, id-daqs u distribuzzjoni tad-daqs tal-partikola;

(b)

l-istabbilità kimika u fiżika tal-isplussiv f’kull kundizzjoni ambjentali li jista’ jiġi espost għaliha;

(c)

is-sensitività għall-impatt u għall-frizzjoni;

(d)

il-kompatibbiltà tal-komponenti kollha fir-rigward tal-istabbiltà kimika tagħhom;

(e)

is-safa kimika tal-isplussiv;

(f)

ir-reżistenza tal-isplussiv għall-umdità meta jkun maħsub li jintuża f’kundizzjonijiet umdi jew imxarrba u meta js-sikurezza jew l-affidabbiltà tiegħu jistgħu jkunu milquta ħażin mill-umdità;

(g)

ir-reżistenza għal temperaturi baxxi u għolja, meta l-isplussiv ikun maħsub li jinżamm jew li jkun użat f’temperaturi bħal dawn u s-sikurezza u l-affidabbiltà tiegħu jistgħu jiġu milquta ħażin bit-tkessiħ jew it-tisħin ta’ komponent jew tal-isplussiv kollu;

(h)

l-addattabilità tal-isplussiv biex jintuża f’ambjenti perikolużi (pereżempju ambjent ta’ gass li jisplodi meta jitħallat mal-arja, mases sħan,) jekk huwa maħsub għall-użu f’dawk il-kundizzjonijiet;

(i)

il-karatteristiċi ta’ sikurezza maħsuba sabiex jimpedixxu l-bidu jew it-tqabbid qabel il-waqt jew b’mod involontarju;

(j)

l-ikkargar korrett u l-iffunzjonar tal-isplussiv meta jintuża għall-iskop maħsub tiegħu;

(k)

istruzzjonijiet u, meta meħtieġ, markaturi adegwati fir-rigward tal-immaniġġar, ħżin, użu (inklużi distanzi ta’ sikurezza) u rimi;

(l)

il-kapaċità tal-isplussiv, l-imballaġġ tiegħu jew tal-komponenti l-oħrajn li jifilħu għat-tħassir matul il-ħażna sakemm id-data “uża sa” speċifikata mill-produttur;

(m)

l-ispeċifikazzjoni tal-mekkaniżmi u tal-aċċessorji kollha meħtieġa għall-iffunzjonar tajjeb u f’sikurezza tal-isplussiv.

2.   Kull splussiv għandu jiġi ttestjat taħt kondizzjonijiet realistiċi. Jekk dan ma jkunx possibbli f’laboratorju, it-testijiet għandhom isiru fil-kundizzjonijiet li fihom ikun sejjer jintuża l-isplussiv.

3.   Ir-rekwiżiti għall- gruppi ta’ splussivi

3.1.

L-isplussivi għat-tiċrit għandhom ikunu konformi wkoll mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-metodu propost tal-bidu għandu jiżgura detonazzjoni sikura, ta’ min jorbot fuqha u kompleta jew ħruq kif xieraq, tal-isplussiv għall-blasting. Fil-każ partikolari tal-porvli suwed, hija l-kapaċità fir-rigward tal-ħruq li għandha tiġi verifikata;

(b)

splussivi għat-tiċrit fil-forma ta’ skartoċċ għandhom iwasslu d-detonazzjoni b’sigurtà u b’veraċità minn tarf wieħed tal-filliera tal-iskrataċ għall-oħra;

(c)

il-fwar prodott mill-isplussivi għat-tiċrit maħsuba għall-użu taħt l-art jista’ jkun fihom il-monossidu tal-karbonju, gassijiet mgħobbija bin-nitru, gassijiet oħra, fwar jew residwi solidi fl-arja f’ammonti li ma jagħmlux ħsara lis-saħħa taħt kondizzjonijiet normali biss ta’ tħaddim.

3.2.

Il-miċeċ għad-detonazzjoni, fjusijiet tas-sikurezza, fjusijiet oħra u tubi għax-xokkijiet għandhom ikunu konformi wkoll mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kisi tal-miċeċ tad-detonazzjoni, fjusijiet tas-sikurezza, fjusijiet oħra u tubi għax-xokkijiet għall-ħruq għandhom ikunu ta’ saħħa mekkanika biżżejjed u li jipproteġu biżżejjed il-mili tal-isplussiv meta jiġi espost għal stress normali mekkaniku;

(b)

il-parametri għall-ħinijiet tal-ħruq tal-fjusijiet tas-sikurezza għandhom ikunu indikati u għandhom jintlaħqu b’mod ta’ min jorbot fuqu;

(c)

il-miċeċ tad-detonazzjoni għandhom ikunu jistgħu jitqabbdu kif imiss, u għandhom ikunu ta’ kapaċità biżżejjed għall-bidu u għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-ħażna wkoll f’kundizzjonijiet klimatiċi partikolari.

3.3.

Id-detonaturi (inklużi detonaturi li jdumu) u fi gruppi għandhom ikunu konformi wkoll mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

id-detonaturi għandhom jibdew b’mod ta’ min jorbot fuqu d-detonazzjoni tal-isplussivi għat-tiċrit li huma maħsuba għall-użu magħhom taħt kull kondizzjoni ta’ użu prevedibbli;

(b)

il-konnetturi bid-dewmien għall-miċeċ tad-detonazzjoni għandhom ikunu jistgħu jinbdew b’mod ta’ min jorbot fuqu;

(c)

il-kapaċità tal-bidu ma għandhiex tiġi affettwata ħażin mill-umdità;

(d)

il-ħinijiet ta’ dewmien tad-detonaturi li jdumu għandhom ikunu biżżejjed uniformi sabiex jiżguraw li l-probabbiltà li dawn il-ħinijiet ta’ dewmien jidħlu fuq xulxin ta’ stadji differenti tal-ħin tkun żgħira ħafna;

(e)

il-karatteristiċi elettriċi tad-detonaturi elettriċi għandhom ikunu indikati fuq l-imballaġġ (pereżempju kurrent bla nar, resistenza);

(f)

il-fili tat-tagħmir elettriku tat-tqabbid għandhom ikunu suffiċjentement iżolati u ta’ saħħa mekkanika suffiċjenti, inkluża s-solidità tal-konnessjoni mat-tagħmir tat-tqabbid, b’kont meħud tal-użu li għalih ikunu maħsuba.

3.4.

Propellants u propellants tar-rokits għandhom ikunu konformi wkoll mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

dawn il-materjali ma għandhomx jiddetonaw meta użati għall-iskop maħsub tagħhom;

(b)

meta hu meħtieġ il-propellants (pereżempju dawk ibbażati fuq in-nitroċellulożi) għandhom ikunu stabbilizzati kontra t-tħassir;

(c)

propellants solidi għar-rokits, meta f’forma kompressa jew imdewba, ma għandux ikun fihom xi xquq mhux intenzjonati jew bżieżaq tal-gass li jaffettwaw b’mod perikoluż l-iffunzjonar tagħhom.


ANNESS III

PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

MODULU B

Eżami tat-tip UE

1.

L-eżami tat-tip UE huwa parti mill-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li fih korp notifikat jeżamina disnn tekniku ta’ splussiv u jivverifika u jiddikjara li d-disinn tekniku tal-isplussiv jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

2.

L-eżami tat-tip UE għandu jitwettaq bħala valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-isplussiv permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u ta’ evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 3, flimkine ma’ eżami ta’ kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista, tal-produzzjoni sħiħa (kombinazzjoni ta’ tip ta’ produzzjoni u tip ta’ disinn).

3.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tiġi vvalutata l-konformità tal-isplussiv mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi adegwata u valutazzjoni tar-riskju(i) Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn hu relevanti għall-istima, id-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tal-isplussiv. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, meta applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(i)

deskrizzjoni ġenerali tal-isplussiv;

(ii)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(iii)

id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa biex jiġu mifhuma dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-operazzjoni tal-isplussiv;

(iv)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, meta dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati;

(v)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(vi)

rapporti ta’ testijiet;

(d)

il-kampjuni rappreżentattivi tal-produzzjoni maħsuba. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa biex isir il-programm tat-testijiet;

(e)

l-evidenza ta’ appoġġ tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ appoġġ għandha ssemmi kwalunkwe dokumenti li jkunu ntużaw, b’mod partikolari meta l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati kompletament. L-evidenza ta’ appoġġ għandha tinkludi, meta jkun hemm bżonn, ir-riżultati tat-testijiet li jsiru f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

4.

Il-korp notifikat għandu:

Għall-isplussiv:

4.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ appoġġ biex ikun eżaminat l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-isplussiv.

Għall-kampjun(i):

4.2.

jivverifika li l-kampjun(i) ġew manifatturati f’konformità ma’ dik id-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li tfasslu f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

4.3.

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiġi kkontrollat jekk, meta jl-manifattur ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, dawn kienu ġew applikati b’mod korrett;

4.4.

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati„ jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiġi kkontrollat jekk, meta ma ġewx applikati s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur li japplika speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza korrispondenti ta’ din id-Direttiva;

4.5.

jiftiehem mal-manifattur dwar fejn isiru l-eżamijiet u t-testijiet.

5.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu saru taħt il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tiegħu lejn l-awtoritajiet tan-notifika, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.

6.

Meta t-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għall-isplussiv konċernat, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip UE jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-isplussivi manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi valutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.

Meta jt-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu mgħarraf dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma l-manifattur b’dan.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li jkollu d- dokumentazzjoni relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE bil-modifiki kollha fit-tip approvat li jistgħu jolqtu l-konformità tal-isplussiv mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva jew mal-kundizzjonijiet għall-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip UE.

8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip UE u/jew kull addizzjoni magħmula lilhom, li nħarġu jew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet tan-notifika tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe addizzjonijiet li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip UE u/jew kull żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar dawn iċ-ċertifikati u/jew żidiet għalihom li jkun ħareġ.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta’ dak iċ-ċertifikat.

9.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq.

10.

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jwettaq l-obbligi msemmija fil-punti 7 u 9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

MODULU C 2

Il-konformità mat-tip ibbażat fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mal-iċċekkjar tas-superviżjoni tal-prodott f’intervalli bl-addoċċ

1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tal-prodott f’intervalli mhux regolari huma dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-isplussivi konċernati jkunu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-isplussivi manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.   Verifiki tal-prodotti

Il-korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jagħmel kontrolli tal-prodott jew iqabbad lil min jagħmilhom, f’intervalli mhux regolari, kif iddeterminat minn dak il-korp, biex tiġi vverifikata l-kwalità tal-kontrolli interni tal-isplussiv, fejn jitqiesu, inter alia, il-komplessità teknoloġika tal-isplussivi u l-kwantità ta’ produzzjoni. Għandu jiġi eżaminat kampjun xieraq tal-prodotti finali, meħud fil-post mill-korp notifikat qabel ma l-prodotti jitqiegħdu fis-suq, u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati u/jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kontrollata l-konformità tal-isplussiv deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. Meta kampjun ma jikkonformax mal-livell ta’ kwalità aċċettabbli, il-korp notifikat għandu jieħu miżuri xierqa.

Il-proċedura kampjunarja tal-aċċettazzjoni li għandha tiġi applikata hija maħsuba biex tiddetermina jekk il-proċess ta’ manifattura tal-isplussiv konċernat jaħdimx f’limiti aċċettabbli, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità tal-isplussiv.

Il-manifattur għandu, bir-responsabbiltà tal-korp notifikat, iwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat matul il-proċess ta’ manifattura.

4.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull splussiv individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli f’din id-Direttiva.

4.2.

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull tip ta’ splussiv u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika t-tip ta’ splussiv li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

5.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punt 4, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat

MODULU D

Il-konformità tat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni

1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-isplussivi kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u ttestjar tal-isplussiv konċernat finali kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-isplussivi konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-isplussiv kkunsidrata;

(d)

id- dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-isplussivi huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jkunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tad-diretturi fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(b)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha saru;

(d)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.;

(e)

il-mezzi ta’ monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u tal-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandards armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza tal-evalwazzjoni fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-prodott konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-fond tal-manifattur. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(e) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-isplussiv ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità, modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ..

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u għandu japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, fuq kull splussiv individwali li hu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull tip ta’ splussiv u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika t-tip li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-isplussiv jitqiegħed fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew b’xi mod ieħor illimita, u, jekk jintalab jagħmel dan, jinformahom bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

MODULU E

Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott

1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-isplussivi kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni u l-ittestjar tal-prodott finali tal-isplussiv konċernat kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-isplussivi konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-isplussiv kkunsidrata;

(d)

id- dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-isplussivi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jkunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tad-diretturi fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(b)

l-eżamijiet u t-testijiet li jridu jsiru wara l-fabbrikazzjoni;

(c)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.;

(d)

il-mezzi biex ikun immonitorjat it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza tal-evalwazzjoni fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-prodott konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-fond tal-manifattur. It-tim tal-verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt(e) tal-punt 3.1biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-isplussiv ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità, modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ..

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, fuq kull splussiv individwali li hu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull tip ta’ splussiv u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika t-tip ta’ splussiv li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-isplussiv jitqiegħed fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, u, jekk jintalab jagħmel dan, bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

MODULU F

Il-konformità mat-tip ibbażata fuq il-verifika tal-prodott

1.   Il-konformità mat-tip, ibbażata fuq il-verifika tal-prodott hija l-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 5.1 u 6, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-isplussivi konċernati, li jkunu ġew suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3, jikkonformaw mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-isplussivi manifatturati mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.   Verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq eżamijiet u testijiet xierqa sabiex jivverifika l-konformità tal-isplussivi tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

L-eżamijiet u t-testijiet biex tkun kontrollata l-konformità tal-isplussivi mar-rekwiżiti xierqa se jsiru, skont kif jagħżel il-manifattur, jew permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull prodott kif speċifikat fil-punt 4, jew b’eżami u ttestjar tal-isplussivi fuq bażi ta’ statistika, kif speċifikat fil-punt 5.

4.   Verifika tal-konformità permezz tal-eżami u l-ittestjar ta’ kull prodott

4.1.

Kull splussiv għandu jiġi eżaminat għalih u testijiet xierqa deskritti fl-istandard(s) armonizzat(i) relevanti u/jew testijiet ekwivalenti, deskritti fispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti oħra għandhom jitwettqu għall-verifika tal-konformità tat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mal-ħtiġijiet adegwati ta’ din id-Direttiva. Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

4.2.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull splussiv approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq.

5.   Verifika statistika tal-konformità

5.1.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw l-omoġeneità ta’ kull lott prodott, u għandu jippreżenta l-isplussivi tiegħu għall-verifika fil-forma ta’ lottijiet omoġenji.

5.2.

Minn kull lott għandu jittieħed kampjun fuq każi każwali. L-isplussivi kollha ġewwa kampjun għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzat(i) rilevanti u/jew testijiet ekwivalenti stipulati fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u biex jiġi ddeterminat jekk il-lott jiġix aċċettat jew irrifjutat. Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

5.3.

Jekk lott jiġi aċċettat, l-isplussivi kollha tal-lott għandhom jitqiesu approvati, ħlief dawk l-isplussivi mill-kampjun li jkun instab li ma jissodisfawx it-testijiet.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull splussiv approvat jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal ta’ 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq.

5.4.

Jekk lott jiġi rifjutat, il-korp notifikat jew l-awtorità kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri adegwati biex ma jħallux li dak il-lott jitqiegħed fuq is-suq. Fil-każ ta’ rifjut frekwenti tal-lottijiet il-korp notifikat jista’ jissospendi l-verifika statistika u jieħu miżuri adegwati.

6.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

6.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3., in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull splussiv individwali li jkun f’konformità mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

6.2.

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull tip ta’ splussiv u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika t-tip ta’ splussiv li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 3 jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mal-isplussiv n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat.

Jekk il-korp notifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-isplussivi matul il-proċess tal-manifattura.

7.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat jista’ ma jissodisfax l-obbligi tal-manifattur li huma inklużi fil-punti 2 u 5.1.

MODULU G

Il-konformità bbażata fuq verifika ta’ unità

1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika ta’ unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà unika tiegħu, li l-isplussiv konċernat, li ġie suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

2.1.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika u jagħmilha disponibbli għall-korp notifikat imsemmi fil-punt 4. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-isplussiv rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u stima xierqa tar-riskju jew ir-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, safejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-funzjonament tal-isplussiv. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, meta applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-isplussiv;

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u l-funzjonament tal-isplussiv;

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, meta dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati;

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ. u

(f)

rapporti ta’ testijiet.

2.2.

Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq.

3.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-isplussiv manifatturat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.   Verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati rilevanti u/jew testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-isplussiv mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-isplussiv approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull splussiv li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġislattiv.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-isplussiv ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-isplussiv li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 2.2 u 5, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS IV

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-UE (Nru XXXX) (1)

1.

Nru … (numru tal-prodott, tip, lott jew serje):

2.

Isem u indirizz il-manifattur u, fejn ikun japplika, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabbiltà):

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Il-korp notifikat … (isem, numru) wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(1)  Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta’ konformità.


ANNESS V

PARTI A

Direttivi revokati flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħhom

(imsemmija fl-Artikolu 53)

Id-Direttiva 93/15/KEE tal-Kunsill

(ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20)

 

Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Punt 13 biss tal-Anness II.

Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109)

Punt 2.2 tal-Anness biss.

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

Punt (b) tal-Artikolu 26(1) biss

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/57/KE

(ĠU L 127, 29.4.2004, p. 73)

 

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u dati ta’ applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 53)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

93/15/KEE (Artikoli 9, 10, 11, 12, 13 u 14)

fit-30 ta’ Settembru 1993.

fit-30 ta’ Settembru 1993.

93/15/KEE (l-Artikoli l-oħra kollha)

fit-30 ta’ Ġunju 1994.

fl-1 ta’ Jannar 1995.

2004/57/KE

fil-31 ta’ Diċembru 2004.

fil-31 ta’ Jannar 2005.


ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 93/15/KEE

Direttiva 2004/57/KE

Direttiva preżenti

L-Artikolu 1(1)

 

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(2)

 

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 1(3)

 

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(4)

 

L-Artikolu 2(3) sa (6), (8), (13) u (14)

 

L-Artikoli 2(2), (7), (9) u (12) u (15) sa (24)

L-Artikolu 1(5)

 

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 2(1)

 

L-Artikolu 3

L-Artikolu 2(2)

 

L-Artikolu 4

L-Artikolu 2(3)

 

L-Artikolu 22

L-Artikolu 3

 

L-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(1)

 

L-Artikolu 5(2) sa (8)

 

L-Artikolu 6

 

L-Artikolu 7

 

L-Artikolu 8

 

L-Artikolu 9

 

 

L-Artikolu 10

L-Artikolu 4(1)

 

L-Artikolu 19

L-Artikolu 4(2)

 

L-Artikolu 5

 

L-Artikolu 43(3)

L-Artikolu 6(1)

 

L-Artikolu 20

 

L-Artikolu 21

 

L-Artikoli 24 sa 27

L-Artikolu 6(2)

 

L-Artikoli 28 sa 40

L-Artikolu 7(1)

 

L-Artikoli 22 u 23

L-Artikolu 7(2)

 

L-Artikolu 22

L-Artikolu 7(3)

 

L-Artikolu 22

 

L-Artikolu 41

L-Artikolu 8(1)

 

L-Artikoli 42 u 44

L-Artikolu 8(2)

 

L-Artikolu 43

L-Artikolu 8(3)

 

L-Artikolu 45

L-Artikolu 9(1)

 

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 9(2)

 

L-Artikolu 9(3)

 

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 9(4)

 

L-Artikolu 11(3)

L-Artikolu 9(5)

 

L-Artikolu 11(4)

L-Artikolu 9(6)

 

L-Artikolu 11(6)

L-Artikolu 9(7)

 

L-Artikolu 11(5)

L-Artikolu 9(8)

 

L-Artikolu 11(7)

L-Artikolu 9(9)

 

L-Artikolu 11(8)

L-Artikolu 10(1)

 

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 10(2)

 

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 10(3)

 

L-Artikolu 12(3)

L-Artikolu 10(4)

 

L-Artikolu 12(4)

L-Artikolu 10(5)

 

L-Artikolu 12(5)

L-Artikolu 11

 

L-Artikolu 13

L-Artikolu 12(1)

 

L-Artikolu 14(1)

L-Artikolu 12(2)

 

L-Artikolu 14(2)

L-Artikolu 13(1)

 

L-Artikolu 49(1)

L-Artikolu 13(2)

 

L-Artikolu 13(3)

 

L-Artikoli 46 u 47

 

L-Artikolu 48

L-Artikolu 13(4)

 

L-Artikolu 49 (2) sa (5)

L-Artikolu 13(5)

 

L-Artikoli 46 u 47

L-Artikolu 14, l-ewwel paragrafu

 

L-Artikolu 16

L-Artikolu 14, it-tieni paragrafu

 

L-Artikolu 15(1) u (4)

L-Artikolu 14, it-tielet paragrafu

 

L-Artikolu 15(2) u (4)

L-Artikolu 14, ir-raba’ paragrafu

 

L-Artikolu 15(3)

L-Artikolu 15

 

L-Artikolu 16

 

L-Artikolu 17

L-Artikolu 17

 

L-Artikolu 50

L-Artikolu 18

 

L-Artikolu 18

L-Artikolu 19

 

L-Artikolu 51 u 52

 

L-Artikolu 53

 

L-Artikolu 54

L-Artikolu 20

 

L-Artikolu 55

 

L-Artikolu 1

 

L-Artikolu 2

 

L-Artikolu 3

 

L-Artikolu 4

 

L-Artikolu 5

 

L-Anness I

L-Anness I

 

L-Anness II

L-Anness I

 

L-Anness II

L-Anness II

 

L-Anness III

L-Anness III

 

L-Artikolu 28

L-Anness IV

 

L-Artikolu 22

 

L-Anness IV

 

L-Anness V

 

L-Anness VI


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala "kumitati ta' komitoloġija" fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.


29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/45


DIRETTIVA 2014/29/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Europea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (3) ġiet emendata sostanzjalment (4). Billi huma meħtieġa aktar emendi, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5) jistipula regoli dwar l-akkreditament tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6) tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw għal-leġislazzjoni settorjali sabiex jipprovdu bażi koerenti għar-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġislazzjoni. Id-Direttiva 2009/105/KE għandha tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Din id-Direttiva tkopri r-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li jkunu ġodda għas-suq tal-Unjoni meta jitqiegħdu fis-suq; jiġifieri, jew ikunu reċipjenti sempliċi taħt pressjoni ġodda magħmula minn manifattur stabbilit fl-Unjoni jew ikunu reċipjenti sempliċi taħt pressjoni, kemm jekk ġodda jew jekk użati, importati minn pajjiż terz.

(5)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(6)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza fit-territorju tagħhom ta’ persuni, u l-protezzjoni ta’ annimali domestiċi u ta’ proprjetà fir-rigward ta’ perikli li jirriżultaw mit-tnixxija jew tifqigħ ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni.

(7)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tar-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tal-irwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-annimali domestiċi, u l-proprjetà, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(8)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk ir-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni biss li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina tal-forniment u tad-distribuzzjoni.

(9)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u utenti finali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-website minbarra l-indirizz postali.

(10)

Il-manifattur, li jkollu tagħrif dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għar-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(11)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li r-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-Unjoni jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dawk ir-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiġi żgurat li r-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marki u d-dokumentazzjoni tal-prodott magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(12)

Meta jqiegħed reċipjent sempliċi taħt pressjoni fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq ir-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni, ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti eċċezzjonijiet f’każijiet fejn in-natura tar-reċipjent sempliċi taħt pressjoni ma jippermettux dan.

(13)

Id-distributur iqiegħed fis-suq reċipjent sempliċi taħt pressjoni wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bir-reqqa dovuta sabiex jiżgura li t-trattament tar-reċipjent sempliċi taħt pressjoni min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tar-reċipjent sempliċi taħt pressjoni.

(14)

Kull operatur ekonomiku li jqiegħed reċipjent sempliċi taħt pressjoni fis-suq f’ismu jew bit-trade mark tiegħu jew jimmodifika reċipjent sempliċi taħt pressjoni b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(15)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar ir-reċipjent sempliċi taħt pressjoni kkonċernat.

(16)

Meta tkun żgurata t-traċċabbiltà ta’ reċipjent sempliċi taħt pressjoni fil-katina kollha tal-provvista, dan jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effiċjenti ta’ traċċabbiltà tħaffef il-ħidma tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq reċipjenti sempliċi taħt pressjoni mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddewlhom reċipjent sempliċi taħt pressjoni jew ta’ dawk li lilhom għaddew reċipjent sempliċi taħt pressjoni.

(17)

Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti huwa neċessarju li tiġi prevista preżunzjoni tal-konformità għar-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li jkunu f’konformità mal-istandards armonizzati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (7) biex jiġu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(18)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għal oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(19)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw, li r-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li jsiru disponibbli fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali, hemm bżonn li jkun provdut għal proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġa. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri dwar il-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli.

(20)

Il-manifatturi għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni mitluba taħt din id-Direttiva dwar il-konformità ta’ reċipjent sempliċi taħt pressjoni ma’ din id-Direttiva u leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra tal-armonizzazzjoni.

(21)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali ta’ konformità.

(22)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ reċipjent sempliċi taħt pressjoni, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(23)

Iċċekkjar dwar konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali rilevanti huwa meħtieġ biex tkun provduta protezzjoni effettiva għal utenti finali u terzi persuni.

(24)

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(25)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2009/105/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(26)

Jekk xi korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati, għandha tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(27)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità jeħtieġ ukoll li jkunu ffissati rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(28)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditament kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditament hija mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandha tintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(29)

L-akkreditament trasparenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta’ konformità, għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet eżegwiti minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(30)

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ għar-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li trid tiġi notifikata u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet mwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji.

(31)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ ssir notifika onlajn.

(32)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(33)

Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-moduli. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(34)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fl-Unjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għar-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni. Din id-Direttiva ma għandhiex ma tħallix Stati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawn il-ħidmiet.

(35)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li r-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. Ir-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(36)

Id-Direttiva 2009/105/KE diġà tipprevedi proċedura ta’ salvagwardja li permezz tagħha l-Kummissjoni tista’ teżamina l-ġustifikazzjoni għal miżura meħuda minn Stat Membru kontra reċipjenti sempliċi taħt pressjoni meqjusin minnu bħala mhux konformi. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura tal-klawżola ta’ salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u applikata b’mod uniformi u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(37)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni, jew annimali domestiċi jew għall-proprejtà. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dawk ir-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni.

(38)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(39)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8).

(40)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu l-Istat Membru tan-notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom.

(41)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew ta’ aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(42)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(43)

Bi qbil mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tagħha jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(44)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(45)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(46)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Huwa meħtieġ li l-pieni stipulati jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(47)

Hemm bżonn, għalhekk, li jkunu previsti arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu li jagħmlu disponibbli fis-suq, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li kienu diġà tqiegħdu fis-suq taħt id-Direttiva 2009/105/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu reċipjenti sempliċi taħt pressjoni li tqiegħdu fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(48)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament jiġifieri li jkun żgurat li r-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni fis-suq jissodisfaw rekwiżiti li jipprovdu għal livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sikurezza ta’ persuni, kif ukoll protezzjoni ta’ annimali domestiċi u proprjetà, waqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membr, iżda jista’ minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(49)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ġej mid-Direttiva preċedenti.

(50)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (“reċipjenti”) manifatturati f’sensiela bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ir-reċipjenti huma wweldjati, maħsuba li jkunu soġġetti għal pressjoni interna mmarkata li hi aktar minn 0,5 bar u jkollhom arja jew nitroġenu, u li mhumiex maħsuba li jiġu sparati;

(b)

il-partijiet u l-assemblaġġi li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċipjent taħt pressjoni huma magħmula minn azzar mhux imħallat ta’ kwalità jew minn aluminju mhux imħallat jew taħlit ta’ aluminju li ma jibbisx biż-żmien;

(c)

ir-reċipjent hu magħmul minn wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(i)

jew parti ċilindrika ta’ felli li jdur bħal ċirku magħluq bi truf iddixxjati ‘l barra u/jew ċatti li jduru madwar l-istess fus li miegħu ddur il-parti ċilindrika;

(ii)

jew żewġt itruf iddixxjati li jduru madwar l-istess fus;

(d)

il-pressjoni massima operattiva tar-reċipjent ma teċċedix t-30 bar u l-prodott ta’ dik il-pressjoni u l-kapaċità tar-reċipjent (PS × V) ma għandhiex teċċedi l-10 000 bar/litru;

(e)

it-temperatura minima operattiva mhix anqas minn – 50 °C u t-temperatura massima operattiva mhix ogħla minn 300 °C għal reċipjenti tal-azzar u 100 °C għal reċipjenti ta’ aluminju jew ta’ aluminju mħallat.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

reċipjenti ddisinjati speċifikament għal użu nukleari, li l-falliment tagħhom jista’ jikkawża emissjoni ta’ radjuattività;

(b)

reċipjenti maħsuba speċifikament għal stallazzjoni f’vapuri u ajruplani jew għall-propulsjoni tagħhom;

(c)

apparat għat-tifi tan-nar.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ reċipjent għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(2)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li jsir disponibbli reċipjent fis-suq tal-Unjoni;

(3)

“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura reċipjent, jew li tqabbad lil min ifassal jew jimmanifattura tali reċipjent, u jikkumerċjalizza dak ir-reċipjent taħt isimha jew bit-trade mark tagħha;

(4)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifiċi;

(5)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed reċipjent, minn pajjiż terz, fis-suq tal-Unjoni;

(6)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista barra l-manifattur jew l-importatur, li tagħmel reċipjent disponibbli fis-suq;

(7)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(8)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn reċipjent;

(9)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(10)

“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(11)

“korp nazzjonali tal-akkreditament” tfisser korp tal-akkreditament kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(12)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali ta’ din id-Direttiva relatati ma’ reċipjent ġewx sodisfatti;

(13)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;

(14)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura reċipjent li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari.

(15)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li reċipjent fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(16)

“leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kull leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(17)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li r-reċipjent huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha.

Artikolu 3

Tqegħid fis-suq u dħul fis-servizz

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw li r-reċipjenti jistgħu jsiru disponibbli fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva meta jiġu installati b’mod xieraq, issir manutenzjoni fuqhom u meta użati għall-finijiet li għalihom huma maħsuba.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’ Stati Membri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti li huma jaħsbu li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu protetti meta jkunu qegħdin jużaw ir-reċipjenti, sakemm dan ma jfissirx li r-reċipjenti jkunu modifikati b’mod li m’huwiex speċifikat f’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Rekwiżiti essenzjali

1.   Reċipjenti li l-prodott ta’ PS × V tagħhom jeċċedi l-50 bar/litru għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

2.   Reċipjenti li l-prodott PS × V tagħhom huwa 50 bar/litru jew anqas għandhom ikunu mfassla u manifatturati bi qbil ma’ prattika soda ta’ inġinerija f’wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 5

Moviment liberu

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu milli jkunu disponibbli fis-suq u li jidħlu fis-servizz fit-territorju tagħhom ir-reċipjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

KAPITOLU 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 6

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jqiegħdu fis-suq ir-reċipjenti tagħhom li l-prodott PS × V tagħhom jaqbeż il-50 bar/litru, il-manifatturi għandhom jiżguraw li tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

Meta jqiegħdu fis-suq ir-reċipjenti tagħhom li l-prodott PS × V tagħhom hu 50 bar/litru jew anqas, il-manifatturi għandhom jiżguraw li tfasslu u ġew immanifatturati skont il-prattika soda tal-inġinerija f’wieħed mill-Istati Membri.

2.   Għar-reċipjenti li l-prodott PS × V tagħhom jaqbeż il-50 bar/litru, il-manifatturi għandhom jiktbu dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II u jwettqu l-proċedura tal-valutazzjoni ta’ konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 13 u jqabbdu lil xi ħadd jagħmilha.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li r-reċipjent li l-prodott PS × V tiegħu jaqbeż il-50 bar/litru huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE u l-iskrizzjonijiet provduti fil-punt 1 tal-Anness III.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-reċipjenti li l-prodott PS × V tagħhom hu 50 bar/litru jew anqas ikollhom fuqhom l-iskrizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness III.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li r-reċipjent ikun tqiegħed fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom f’posthom proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu b’mod suffiċjenti dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi tar-reċipjent u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ reċipjent.

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn reċipjent, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-utenti finali, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ reċipjenti disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ reċipjenti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ reċipjenti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-reċipjenti li huma qiegħdu fis-suq ikollhom identifikazzjoni tat-tip u s-serje u tal-lot biex l-identifikazzjoni tagħhom tkun possibbli.

6.   Il-manifatturi, fuq ir-reċipjent, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattati. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-reċipjent ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza msemmija fil-punt 2 tal-Anness III f’lingwa li l-utenti finali jistgħu jifhmuha faċilment, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza kif ukoll kull tip ta’ ttikkettar għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li reċipjent li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak ir-reċipjent isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn ir-reċipjent jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu r-reċipjent disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tar-reċipjent ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mir-reċipjent li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 7

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifattur jista’, b’mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 6(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal 10 snin wara li r-reċipjent ikun tqiegħed fis-suq.

(b)

wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, li jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità ta’ reċipjent;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, wara talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji preżentati minn reċipjenti koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 8

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni biss dawk ir-reċipjenti li jkun konformi.

2.   Qabel ma jqiegħdu reċipjent fis-suq li l-prodott tiegħu ta’ PS × V jaqbeż il-50 bar/litru, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa tal-valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur imsemmija fl-Artikolu 13. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li r-reċipjent ikollu l-marka CE u l-iskrizzjonijiet provduti fil-punt 1 tal-Anness III u jkollu miegħu d-dokumenti rikjesti, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li reċipjent li l-prodott tiegħu ta’ PS × V jaqbeż il-50 bar/litru ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed ir-reċipjent fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn ir-reċipjent jippreżenta riskju, l-importatur għandu jgħarraf lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

Qabel ma jqiegħdu reċipjent fis-suq li l-prodott PS × V tiegħu hu 50 bar/litru, l-importaturi għandhom jiżguraw li r-reċipjent tfassal u ġie mmanifatturat skont il-prattika soda tal-inġinerija f’iweħed mill-Istati Membri, ikollu l-iskrizzjonijiet provduti fil-punt 1.2 tal-Anness III u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6).

3.   Il-manifatturi, fuq ir-reċipjent, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, f’dokument li jakkumpanja r-reċipjent. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li r-reċipjent ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza msemmija fil-punt 2 tal-Anness III b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li reċipjent li l-prodott tiegħu ta’ PS × V jaqbeż il-50 bar/litru jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

6.   Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji preżentati minn reċipjent, l-importaturi, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-utenti finali, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ reċipjenti disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ reċipjenti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ reċipjenti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li reċipjent li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak ir-reċipjent isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn ir-reċipjent jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu r-reċipjent disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.   Għar-reċipjenti li l-prodott ta’ PS × V tagħhom jaqbeż il-50 bar/litru, l-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li r-reċipjent ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ reċipjent, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mir-reċipjent li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 9

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jagħmlu reċipjent disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jagħmlu r-reċipjent li l-prodott ta’ PS × V tiegħu jaqbeż il-50 bar/litru disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li r-reċipjent ikollu fuqu l-marka CE u l-iskrizzjonijiet provduti fil-punt 1 tal-Anness III, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza msemmija fil-punt 2 tal-Anness III b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn utenti finali fl-Istat Membru fejn r-reċipjent ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3) rispettivament.

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li reċipjent li l-prodott tiegħu ta’ PS × V jaqbeż il-50 bar/litru ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed ir-reċipjent fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn ir-reċipjent jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

Qabel ma jagħmlu reċipjent li l-prodott PS × V tiegħu hu 50 bar/litru jew anqas disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jiżguraw li r-reċipjent ikollu l-iskrizzjonijiet provduti fil-punt 1.2 tal-Anness III u li jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza msemmija fil-punt 2 tal-Anness III b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn utenti finali fl-Istat Membru fejn r-reċipjent ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3) rispettivament.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li reċipjent li l-prodott tiegħu ta’ PS × V jaqbeż il-50 bar/litru jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li r-reċipjent li jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex ir-reċipjent isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn ir-reċipjent jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu r-reċipjent disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, wara talba raġunata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ reċipjent. Dawn għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mir-reċipjenti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 10

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 6, fejn ikun qiegħed reċipjent fis-suq taħt ismu jew it-trade mark tiegħu, jew jimmodifika reċipjent li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 11

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom b’reċipjent;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew reċipjent.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bir-reċipjent u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew ir-reċipjent.

KAPITOLU 3

IL-KONFORMITÀ TAR-REĊIPJENTI LI L-PRODOTT TAGĦHOM TA’ PS × V JEĊĊEDI L-50 bar/litru

Artikolu 12

Preżunzjoni ta’ konformità tar-reċipjenti li l-prodott tagħhom ta’ PS × V jeċċedi l-50 bar/litru

Ir-reċipjenti li l-prodott tagħhom tal-PS × V jaqbeż il-50 bar/litruu li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti, stabbiliti fl-Anness I, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 13

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità

1.   Qabel ma tibda l-manifattura ta’ reċipjenti li l-prodott PS × V tagħhom ikun jeċċedi l-50 bar/litru, għandhom ikunu soġġetti għall-eżami tat-tip tal-UE (il-Modulu B) stipulat fil-punt 1 tal-Anness II, kif ġej:

(a)

għar-reċipjenti manifatturati skont l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12, skont l-għażla tal-manifattur, f’waħda miż-żewġ manjieri li ġejjin:

(i)

il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tar-reċipjent permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ sostenn, mingħajr eżami ta’ kampjun (il-Modulu - tip tad-disinn);

(ii)

il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tar-reċipjent permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ sostenn, kif ukoll eżami ta’ prototip, rappreżentant tal-produzzjoni prevista, tar-reċipjent komplut (il-Modulu B - tip ta’ produzzjoni);

(b)

għar-reċipjenti mhux manifatturati, jew manifatturati biss parzjalment, skont l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12, il-manifattur għandu jissottometti għall-eżami prototip, rappreżentant tal-produzzjoni prevista, tar-reċipjent komplut u d-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ sostenn għall-eżami u l-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tar-reċipjent (il-Modulu B – it-tip ta’ produzzjoni).

2.   Qabel it-tqegħid fis-suq, ir-reċipjenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri li ġejjin:

(a)

fejn il-prodott ta’ PS × V jeċċedi t-3 000 bar/litru, għall-konformità mat-tip ibbażat fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mal-ittestjar tar-reċipjent sorveljat (Modulu C1) stipulat fil-punt 2 tal-Anness II;

(b)

fejn il-prodott ta’ PS × V ma jeċċedix it-3 000 bar/litru imma jeċċedi l-200 bar/litru, għall-għażla tal-manifattur, minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

konformità tat-tip ibbażat fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mal-ittestjar tar-reċipjent sorveljat (Modulu C1) stipulat fil-punt 2 tal-Anness II;

(ii)

konformità tat-tip ibbażat fuq il-kontoll tal-produzzjoni interna flimkien mal-ittestjar tar-reċipjent sorveljat bl-addoċċ (Modulu C2) stipulat fil-punt 3 tal-Anness II;

(c)

fejn il-prodott ta’ PS × V ma jeċċedix il-200 bar/litru imma jeċċedi l-50 bar/litru, għall-għażla tal-manifattur, minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

konformità tat-tip ibbażat fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mal-ittestjar tar-reċipjent sorveljat (Modulu C1) stipulat fil-punt 2 tal-Anness II;

(ii)

konformità tat-tip ibbażat fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna (Modulu C) stipulat fil-punt 4 tal-Anness II;

3.   Ir-reġistri u l-korrispondenza marbuta mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkitbu bl-ilsien uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp notifikat jew b’ilsien aċċettat minn dak il-korp.

Artikolu 14

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ sikurezza speċifikati fl-Anness I intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IV, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn ir-reċipjent jitiqegħed fis-suq jew isir disponibbli fis-suq.

3.   Fejn reċipjent huwa suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jesiġi dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tar-reċipjent mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 15

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 16

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE u iskrizzjonijiet

1.   Il-marka CE u l-iskrizzjonijiet imsemmija fil-punt 1 tal-Anness III għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, leġibbli u indelibbli fuq ir-reċipjent jew il-plakka tad-data tiegħu.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma r-reċipjent jitqiegħed fis-suq.

3.   Taħt il-marka CE għandu jkun hemm in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.   Taħt il-marka CE u, fejn ikun applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat jista’ jkun hemm kwalunkwe marka li tindika riskju jew użu speċjali.

5.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dak l-immarkar.

KAPITOLU 4

NOTIFIKA TA’ KORPI TA’ VALUTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Artikolu 17

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità tal-parti terza skont din id-Direttiva.

Artikolu 18

Awtoritajiet tan-notifika

1.   Stati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inkluża l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

3.   Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19. Barra minn hekk, dan għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità notifikanti għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-ħidmiet imwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 19

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.   L-awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.   L-awtorità tan-notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jsiru minn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 20

Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtoritajiet notifikanti

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 21

Rekwiżiti marbuta mal-korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.

2.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mir-reċipjent li jevalwa.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ reċipjenti li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess intwerew, jitqies bħala tali korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

4.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tar-reċipjenti li huma jevalwaw, u lanqas ir-rappreżentanti ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jeskludi l-użu tar-reċipjenti valutati li jkunu meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali reċipjenti għal skopijiet personali.

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ dawk ir-reċipjenti, lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-punt 3.2 tal-Anness I u l-Anness II u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għal kull tip ta’ reċipjenti li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu in-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq l-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott konċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnu u awtorità adegwata biex tagħmel dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

konoxxenza adegwata u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza, stabbiliti fl-Anness I, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u tal-leġislazzjoni nazzjonali;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta’ ġestjoni tagħhom u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Ir-rimunerazzjoni ta’ dawk fl-ogħla livell tal-ġestjoni u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddipendi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont il-punt 3.2 tal-Anness I u l-Anness II jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Artikolu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

11.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 22

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ korpi notifikati

Fejn korp tal-valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 23

Sussidjarji u sottokuntrattar ta’ korpi notifikati

1.   Meta korp notifikat jagħti b’sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont il-punt 3.2 tal-Anness I u l-Anness II.

Artikolu 24

Applikazzjoni għal notifika

1.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tar-reċipjent jew reċipjenti li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditament, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21.

3.   Jekk il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditament, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21.

Artikolu 25

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tar-reċipjent jew ir-reċipjenti kkonċernati u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 24(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun eżaminat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma jkunx intuża akkreditament.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 26

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 27

Tibdil fin-notifiki

1.   Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Huwa għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 28

Kontestazzjoni tal-kompetenza ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew jekk korp notifikat għadux jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkollu.

2.   L-Istat Membru notifikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, wara talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru tan-notifika sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 29

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi.

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod huma għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni rikjest biex ir-reċipjent jkun konformi ma’ din id-Direttiva.

3.   Fejn korp notifikat isib li rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandux joħroġ ċertifikat tal-konformità.

4.   Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li reċipjent ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 30

Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati.

Artikolu 31

Obbligi ta’ informazzjoni dwar entitajiet notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)

kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu u l-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

wara talba, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn notifikati taħt din id-Direttiva li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess reċipjenti bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, wara talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 32

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 33

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati taħt din id-Direttiva u li dawn isiru kif xieraq f’forma ta’ grupp jew gruppi settorjali ta’ korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp jew dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU 5

IS-SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, IL-KONTROLL TAR-REĊIPJENTI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA

Artikolu 34

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tar-reċipjenti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għar-reċipjenti koperti mill-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 35

Proċedura għat-trattament ta’ reċipjenti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed għandhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li xi reċipjent jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, jew tal-annimali domestiċi jew il-proprjetà, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tar-reċipjent konċernat li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, tul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li r-reċipjent ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex ir-reċipjent isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira r-reċipjent mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tar-reċipjenti kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu r-reċipjent milli jsir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex ir-reċipjent jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tar-reċipjent mhux konformi, l-oriġini tar-reċipjent, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, it-tip u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tar-reċipjent li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni, għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi jew tal-proprjetà; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tar-reċipjent kkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tar-reċipjent ikkonċernat, bħall-irtirar tar-reċipjent mis-suq, mingħajr dewmien.

Artikolu 36

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2.   Jekk miżura nazzjonali tkun ikkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-reċipjent li ma jikkonformax jiġi rtirat mis-suq nazzjonali tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif inhu xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tar-reċipjent ikun attribwit jinstab kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 35(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 37

Reċipjenti konformi li jippreżentaw riskju

1.   Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 35(1), isib li, għalkemm ir-reċipjent jkun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, annimali domestiċi jew proprjetà, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li r-reċipjent ikkonċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtira r-reċipjent jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif hu jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tar-reċipjent kollu li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tar-reċipjent ikkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tar-reċipjent, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).

Għal raġunijiet indispensabbli ġġustifikati ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, jew tal-annimali domestiċi jew tal-proprjeta’, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(4).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 38

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 35, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp hu involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni jkun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 16 jew ma jkunx twaħħal;

(d)

l-iskrizzjonijiet imsemmija fil-punt 1 tal-Anness III ma twaħħlux jew twaħħlu bi ksur tal-Artikolu 16 jew il-punt 1 tal-Anness III;

(e)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;

(f)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(g)

id-dokumentazzjoni teknika jew ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompluta.

(h)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(6) jew fl-Artikolu 8(3) hi nieqsa, falza jew inkompleta;

(i)

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 8 ma jkunx sodisfatt.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li r-reċipjent isir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi irtirat mis-suq.

KAPITOLU 6

KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 39

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tar-Reċipjenti Sempliċi Taħt Pressjoni. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Il-kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew minn xi leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 40

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur, minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ. Tali regoli jistgħu jinkludu pieni kriminali għal ksur serju.

Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu li jsiru disponibbli fis-suq u/jew it-tħaddim ta’ reċipjenti koperti mid-Direttiva 2009/105/KE li jkunu konformi ma’ dik id-Direttiva u li tqiegħdu fis-suq qabel l-20 ta’ April 2014.

Iċ-ċertifikati maħruġin minn korpi ta’ spezzjoni approvati taħt id-Direttiva 2009/105/KE għandhom ikunu validi taħt din id-Direttiva.

Artikolu 42

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sad-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 2, l-Artikoli 6 sa 41, l-Anness II u l-Anness IV. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 43

Tħassir

Id-Direttiva 2009/105/KE, kif emendata mir-Regolament elenkat fl-Anness V, Parti A, b’dan titħassar b’effett mill-20 ta’ April 2016, bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 44

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1, 3, 4 u 5 u l-Annessi I u III għandhom japplikaw mill-20 ta’ April 2016.

Artikolu 45

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 41.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014. (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 264, 8.10.2009, p. 12. Id-Direttiva 2009/105/KE hija l-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta ma’ tankijiet sempliċi ta’ pressjoni (ĠU L 220, 8.8.1987, p. 48).

(4)  Ara l-Annex V, Parti A.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(7)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(8)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

REKWIŻITI ESSENZJALI TA’ SIKUREZZA

1.   Materjali

Il-materjali għandhom jintgħażlu skont l-użu maħsub tar-reċipjent u bi qbil ma’ punti minn 1.1 sa 1.4.

1.1.   Partijiet taħt pressjoni

Il-materjali li huma użati għall-manifattura tal-partijiet taħt pressjoni għandhom ikunu:

(a)

kapaċi li jiġu wweldjati;

(b)

duttili u b’saħħithom, biex xi ksur b’temperatura minima operattiva ma tippermettix tfarrik jew ksur tat-tip fraġli;

(c)

ma huwiex affettwat avversament biż-żmien.

Għal reċipjenti tal-azzar, il-materjali għandhom ukoll jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.1.1 u, għal reċipjenti tal-aluminju jew ta’ aluminju mħallat, dawk stabbiliti fil-punt 1.1.2.

Huma għandhom ikunu akkumpanjati minn karta ta’ spezzjoni kif definita fil-punt (i) tal-punt 3.1 tal-Anness III, imfassla mill-produttur tal-materjali.

1.1.1.   Reċipjenti tal-azzar

Azzar mhux imħallat ta’ kwalità għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

huwa ma għandux ikun effervexxenti u jkun fornut wara trattament ta’ normalizzazzjoni, jew fi stat ekwivalenti;

(b)

il-kontenut tal-karbonju għal kull prodott għandu jkun inqas minn 0,25 % u dak tal-kubrit u l-fosfru għandu jkun anqas minn 0,05 % f’kull każ;

(c)

huma għandu jkollhom il-kwalitajiet mekkaniċi li ġejjin għal kull prodott:

(i)

ta’ saħħa tensjoni massima Rm,max għandha tkun anqas minn 580 N/mm2;

(ii)

it-titwil wara l-frattura għandu jkun:

il-biċċiet tat-test jittieħdu paralleli għad-direzzjoni tal-irrumblar:

ħxuna ≥ 3 mm:

A

≥ 22 %,

ħxuna < 3 mm:

A80 mm

≥ 17 %,

il-biċċiet tat-test jittieħdu perpendikolari għad-direzzjoni tal-irrumblar:

ħxuna ≥ 3 mm:

A

≥ 20 %,

ħxuna < 3 mm:

A80 mm

≥ 15 %,

(iii)

il-medja ta’ ksur mgħawweġ ta’ enerġija KCV għal tliet biċċiet tat-test lonġitudinali f’temperatura minima operattiva ma għandhiex tkun anqas minn 35 J/cm2. Mhux aktar minn wieħed mit-tliet ċifri ma tista’ tkun anqas minn 35 J/cm2, b’minimu ta’ 25 J/cm2. Fil-każ ta’ azzar maħsub biex jintuża fil-manifattura ta’ reċipjenti li t-temperatura minima operattiva tagħhom tkun anqas minn -10 °C u li l-ħxuna tal-ħitan tagħhom ma taqbiżx il-5 mm, din il-kwalità għandha tkun iċċekkjata.

1.1.2.   Reċipjenti tal-aluminju

Aluminju mhux imħallat għandu jkollu kontenut ta’ aluminju ta’ mill-anqas 99,5 % u dawk it-taħlitiet deskritti fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) għandhom juru reżistenza xierqa għall-korrożjoni interkristallina f’temperatura massima operattiva.

Aktar minn hekk, dawn il-materjali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

huma għandhom jiġu fornuti fi stat temprat;

(b)

huma għandu jkollhom il-kwalitajiet mekkaniċi li ġejjin għal kull prodott:

is-saħħa massima ta’ tensjoni Rm,max ma għandhiex tkun aktar minn 350 N/mm2;

it-titwil wara l-frattura għandu jkun:

A ≥ 16 % jekk il-biċċa għat-test hija meħuda paralleli għad-direzzjoni tal-irrumblar;

A ≥ 14 % jekk il-biċċa għat-test hija meħuda perpendikolari għad-direzzjoni tal-irrumblar.

1.2.   Materjali għall-iwweldjar

Il-materjali għall-iwweldjar użati fl-eżekuzzjoni ta’ weldjaturi fuq jew fil-manifattura tar-reċipjent għandhom ikunu xierqa għal u kompatibbli mal-materjali li se jkunu jiġu wweldjati.

1.3.   Aċċessorji li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċjipjent

Dawn l-aċċessorji (eż boltijiet u skorfini) għandhom ikunu magħmula minn materjal speċifikat f’1.1 jew ta’ tipi oħra ta’ azzar, aluminju jew aluminju mħallat kompatibbli mal-materjali użati għall-manifattura ta’ partijiet taħt pressjoni.

Dawn il-materjali għandhom ikollhom titwil xieraq wara l-frattura u ksur mgħawweġ ta’ enerġija f’temperatura minima operattiva.

1.4.   Partijiet li ma humiex taħt pressjoni

Il-partijiet kollha tar-reċipjenti wweldjati li ma humiex taħt pressjoni għandhom ikunu ta’ materjali li huma kompatibbli ma’ dak tal-komponenti li magħhom huma wweldjati.

2.   Disinn tar-reċipjent

(a)

Il-manifattur għandu, meta jiddisinja r-reċipjent, jiddefinixxi l-użu li għalih se jkun soġġett, u jagħżel:

(i)

it-temperatura minima operattiva Tmin;

(ii)

it-temperatura massima operattiva Tmax;

(iii)

il-pressjoni massima operattiva PS.

Iżda, jekk tingħażel temperatura minima operattiva li teċċedi -10 °C, il-kwalitajiet meħtieġa mill-materjali għandhom ikunu sodisfatti f’temperatura ta’ -10 °C.

(b)

Il-manifattur għandu jinnota wkoll id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(i)

għandu jkun possibbli li jkun spezzjonat il-ġewwieni tar-reċipjenti,

(ii)

għandu jkun possibbli li jitbattlu r-reċipjenti;

(iii)

il-kwalitajiet mekkaniċi għandhom jinżammu għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu tar-reċipjent għall-iskop maħsub,

(iv)

ir-reċipjenti għandhom, bil-ħsieb tal-użu preskritt tagħhom, ikunu protetti b’mod suffiċjenti kontra l-korrożjoni,

(c)

Il-manifattur għandu jqis il-fatt li fil-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba:

(i)

ir-reċipjenti ma għandhomx jiġu soġġetti għal tensjonijiet li kapaċi jfixklu s-sikurezza tagħhom fl-użu;

(ii)

il-pressjoni interna ma għandhiex tkun aktar mill-pressjoni massima operattiva PS b’mod permanenti. Madankollu, tista’ tagħmel hekk mumentarjament sa 10 %.

(d)

Ħjatat ċirkoferenzali u lonġitudinali għandhom isiru bl-użu ta’ weldjaturi ta’ penetrazzjoni mimlija jew weldjaturi ta’ effett ekwivalenti. Truf konvessi barra minn dawk emisferi għandu jkollhom tarf ċilindriku.

2.1.   Ħxuna tal-ħajt

Jekk il-prodott PS × V ma jkunx aktar minn 3 000 bar/litru, il-manifattur għandu jagħżel wieħed mill-metodi deskritti fil-punti 2.1.1 u 2.1.2 biex jiddeċiedi l-ħxuna tal-ħajt tar-reċipjenti; jekk il-prodott ta’ PS × V ikun aktar minn 3 000 bar/litru, jew it-temperatura massima operattiva tkun aktar minn 100 °C, ħxuna bħal din għandha tkun deċiża bil-metodu deskritt fil-punt 2.1.1.

Il-ħxuna effettiva tal-ħajt tat-taqsima ċilindrika u t-truf għandha, iżda ma tkunx anqas minn 2 mm fil-każ ta’ reċipjenti tal-azzar u mhux anqas minn 3 mm fil-każ ta’ reċipjenti tal-aluminju jew tal-aluminju mħallat.

2.1.1.   Metodu ta’ kalkolu

Il-ħxuna minima ta’ partijiet taħt pressjoni għandha tkun kalkulata wara li tiġi kunsidrata l-intensità tal-pressjonijiet u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pressjoni għall-kalkolu li għandha tiġi nnotata ma għandhiex tkun anqas mill-pressjoni massima operattiva PS magħżula;

(b)

it-tensjoni tal-membrana massima permessa ma għandhiex teċċedi l-iċken valuri 0,6 ReT jew 0,3 Rm. Il-manifattur għandu juża l-valuri minimi ReT u Rm garantiti mill-produttur tal-materjal biex jiddeċiedi t-tensjoni permessibbli.

Iżda, fejn il-porzjon ċilindriku tar-reċipjent għandu weldjatura waħda jew aktar lonġitudinali magħmulin bl-użu ta’ proċess ta’ iwweldjar mhux awtomatiku, il-ħxuna kalkulata kif muri fl-ewwel subparagrafu għandha tkun immultipplikata bil-koeffiċjent 1,15.

2.1.2.   Metodu sperimentali

Il-ħxuna tal-ħajt għandha tkun deċiża biex tgħin lir-reċipjenti jirreżistu f’temperatura ambjentali pressjoni ugwali għal mill-inqas ħames darbiet il-pressjoni massima operattiva, b’deformazzjoni ċirkonferenzjali permanenti ta’ mhux aktar minn 1 %.

3.   Proċess ta’ manifattura

Ir-reċipjenti għandhom jinbnew u jkunu soġġetti għal iċċekkjar waqt il-produzzjoni bi qbil mal-punti 2, 3 jew 4 tal-Anness II.

3.1.   Preparazzjoni tal-partijiet komponenti

Tħejjija tal-partijiet komponenti (eż. l-iffurmar u ċanfrinar) ma għandhiex tikkawża difetti fil-wiċċ jew qsim jew tibdil fil-karatteristiċi mekkaniċi li jafu jkunu ta’ detriment lis-sikurezza tar-reċipjenti.

3.2.   Weldjaturi fuq partijiet taħt pressjoni

Il-karatteristiċi ta’ weldjaturi u żoni maġenbhom għandhom ikunu simili għal dawk ta’ materjali wweldjati u għandhom ikunu ħielsa minn kull difett fil-wiċċ jew intern li jistgħu jkunu ta’ detriment lis-sigurezza tar-reċipjenti.

Il-weldjaturi għandhom isiru minn welders kwalifikati jew minn operaturi li jipproċessaw il-livell ta’ kompetenza xierqa, bi qbil mal-proċessi ta’ iwweldjar approvati. Approvazzjoni u testijiet ta’ kwalifikazzjoni bħal dawn għandhom isiru minn korpi notifikati.

Il-manifattur għandu wkoll, waqt il-manifattura, jiżgura kwalità ta’ iwweldjar konsistenti billi jagħmel testijiet xierqa bl-użu ta’ proċeduri xierqa. Dawn it-testijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapport.

4.   Tqegħid fis-servizzi tar-reċipjenti

Ir-reċipjenti għandhom ikunu akkumpanjati mill-istruzzjonijiet magħmula mill-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness III.


ANNESS II

PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

1.   l-eżami tat-tip tal-UE (Modulu B)

1.1.

L-eżami tat-tip tal-UE huwa parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ reċipjent u jivverifika u jiddikjara li d-disinn tekniku tar-reċipjent jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

1.2.

L-eżami tat-tip tal-UE għandu jitwettaq skont wieħed mill-modi li ġejjin skont l-Artikolu 13:

valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tar-reċipjent permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 1.3, minbarra eżami tal-prototip rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista tar-reċipjent sħiħ (tip ta’ produzzjoni);

il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tar-reċipjent permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ sostenn, imsemmija fil-punt 1.3, mingħajr eżami tar-reċipjent protip (tip tad-disinn).

1.3.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli biex issir il-valutazzjoni tal-konformità tar-reċipjent mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi xierqa u valutazzjoni tar-riskji.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura tar-reċipjent u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(i)

deskrizzjoni ġenerali tar-reċipjent;

(ii)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet tal-manufattura u skemi tal-komponenti eċċ.;

(iii)

id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem dawk id-disinji u l-iskemi msemmija u l-funzjonament tar-reċipjent;

(iv)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati;

(v)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(vi)

rapporti ta’ testijiet;

(vii)

l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni ta’ sikurezza msemmija fil-punt 2 tal-Anness III;

(viii)

dokument li jiddeskrivi:

il-materjali magħżula,

il-proċessi magħżula ta’ wweldjar;

l-iċċekkjar magħżul,

kull dettall li jappartjeni għad-disinn tar-reċipjent.

(d)

fejn applikabbli, ir-reċipjenti prototipi rappreżentattivi tal-produzzjoni maħsuba. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa biex isir il-programm tat-testijiet;

(e)

l-evidenza ta’ appoġġ tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ appoġġ għandha ssemmi kwalunkwe dokumenti li jkunu ntużaw, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati kompletament. L-evidenza ta’ appoġġ għandha tinkludi, fejn ikun hemm bżonn, ir-riżultati tat-testijiet li jsiru f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Meta reċipjent prototipiku jiġi eżaminat, id-dokumentazjzoni teknika għandha tinkludi wkoll:

iċ-ċertifikati marbuta mal-kwalifika xierqa tal-operazzjonijiet tal-iwweldjar u tal-welders jew l-operaturi tal-iwweldjar;

il-karta ta’ spezzjoni għall-materjali użati fil-manifattura ta’ partijiet u armar li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċipjent;

rapport dwar l-eżamijiet u t-testijiet magħmula jew deskrizzjoni tal-iċċekkjar propost.

1.4.

Il-korp notifikat għandu:

Għar-reċipjent:

1.4.1.

Jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ appoġġ biex tkun eżaminata l-adegwatezza tad-disinn tekniku tar-reċipjent.

Għar-reċipjent(i) prototipiku(ċi):

1.4.2.

Jivverifika li r-reċipjenti prototipiċi ġew manifatturati f’konformità ma’ dik id-dokumentazzjoni teknika u jistgħu jintużaw b’mod sikur skont il-kundizzjonijiet ta’ xogħol intizi tagħhom u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li tfasslu f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet rilevanti oħra;

1.4.3.

Jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiġi kkontrollat jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, dawn kienu ġew applikati b’mod korrett;

1.4.4.

Jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiġi kkontrollat jekk, fejn ma ġewx applikati s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur li japplika speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza korrispondenti ta’ din id-Direttiva;

1.4.5.

Jiftiehem mal-manifattur dwar fejn isiru l-eżamijiet u t-testijiet.

1.5.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu saru taħt il-punt 1.4 u r-riżultati tagħhom. Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tiegħu lejn l-awtoritajiet tan-notifika, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.

1.6.

Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u data neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tar-reċipjenti manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi valutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern. Dak iċ-ċertifikat għandu jindika xi kundizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta l-pubblikazzjoni tiegħu u jkun akkumpanjat mid-deskrizzjonijiet u tpinġijiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

1.7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu mgħarraf dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma l-manifattur b’dan.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li jkollu d-dokumentazzjoni relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE bil-modifiki kollha fit-tip approvat li jistgħu jolqtu l-konformità tar-reċipjent mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva jew mal-kundizzjonijiet għall-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip UE.

1.8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikati tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom, li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità notifikati tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe żidiet li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar dawn iċ-ċertifikati u/jew żidiet għalihom li jkun ħareġ.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta’ dak iċ-ċertifikat.

1.9.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

1.10.

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 1.3 u jissodisfa l-obbligi msemmija fil-punti 1.7 u 1.9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

2.   Il-konfomità tat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-ittestjar b’superviżjoni tar-reċipjent (Il-Modulu C1)

2.1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-ittestjar b’superviżjoni tar-reċipjent hija dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2.2, 2.3 u 2.4, u jiżgura u jiddikjara, fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li r-reċipjenti kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.2.   Il-manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tar-reċipjenti manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

Qabel ma jibda l-manifattura, il-manifattur għandu jipprovdi lill-korp notifikat tal-għażla tiegħu l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika, li għandha tinkludi wkoll:

iċ-ċertifikati marbuta mal-kwalifika xierqa tal-operazzjonijiet tal-iwweldjar u tal-welders jew l-operaturi tal-iwweldjar;

il-karta ta’ spezzjoni għall-materjali użati fil-manifattura ta’ partijiet u armar li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċipjent;

rapport dwar l-eżamijiet u testijiet li saru.

(b)

id-dokument ta’ spezzjoni li jiddeskrivi l-eżamijiet u testijiet xierqa li għandhom isiru waqt il-manifattura, flimkien mal-proċeduri ta’ dawn u l-frekwenza li bihom għandhom isiru;

(c)

iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE.

2.3.   Verifiki tar-reċipjenti

2.3.1.

Għal kull reċipjent individwali manifatturat, Il-korp notifikat għandu jwettaq l-eżamijiet u testijiet xierqa sabiex jivverifika l-konformità tar-reċipjent mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ din id-Direttiva b’mod konformi mal-punti li ġejjin:

(a)

Il-manifattur għandu jippreżenta r-reċipjenti tiegħu fil-forma ta’ lottijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex il-proċess ta’ manifattura jiżgura l-uniformità ta’ kull lott prodott.

(b)

Meta lott jiġi eżaminat, il-korp notifikat għandu jiżgura li r-reċipjenti ġew manifatturati u kkontrollati b’mod konformi mal-iskeda ta’ disinn u manifatturar u għandu jagħmel test idrostatiku jew, test pnewmatiku ta’ effett ekwivalenti fuq kull reċipjent fin-numru ta’ reċipjenti bi pressjoni Ph ugwali għal darba u nofs (1,5) tal-pressjoni ddisinnjata għar-reċipjent sabiex jiġi kkontrollat l-istat tajjeb tiegħu. It-test pnewmatiku għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni tal-proċeduri tas-sikurezza tat-testijiet mill-Istat Membru li fih isir it-test.

(c)

Barra minn hekk, il-korp notifikat għandu jwettaq testijiet fuq biċċiet għat-test meħudin minn biċċa għat-test tal-produzzjoni rappreżentattiva jew minn reċipjent, kif jagħżel il-manifattur, sabiex tiġi eżaminata l-kwalità tal-iwweldjar. It-testijiet għandhom isiru fuq weldjaturi lonġitudinali. Iżda, fejn jintużaw tekniki differenti ta’ wweldjar għal weldjaturi lonġitudinali u ċirkonferenzjali, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru fuq il-weldjaturi ċirkulari.

(d)

Għar-reċipjenti soġġetti għall-metodu sperimentali msemmija fil-punt 2.1.2 tal-Anness I dawn it-testijiet fuq biċċiet għat-test għandhom jinbidlu b’test idrostatiku fuq ħames reċipjenti meħudin b’mod każwali minn kull numru ta’ reċipjenti, sabiex jiġi kkontrollat li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fil-punt 2.1.2 tal-Anness I.

(e)

Fil-każ ta’ lottijiet aċċettati, il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew iqabbad lil min iwaħħal, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq kull reċipjent u għandu jipproduċi ċertifikat ta’ konformità bil-miktub dwar it-testijiet imwettqa. Ir-reċipjenti kollha fil-lott jistgħu jitqiegħdu fis-suq għajr dawk li ma għaddewx b’mod sodisfaċenti minn test idrostatiku jew test pnewmatiku.

(f)

Jekk lott jiġi rifjutat, il-korp notifikat għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ dak il-lott. Fl-eventwalità ta’ rifjut b’mod frekwenti tal-lottijiet, il-korp notifikat jista’ jissospendi l-verifika tal-istatistika.

(g)

Il-manifattur għandu jkun jista’ jforni wara talba mill-awtoritajiet rilevanti, iċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat li saret referenza għalihom fil-punt (e).

2.3.2.

Il-korp notifikat għandu jipprovdi kopja tar-rapport ta’ spezzjoni lill-Istat Membru li nnotifikaha, u, b’talba, lill-korpi notifikati l-oħra, l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

2.3.3.

Il-manifattur għandu, bir-responsabbiltà tal-korp notifikat, iwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat matul il-proċess ta’ manifattura.

2.4.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

2.4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull reċipjent individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

2.4.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ reċipjent u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li r-reċipjent ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tar-reċipjent li għalih tkun tfasslet.

2.4.3.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

2.5.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 2.4, jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

3.   Il-konformità mat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tar-reċipjenti f’intervalli mhux regolari (Il-Modulu C2)

3.1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tal-prodott f’intervalli mhux regolari huma dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li r-reċipjenti konċernati jkunu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.2.   Il-manifatturar

3.2.1.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tar-reċipjenti manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.2.2.

Qabel ma jibda l-manifattura, il-manifattur għandu jipprovdi lill-korp notifikat tal-għażla tiegħu l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika, li għandha tinkludi wkoll:

iċ-ċertifikati marbuta mal-kwalifika xierqa tal-operazzjonijiet tal-iwweldjar u tal-welders jew l-operaturi tal-iwweldjar;

il-karta ta’ spezzjoni għall-materjali użati fil-manifattura ta’ partijiet u armar li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċipjent;

rapport dwar l-eżamijiet u testijiet li saru.

(b)

iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE;

(c)

dokument li jiddeskrivi l-proċessi tal-manifatturar u l-miżuri sistematiċi kollha deċiżi minn qabel meħuda biex tkun żgurata l-konformità tar-reċipjenti mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE.

Il-korp notifikat għandu, qabel id-data li fiha tibda kull manifattura, jeżamina dawk id-dokumenti sabiex jiċċertifika l-konformità tagħhom maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

3.2.3.

id-dokument imsemmi fil-punt (c) tal-punt 3.2.2 għandu jinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-mezz ta’ manifattura u ċċekkjar xieraq għall-kostruzzjoni tar-reċipjent;

(b)

dokument ta’ spezzjoni li jiddeskrivi l-eżamijiet u testijiet xierqa li għandhom isiru waqt il-manifattura, flimkien mal-proċeduri ta’ dawn u l-frekwenza li bihom għandhom isiru;

(c)

impenn li jsiru l-eżamijiet u testijiet bi qbil mad-dokument ta’ spezzjoni u li jsir test idrostatiku jew, soġġett għall-ftehim tal-Istat Membru, test pnewmatiku esegwit fuq kull reċipjent manifatturat bi pressjoni tat-test ugwali għal darba u nofs il-pressjoni tad-disinn. dawn l-eżamijiet u testijiet għandhom isiru bir-responsibbilità ta’ ħaddiema kwalifikati li jkunu indipendenti minn nies impjegati tal-produzzjoni, u għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapport;

(d)

l-indirizzi tal-postijiet ta’ manifattura u ħażna u d-data li fiha għandha tibda l-manifattura.

3.3.   Verifika tar-reċipjenti

Il-korp notifikat għandu jagħmel kontrolli tar-reċipjent jew iqabbad lil min jagħmilhom, fuq kampjuni mhux regolari f’intervalli mhux regolari, kif iddeterminat mill-korp, biex tiġi vverifikata l-kwalità tal-kontrolli interni tar-reċipjent, fejn jitqiesu, inter alia, il-komplessità teknoloġika tar-reċipjenti u l-kwantità ta’ produzzjoni. Għandu jiġi eżaminat kampjun xieraq tar-reċipjent finali, meħud fil-post mill-korp notifikat qabel it-tqegħid fis-suq, u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati, u/jew testijiet ekwivalenti stipulati fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi verifikata l-konformità tar-reċipjent mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Il-korp notifikat għandu jiżgura li l-manifattur effettivament jiċċekkja reċipjenti prodotti f’sensiela bi qbil mal-punt (c) tal-punt 3.2.3.

Fejn kampjun ma jikkonformax mal-livell ta’ kwalità aċċettabbli, il-korp notifikat għandu jieħu miżuri xierqa.

Il-proċedura kampjunarja tal-aċċettazzjoni li għandha tiġi applikata hija maħsuba biex tiddetermina jekk il-proċess ta’ manifattura tar-reċipjent konċernat jaħdimx f’limiti aċċettabbli, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità tar-reċipjent.

Il-korp notifikat għandu jipprovdi kopja tar-rapport ta’ spezzjoni maħruġ minnu lill-Istat Membru li nnotifikaha, u, b’talba, lill-korpi notifikati l-oħra, l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Il-manifattur għandu, bir-responsabbiltà tal-korp notifikat, iwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat matul il-proċess ta’ manifattura.

3.4.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

3.4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull reċipjent individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

3.4.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ reċipjent u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li r-reċipjent ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tar-reċipjent li għalih tkun tfasslet.

3.4.3.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

3.5.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 3.4, jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

4.   Il-konformità mat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni (Il-Modulu C)

4.1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni huwa dik il-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 4.2 u 4.3, u jiżgura, u jiddikjara, li r-reċipjenti kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

4.2.   Il-manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tar-reċipjenti manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

Il-manifattur, qabel ma jibda l-manifattura, għandu jipprovdi lill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE bl-informazzjoni kollha meħtieġa, u b’mod partikolari:

(a)

iċ-ċertifikati marbuta mal-kwalifika xierqa tal-operazzjonijiet tal-iwweldjar u tal-welders jew l-operaturi tal-iwweldjar;

(b)

il-karta ta’ spezzjoni għall-materjali użati fil-manifattura ta’ partijiet u armar li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċipjent;

(c)

rapport dwar l-eżamijiet u testijiet li saru.

(d)

dokument li jiddeskrivi l-proċessi tal-manifattura u l-miżuri sistematiċi kollha deċiżi minn qabel meħuda biex tkun żgurata konformità tar-reċipjenti mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE.

Id-dok.umenti għandu jinkludi:

(i)

deskrizzjoni tal-mezz ta’ manifattura u ċċekkjar xieraq għall-kostruzzjoni tar-reċipjent;

(ii)

dokument ta’ spezzjoni li jiddeskrivi l-eżamijiet u testijiet xierqa li għandhom isiru waqt il-manifattura, flimkien mal-proċeduri ta’ dawn u l-frekwenza li bihom għandhom isiru;

(iii)

impenn li jsiru l-eżamijiet u testijiet bi qbil mad-dokument ta’ spezzjoni u li jsir test idrostatiku jew, soġġett għall-ftehim tal-Istat Membru, test pnewmatiku esegwit fuq kull reċipjent manifatturat bi pressjoni tat-test ugwali għal darba u nofs il-pressjoni tad-disinn. dawn l-eżamijiet u testijiet għandhom isiru bir-responsibbilità ta’ ħaddiema kwalifikati li jkunu indipendenti minn nies impjegati tal-produzzjoni, u għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapport;

(iv)

l-indirizzi tal-postijiet ta’ manifattura u ħażna u d-data li fiha għandha tibda l-manifattura.

Il-korp notifikat għandu, qabel id-data li fiha tibda kull manifattura, jeżamina d-dokumenti sabiex jiċċertifika l-konformità tagħhom maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

4.3.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

4.3.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull reċipjent individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.3.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ reċipjent u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li r-reċipjent ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tar-reċipjent li għalih tkun tfasslet.

4.3.3.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

4.4.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 4.3, jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS III

ISKRIZZJONIJIET, ISTRUZZJONIJIET, DEFINIZZJONIJIET U SIMBOLI

1.   Il-marka CE u l-iskrizzjonijiet

1.1.

Reċipjenti li l-prodott PS × V tagħhom jeċċedi l-50 bar/litru għandhom iġorru l-marka CE pprovduta fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u l-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha ġiet imwaħħla l-marka CE.

1.2.

Ir-reċipjenti jew il-pjanċa tad-data tagħhom għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-pressjoni massima tax-xogħol (PS f’bar);

(b)

it-temperatura massima tax-xogħol (Tmax f’°C);

(c)

it-temperatura minima tax-xogħol (Tmin f’°C);

(d)

il-kapaċità tar-reċipjent (V f’L);

(e)

l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata u l-indirizz tal-manifattur;

(f)

it-tip u l-identifikazzjoni tas-serje jew tal-lott tar-reċipjent.

1.3.

Fejn tintuża l-pjanċa tad-data, għandha tkun ddisinjata b’mod li ma tistax terġa’ tintuża u għandha tinkludi spazju vojt sabiex tippermetti li tiġi pprovduta informazzjoni oħra.

2.   Istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza

L-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji mogħtija f’punt 1.2 ħlief l-identifikazzjoni tas-serje jew tal-lott tar-reċipjent;

(b)

l-użu maħsub għar-reċipjent;

(c)

Ir-rekwiżiti ta’ manutenzjoni u stallazzjoni għas-sikurezza tar-reċipjent.

3.   Definizzjonijiet u simboli

3.1.   Definizzjonijiet

(a)

Il-pressjoni tad-disinn “P” hija l-pressjoni mmarkata magħżula mill-manifattur u użata biex tkun deċiża l-ħxuna tal-partijiet tar-reċipjent taħt pressjoni.

(b)

Il-pressjoni massima operattiva “PS” hija l-ogħla pressjoni mmarkata li tista’ tiġi eżerċitata f’kundizzjonijet normali ta’ użu tar-reċipjent.

(c)

It-temperatura minima operattiva Tmin hija l-iktar temperatura baxxa stabbilizzata li l-ħajt tar-reċipjent jista’ jikseb f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.

(d)

It-temperatura massima operattiva Tmax hija l-ogħla temperatura stabbilizzata li l-ħajt tar-reċipjent jista’ jikseb f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.

(e)

Is-saħħa ta’ li toħroġ “ReT” hija l-valur fit-temperatura massima operattiva Tmax ta’ kwalunkwe minndawn li ġejjin:

(i)

ta’ fuq ta’ dak li joħroġ ReH għal materjal b’punti ta’ li joħroġ sew fuq u sew taħt;

(ii)

il-prova ta’ saħħa Rp0,2 ta’ 0,2 %;

(iii)

il-prova ta’ tensjoni saħħa Rp1,0 ta’ 1,0 % fil-każ ta’ aluminju mhux imħallat.

(f)

Familji ta’ reċipjenti:

Reċipjenti jiffurmaw parti mill-istess familja jekk ikunu differenti mill-prototip biss fid-dijametru, sakemm ir-rekwiżiti permessibbli li għalihom jirreferi fil-punt 2.1.1 u 2.1.2 tal-Anness I ikunu mħarsa u/jew fit-tul tal-porzjon ċilindriku fil-limiti li ġejjin:

(i)

prototip ikollu ċurkett jew aktar fil-qoxra barra mit-truf, varjanti fil-familja għandu jkollhom mill-inqas ċurkett wieħed fil-qoxra;

(ii)

prototip ikollu biss żewġt itruf iddixxjati, varjanti fil-familja ma għandux ikollhom ċrieket fil-qoxra.

Varjazzjonijiet fit-tul li jikkawżaw aperturi u/jew penetrazzjonijiet li għandhom ikunu modifikati għandhom jintwerew fit-tpinġijiet għal kull varjant.

(g)

Lott ta’ reċipjenti jikkonsisti l-aktar minn 3 000 reċipjent tal-mudell tal-istess tip.

(h)

Hemm il-manifattura f’sensiela fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jekk aktar minn reċipjent wieħed tal-istess tip jiġi manifatturat waqt perjodu mogħti bi proċess ta’ manifattura kontinwa, bi qbil ma’ disinn komuni u bl-użu tal-istess proċessi ta’ manifattura.

(i)

karta ta’ spezzjoni: dokument li bih il-produttur tal-materjali jiċċertifika li l-prodotti kkunsinjati jilħqu r-rekwiżiti tal-ordni u li fih iniżżel ir-riżultati tat-test ta’ spezzjoni b’rutina fl-impjant, b’mod partikolari l-kompożizzjoni kimika u l-karatteristiċi mekkaniċi magħmula fuq prodotti magħmula bl-istess proċess ta’ produzzjoni bħall-kunsinna, iżda mhux bilfors fuq il-prodotti kkunsinjati.

3.2.   Simboli

A

It-titwil wara l-frattura (Lo = 5,65√So)

%

A80 mm

It-titwil wara l-frattura (Lo = 80 mm)

%

KCV

ksur mgħawweġ ta’ enerġija

J/cm2

P

pressjoni tad-disinn

Bar

PS

pressjoni massima operattiva

Bar

Ph

pressjoni tat-test idrostatiku jew pnewmatiku

Bar

Rp0,2

0.2 % Is-saħħa tal-prova

N/mm2

ReT

Is-saħħa ta’ ħruġ f’temperatura massima operattiva

N/mm2

ReH

ta’ fuq ta’ dak li joħroġ

N/mm2

Rm

saħħa ta’ tensjoni,

N/mm2

Rm, max

saħħa ta’ tensjoni massima

N/mm2

Rp1,0

1,0 % is-saħħa tal-prova

N/mm2

Tmax

temperatura operattiva massima

°C

Tmin

temperatura operattiva minima

°C

V

kapaċità tar-reċipjent

L


ANNESS IV

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE (Nru XXXX) (1)

1.

Reċipjent/mudell tar-reċipjent (numru tal-prodott, tat-tip, tal-lott jew tas-serje):

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità qiegħda tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tar-reċipjent li tippermetti t-traċċabilità; jekk ikun neċessarju għall-identifikazzjoni tar-reċipjent, din tista’ tinkludi stampa):

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Il-korp notifikat … (isem, numru) … wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(1)  Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta’ konformità.


ANNESS V

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emenda tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 43)

Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 264, 8.10.2009, p. 12)

 

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

Punt (j) tal-Artikolu 26(1) biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u dati ta’ applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/105/KE

(imsemmija fl-Artikolu 43)

Direttiva

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

87/404/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1989.

1 ta’ Lulju 1990 (1)

90/488/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1991.

93/68/KEE

fit-30 ta’ Ġunju 1994.

1 ta’ Jannar 1995 (2)


(1)  Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 87/404/KEE, l-Istati Membri għandhom, għall-perijodu sal-1 ta’ Lulju 1992, jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew fis-servizz ta’ reċipjenti li jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ fit-territorji tagħhom qabel l-1 ta’ Lulju 1990.

(2)  Skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 93/68/KEE, sal-1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw mal-arranġamenti ta’ mmarkar fis-seħħ qabel fl-1 ta’ Jannar 1995.


ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 2009/105/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(1), kliem introduttorju

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(3)(a)

L-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e)

L-Artikolu 1(3)(b)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 13

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

Artikolu 11(1) u (2)

L-Artikolu 11(3)

L-Anness II, punt 2.3

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13(1)

L-Anness II, punt 3.2.1

L-Artikolu 13(2)

L-Anness II, punt 3.2.2

L-Artikolu 13(3)

L-Artikolu 14

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20

L-Artikolu 21

L-Artikolu 22

L-Artikolu 23

L-Artikolu 24

L-Artikolu 25

L-Artikolu 26

L-Artikolu 27

L-Artikolu 28

L-Artikolu 29

L-Artikolu 30

L-Artikolu 31

L-Artikolu 32

L-Artikolu 33

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 34

L-Artikolu 35

L-Artikolu 36

L-Artikolu 37

L-Artikolu 38

L-Artikolu 39

L-Artikolu 40

L-Artikolu 41

L-Artikolu 18

L-Artikolu 42(2)

L-Artikolu 42(1)

L-Artikolu 19

L-Artikolu 43

L-Artikolu 20

L-Artikolu 44

L-Artikolu 21

L-Artikolu 45

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II, punti 1, 2 u 4

L-Anness III

L-Anness II, punt 3

L-Anness II, punti 1.3(c), 2.2, 3.2.2 u 4.2(a)(b)(c)

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness IV

L-Anness V

L-Anness V

L-Anness VI


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala "kumitati ta' komitoloġija" fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.


29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/79


DIRETTIVA 2014/30/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Għadd ta’ emendi jridu jsiru fid-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (3). Dik id-Direttiva għandha titfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (4) jistipula regoli dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5), tistabbilixxi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza maħsubin biex japplikaw għal-liġijiet settorjali kollha biex tkun stabbilita bażi konsistenti għar-reviżjoni jew riformulazzjonijiet ta’ dawk il-liġijiet. Id-Direttiva 2004/108/KE għandha tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-komunikazzjonijiet bir-radju, inklużi r-riċezzjoni ta’ xandir bir-radju u s-servizz ta’ radju dilettantesk li jopera skont ir-regolamenti tar-radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekommunikazzjoni (ITU), ir-rettikolati ta’ provvista elettrika u r-rettikolati ta’ telekomunikazzjoni, kif ukoll tagħmir konness ma’ dan, ikunu mħarsa kontra disturb.

(5)

Id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li jiżguraw il-protezzjoni kontra disturb elettromanjetiku jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex il-moviment liberu ta’ apparat elettriku u elettroniku jkun garantit mingħajr ma jnaqqas il-livelli ġustifikati ta’ protezzjoni fl-Istati Membri.

(6)

Din id-Direttiva tkopri prodotti li jkunu ġodda għas-suq tal-Unjoni meta jitqiegħdu fis-suq; jiġifieri li jkunu jew prodotti ġodda fjamanti magħmula minn manifattur stabbilit fl-Unjoni jew prodotti, ġodda jew użati, impurtati minn pajjiż terz.

(7)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(8)

It-tagħmir kopert b’din id-Direttiva għandu jinkludi kemm apparat kif ukoll stallazzjonijiet fissi. Madankollu, dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu adottati għal kull wieħed minn dawn. Dan minħabba li, filwaqt li apparat bħala tali għandu l-moviment liberu fl-Unjoni, stallazzjonijiet fissi min-naħa l-oħra huma stallati għall-użu permanenti f’lok predefinit, bħala kompożizzjonijiet ta’ tipi varji ta’ apparat u, fejn xieraq, strumenti oħra. Il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ tali stallazzjonijiet jikkorrispondu fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għar-rekwiżiti partikolari tal-operaturi tagħhom.

(9)

Fejn din id-Direttiva tirregola l-apparat, għandha tapplika għal apparat lest li huwa imqiegħed fis-suq. Ċerti komponenti jew sottokompożizzjonijiet għandhom, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġu kkunsidrati bħala apparat jekk ikunu disponibbli għall-utent finali.

(10)

It-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva billi huma diġà regolati bid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (6). Ir-rekwiżiti ta’ kompatibilità elettromanjetika fiż-żewġ Direttivi jilħqu l-istess livell ta’ protezzjoni.

(11)

Inġenji tal-ajru jew tagħmir li għandu jiġi stallat f’inġenji tal-ajru ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva, billi huma diġà suġġetti għal regolamenti speċjali tal-Unjoni jew internazzjonali li jirregolaw il-kompatibilità elettromanjetika.

(12)

Din id-Direttiva m’għandhiex tirregola tagħmir li, fin-natura tiegħu, mhux ta’ ħsara fir- rigward tal-kompatibilità elettromanjetika.

(13)

Din id-Direttiva ma għandhiex tittratta dwar is-sigurtà ta’ tagħmir, billi din hija ttrattata minn leġislazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali separata.

(14)

Manifatturi ta’ tagħmir intiż biex jiġi konness ma’ rettikolati għandhom jibnu tali tagħmir b’mod li r-rettikolati ma jsofrux minn degradazzjoni inaċċettabbli tas-servizz meta użati taħt kundizzjonijiet normali ta’ operat. Operaturi ta’ rettikolati għandhom jibnu r-rettikolati tagħhom f’tali mod li l-manifatturi ta’ tagħmir li jista’ jiġi konness ma’ rettikolati ma jsofrux piż sproporzjonat sabiex iżommu milli r-rettikolati jsofru degradazzjoni inaċċettabbli tas-servizz. L-organizzazzjonijiet Ewropej ta’ standardizzazzjoni għandhom jieħdu kont xieraq ta’ dak il-għan (inkluż l-effetti kumulattivi tat-tipi rilevanti ta’ fenomeni elettromanjetiċi) meta jkunu qed jiżviluppaw standards armonizzati.

(15)

Il-protezzjoni kontra d-disturb elettromanjetiku teħtieġ l-impożizzjoni ta’ obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi diversi. Dawk l-obbligi għandhom jiġu applikati b’mod ġust u effettiv sabiex tintlaħaq tali protezzjoni.

(16)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-apparat ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ interessi pubbliċi, koperti minn din id-Direttiva, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(17)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri adegwati biex jassiguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk l-apparati biss li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina tal-forniment u tad-distribuzzjoni

(18)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(19)

Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ unikament l-obbligu tal-manifattur.

(20)

Jeħtieġ li jiġi assigurat li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità adegwati fir-rigward ta’ dawk l-apparati. Għalhekk għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-apparati li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq apparati li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu saru l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u li l-marki tal-apparati u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(21)

Meta jqiegħed apparat fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq l-apparat ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-apparat ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq l-apparat.

(22)

Id-distributur joffri l-apparat fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jassigura li t-trattament tal-apparat min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tal-apparat.

(23)

Kwalunkwe operatur ekonomiku li jqiegħed apparat f’ismu jew bit-trade mark tiegħu jew jimmodifika apparat b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(24)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fil-kompiti ta’ sorveljanza tas-suq li jsiru minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom ikunu mħejjija biex jipparteċipaw b’mod attiv billi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-apparat inkwistjoni.

(25)

Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà tal-apparat fil-katina kollha tal-provvista, dan jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza biex jittraċċaw lil operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq apparati mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni mitluba skont din id-Direttiva għall-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx jintalbu jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu pprovdewlhom apparat jew li lilhom ikunu pprovdew apparat.

(26)

Stallazzjonijiet fissi, inklużi magni kbar u rettikolati, jistgħu joħolqu disturb elettromanjetiku, jew jistgħu jkunu affettwati minnu. Jista’ jkun hemm interface bejn stallazzjonijiet fissi u apparat, u d-disturbi elettromanjetiċi prodotti minn stallazzjonijiet fissi jistgħu jaffettwaw apparat, u viċeversa. F’termini ta’ kompatibilità elettromanjetika, huwa irrilevanti jekk id-disturb elettromanjetiku huwiex prodott minn apparat jew minn stallazzjoni fissa. Għaldaqstant, stallazzjonijiet fissi u apparati għandhom jiġu suġġetti għal sistema koerenti u komprensiva ta’ rekwiżiti essenzjali.

(27)

Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti huwa neċessarju li tiġi prevista preżunzjoni tal-konformità mal-istandards armonizzati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (7) biex jiġu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dawk ir-rekwiżiti. Standards armonizzati jirriflettu t-teknika l-aktar moderna ġeneralment rikonoxxuta fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ kompatibilità elettromanjetika fl-Unjoni.

(28)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprevedi proċedura għal oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati, fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(29)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw li l-apparati disponibbli fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali, huwa neċessarju li jiġu previsti proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut. Biex tkun żgurata koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn dawk il-moduli.

(30)

L-obbligu tal-istima ta’ konformità għandu jobbliga lill-manifattur biex jagħmel stima tal-kompatibilità elettromanjetika tal-apparat, ibbażata fuq il-fenomeni rilevanti, sabiex tiġi determinata jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva jew le.

(31)

Fil-każijiet fejn apparat huwa kapaċi jieħu konfigurazzjonijiet differenti, l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika għandha tikkonferma jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali fil-konfigurazzjonijiet maħsuba mill-manifattur bħala rappreżentattiv tal-użu normali fl-applikazzjonijiet intiżi. F’tali każijiet għandu jkun biżżejjed li ssir stima fuq il-bażi tal-konfigurazzjoni li għandha l-ikbar ċans li toħloq l-akbar disturb u l-konfigurazzjoni l-iżjed suxxettibbli għal disturb.

(32)

Mhuwiex xieraq li ssir l-istima ta’ konformità ta’ apparat mqiegħed fis-suq għall-inkorporazzjoni fi stallazzjoni fissa speċifika, u li ma jsirx disponibbli fis-suq b’mod ieħor, separatament mill-istallazzjoni fissa li fiha ser jiġi nkorporat l-apparat. Għalhekk tali apparat għandu jiġi eżentat mill-proċeduri ta’ stimar ta’ konformità normalment applikabbli għal apparat. Madankollu, tali apparat ma għandux jitħalla jikkomprometti l-konformità tal-istallazzjoni fissa li fiha jiġi inkorporat. Jekk apparat jiġi inkorporat f’iżjed minn stallazzjoni waħda fissa identika, l-identifikazzjoni tal-karatteristiċi ta’ kompatibilità elettromanjetika ta’ dawn l-istallazzjonijiet għandha tkun biżżejjed biex tkun żgurata l-eżenzjoni mill-proċedura ta’ stima ta’ konformità.

(33)

Il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva dwar il-konformità tal-apparat ma’ din id-Direttiva u ma’ leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

(34)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali ta’ konformità.

(35)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ apparat, hija r-riżultat viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni ta’ konformità f’sens wiesa’. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Ir-regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(36)

Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, stallazzjonijiet fissi ma għandhomx jiġu suġġetti għat-twaħħil tal-marka CE jew għad-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità.

(37)

Waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva titlob l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(38)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2004/108/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(39)

Jekk xi korp ta’ valutazzjoni juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards tal-armonizzazzjoni, għandha tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(40)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità jeħtieġ ukoll li jkunu ffissati rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(41)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditazzjoni kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditazzjoni hija mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandha tintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(42)

L-akkreditazzjoni trasparenti kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li tiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati, għandha tkun ikkunsidrata mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet eżegwiti minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(43)

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ sabiex l-apparati jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li trid tiġi notifikata u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet mwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji.

(44)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ ssir notifika onlajn.

(45)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(46)

Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(47)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fl-Unjoni, stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għall-apparat kopert minn din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma għandhiex twaqqaf lill-Istati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawk l-inkarigi.

(48)

Id-Direttiva 2004/108/KE diġà tipprevedi proċedura ta’ salvagwardja. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(49)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li taħtha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin sabiex jittieħdu fir-rigward ta’ apparati li jippreżentaw riskju għal aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku koperti b’din id-Direttiva. Għandha tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel fir-rigward ta’ dawk l-apparati.

(50)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(51)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8).

(52)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu l-Istat Membru tan-notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom.

(53)

Bi qbil mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tagħha jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(54)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(55)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ apparat li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(56)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawk ir-regoli jkunu infurzati. Il-pieni stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(57)

Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott ta’ apparat li diġà tqiegħed fis-suq skont id-Direttiva 2004/108/KE qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu apparati li tqiegħdu fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(58)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern billi jkun hemm ir-rekwiżit li t-tagħmir jikkonforma ma’ livell xieraq ta’ kompatibilità elettromanjetika, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(59)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ġej mid-Direttiva preċedenti 2004/108/KE.

(60)

Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttiva mniżżla fl-Anness V,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tirregola l-kompatibilità elettromanjetika tat-tagħmir. L-għan tagħha hu li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern billi teħtieġ li t-tagħmir jikkonforma ma’ livell adegwat ta’ kompatibilità elettromanjetika.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tagħmir kif definit fl-Artikolu 3.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

tagħmir kopert bid-Direttiva 1999/5/KE;

(b)

prodotti, partijiet u appliances ajronawtiċi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (9);

(c)

tagħmir tar-radju utilizzat minn dilettanti tar-radju fit-tifsira tar-Regolamenti tar-Radju adottata fil-qafas tal-Kostituzzjoni tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni u l-Konvenzjoni tal- Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (10), sakemm it-tagħmir ma jsirx disponibbli fis-suq;

(d)

tagħmir li n-natura inerenti tal-karatteristiċi fiżiċi tiegħu hija tali li:

(i)

mhux kapaċi li jiġġenera jew li jikkontribwixxi għal emissjonijiet elettromanjetiċi li jaqbżu livell li jippermetti lit-tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoni u tagħmir ieħor li jaħdem kif intiż; u

(ii)

jopera mingħajr degradazzjoni inaċċettabbli fil-preżenza tad-disturb elettromanjetiku li normalment iseħħ bl-użu intiż tiegħu.

(e)

kitts ta’ evalwazzjoni mibnija skont l-ordni destinati għal professjonisti biex jintużaw biss f’faċilitajiet ta’ riċerka u żvilupp għal tali skopijiet.

Għall-għanijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, kitts ta’ komponenti li għandhom jiġu mmuntati minn dilettanti tar-radju u tagħmir magħmul disponibbli fis-suq u modifikat minn dilettanti tar-radju u għall-użu minnhom ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tagħmir magħmul disponibbli fis-suq.

3.   Fejn, għat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1, parti jew it-totalità tar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I huma stabbiliti iżjed speċifikament minn leġislazzjoni tal-Unjoni oħra, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika, għal dak it-tagħmir fir-rigward ta’ tali rekwiżiti mid-data tal-implimentazzjoni ta’ dik il-leġislazzjoni tal-Unjoni.

4.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali dwar is-sigurtà tat-tagħmir.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tagħmir” tfisser kwalunkwe apparat jew stallazzjoni fissa;

(2)

“apparat” tfisser kwalunkwe appliance lesta, jew kombinazzjoni ta’ appliances lesti, li huma disponibbli fis-suq bħala unità funzjonali waħda, intiżi għall-użu mill-utent aħħari, u li x’aktarx joħolqu disturb elettromanjetiku, jew li l-prestazzjoni tagħhom x’aktarx tkun affettwata minn tali disturb;

(3)

“stallazzjoni fissa” tfisser kombinazzjoni partikolari ta’ diversi tipi ta’ apparat u, fejn applikabbli, strumenti oħra, li huma mmuntati, installati u intiżi biex jiġu użati b’mod permanenti f’lok predefinit;

(4)

“kompatibilità elettromanjetika” tfisser il-kapaċità ta’ tagħmir li jaħdem b’mod sodisfaċenti fl-ambjent elettromanjetiku tiegħu mingħajr ma jintroduċi disturb elettromanjetiku intollerabbli għal tagħmir ieħor f’dak l-ambjent;

(5)

“disturb elettromanjetiku” tfisser kwalunkwe fenomenu elettromanjetiku li jista’ jiddegrada l-prestazzjoni tat-tagħmir; disturb elettromanjetiku jista’ jkun ħoss elettromanjetiku, sinjal mhux mixtieq jew bidla fil-mezz ta’ propagazzjoni innifsu;

(6)

“immunità” tfisser il-kapaċità ta’ tagħmir li jaħdem kif suppost mingħajr degradazzjoni fil-preżenza ta’ disturb elettromanjetiku;

(7)

“għanijiet ta’ sigurtà” tfisser l-għanijiet tal-ħarsien tal-ħajja umana jew tal-proprjetà;

(8)

“ambjent elettromanjetiku” tfisser il-fenomeni elettromanjetiċi kollha osservabbli f’lok determinat.

(9)

“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ apparat għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(10)

“tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(11)

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura l-apparat jew li tiddisinja jew timmanifattura l-apparat, u li tikkummerċjalizza dak l-apparat, f’isimha jew bit-trade mark tagħha;

(12)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi;

(13)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed apparat minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(14)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel l-apparat disponibbli fis-suq;

(15)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentanti awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(16)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati mit-tagħmir;

(17)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(18)

“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(19)

“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(20)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva relatati ma’ xi apparat ġewx issodisfati;

(21)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;

(22)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura apparat li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(23)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li apparat fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(24)

“leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti;

(25)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-apparat huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat bħala apparat:

(1)

“komponenti” jew “sottokompożizzjonijiet” intiżi għall-inkorporazzjoni f’apparat mill-utent finali, li jistgħu jiġġeneraw disturb elettromanjetiku, jew li l-prestazzjoni tagħhom x’aktarx tkun affettwata minn tali disturb;

(2)

“stallazzjonijiet mobbli” tfisser kombinazzjoni ta’ apparat, u fejn applikabbli, ta’ mezzi oħra, intiż biex jiġi mċaqlaq u operat f’diversi lokalitajiet.

Artikolu 4

Disponibbiltà fis-suq u/jew tqegħid fis-servizz

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li tagħmir isir disponibbli fis-suq u/jew fis-servizz biss jekk jikkonforma ma’ din id-Direttiva meta jkun stallat, miżmum u użat kif suppost għall-iskop intiż tiegħu.

Artikolu 5

Moviment liberu ta’ tagħmir

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kompatibilità elettromanjetika, id-disponibbiltà fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom ta’ tagħmir li jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

2.   Ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru tal-miżuri speċjali li ġejjin dwar it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ tagħmir:

(a)

miżuri sabiex tingħeleb problema ta’ kompatibilità elettromanjetika eżistenti jew imbassra f’sit speċifiku;

(b)

miżuri meħudin għal raġunijiet ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ rettikolati pubbliċi ta’ telekomunikazzjoni jew ta’ stazzjonijiet li jirċievu jew li jittrażmettu meta użati għal skopijiet ta’ sigurtà f’sitwazzjonijiet ta’ spettru definiti tajjeb.

Bla preġudizzju għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (11), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-miżuri speċjali.

Il-miżuri speċjali li ġew aċċettati għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   L-Istati Membri ma għandhom joħolqu l-ebda ostakolu għall-wiri u/jew id-dimostrazzjoni f’fieri, f’esibizzjonijiet jew f’avvenimenti simili ta’ tagħmir li ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva, kemm-il darba sinjal viżibbli jindika biċ-ċar li tali tagħmir ma għandux jitpoġġa disponibbli fis-suq u/jew jitqiegħed fis-servizz sakemm ma jkunx inġieb f’konformità ma’ din id-Direttiva. Dimostrazzjoni tista’ sseħħ biss bil-kundizzjoni li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu evitati disturbi elettromanjetiċi.

Artikolu 6

Rekwiżiti essenzjali

It-tagħmir għandu jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

KAPITOLU 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 7

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jqiegħdu l-apparati tagħhom fis-suq il-manifatturi għandhom jiżguraw li tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II jew l-Anness III u jwettqu l-proċedura rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha f’isimhom.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li l-apparat huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u jwaħħlu l-marka CE.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-apparat ikun tqiegħed fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom f’posthom proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu b’mod suffiċjenti dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi tal-apparat u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità tal-apparat.

5.   Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-apparat li huma qiegħdu fis-suq ikollu t-tip, il-partita u n-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew natura tagħhom ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja l-apparat.

6.   Il-manifatturi għandhom, fuq l-apparat, jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-apparat. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-apparat ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u l-informazzjoni ta’ sikurezza msemmija fl-Artikolu 18, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni, kif ukoll kull tip ta’ tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li apparat li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-apparat isir konformi, jirtirawh jew jeħduh lura, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, fejn l-apparat jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-apparat disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-apparat ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-apparat li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 8

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifatturi jistgħu, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u l-obbligu tat-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

li jżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-apparat ikun tqiegħed fis-suq;

(b)

fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, huwa għandu jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità tal-apparat;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex ikunu eliminati riskji preżentati mill-apparat kopert mill-mandat tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

Artikolu 9

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq dak l-apparat li huwa konformi biss.

2.   Qabel ma jqiegħdu l-apparat fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa tal-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur imsemmija fl-Artikolu 14. Huma għandhom jassiguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-apparat ikollu l-marka CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-apparat ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed l-apparat fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn l-apparat jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi għandhom, fuq l-apparat, jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-apparat. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jassiguraw li l-apparat ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5.   L-importaturi għandhom jassiguraw li, waqt li l-apparat ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna jew ta’ trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

6.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-apparat li huma jkunu qiegħdu fis-suq mhux konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex l-apparat isir konformi, jirtirawh jew jeħduh lura, skont il-każ. Barra minn hekk, fejn l-apparat jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-apparat disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

7.   L-importaturi għandhom, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-apparat ikun tqiegħed fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

8.   L-importaturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tal-apparat, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-apparat li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 10

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jagħmlu apparat disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jagħmlu l-apparat disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-apparat ikollu l-marka CE, jiġifieri li jkun akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa kif ukoll minn struzzjonijiet u informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18, b’lingwa li tkun tista’ tiftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra fl-Istat Membru fejn ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq l-apparat, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3), rispettivament.

Fejn distributur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li l-apparat ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I, huwa għandu jagħmel l-apparat disponibbli fis-suq biss wara li dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn l-apparat jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jassiguraw li, waqt li l-apparat ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna jew ta’ trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-apparat li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex l-apparat isir konformi, jirtirawh jew jeħduh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-apparat jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-apparat disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, wara talba raġunata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tal-apparat. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-apparat li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 11

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu 7, fejn huwa jqiegħed apparat fis-suq taħt ismu jew trade mark tiegħu, jew jimmodifika apparat li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’mod li jista’ jinċidi fuq il-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 12

L-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom b’apparat;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu provdew apparat.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bl-apparat u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew l-apparat.

KAPITOLU 3

IL-KONFORMITÀ TAT-TAGĦMIR

Artikolu 13

Preżunzjoni tal-konformità ta’ tagħmir

Tagħmir li jkun f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jkun preżunt li hu f’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 14

Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-apparat

Il-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I għandha tkun murija permezz waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

kontroll intern tal-produzzjoni stabbilit fl-Anness II;

(b)

eżami tat-tip tal-UE, li jkun segwit minn konformità mat-tip, ibbażat fuq il-kontroll intern tal-produzzjoni stabbilit fl-Anness III.

Il-manifattur jista’ jagħżel li jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għal ċerti aspetti tar-rekwiżiti essenzjali, sakemm għall-aspetti l-oħrajn tar-rekwiżiti essenzjali l-proċedura msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tiġi applikata.

Artikolu 15

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ sikurezza speċifikati fl-Anness I intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IV, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Annessi II u III u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed jew isir disponibbli fis-suq l-apparat.

3.   Meta l-apparat ikun suġġett għal att wieħed jew aktar tal-Unjoni, li jitlob dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE waħda fir-rigward tat-tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 17

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u indelibbli fuq l-apparat jew fuq it-tikketta tiegħu. Fejn dan ma jkunx possibbli jew in-natura tal-apparat ma tistħoqqilhiex, din għandha titwaħħal fuq il-pakkett u d-dokument li jakkumpanjaw l-apparat.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-apparat jitqiegħed fis-suq.

3.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dak l-immarkar.

Artikolu 18

Informazzjoni dwar l-użu tal-apparat

1.   L-apparat għandu jkun akkumpanjat b’informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu meta l-apparat jiġi mmuntat, stallat, mantnut jew użat, sabiex jiġi żgurat li, meta jitqiegħed fis-servizz, l-apparat ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’punt 1 tal-Anness I.

2.   L-apparat li għalih il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I mhix żgurata f’żoni residenzjali għandu jkun akkumpanjat minn indikazzjoni ċara ta’ tali restrizzjoni fl-użu, fejn xieraq fuq l-imballaġġ ukoll.

3.   L-informazzjoni meħtieġa li tippermetti li apparat jista’ jintuża skont l-iskop intiż tiegħu għandha tkun inkluża fl-istruzzjonijiet li jiġu mal-apparat.

Artikolu 19

Stallazzjonijiet fissi

1.   Apparat li jkun sar disponibbli fis-suq u li jista’ jiġi nkorporat fi stallazzjoni fissa għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha għal apparat stabbiliti f’din id-Direttiva.

Madankollu, ir-rekwiżiti tal-Artikoli minn 6 sa 12 u l-Artikoli minn 14 sa 18 ma għandhomx ikunu obbligatorji fil-każ ta’ apparat li huwa intiż għall-inkorporazzjoni fi stallazzjoni fissa partikolari u ma jsirx disponibbli b’mod ieħor fis-suq.

F’tali każijiet, id-dokumentazzjoni li tiġi miegħu għandha tidentifika l-installazzjoni fissa u l-karatteristiċi ta’ kompatibilità elettromanjetika tagħha u għandha tindika l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-inkorporazzjoni tal-apparat fl-istallazzjoni fissa sabiex il-konformità ta’ dik l-istallazzjoni ma tiġix kompromessa. Għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3).

Il-prattiki tajbin ta’ inġinerija msemmija fil-punt 2 tal-Anness I għandhom jiġu dokumentati u d-dokumentazzjoni għandha tinżamm mill-persuna jew persuni responsabbli għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għall-ispezzjoni sakemm l-istallazzjoni fissa tibqa’ topera.

2.   Fejn hemm indikazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tal-istallazzjoni fissa, b’mod partikolari, fejn hemm ilmenti dwar disturbi kkawżati mill-istallazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konċernat jistgħu jitolbu evidenza ta’ konformità tal-istallazzjoni fissa, u, fejn xieraq, jagħtu bidu għal valutazzjoni.

Fejn tiġi stabbilita nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu miżuri xierqa biex l-istallazzjoni fissa tinġieb f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-identifikazzjoni tal-persuna jew persuni responsabbli għall-istabbiliment ta’ konformità ta’ stallazzjoni fissa mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti.

KAPITOLU 4

NOTIFIKA TA’ KORPI TA’ VALUTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Artikolu 20

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti tal-evalwazzjoni tal-konformità tal-parti terza skont din id-Direttiva.

Artikolu 21

Awtoritajiet tan-notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-evalwazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inklużi l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

3.   Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew b’xi mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22. Addizzjonalment, tali korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 22

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.   L-awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ evalwazzjoni ta’ konformità.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-evalwazzjoni.

4.   L-awtorità tan-notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jsiru minn korpi tal-evalwazzjoni ta’ konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 23

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 24

Rekwiżiti marbuta ma’ korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.

2.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-apparat li jevalwa.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tal-apparat li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess jiġu murija, jitqies bħala tali korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

4.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-apparat li huma jevalwaw, u lanqas ma għandhom ikunu r-rappreżentanti ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti valutati li jkunu meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ apparat bħal dan għal għanijiet personali.

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dak l-apparat, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness III u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ apparat li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq l-evalwazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott konċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnu u awtorità adegwata biex jagħmel dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

konoxxenza adegwata u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali, stabbiliti fl-Anness I, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u tal-leġislazzjoni nazzjonali;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Ir-rimunerazzjoni ta’ dawk fl-ogħla livell tal-ġestjoni u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddipendi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Anness III jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Artikolu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

11.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 25

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ korpi notifikati

Fejn korp tal-valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 26

Sussidjarji u sottokuntrattar ta’ korpi notifikati

1.   Meta korp notifikat jagħti b’sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Anness III.

Artikolu 27

Applikazzjoni għal notifika

1.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-apparat li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

3.   Jekk il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

Artikolu 28

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-apparat inkwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 27(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun eżaminat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma tkunx intużat akkreditazzjoni.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil sussegwenti rilevanti fin-notifika.

Artikolu 29

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 30

Tibdil fin-notifika

1.   Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Hija għandha immedjatament tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 31

Sfida lill-kompetenza tal-korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew jekk korp notifikat għadux jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkollu.

2.   L-Istat Membru notifikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, wara talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, hija għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru tan-notifika sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika, jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 32

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-evalwazzjonijiet tal-konformità skont il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness III.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi.

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

Meta jkunu qed jagħmlu hekk huma għandhom madanakollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-apparat ma’ din id-Direttiva.

3.   Fejn korp notifikat isib li rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandux joħroġ ebda ċertifikat.

4.   Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li l-apparat ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jesiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċerifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 33

Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

Artikolu 34

Obbligu ta’ informazzjoni għall-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)

kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu jew il-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

wara talba, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn notifikati taħt din id-Direttiva li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess apparat bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, wara talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 35

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 36

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati taħt din id-Direttiva u li dawn isiru kif xieraq f’forma ta’ grupp settorjali ta’ korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-forum, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU 5

IS-SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI U L-KONTROLL TAL-APPARAT LI JIDĦOL FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 37

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-apparat li jidħol fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-apparat.

Artikolu 38

Proċeduri għat-trattament ta’ apparat li jippreżenta riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmnu li xi apparat jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għal xi aspetti oħra ta’ interess pubbliku ta’ protezzjoni koperti b’din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tal-apparat ikkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, tul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-apparat ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex l-apparat isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira l-apparat mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jassigura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi adegwati kollha fir-rigward tal-apparat kollu konċernat li huwa jkun disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-apparat milli jsir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom jew biex l-apparat jiġi rtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-apparat li mhux konformi, l-oriġini tal-apparat, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u l-perjodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tal-apparat li jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma’ aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku koperti b’din id-Direttiva; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tal-apparat ikkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adegwati, bħall-irtirar tal-apparat mis-suq, fir-rigward tal-apparat konċernatmingħajr dewmien.

Artikolu 39

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kuntrarja għall-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-apparat li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont il-każ. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-apparat ikun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 40

Nonkonformità formali

1.   Bla preġudizzju għall-Artikolu 38, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;

(d)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(f)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(6) jew fl-Artikolu 9(3) hi nieqsa, falza jew inkompleta;

(g)

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 7 jew fl-Artikolu 9 ma jkunx sodisfatt.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-apparat isir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi irtirat mis-suq.

KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KUMITAT, TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 41

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Il-kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew meħtieġa minn xi leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 42

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur, minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ. Tali regoli jistgħu jinkludu pieni kriminali għal ksur serju.

Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu li jsiru disponibbli fis-suq u/jew il-bidu ta’ servizz ta’ tagħmir kopert mid-Direttiva 2004/108/KE li jkun konformi ma’ dik id-Direttiva u li kien tqiegħed fis-suq qabel l-20 ta’ April 2016.

Artikolu 44

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sad-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 2(2), il-punti (9) sa (25) tal-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1), l-Artikoli 7 sa 12, l-Artikoli 15, 16 u 17, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(1), l-Artikoli 20 sa 43, u l-Annessi II, III u IV. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 45

Tħassir

Id-Direttiva 2004/108/KE titħassar b’effett mill-20 ta’ April 2016, bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttiva stabbiliti fl-Anness V.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, l-Artikolu 2, il-punti (1) sa (8) tal-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 6, l-Artikolu 13, l-Artikolu 19(3) u l-Anness I għandhom japplikaw mill-20 ta’ April 2016.

Artikolu 47

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.

(4)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(6)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(7)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(8)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(9)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(10)  Kostituzzjoni u Konvenzjoni tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni adottata mill-Konferenza Plenipotenzjarja Addizzjonali (Ġinevra, 1992) kif emendata mill-Konferenza Plenipotenzjarja (Kyoto, 1994).

(11)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

REKWIŻITI ESSENZJALI

1.   Ir-rekwiżiti ġenerali

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u fabbrikat, b’konsiderazzjoni għat-teknika l-aktar moderna, b’mod li jiġi żgurat li:

(a)

id-disturb elettromanjetiku ġenerat ma jaqbiżx il-livell li ‘l fuq minnu, tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoni jew tagħmir ieħor ma jkunx jista’jopera kif intiż;

(b)

ikollu livell ta’ immunità għad-disturb elettromanjetiku li hu mistenni fl-użu intiż tiegħu li jippermettilu li jopera mingħajr degradazzjoni inaċċettabbli tal-użu intiż tiegħu.

2.   Rekwiżiti speċifiċi għal installazzjonijiet fissi

Installazzjoni u użu intiż tal-komponenti

Installazzjoni fissa għandha tiġi installata bl-użu ta’ prattiki tajbin ta’ inġinerija u skont l-informazzjoni dwar l-użu intiż tal-komponenti tagħha, bil-ħsieb li jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-punt 1.


ANNESS II

MODULU A: KONTROLL TA’ PRODUZZJONI INTERNA

1.   Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 4, u 5 ta’ dan l-Anness, u jassigura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-apparat ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih.

2.   Il-valutazzjoni tal-kompatibilità elettromanjetika

Il-manifattur għandu jagħmel valutazzjoni tal-kompatibilità elettromanjetika tal-apparat, fuq il-bażi tal-fenomeni rilevanti, bil-ħsieb li jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I.

Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà elettromanjetika għandha tqis il-kundizzjonijiet normali kollha tal-operat li jkunu intiżi. Fejn l-apparat hu kapaċi jieħu konfigurazzjonijiet differenti, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà elettromanjetika għandha tikkonferma jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti mill-manifattur bħala essenzjali stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I, fil-konfigurazzjonijiet kollha possibbli identifikati rappreżentattivi tal-użu intiż tiegħu.

3.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni fir-rigward tal-apparat rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u stima adegwati tar-riskju jew riskji.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-apparat u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-apparat;

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi u l-operazzjoni tal-apparat;

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati;

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(f)

rapporti ta’ testijiet.

4.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw li l-apparat manifatturat jikkonforma mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3 ta’ dan l-Anness u mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-punt 1 tal-Anness I.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE meħtieġa ma’ kull biċċa apparat individwali li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal mudell tal-apparat u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-prodott li għalih tkun saret.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punt 5, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS III

PARTI A

Modulu B: Eżami tat-tip tal-UE

1.

L-eżami tat-tip tal-UE huwa dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ prodott u jivverifika u jixhed li d-disinn tekniku tal-apparat jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-punt 1 tal-Anness I.

2.

L-eżami tat-tip tal-UE għandu jitwettaq bħala evalwazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-apparat permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika imsemmija fil-punt 3, mingħajr eżami tal-kampjuni (tip tad-disinn). Jista’ jkun ristrett għal ċerti aspetti tar-rekwiżiti essenzjali kif speċifikat mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tispeċifika l-aspetti tar-rekwiżiti essenzjali li għalihom jintalab eżami u għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli biex issir l-evalwazzjoni tal-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi xierqa u evalwazzjoni tar-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-evalwazzjoni, id-disinn, il-manifattura tal-apparat u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(i)

deskrizzjoni ġenerali tal-apparat;

(ii)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(iii)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi u l-operazzjoni tal-apparat;

(iv)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati;

(v)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(vi)

rapporti ta’ testijiet.

4.

Il-korp notifikat għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika biex jevalwa l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-apparat fir-rigward tal-aspetti tar-rekwiżiti essenzjali li għalihom jintalab eżami.

5.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu saru taħt il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Bla preġudizzju għall-obbligi tiegħu lejn l-awtoritajiet tan-notifika, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.

6.

Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għall-apparat konċernat, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ e¿ami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, l-aspetti tar-rekwiżiti essenzjali koperti mill-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu.

Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-apparat manifatturat mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi valutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu mgħarraf dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma l-manifattur b’dan.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, bil-modifikazzjonijiet kollha għat-tip approvat li jistgħu jinċidu fuq il-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva jew mal-kundizzjonijiet għall-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE.

8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull addizzjoni magħmula lilhom, li nħarġu jew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe addizzjonijiet li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar dawn iċ-ċertifikati u/jew żidiet għalihom li jkun ħareġ.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta’ dak iċ-ċertifikat.

9.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

10.

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jwettaq l-obbligi msemmija fil-punti 7 u 9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

PARTI B

Modulu C: Konformità għat-tip fuq il-bażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni

1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni huwa dik il-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 3, u jassigura, u jiddikjara, li l-apparat ikkonċernat jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-apparat immanifatturat mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

3.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull apparat individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

3.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull mudell tal-apparat u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-apparat ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-apparat li għalih tkun saret.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

4.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punt 3, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS IV

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE (Nru XXXX)  (1)

1.

Mudell tal-apparat/Prodott (numru tal-prodott, tat-tip, tal-lott jew tas-serje):

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità qiegħda tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-apparat li tippermetti t-traċċabbiltà; tista’ tinkludi immaġni bil-kulur ta’ ċarezza suffiċjenti fejn meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-apparat):

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, inkluża d-data tal-istandard, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra, inkluża d-data tal-ispeċifikazzjoni, li b’relazzjoni għalihom tkun qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Fejn applikabbli, il-korp notifikat … (isem, numru)… wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent)… u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(1)  Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta’ konformità.


ANNESS V

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-data tal-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 45)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

2004/108/KE

fl-20 ta’ Jannar 2007

fl-20 ta’ Lulju 2007


ANNESS VI

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 2004/108/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 2(2)(a) sa (c)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 2(2)(d)

L-Artikolu 1(4)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 1(5)

L-Artikolu 2(4)

L-Artikolu 2(1)(a)

L-Artikolu 3(1)(1)

L-Artikolu 2(1)(b)

L-Artikolu 3(1)(2)

L-Artikolu 2(1)(c)

L-Artikolu 3(1)(3)

L-Artikolu 2(1)(d)

L-Artikolu 3(1)(4)

L-Artikolu 2(1)(e)

L-Artikolu 3(1)(5)

L-Artikolu 2(1)(f)

L-Artikolu 3(1)(6)

L-Artikolu 2(1)(g)

L-Artikolu 3(1)(7)

L-Artikolu 2(1)(h)

L-Artikolu 3(1)(8)

L-Artikolu 2(2)

Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 13

L-Artikolu 7

L-Artikolu 14

L-Artikolu 8

L-Artikoli 16 u 17

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 7(5)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 7(6)

L-Artikolu 9(3)

L-Artikolu 18(1)

L-Artikolu 9(4)

L-Artikolu 18(2)

L-Artikolu 9(5)

L-Artikolu 18(3)

L-Artikoli 10 u 11

L-Artikoli 37, 38 u 39

L-Artikolu 12

Il-Kapitolu 4

L-Artikolu 13

L-Artikolu 19

L-Artikolu 14

L-Artikolu 45

L-Artikolu 15

L-Artikolu 43

L-Artikolu 16

L-Artikolu 44

L-Artikolu 17

L-Artikolu 46

L-Artikolu 18

L-Artikolu 47

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II u l-punt 1 tal-Anness IV

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

Il-punt 2 tal-Anness IV

L-Anness IV

L-Anness V

L-Artikoli 16 u 17

L-Anness VI

L-Artikolu 24

L-Anness VII

L-Anness VI


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala "kumitati ta' komitoloġija" fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.


29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/107


DIRETTIVA 2014/31/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (3) ġiet emendata sostanzjalment (4). Billi huma meħtieġa aktar emendi, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5) jistipula regoli dwar l-akkreditament tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6) tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw għal-leġislazzjoni settorjali sabiex jipprovdu bażi koerenti għar-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġislazzjoni. Id-Direttiva 2009/23/KE għandha tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Din id-Direttiva tkopri l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi koperti b’din id-Direttiva huma dak li jkunu ġodda għas-suq tal-Unjoni meta jitqiegħdu fis-suq; jiġifieri, jew ikunu strumenti tal-użin mhux awtomatiċi ġodda magħmula minn manifattur stabbilit fl-Unjoni, inkella jkunu strumenti tal-użin mhux awtomatiċi, kemm jekk ġodda kif ukoll jekk użati, importati minn pajjiż terz.

(5)

L-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jipproteġu l-pubbliku minn riżultati mhux korretti ta’ operazzjonijiet ta’ użin permezz ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi meta dawn jiġu użati għal ċerti kategoriji ta’ applikazzjonijiet.

(6)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(7)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi, ma’ din id-Direttiva fir-rigward tal-irwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti b’din id-Direttiva, u l-protezzjoni tal-utenti, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(8)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jassiguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi biss li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-katina tal-forniment u tad-distribuzzjoni.

(9)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-utenti finali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(10)

Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ unikament l-obbligu tal-manifattur.

(11)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi. Għalhekk għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi żgurat li l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marki tal-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(12)

Meta jqiegħed strument tal-użin mhux awtomatiku fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq l-istrument tal-użin mhux awtomatiku, ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trade mark rreġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet inkluż għall-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biss biex ipoġġi ismu u l-indirizz tiegħu fuq l-istrument.

(13)

Id-distributur joffri strument tal-użin awtomatiku fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jiżgura li t-trattament tal-istrument tal-użin mhux awtomatiku min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tal-istrument.

(14)

Kwalunkwe operatur ekonomiku li jqiegħed strument tal-użin mhux awtomatiku f’ismu jew bit-trade mark tiegħu jew jimmodifika strument tal-użin mhux awtomatiku b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(15)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-istrument tal-użin mhux awtomatiku kkonċernat.

(16)

L-iżgurar tat-traċċabbiltà ta’ strument tal-użin mhux awtomatiku fil-katina kollha tal-provvista jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema effiċjenti ta’ traċċabbiltà tiffaċilita x-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq strumenti tal-użin mhux awtomatiċi mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddewlhom strument tal-użin mhux awtomatiku jew ta’ dawk li lilhom għaddew strument tal-użin mhux awtomatiku.

(17)

Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali ta’ metroloġija u tħaddim dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali rigward metroloġija u tħaddim, hemm bżonn ta’ dispożizzjoni għal preżunzjoni ta’ konformità għal strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li huma f’konformità mal-istandards armonizzati li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (7) għall-iskop biex ikunu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti, b’mod partikolari fil-qasam tal-karatteristiċi metroloġiċi, ta’ disinn u ta’ kostruzzjoni.

(18)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għal oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(19)

Il-valutazzjoni tal-konformità mad-dispożizzjonijiet metroloġiċi u tekniċi relevanti hija meħtieġa biex tipprovdi protezzjoni effettiva għall-utenti u għall-partijiet terzi.

(20)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw li l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi disponibbli fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali, huwa neċessarju li jiġu previsti proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġa. Saiex tkun żgurata koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn dawk il-moduli.

(21)

Il-manifatturi għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva dwar il-konformità tal-istrument tal-użin mhux awtomatiku mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti l-oħra tal-Unjoni.

(22)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali ta’ konformità.

(23)

Il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija, li jindika l-konformità ta’ strument tal-użin mhux awtomatiku, huma l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE u r-relazzjoni tagħha ma’ marki oħrajn huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(24)

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(25)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2009/23/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(26)

Jekk xi korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati, għandha tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(27)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità jeħtieġ ukoll li jkunu ffissati rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(28)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditament kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditament huwa mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandu jintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(29)

L-akkreditament trasparenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta’ konformità, għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat il-livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet eżegwiti minn awtoritajiet nazzjonali oħrajn, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(30)

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ għall-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi biex jitqiegħdu fis-suq, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li trid tiġi notifikata u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet imwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji.

(31)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ ssir notifika onlajn.

(32)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(33)

Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-moduli. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(34)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. L-istrumeti tal-użin mhux awtomatiċi għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(35)

Sabiex tkun żgurata ċertezza legali, huwa neċessarju li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għal strumenti tal-użin mhux awtomatiċi koperti minn din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma għandhiex ma tħallix Stati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawn il-ħidmiet.

(36)

Id-Direttiva 2009/23/KE diġà tipprevedi proċedura ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Kummissjoni li teżamina l-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru kontra l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi li jqis li mhux konformi. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(37)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li jippreżentaw riskju għal aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku koperti b’din id-Direttiva. Għandha tippermetti l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’koperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi.

(38)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(39)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8).

(40)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu l-Istat Membru tan-notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom.

(41)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(42)

Bi qbil mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(43)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(44)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(45)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu infurzati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(46)

Hemm bżonn, għalhekk, li jkunu previsti arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu li jagħmlu disponibbli fis-suq, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li kienu diġà tqiegħdu fis-suq taħt id-Direttiva 2009/23/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li tqiegħdu fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(47)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat li l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni interessi pubbliċi koperti minn din id-Direttiva, waqt li jiġi garantit il-funzjonament tas-suq intern, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(48)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ġej mid-Direttiva preċedenti.

(49)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istrumenti tal-użin kollha mhux awtomatiċi.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandha ssir distinzjoni bejn il-kategoriji ta’ użu ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li ġejjin:

(a)

id-determinazzjoni tal-massa għal tranżazzjonijiet kummerċjali;

(b)

id-determinazzjoni tal-massa għall-kalkolu ta’ nollijiet, tariffi, taxxa, bonus, pieni, rimunerazzjoni, indennità jew tip simili ta’ pagament;

(c)

id-determinazzjoni tal-massa għall-applikazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti jew għal opinjoni esperta mogħtija fi proċeduri tal-qorti;

(d)

id-determinazzjoni tal-massa fil-prattika tal-mediċina, għall-użin ta’ pazjenti għal għanijiet ta’ osservazzjoni, dijanjosi u trattament mediku;

(e)

id-determinazzjoni tal-massa sabiex isiru mediċini fuq preskrizzjoni fi spiżeriji u d-determinazzjoni tal-massa f’analiżi mwettqa ġewwa laboratorji mediċi u farmaċewtiċi;

(f)

id-determinazzjoni ta’ prezz fuq il-bażi tal-massa għall-għan ta’ bejgħ dirett lill-pubbliku u għall-manifattura ta’ imballaġġ qabel il-bejgħ;

(g)

l-applikazzjonijiet kollha għajr dawk elenkati f’punti (a) sa (f).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“strument tal-użin” tfisser strument ta’ kejl li jservi sabiex jiddetermina l-massa ta’ oġġett billi juża l-azzjoni tal-gravità fuq dak l-oġġett. Strument tal-użin jista’ jservi wkoll biex jiddetermina daqsijiet, kwantitajiet, parametri jew karatteristiċi oħra li huma relatati mal-massa;

(2)

“strument tal-użin mhux awtomatiku” jew “strument” tfisser strument tal-użin li għandu bżonn l-intervent ta’ operatur waqt l-użin;

(3)

“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ strument għad-distribuzzjoni, jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(4)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li strument isir disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(5)

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura strument, jew li tqabbad lil min ifassal jew jimmanifattura tali strument, u jikkummerċjalizza dak l-istrument taħt isimha jew it-trade mark tagħha;

(6)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifiċi;

(7)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed strument minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(8)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, barra l-manifattur jew l-importatur, li tagħmel l-istrument disponibbli fis-suq;

(9)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(10)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn strument;

(11)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt (c) tal-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(12)

“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(13)

“korp nazzjonali tal-akkreditament” tfisser korp tal-akkreditament kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(14)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva relatati ma’ strument ġewx issodisfati;

(15)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;

(16)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura strument li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(17)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix strument fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(18)

“leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kull leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(19)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-istrument huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha.

Artikolu 3

Id-disponibbiltà fis-suq u dħul fis-servizz

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass meħtieġ sabiex jiżguraw illi huma biss dawk l-istrumenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva li jistgħu jsiru disponibbli fis-suq.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-istrumenti ma jistgħux jiddaħħlu fis-servizz għall-użi msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) jekk ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha biex jiżguraw li l-istrumenti li jiddaħħlu fis-servizz għall-użi msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) jkomplu jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Rekwiżiti essenzjali

L-istrumenti użati jew maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

Meta l-istrument jinkludi, jew huwa konness ma’, strumenti li ma jintużawx jew mhumiex maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), dawn l-istrumenti ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti essenzjali.

Artikolu 5

Moviment liberu tal-istrumenti

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu d-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu li jiddaħħlu fis-servizz għall-użi msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), strumenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

KAPITOLI 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 6

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jqiegħdu l-istrumenti tagħhom fis-suq bil-ħsieb li jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I

2.   Għall-istrumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II u jwettqu l-proċedura rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 13 jew jiżguraw li tali proċedura titwettaq.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li l-istrument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija.

3.   Għall-istrumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom f’posthom proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu adegwatament dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ strument.

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji preżentati minn strument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ strumenti disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ strumenti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ strumenti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-istrumenti li huma qiegħdu fis-suq ikollhom it-tip, il-partita u n-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, kif stipulat fl-Anness III.

Għall-istrumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iwaħħlu l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness III.

Għall-istrumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iwaħħlu l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III.

Meta strument li jkun maħsub biex jintuża għal kwalunkwe waħda mill-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) jinkludi, jew ikun konness ma’, apparat li ma jintużax jew ma jkunx maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iwaħħlu ma’ kull tali apparat is-simbolu li jillimita l-użu tiegħu kif previst fl-Artikolu 18 u fil-punt 3 tal-Anness III.

6.   Il-manifatturi, fuq l-istrument, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-istrument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni, kif ukoll kull tip ta’ ttikkettar għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li strument li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji biex l-istrument isir konformi, jirtirawh jew jeħduh lura, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, fejn l-istrument jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-istrument disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tal-istrument ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-istrumenti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 7

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifatturi jistgħu, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 6(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq;

(b)

fuq talba motivata minn awtorità kompetenti, huwa għandu jipprovdi dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ prodott;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex ikunu eliminati riskji ta’ strumenti koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 8

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq dawk l-istrumenti li jkunu konformi biss.

2.   Qabel ma jqiegħdu strument fis-suq maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret mill-manifattur il-proċedura xierqa tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 13. Dawn għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-istrument ikollu l-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6).

Fejn importatur iqis jew għandu raġunijiet biex jemmen li strument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq qabel ma’ dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn l-istrument jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

Qabel ma jqiegħdu strument fis-suq li ma jkunx maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun mexa f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6).

3.   L-importaturi għandhom jindikaw, fuq l-istrument, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati kkuntattjati. Jekk dan ikun jirrikjedi l-ftuħ tal-pakkett, dawk l-indikazzjonijiet jistgħu jingħataw fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-istrument. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-istrument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li waqt li l-istrument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I.

6.   Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji preżentati minn strument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), l-impurtaturi għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ strumenti disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ strumenti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ strumenti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li strument li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-istrument isir konformi, jirtirawh jew jeħduh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-istrument jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-istrument disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

8.   Għall-istrumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), l-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista’ ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ strument, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkoperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-istrumenti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 9

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jagħmlu strument disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jagħmlu strument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-istrument ikollu fuqu l-marka CE, u l-marka supplimentari tal-metroloġija, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali fl-Istat Membru fejn ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq l-istrument, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3) rispettivament.

Meta distributur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li strument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza stabbiliti fl-Anness I, dan ma għandux jagħmel l-istrument disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn l-istrument jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

Qabel ma jqiegħdu strument fis-suq li ma jkunx maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), id-distributuri għandhom jiżguraw li l-manifattur u l-importatur ikunu mxew f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6) u l-Artikolu 8(3) rispettivament.

3.   L-importaturi għandhom jiżguraw li waqt li strument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li strument li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex l-istrument isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn l-istrument jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-istrument disponibbli fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, wara talba motivata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ strument. Dawn għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-istrumenti li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 10

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu 6 fejn huwa jqiegħed strument fis-suq taħt ismu jew it-trade mark tiegħu, jew jimmodifika strument li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’mod li jista’ jinċidi fuq il-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 11

Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

Għall-istrumenti maħsuba biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), l-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom bi strument;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew strument.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bl-istrument u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew l-istrument.

KAPITOLU 3

KONFORMITÀ TAL-ISTRUMENTI

Artikolu 12

Preżunzjoni tal-konformità tal-istrumenti

L-istrumenti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti, stabbiliti fl-Anness I, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 13

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I tista’ tiġi stabbilita b’waħda minn dawn il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità skont kif magħżul mill-manifattur:

(a)

Il-Modulu B kif stabbilit fil-punt 1 fl-Anness II, segwit jew mill-Modulu D kif stabbilit fil-punt 2 fl-Anness II, jew mill-Modulu F kif stabbilit fil-punt 4 fl-Anness II.

Madankollu, il-Modulu B ma għandux ikun obbligatorju għal strumenti li ma jużawx apparat elettroniku u li l-apparat li jkejjel it-tagħbija tagħhom ma jużax molla sabiex jikkalkula t-tagħbija. Għal dawk l-istrumenti li ma jiġux sottomessi għall-Modulu B, il-Modulu D1 kif inhu stabbilit fil-punt 3 tal-Anness II jew il-Modulu F1 kif inhu stabbilit fil-punt 5 tal-Anness II għandu japplika;

(b)

Il-Modulu G kif stabbilit fil-punt 6 tal-Anness II.

2.   Id-dokumenti u l-korrispondenza li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkitbu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn isiru dawk il-proċeduri, jew b’lingwa aċċettata mill-korp innotifikat skont l-Artikolu 19.

Artikolu 14

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I ġew issodisfati.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness IV, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn l-istrument jitiqegħed jew isir disponibbli fis-suq.

3.   Meta strument ikun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni, li jesiġi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 15

Il-marka tal-konformità

Il-konformità ta’ strument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ma’ din id-Direttiva għandha tkun indikata permezz tal-preżenza, fuq l-istrument, tal-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija fuqu kif speċifikat fl-Artikolu 16.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali tal-marka CE u tal-marka supplimentari tal-metroloġija

1.   Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.   Il-marka supplimentari tal-metroloġija għandha tikkonsisti fl-ittra kapitali “M” u l-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha titwaħħal il-marka CE, imdawra b’rettangolu. L-għoli tar-rettangolu għandu jkun ugwali għall-għoli tal-marka CE.

3.   Il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw mutatis mutandis, għall-marka supplimentari tal-metroloġija.

Artikolu 17

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija u marki oħrajn

1.   Il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jitwaħħlu fuq l-istrument jew fuq it-tikketta tiegħu ta’ informazzjoni b’mod viżibbli, leġibbli u indelibbli.

2.   Il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jitwaħħlu qabel ma l-istrument jitqiegħed fis-suq.

3.   Il-marka supplimentari tal-metroloġija għandha ssegwi immedjatament il-marka CE.

4.   Il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom ikunu segwiti bin-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-korp jew korpi notifikati involuti fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni kif stabbilit fl-Anness II.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew fuq struzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

5.   Il-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija u n-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-korp jew korpi notifikati jistgħu jkunu segwiti minn kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

6.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dak l-immarkar.

Artikolu 18

Is-simbolu ta’ użu ristrett

Is-simbolu msemmi fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 6(5) u speċifikat fil-punt 3 tal-Anness III għandu jitwaħħal mal-apparat b’mod viżibbli u indelibbli.

KAPITOLU 4

NOTIFIKA TA’ KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 19

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità tal-parti terza skont din id-Direttiva.

Artikolu 20

Awtoritajiet tan-notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li għandha tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-evalwazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

3.   Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew b’mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21. Barra minn hekk, tali korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-responsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 21

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.   L-awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.   L-awtorità tan-notifika ma għandha toffri jew tipprovdi ebda attività li ssir minn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 22

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 23

Rekwiżiti marbuta ma’ korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.

2.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-istrument li jevalwa.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ strumenti li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess, jitqies bħala tali korp ta’ valutazzjoni tal-konformità.

4.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-istrumenti li huma jivvalutaw, u lanqas ir-rappreżentanti ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-istrumenti valutati li jkunu meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali strumenti għal għanijiet personali.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk l-istrumenti, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness II u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ strumenti li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott konċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnu u awtorità adegwata biex jagħmel dawn il-valutazzjonijiet;

(c)

konoxxenza adegwata u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali, stabbiliti fl-Anness I, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u tal-leġislazzjoni nazzjonali;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell tal-ġestjoni tagħhom u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

Ir-rimunerazzjoni ta’ dawk fl-ogħla livell tal-ġestjoni u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddipendi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Anness II jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Artikolu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

11.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 24

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ korpi notifikati

Fejn korp tal-valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 25

Sussidjarji ta’ u sottokuntrattar ta’ korpi notifikati

1.   Meta korp notifikat jagħti b’sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Anness II.

Artikolu 26

Applikazzjoni għal notifika

1.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-istrument jew l-istrumenti li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditament, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.

3.   Jekk il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditament, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.

Artikolu 27

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-istrument jew l-istrumenti kkonċernati u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 26(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun eżaminat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma jkunx intuża akkreditament.

6.   L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 28

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 29

Tibdil fin-notifika

1.   Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu ssodisfati. Huwa għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 30

Kontestazzjoni tal-kompetenza ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew jekk korp notifikat għadux jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkollu.

2.   L-Istat Membru notifikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, wara talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru tan-notifika sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 31

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod huma għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni rikjest biex l-istrument ikun konformi ma’ din id-Direttiva.

3.   Meta korp notifikat isib li ma ġewx issodisfati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat ta’ konformità.

4.   Meta, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li strument ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 32

Appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

Artikolu 33

Obbligi ta’ informazzjoni dwar korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)

kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu jew il-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

wara talba, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn notifikati taħt din id-Direttiva li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess strumenti bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, wara talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 34

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 35

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm fis-seħħ koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn isiru kif xieraq f’forma ta’ grupp settorjali ta’ korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp jew dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU 5

IS-SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, IL-KONTROLL TAL-ISTRUMENTI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 36

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-istrumenti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-istrumenti koperti mill-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 37

Proċedura għat-trattament ta’ strumenti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmnu li strument kopert b’din id-Direttiva jippreżenta riskju għal aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tal-istrumenet konċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, tul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-istrument ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex l-istrument isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira l-istrument mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Meta l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jassigura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-istrumenti kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu li l-istrument isir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex l-istrument jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-istrument li mhux konformi, l-oriġini tal-istrument, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tal-istrument li jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma’ aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku koperti b’din id-Direttiva; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tal-istrument ikkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Meta, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-istrument ikkonċernat, bħall-irtirar tal-istrument mis-suq, mingħajr dewmien.

Artikolu 38

Proċedura ta’ salvagwardja segwita tal-Unjoni

1.   Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra l-miżuri meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżuri bħal dawn imorru kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2.   Jekk miżura nazzjonali tkun ikkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-istrument li ma jikkonformax jiġi rtirat mis-suq tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif inhu xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-istrument jinstab li kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 39

Strumenti konformi li jippreżentaw riskju

1.   Meta Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 37(1), isib li, għalkemm l-istrument ikun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għal aspetti ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-istrument konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtira l-istrument jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif hu jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-istrumenti kollha li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-istrument konċernat, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-istrument, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(3).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 40

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 37, meta Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE jew il-marka supplimentari tal-metroloġija tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE jew il-marka supplimentari tal-metroloġija ma tkunx twaħħlet;

(c)

l-iskrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(5) ma jkunux twaħħlu jew ikunu tħaħħlu bi ksur tal-Artikolu 6(5);

(d)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, meta dak il-korp ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 17 jew ma jkunx twaħħal;

(e)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;

(f)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(g)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(h)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(6) jew fl-Artikolu 8(3) tkun nieqsa, falza jew inkompleta;

(i)

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 8 ma jkunx issodisfat.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-istrument isir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi irtirat mis-suq.

KAPITOLU 6

KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 41

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni li għaliha tkun meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew minn xi leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 42

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur, minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Tali regoli jistgħu jinkludu pieni kriminali għal ksur serju.

Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 43

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu li jsiru disponibbli fis-suq u/jew li jitqiegħdu fis-servizz strumenti koperti mid-Direttiva 2009/23/KE li jkunu konformi ma’ dik id-Direttiva u li tqiegħdu fis-suq qabel l-20 ta’ April 2016.

Iċ-ċertifikati maħruġin skont id-Direttiva 2009/23/KE għandhom ikunu validi skont din id-Direttiva.

Artikolu 44

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sad-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu f’konformità mal-punti (3) sa (19), tal-Artikolu 2, l-Artikoli 6 sa 17, l-Artikoli 19 sa 43 u l-Anness II, III u IV. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva revokata minn din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn id-Direttiva.

Artikolu 45

Tħassir

Id-Direttiva 2009/23/KE, kif emendata mir-Regolament elenkat fl-Anness V, Parti A, hi mħassra b’effett mill-20 ta’ April 2016, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, il-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2, l-Artikoli 3, 4, 5 u 18 u l-Annessi I, III, V u VI għandhom japplikaw mill-20 ta’ april 2016.

Artikolu 47

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 122, 16.5.2009, p. 6. Id-Direttiva 2009/23/KE hija l-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/384/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 1).

(4)  Ara l-Anness V, Parti A.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(7)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(8)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

ĦTIĠIJIET ESSENZJALI

It-terminoloġija użata hija dik tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Metroloġija Legali.

Osservazzjoni preliminari

Meta strument jinkludi jew ikun konness ma’ iktar minn apparat indikatur jew stampatur wieħed, użat għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), dak l-apparat li jirrepeti r-riżultati tal-operazzjoni ta’ użin u li ma jistax jinfluwenza t-tħaddim kif suppost tal-istrument, ma għandux ikun soġġett għar-rekwiżiti essenzjali, jekk ir-riżultati tal-użin jiġu stampati jew irrekordjati b’mod korrett u b’mod li ma jitħassarx minn parti tal-istrument li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali, u r-riżultati jkunu aċċessibbli għaż-żewġ partijiet konċernati mill-kejl. Madankollu, l-istrumenti użati għall-bejgħ dirett lill-pubbliku, l-apparat ta’ wiri u ta’ stampar għall-bejjiegħ u għall-konsumatur, għandu jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali.

Ħtiġijiet metroloġiċi

1.   Unitajiet tal-massa

L-unitajiet tal-massa użati għandhom ikunu l-unitajiet legali skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (1).

Soġġetti għall-konformità ma’ din il-kundizzjoni, jistgħu jintużaw l-unitajiet li ġejjin:

(a)

unitajiet SI: kilogramm, mikrogramm, milligramm, gramm, tunnellata;

(b)

unità tas-sistema imperjali: uqija Troy, għall-użin ta’ metalli prezzjużi;

(c)

unità oħra mhux SI: carat mettriku, għall-użin ta’ ħaġar prezzjuż.

Għal strumenti li jużaw l-unità Imperjali msemmija hawn fuq, il-ħtiġijiet essenzjali rilevanti speċifikati hawn taħt, għandhom jiġu maqlubin għall-imsejħa unità Imperjali, bl-użu ta’ interpolazzjoni sempliċi.

2.   Klassijiet ta’ preċiżjoni

2.1.   Ġew definiti l-klassijiet ta’ preċiżjoni li ġejjin:

(a)

I speċjali

(b)

II għolja

(c)

III medja

(d)

IIII ordinarja

L-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn il-klassijiet huma mogħtija fit-Tabella 1.

Tabella 1

Klassijiet ta’ preċiżjoni

Klassi

Intervall tal-iskala tal-verifika (e)

Kapaċità minima (Min)

Numru ta’ intervalli fl-iskala tal-verifika

Formula

 

 

valur minimu

valur minimu

valur massimu

I

0,001 g ≤ e

100 e

50 000

II

0,001 g ≤ e ≤ 0,05 g

20 e

100

100 000

0,1 g ≤ e

50 e

5 000

100 000

III

0,1 g ≤ e ≤ 2 g

20 e

100

10 000

5 g ≤ e

20 e

500

10 000

IIII

5 g ≤ e

10 e

100

1 000

Il-kapaċità minima hija mnaqqsa għal 5 e għal strumenti fil-Klassijiet II u III biex tiġi stabbilita tariffa ta’ trasferiment.

2.2.   Intervalli fl-iskala

2.2.1.

L-intervall fl-iskala attwali (d) u l-verifika tal-intervall fl-iskala (e) għandhom ikunu fil-forma:

1 × 10k, 2 × 10k, or 5 × 10k unitajiet tal-massa,

k huwa kwalunkwe numru sħiħ jew żero.

2.2.2.

Għall-istrumenti kollha għajr dawk b’apparat indikattiv awżiljari:

d = e.

2.2.3.

Għall-istrumenti b’apparat indikattiv awżiljari, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Formula;

 

d < e ≤ 10 d.

Dawk il-kundizzjonijiet ma japplikawx għal strumenti tal-Klassi I fejn d < 10–4 g, li għalihom e = 10–3 g.

3.   Klassifikazzjoni

3.1.   Strumenti bi skala waħda ta’ użin

L-istrumenti mgħammra b’apparat indikattiv awżiljari għandhom jiffurmaw parti mill-Klassi I jew il-Klassi II. Għal dawn l-istrumenti l-limiti l-aktar baxxi tal-kapaċità minima għal dawn iż-żewġ klassijiet jistgħu jinkisbu mit-Tabella 1 billi wieħed jissostitwixxi, fil-kolonna 3, l-intervall tal-iskala ta’ verifika (e) bl-intervall attwali tal-iskala (d).

Jekk d < 10–4 g, il-kapaċità massima tal-Klassi I tista’ tkun inqas minn 50 000 e.

3.2.   Strumenti bi skali multipli ta’ użin

Huma permessi skali multipli ta’ użin, sakemm dawn ikunu indikati b’mod ċar fuq l-istrument. Kull skala ta’ użin individwali hija kklassifikata skont il-punt 3.1. Jekk l-iskala ta’ użin taqa’ taħt klassijiet differenti ta’ preċiżjoni, l-istrument għandu jkun konformi mal-aktar ħtiġijiet stretti li japplikaw għall-klassijiet ta’ preċiżjoni li fihom jaqgħu l-iskali ta’ użin.

3.3.   Strumenti ta’ aktar minn intervall wieħed

3.3.1.

Strumenti bi skala ta’ użin waħda jista’ jkollhom bosta skali ta’ użin parzjali (strumenti b’aktar minn intervall wieħed).

Strumenti b’aktar minn intervall wieħed ma jistax ikollhom strument indikatur awżiljari.

3.3.2.

Kull skala ta’ użin parzjali i ta’ strumenti ta’ użin b’aktar minn intervall wieħed hija definita kif ġej:

l-intervall tal-iskala tal-verifika tiegħu ei

b’e(i + 1) > ei

il-kapaċità massima Maxi

b’Maxr = Max

il-kapaċità minima Mini

b’Mini = Max (i – 1)

u Min1 = Min

fejn:

i

=

1, 2, … r,

i

=

numru tal-iskala tal-użin parzjali,

r

=

in-numru totali tal-iskali ta’ użin parzjali.

Il-kapaċitajiet kollha huma kapaċitajiet ta’ użin nett, irrispettivament mill-valur ta’ kull tara użata.

3.3.3.

L-iskali ta’ użin parzjali huma kklassifikati skont it-Tabella 2. L-iskali kollha ta’ użin parzjali għandhom jaqgħu taħt l-istess klassi ta’ preċiżjoni, dik il-klassi tkun il-klassi ta’ preċiżjoni ta’ dak l-istrument.

Tabella 2

Strumenti ta’ aktar minn intervall wieħed

i

=

1, 2, … r

i

=

numru tal-iskala tal-użin parzjali,

r

=

in-numru totali tal-iskali ta’ użin parzjali

Klassi

Intervall tal-iskala tal-verifika (e)

Kapaċità minima (Min)

Numru ta’ intervalli fl-iskala tal-verifika

Valur minimu

Valur minimu (2)

Formula

Valur massimu

Formula

I

0,001 g ≤ ei

100 e1

50 000

II

0,001 g ≤ ei ≤ 0,05 g

20 e1

5 000

100 000

0,1 g ≤ ei

50 e1

5 000

100 000

III

0,1 g ≤ ei

20 e1

500

10 000

IIII

5 g ≤ ei

10 e1

50

1 000

4.   Preċiżjoni

4.1.

Kif wieħed jimplimenta l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 13, l-iżball tal-indikazzjoni ma għandux ikun aktar mill-iżball massimu permissibbli tal-indikazzjoni kif jidher fit-Tabella 3. Fil-każ ta’ indikazzjoni numerika, l-iżball tal-indikazzjoni għandu jiġi korrett għall-iżball aġġustat.

L-iżbalji massimi permissibbli japplikaw għall-valur nett u tat-tara għal kull tagħbija possibli, minbarra l-valuri tat-tara stabbiliti minn qabel.

Tabella 3

Żbalji massimi permissibbli

Tagħbija

L-iżball massimu permissibbli

Klassi I

Klassi II

Klassi III

Klassi IIII

0 ≤ m ≤ 50 000 e

0 ≤ m ≤ 5 000 e

0 ≤ m ≤ 500 e

0 ≤ m ≤ 50 e

± 0,5 e

50 000 e < m ≤ 200 000 e

5 000 e < m ≤ 20 000 e

500 e < m ≤ 2 000 e

50 e < m ≤ 200 e

± 1,0 e

200 000 e < m

20 000 e < m ≤ 100 000 e

2 000 e < m ≤ 10 000 e

200 e < m ≤ 1 000 e

± 1,5 e

4.2.

L-iżbalji massimi permissibbli fit-tħaddim huma d-doppju tal-iżbalji massimi permessibbli stabbiliti fit-Taqsima 4.1.

5.   Ir-riżultati tal-użin ta’ strument għandhom ikunu jistgħu jiġu repetuti, u għandhom ikunu riproduċibbli bl-apparat indikattiv ieħor użat u b’metodi oħra ta’ użin użati.

Ir-riżultati tal-użin għandhom ikunu insensittivi biżżejjed għal bidliet fil-pożizzjoni tal-massa fuq ir-riċevitur tat-tagħbija.

6.   L-istrument għandu jirreaġixxi għal varjazzjonijiet żgħar fit-tagħbija.

7.   Kwantitajiet ta’ influwenza u ħin

7.1.

L-istrumenti tal-Klassijiet II, III u IIII, li jistgħu jintużaw f’pożizzjoni inklinata, għandhom ikunu insensittivi biżżejjed għall-grad ta’ inklinazzjoni li jista’ jseħħ fl-użu normali.

7.2.

L-istrumenti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti metroloġiċi fl-iskala ta’ temperatura speċifikata mill-manifattur. Il-valur ta’ din l-iskala għandu jkun tal-anqas ugwali għal:

(a)

5 °C għal strument tal-Klassi I;

(b)

15 °C għal strument tal-Klassi II;

(c)

30 °C għal strument tal-Klassijiet III jew IIII.

Fin-nuqqas ta’ speċifikazzjoni tal-manifattur, tapplika l-iskala tat-temperatura ta’ bejn – 10 °C sa + 40 °C.

7.3.

L-istrumenti mħaddmin mill-mains tal-elettriku għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet metroloġiċi skont il-ħtiġijiet tal-provvista tal-enerġija fil-limiti tal-flutwazzjonijiet normali.

L-istrumenti li jaħdmu bl-enerġija ta’ batterija għandhom jindikaw kull meta l-vultaġġ jinżel taħt il-valur minimu neċessarju u għandhom, f’dawn iċ-ċirkostanzi, jew ikomplu jaħdmu b’mod korrett jew jintfew b’mod awtomatiku.

7.4.

Strumenti elettroniċi, għajr dawk tal-Klassi I u fil-każ ta’ dawk fil-Klassi II jekk e hija inqas minn 1 g, għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet metroloġiċi taħt ħtiġijiet ta’ umdità relattivament għolja fil-limitu l-aktar għoli tal-iskala ta’ temperaturi tagħhom.

7.5.

It-tpoġġija ta’ tagħbija fuq strument tal-Klassijiet II, III jew IIII għal perjodu twil ta’ ħin għandu jkollu effetti negliġibbli fuq l-indikazzjoni tal-massa jew fuq l-indikazzjoni żero, immedjatament wara li titneħħa t-tagħbija.

7.6.

Taħt kondizzjonijiet oħra, l-istrumenti għandhom jew jibqgħu jaħdmu b’mod korret jew jintfew b’mod awtomatiku.

Disinn u kostruzzjoni

8.   Rekwiżiti ġenerali

8.1.

Id-disinn u l-kostruzzjoni tal-istrumenti għandha tkun tali li l-istrumenti jżommu l-kwalitajiet metroloġiċi tagħhom meta dawn jintużaw u jiġu installati b’mod korrett u meta jintużaw fl-ambjent li kienu maħsuba għalih. Il-valur tal-massa għandu jiġi indikat.

8.2.

Meta l-istrumenti elettroniċi jkunu esposti għal interruzzjonijiet, dawn ma għandhomx juru l-effetti ta’ ħsarat sinifikanti jew inkella għandhom josservawhom u jindikawhom b’mod awtomatiku.

Fuq osservazzjoni awtomatika ta’ ħsara sinifikanti, l-istrumenti elettroniċi għandhom jipprovdu allarm viżwali jew li jista’ jinstema’ li jibqa’ għaddej sakemm min ikun qiegħed juża’ l-istrument jieħu azzjoni ta’ korrezzjoni jew sakemm titlaq il-ħsara.

8.3.

Il-ħtiġijiet tal-punti 8.1 u 8.2 għandhom jiġu ssodisfati fuq perjodu ta’ żmien li huwa normali meta wieħed iżomm f’moħħu l-għan li l-istrumenti kienu maħsubin għalih.

Apparat elettroniku numeriku għandu dejjem jeżerċita kontroll xieraq tal-operazzjoni korretta tal-proċess ta’ użin, tat-tagħmir indikattiv u tal-ħażna tad-data u tat-trasferiment tad-data.

Fuq osservazzjoni awtomatika ta’ ħsara sinifikanti fuq tul taż-żmien, l-istrumenti elettroniċi għandhom jipprovdu allarm viżwali jew li jista’ jinstema’ li jibqa’ għaddej sakemm min ikun qiegħed juża’ l-istrument jieħu azzjoni ta’ korrezzjoni jew sakemm l-iżball ma jibqax hemm.

8.4.

Meta tagħmir estern jiġi mqabbad ma’ strument elettroniku permezz ta’ ċirkwit tal-elettriku adattat, il-kwalitajiet metroloġiċi tal-istrumenti ma għandhomx jiġu affettwati b’mod kontra.

8.5.

L-istrumenti ma għandux ikollhom karatteristiċi li jistgħu jiffaċilitaw l-użu bi frodi tal-istrument, filwaqt li l-possibilitajiet għal użu ħażin mhux intenzjonat għandhom ikunu minimi. Il-komponenti li ma għandhomx jiġu żarmati jew aġġustati mill-utent għandhom ikunu protetti minn dawn it-tipi ta’ azzjonijiet.

8.6.

L-istrumenti għandhom ikunu ddisinjati b’tali modi li jippermettu eżekuzzjoni fil-pront tal-kontrolli statutorji stabbiliti f’din id-Direttiva.

9.   Indikazzjoni tar-riżultati tal-użin u valuri oħra ta’ użin

L-indikazzjoni tar-riżultati ta’ użin u valuri oħra ta’ użin għandhom ikunu preċiżi, mhux ambigwi u li jiggwidaw tajjeb u l-apparat indikatur għandu jippermetti li l-indikazzjoni tinqara b’mod faċli taħt kundizzjonijiet ta’ użu normali.

L-ismijiet u s-simboli tal-unitajiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE biż-żieda tas-simbolu għall-carat metriku li għandu jkun is-simbolu “ct”.

L-indikazzjoni ma għandhiex tkun possibbli ‘l fuq mill-kapaċità massima (Max), miżjuda b’9 e.

Apparat indikattiv awżiljari huwa permess biss fuq in-naħa tal-lemin tal-marka deċimali. Apparat indikattiv estiż jista’ jiġi użat biss b’mod temporanju, u ma għandux ikun jista’ jsir stampar matul it-tħaddim tiegħu.

Indikazzjonijiet sekondarji jistgħu jiġu murija, sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu interpretati bħala indikazzjonijiet primarji.

10.   Stampar tar-riżultat tal-użin u valuri oħra ta’ piż

Ir-riżultati stampati għandhom ikunu korretti, identifikati b’mod xieraq u mhux ambigwi. L-istampar għandu jkun ċar, leġġibbli, ma jistax jitħassar u li jżomm maż-żmien.

11.   Invellar

Fejn ikun xieraq, l-istrumenti għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ invellar u indikatur tal-livell, li jkun sensittiv biżżejjed li jippermetti installazzjoni xierqa.

12.   Immarkar preċiż taż-żero (zeroing)

L-istrumenti jista’ jkollhom apparat ta’ mmarkar preċiż taż-żero (zeroing). L-operazzjonijiet ta’ dan l-apparat għandhom jirriżultaw fl-immarkar preċiż taż-żero u ma għandhomx iwasslu għal riżultati ta’ kejl mhux korretti.

13.   Apparat tat-tara u apparat tat-tara ssettjati minn qabel

L-istrumenti jista’ jkollhom apparat tat-tara wieħed jew aktar jew apparat tat-tara ssettjat minn qabel. L-operazzjonijiet ta’ dan l-apparat tat-tara għandhom jirriżultaw fl-immarkar preċiż taż-żero u għandhom iwasslu għal użin nett korrett. L-operazzjoni tal-apparat tat-tara ssettjat minn qabel għandha tiżgura l-kalkolazzjoni korretta tal-valur nett ikkalkulat.

14.   Strumenti għall-bejgħ dirett lill-pubbliku, b’kapaċità massima ta’ mhux aktar minn 100 kg: rekwiżiti addizzjonali

L-istrumenti għall-bejgħ dirett lill-pubbliku għandhom juru l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-proċess ta’ użin u, fil-każ ta’ strumenti li jindikaw il-prezz, dawn għandhom juru b’mod ċar lill-konsumatur il-kalkolazzjoni tal-prezz tal-prodott li sejjer jinxtara.

Il-prezz li għandu jitħallas, jekk dan ikun indikat, għandu jkun preċiż.

L-istrumenti li jikkalkulaw il-prezz għandhom juru l-indikazzjonijiet essenzjali f’tul biżżejjed biex il-konsumatur ikun jista’ jaqrahom tajjeb.

L-istrumenti li jikkalkulaw il-prezz jista’ jkollhom funzjonijiet oħra għajr dawk li jiżnu kull oġġett u li jikkalkulaw il-prezz, biss jekk l-indikazzjonijiet kollha relatati għall-operazzjonijiet kollha jkunu stampati b’mod ċar u mhux ambigwu u li jidhru rranġati b’mod konvenjenti fuq biljett jew tikketta għall-konsumatur.

L-istrumenti ma għandux ikollhom karatteristiċi li jistgħu jikkawżaw b’mod dirett jew indirett, indikazzjonijiet li l-interpretazzjoni tagħhom ma tkunx faċli jew diretta.

L-istrumenti għandhom jipproteġu lill-konsumaturi minn operazzjonijiet ta’ bejgħ mhux korretti minħabba li l-istrument ma jkunx qiegħed jaħdem tajjeb.

Apparat indikattiv awżiljari u apparat indikattiv estiż mhumiex permessi.

Apparat supplimentari huwa permess biss jekk dan ma jkunx jista’ jwassal għal użu bi frodi.

L-istrumenti simili għal dawk li huma normalmenti użati fil-bejgħ dirett lill-pubbliku li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet ta’ din it-Taqsima għandhom juru ħdejn id-display il-marka li ma titħassarx, “Ma għandux jiġi użat għal bejgħ dirett lill-pubbliku”.

15.   Strumenti ta’ ttikkettjar tal-prezzijiet

L-istrumenti ta’ ttikkettjar tal-prezzijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istrumenti li jindikaw il-prezzijiet għall-bejgħ dirett lill-pubbliku sa fejn japplika għall-istrument konċernat. L-istampar tat-tikketta tal-prezz ma għandux ikun possibbli taħt kapaċità minima.


(1)  ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.

(2)  Għal i = r, il-kolonna korrispondenti tat-Tabella 1 tapplika, fejn e giet mibdula b’er.


ANNESS II

PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

1.   Il-modulu B: Eżami tat-tip UE

1.1.

L-eżami tat-tip UE huwa dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ strument u jivverifika u jixhed li d-disinn tekniku tal-istrument jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

1.2.

L-eżami tat-tip UE jista’ jsir b’wieħed mill-modi li ġejjin:

l-eżami ta’ kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista, tal-istrument komplut (tip tal-produzzjoni);

il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-istrument permezz tal-eżami tad-dokumentazzjoni teknika u tal-evidenza ta’ sostenn, imsemmija fil-punt 1.3, flimkien mal-eżami tal-kampjuni, rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista, ta’ parti waħda kritika jew aktar tal-istrument (kombinazzjoni tat-tip tal-produzzjoni u tat-tip tad-disinn);

il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-istrument permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ sostenn, imsemmija fil-punt 1.3, mingħajr eżami ta’ kampjun (tip tad-disinn).

1.3.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi u stima adegwati tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkollha, kull fejn applikabbli, għall-inqas l-elementi li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni ġenerali tal-istrument;

(ii)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(iii)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u kif jaħdem l-istrument;

(iv)

lista tal-standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati;

(v)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinji li saru, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.;

(vi)

ir-rapporti tat-testijiet;

(d)

il-kampjuni, rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa biex isir il-programm tat-testijiet;

(e)

l-evidenza ta’ appoġġ tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kwalunkwe dokument li jkun intuża, partikolarment fejn l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati b’mod sħiħ. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, fejn ikun neċessarju, ir-riżultati tat-testijiet magħmula f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju adatt tal-manifattur, jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

1.4.

Il-korp notifikat għandu:

Għall-istrument:

1.4.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn biex jevalwa l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-istrument;

Għall-kampjun(i):

1.4.2.

jivverifika li l-kampjun(i) ġew manifatturati f’konformità ma’ dik id-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li tfasslu f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra; jivverifika li l-kampjun(i) ġie(ġew) manifatturat(i) f’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li tfasslu f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

1.4.3.

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jikkontrolla jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, dawn ġewx applikati b’mod korrett;

1.4.4.

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jikkontrolla jekk, fejn ma ġewx applikati s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur li japplikaspeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti ta’ din id-Direttiva;

1.4.5.

jiftiehem mal-manifattur dwar il-post fejn għandhom jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet.

1.5.

Il-korp notifikat għandu jagħmel rapport ta valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet kif twettqu skont il-punt 1.4 u r-riżultati tagħhom. Bla ħsara għall-obbligi tiegħu rigward l-awtoritajiet notifikanti, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut tar-rapport, b’mod sħiħ jew parzjali, biss bil-qbil tal-manifattur.

1.6.

Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għall-istrument konċernat, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu mehmuż miegħu anness wieħed jew aktar.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-istrumenti manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi valutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE għandu jkollu l-validità ta’ 10 snin mid-data tal-ħruġ tiegħu, u jista’ jiġġedded għal perjodi sossegwenti taż-żmien ta’ 10 snin kull darba. Fil-każ ta’ bidliet fundamentali fid-disinn tal-istrument, pereżempju bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ tekniki ġodda, il-validità taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE tista’ tiġi llimitata għal sentejn u mtawla bi tliet snin.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

1.7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kwalunkwe bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-manifattur b’dan. Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE, bil-modifikazzjonijiet kollha għat-tip approvat li jistgħu jinċidu fuq il-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva jew mal-kundizzjonijiet għall-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertifikat oriġinali ta’ eżami tat-tip tal-UE.

1.8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda għalihom, li jkun ħareġ jew irtira, u perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu, il-lista taċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe żieda għalihom li ġew miċħuda, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar tali ċertifikati u/jew żidiet għalihom li jkun ħareġ.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, jekk jintalbu jagħmlu dan, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet imwettqa mill-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta’ dak iċ-ċertifikat.

1.9.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq.

1.10.

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 1.3 u jwettaq l-obbligi msemmija fil-punti 1.7 u 1.9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

2.   Il-modulu D: Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni

2.1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2.2 u 2.5, u jiżgura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tal-istrumenti kkonċernati kif speċifikat fil-punt 2.3 u tkun suġġetta għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 2.4.

2.3.   Is-sistema ta’ kwalità

2.3.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema ta’ kwalità tiegħu relattivament għall-istrumenti kkonċernati lill-korp notifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

it-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija prevista tal-istrumenti;

(d)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità; u

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

2.3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-istrumenti mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità trid tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords ta’ kwalità.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni xierqa ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tad-diretturi fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(b)

il-manifattura, it-tekniki ta’ kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti, li se jintużaw;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru;

(d)

ir-rekords ta’ kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u data tat-testijiet, data dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.;

(e)

il-mezzi ta’ monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u tal-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

2.3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija fil-punt 2.3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim ta’ verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza ta’ valutazzjoni fil-qasam tal-istrument rilevanti u fit-teknoloġija tal-istrument konċernat, u konoxxenza tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-bini tal-manifattur. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2.3.1.(e) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-istrument ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

2.3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

2.3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 2.3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ evalwazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

2.4.   Sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

2.4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

2.4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ evalwazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u data tat-testijiet, data tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.

2.4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

2.4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikun neċessarju, jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

2.5.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

2.5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 2.3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

2.5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

2.6.   Għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 2.3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 2.3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fil-punti 2.3.5, 2.4.3 u 2.4.4.

2.7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

2.8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 2.3.1, 2.3.5, 2.5, u 2.6, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm ikunu speċifikati fil-mandat.

3.   Modulu D1: L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni

3.1.   L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 3.2, 3.4, u 3.7 u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-istrument rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u stima xierqa tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-evalwazzjoni, id-disinn, il-manifattura tal-istrument u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-istrument;

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u kif jaħdem l-istrument;

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. F’każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati;

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(f)

rapporti ta’ testijiet.

3.3.   Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq.

3.4.   Manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tal-istrumenti kkonċernati kif speċifikat fil-punt 3.5 u tkun suġġetta għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 3.6.

3.5.   Is-sistema ta’ kwalità

3.5.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema ta’ kwalità tiegħu relattivament għall-istrumenti kkonċernati lill-korp notifikat tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

it-tagħrif kollu rilevanti għall-kategorija prevista tal-istrumenti;

(d)

id- dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.2.

3.5.2.

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti applikabbli għalihom ta’ din id-Direttiva.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità trid tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords ta’ kwalità.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

(b)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha saru;

(d)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u data tat-testijiet, data tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.;

(e)

il-mezzi li bihom tiġi mmonitorjata l-kisba tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u l-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.5.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.5.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim ta’ verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza ta’ valutazzjoni fil-qasam tal-istrument rilevanti u fit-teknoloġija tal-istrument konċernat, u konoxxenza tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-bini tal-manifattur. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.2 biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-istrumenti ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

3.5.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.5.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ evalwazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-evalwazzjoni.

3.6.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

3.6.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

3.6.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ evalwazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.2;

(c)

ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u data tat-testijiet, data dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.

3.6.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

3.6.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

3.7.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

3.7.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.5.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull strument individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

3.7.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

3.8.   Għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.5.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp notifikat imsemmija fil-punti 3.5.5, 3.6.3 u 3.6.4.

3.9.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

3.10.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punti 3.3, 3.5.1, 3.5.5, 3.7 u 3.8, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm ikunu speċifikati fil-mandat.

4.   Il-modulu F: Il-konformità għat-tip abbażi tal-verifika tal-prodott

4.1.   Il-konformità għat-tip abbażi tal-verifika tal-prodott hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 4.2 u 4.5 u jiżgura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti konċernati li ġew suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4.3, ikunu konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

4.2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-istrumenti manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

4.3.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati biex jikkontrolla l-konformità tal-istrumenti mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti xierqa ta’ din id-Direttiva.

L-eżamijiet u t-testijiet biex tkun kontrollata l-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti xierqa għandhom isiru permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull strument kif speċifikat fil-punt 4.4.

4.4.   Il-verifika tal-konformità bl-eżami u bl-ittestjar ta’ kull strument.

4.4.1.

L-istrumenti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru t-testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzat(i) u/jew testijiet ekwivalenti kif stabbilit fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi verifikata l-konformità tagħhom mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u r-rekwiżiti adegwati ta’ din id-Direttiva.

Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

4.4.2.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull strument approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq.

4.5.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

4.5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4.3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 4,3 jaqbel, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mal-istrumenti n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat.

4.6.   Jekk il-korp notifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-istrumenti waqt il-proċess tal-manifattura.

4.7.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat jista’ ma jissodisfax l-obbligi tal-manifattur li huma stabbiliti fil-punt 4.2.

5.   Il-modulu F1: Il-konformità bbażata fuq il-verifika tal-prodott

5.1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika tal-prodott hija l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 5.2, 5.3, u 5.6 u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti konċernati li ġew suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 5.4, ikunu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

5.2.   Dokumentazzjoni teknika

5.2.1.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-istrument rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u stima xierqa tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura tal-istrument u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-istrument;

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u kif jaħdem l-istrument;

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati;

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(f)

rapporti ta’ testijiet.

5.2.2.

Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq.

5.3.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-istrumenti manifatturati mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.4.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u testijiet adegwati biex tkun kontrollata l-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

L-eżamijiet u t-testijiet biex tiġi kkontrollata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandhom isiru b’eżami u ttestjar ta’ kull strument kif speċifikat fil-punt 5.5.

5.5.   Il-verifika tal-konformità bl-eżami u bl-ittestjar ta’ kull strument.

5.5.1.

L-istrumenti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew testijiet ekwivalenti stabbilti fi ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn, għandhom isiru biex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli għalihom. Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

5.5.2.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull strument approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq.

5.6.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.6.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull strument individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.6.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.5 jaqbel, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mal-istrumenti n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat.

5.7.   Jekk il-korp notifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-istrumenti waqt il-proċess tal-manifattura.

5.8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat jista’ ma jissodisfax l-obbligi tal-manifattur li huma stabbiliti fil-punti 5.2.1 u 5.3.

6.   Il-modulu G: Il-konformità bbażata fuq verifika tal-unità

6.1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika ta’ unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 6.2, 6.3 u 6.5, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrument konċernat, li ġie suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 6.4, huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

6.2.   Dokumentazzjoni teknika

6.2.1.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika u jagħmilha disponibbli għall-korp notifikat imsemmi fil-punt 6.4. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-istrument rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u stima xierqa tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-istrument;

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u kif jaħdem l-istrument;

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati;

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ.;

(f)

rapporti ta’ testijiet.

6.2.2.

Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq.

6.3.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-istrument manifatturat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

6.4.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew f’testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-istrument approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq.

6.5.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

6.5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 6,4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull strument li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

6.5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.6.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 6.2.2 u 6.5, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

7.   Dispożizzjonijiet komuni

7.1.

Il-valutazzjoni tal-konformità skont il-Modulu D, D1, F, F1 jew G għandha ssir fil-post tax-xogħol tal-manifattur jew f’kull post ieħor jekk it-trasport lejn il-post tal-użu ma jirrikjedix li l-istrument jiġi żarmat, jekk it-tħaddim fil-post tal-użu ma jirrikjedix il-muntaġġ tal-istrument, jew kull installazzjoni oħra teknika li tista’ taffettwa r-rendiment tal-istrument, u jekk jiġi kkunsidrat il-valur tal-gravità fil-post fejn jitħaddem l-istrument jew jekk ir-rendiment tal-istrument ma jkunx sensittiv għal varjazzjonijiet fil-gravità. F’kull każ ieħor, għandha tiġi eżegwita fil-post tal-użu tal-istrument.

7.2.

Jekk ir-rendiment tal-istrument ikun sensittiv għall-varjazzjonijiet fil-gravità, il-proċeduri li hemm referenza għalihom fil-punt 7.1 jistgħu jsiru f’żewġ fażijiet, fejn it-tieni fażi għandha tinkludi l-eżamijiet u t-testijiet kollha li r-riżultat tagħhom huwa dipendenti fuq il-gravità, u fejn l-ewwel fażi tkun tinkludi l-eżamijiet u t-testijiet l-oħra kollha. It-tieni fażi għandha tiġi eżegwita fil-post tal-użu tal-istrument. Jekk Stat Membru jkun stabbilixxa żoni ta’ gravità fuq it-territorju tiegħu, l-espressjoni “fil-post tal-użu tal-istrument” tista’ tinqara “fiż-żona ta’ gravità tal-użu tal-istrument”.

7.2.1.

Fejn manifattur ikun għażel li l-esekuzzjoni ta’ waħda mill-proċeduri msemmija f’7.1 issir f’żewġ stadji, u fejn dawn iż-żewġ stadji jsiru minn persuni differenti, strument li għadda mill-ewwel stadju tal-proċedura għandu jkollu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut f’dak l-istadju.

7.2.2.

Il-parti li tkun wettqet l-ewwel stadju tal-proċedura għandha toħroġ għal kull strument ċertifikat li jkun fih id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-istrument u li jispeċifika l-eżamijiet u testijiet li jkunu saru.

Il-parti li twettaq it-tieni stadju tal-proċedura għandha twettaq dawk l-eżamijiet u t-testijiet li jkunu għadhom ma sarux.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jista’ jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat fuq talba.

7.2.3.

Il-manifattur li jkun adotta l-Modulu D jew D1 fl-ewwel fażi, jista’ juża l-istess proċedura fit-tieni fażi jew jiddeċiedi li jkompli għat-tieni fażi bil-Modulu F jew F1 kif xieraq.

7.2.4.

L-immarkar CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jitwaħħlu mal-istrument meta jitlesta t-tieni stadju, flimkien man-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat li ħa sehem fit-tieni stadju.


ANNESS III

SKRIZZJONIJIET

1.   Strumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2)

1.1.

Dawk l-istrumenti għandu jkollhom b’mod viżibbli, leġġibbli u indelibbli l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

(i)

in-numru taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE, fejn xieraq;

(ii)

l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata;

(iii)

il-klassi ta’ preċiżjoni, magħluqa f’forma ovali jew f’ żewġ linji orizzontali magħqudin b’ żewġ nofs ċrieki;

(iv)

il-kapaċità massima fil-forma Max …;

(v)

il-kapaċità minima fil-forma Min …;

(vi)

l-intervall tal-iskala tal-verifika fil-forma e =;

(vii)

in-numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje:

u fejn ikun applikabbli:

(viii)

għal strumenti li huma magħmulin minn unitajiet separati imma assoċjati: il-marka ta’ identifikazzjoni fuq kull unità;

(ix)

l-iskala ta’ intervall jekk din hija differenti minn e, fil-forma ta’ d = …;

(x)

l-effett massimu addittiv tat-tara, fil-forma ta’ T = + …;

(xi)

l-effett massimu li jitnaqqas tat-tara jekk dan ikun differenti minn Max, fil-forma ta’ T = - …;

(xii)

l-intervall tat-tara jekk dan huwa differenti minn d, fil-forma ta’ dT = …;

(xiii)

it-tagħbija massima li mhix ta’ periklu jekk din hi differenti minn Max, fil-forma ta’ Lim …;

(xiv)

il-limiti tat-temperatura speċjali, fil-forma … °C/… °C;

(xv)

il-proporzjon ta’ bejn ir-riċevitur tat-tagħbija u t-tagħbija.

1.2.

Dawk l-istrumenti għandu jkollhom il-faċilitajiet adegwati biex jitwaħħlilhom il-marka tal-konformità u l-iskrizzjonijiet. Dawn għandhom ikunu tali li l-marka tal-konformità u l-iskrizzjonijiet ma jkunux jistgħu jitneħħew mingħajr ma wieħed jagħmlilhom ħsara, u li l-marka tal-konformità u l-iskrizzjonijiet ikunu viżibbli meta l-istrument ikun fil-pożizzjoni ta’ operazzjoni normali tiegħu.

1.3.

Meta tkun użata pjanċa tad-data, għandu jkun possibbli li l-pjanċa tiġi ssiġillata sakemm din ma tkunx tista’titneħħa mingħajr ma tiġi meqruda. Jekk il-pjanċa tad-data tista’ tiġi ssiġillata għandu jkun possibbli li titpoġġa marka ta’ kontroll fuqha.

1.4.

L-iskrizzjonijiet Max, Min, e u d għandhom jintwerew ħdejn il-wirja tar-riżultat jekk ma jkunux diġà jinsabu hemm.

1.5.

Kull strument li jkejjel it-tagħbija, li huwa kkonnettjat jew li jista’ jiġi kkonnettjat ma’ wieħed jew aktar riċevituri tat-tagħbija, għandu jkollu l-iskrizzjonijiet relatati mal-imsejħa riċevituri tat-tagħbija.

2.   Strumenti li mhux maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) għandu jkollhom b’mod viżibbli, leġġibbli u indelibbli:

l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trade mark reġistrata;

il-kapaċità massima, fil-forma Max….

Dawk l-istrumenti ma għandhomx ikollhom il-marka tal-konformità kif stipulat f’din id-Direttiva.

3.   Is-simbolu ta’ użu ristrett imsemmi fl-Artikolu 18

Is-simbolu ta’ użu ristrett għandu jkun magħmul mill-ittra kapitali “M” stampata bl-iswed fuq sfond aħmar li jkun tal-anqas 25 mm × 25 mm kwadru b’ żewġ dijagonali li jaqsmu ’l xulxin u li jiffurmaw salib.


ANNESS IV

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE (Nru XXXX) (1)

1.

Mudell tal-istrument/Strument (in-numru tal-prodott, tat-tip, tal-lott jew tas-serje):

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-istrument li tippermetti t-traċċabbiltà). Jekk ikun neċessarju għall-identifikazzjoni ta’ strument, din tista’ tinkludi stampa):

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Il-korp notifikat … (isem, numru)… wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent)… u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(1)  Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta’ konformità.


ANNESS V

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emenda tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 45)

Id-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 122, 16.5.2009, p. 6)

 

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

Punt (i) tal-Artikolu 26(1) biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u dati ta’ applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness VII tad-Direttiva 2009/23/KE

(imsemmija fl-Artikolu 45)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

90/384/KEE

fit-30 ta’ Ġunju 1992.

1 ta’ Jannar 1993 (1)

93/68/KEE

30 June 1994

1 ta’ Jannar 1995 (2)


(1)  Skont l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 90/384/KEE, l-Istati Membri għandhom jippermettu matul perjodu ta’ 10 snin mid-data li fiha japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati mill-Istati Membri sabiex jittrasponu fil-liġi nazzjonali dik id-Direttiva, it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta’ strumenti li huma konformi mar-regoli fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 1993.

(2)  Skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 93/68/KEE: “Sal-1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw mal-arranġamenti ta’ mmarkar fis-seħħ qabel fl-1 ta’ Jannar 1995.”


ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 2009/23/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(2), kliem introduttiv

L-Artikolu 1(2), kliem introduttiv

L-Artikolu 1(2), punt (a)(i)

L-Artikolu 1(2), punt (a)

L-Artikolu 1(2), punt (a)(ii)

L-Artikolu 1(2), punt (b)

L-Artikolu 1(2), punt (a)(iii)

L-Artikolu 1(2), punt (c)

L-Artikolu 1(2), punt (a)(iv)

L-Artikolu 1(2), punt (d)

L-Artikolu 1(2), punt (a)(v)

L-Artikolu 1(2), punt (e)

L-Artikolu 1(2), punt (a)(vi)

L-Artikolu 1(2), punt (f)

L-Artikolu 1(2), punt (b)

L-Artikolu 1(2), punt (g)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 2(3) sa (19)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3(1) u (2)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 9(1), kliem introduttiv

L-Artikolu 13(1), kliem introduttiv

L-Artikolu 9(1), punt (a)

L-Artikolu 13(1), punt (a)

L-Artikolu 9(1), punt (b)

L-Artikolu 13(1), punt (b)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 13(2)

L-Artikolu 9(3)

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17(1) sa (5)

L-Artikolu 17(5a)

L-Artikolu 13, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 6(5) ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 13, it-tieni sentenza

L-Artikolu 18

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20

L-Artikolu 21

L-Artikolu 22

L-Artikolu 23

L-Artikolu 24

L-Artikolu 25

L-Artikolu 26

L-Artikolu 27

L-Artikolu 28

L-Artikolu 29

L-Artikolu 30

L-Artikolu 31

L-Artikolu 32

L-Artikolu 33

L-Artikolu 34

L-Artikolu 35

L-Artikolu 36

L-Artikolu 37

L-Artikolu 38

L-Artikolu 39

L-Artikolu 40

L-Artikolu 41

L-Artikolu 42

L-Artikolu 14

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 43

L-Artikolu 44(1)

L-Artikolu 16

L-Artikolu 44(2)

L-Artikolu 17

L-Artikolu 45

L-Artikolu 18

L-Artikolu 46, l-ewwel paragrafu

L-Artikolu 46, it-tieni paragrafu

L-Artikolu 19

L-Artikolu 47

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II, punt 1

L-Anness II, punt 1

L-Anness II, punt 2

L-Anness II, punt 2

L-Anness II, punt 3

L-Anness II, punt 3

L-Anness II, punt 4

L-Anness II, punt 5

L-Anness II, punt 4

L-Anness II, punt 6

L-Anness II, punt 5

L-Anness II, punt 7

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness V

L-Anness VI

L-Anness VII

L-Anness V

L-Anness VIII

L-Anness VI


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala "kumitati ta' komitoloġija"fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.


29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/149


DIRETTIVA 2014/32/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ strumenti tal-kejl (riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl (3) ġiet emendata sostanzjalment (4). Billi huma meħtieġa aktar emendi, fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5) jistipula regoli dwar l-akkreditament tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6) tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw għal leġiżlazzjoni settorjali sabiex jipprovdu bażi koerenti għat-tfassil, ir-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni. Id-Direttiva 2004/22/KE għandha tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Din id-Direttiva tkopri l-istrumenti tal-kejl li jkunu ġodda għas-suq tal-Unjoni meta jiġu introdotti fis-suq; jiġifieri, dawn jew ikunu strumenti tal-kejl ġodda magħmula minn manifattur stabbilit fl-Unjoni, inkella jkunu strumenti tal-kejl, kemm jekk ġodda fjamanti kif ukoll jekk użati, importati minn pajjiż terz.

(5)

L-istrumenti korretti u traċċabbli tal-kejl jistgħu jintużaw għal varjetà ta’ kompiti tal-kejl. Jistgħu jeħtieġu l-użu ta’ strumenti tal-kejl ikkontrollati b’mod legali dawk li jirrispondu għall-interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sikurezza u l-ordni, il-protezzjoni tal-ambjent u tal-konsumatur, tal-liġijiet tal-ġbir tat-taxxi u tad-dazji u tal-kummerċ ġust, li jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini direttament u indirettament f’ħafna modi.

(6)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(7)

Il-kontroll metroloġiku legali ma għandux iwassal għal xkiel għall-moviment ħieles tal-istrumenti tal-kejl. Id-dispożizzjonijiet applikabbli għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha u l-prova tal-konformità għandha tiġi aċċettata fl-Unjoni kollha.

(8)

Il-kontroll metroloġiku legali jeħtieġ il-konformità mar-rekwiżiti speċifikati tal-prestazzjoni. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni li l-istrumenti tal-kejl jridu jissodisfaw għandhom jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha tipprovdi livell għoli ta’ fiduċja.

(9)

Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kontroll metroloġiku legali. Fejn jiġi stabbilit il-kontroll metroloġiku legali, għandhom jintużaw biss l-istrumenti tal-kejl li jħarsu r-rekwiżiti komuni tal-prestazzjoni.

(10)

Il-prinċipju tal-għażla mdaħħal bid-Direttiva 2004/22/KE jippermetti lill-Istati Membri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiddeċiedu jekk jippreskrivux l-użu tal-istrumenti koperti b’din id-Direttiva.

(11)

L-ispeċifikazzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw ir-rekwiżiti xierqa nazzjonali għall-użu ma għandhomx jinterferixxu mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar “id-dħul fl-użu”.

(12)

Il-prestazzjoni ta’ ċerti strumenti tal-kejl hija partikolarment sensittiva għall-ambjent, b’mod partikolari l-ambjent elettromanjetiku. L-immunità tal-istrumenti tal-kejl mill-interferenza elettromanjetika għandha tagħmel parti integrali minn din id-Direttiva, u r-rekwiżiti tal-immunità tad-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjentika (7) għalhekk ma għandhomx japplikaw.

(13)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-istrumenti tal-kejl fl-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx ifixklu l-introduzzjoni fis-suq u/jew id-dħul fl-użu tal-istrumenti tal-kejl li jġorru l-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(14)

L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa sabiex jipprevjenu l-istrumenti tal-kejl li ma jikkonformawx milli jiġu introdotti fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu. Hija għalhekk meħtieġa l-kooperazzjoni adegwata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-effett ta’ dan il-għan mal-Unjoni kollha.

(15)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-istrumenti tal-kejl ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli tal-aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku li huma koperti b’din id-Direttiva, u biex jiggarantixxu wkoll kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(16)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jqiegħdu fis-suq dawk il-prodotti biss li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(17)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(18)

Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jwettaq il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ biss l-obbligu tal-manifattur.

(19)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-istrumenti tal-kejl minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-Unjoni jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti tal-kejl. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li l-istrumenti tal-kejl li jintroduċu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jintroduċux fis-suq strumenti tal-kejl li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marki tal-istrumenti tal-kejl u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(20)

Meta jintroduċi strument tal-kejl fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq l-istrument tal-kejl ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jsir kuntatt miegħu. Għandhom jsir provvediment għal eċċezzjonijiet fejn id-daqs jew in-natura tal-istrument tal-kejl ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq l-istrument tal-kejl.

(21)

Id-distributur iqiegħed strument tal-kejl fis-suq wara li dan ikun ġie introdott fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur. Id-distributur għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jiżgura li t-trattament tal-istrument tal-kejl min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità ta’ dak l-istrument ma’ din id-Direttiva.

(22)

Kull operatur ekonomiku li jintroduċi fis-suq strument tal-kejl f’ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika strument tal-kejl b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(23)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu aktar involuti fil-kompiti tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-istrument tal-kejl ikkonċernat.

(24)

Meta tkun żgurata t-traċċabbiltà ta’ strument tal-kejl fil-katina kollha tal-provvista, dan jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza biex jittraċċaw lil operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq strumenti tal-kejl mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddewlhom strumenti tal-kejl jew ta’ dawk li lilhom għaddew strumenti tal-kejl.

(25)

Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali li ma jimpedixxu il-progress tekniku, preferibbilment ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni. Sabiex tkun faċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti hemm bżonn ta’ dispożizzjoni għal preżunzjoni tal-konformità tal-istrumenti tal-kejl li huma f’konformità mal-istandards armonizzati li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (8) sabiex ikunu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(26)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għal oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati meta dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(27)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tal-prestazzjoni tad-dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment jistgħu jikkonformaw ukoll, fl-intier tagħhom jew f’parti minnhom, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti b’din id-Direttiva. F’dawn il-każijiet, l-użu ta’ dawn id-dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment għandu jiġi permess bħala alternattiva għall-użu ta’ standards armonizzati u, f’kundizzjonijiet speċifiċi, jistgħu jwasslu li joħolqu l-preżunzjoni ta’ konformità.

(28)

Il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti b’din id-Direttiva jistgħu jiġu pprovduti wkoll minn speċifikazzjonijiet li ma jkunux fornuti minn standard tekniku Ewropew armonizzat jew dokument normattiv miftiehem internazzjonalment. L-użu tal-istandards tekniċi Ewropej armonizzati jew ta’ dokumenti normattivi miftiehma internazzjonalment għalhekk għandu jkun fuq għażla.

(29)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw li l-istrumenti tal-kejl li jitqiegħdu fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali, hemm bżonn li jiġu previsti proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għall-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġa. Sabiex tkun żgurata koerenza intersettorjali u jkunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli. Madankollu, huwa neċessarju li dawn il-moduli jiġu adattati sabiex jiġu riflessi l-aspetti speċifiċi tal-kontroll metroloġiku.

(30)

Il-valutazzjoni tal-konformità tas-subassemblaġġi għandha ssir f’konformità ma’ din id-Direttiva. Jekk subassemblaġġ jitqiegħed fis-suq b’mod separat u indipendenti minn strument, il-valutazzjoni tal-konformità tiegħu għandha ssir b’mod indipendenti mill-istrument interessat.

(31)

L-iktar stat avvanzat fit-teknoloġija tal-kejl huwa suġġett għal evoluzzjoni kostanti li tista’ twassal għal bidliet fil-ħtiġijiet tal-valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk, għal kull kategorija ta’ strument tal-kejl u, meta xieraq, tas-subassemblaġġ, għandu jkun hemm proċedura adegwata jew għażla bejn il-proċeduri differenti ta’ strettezza ekwivalenti.

(32)

Il-manifatturi għandhom jimlew dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni mitluba taħt din id-Direttiva dwar il-konformità tal-istrument tal-kejl ma’ din id-Direttiva u ma’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra tal-armonizzazzjoni.

(33)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika tal-konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali tal-konformità.

(34)

Il-marka CE u l-marki metroloġiċi supplimentari, li jindikaw il-konformità ta’ strument tal-kejl, huma l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE u r-relazzjoni ta’ din il-marka ma’ marki oħra huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE u l-marka metroloġika supplimentari għandhom ikunu stipulati f’din id-Direttiva.

(35)

Sabiex iqisu d-differenzi fil-kundizzjonijiet klimatiċi jew tal-livelli differenti tal-protezzjoni tal-konsumaturi li jistgħu japplikaw fil-livell nazzjonali, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti klassijiet ambjentali jew tal-eżattezza bħala rekwiżiti essenzjali.

(36)

Ċerti proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(37)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2004/22/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ prestazzjoni tal-korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi notifikati kollha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi tal-valutazzjoni tal-konformità.

(38)

Jekk xi korp tal-valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati, għandha tiġi preżunta l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(39)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti tal-kwalità fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità tal-istrumenti tal-kejl, jeħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(40)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditament kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditament huwa mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandu jintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(41)

L-akkreditament trasparenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati tal-konformità, għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet imwettqa minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(42)

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat il-livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ għall-istrumenti tal-kejl li jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-sottokuntratturi u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li jridu jiġu notifikati u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet imwettqa minn sottokuntratturi u sussidjarji.

(43)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ ssir notifika onlajn.

(44)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward ta’ korp notifikat. Huwa għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(45)

Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(46)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għall-istrumenti tal-kejl koperti minn din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti sabiex jitwettqu dawn il-kompiti.

(47)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-istrumenti tal-kejl jistgħu jiġu introdotti fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. L-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(48)

Id-Direttiva 2004/22/KE diġà tipprevedi proċedura ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Kummissjoni li teżamina l-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru kontra l-istrumenti tal-kejl li jqis li mhumiex konformi. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(49)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin sabiex jittieħdu fir-rigward ta’ strumenti tal-kejl li jippreżentaw riskju għal aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku koperti b’din id-Direttiva. Għandha tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti tal-kejl.

(50)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief meta n-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat jew f’dokument normattiv.

(51)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (9).

(52)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jesiġu li l-Istat Membru tan-notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom.

(53)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għal dokumenti normattivi li fuqhom ikun hemm qbil internazzjonali li r-referenzi tagħhom ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li d-dokument rilevanti jkun għad ma wassalx għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli.

(54)

Il-proċedura tal-eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għal dokumenti normattivi li fuqhom ikun hemm qbil internazzjonali li r-referenzi tagħhom diġà jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li huma ġustifikati, minħabba li tali atti jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli.

(55)

Il-proċedura ta’ eżami għandha wkoll tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ strumenti tal-kejl konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(56)

B’konformità mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(57)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(58)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ strumenti tal-kejl li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(59)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-kejl, is-setgħa li jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi fl-Annessi li huma speċifiċi għall-istrumenti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol ta’ preparazzjoni tagħha, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(60)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawk ir-regoli jkunu infurzati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(61)

Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu t-tqegħid fis-suq, u d-dħul fl-użu, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott ta’ strumenti tal-kejl li diġà ġew introdotti fis-suq skont id-Direttiva 2004/22/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu strumenti tal-kejl li ġew introdotti fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(62)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat li l-istrumenti tal-kejl fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti b’din id-Direttiva, waqt li tiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jista’, pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(63)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti.

(64)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness XIV, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jissodisfaw l-istrumenti tal-kejl bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu għall-kompiti tal-kejl li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 2

Ambitu

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-istrumenti tal-kejl definiti fl-Annessi III sa XII speċifiċi għall-istrumenti, (minn hawn “Annessi speċifiċi għall-istrumenti”), li jirrigwardaw l-arloġġi tal-ilma (MI = 001), l-arloġġi tal-gass u l-apparati tal-konverżjoni tal-volum (MI-002), l-arloġġi tal-enerġija elettrika attiva (MI-003), l-arloġġi tas-sħana (MI-004), is-sistemi tal-kejl għall-kejl kontinwu u dinamiku ta’ kwantitajiet ta’ likwidi oħra għajr l-ilma (MI-005), l-istrumenti awtomatiċi tal-kejl (MI-006), il-miters tat-taxi (MI-007), l-istrumenti tal-kejl tal-materjali (MI-008), l-istrumenti tal-kejl dimensjonali (MI-009) u l-analizzaturi tad-duħħan (MI-010).

2.   Din id-Direttiva hija Direttiva speċifika rigward ir-rekwiżiti tal-immunità elettromanjetika fis-sens tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Dik id-Direttiva tibqa’ tapplika fir-rigward tar-rekwiżiti tal-emissjonijiet.

Artikolu 3

Opzjonalità

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-użu tal-istrumenti tal-kejl sabiex ikejlu l-kompiti, meta meqjus ġustifikat, għal raġunijiet tal-interess pubbliku, is-saħħa pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-ġbir tat-taxxi u d-dazji u l-kummerċ ġust.

2.   Fejn l-Istati Membri ma jistabbilixxux dan l-użu, għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għalihom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“strument tal-kejl” tfisser kull apparat jew sistema bil-funzjoni tal-kejl li huma koperti bl-Artikolu 2(1);

(2)

“subassemblaġġ” tfisser apparat hardware, imsemmi hekk fl-annessi speċifiċi tal-istrument, li jiffunzjona b’mod indipendenti u jikkostitwixxi strument tal-kejl flimkien ma’ subassemblaġġ ieħor li miegħu huwa kompatibbli, jew ma’ strument tal-kejl li miegħu huwa kompatibbli;

(3)

“kontroll metroloġiku legali” tfisser il-kontroll tal-kompiti tal-kejl maħsuba għall-kamp tal-applikazzjoni ta’ strument tal-kejl, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-ambjent, il-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust;

(4)

“dokument normattiv” tfisser dokument li jkun fih speċifikazzjonijiet tekniċi adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Metroloġija Internazzjonali minn hawn ‘il quddiem;

(5)

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ strument tal-kejl għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(6)

“introduzzjoni fis-suq” tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba ta’ strument tal-kejl fis-suq tal-Unjoni;

(7)

“tidħil fl-użu” tfisser l-ewwel użu ta’ strument tal-kejl maħsub għall-utent finali għall-għanijiet li għalih kien maħsub;

(8)

“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura strument tal-kejl jew li jkollha strument tal-kejl iddisinjat jew immanifatturat, u tikkumerċjalizza dak l-istrument tal-kejl taħt isimha jew marka kummerċjali tagħha jew iddaħħlu fl-użu għall-għanijiet tagħha;

(9)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu b’rabta ma’ kompiti speċifikati;

(10)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li jintroduċi strument tal-kejl minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(11)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed strument tal-kejl fis-suq;

(12)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(13)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn strument tal-kejl;

(14)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(15)

“akkreditament” tfisser akkreditament kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(16)

“korp nazzjonali tal-akkreditament” tfisser korp tal-akkreditament kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(17)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ġewx sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva relatati ma’ strument tal-kejl;

(18)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;

(19)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura strument tal-kejl li jkun diġà sar disponibbli għall-utent finali;

(20)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tippermettix li strument tal-kejl fil-katina tal-provvista jitqiegħed fis-suq;

(21)

“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(22)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jiddikjara li l-istrument tal-kejl huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

Artikolu 5

L-applikabbiltà għas-subassemblaġġi

Fejn jeżistu annessi speċifiċi għall-istrument li jistabbilixxu r-rekwiżiti essenzjali għas-subassemblaġġ, din id-Direttiva għandha tapplika mutatis mutandis għal tali subassemblaġġ.

Is-subassemblaġġi u l-istrumenti tal-kejl jistgħu jiġu vvalutati indipendentement u separatament bil-għan li tiġi stabbilita l-konformità.

Artikolu 6

Rekwiżiti essenzjali

Strument tal-kejl għandu jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I u fl-Anness rilevanti speċifiku għall-istrumenti.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu, jekk meħtieġ għall-użu korrett tal-istrument, l-informazzjoni msemmija fil-punt 9 fl-Anness I jew fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrument f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih l-istrument jitqiegħed fis-suq.

Artikolu 7

Tqegħid fis-suq u dħul fl-użu

1.   L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet koperti b’din id-Direttiva jfixklu tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fl-użu ta’ kull strumenti tal-kejl li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-istrumenti tal-kejl jitqiegħdu fis-suq u/jew jiddaħħlu fl-użu jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva biss.

3.   Stat Membru jista’ jeħtieġ li strument tal-kejl jissodisfa d-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fl-użu li jkunu ġġustifikati mill-kundizzjonijiet klimatiċi lokali. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jagħżel il-limiti xierqa tat-temperaturi l-iktar għolja u l-iktar baxxi mit-Tabella 1 tal-Anness I u jista’ jispeċifika l-kundizzjonijiet tal-umdità (il-kondensazzjoni u n-nuqqas tal-kondensazzjoni) u jekk il-post maħsub għall-użu jkunx fil-miftuħ jew magħluq.

4.   Meta jiġu ddefiniti klassijiet differenti tal-eżattezza għal strument tal-kejl:

(a)

l-Annessi speċifiċi għall-istrumenti taħt l-intestatura “Id-dħul fl-użu” jistgħu jindikaw il-klassijiet tal-eżattezza li jridu jiġu użati għal applikazzjonijiet speċifiċi;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, Stat Membru jista’ jistabbilixxi l-klassijiet tal-eżattezza li jridu jintużaw għal applikazzjonijiet speċifiċi ġewwa l-klassijiet iddefiniti, sakemm jippermetti l-użu tal-klassijiet kollha tal-eżattezza fit-territorju tiegħu.

Għall-finijiet tal-punt (a) jew il-(b), jistgħu jintużaw strumenti tal-kejl ta’ klassi ta’ eżattezza aħjar jekk is-sid jagħżel hekk.

5.   Fil-fieri, l-esibizzjonijiet, id-demostrazzjonijiet kummerċjali jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu li juru l-istrumenti tal-kejl mhux f’konformità ma’ din id-Direttiva, sakemm sinjal viżibbli jindika biċ-ċar in-nuqqas tal-konformità u n-nuqqas tad-disponibbiltà tagħhom li jitqiegħdu fis-suq u/jew id-dħul tagħhom fl-użu sakemm huma jinġiebu f’konformità.

KAPITOLU 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 8

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jintroduċu l-istrumenti tal-kejl tagħhom fis-suq u/jew meta jdaħħluhom fl-użu, il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu tfasslu u ġew manifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti.

2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 18 u jwettqu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha f’isimhom.

Fejn ikun intwera, b’dik il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, li l-istrument tal-kejl ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-manifatturi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE u l-marka metroloġika supplimentari.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-EU għal 10 snin wara li l-istrument tal-kejl ikun ġie introdott fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu b’mod suffiċjenti dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati, fid-dokumenti normattivi jew fi ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ strument tal-kejl.

Meta jitqies li jkun meħtieġ fir-rigward tal-prestazzjoni preżentata minn strument tal-kejl, il-manifatturi għandhom jagħmlu testijiet ta’ kampjuni ta’ strumenti tal-kejl imqegħdin fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ strumenti tal-kejl mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ strumenti tal-kejl, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-istrumenti tal-kejl li huma jkunu introduċew fis-suq ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew natura tagħhom ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata f’dokument li jakkumpanja l-istrument tal-kejl u fuq l-imballaġġ, jekk ikun hemm, bi qbil mal-punt 9.2 tal-Anness I.

6.   Il-manifatturi, fuq l-istrument tal-kejl, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, f’dokument li jakkumpanja l-istrument tal-kejl u fuq l-imballaġġ tiegħu, jekk ikollu, skont il-punt 9.2 tal-Anness I. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-istrument tal-kejl li huma jkunu introduċew fis-suq ikun ikkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u minn struzzjonijiet u informazzjoni f’konformità mal-punt 9.3 tal-Anness I, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni, kif ukoll kull tip ta’ ttikkettar għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li strument tal-kejl li huma jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex l-istrument tal-kejl isir konformi, biex jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-istrument tal-kejl jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-istrument fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-istrument tal-kejl ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-istrument tal-kejl li huma jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 9

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifattur jista’, b’mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal 10 snin wara li l-istrument tal-kejl ikun ġie introdott fis-suq;

(b)

fuq talba motivata minn awtorità kompetenti, huwa għandu jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ strument tal-kejl;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji preżentati minn strumenti tal-kejl koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 10

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom jintroduċu fis-suq biss dawk l-istrumenti tal-kejl li jkunu konformi.

2.   Qabel ma jintroduċu strument tal-kejl fis-suq u/jew qabel ma jdaħħlu strument tal-kejl fl-użu, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur imsemmija fl-Artikolu 17. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-istrument tal-kejl ikollu l-marka CE u l-marka metroloġika supplimentari u li jkollu miegħu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u d-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6).

Fejn importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti, dan ma għandux jintroduċi l-istrument tal-kejl fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-istrument tal-kejl jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi, fuq l-istrument tal-kejl, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, f’dokument li jakkumpanja l-istrument tal-kejl u fuq l-imballaġġ tiegħu, jekk ikollu, skont il-punt 9.2 fl-Anness I. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-istrument tal-kejl ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni skont il-punt 9.3 tal-Anness I, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-l-istrument tal-kejl ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti.

6.   Meta jitqies li jkun meħtieġ fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ strument tal-kejl, l-importaturi għandhom jagħmlu testijiet ta’ kampjuni ta’ strumenti tal-kejl mqiegħda fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ strumenti tal-kejl mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ strumenti tal-kejl, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li strument tal-kejl li huma jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex l-istrument tal-kejl isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-istrument tal-kejl jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-istrument tal-kejl fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.   L-importaturi għandhom, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument tal-kejl ikun ġie introdott fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-istrument tal-kejl li huma jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 11

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jqiegħdu strument tal-kejl fis-suq u/jew idaħħluh fl-użu, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jqiegħdu strument tal-kejl fis-suq u/jew idaħħlu strument tal-kejl fl-użu, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-istrument tal-kejl ikollu l-marka CE u l-marka metroloġika supplimentari, li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u mid-dokumenti meħtieġa u minn istruzzjonijiet u informazzjoni skont il-punt 9.3 tal-Anness I, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali fl-Istat Membru fejn ikun se jitqiegħed fis-suq u/jew jiddaħħal fl-użu l-istrument tal-kejl, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6) u fl-Artikolu 10(3) rispettivament.

Fejn distributur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li strument tal-kejl ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti, dan ma għandux iqiegħed l-istrument tal-kejl fis-suq jew idaħħlu fl-użu sakemm dan ma jkunx sar konformi. Barra minn hekk, meta l-istrument tal-kejl jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur b’dan, kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq.

3.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-l-istrument tal-kejl jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-istrument tal-kejl li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, biex jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-istrument tal-kejl jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-istrument tal-kejl fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ strument tal-kejl. Dawn għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-istrumenti tal-kejl li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 12

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu 8 meta huwa jintroduċi strument tal-kejl fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika strument tal-kejl li diġà jkun ġie introdott fis-suq b’mod li jista’ jaffettwa l-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 13

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom bi strument tal-kejl;

(b)

kull operatur ekonomiku li huma jkunu pprovdewlu strument tal-kejl.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bi strument tal-kejl u għal perjodu ta’ 10 snin wara li jkunu pprovdew l-istrument tal-kejl.

KAPITOLU 3

IL-KONFORMITÀ TAL-ISTRUMENTI TAL-KEJL

Artikolu 14

Preżunzjoni tal-konformità tal-istrumenti tal-kejl

1.   L-istrumenti tal-kejl li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

2.   L-istrumenti tal-kejl li jkunu konformi ma’ partijiet ta’ dokumenti normattivi, li l-lista tagħhom kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti koperti minn dawk il-partijiet ta’ dokumenti normattivi.

3.   Manifattur jista’ jagħżel li juża kull soluzzjoni teknika li tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti. B’żieda ma’ dan, sabiex jibbenefika mill-preżunzjoni tal-konformità, il-manifattur irid japplika b’mod korrett is-soluzzjonijiet imsemmija jew fl-istandards armonizzati rilevanti jew fid-dokumenti normattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mat-testijiet xierqa msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 18(3) jekk il-programm korrispondenti tat-testijiet ikun ġie mwettaq skont id-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u jekk ir-riżultati tat-testijiet jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-dokumenti normattivi

Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq:

(a)

tidentifika dokumenti normattivi u, f’lista, tindika l-partijiet tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti li huma jkopru u li huma stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti;

(b)

tippubblika r-referenza tad-dokumenti normattivi u l-lista msemmija fil-punt (a) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Irtirar tar-referenzi tad-dokumenti normattivi

1.   Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li dokument normattiv li r-referenza għalih tkun ġiet ippubblikata jew tkun se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali li jkopri u li huma stipulati fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

(a)

li tippubblika, jew li ma tippubblikax jew li tippubblika b’restrizzjoni r-referenzi għad-dokumenti normattivi kkonċernati f’Il-Ġurnal Uffiċjai tal-Unjoni Ewropea;

(b)

li żżomm, jew li żżomm b’restrizzjoni r-referenzi għad-dokumenti normattivi kkonċernati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew li tirtirahom minnu.

2.   Din id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

3.   Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(3).

Artikolu 17

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità

Il-valutazzjoni tal-konformità ta’ strument tal-kejl mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli għandha ssir bl-applikazzjoni, fuq l-għażla tal-manifattur, ta’ waħda mill-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati fl-Anness rilevanti speċifikat għall-istrumenti.

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità huma stabbiliti fl-Anness II.

Ir-rekords u l-korrispondenza li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu f’lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp notifikat li jwettaq il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità, jew f’lingwa aċċettata minn dan il-korp.

Artikolu 18

Id-dokumentazzjoni teknika

1.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmel intelliġibbli d-disinn, il-manifattura u kif jaħdem l-istrument tal-kejl u għandha tippermetti valutazzjoni tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

2.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tkun dettaljata b’mod suffiċjenti sabiex tiżgura konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

id-definizzjoni tal-karatteristiċi metroloġiċi;

(b)

ir-riproduċibbiltà tal-prestazzjoni metroloġika tal-istrumenti tal-kejl prodotti meta aġġustati kif jixraq bl-użu ta’ mezzi maħsuba adegwati;

(c)

l-integrità tal-istrument tal-kejl.

3.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha sa fejn u sakemm rilevanti għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tat-tip u/jew l-istrument tal-kejl tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-istrument tal-kejl;

(b)

disinn konċettwali u t-tpinġijiet u l-pjanijiet tal-manifattura tal-komponenti, tas-subassemblaġġi, taċ-ċirkwiti, eċċ.;

(c)

il-proċeduri tal-manifattura sabiex tiġi żgurata produzzjoni konsistenti;

(d)

jekk japplikaw, deskrizzjoni tal-apparati elettroniċi bi tpinġijiet, dijagrammi, dijagrammi tal-moviment tal-loġika u informazzjoni ġenerali dwar is-software li tispjega l-karatteristiċi u kif jaħdmu;

(e)

id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa sabiex tinftiehem l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d), inkluż kif jaħdem l-istrument tal-kejl;

(f)

lista tal-istandards armonizzati u/jew id-dokumenti normattivi msemmija fl-Artikolu 14, applikat fl-intier tiegħu jew f’parti minnu; li r-referenzi għalih ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(g)

id-dekrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali meta ma jkunux ġew applikati l-istandards armonizzati u/jew id-dokumenti normattivi msemmija fl-Artikolu 14, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti applikati;

(h)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinni, l-eżamijiet, eċċ.;

(i)

ir-riżultati tat-testijiet xierqa, meta meħtieġa, sabiex juru li t-tip u/jew l-istrumenti tal-kejl jikkonformaw ma’ dan li ġej:

ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva skont kundizzjonijiet operattivi stipulati u skont l-interferenzi ambjentali speċifikati,

l-ispeċifikazzjonijiet ta’ kemm idumu jaħdmu tajjeb l-arloġġi tal-gass, tal-ilma u tas-sħana kif ukoll likwidi oħra għajr l-ilma.

(j)

iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE jew iċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE rigward l-istrumenti tal-kejl li jkun fihom partijiet identiċi għal dawk fid-disinn.

4.   Il-manifattur għandu jispeċifika fejn kienu applikati s-siġilli u l-għoti tal-marki.

5.   Il-manifattur għandu jindika l-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà mal-interfacċi u s-subassemblaġġi, meta rilevanti.

Artikolu 19

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti essenzjali speċifikati fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti ntweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness XIII, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn l-istrument tal-kejl ġie introdott jew tqiegħed fis-suq.

3.   Fejn strument tal-kejl huwa suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni, li jesiġi dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE unika fir-rigward tal-atti kollha bħal dawn tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-istrument tal-kejl mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 20

L-għoti tal-marka tal-konformità

Il-konformità ta’ strument tal-kejl ma’ din id-Direttiva għandha tiġi indikata bil-preżenza fuqu tal-marka CE u tal-marka supplimentari tal-metroloġija kif speċifikat fl-Artikolu 21.

Artikolu 21

Prinċipji ġenerali tal-marka CE u tal-marka supplimentari tal-metroloġija

1.   Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.   Il-marka supplimentari tal-metroloġija għandha tikkonsisti fl-ittra kapitali “M” u l-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha titwaħħal il-marka CE, imdawra b’rettangolu. L-għoli tar-rettangolu għandu jkun ugwali għall-għoli tal-marka CE.

3.   Il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw mutatis mutandis, għall-marka supplimentari tal-metroloġija.

Artikolu 22

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija

1.   Il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jitwaħħlu fuq l-istrument tal-kejl jew fuq it-tikketta tiegħu ta’ informazzjoni, b’mod li tkun tidher, tkun tista’ tinqara u ma titħassarx. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx permess minħabba n-natura tal-istrument tal-kejl, huma għandhom jitwaħħlu fuq id-dokumenti li jakkumpanjawh u fuq l-imballaġġ, jekk ikun il-każ.

2.   Meta strument tal-kejl jikkonsisti minn sett ta’ apparati, mhux subassemblaġġi, li jaħdmu flimkien, il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jitwaħħlu fuq l-apparat prinċipali tal-istrument.

3.   Il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom jitwaħħlu qabel l-istrument tal-kejl jiġi introdott fis-suq.

4.   Il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija jistgħu jitwaħħlu mal-istrument matul il-proċess tal-manifattura, jekk iġġustifikat.

5.   Il-marka supplimentari tal-metroloġija għandha ssegwi immedjatament il-marka CE.

Il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija għandhom ikunu segwiti min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat fejn dak il-korp ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni kif stabbilit fl-Anness II.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, skont l-istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

In-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat interessat m’għandux ikun jista’ jitħassar jew jinqered minnu nnifsu mat-tneħħija.

6.   Taħt il-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija u, fejn ikun applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat jistgħu jkunu segwiti minn kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

7.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dak l-immarkar.

KAPITOLU 4

NOTIFIKA TA’ KORPI TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 23

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità tal-parti terza skont din id-Direttiva.

2.   Jekk Stat Membru ma jkunx daħħal il-leġiżlazzjoni biex jitkejlu l-kompiti nazzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, għandu jżomm id-dritt li jinnotifika korp għall-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità li jkollhom x’jaqsmu mal-istrument tal-kejl ikkonċernat.

Artikolu 24

Awtoritajiet tan-notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inklużi l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

3.   Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25. Barra minn hekk, dan għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-responsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 25

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.   L-awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.   L-awtorità tan-notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attività li ssir minn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 26

Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 27

Rekwiżiti marbuta ma’ korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.

2.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-istrument tal-kejl li jevalwa.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess jintwerew, jitqies bħala tali korp tal-valutazzjoni tal-konformità.

4.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak li jagħmel il-manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl li huwa jivvaluta, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-istrumenti tal-kejl evalwati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ strumenti tal-kejl bħal dawn għal għanijiet personali.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk l-istrumenti tal-kejl, lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

It-tieni subparagrafu, madankollu, ma jipprekludi fl-ebda manjiera l-possibbiltà tal-iskambji ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjoni, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha tal-valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness II u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija tal-istrumenti tal-kejl li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu in-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott konċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnu u minn awtorità adegwata biex jagħmel dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

konoxxenza adegwata u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali, stipulati fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti, tal-istandards armonizzati applikabbli u d-dokumenti normattivi u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell tal-ġestjoni tagħhom u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Ir-rimunerazzjoni ta’ dawk fl-ogħla livell u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddipendi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Anness II jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Artikolu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

11.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 28

Preżunzjoni tal-konformità tal-korpi notifikati

Fejn korp tal-valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 29

Sussidjarji ta’ korpi notifikati u sottokuntrattar minnhom

1.   Fejn korp notifikat jagħti b’sottokuntratt kompiti speċifiċi relatati mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Anness II.

Artikolu 30

Korpi interni akkreditati

1.   Jista’ jintuża korp intern akkreditat biex iwettaq attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità għall-impriża li minnha jkun jifforma parti għall-fini li jiġu implimentati l-proċeduri stabbiliti fil-punt 2 (Modulu A2) u l-punt 5 (Modulu C2) tal-Anness II. Tali korp għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta tal-impriża u m’għandux jieħu sehem fid-disinn, il-produzzjoni, il-provvista, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl valutati minnu

2.   Korp intern akkreditat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-korp għandu jkun akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(b)

il-korp u l-persunal tiegħu għandhom ikunu identifikabbli mill-aspett organizzattiv u jkollhom metodi ta’ rapportar, fl-impriża li jkunu jifformaw parti minnha, li jiżguraw l-imparzjalità tagħhom u juruha lill-korp nazzjonali rilevanti ta’ akkreditament;

(c)

la l-korp u lanqas il-persunal tiegħu m’għandhom ikunu responsabbli għad-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-installazzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl li huma jivvalutaw, u lanqas ma għandhom iwettqu attivitajiet li jistgħu jiġu f’konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom jew mal-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom ta’ valutazzjoni;

(d)

il-korp għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklussivament lill-impriża li jkun jagħmel parti minnha.

3.   Korp akkreditat intern m’għandux jiġi notifikat lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, iżda l-informazzjoni dwar l-akkreditament tiegħu għandha tingħata mill-impriża li minnha huwa jifforma parti jew mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament lill-awtorità tan-notifika fuq it-talba ta’ dik l-awtorità.

Artikolu 31

Applikazzjoni għal notifika

1.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-istrutment jew strumenti tal-kejl li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditament, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27.

3.   Jekk il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditament, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27.

Artikolu 32

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip(i) tal-istrument(i) tal-kejl li għalih(om) kull korp ikun inħatar u, fejn ikun rilevanti, il-klassijiet tal-eżattezza tal-istrument, il-firxa tal-kejl, it-teknoloġija tal-kejl, u kwalunkwe karatteristika oħra tal-istrument li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tan-notifika. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-istrument tal-kejl jew l-istrumenti tal-kejl inkwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 31(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun eżaminat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma jkunx intuża akkreditament.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 33

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 34

Tibdil fin-notifiki

1.   Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Huwa għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 35

Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew jekk korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkollu.

2.   L-Istat Membru notifikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 46(2).

Artikolu 36

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u l-massa jew in-natura tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod huma għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa biex l-istrument tal-kejl ikun konformi ma’ din id-Direttiva.

3.   Fejn korp notifikat isib li rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I jew fl-Annessi speċifikati għall-istrument jew fl-istandards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra ma ġewx sodisfatti mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat ta’ konformità.

4.   Meta, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li l-istrument tal-kejl ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew meta dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 37

Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati.

Artikolu 38

Obbligi ta’ informazzjoni dwar korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)

kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu jew il-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

fuq talba, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn notifikati taħt din id-Direttiva li jwettqu attivitajiet simili tal-valutazzjoni tal-konformità u li jkopru l-istess strumenti tal-kejl, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, fuq talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 39

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 40

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm fis-seħħ koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn isiru kif xieraq f’forma ta’ grupp settorjali ta’ korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp jew dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU 5

IS-SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, IL-KONTROLL TAL-ISTRUMENTI TAL-KEJL LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 41

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-istrumenti tal-kejl li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-istrumenti tal-kejl.

Artikolu 42

Proċeduri għat-trattament ta’ strumenti tal-kejl li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed għandhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmnu li strument kopert b’din id-Direttiva jippreżenta riskju għall-aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu valutazzjoni fir-rigward tal-istrument tal-kejl konċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, tul il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-istrument tal-kejl ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex l-istrument tal-kejl isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira l-istrument mis-suq jew li jiġbru lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha konċernati li huwa qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu li l-istrument tal-kejl jitqiegħedfis-suq nazzjonali tagħhom jew biex l-istrument tal-kejl jiġi rtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-istrument li mhux konformi, l-oriġini tal-istrument, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tal-istrument tal-kejl li jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma’ aspetti ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku koperti b’din id-Direttiva; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fid-dokumenti normattivi msemmija fl-Artikolu 14 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali relatata man-nuqqas tal-konformità tal-istrument tal-kejl ikkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni dwar miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-istrument tal-kejl ikkonċernat, bħall-irtirar tal-istrument mis-suq, mingħajr dewmien.

Artikolu 43

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra l-miżuri meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżuri bħal dawn imorru kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-istrument tal-kejl li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni skont il-każ. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-istrument jinstab li kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 42(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

4.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-istrument jinstab li kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 42(5), il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 16.

Artikolu 44

Strumenti tal-kejl konformi li jippreżentaw riskju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku

1.   Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni taħt l-Artikolu 42(1), isib li, għalkemm strument tal-kejl ikun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għal aspetti oħra ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jiżgura li l-l-istrument tal-kejl konċernat, meta jiġi introdott fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtirah jew jiġbru lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-istrumenti tal-kejl kollha li huwa qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-istrument tal-kejl konċernat, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-istrument tal-kejl, in-natura tar-riskju li jkun hemm u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 46(3).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 45

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 42, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jirrikjedi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE jew il-marka supplimentari tal-metroloġija tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE jew il-marka supplimentari tal-metroloġija ma jkunux twaħħlu;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp hu involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 22 jew ma jkunx twaħħal;

(d)

id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma tkunx qed takkumpanja l-istrumenti tal-kejl;

(e)

id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(f)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(g)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(6) jew fl-Artikolu 10(3) hi nieqsa, falza jew inkompleta;

(h)

ma jkunx sodisfatt kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 8 jew fl-Artikolu 10.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-istrument tal-kejl jitqiegħed fis-suq jew jiżgura li dan jinġabar lura jew jiġi irtirat mis-suq.

KAPITOLU 6

ATTI TAL-KUMITAT U ATTI DELEGATI

Artikolu 46

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Istrumenti tal-Kejl. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn ikollha tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

5.   Il-kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew meħtieġa minn xi leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 47

Emendi tal-Annessi

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 48 li jirrigwardaw l-emendar tal-Annessi III sa XII li huma speċifiċi għall-istrumenti, fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)

żbalji massimi permissibbli (iż-ŻMP) u l-klassijiet ta’ eżattezza;

(b)

il-kundizzjonijiet operattivi stipulati;

(c)

valuri kritiċi tal-bidla;

(d)

interferenzi.

Artikolu 48

Eżeċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-18 ta’ April 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 47 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 47 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 49

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur, minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 50

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu li jitqiegħdu fis-suq u/jew li jiddaħħlu fis-servizz strumenti tal-kejl koperti mid-Direttiva 2004/22/KE li jkunu konformi ma’ dik id-Direttiva u li ġew introdotti fis-suq qabel l-20 ta’ April 2016.

Iċ-ċertifikati maħruġin skont id-Direttiva 2004/22/KE għandhom ikunu validi skont din id-Direttiva.

2.   L-effetti tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/22/KE għandhom ikomplu sat-30 ta’ Ottubru 2016.

Artikolu 51

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sad-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu f’konformità mal-punti 5 sa 22 tal-Artikolu 4, l-Artikoli 8 sa 11, 13, 14, 19 u 21, l-Artikolu 22(1), (3), (5) u (6), l-Artikoli 23 sa 45, 49 u 50 u l-Anness II. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza trid issir u kif dik id-dikjarazzjoni tkun formulata.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 52

Tħassir

Bla ħsara għall-Artikolu 50, id-Direttiva 2004/22/KE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness XIV, Parti A, hija mħassra b’effett mill-20 ta’ April 2016, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttivi stabbilita fl-Anness XIV, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XV.

Artikolu 53

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1, 2, u 3, il-punti 1 sa 4 tal-Artikolu 4, l-Artikoli 5, 6, 7, 15 sa 18 u 20, l-Artikolu 22(2) u (4) u l-Annessi I u III sa XII għandhom japplikaw mill-20 ta’ April 2016.

Artikolu 54

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.

(4)  Ara l-Anness XIV, Parti A.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(7)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.

(8)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(9)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(10)  Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ara paġna 79 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

REKWIŻITI ESSENZJALI

Strument tal-kejl għandu jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni metroloġika sabiex kull parti affettwata jkun jista’ jkollha fiduċja fir-riżultat tal-kejl, u għandu jiġi ddisinjat u manifatturat għal livell għoli tal-kwalità rigward it-teknoloġija tal-kejl u s-sigurtà tal-informazzjoni tal-kejl.

Ir-rekwiżiti essenzjali li jridu jiġu sodisfatti mill-istrumenti tal-kejl huma ddikjarati hawn taħt u huma ssupplimentati, fejn meħtieġ, bir-rekwiżiti speċifiċi tal-istrumenti fl-Annessi III sa XII li jipprovdu iktar dettal dwar ċerti aspetti tar-rekwiżiti ġenerali.

Is-soluzzjonijiet adottati fis-segwitu tar-rekwiżiti essenzjali għandhom iqisu l-użu maħsub tal-istrument u kull użu ħażin previst tiegħu.

DEFINIZZJONIJIET

“Miżurand”

Il-miżurand huwa l-kwantità partikolari soġġetta għall-kejl.

“Kwantità ta’ influwenza”

Kwantità ta’ influwenza hija kwantità li mhix miżurand imma taffettwa r-riżultat tal-kejl.

Il-Kundizzjonijiet Operattivi Stipulati

Il-kundizzjonijiet operattivi stipulati huma l-valuri tal-kwantitajiet ta’ miżurand u influwenza li flimkien jiffurmaw il-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim ta’ strument.

L-interferenza

Kwantità tal-influwenza li jkollha valur fil-limiti speċifikati tar-rekwiżit xieraq imma 'l barra mill-kundizzjonijiet operattivi stipulati tal-istrument tal-kejl. Kwantità tal-influwenza toħloq interferenza jekk għal din il-kwantità ta' influwenza ma jkunux speċifikati l-kundizzjonijiet operattivi stipulati.

“Valur kritiku tal-varjazzjoni”

Il-valur kritiku tal-varjazzjoni huwa l-valur li fih il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl hija kkunsidrata mhux mixtieqa.

“Kejl tal-materjali”

Kejl tal-materjali huwa apparat maħsub biex jirriproduċi jew iforni f’manjiera permanenti matul l-użu tiegħu valur magħruf jew valur akbar ta’ kwantità mogħtija.

“Bejgħ dirett”

Tranżazzjoni kummerċjali hija bejgħ dirett jekk:

ir-riżultat tal-kejl iservi bħala l-bażi tal-prezz li jrid jitħallas; u

mill-inqas waħda mill-partijiet involuti fit-tranżazzjoni li jkollha x’taqsam mal-kejl hija l-konsumatur jew kull parti oħra li teħtieġ livell simili ta’ protezzjoni; u

il-partijiet kollha fit-tranżazzjoni jaċċettaw ir-riżultat tal-kejl f’dak il-ħin u post.

L-ambjenti klimatiċi

Ambjenti klimatiċi huma l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-istrument tal-kejl. Sabiex jiġu meqjusa d-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri, ġiet definita firxa ta’ temperaturi.

“Utilità”

Utilità hija meqjusa bħala fornitur tal-elettriku, tal-gass, tas-sħana jew tal-ilma.

REKWIŻITI ESSENZJALI

1.   L-iżbalji permessi

1.1.   Taħt il-kundizzjonijiet operattivi stipulati u fl-assenza ta’ interferenzi, l-iżball tal-kejl ma għandux jaqbeż il-valur massimu permissibbli għall-iżball (ŻMP) kif stabbilit fir-rekwiżiti xierqa speċifiċi għall-istrumenti.

Għajr jekk iddikjarat xorta oħra fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti, iż-ŻMP huwa espress bħala valur bilaterali tad-devjazzjoni mill-valur reali tal-kejl.

1.2.   Taħt il-kundizzjonijiet operattivi stipulati u fil-preżenza ta’ interferenzi, ir-rekwiżit tal-prestazzjoni għandu jkun kif stabbilit fir-rekwiżiti adegwati speċifiċi għall-istrumenti.

Fejn l-istrument ikun maħsub biex jintuża f’kamp elettromanjetiku speċifikat permanenti u kontinwu, il-prestazzjoni permessa matul it-test modulat tal-amplitudni tal-kamp elettromanjetiku rradjat għandu jkun fil-limitu taż-ŻMP.

1.3.   Il-manifattur għandu jispeċifika l-ambjenti klimatiċi, mekkaniċi u elettromanjetiċi li fihom l-istrument ikun maħsub li jiġi użat, il-forniment tal-enerġija u kwantitajiet oħra tal-influwenza li x’aktarx jaffettwaw l-eżattezza tiegħu, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-annessi adegwati speċifiċi għall-istrumenti.

1.3.1.   L-ambjenti klimatiċi

Il-manifattur għandu jispeċifika l-limitu massimu tat-temperatura u l-limitu minimu tat-temperatura minn kull wieħed mill-valuri fit-Tabella 1 għajr jekk speċifikat xorta oħra fl-Annessi III sa XII, u jindika jekk l-istrument hux maħsub sabiex jikkondensa jew ma jikkondensax l-umdità kif ukoll il-post intenzjonat għall-istrument, jiġifieri fil-miftuħ jew fil-magħluq.

Tabella 1

 

Il-Limiti tat-Temperatura

Il-limitu massimu tat-temperatura

30 °C

40 °C

55 °C

70 °C

Il-limitu minimu tat-temperatura

5 °C

–10 °C

–25 °C

–40 °C

(a)

L-ambjenti mekkaniċi huma kklasifikati fi klassijiet minn MI sa M3 kif deskritti hawn taħt.

M1

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti użati fil-postijiet b’vibrazzjonijiet u xokkijiet ta’ sinifikat baxx, pereżempju. għall-istrumenti mwaħħla ma’ strutturi ħfief suġġetti għall-vibrazzjonijiet u x-xokkijiet negliġibbli trażmessi mill-attivitajiet tal-kolpi tar-riħ u taċ-ċaqliq tal-imniezel, it-tisbit tal-bibien, eċċ.

M2

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti użati fil-postjiet b’vibrazzjonijiet u xokkijiet sinifikanti jew ta’ livelli għolja, pereżempju. trażmessi mill-makkinarji u minn vetturi għaddejja fil-qrib jew li jinsabu maġemb magni tqal, ċineg trasportaturi, eċċ.

M3

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti użati fil-postijiet fejn il-livell tal-vibrazzjonijiet u tax-xokkijiet huwa għoli jew għoli ħafna, pereżempju. għall-istrumenti mmuntati direttament fuq il-magni, iċ-ċineg trasportaturi, eċċ.

(b)

Il-kwantitajiet tal-influwenza li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati f’relazzjoni mal-ambjenti mekkaniċi:

il-vibrazzjoni;

ix-xokk mekkaniku.

(a)

L-ambjenti elettromanjetiċi huma kklassifikati fil-klassijiet E1, E2 u E3 kif deskritti hawn taħt, għajr jekk stabbilit xorta oħra fl-Annessi speċifiċi relatati għall-istrumenti.

E1

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti użati fil-postjiet b’interferenzi elettromanjetiċi li jikkorrispondu ma’ dawk li x’aktarx ikunu jinsabu fil-bini residenzjali, kummerċjali u ta’ industriji ħfief.

E2

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti użati fil-postjiet b’interferenzi elettromanjetiċi li jikkorrispondu ma’ dawk li x’aktarx ikunu jinsabu fil-bini industrijali.

E3

Din il-klassi tapplika għall-istrumenti fornuti mill-batterija ta’ vettura. Dawn l-istrumenti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-E2 u mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

it-tnaqqis fil-vultaġġ ikkawżat mill-għoti tal-enerġija taċ-ċirkwiti li jqabbdu l-magna tal-kombustjoni interna,

kurrenti ta’ vultaġġ għoli transjenti li jiġru fl-eventwalità li batterija mingħajr ċarġ tiġi skonnessa waqt li l-magna tkun qed taħdem.

(b)

il-kwantitajiet li ġejjin tal-influwenza għandhom jiġu kkunsidrati f’relazzjoni mal-ambjenti elettromanjetiċi:

l-interruzzjonijiet fil-vultaġġ;

it-tnaqqis qasir tal-vultaġġ;

kurrenti ta’ vultaġġ transjenti fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali;

l-iskarigi elettrostatiċi;

kampijiet ettromanjetiċi bil-frekwenza tar-radju;

kampijiet elettromanjetiċi bil-frekwenza tar-radju fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali;

iż-żieda f’daqqa fuq il-linji tal-forniment u/jew il-linji tas-sinjali.

1.3.4.   Kwantitajiet oħra tal-influwenza li jridu jiġu kkunsidrati, meta jkun il-każ, huma:

il-varjazzjoni fil-vultaġġ;

il-varjazzjoni fil-frekwenza fil-mejns;

il-kampjijiet manjetiċi tal-frekwenza tal-enerġija;

kull kwantità oħra li x’aktarx tinfluwenza b’mod sinifikanti l-eżattezza tal-istrument.

1.4.   Meta jkunu qegħdin jitwettqu t-testijiet kif previsti f’din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin:

1.4.1.   Ir-regoli bażiċi għat-testijiet u kif jiġu stabbiliti l-iżbalji

Ir-rekwiżiti essenzjali speċifikati fil-punti 1.1 u l-1.2 għandhom jiġu vverifikati għal kull waħda mill-kwantitajiet tal-influwenza. Għajr jekk speċifikat xorta oħra fl-anness adegwat speċifiku relatat mal-istrumenti, dawn ir-rekwiżiti essenzjali japplikaw meta tiġi applikata kull waħda mill-kwantitajiet tal-influwenza u l-effett tagħha jiġi vvalutat separatament, filwaqt li l-kwantitajiet l-oħra kollha tal-influwenza jinżammu relattivament kostanti fil-valur ta’ referenza tagħhom.

Għandhom jitwettqu testijiet metroloġiċi matul jew wara l-applikazzjoni tal-kwantità tal-influwenza, tkun liema tkun il-kundizzjoni li tikkorrispondi mal-istatus operattiv normali tal-istrument meta din il-kwantità tal-influwenza hemm possibbiltà li sseħħ.

1.4.2.   L-umdità ambjentali

(a)

Skont l-ambjent klimatiku operattiv li fih l-istrument ikun maħsub li jintuża, jistgħu jkunu adegwati jew test fi-sod tal-istat niedi tas-sħana (li ma jikkondensax) jew it-test ċikliku tas-sħana niedja (li jikkondensa).

(b)

It-test ċikliku tas-sħana niedja huwa adegwatmeta l-kondensazzjoni hija importanti jew meta l-penetrazzjoni tal-fwar trid tiġi aċċellerata bl-effett tat-teħid tan-nifs. Fil-kundizzjonijiet meta l-umdità li ma tikkondensax hija fattur, huwa adegwat l-istat fis-sod tas-sħana niedja.

2.   Il-kapaċità tar-riproduzzjoni

L-applikazzjoni tal-istess miżurand f’post differenti jew minn utent differenti, filwaqt li l-kundizzjonijiet l-oħra kollha jibqgħu l-istess, għandha tirriżulta fil-qbil mill-qrib ta’ kejl suċċessiv. Id-differenza bejn ir-riżultati tal-kejl għandha tkun żgħira meta pparagunata maż-ŻMP.

3.   Ripetibbiltà

L-applikazzjoni tal-istess miżurand fl-istess kundizzjonijiet ta’ kejl għandha tirriżulta fi qbil mill-qrib ma’ kejl suċċessiv. Id-differenza bejn ir-riżultati tal-kejl għandha tkun żgħira meta pparagunata maż-ŻMP.

4.   Id-diskriminazzjoni u s-sensittività

Strument tal-kejl għandu jkun sensittiv biżżejjed u l-limitu minimu tad-diskriminazzjoni għandu jkun baxx biżżejjed għall-kompitu maħsub tal-kejl.

5.   It-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat sabiex iżomm stabbiltà adegwata tal-karatteristiċi metroloġiċi tiegħu fuq perjodu taż-żmien stmat mill-manifattur, sakemm ikun installat kif xieraq, miżmum u użat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur meta jkun fil-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom ikun maħsub.

6.   L-affidabbiltà

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat li jnaqqas kemm jista’ jkun l-effett ta’ difett li jwassal għal riżultat mhux eżatt tal-kejl, għajr jekk tkun ovvja l-preżenza ta’ dan id-difett.

7.   Adegwatezza

7.1.

Strument tal-kejl ma għandu jkollu l-ebda karatteristika li x’aktarx tiffaċilita l-użu frawdolenti, billi l-possibbiltajiet tal-użu ħażin mhux intenzjonat għandhom ikunu minimi.

7.2.

Strument tal-kejl għandu jkun adatt għall-użu maħsub għalih filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet prattiċi tat-tħaddim u ma għandux ma jirrispondix b’mod raġonevoli għad-domandi tal-utent sabiex jikseb riżultat tal-kejl korrett.

7.3.

L-iżbalji ta’ strument tal-kejl tal-utilitajiet fi flussi jew kurrenti barra mill-firxa kkontrollata ma għandhomx ikunu ppreġudikati b’mod mhux mistħoqq.

7.4.

Fejn strument tal-kejl ikun iddisinjat għall-kejl tal-valuri tal-miżurand li jkunu kostanti matul iż-żmien, l-istrument tal-kejl ma għandux ikun sensittiv għal ċaqliqiet żgħar tal-miżurand, jew għandu jieħu l-azzjoni adegwata.

7.5.

Strument tal-kejl għandu jkun b’saħħtu u l-materjal tal-kostruzzjoni tiegħu għandhom ikunu xierqa għall-kundizzjonijiet li fihom ikun maħsub li jintuża.

7.6.

Strument tal-kejl għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li jippermetti l-kontroll tal-kompiti tal-kejl wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq u mdaħħal fl-użu. Jekk ikun meħtieġ, tagħmir speċjali jew software għal dan il-kontroll għandhom ikunu parti minn dan l-istrument. Il-proċedura tat-testijiet għandha tiġi deskritta fil-manwal tal-ħidma.

Meta strument tal-kejl ikollu assoċjat miegħu software li jipprovdi funzjonijiet oħra minbarra l-funzjoni tal-kejl, is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi għandu jkun jista’ jiġi identifikat u ma għandux ikun influwenzat b’mod mhux ammissibbli mis-software assoċjat.

8.   Il-protezzjoni kontra l-korruzzjoni

8.1.

Il-karatteristiċi metroloġiċi ta’ strument tal-kejl ma għandhomx inkunu influwenzati b’mod mhux ammissibbli mill-konnessjoni tiegħu ma’ apparat ieħor, minn kull karatteristika tal-mezz innifsu kkonnettjat jew minn kull mezz remot li jikkomunika mal-istrument tal-kejl.

8.2.

Għandu jiġi ddisinjat komponent tal-hardware li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi sabiex ikun jista’ jagħti garanzija ta’ sigurtà. Il-miżuri tas-sigurtà previsti għandhom jipprovdu evidenza ta’ intervent.

8.3.

Is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi metroloġiċi għandu jiġi identifikat bħala tali u għandu jiġi żgurat.

L-identifikazzjoni tas-software għandha tiġi pprovvduta bla xkiel mill-istrument tal-kejl.

Għandha tkun disponibbli x-xiehda ta’ intervent għal perjodu raġonevoli taż-żmien.

8.4.

L-informazzjoni dwar il-kejl, is-software li jkun kritiku għall-karatteristiċi tal-kejl u l-parametri metroloġiċi importanti maħżuna jew trażmessi għandhom ikunu protetti b’mod adegwat kontra l-korruzzjoni aċċidentali jew maħsuba.

8.5.

Rigward l-istrumenti tal-kejl tal-utilitajiet il-wiri tal-kwantità totali fornuta jew il-wiri li minnhom tista’ jiġi dderivata l-kwantità totali fornuta, li rerferenza totali jew parzjali għalihom hija l-bażi għall-ħlas, ma għandux ikun jista’ jerġa’ jiġi ssettjat matul l-użu.

9.   L-informazzjoni li jrid ikollu l-istrument u li trid akkumpanjah

9.1.

Strument tal-kejl għandu jkollu fuqu l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata;

(b)

l-informazzjoni rigward l-eżattezza tiegħu;

u, fejn ikun applikabbli:

(c)

l-informazzjoni rigward il-kundizzjonijiet tal-użu;

(d)

il-kapaċita tal-kejl;

(e)

il-firxa tal-kejl:

(f)

l-għoti tal-marki ta’ identità;

(g)

in-numru taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jew iċ-ċertifikat tal-eżami jew iċ-ċertifikat tad-disinn tal-UE;

(h)

l-informazzjoni dwar jekk l-apparati addizzjonali li jipprovdu r-riżultati metroloġiċi jikkonformawx jew le mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-kontroll metroloġiku legali.

9.2.

Strument ta’ dimensjonijiet żgħar iżżejjed jew ta’ kompożizzjoni sensittiva żżejjed sabiex jippermettulu li jkollu t-tagħrif rilevanti għandu jkollu mmarkat kif xieraq l-imballaġġ tiegħu, jekk ikun il-każ, u d-dokumenti li jakkumpanjawh meħtieġa mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

9.3.

L-istrument għandu jkun akkumpanjat bl-informazzjoni dwar it-tħaddim tiegħu, għajr jekk is-sempliċità tal-istrument tal-kejl tagħmel dan mhux meħtieġ. L-informazzjoni għandha tinftiehem bla xkiel u, meta rilevanti, għandha tinkludi:

(a)

il-kundizzjonijiet operattivi stipulati;

(b)

il-klassijiet ambjentali mekkaniċi u elettromanjetiċi;

(c)

il-limiti massimi u minimi tat-temperatura, jekk hix possibbli l-kondensazzjoni, użu f’post miftuħ jew magħluq;

(d)

l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswijiet u l-aġġustamenti permissibbli;

(e)

l-istruzzjonijiet għat-tħaddim korrett u kull kundizzjoni speċjali tal-użu;

(f)

il-kundizzjonijiet kompatibbli mal-interfacċi, is-subassemblaġġi jew l-istrumenti tal-kejl.

9.4.

Il-gruppi ta’ strumenti identiċi tal-kejl użati fl-istess post jew użati għall-kejl tal-utilitajiet li mhux bil-fors jeħtieġu manwali individwali tal-istruzzjonijiet.

9.5.

Għajr jekk speċifikat xorta oħra f’anness speċifiku għall-istrumenti, l-intervall fl-iskala għal valur imkejjel għandu jkun fil-għamla ta’ 1×10n, 2×10n, jew 5×10n, fejn n hija numru sħiħ jew żero. L-unità tal-kejl jew is-simbolu tiegħu għandhom jintwerew qrib il-valur numeriku.

9.6.

Kejl tal-materjali għandu jkun immarkat b’valur jew skala numerika, akkumpanjat bl-unità tal-kejl użat.

9.7.

L-unitajiet tal-kejl użati u s-simboli tagħhom għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-unitajiet tal-kejl u s-simboli tagħhom.

9.8.

Il-marki u l-iskrizzjonijiet kollha meħtieġa taħt kull rekwiżit għandhom ikunu ċari, li ma jistgħux jitħassru, mhux ambigwi u li ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

10.   L-indikazzjoni tar-riżultat

10.1.

L-indikazzjoni tar-riżultat għandha tkun permezz ta’ display jew kopja stampata.

10.2.

L-indikazzjoni ta’ kull riżultat għandha tkun ċara u mhux ambigwa u akkumpanjata b’dawk il-marki u skrizzjonijiet meħtieġa sabiex jgħarrfu lill-utent bis-sinifikat tar-riżultat. Għandu jkun permess il-qari bla xkiel tar-riżultat ippreżentat taħt kundizzjonijiet normali tal-użu. Jistgħu jiġu murija indikazzjonijiet addizzjonali sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu konfużi mal-indikazzjonijiet metroloġiċi kkontrollati.

10.3.

Fil-każ ta’ kopja stampata, it-tipa jew ir-reġistrazzjoni għandhom ukoll ikunu jistgħu jinqraw bla xkiel u ma jkunux jistgħu jitħassru.

10.4.

Strument tal-kejl għal tranżazzjonijiet kummerċjali diretti tal-bejgħ għandu jkun iddisinjat biex jippreżenta r-riżultat tal-kejl liż-żewġ partijiet fit-tranżazzjoni meta installat kif maħsub. Meta jkollu importanza kritika fil-każ ta’ bejgħ dirett, kull biljett ipprovvdut lill-konsumatur b’apparat anċillari li ma jikkonformax mar-rekwiżiti adegwati ta’ din id-Direttiva għandu jkollu informazzjoni restrittiva adegwata.

10.5.

Sew jekk strument tal-kejl maħsub għall-għanijiet tal-kejl tal-utilitajiet ikun jista’ jinqara mill-bogħod u sew jekk le, għandu f’kull każ ikun mgħammar b’apparat li juri l-valuri tal-kejl ikkontrollat metroloġikament aċċessibbli għall-konsumatur mingħajr għodda. Dak li nqara f’dan l-apparat li juri huwa r-riżultat tal-kejl li jservi bħala l-bażi għall-prezz li jrid jitħallas.

11.   Iktar proċessar tal-informazzjoni sabiex tiġi konkluża t-tranżazzjoni kummerċjali

11.1.

Strument tal-kejl għajr strument li jkejjel l-utilitajiet għandu jirreġistra b’mezz għat-tul taż-żmien ir-riżultat tal-kejl akkumpanjat bl-informazzjoni sabiex jidentifika t-tranżazzjoni partikolari, meta:

(a)

il-kejl ma jerġax jirrepeti ruħu; u

(b)

l-istrument tal-kejl ikun normalment maħsub sabiex jintuża fin-nuqqas ta’ waħda mill-partijiet fil-kummerċ.

11.2.

B’ żieda ma’ dan, għandha tkun disponibbli prova għat-tul taż-żmien tar-riżultat tal-kejl u informazzjoni sabiex tidentifika t-tranżazzjoni fuq talba u meta jiġi konkluż il-kejl.

12.   Il-valutazzjoni tal-konformità

Strument tal-kejl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jippermetti valutazzjoni fil-pront tal-konformità mar-rekwiżiti adegwati ta’ din id-Direttiva.


ANNESS II

IL-MODULU A:   IL-KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI

1.   “Il-kontroll intern tal-produzzjoni” hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura, u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti tal-kejl ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 18. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn u sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

3.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u s-sorveljanza tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

4.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka metroloġika supplimentari deskritti f’din id-Direttiva ma’ kull strument tal-kejl individwali li jissodisfa r-rekwiżiti adegwati ta’ din id-Direttiva.

4.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal mudell ta’ strument u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-istrument tal-kejl ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi pprovuta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

5.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 4, jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU A2:   IL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA FLIMKIEN MA’ VERIFIKI SORVELJATI TAL-ISTRUMENTI B’INTERVALLI MHUX MISTENNIJA

1.   Il-kontroll intern tal-produzzjoni u l-verifiki sorveljati tal-istrument b’intervalli mhux mistennija hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li biha manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 4 u 5, u jiżgura, u jiddikkjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti tal-kejl ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 18. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn u sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

3.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu, jiżguraw li l-istrumenti manifatturati jikkonformaw mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttivi applikabbli għalihom.

4.   Il-kontrolli tal-istrumenti

Skont l-għażla tal-manifattur korp akkreditat intern jew korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jwettaq kontrolli jew iqabbad lil min jagħmilhom f’intervalli mhux mistennija adegwati taż-żmien stabbiliti mill-korp, sabiex jivverifika l-kwalità tal-kontrolli interni tal-istrument, filwaqt li jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-kumplessità teknoloġika tal-istrumenti u l-kwalità tal-produzzjoni. Kampjun adegwat tal-istrumenti tal-kejl finali, meħud fil-post mill-korp qabel ma l-prodotti jiġu introdotti fis-suq, għandu jiġi eżaminat u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet tal-istandards armonizzati u/jew tad-dokument normattiv, u/jew testijiet ekwivalenti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti, biex tkun verifikata l-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta’ standard armonizzat rilevanti jew dokument normattiv rilevanti, il-korp akkreditat intern jew il-korp notifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet xierqa li jridu jitwettqu.

F’dawk il-każijiet meta numru rilevanti ta’ strumenti fil-kampjun ma jikkonformawx ma’ livell aċċettabbli tal-kwalità, il-korp akkreditat intern jew il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri adegwati.

Fejn it-testijiet isiru minn korp notifikat, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat, il-manifattur għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat waqt il-proċess tal-manifattura.

5.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u l-marka metroloġika supplimentari stipulati f’din id-Direttiva ma’ kull strument tal-kejl individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal mudell ta’ strument u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi fornuta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

6.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur inklużi fil-punt 5, jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU B:   EŻAMI TAT-TIP TAL-UE

1.

’“L-eżami tat-tip tal-UE” huwa dik il-parti minn proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ strument u jivverifika u jikkonferma li d-disinn tekniku tal-istrument jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

2.

L-eżami tat-tip tal-UE jista’ jsir b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

l-eżami ta’ kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista, tal-istrument komplet tal-kejl (tip tal-produzzjoni),

(b)

valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-istrument permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 3, flimkien mal-eżami tal-kampjuni, rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista, ta’ parti waħda kritika jew aktar tal-istrument (kombinazzjoni tat-tip tal-produzzjoni u tat-tip tad-disinn);

(c)

il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-istrument permezz ta’ eżami tad-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 3, mingħajr l-eżami ta’ kampjun (tip tad-disinn).

Il-korp notifikat jiddeċiedi fuq il-manjiera adegwata u l-kampjuni meħtieġa.

3.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 18 għandha tagħmel possibbli li ssir valutazzjoni tal-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi u stima xierqa tar-riskju jew ir-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn u sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

L-applikazzjoni, barra minn hekk, għandha tinkludi, fejn ikun applikabbli:

(d)

il-kampjuni rappreżentattivi tal-produzzjoni maħsuba. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa biex isir il-programm tat-testijiet;

(e)

l-evidenza ta’ sostenn tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kwalunkwe dokument li jkun ġie użat, partikolarment meta l-istandards armonizzati rilevanti u/jew id-dokumenti normattivi ma ġewx applikati b’mod sħiħ. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, meta meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

4.

Il-korp notifikat għandu:

 

Għall-istrument:

4.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn biex jevalwa l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-istrument;

 

Għall-kampjun(i):

4.2.

jivverifika li l-kampjun(i) ġew manifatturati f’konformità ma’ dik id-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti u/jew tad-dokumenti normattivi kif ukoll l-elementi li tfasslu f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

4.3.

iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika jekk, meta l-manifattur ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, u fid-dokumenti normattivi dawn kienu ġew applikati b’mod korrett;

4.4.

iwettaq eżami u testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiċċekkja jekk, meta l-manifattur ikun għażel li ma japplikax is-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati u/jew fid-dokumenti normattivi, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur meta japplika speċifikazzjonijiet tekniċi oħra rilevanti jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti ta’ din id-Direttiva;

4.5.

jaqbel mal-manifattur dwar il-post fejn l-eżamijiet u t-testijiet ikunu se jiġu mwettqa.

 

Rigward il-partijiet l-oħra tal-istrument tal-kejl:

4.6.

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn sabiex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-partijiet l-oħra tal-istrument tal-kejl.

5.

Il-korp notifikat għandu jfassal rapport ta’ valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet imwettqa skont il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tiegħu lejn l-awtoritajiet tan-notifika, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.

6.

Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu.

Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-istrumenti tal-kejl manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi vvalutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern. B’mod partikolari, sabiex jiġi permess li tiġi vvalutata l-validità tal-istrumenti manifatturati skont it-tip eżaminat fir-rigward tar-riproduċibbiltà tal-prestazzjoni metroloġika tagħhom, meta jkunu aġġustati kif xieraq bl-użu tal-mezzi xierqa, il-kontenut għandu jinkludi:

il-karatteristiċi metroloġiċi tat-tip ta’ strument;

il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-istrumenti (is-siġillar, l-identifikazzjoni tas-software, eċċ.);

l-informazzjoni dwar l-elementi l-oħra meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-istrumenti u sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità viżwali esterna tagħhom mat-tip;

jekk ikun xieraq, kull informazzjoni oħra meħtieġa sabiex jiġu vverifikati l-karatteristiċi tal-istrumenti manifatturati;

fil-każ ta’ subassemblaġġ, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-kompatibbiltà mas-subassemblaġġi l-oħra jew l-istrumenti tal-kejl.

Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE għandu jkollu l-validità ta’ 10 snin mid-data tal-ħruġ tiegħu, u jista’ jiġġedded għal perjodi sussegwenti ta’ 10 snin.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, u jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kwalunkwe bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma l-manifattur b’dan.

8.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE, bil-modifikazzjonijiet kollha tat-tip approvat li jistgħu jolqtu l-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva jew mal-kundizzjonijiet għall-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. Tali modifiki jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE.

9.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda magħmula lilhom, li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kull żieda li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew taż-żidiet tagħhom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta’ dak iċ-ċertifikat.

10.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq.

11.

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 8 u 10, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU C:   KONFORMITÀ MAT-TIP FUQ IL-BAŻI TA’ KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI

1.   “Il-konformità mat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni” hija l-parti minn proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 3 u jiżgura u jiddikjara li l-istrumenti tal-kejl ikkonċernati huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-istrumenti tal-kejl manifatturati mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

3.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

3.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka metroloġika supplimentari stipulata f’din id-Direttiva ma’ kull wieħed mill-istrumenti individwali li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

3.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Ma’ kull strument ta’ kejl li jiġi introdott fis-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

4.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 3, jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU C2:   IL-KONFORMITÀ MAT-TIP FUQ IL-BAŻI TA’ KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI FLIMKIEN MAL-KONTROLLI B’SUPERVIŻJONI TAL-PRODOTT F’INTERVALLI MHUX REGOLARI

1.   Il-konformità mat-tip fuq il-bażi ta’ kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tal-prodott f’intervalli mhux regolari huma dik il-parti minn proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-istrumenti tal-kejl konċernati jkunu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-istrumenti tal-kejl manifatturati mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.   Il-kontrolli tal-istrumenti

Fuq l-għażla tal-manifattur, korp akkreditat intern jew korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jwettaq kontrolli jew iqabbad lil min jagħmilhom, f’intervalli mhux mistennija stabbiliti mill-korp, sabiex jivverifika l-kwalità tal-kontrolli interni tal-istrument, fejn jitqiesu, inter alia, il-komplessità teknoloġika tal-istrumenti u l-kwantità tal-produzzjoni. Għandu jiġi eżaminat kampjun adegwat tal-istrument tal-kejl finali, meħud fil-post mill-korp intern akkreditat jew mill-korp notifikat qabel ma l-prodotti jiġu introdotti fis-suq, u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati, u/jew id-dokumenti normattivi, u/jew testijiet ekwivalwenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi vverifikata l-konformità tal-prodott mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Fejn kampjun ma jikkonformax mal-livell ta’ kwalità aċċettabbli, il-korp intern akkreditat jew il-korp notifikat għandu jieħu miżuri xierqa.

Il-proċedura kampjunarja tal-aċċettazzjoni li għandha tiġi applikata hija maħsuba biex tiddetermina jekk il-proċess ta’ manifattura tal-istrument tal-kejl konċernat jaħdimx f’limiti aċċettabbli, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità tal-istrument.

Fejn it-testijiet isiru minn korp notifikat, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat, il-manifattur għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat waqt il-proċess tal-manifattura.

4.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka metroloġika supplimentari stipulati f’din id-Direttiva ma’ kull strument tal-kejl individwali li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva

4.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Ma’ kull strument tal-kejl li jiġi introdott fis-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

5.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 4, jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU D:   IL-KONFORMITÀ MAT-TIP FUQ IL-BAŻI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TA’ PRODUZZJONI

1.   Il-konformità mat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura, u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti tal-kejl ikkonċernati jkunu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar finali fil-produzzjoni tal-istrument konċernat kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu, għall-istrumenti tal-kejl ikkonċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-istrument ikkunsidrata;

(d)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-istrumenti tal-kejl huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

(b)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru;

(d)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, ecc.;

(e)

il-mezzi li bihom jiġu mmonitorjati t-twettiq tal-kwalità meħtieġa tal-prodott kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza tal-evalwazzjoni fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-prodott konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.

It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt (e) tal-punt 3.1. biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex iwettaq l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-prodott ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jivvaluta kull bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema tal-kwalità modifikata hux se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk valutazzjoni mill-ġdid tkunx neċessarja.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

5.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka metroloġika supplimentari stipulata f’din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru tal-identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument tal-kejl individwali li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Ma’ kull strument ta’ kejl li jiġi introdott fis-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

6.   Għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità, maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed, għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU D1:   L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI

1.   L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur iwettaq l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 4 u 7, u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-istrumenti tal-kejl interessati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 18. Id-dokumentazzjoni għandha tippermetti li ssir il-valutazzjoni tal-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi xierqa u valutazzjoni tar-riskju/i. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn u sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

3.   Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

4.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u ttestjar finali fil-produzzjoni tal-istrumenti tal-kejl konċernat kif speċifikat fil-punt 5 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 6.

5.   Is-sistema ta’ kwalità

5.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu, għall-istrumenti tal-kejl ikkonċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-istrument ikkunsidrata;

(d)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2,

5.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-istrumenti tal-kejl mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

(b)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru;

(d)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u d-dejta tat-testijiet, id-dejta dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki fir-rigward tal-persunal konċernat.

(e)

il-mezzi li bihom jiġi mmonitorjat it-twettiq tal-kwalità meħtieġa tal-prodott kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

5.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim ta’ verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza ta’ valutazzjoni fil-qasam tal-istrument rilevanti u fit-teknoloġija tal-istrument konċernat, u konoxxenza tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.

It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-istrumenti ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

5.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

5.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

6.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

6.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

6.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2,

(c)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

6.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

6.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikun neċessarju, jagħmel testijiet fuq l-istrument, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

7.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

7.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija stabbilita f’din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument tal-kejl individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

7.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

8.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 5.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 5.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punti 5.5, 6.3 u 6.4.

9.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

10.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, stipulati fil-punti 3, 5.1, 5.5, 7 u 8, jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU E:   IL-KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-ISTRUMENT

1.   Il-konformità mat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-istrument hija l-parti minn proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti tal-kejl ikkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni u ttestjar finali fil-produzzjoni tal-istrumenti tal-istrumenti tal-kejl konċernati kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu, għall-istrumenti tal-kejl ikkonċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-istrumenti kkunsidrata;

(d)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-istrumenti tal-kejl huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jkunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords tal-kwalità.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

(b)

l- eżamijiet u t-testijiet li jridu jsiru wara l-manifattura;

(c)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

(d)

il-mezzi biex ikun immonitorjat it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza tal-valutazzjoni fil-qasam tal-istrument u t-teknoloġija tal-istrument rilevanti konċernat, u konoxxenza tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara tal-valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.

It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt (e) tal-punt 3.1, biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-istrument ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn tal-valutazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet tal-valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna, u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika lill-manifattur.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikun neċessarju, jagħmel testijiet fuq l-istrument, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

5.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument tal-kejl individwali li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

6.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU E1:   L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-ISPEZZJONI U L-ITTESTJAR FINALI TAL-ISTRUMENT

1.   L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-ispezzjoni u tal-ittestjar finali tal-istrument hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 4 u 7, u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti tal-kejl konċernati huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Id-dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 18. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-istrument rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u stima xierqa tar-riskju jew ir-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

3.   Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

4.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni u ttestjar finali fil-produzzjoni tal-istrumenti tal-kejl kkonċernati kif speċifikat fil-punt 5 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 6.

5.   Is-sistema ta’ kwalità

5.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-istrumenti tal-kejl konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-istrument ikkunsidrata;

(d)

id- dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2.

5.2.

Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura li l-istrumenti tal-kejl huma f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jkunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords tal-kwalità.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni rigward il-kwalità tal-prodott;

(b)

l-eżamijiet u t-testijiet li se jsiru wara l-manifattura;

(c)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

(d)

il-mezzi biex ikun immonitorjat it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

5.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza tal-valutazzjoni fil-qasam tal-istrument rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-istrument konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara tal-valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.

It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-istrument ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

5.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

5.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

6.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

6.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

6.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet tal-valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2;

(c)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

6.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika lill-manifattur.

6.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq l-istrument, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-test.

7.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

7.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija stabbilita f’din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 5.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument tal-kejl individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

7.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

8.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-istrument jitqiegħed fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 5.1,

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 5.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punti 5.5, 6.3 u 6.4.

9.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

10.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, stipulati fil-punti 3, 5.1, 5.5, 7 u 8, jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU F:   IL-KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ IL-VERIFIKA TAL-PRODOTT

1.   Il-konformità mat-tip ibbażata fuq il-verifika tal-prodott hija l-parti ta’ proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 5.1. u 6, u jiżguraa u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà uniku tiegħu, li l-istrumenti tal-kejl konċernati, li ġew suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3, huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-istrumenti tal-kejl manifatturati mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet adegwati biex tiġi vverifikata l-konformità tal-istrumenti mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti adegwati ta’ din id-Direttiva, jew iqabbad lil min jagħmilhom.

L-eżamijiet u t-testijiet biex tiġi vverifikata l-konformità tal-istrumenti tal-kejl mar-rekwiżiti adegwati ser isiru, skont kif jagħżel il-manifattur, jew permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull strument kif speċifikat fil-punt 4, jew bl-eżami u t-testijiet tal-istrumenti tal-kejl fuq bażi statistika kif speċifikat fil-punt 5.

4.   Il-verifika tal-konformità bl-eżami u t-testijiet ta’ kull strument

4.1.

L-istrumenti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru t-testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzat(i) u/jew fid-dokumenti normattivi, u/jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tagħhom mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti adegwati ta’ din id-Direttiva.

Fin-nuqqas ta’ standard armonizzat jew dokument normattiv, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

4.2.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull strument approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

5.   Il-verifika statistika tal-konformità

5.1.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess tal-produzzjoni u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw l-omoġeneità ta’ kull lott prodott, u għandu jippreżenta l-istrumenti tal-kejl tiegħu għall-verifika fl-għamla ta’ lottijiet omoġenji.

5.2.

Għandu jittieħed kampjun mingħajr għażla minn kull wieħed mil-lottijiet skont ir-rekwiżiti tal-punt 5.3. L-istrumenti tal-kejl kollha f’kampjun għandhom jiġu eżaminati individwalment u jiġu mwettqa t-testijiet adegwati ddikjarati fl-istandard(s) armonizzat(i), fid-dokument(i) normattiv(i), u/jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn, biex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u jiġi stabbilit jekk il-lott jiġix aċċettat jew irrifjutat. Fin-nuqqas ta’ standard armonizzat bħal dan jew dokument normattiv, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

5.3.

Il-proċedura statistika għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Il-kontroll statistiku jrid ikun ibbażat fuq l-attributi. Is-sistema tat-teħid tal-kampjuni għandha tiżgura:

(a)

livell tal-kwalità li jikkorrispondi ma’ probabbiltà tal-aċċettazzjoni ta’ 95 % b’nuqqas tal-konformità ta’ inqas minn 1 %;

(b)

livell tal-kwalità li jikkorrispondi ma’ probabbiltà tal-aċċettazzjoni ta’ 5 % b’nuqqas tal-konformità ta’ inqas minn 7 %.

5.4.

Jekk lott jiġi aċċettat, għandhom jitqiesu approvati l-istrumenti tal-kejl kollha, ħlief dawk l-istrumenti mill-kampjun li jkunu nstabu li ma jissodisfawx it-testijiet.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet magħmula, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull strument approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

5.5.

Jekk lott ma jiġix aċċettat, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri adegwati sabiex jipprevjeni l-introduzzjoni ta’ dan il-lott fis-suq. Fl-eventwalità ta’ rifjut spiss tal-lottijiet il-korp notifikat jista’ jissospendi l-verifika statistika u jieħu miżuri adegwati.

6.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

6.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument tal-kejl individwali li jkun f’konformità mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

6.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 3 jaqbel, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mal-istrumenti tal-kejl in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat.

7.   Jekk il-korp notifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-istrumenti tal-kejl waqt il-proċess tal-manifattura.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat jista’ ma’ jissodisfax l-obbligi tal-manifattur li huma inklużi fil-punti 2 u 5.1.

IL-MODULU F1:   IL-KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ IL-VERIFIKA TAL-PRODOTT

1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika tal-prodott hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, 6.1 u 7, u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrumenti tal-kejl konċernati li ġew suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, ikunu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Id-dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabblixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 18. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-istrument rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u stima xierqa tar-riskju jew ir-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

3.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-istrumenti tal-kejl manifatturati mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati biex tiġi vverifikata l-konformità tal-istrumenti tal-kejl mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, jew iqabbad lil min jagħmilhom.

L-eżamijiet u t-testijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti għandhom isiru, skont kif jagħżel il-manifattur, jew permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull strument kif speċifikat fil-punt 5, jew bl-eżami u t-testijiet tal-istrumenti tal-kejl fuq bażi statistika kif speċifikat fil-punt 6.

5.   Il-verifika tal-konformità bl-eżami u t-testijiet ta’ kull strument

5.1.

L-istrumenti tal-kejl kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru testijiet adegwati, iddikjarati fl-istandards armonizzati u/jew fid-dokumenti normattivi, u/jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti li japplikaw għalihom. Fin-nuqqas ta’ standard armonizzat bħal dan jew dokument normattiv, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

5.2.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull strument approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

6.   Il-verifika statistika tal-konformità

6.1.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess tal-produzzjoni jiżgura l-omoġeneità ta’ kull lott prodott, u għandu jippreżenta l-istrumenti tal-kejl tiegħu għall-verifika fl-għamla ta’ lottijiet omoġenji.

6.2.

Għandu jittieħed kampjun mingħajr għażla minn kull wieħed mil-lottijiet skont ir-rekwiżiti tal-punt 6.4.

6.3.

L-istrumenti tal-kejl kollha ġewwa l-kampjun għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew fid-dokumenti normattivi, u/jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u biex jiġi stabbilit jekk il-lott jiġix aċċettat jew irrifjutat. Fin-nuqqas ta’ standard armonizzat bħal dan jew dokument normattiv, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

6.4.

Il-proċedura statistika għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Il-kontroll statistiku jrid ikun imsejjes fuq l-attributi. Is-sistema tat-teħid tal-kampjuni għandha tiżgura:

(a)

livell tal-kwalità li jikkorrispondi ma’ probabbiltà tal-aċċettazzjoni ta’ 95 % b’nuqqas tal-konformità ta’ inqas minn 1 %;

(b)

livell tal-kwalità li jikkorrispondi ma’ probabbiltà tal-aċċettazzjoni ta’ 5 % b’nuqqas tal-konformità ta’ inqas minn 7 %.

6.5.

Jekk lott jiġi aċċettat, għandhom jitqiesu approvati l-istrumenti tal-kejl kollha, għajr dawk l-istrumenti mill-kampjun li jkunu nstabu li ma jissodisfawx it-testijiet.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet magħmula, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull strument approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

Jekk lott ma jiġix aċċettat, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri adegwati sabiex jipprevjeni li dak il-lott jitqiegħed fis-suq. Fl-eventwalità ta’ rifjut spiss tal-lottijiet, il-korp notifikat jista’ jissospendi l-verifika statistika u jieħu l-miżuri adegwati.

7.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

7.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument tal-kejl individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

7.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti tal-kejl individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 5 jaqbel, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mal-istrumenti tal-kejl in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat.

8.   Jekk il-korp notifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-istrumenti tal-kejl waqt il-proċess tal-manifattura.

9.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat ma jistax jissodisfa l-obbligi tal-manifattur stipulati fl-ewwel paragrafu tal-punt 2, fil-punt 3 u fil-punt 6.1.

IL-MODULU G:   IL-KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ IL-VERIFIKA TA’ UNITÀ

1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika ta’ unità hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 5, u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-istrument konċernat, li ġie suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 18 u jagħmilha disponibbli għall-korp notifikat imsemmi fil-punt 4. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-istrument rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju jew ir-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, safejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

3.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-istrument manifatturat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew fid-dokumenti normattivi, jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn, biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta’ standard armonizzat bħal dan jew dokument normattiv, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-istrument approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

5.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull strument li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta mal-istrument tal-kejl.

6.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 2 u 5, jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU H:   IL-KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ L-ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TA’ KWALITÀ

1.   Il-konformità bbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5 u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-istrumenti tal-kejl konċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għat-tfassil, għall-manifattura u għall-ispezzjoni u ttestjar finali fil-produzzjoni tal-istrumenti tal-kejl konċernati kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-istrumenti tal-kejl konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika, kif deskritt fl-Artikolu 18, għal mudell wieħed ta’ kull kategorija ta’ strumenti tal-kejl maħsuba biex jiġu manifatturati. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-istrument rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju jew ir-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, safejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-istrument u kif jaħdem.

(c)

id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalità; u

(d)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil ebda korp notifikat ieħor.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-istrumenti tal-kejl huma f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords tal-kwalità.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni rigward id-disinn u l-kwalità tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi l-istandards, li ser jiġu applikati u, fejn l-istandards armonizzati u/jew id-dokumenti normattivi mhux se jkunu applikati kompletament, il-mezzi li se jintużaw biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva li japplikaw għall-istrumenti tal-kejl jiġu sodisfatti bl-applikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

(c)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-kontroll tad-disinn u tal-verifika tad-disinn li se jintużaw meta jkunu iddisinjati l-istrumenti tal-kejl li jaqgħu fil-kategorija tal-istrument kopert;

(d)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw;

(e)

l-eżamijiet u t-testijiet li jridu jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jkunu se jitwettqu;

(f)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

(g)

il-mezzi li bihom jiġu mmonitorjati t-twettiq tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott kif ukoll it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza ta’ assessur fil-qasam tal-istrument rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-istrument konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara tal-valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.

It-tim tal-verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt (b) tal-punt 3.1. biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex iwettaq l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-istrument ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jiġu nofikati bid-deċiżjoni. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet tal-valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-rekords tal-kwalità kif previsti mill-parti tad-disinn tas-sistema ta’ kwalità bħalma huma r-riżultati tal-analiżi, tal-kalkoli, tat-testijiet.

(c)

ir-rekords ta’ kwalità kif previsti mill-parti tal-manifattura tas-sistema ta’ kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika lill-manifattur.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq l-istrumenti, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Dan għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-test.

5.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, il-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru tal-identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument tal-kejl individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-istrument li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

6.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1;

(b)

id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalità msemmija fil-punt 3.1;

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet, tas-sistemi ta’ kwalità, maħruġa jew irtirati u għandu, perjodikament jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika tiegħu l-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità rifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu mwettqa mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

IL-MODULU H1:   IL-KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ L-ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TA’ KWALITÀ FLIMKIEN MAL-EŻAMI TAD-DISINN

1.   Il-konformità bbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità hija l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 6 u jiżgura u jiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-istrumenti tal-kejl konċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għat-tfassil, għall-manifattura u għall-ispezzjoni u ttestjar finali fil-produzzjoni tal-istrumenti tal-kejl konċernat kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 5.

L-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-istrumenti tal-kejl għandha tkun ġiet eżaminata skont il-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-istrumenti tal-kejl konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-istrument ikkunsidrata;

(c)

id- dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(d)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil ebda korp notifikat ieħor.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-istrumenti tal-kejl mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jkunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords tal-kwalità.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni rigward id-disinn u l-kwalità tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi l-istandards, li ser jiġu applikati u, fejn l-istandards armonizzati u/jew id-dokumenti normattivi mhux se jkunu applikati kompletament, il-mezzi li se jintużaw biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva li japplikaw għall-istrumenti tal-kejl jiġu sodisfatti bl-applikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

(c)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi tal-kontroll tad-disinn u tal-verifika tad-disinn li se jintużaw meta jkunu ddisinjati l-istrumenti tal-kejl li jaqgħu fil-kategorija tal-istrument kopert;

(d)

it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw;

(e)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jkunu se jitwettqu;

(f)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

(g)

il-mezzi li bihom jiġu mmonitorjati t-twettiq tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott kif ukoll it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza bħala assessur fil-qasam tal-istrument rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-istrument konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara tal-valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jiġu nofikati bid-deċiżjoni In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla propostai u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ġdida.

Għandu jinnotifika lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.6.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

4.   Eżami tad-disinn

4.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-eżami tad-disinn għand il-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1

4.2.

L-applikazzjoni għandha tippermetti li dak li jkun jifhem id-disinn, il-manifattura u l-funzjonament tal-istrument u li jevalwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għaliha.

Din għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fl-Artikolu 18. Id-dokumentazzjoni għandha tippermetti li ssir valutazzjoni tal-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi xierqa u valutazzjoni tar-riskju/i. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tkopri, safejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura tal-istrument u kif jaħdem;

(d)

l-evidenza ta’ sostenn tal-adegwatezza tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kwalunkwe dokumenti li jkunu ntużaw, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati u/jew id-dokumenti normattivi ma jkunux ġew applikati kompletament. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, fejn ikun hemm bżonn, ir-riżultati tat-testijiet li jsiru f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-applikazzjoni, u meta d-disinn jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għall-istrument, għandu joħroġ certifikat tal-eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat. Dak iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu.

Dak iċ-ċertifikat u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-istrumenti tal-kejl manifatturati mad-disinn eżaminat tkun tista’ tiġi valutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern. Għandu jippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-istrumenti manifatturati mad-disinn eżaminat rigward l-abbiltà li terġa’ ssir il-prestazzjoni metroloġika tagħhom, meta jiġu aġġustati kif xieraq bl-użu ta’ mezzi adegwati, inklużi:

(a)

il-karatteristiċi metroloġiċi tad-disinn tal-istrument;

(b)

il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-istrumenti (is-siġillar, l-identifikazzjoni tas-software, eċċ.);

(c)

l-informazzjoni dwar l-elementi l-oħra meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-istrumenti u sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità viżwali esterna tagħhom mad-disinn;

(d)

jekk ikun xieraq, kull informazzjoni oħra meħtieġa sabiex jiġu vverifikati l-karatteristiċi tal-istrumenti manifatturati;

(e)

fil-każ ta’ subassemblaġġ, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-kompatibbiltà mas-subassemblaġġi l-oħra jew l-istrumenti tal-kejl.

Il-korp notifikat għandu jistabbilixxi rapport tal-valutazzjoni f’dan ir-rigward u jżommu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru li jkun innominah. Bla ħsara għall-Artikolu 27(10), il-korp innotifikat għandu jirrilaxxa l-kontenut ta’ dan ir-rapport, fl-intier tiegħu jew parti minnu, bi ftehim mal-manifattur biss.-{}-

Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-validità ta’ 10 snin mid-data tal-ħruġ tiegħu, u jista’ jiġġedded għal perjodi sussegwenti ta’ 10 snin.

Fejn id-disinn ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tal-UE tad-disinn, u għandu jipprovdi raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

4.4.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu mgħarraf dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma l-manifattur b’dan.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE bil-modifiki kollha fid-disinn approvat li jistgħu jolqtu l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ din id-Direttiva jew mal-kundizzjonijiet għall-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali – mill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE – fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertrifikat oriġinali tal-eżami tad-disinn tal-UE.

4.5.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda magħmula lilhom, li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kull żieda li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità taċ-ċertifikat.

4.6.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq.

5.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

5.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

5.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet tal-valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-rekords ta’ kwalità kif stipulati fil-parti tad-disinn tas-sistema ta’ kwalità, bħar-riżultati ta’ analiżijiet, kalkoli, testijiet eċċ.;

(c)

ir-rekords ta’ kwalità kif previsti mill-parti tal-manifattura tas-sistema ta’ kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta dwar il-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

5.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

5.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikun neċessarju, jagħmel testijiet fuq l-istrumenti, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Dan għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-test.

6.   Il-marka tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

6.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u l-marka supplimentari tal-metroloġija stipulata f’din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru tal-identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma’ kull strument tal-kejl individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

6.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ strument u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-istrument mudell li għalih tkun tfasslet u għandha ssemmi n-numru taċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiġi provduta ma’ kull wieħed mill-istrumenti tal-kejl li jiġi introdott fis-suq. Madankollu, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għall-istrumenti individwali f’dawk il-każijiet meta numru kbir ta’ strumenti jiġi kkunsinnat lil utent wieħed.

7.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-istrument ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalità msemmija fil-punt 3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 5.3 u 5.4.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

Ir-rappreżentant awtorizzat jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punti 4.1 u 4.2 u jwettaq l-obbligi stabbiliti fil-punti 3.1, 3.5, 4.4, 4.6, 6 u 7, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS III

L-ARLOĠĠI TAL-ILMA (MI-001)

Ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi tal-ilma maħsuba li jkejlu volumi ta’ ilma nadif, kiesaħ jew imsaħħan fl-użu residenzali, kummerċjali jew l-industriji ħfief.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Arloġġ tal-Ilma

Strument iddisinjat sabiex ikejjel, jimmemorizza u juri l-volum tal-ilma f’kundizzjonijiet ta’ kejl bl-arloġġ li jgħaddi minn apparat tal-kejl li jibdel sinjal mhux tal-elettriku f’sinjal elettriku.

Rata minima tal-fluss (Q1)

L-iktar rata baxxa tal-fluss li biha l-arloġġ tal-ilma jipprovdi indikazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMP).

Rata tranżitorja tal-fluss (Q2)

Ir-rata tranżitorja tal-fluss hija l-valur tar-rata tal-fluss li tiġri bejn ir-rati tal-fluss permanenti u minimi, li fiha l-firxa tar-rata tal-fluss titqassam f’żewġ żoni, “iż-żona ta’ fuq” u “żona ta’ isfel”. Kull żona għandha ż-ŻMP karatteristiku.

Rata permanenti tal-fluss (Q3)

L-ogħla rata tal-fluss li fiha l-arloġġ tal-ilma jaħdem f’manjiera sodisfaċenti skont il-kundizzjonijiet normali tal-użu, jiġifieri f’kundizzjonijiet sodi jew intermittenti tal-fluss.

Rata ta’ tagħbija żejda tal-fluss (Q4)

Ir-rata ta’ tagħbija żejda tal-fluss hija l-ogħla rata tal-fluss f’manjiera sodisfaċenti għal perjodu qasir taż-żmien mingħajr deterjorazzjoni.

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

Il-Kundizzjonijiet Operattivi Stipulati

Il-manifattur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet operattivi stipulati għall-istrument, b’mod partikolari:

1.

Il-firxa tar-rata tal-fluss tal-ilma.

Il-valuri tal-firxa tar-rata tal-fluss tal-ilma għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Formula

 

Formula

 

Formula

2.

Il-firxa tat-temperatura tal-ilma.

Il-valuri tal-firxa tat-temperatura tal-ilma għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

minn 0,1 °C sa mill-inqas 30 °C, jew

 

minn 30 °C sa mill-inqas 90 °C.

L-arloġġ jista’ jiġi ddisinjat sabiex jaħdem fuq iż-żewġ firxiet.

3.

Il-pressa relattiva tal-ilma, meta l-firxa tkun minn 0,3 bar sa mill-inqas 10 bar fil-Q3.

4.

Għall-provvista tal-ilma: il-valur nominali tal-provvista tal-vultaġġ AC u/jew il-limiti tal-provvista DC.

IŻ-ŻMP

5.

Iż-ŻMP, pożittiv jew negattiv, fuq il-volumi kkunsinnati bir-rati tal-fluss bejn ir-rata tranżitorja tal-fluss (Q2) (inkluża) u r-rata tat-tagħbija żejda tal-fluss (Q4) huwa ta’:

 

2 % għall-ilma li jkollu temperatura ta’ ≤ 30 C,

 

3 % għall-ilma li jkollu temperatura ta’ > 30 C.

L-arloġġ ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġa sistematikament lil kwalunkwe parti.

6.

Iż-ŻMP, pożittiv jew negattiv, fuq il-volumi kkunsinnati bir-rati tal-fluss bejn ir-rata minima tal-fluss (Q1) u r-rata tranżitorja tal-fluss (Q2) (eskluża) huwa ta’ 5 % għall-ilma li jkollu kull temperatura.

L-arloġġ ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġa sistematikament lil kwalunkwe parti.

L-Effett Permissibbli tal-Interferenzi

7.1.   L-immunità elettromanjetika

7.1.1.

L-effett ta’ interferenza elettromanjetika fuq arloġġ tal-ilma għandu jkun li:

il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif definit fil-punt 7.1.3, jew

l-indikazzjoni tar-riżultat tal-kejl ikun tali li ma jistax jiġi interpetat bħala riżultat validu, bħal varjazzjoni momentarja li ma tistax tiġi interpretata, immemorizzata jew trażmessa bħala riżultat tal-kejl.

7.1.2.

Wara li jgħaddi minn interferenza elettromajetika, l-arloġġ tal-ilma għandu:

jirkupra sabiex jaħdem fil-limiti taż-ŻMP, u

ikollu ssalvagwardjati l-funzjonijiet kollha tal-kejl, u

jippermetti l-irkupru tal-informazzjoni kollha dwar il-kejl eżatt qabel l-interferenza.

7.1.3.

Il-valur kritiku tal-bidla huwa l-iżgħar miż-żewġ valuri li ġejjin:

il-volum li jikkorrispondi għal nofs il-valur taż-ŻMP fiż-żona ta’ fuq tal-volum imkejjel;

il-volum li jikkorrispondi maż-ŻMP għall-volum li jikkorrispondi għal minuta tar-rata tal-fluss Q3.

7.2.   It-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb

Wara li jkun ġie mwettaq test adegwat, filwaqt li jitqies il-perjodu taż-żmien stmat mill-manifattur, għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

7.2.1.

Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż:

it-3 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q1 inkluż u l-Q2 eskluż;

il-1,5 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q2 inkluż u l-Q4 inkluż.

7.2.2.

L-iżball tal-indikazzjoni fil-volum imkejjel bl-arloġġ wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb ma għandux jaqbeż:

is-± 6 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q1 inkluż u l-Q2 eskluż;

it-± 2,5 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q2 inkluż u l-Q4 inkluż għall-arloġġi tal-ilma maħsuba sabiex ikejlu l-ilma f’temperatura ta’ bejn iż-0,1 °C u t-30 °C,

it-± 3,5 % tal-volum imkejjel bl-arloġġ bejn il-Q2 inkluż u l-Q4 inkluż għall-arloġġi tal-ilma maħsuba sabiex ikejlu l-ilma f’temperatura ta’ bejn it-30 °C u d-90 °C.

Adegwatezza

8.1.

L-arloġġ għandu jkun jista’ jiġi installat sabiex jaħdem f’kull pożizzjoni għajr jekk immarkat xorta oħra.

8.2.

Il-manifattur għandu jispeċifika jekk l-arloġġ hux iddisinjat biex ikejjel il-fluss bil-maqlub. F’dan il-każ, il-volum tal-fluss bil-maqlub għandu jew jitnaqqas mill-volum akkumulat jew jiġi rreġistrat b’mod separat. L-istess ŻMP għandu japplika kemm għall-fluss il-quddiem u kemm għall-fluss bil-maqlub.

L-arloġġi tal-ilma mhux iddisinjati biex ikejlu l-fluss bil-maqlub għandhom jew jipprevjenu l-fluss bil-maqlub jew għandhom ikunu jistgħu jifilħu għall-fluss bil-maqlub mingħajr ebda deterjorazzjoni jew bidla fil-karatteristiċi metroloġiċi.

L-unitajiet tal-Kejl

9.

Il-volum imkejjel bl-arloġġ għandu jintwera f’metri kubi.

Id-dħul fl-użu

10.

L-Istat Membru għandu jiżgura li r-rekwiżiti taħt il-punti 1, 2 u 3 jiġu stabbiliti mill-utilità jew mill-persuna nnominata legalment sabiex tinstalla l-arloġġ, sabiex l-arloġġ ikun adegwat għall-kejl eżatt tal-konsum previst jew li jista’ jiġi previst.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.


ANNESS IV

L-ARLOĠĠI TAL-GASS U L-APPARAT TAL-KONVERŻJONI TAL-VOLUM (MI-002)

Ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi tal-gass u l-apparat tal-konverżjoni tal-volum definit hawn taħt, maħsuba għall-użu fid-djar, kummerċjali jew fl-industriji ħfief.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Arloġġ tal-gass

Strument iddisinjat sabiex ikejjel, jimmemorizza u juri l-kwantità tal-karburant tal-gass (il-volum jew il-massa) li tkun għaddiet minnu.

Apparat tal-konverżjoni

Apparat imwaħħal ma’ arloġġ tal-gass li jaqleb awtomatikament il-kwantità mkejla f’kundizzjonijiet ta’ kejl bl-arloġġ fi kwantità fil-kundizzjonijiet bażiċi.

Rata minima tal-fluss (Qmin)

L-iktar rata baxxa tal-fluss li biha l-arloġġ tal-gass jipprovdi indikazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirrigwardjaw l-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMP).

Rata massima tal-fluss (Qmax)

L-iktar rata għolja tal-fluss li biha l-arloġġ tal-gass jipprovdi indikazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMP).

Ir-Rata tranżitorja tal-fluss (Qt)

Ir-rata tranżitorja tal-fluss hija r-rata tal-fluss li tiġri bejn ir-rati massimi u minimi tal-fluss, li fiha l-firxa tar-rata tal-fluss titqassam f’żewġ żoni, “iż-żona ta’ fuq” u “żona ta’ isfel”. Kull żona għandha ż-ŻMP karatteristiku.

Rata ta’ tagħbija żejda tal-fluss (Qr)

Ir-rata ta’ tagħbija żejda tal-fluss hija l-ogħla rata tal-fluss li fiha l-arloġġ jaħdem għal perjodu qasir taż-żmien mingħajr deterjorazzjoni.

Kundizzjonijiet bażi

Il-kundizzjonjoniet speċifikati li għalihom tiġi maqluba l-kwantità mkejla tal-fluwidu.

PARTI I

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

L-ARLOĠĠI TAL-GASS

1.   Il-kundizzjonijiet operattivi stipulati

Il-manifattur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet operattivi stipulati tal-arloġġ tal-gass, filwaqt li jitqiesu:

1.1.   Il-firxa tar-rata tal-fluss tal-gass għandha twettaq il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Klassi

Qmax/Qmin

Qmax/Qt

Qr/Qmax

1,5

≥ 150

≥ 10

1,2

1,0

≥ 20

≥ 5

1,2

1.2.   Il-firxa tat-temperatura tal-gass, b’firxa minima ta’ 40 °C.

1.3.   Il-kundizzjonijiet relatati mal-karburant/gass

L-arloġġ tal-gass għandu jiġi ddisinjat għal firxa ta’ gassijiet u għandu jforni l-pressa tal-pajjiż tad-destinazzjoni. B’mod partikolari, il-manifattur għandu jindika:

il-familja jew il-grupp tal-gassijiet;

il-pressa massima li jaħdem biha.

1.4.   Firxa ta’ temperatura minima ta’ 50 °C għall-ambjent klimatiku.

1.5.   Il-valur nominali tal-provvista tal-vultaġġ AC u/jew il-limiti tal-provvista DC.

2.   L-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMP)

2.1.   L-arloġġ tal-gass li jindika l-volum tal-kundizzjonijiet jew tal-massa tal-kejl bl-arloġġ.

Tabella 1

Klassi

1,5

1,0

Qmin ≤ Q < Qt

3  %

2  %

Qt ≤ Q ≤ Qmax

1,5  %

1  %

L-arloġġ tal-gass ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġa sistematikament lil xi parti.

2.2.   Rigward arloġġ tal-gass bil-konverżjoni tat-temperaturi, li jindika biss il-volum maqlub, iż-ŻMP tal-arloġġ jiġi miżjud b’0,5 % fil-firxa ta’ 30 °C li testendi simmetrikament madwar it-temperatura speċifikata mill-manifattur li tkun qiegħda bejn il-15 °C u l-25 °C. ‘Il barra minn din il-firxa, hija permessa żieda ta’ 0,5 % f’kull wieħed mill-intervalli ta’ 10 °C.

3.   L-effett permissibbli tal-interferenzi

3.1.   L-immunità elettromanjetika

3.1.1.

L-effett ta’ interferenza elettromanjetika fuq arloġġ tal-gass jew apparat tal-konverżjoni tal-volum għandu jkun tali li:

il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif iddefinit fil-punt 3.1.3, jew

l-indikazzjoni tar-riżultat tal-kejl tkun tali li dan ma jistax jiġi interpretat bħala riżultat validu, bħal varjazzjoni momentarja li ma tistax tiġi interpretata, memorizzata jew trażmessa bħala riżultat tal-kejl.

3.1.2.

Wara li jkun għaddej minn interferenza, l-arloġġ tal-gass għandu:

jirkupra sabiex jaħdem fil-limiti taż-ŻMP, u

ikollu ssalvagwardjati l-funzjonijiet kollha tal-kejl, u

jippermetti l-irkupru tal-informazzjoni kollha dwar il-kejl eżatt qabel l-interferenza.

3.1.3.

Il-valur kritiku tal-bidla huwa l-iżgħar miż-żewġ valuri li ġejjin:

il-kwantità li tikkorrispondi għal nofs il-kobor taż-ŻMP fiż-żona ta’ fuq tal-volum imkejjel;

il-kwantità li tikkorrispondi maż-ŻMP għall-volum li jikkorrispondi għal minuta tar-rata massima tal-fluss.

3.2.   L-effett tal-interferenzi tal-fluss ‘il fuq u/jew ‘l isfel

Skont il-kundizzjonijiet tal-installazzjoni speċifikati mill-manifattur, l-effett tal-interferenzi tal-fluss ma għandux jaqbeż it-terz taż-ŻMP.

4.   It-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb

Wara li jkun twettaq test adegwat, filwaqt li jitqies il-perjodu taż-żmien stmat mill-manifattur, għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

4.1.   L-arloġġi tal-Klassi 1,5

4.1.1.

Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb meta mqabbla mar-riżultat tal-kejl inizjali għar-rati tal-fluss fil-firxa minn Qt sa Qmax- ma għandhiex taqbeż ir-riżultat tal-kejl b’iktar minn 2 %.

4.1.2.

L-iżball tal-indikazzjoni wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb ma għandux jaqbeż id-darbtejn il-valur taż-ŻMP imsemmi fil-punt 2.

4.2.   L-arloġġi tal-Klassi 1.0

4.2.1.

Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż it-terz tal-valur taż-ŻMP fil-punt 2.

4.2.2.

L-iżball tal-indikazzjoni wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb ma għandux jaqbeż il-valur taż-ŻMP imsemmi fil-punt 2.

5.   Adegwatezza

5.1.

Arloġġ tal-gass imħaddem mill-mejn (AC jew DC) għandu jkun ippovdut b’apparat ta’ provvista tal-enerġija ta’ emerġenza jew b’apparati oħra sabiex jiżguraw li l-funzjonijiet kollha tal-kejl jiġu ssalvagwardjati meta jinqata’ s-sors prinċipali tal-enerġija.

5.2.

Sors iddedikat tal-enerġija għandu jkollu tul tal-ħajja ta’ mill-inqas ħames snin. Wara 90 % tal-ħajja tiegħu, għandha tintwera twissija adegwata.

5.3.

Apparat li jindika għandu jkollu numru biżżejjed ta’ ċifri sabiex jiżgura li l-kwantità li tkun intużat matul 8 000 siegħa bil-Qmax ma terġax lura għaċ-ċifri tal-valur tagħhom tal-bidu.

5.4.

L-arloġġ tal-gass għandu jkun jista’ jiġi installat sabiex jaħdem f’kull pożizzjoni ddikjarata mill-manifattur fl-istruzzjonijiet għall-installazzjoni tiegħu.

5.5.

L-arloġġ tal-gass għandu jkollu element tat-testijiet, li għandu jippermetti li t-testijiet jitwettqu fi żmien raġonevoli.

5.6.

L-arloġġ tal-gass għandu jirrispetta ż-ŻMP f’kull direzzjoni tal-fluss jew f’direzzjoni waħda biss immarkati biċ-ċar.

6.   L-Unitajiet

Il-kwantità mkejla bl-arloġġ għandha tintwera f’metri kubi jew f’kilogrammi.

PARTI II

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

L-APPARAT TAL-KONVERŻJONI TAL-VOLUM

Apparat tal-konverżjoni tal-volum jikkostitwixxi subassemblaġġ meta jkun flimkien ma’ strument tal-kejl li miegħu jkun kompatibbli.

Rigward apparat tal-konverżjoni tal-volum, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti essenzjali għall-arloġġ tal-gass, jekk ikunu applikabbli. B’żieda ma’ dan, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.   Il-kundizzjonijiet bażi għall-kwantitajiet maqluba

Il-manifattur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet bażi għall-kwantitajiet maqluba.

8.   IŻ-ŻMP

0,5 % f’temperatura ambjentali ta’ 20 °C ± 3 °C, umdità tal-ambjent ta’ 60 % ± 15 %, valuri nominali tal-provvista tal-enerġija:

0,7 % għall-apparat tal-konverżjoni tat-temperatura f’kundizzjonijiet operattivi stipulati;

1 % għall-apparat l-ieħor tal-konverżjoni f’kundizzjonijiet operattivi stipulati.

Nota:

Ma jitqiesx l-iżball tal-arloġġ tal-gass.

L-apparat tal-konverżjoni tal-volumi ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġa sistematikament lil xi parti.

9.   Adegwatezza

9.1.

Apparat elettroniku tal-konverżjoni għandu jkun jista’ jinduna meta jkun qed jaħdem ‘il barra mill-firxa/iet li għandu jaħdem bihom iddikjarata/i mill-manifattur għall-parametri li huma rilevanti għall-eżattezza tal-kejl. F’dan il-każ, l-apparat tal-konverżjoni jrid jieqaf milli jintegra l-kwantità maqluba, u jista’ jgħodd b’mod separat il-kwantità maqluba għaż-żmien li jkun qiegħed jaħdem ‘il barra mill-firxa/iet li jaħdem bihom.

9.2.

Apparat elettroniku tal-konverżjoni għandu jkun jista’ juri l-informazzjoni rilevanti kollha għall-kejl mingħajr tagħmir addizzjonali.

IT-TIELET PARTI

ID-DĦUL FL-UŻU U L-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Id-dħul fl-użu

10.

(a)

Fejn Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu residenzjali, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq permezz ta’ kull arloġġ tal-Klassi 1,5, u permezz tal-arloġġi tal-Klassi 1,0 li jkollhom proporzjon ta’ Qmax/Qmin ugwali għal 150 jew ikbar.

(b)

Fejn Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu kummerċjali u/jew tal-industriji ż-żgħar, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq b’kull arloġġ tal-Klassi 1,5.

(c)

Rigward ir-rekwiżiti skont il-punti 1.2 u 1.3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karatteristiċi jiġu stabbiliti mill-utilità jew mill-persuna nnominata legalment sabiex tinstalla l-arloġġ, sabiex l-arloġġ ikun adegwat għall-kejl eżatt tal-konsum previst jew li jista’ jiġi previst.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma

B + F jew B + D jew H1.


ANNESS V

L-ARLOĠĠI TAL-ENERĠIJA ELETTRIKA ATTIVA (MI-003)

Ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi tal-enerġija elettrika attiva maħsuba għall-użu fid-djar, l-użu kummerċjali jew fl-industriji ħfief.

Nota:

L-arloġġi tal-enerġija elettrika jistgħu jintużaw flimkien mat-transformers esterni, skont it-teknika tal-kejl applikata. Madankollu, dan l-Anness ikopri biss l-arloġġi tal-enerġija elettrika u mhux it-transformers.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Arloġġ tal-enerġija elettrika attiva huwa apparat li jkejjel l-enerġija elettrika attiva kkunsmata f’ċirkwit.

I

=

il-kurrent elettriku għaddej minn ġewwa l-arloġġ;

In

=

il-kurrent speċifikat ta’ referenza li għalih l-arloġġ imħaddem mit-transformer ikun ġie ddisinjat;

Ist

=

il-valur tal-I l-iktar baxx iddikjarat li fih l-arloġġ jirreġistra l-enerġija elettrika attiva fil-fattur tal-enerġija tal-unità (l-arloġġi polifażi b’tagħbija bbilanċjata);

Imin

=

il-valur tal-I li ‘l fuq minnu l-iżball ma jaqbiżx l-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMP) (l-arloġġi polifażi b’tagħbija bbilanċjata);

Itr

=

il valur tal-I li ‘l fuq minnu l-iżball ma jaqbiżx l-iżgħar valur taż-ŻMP li jikkorrispondi mal-indiċi tal-klassi tal-arloġġ;

Imax

=

il-valur massimu għall-I li għalih l-iżball jibqa’ fil-limitu taż-ŻMP;

U

=

il-vultaġġ tal-elettriku fornut lill-arloġġ;

Un

=

il-vultaġġ ta’ referenza speċifikat;

f

=

il-frekwenza tal-vultaġġ tal-elettriku fornut lill-arloġġ;

fn

=

il-frekwenza ta’ referenza speċifikata;

PF

=

fattur tal-enerġija = cosφ = il-cosine tad-differenza tal-fażi φ bejn il-I u l-U.

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

1.   L-eżattezza

Il-manifattur għandu jispeċifika l-indiċi tal-klassi tal-arloġġ. L-indiċijiet tal-klassi huma ddefiniti bħala: Il-Klassi A, B u Ċ.

2.   Il-kundizzjonijiet operattivi stipulati

Il-manifattur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet operattivi stipulati tal-arloġġ, b’mod partikolari:

Il-valuri ta’ fn, Un, In, Ist, Imin, Itr u Imax li japplikaw għall-arloġġ. Rigward il-valuri tal-kurrent speċifikati, l-arloġġ għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 1;

Tabella 1

 

Il-Klassi A

Il-Klassi B

Il-Klassi C

Għall-arloġġi mqabbda direttament

Ist

Formula

Formula

Formula

Imin

Formula

Formula

Formula

Imax

Formula

Formula

Formula

Għall-arloġġi mħaddma bit-transformer

Ist

Formula

Formula

Formula

Imin

Formula

Formula

 (1)

Formula

In

Formula

Formula

Formula

Imax

Formula

Formula

Formula

Il-firxiet tal-vultaġġ, tal-frekwenza u tal-fattur tal-enerġija li fihom l-arloġġ għandu jissodisfa r-rekwiżiti taż-ŻMP huma speċifikati fit-Tabella 2. Dawn il-firxiet għandhom jagħrfu l-karatteristiċi tipiċi tal-elettriku fornut mis-sistemi pubbliċi tad-distribuzzjoni.

Il-firxiet tal-vultaġġ u tal-frekwenza għandhom ikunu mill-inqas:

 

Formula

 

Formula

il-firxa tal-fattur tal-enerġija mill-inqas minn cosφ = 0,5 induttiva sa cosφ = 0,8 kapaċitattiva.

3.   Iż-ŻMP

L-effetti tad-diversi miżurandi u l- kwantitajiet tal-influwenza (a, b, c, …) jiġu vvalutati separatament, u bil-miżurandi l-kwantitajiet tal-influwenza l-oħra kollha jinżammu kostanti fil-valuri ta’ referenza tagħhom. L-iżball tal-kejl, li ma għandux jaqbeż iż-ŻMP iddikjarat fit-Tabella 2, jiġi kkalkolat bħala:

Formula

Meta l-arloġġ ikun qiegħed jaħdem b’kurrent ta’ tagħbija li tvarja, l-iżbalji perċentwali ma għandhomx jaqbżu l-limiti mogħtija fit-Tabella 2.

Tabella 2

Iż-ŻMP fil-perċentwali fil-kundizzjonijiet operattivi stipulati u l-livelli definiti ta’ output ta’ kurrent u t-temperatura tat-tħaddim

 

It-temperaturi tat-tħaddim

It-temperaturi tat-tħaddim

It-temperaturi tat-tħaddim

It-temperaturi tat-tħaddim

 

+ 5 °C … + 30 °C

– 10 °C … + 5 °C

jew

+ 30 °C … + 40 °C

– 25 °C … – 10 °C

jew

+ 40 °C … + 55 °C

– 40 °C … – 25 °C

jew

+ 55 °C … + 70 °C

Il-klassi tal-arloġġ

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

L-arloġġ b’fażi waħda; l-arloġġ polifażi jekk ikun qiegħed jaħdem b’output ibbilanċjati

Formula

3,5

2

1

5

2,5

1,3

7

3,5

1,7

9

4

2

Formula

3,5

2

0,7

4,5

2,5

1

7

3,5

1,3

9

4

1,5

L-arloġġ polifażi jekk ikun qiegħed jaħdem b’output ta’ fażi waħda

Formula

, ara l-eċċezzjoni ta’ hawn taħt

4

2,5

1

5

3

1,3

7

4

1,7

9

4,5

2

Għall-arloġġi elettromekkaniċi polifażi, il-firxa tal-kurrent għat-tagħbija ta’ fażi waħda hija limitata għal

Formula

Meta arloġġ jaħdem f’firxiet differenti tat-temperatura, għandhom japplikaw il-valuri rilevanti taż-ŻMP.

L-arloġġ ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġa sistematikament lil kwalunkwe parti.

4.   L-effett permissibbli tal-interferenzi

4.1.   Kummenti ġenerali

Billi l-arloġġi tal-enerġija elettrika huma mqabbda direttament mal-provvista tal-mejn, u billi l-kurrent tal-mejn huwa wkoll wieħed mill-miżurandi, jintuża ambjent elettromanjetiku speċjali għall-arloġġi li jkejlu l-elettriku.

L-arloġġ għandu jikkonforma mal-ambjent elettromanjetiku E2 u mar-rekwiżiti addizzjonali fil-punti 4.2 u 4.3.

L-ambjent elettromanjetiku u l-effetti permissibbli jirriflettu s-sitwazzjoni li jeżistu interferenzi għat-tul taż-żmien li ma għandhomx jaffettwaw l-eżattezza lil hinn mill-valuri kritiċi tal-bidla u l-interferenzi transjenti, li jistgħu jikkawżaw degradazzjoni temporanja jew nuqqas ta’ funzjonament jew ta’ prestazzjoni iżda li minnhom l-arloġġ għandu jirkupra u ma għandux jaffettwa l-eżattezza lil hinn mill-valuri kritiċi tal-bidla.

Meta jkun hemm riskju għoli previst minħabba l-beraq jew meta n-netwerks tal-forniment fil-għoli jkunu predominanti, il-karatteristiċi metroloġiċi tal-istrument għandhom jiġu protetti.

4.2.   L-effett tal-interferenzi għal tul ta’ żmien

Tabella 3

Il-valuri kitiċi ta’ bidla għal tul ta’ żmien

L-interferenza

Il-valuri kritiċi tal-bidla f’perċentwali għall-arloġġi tal-Klassi

A

B

C

Is-sekwenza tal-fażi bil-maqlub

1,5

1,5

0,3

L-iżbilanċ tal-vultaġġ (japplika biss għall-arloġġi polifażi)

4

2

1

Il-kontenut armoniku fiċ-ċirkwiti tal-kurrent (2)

1

0,8

0,5

Id-DC u l-armonika fiċ-ċirkwit tal-kurrent (2)

6

3

1,5

Faqgħat transjenti bil-ħeffa

6

4

2

Il-kampijiet manjetiċi; il-kamp elettromanjetiku HF (RF irradjat); l-interferenzi kondotti mdaħħla bil-kampijiet tal-frekwenza tar-radju; u l-immunità tal-mewġ Oxxilatorju

3

2

1

4.3.   L-effett permissibbli tal-fenomeni elettromanjetiċi transjenti

4.3.1.

L-effett ta’ interferenza elettromanjetika fuq arloġġ tal-enerġija elettrika għandu jkun tali li matul u immedjatament wara interferenza:

kull ħruġ maħsub sabiex jittestja l-eżattezza tal-arloġġ ma jipproduċix tektik regolari jew sinjali li jikkorrispondu għal enerġija ta’ iktar mill-valur kritiku tal-bidla,

u fi żmien raġonevoli wara l-interferenza l-arloġġ għandu:

jirkupra sabiex jaħdem fil-limiti taż-ŻMP, u

ikollu ssalvagwardjati l-funzjonijiet kollha tal-kejl, u

jippermetti l-irkupru tal-informazzjoni kollha preżenti qabel l-interferenza, u

ma jindikax bidla fl-enerġija rreġistrata ta’ iktar mill-valur kritiku tal-bidla.

Il-valur kritiku tal-bidla f’kWh huwa Formula

(fejn “m” huwa n-numru tal-elementi tal-kejl tal-arloġġ, l-Un f’Volt u l-Imax f’Amperes).

4.3.2.

Għall-kurrent żejjed, il-valur kritiku tal-bidla huwa 1,5 %.

5.   Adegwatezza

5.1.   Taħt il-vultaġġ operattiv stipulat, l-iżball pożittiv tal-arloġġ ma għandux jaqbeż l-10 %.

5.2.   L-apparat li juri l-enerġija totali għandu jkollu numru biżżejjed ta’ ċifri sabiex jiġi żgurat li meta l-arloġġ jitħaddem għal 4 000 siegħa bit-tagħbija sħiħa (l-I = Imax, U = Un u l-PF = 1) l-indikazzjoni ma terġax lura għall-valur inizjali tagħha u ma għandhiex tkun tista’ terġa’ tiġi ssettjata waqt l-użu.

5.3.   Fl-eventwalità tat-telf tal-elettriku fiċ-ċirkwit, l-ammonti tal-enerġija elettrika mkejla għandhom jibqgħu disponibbli għall-qari matul perjodu ta’ mill-inqas erba’ xhur.

5.4.   It-tħaddim mingħajr output

Meta l-vultaġġ jiġi applikat mingħajr ma jgħaddi kurrent fiċ-ċirkwit tal-kurrent (iċ-ċirkwit għandu jkun ċirkwit miftuħ), l-arloġġ ma għandu jirreġistra enerġija fl-ebda vultaġġ bejn Formula u 1,1 Un.

5.5.   Il-bidu tat-tħaddim (l-istartjar)

L-arloġġ għandu jibda u jissokta jirreġistra f’Un, PF = 1 (arloġġ polifażi b’output ibbilanċjat) u kurrent li jkun ugwali għal Ist.

6.   L-Unitajiet

L-enerġija elettrika mkejla għandha tintwera f’kilowatt-sigħat jew f’megawatt-sigħat.

7.   Id-dħul fl-użu

(a)

Fejn Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu residenzjali, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq bi kwalunkwe arloġġ tal-Klassi A. Għal għanijiet speċifiċi, l-Istat Membru huwa awtorizzat li jirrikjedi kwalunkwe arloġġ tal-Klassi B.

(b)

Fejn Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu kummerċjali u/jew tal-industriji ħfief, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq bi kwalunkwe arloġġ tal-Klassi B. Għal għanijiet speċifiċi, l-Istat Membru huwa awtorizzat li jirrikjedi kwalunkwe arloġġ tal-Klassi C.

(c)

L-Istat Membru għandu jiżgura li l-firxa tal-kurrent li tiġi stabbilita mill-utilità jew mill-persuna nnominata legalment sabiex tinstalla l-arloġġ, sabiex l-arloġġ ikun adegwat għall-kejl eżatt tal-konsum previst jew li jista’ jiġi previst.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.


(1)  Għall-arloġġi elettromekkaniċi tal-Klassi B għandu japplika Formula.

(2)  Fil-każ tal-arloġġi elettromekkaniċi tal-elettriku, ma huma ddefiniti l-ebda valuri kritiċi tal-bidla għall-kontenut armoniku fiċ-ċirkwiti tal-kurrent u għad-DC u l-armonika fiċ-ċikwit tal-kurrent.


ANNESS VI

L-ARLOĠĠI TAL-ENERĠIJA TERMALI (MI-004)

Ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan l-Anness, japplikaw għall-arloġġi tal-enerġija termali, maħsuba għall-użu fid-djar, l-użu kummerċjali jew fl-industriji ħfief.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Arloġġ tal-enerġija termali huwa strument iddisinjat biex ikejjel l-enerġija termali li, f’ċirkwit tal-iskambju tal-enerġija termali, tingħata minn likwidu msejjaħ il-likwidu li jagħti l-enerġija termali.

Arloġġ tal-enerġija termali huwa jew strument komplet jew strument ikkombinat li jikkonsisti minn subassemblaġġi, sensur tal-fluss tal-kurrent, par sensuri tat-temperatura, u kalkolatur, kif iddefiniti fl-Artikolu 4(2), jew minn dawn il-mezzi kkombinati.

θ

=

it-temperatura tal-likwidu li jagħti l-enerġija termali;

θin

=

il-valur tal-θ fil-post tad-dħul taċ-ċirkwit tal-iskambju tal-enerġija termali;

θοut

=

il-valur tal-θ fil-post tal-ħruġ taċ-ċirkwit tal-iskambju tal-enerġija termali;

Δθ

=

id-differenza fit-temperatura θin — θοut bi Δθ ≥ 0;

θmax

=

il-limitu ta’ fuq ta’ θ għall-arloġġ tal-enerġija termali sabiex jiffunzjona b’mod korrett fil-limiti taż-ŻMP;

θmin

=

il-limitu ta’ isfel tal-θ għall-arloġġ tal-enerġija termali sabiex jiffunzjona b’mod korrett fil-limiti taż-ŻMP;

Δθmax

=

il-limitu ta’ fuq tal-Δθ għall-arloġġ tas-sħana sabiex jiffunzjona b’mod korrett fil-limiti taż-ŻMP;

Δθmin

=

il-limitu ta’ isfel ta’ Δθ għall-arloġġ tal-enerġija termali sabiex jiffunzjona b’mod korrett fil-limiti taż-ŻMP;

q

=

ir-rata tal-fluss tal-likwidu li jagħti l-enerġija termali;

qs

=

l-ogħla valur ta’ q li hu permess għal perjodi qosra taż-żmien sabiex l-arloġġ tal-enerġija termali jiffunzjona b’mod korrett;

qp

=

l-ogħla valur ta’ q li hu permess b’mod permanenti sabiex l-arloġġ tal-enerġija termali jiffunzjona b’mod korrett;

qi

=

l-iktar valur baxx ta’ q li hu permess sabiex l-arloġġ tal-enerġija termali jiffunzjona b’mod korrett;

P

=

il-qawwa termali tal-iskambju tal-enerġija termali;

Ps

=

il-limitu ta’ fuq ta’ P li hu permess sabiex l-arloġġ tal-enerġija termali jiffunzjona b’mod korrett.

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

1.   Il-kundizzjonijiet operattivi stipulati

Il-valuri tal-kundizzjonijiet operattivi stipulati għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur kif ġej:

1.1.

Għat-temperatura tal-likwidu: θmax, θmin,

għad-differenzi fit-temperatura: Δθmax, Δθmin,

soġġetti għar-restrizzjonijiet li ġejjin: Formula; Δθmin = 3 K or 5 K jew 10 K.

1.2.

Għall-pressa tal-likwidu: Il-pressa interna pożittiva massima li jista’ jiflaħ l-arloġġ tal-enerġija termali b’mod permanenti fil-limitu ta’ fuq tat-temperatura.

1.3.

Għar-rati tal-fluss tal-likwidu: qs, qp, qi, meta l-valuri tal-qp u l-qi ikunu soġġetti għar-restrizzjoni li ġejja:

Formula

.

1.4.

Għall-qawwa termali: Ps

2.   Il-klassijiet tal-eżattezza

Huma ddefiniti l-klassijiet tal-eżattezza li ġejjin għall-arloġġi tal-enerġija termali: 1, 2, 3.

3.   Iż-ŻMP applikabbli għall-arloġġi sħaħ tal-enerġija termali

L-iżbalji massimi permissibbli relattivi li japplikaw għal arloġġ sħiħ tal-enerġija termali, espressi f’perċentwal tal-valur reali għal kull klassi ta’ eżattezza, huma:

Għall-Klassi 1: Formula, ma’ Ef, Et, Ec skont il-punti 7.1 sa 7.3.

Għall-Klassi 2: Formula, ma’ Ef, Et, Ec skont il-punti 7.1 sa 7.3.

Għall-Klassi 3: Formula, ma’ Ef, Et, Ec skont il-punti 7.1 sa 7.3.

L-arloġġ sħiħ tal-enerġija termali ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġa sistematikament lil xi parti.

4.   L-influwenzi permissibbli tal-interferenzi elettromanjetiċi

4.1.

L-istrument ma għandux jiġi influwenzat mill-kampijiet manjetiċi statiċi u mill-kampijiet elettromanjetiċi fil-frekwenza tal-mejn.

4.2.

L-influwenza ta’ interferenza elettromanjetika għandha tkun tali li l-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif stabbilit fir-rekwiżit 4.3 jew l-indikazzjoni tar-riżultat tal-kejl tkun tali li dan ma jkunx jista’ jiġi interpretat bħala riżultat validu.

4.3.

Il-valur kritiku tal-bidla għal arloġġ sħiħ tal-enerġija termali huwa ugwali għall-valur assolut taż-ŻMP li japplika għal dan l-arloġġ tal-enerġija termali (ara l-punt 3).

5.   It-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb

Wara li jkun ġie mwettaq test adegwat, filwaqt li jitqies il-perjodu taż-żmien stmat mill-manifattur, għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

5.1.

Sensuri tal-fluss: Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż il-valur kritiku tal-bidla.

5.2.

Is-sensuri tat-temperatura: Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż iż-0,1 °C.

6.   L-iskrizzjonijiet fuq arloġġ tal-enerġija termali

Il-klassi tal-eżattezza

Il-limiti tar-rata tal-fluss

Il-limiti tat-temperatura

Il-limiti tad-differenza fit-temperatura

Il-post tal-installazzjoni tas-sensur tal-fluss: il-fluss jew it-treġġigħ lura

L-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-fluss

7.   Is-Subassemblaġġi

Id-dispożizzjonijiet tas-subassemblaġġi jistgħu japplikaw għas-subassemblaġġi manifatturati mill-istess manifattur jew minn manifatturi differenti. Fejn arloġġ tal-enerġija termali jikkonsisti minn subassemblaġġi, ir-rekwiżiti essenzjali għall-arloġġ tal-enerġija termali japplikaw għas-subassemblaġġi bħala rilevanti. B’żieda ma’ dan, japplikaw dawn li ġejjin:

7.1.   Iż-ŻMP relattiv tas-sensur tal-fluss, espress f’%, għall-klassijiet tal-eżattezza:

Il-Klassi 1: Formula, imma mhux iktar minn 5 %,

Il-Klassi 2: Formula, imma mhux iktar minn 5 %,

Il-Klassi 3: Formula, imma mhux iktar minn 5 %,

fejn l-iżball Ef jirrelata l-valur indikat mal-valur reali tar-relazzjoni bejn is-sinjal tal-ħruġ tas-sensur tal-fluss u l-massa jew il-volum.

7.2.   Iż-ŻMP relattiv tal-par sensuri tat-temperatura, espress f”%:

Formula,

fejn l-iżball Et jirrelata l-valur indikat mal-valur veru tar-relazzjoni bejn il-ħruġ tal-par sensur tat-temperatura u d-differenza fit-temperatura.

7.3.   Iż-ŻMP relattiv tal-kalkolatur, espress f’%:

Formula,

fejn l-iżball Ec jirrelata l-valur tal-enerġija termali indikata mal-valur veru tal-enerġija termali.

7.4.   Il-valur kritiku tal-bidla għas-subassemblaġġ ta’ arloġġ tal-enerġija termali huwa ugwali għall-valur assolut rispettiv taż-ŻMP li japplika għal dan is-subassemblaġġ (ara l-punti 7.1, 7.2 jew 7.3).

7.5.   L-iskrizzjonijiet fuq is-subassemblaġġi

Sensur tal-fluss:

Il-klassi tal-eżattezza

Il-limiti tar-rata tal-fluss

Il-limiti tat-temperatura

Il-fattur nominali tal-arloġġ (pereżempju litri/tektik regolari) jew is-sinjal korrispondenti tal-ħruġ

L-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-fluss

Par sensuri tat-temperatura:

L-identifikazzjoni tat-tip (pereżempju Pt 100)

Il-limiti tat-temperatura

Il-limiti tad-differenza fit-temperatura

Kalkolatur:

It-tip tas-sensuri tat-temperatura

Il-limiti tat-temperatura

Il-limiti tad-differenza fit-temperatura

Il-fattur nominali tal-arloġġ meħtieġ (pereżempju litri/tektik regolari) jew is-sinjal korrispondenti tad-dħul li jkun ġej mis-sensur tal-fluss

Il-post tal-installazzjoni tas-sensur tal-fluss: il-fluss jew it-treġġigħ lura

ID-DĦUL FL-UŻU

(a)

Fejn Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu residenzjali, għandu jippermetti li dan il-kejl jitwettaq b’kull arloġġ tal-Klassi 3.

(b)

Fejn Stat Membru jimponi kejl rigward l-użu kummerċjali u/jew tal-industriji l-ħfief, huwa awtorizzati li jeħtieġ kull arloġġ tal-Klassi 2.

(c)

Rigward ir-rekwiżiti skont il-punti minn 1.1 sa 1.4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karatteristiċi jiġu stabbiliti mill-utilità jew mill-persuna nnominata legalment sabiex tinstalla l-arloġġ, sabiex l-arloġġ ikun adegwat għall-kejl eżatt tal-konsum previst jew li jista’ jiġi previst.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.


ANNESS VII

IS-SISTEMI TAL-KEJL GĦALL-KEJL KONTINWU U DINAMIKU TA’ KWANTITAJIET TA’ LIKWIDI GĦAJR L-ILMA (MI-005)

Ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan l-Anness, japplikaw għas-sistemi tal-kejl maħsuba għall-kejl kontinwu u dinamiku ta’ kwantitajiet oħra (volumi jew mases) ta’ likwidi għajr l-ilma. Jekk ikun xieraq, it-termini “volum u L” f’dan l-Anness jistgħu jinqraw: “massa u kg”.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Arloġġ

Strument iddisinjat sabiex ikejjel kontinwament, jimmemorizza u juri l-kwantità fil-kundizzjonijiet ta’ kejl bl-arloġġ ta’ likwidu li jgħaddi minn apparat tal-kejl li jibdel sinjal mhux tal-elettriku f’sinjal elettriku (transducer) f’pajp magħluq, iċċarġjat għalkollox.

Kalkolatur

Parti minn arloġġ li jirċievi sinjali tal-ħruġ mit-transducer(s) tal-kejl u possibbilment, minn strumenti tal-kejl assoċjati u juri r-riżultati tal-kejl.

Strument assoċjat tal-kejl

Strument imqabbad mal-kalkolatur biex ikejjel ċerti kwantitajiet li huma karatteristiċi għal-likwidu bil-ħsieb li jagħmel korrezzjoni u/jew konverżjoni.

Apparat tal-Konverżjoni

Parti minn kalkolatur li billi tqis il-karatterisiċi tal-likwidu (it-temperatura, id-densità, eċċ.) mkejjel bl-użu ta’ strumenti assoċjati tal-kejl, jew maħżuna f’memorja, taqleb awtomatikament:

il-volum tal-likwidu mkejjel f’kundizzjonijiet ta’ kejl bl-arloġġ f’volum f’kundizzjonijiet bażi u/jew f’massa, jew

il-massa tal-likwidu mkejla f’kundizzjonijiet ta’ kejl bl-arloġġ f’volum f’kundizzjonijiet bażi/jew f’volum f’kundizzjonijiet bażi

Nota:

Apparat tal-konverżjoni jinkludi l-istrumenti tal-kejl assoċjati rilevanti.

Kundizzjonijiet bażi

Il-kundizzjonijiet speċifikati li għalihom tiġi maqluba l-kwantità mkejla tal-likwidu f’kundizzjonijiet ta’ kejl bl-arloġġ.

Sistema tal-Kejl

Sistema li jkun fiha l-arloġġ innifsu u l-apparat kollu meħtieġ sabiex jiġi żgurat il-kejl korrett jew maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-operazzjonijiet tal-kejl.

Distributrur awtomatiku tal-karburanti

Sistema tal-kejl maħsuba sabiex tagħti l-karburant mill-ġdid lill-vetturi bil-magna, dgħajjes żgħar u inġenji żgħar tal-ajru.

Arranġament self-service

Arranġament li jippermetti lill-utent li juża sistema tal-kejl bil-għan li jikseb likwidu għall-użu tiegħu stess.

Apparat self-service

Apparat speċifiku li huwa parti minn arranġament self-service u li jippermetti sistema jew iktar tal-kejl taħdem f’dan l-arranġament self-service.

Kwantità minima mkejla (MMQ)

L-iżgħar kwantità ta’ likwidu li għaliha l-kejl huwa aċċettabbli metroloġikament għas-sistema tal-kejl.

Indikazzjoni diretta

L-indikazzjoni, jew skont il-volum jew skont il-massa, li tikkorrispondi mal-kejl u li l-arloġġ ikun kapaċi jkejjel fiżikament.

Nota:

L-indikazzjoni diretta tista tiġi maqluba fi kwantità speċifika oħra bl-użu ta’ apparat tal-konverżjoni.

Li jista’/ma jistax jiġi interrott

Sistema tal-kejl hija kkunsidrata li tista’/ma tistax tiġi interrotta meta l-fluss tal-likwidu jkun jista’/ma jistax jiġi mwaqqaf bla xkiel u bil-ħeffa.

Firxa tar-rata tal-fluss

Il-firxa bejn ir-rata minima tal-fluss (Qmin) u r-rata massima tal-fluss (Qmax).

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

1.   Il-kundizzjonijiet operattivi stipulati

Il-manifattur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet operattivi stipulati għall-istrument, b’mod partikolari;

1.1.   Il-firxa tar-rata tal-fluss

Il-firxa tar-rata tal-fluss hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-firxa tar-rata tal-fluss ta’ sistema tal-kejl għandha tkun ġewwa l-firxa tar-rata tal-fluss ta’ kull wieħed mill-elementi tagħha, b’mod patikolari l-arloġġ.

(ii)

is-sistema tal-arloġġ u tal-kejl:

Tabella 1

Is-sistema speċifika tal-kejl

Il-karatteristika tal-likwidu

Il-proporzjon minimu tal-Qmax: Qmin

Id-distributuri awtomatiċi tal-karburanti

Gassijiet mhux likwifikati

10: 1

Gassijiet likwifikati

5: 1

Is-sistema tal-kejl

Likwidi krijoġeniċi

5: 1

Is-sistemi tal-kejl fil-pajpijiet u s-sistemi għat-tagħbija tal-bastimenti

Il-likwidi kollha

Xierqa għall-użu

Is-sistemi l-oħra kollha tal-kejl

Il-likwidi kollha

4: 1

1.2.   Il-karatteristiċi tal-likwidu li jrid jiġi mkejjel mill-istrumenti billi jiġi speċifikat l-isem jew it-tip tal-likwidu jew il-karatteristiċi rilevanti tiegħu, pereżempju:

Il-firxa tat-temperatura;

Il-firxa tal-pressa;

Il-firxa tad-densità;

Il-firxa tal-viskożità.

1.3.   Il-valur nominali tal-provvista tal-vultaġġ AC u/jew il-limiti tal-provvista DC.

1.4.   Il-kundizzjonijiet bażi għall-valuri maqluba.

Nota:

Il-punt 1.4 huwa bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri li jeħtieġu l-użu ta’ temperatura jew ta’ 15 °C skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1).

2.   Il-klassifika tal-eżattezza u l-iżbalji massimi permissibbli (ŻMP)

2.1.   Għal kwantitajiet daqs jew iktar minn 2 litri, iż-ŻMP fuq l-indikazzjonijiet huwa:

Tabella 2

 

Il-Klassi tal-Eżattezza

 

0,3

0,5

1,0

1,5

2,5

Is-sistemi tal-Kejl (A)

0,3  %

0,5  %

1,0  %

1,5  %

2,5  %

L-arloġġi (B)

0,2  %

0,3  %

0,6  %

1,0  %

1,5  %

2.2.   Għal kwantitajiet inqas minn 2 litri, iż-ŻMP fuq l-indikazzjonijiet huwa:

Tabella 3

il-Volum imkejjel V

IŻ-ŻMP

V < 0,1 L

4 × il-valur fit-Tabella 2, applikat għal 0.1 L

0,1 L ≤ V < 0,2 L

4 × il-valur fit-Tabella 2

0,2 L ≤ V < 0,4 L

2 × il-valur fit-Tabella 2, applikat għal 0.4 L

0.4 L ≤ V < 1 L

2 × il-valur fit-Tabella 2

1 L ≤ V < 2 L

il-valur fit-Tabella 2, applikat għal 2 L

2.3.   Madankollu, tkun xi tkun il-kwantità mkejla, il-kobor taż-ŻMP huwa mogħti mill-ikbar miż-żewġ valuri li ġejjin:

il-valur assolut taż-ŻMP mogħti fit-Tabella 2 jew it-Tabella 3,

il-valur assolut taż-ŻMP għall-kwantità minima mkejla (Emin).

2.4.1.   Għal kwantitajiet minimi mkejla ikbar minn jew ugwali għal 2 litri, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Il-kundizzjoni 1

L-Emin għandu jissodisfa l-kundizzjoni: Emin ≥ = 2 R, fejn R huwa l-iżgħar intervall fl-iskala tal-apparat tal-indikazzjoni.

 

Il-kundizzjoni 2

Emin jingħata bil-formola: Formula, fejn:

L-MMQ huwa l-kwantità minima mkejla,

A huwa l-valur numeriku speċifikat fil-linja A tat-Tabella 2.

2.4.2.   Għal kwantitajiet minimi mkejla ta’ inqas minn żewġ litri, tapplika l-kundizzjoni 1 imsemmija hawn fuq u l-Emin ikun darbtejn il-valur speċifikat fit-Tabella 3, u relatat mal-linja A tat-Tabella 2.

2.5.   L-indikazzjoni kkonvertita

Fil-każ ta’ indikazzjoni kkonvertita, iż-ŻMP huma bħal fil-linja A tat-Tabella 2.

2.6.   L-apparat tal-konverżjoni

Iż-ŻMP fuq l-indikazzjonijiet maqluba b’apparat tal-konverżjoni huma ugwali għal ± (A - B), fejn A u B huma l-valuri speċifikati fit-Tabella 2.

Il-partijiet tal-apparat tal-konverżjoni jistgħu jiġu ttestjati separatament

(a)   “Kalkolatur”

Iż-ŻMP fuq il-kwantitajiet tal-indikazzjonijiet likwidi li japplikaw għall-kalkolu, pożittiv jew negattiv, huma ugwali għal wieħed minn għaxra taż-ŻMP kif iddefiniti fil-linja A tat-Tabella 2.

(b)   “Strumenti tal-kejl assoċjati”

L-istrumenti assoċjati tal-kejl għandu jkollhom eżattezza mill-inqas tajba daqs il-valuri fit-Tabella 4:

Tabella 4

Iż-ŻMP fuq il-Kejl

Il-klassijiet tal-eżattezza tas-sistema tal-kejl

0,3

0,5

1,0

1,5

2,5

It-temperatura

± 0,3 °C

± 0,5 °C

± 1,0 °C

Il-pressa

Inqas minn 1 MPa: ± 50 kPa

Minn 1 sa 4 MPa: ± 5 %

Aktar minn 4 MPa: ± 200 kPa

Id-densità

± 1 kg/m3

± 2 kg/m3

± 5 kg/m3

Dawn il-valuri japplikaw għall-indikazzjoni tal-kwantitajiet karatteristiċi tal-likwidu murija mill-apparat tal-konverżjoni.

(c)   L-eżattezza sabiex tiġi kkalkolata l-funzjoni

Iż-ŻMP għall-kalkolu ta’ kull waħda mill-kwantitajiet karatteristiċi tal-likwidu, pożittivi jew negattivi, huwa ugwali għal tnejn minn ħamsa tal-valur iffissat fil-punt (b).

2.7.   Ir-rekwiżit (a) fil-punt 2.6 japplika għal kull kalkolu u mhux għall-konverżjoni biss.

2.8.   Is-sistema tal-kejl ma għandhiex tisfrutta ż-ŻMP jew tivvantaġġa sistematikament lil xi parti.

3.   L-effett massimu permissibbli tal-interferenzi

3.1.

L-effett ta’ interferenza elettromanjetika fuq sistema tal-kejl għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif iddefinit fil-punt 3.2, jew

l-indikazzjoni tar-riżultat tal-kejl turi varjazzjoni momentarja li ma tistax tiġi interpretata, memorizzata jew trażmessa bħala riżultat tal-kejl. Barra minn hekk, fil-każ ta’ sistema li ma tiġix interrotta, dan jista’ jfisser ukoll l-impossibbiltà li jitwettaq kull kejl, jew

il-bidla fir-riżultat tal-kejl tkun ikbar mill-valur kritiku tal-bidla, u f’dan il-każ is-sistema tal-kejl għandha tippermetti l-irkupru tar-riżultat tal-kejl eżatt qabel ma jkun seħħ il-valur kritiku tal-bidla u qatal-fluss.

3.2.

Il-valur kritiku tal-bidla huwa ikbar minn ŻMP/5 għal kwantità partikolari mkejla jew Emin.

4.   It-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb

Wara test adegwat, filwaqt li jitqies il-perjodu taż-żmien stmat mill-manifattur, għandu jiġi sodisfatt il-kriterju li ġej:

Il-varjazzjoni fir-riżultat tal-kejl wara t-test tat-tul taż-żmien li fih jibqa’ jaħdem tajjeb, meta mqabbel mar-riżultat inizjali tal-kejl, ma għandhiex taqbeż il-valur għall-arloġġi speċifikati fil-linja B tat-Tabella 2.

5.   Adegwatezza

5.1.   Għal kull kwantità mkejla li jkollha x’taqsam mal-istess kejl, l-indikazzjonijiet provduti minn apparat divers m’għandhomx ivarjaw waħda minn oħra b’iktar minn intervall wieħed fl-iskala meta l-apparat ikollu l-istess intervall fl-iskala. Fil-każ meta l-apparat ikollu intervalli differenti fl-iskala, il-varjazzjoni ma għandhiex tkun iktar minn dik tal-ikbar intervall fl-iskala.

Madankollu, fil-każ ta’ arranġament self-service l-intervalli fl-iskala tal-apparat prinċipali tal-indikazzjoni fuq is-sistema tal-kejl u l-intervalli fl-iskala tal-apparat self-service għandu jkun l-istess u r-riżultati tal-kejl ma għandhomx ivarjaw wieħed mill-ieħor.

5.2.   Ma għandux ikun possibbli li tiġi ddevjata l-kwantità mkejla fil-kundizzjoni normali tal-użu għajr jekk tkun apparenti mal-ewwel.

5.3.   Kull perċentwal ta’ arja jew gass li ma jistax jiġi identifikat faċilment fil-likwidu ma għandux iwassal għal varjazzjoni fl-iżball ta’ aktar minn:

0,5 % għal likwidi oħra għajr il-likwidi li jistgħu jinxtorbu u għal-likwidi ta’ viskożità li ma taqbiżx il-1 mPa.s, jew

1 % għal-likwidi li jistgħu jinxtorbu u għal-likwidi ta’ viskożità li taqeż il-1 mPa.s.

Madankollu, il-varjazzjoni permessa qatt ma għandha tkun iżgħar minn 1 % tal-MMQ. Dan il-valur japplika fil-każ ta’ vojt fl-arja jew fil-gass.

5.4.   L-istrumenti għall-bejgħ dirett

5.4.1.   Sistema tal-kejl għall-bejgħ dirett għandha tiġi pprovduta bil-mezzi biex il-valur muri jerġa’ jiġi ssettjat għal żero.

Ma għandux ikun possibbli li tiġi ddevjata l-kwantità mkejla.

5.4.2.   L-apparat li juri l-kwantità li fuqha tkun imsejsa t-tranżazzjoni għandu jkun permanenti sakemm il-partijiet kollha fit-tranżazzjoni jkunu aċċettaw ir-riżultat tal-kejl.

5.4.3.   Is-sistemi tal-kejl għall-bejgħ dirett ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu interrotti.

5.4.4.   Kull perċentwal ta’ arja jew gass fil-likwidu ma għandux iwassal għal varjazzjoni fl-iżball ikbar mill-valuri speċifikati fil-punt 5.3.

5.5.   Id-distributuri awtomatiċi tal-karburanti

5.5.1.   L-apparat li juri l-valuri fuq id-distributuri awtomatiċi tal-karburanti ma għandux ikun jista’ jerġa’ jiġi ssettjat għal żero waqt il-kejl.

5.5.2.   Il-bidu ta’ kull kejl ġdid għandu jiġi ostakolat sakemm l-apparat li juri l-valur ikun reġa’ ġie ssettjat għal żero.

5.5.3.   Fejn sistema tal-kejl tiġi mgħammra bil-wiri tal-prezz, id-differenza bejn il-prezz indikat u l-prezz ikkalkolat mill-prezz tal-unità u l-kwantità indikata ma għandhomx jaqbżu l-prezz li jikkorrispondi għall-Emin. Madankollu din id-differenza ma għandhiex tkun inqas mill-iżgħar valur monetarju.

6.   In-nuqqas tal-provvediment fil-provvista tal-enerġija

Sistema tal-kejl għandha tiġi pprovduta jew b’apparat ta’ emerġenza għall-provvista tal-enerġija li jissalvagwardja l-funzjonijiet kollha tal-kejl matul in-nuqqas tal-provvediment tal-provvista prinċipali tal-enerġija jew tkun mgħmmra b’apparat biex isalva u juri l-informazzjoni preżenti sabiex tippermetti l-konklużjoni tat-tranżazzjoni fil-progress u b’apparat biex jitwaqqaf il-fluss fil-mument tan-nuqqas tal-apparat tal-provvista prinċipali tal-enerġija.

7.   Id-dħul fl-użu

Tabella 5

Il-Klassi tal-Eżattezza

Il-Tipi tas-Sistemi tal-Kejl

0,3

Is-sistemi tal-kejl fil-pajpijiet

0,5

Is-sistemi kollha tal-kejl jekk ma jkunu ddikjarati mkien ieħor b’mod differenti f’din it-Tabella, b’mod partikolari:

id-distributuri awtomatiċi tal-karburanti (mhux tal-gassijiet likwifikat)

is-sistemi tal-kejl fuq il-vetturi tankijiet għal-likwidi b’viskożità baxxa (< 20 mPa.s)

is-sistemi tal-kejl għat-tagħbija jew il-ħatt tal-bastimenti u l-ferroviji u il-vetturi tankijiet tat-triq (2)

is-sistemi tal-kejl tal-ħalib

is-sistemi tal-kejl għall-għoti mill-ġdid tal-karburant lill-inġenji tal-ajru

1,0

Sistemi tal-kejl għall-gassijiet fi stat likwidu taħt il-pressa mkejla f’temperaturi ugwali għal jew ogħla minn -10 °C

Sistemi tal-kejl normalment fil-klassi 0,3 jew 0,5 imma użati għal likwidi

li t-tempertura tagħhom hija inqas minn –10 °C jew ogħla minn 50 °C

li l-viskożità dinamika tagħhom hija ogħla minn 1 000 mPa.s

li r-rata massima tal-fluss tagħhom mhix ogħla minn 20 L/h

1,5

Is-sistemi tal-kejl għad-diossidu tal-karbonju likwifikat

Sistemi tal-kejl għall-gassijiet likwifikati taħt il-pressa f’temperatura taħt –10 °C (għajr għal-likwidi krijoġeniċi)

2,5

sistemi tal-kejl għal-likwidi krijoġeniċi (b’temperaturi inqas minn –153 °C)

8.   L-unitajiet tal-kejl

Il-kwantità mkejla bl-arloġġ għandha tiġi murija f’millilitri, ċentimetri kubi, litri, metri kubi, grammi, kilogrammi jew tunnellati.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1 jew G.


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(2)  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu sistemi tal-kejl tal-eżattezza tal-klassi 0,3 jew 0,5 użati biex jiġbru t-taxxi tad-dazji fuq iż-żjut minerali meta jgħabbu/jħottu l-bastimenti u t-tankers ferrovjarji jew tat-triq.

Nota: Madankollu, il-manifattur jista’ jispeċifika eżattezza aħjar għal ċerti tipi ta’ sistema tal-kejl.


ANNESS VIII

L-ISTRUMENTI AWTOMATIĊI TAL-KEJL (MI-006)

Ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati fil-Kapitolu 1 ta’ dan l-Anness, japplikaw għas-sistemi awtomatiċi tal-kejl, iddefiniti hawn taħt, maħsuba biex jistabbilixxu l-massa ta’ korp bl-użu tal-azzjoni tal-gravità fuq dak il-korp.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Strument awtomatiku tal-użin

Strument li jistabbilixxi l-massa ta’ prodott mingħajr l-intervent ta’ operatur u jsegwi programm stabbilit minn qabel tal-proċess awtomatiku karatteristiku għall-istrument.

Catchweigher awtomatiku

Strument awtomatiku tal-kejl li jistabbilixxi l-massa ta’ tagħbijiet separati mmuntati minn qabel (pereżempju imballaġġ minn qabel) jew it-tagħbijiet waħedhom ta’ materjal mhux marbut.

Checkweigher awtomatiku

Catchweigher awtomatiku li jissuddividi l-oġġetti ta’ massa differenti f’żewġ subgruppi jew iktar skont il-valur tad-differenza tal-massa tagħhom u punt iffissat nominali.

Tikkettjatur tal-piż

Catchweigher awtomatiku li joħroġ tikketti għal oġġetti individwali bil-valur tal-piż.

Tikkettjatur tal-piż/prezz

Catchweigher awtomatiku li jagħti t-tikketti lil oġġetti individwali bil-valur tal-piż u informazzjoni dwar il-prezz.

Strument awtomatiku gravimetriku tal-mili

Strument awtomatiku tal-użin li jimla l-kontenituri b’massa stabbilita minn qabel u virtwalment kostanti tal-prodott minn massa.

Totalizzatur diskontinwu (totalising hopper weigher)

Strument awtomatiku tal-kejl li jistabbilixxi l-massa ta’ prodott bil-massa billi jaqsamha f’tagħbijiet separati. Il-massa ta’ kull tagħbija separata tiġi stabbilita f’sekwenza u tingħadd. Kull tagħbija separata tiġi mbagħad ikkunsinnata lill-massa.

Totalizzatur kontinwu

Strument awtomatiku tal-kejl li jistabbilixxi b’mod kontinwu l-massa ta’ prodott bil-massa fuq ċinga trasportatur, mingħajr is-suddiviżjoni sistematika tal-prodott u mingħajr ma jinterrompi l-moviment taċ-ċinga trasportatur.

Miżien pont tal-ferroviji

Strument awtomatiku tal-kejl li jkollu riċevitur tat-tagħbija inklużi l-binarji tal-ferrovija sabiex iġorru l-vetturi ferrovjarji.

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

KAPITOLU I

Ir-rekwiżiti komuni għat-tipi kollha tal-istrumenti awtomatiċi tal-kejl

1.   Il-kundizzjonijiet operattivi stipulati

Il-manifattur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet operattivi stipulati għall-istrument kif ġej:

1.1.

Għall-miżurand:

Il-firxa tal-kejl f’termini tal-kapaċità massima u minima tiegħu.

1.2.

Għall-kwantitajiet ta’ influwenza tal-provvista tal-elettriku

Fil-każ tal-provvista tal-vultaġġ AC

:

il-provvista nominali tal-vultaġġ AC, jew il-limiti tal-vultaġġ AC.

Fil-każ ta’ provvista tal-vultaġġ DC

:

il-provvista nominali u minima tal-vultaġġ DC, jew il-limiti tal-vultaġġ DC.

1.3.

Għall-kwantitajiet ta’ influwenza mekkanika jew klimatika:

Il-firxa minima tat-temperatura hija ta’ 30 °C għajr jekk speċifikat xorta oħra fil-kapitoli li ġejjin ta’ dan l-Anness.

Il-klassijiet mekkaniċi ambjentali skont il-punt 1.3.2 tal-Anness I ma japplikawx. Għall-istrumenti li jintużaw taħt tensjoni mekkanika speċjali, pereżempju l-istrumenti inkorporati fil-vetturi, il-manifattur għandu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet mekkaniċi tal-użu.

1.4.

Għal kwantitajiet oħra ta’ influwenza (jekk japplikaw):

 

Ir-rata/i tat-tħaddim.

 

Il-karatteristiċi tal-prodott(i) li jrid(u) jintiżen/jintiżnu,

2.   L-effett permissibbli tal-interferenzi - L-ambjent elettromanjetiku

Il-prestazzjoni meħtieġa u l-valur kritiku tal-bidla huma mogħtija fil-Kapitolu rilevanti f’dan l-Anness għal kull tip ta’ strument.

3.   Adegwatezza

3.1.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi sabiex jillimitaw il-mejl, it-tagħbija u r-rata tat-tħaddim sabiex l-iżbalji massimi permissibbli (ż-ŻMP) ma jinqabżux fit-tħaddim normali.

3.2.

Għandu jiġi pprovdut materjal adegwat tat-tqandil sabiex jgħin lill-istrument jirrispetta ż-ŻMP matul it-tħaddim normali.

3.3.

Kull interfaċċa tal-kontroll tal-operatur għandu jkun ċar u effettiv.

3.4.

L-integrità tal-apparat li juri l-valur (meta preżenti) għandha tkun tista’ tiġi vverifikata mill-operatur.

3.5.

Għandha tiġi pprovvduta l-kapaċità tal-issettjar għal żero sabiex tgħin lill-istrument jirrispetta ż-ŻMP matul it-tħaddim normali.

3.6.

Kull riżultat ‘il barra mill-firxa tal-kejl għandu jiġi identifikat bħala tali, meta tkun possibbli kopja stampata.

4.   Il-valutazzjoni tal-konformità

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

 

Għas-sistemi mekkaniċi:

B + D jew B + E jew B + F jew D1 jew F1 jew G jew H1.

 

Għall-istrumenti elettromekkaniċi

B + D jew B + E jew B + F jew G jew H1.

 

Għas-sistemi elettroniċi jew is-sistemi li jkun fihom is-software:

B + D jew B + FD jew G jew H1.

KAPITOLU II

Il-catchweighers awtomatiċi

1.   Il-Klassijiet tal-Eżattezza

1.1.

L-istrumenti jiġu mqassma f’kategoriji primarji indikati minn:

X jew Y

kif speċifikati mill-manifattur.

1.2.

Dawn il-kategoriji primarji jerġgħu jitqassmu f’erba’ klassijiet ta’ eżattezza:

 

XI, XII, XIII u XIIII

u

 

Y(I), Y(II), Y(a) u Y(b)

li għandhom ikunu speċifikati mill-manifattur.

2.   L-istrumenti tal-Kategorija X

2.1.

Il-Kategorija X tapplika għall-istrumentri użati biex jiċċekkjaw l-imballaġġ minn qabel magħmul skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta’ Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekundizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel (1).

2.2.

Il-klassijiet tal-eżattezza huma ssupplimentati minn fattur (x) li jikkwantifika d-devjazzjoni standard massima permissibbli kif speċifikat fil-punt 4.2.

Il-manifattur għandu jispeċifika l-fattur (x), fejn (x) = ≤ 2 u fil-għamla 1 × 10k, 2 × 10k jew 5 × 10k, fejn k hija numru sħiħ negattiv jew żero.

3.   L-istrumenti tal-Kategorija Y

Il-Kategorija Y tapplika għall-catchweighers awtomatiċi l-oħra kollha.

4.   IŻ-ŻMP

4.1.   L-iżball medju tal-Kategorija X/iż-ŻMP tal-istrumenti tal-Kategorija Y

Tabella 1

It-Tagħbija Netta (m) f’intervalli fl-iskala tal-verifika (e)

L-Iżball medju massimu permissibbli

L-iżball massimu permissibbli

XI

Y(I)

XII

Y(II)

XIII

Y(a)

XIIII

Y(b)

X

Y

0 < m ≤ 50 000

0 < m ≤ 5 000

0 < m ≤ 500

0 < m ≤ 50

± 0,5 e

± 1 e

50 000 < m ≤ 200 000

5 000 < m ≤ 20 000

500 < m ≤ 2 000

50 < m ≤ 200

± 1,0 e

± 1,5 e

200 000 < m

20 000 < m ≤ 100 000

2 000 < m ≤ 10 000

200 < m ≤ 1 000

± 1,5 e

± 2 e

4.2.   Id-devjazzjoni standard

Il-valur massimu permissibbli għad-devjazzjoni standard ta’ strument tal-Klassi X (x) huwa r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-fattur (x) bil-valur fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt.

Tabella 2

it-Tagħbija Netta (m)

Id-devjazzjoni standard massima permissibbli għall-Klassi X(1)

m ≤ 50 g

0,48  %

50 g < m ≤ 100 g

0,24 g

100 g < m ≤ 200 g

0,24  %

200 g < m ≤ 300 g

0,48 g

300 g < m ≤ 500 g

0,16  %

500 g < m ≤ 1 000 g

0,8 g

1 000 g < m ≤ 10 000 g

0,08  %

10 000 g < m ≤ 15 000 g

8 g

15 000 g < m

0,053  %

Għall-Klassi XI u XII (x) għandha tkun inqas minn 1.

Għall-Klassi XIII (x) ma għandhiex tkun iktar minn 1.

Għall-Klassi XIII (x) għandha tkun iktar minn 1.

4.3.   L-intervall fl-iskala tal-verifika — strumenti ta’ intervall waħdieni

Tabella 3

Il-klassijiet tal-eżattezza

L-Intervall fl-iskala tal-verifika

In-numru tal-intervalli fl-iskala tal-verifika

Formula

 

 

 

Minimu

Massimu

XI

Y(I)

0,001 g ≤ e

50 000

XII

Y(II)

0,001 g ≤ e ≤ 0,05 g

100

100 000

0,1 g ≤ e

5 000

100 000

XIII

Y(a)

0,1 g ≤ e ≤ 2 g

100

10 000

5 g ≤ e

500

10 000

XIIII

Y(b)

5 g ≤ e

100

1 000

4.4.   L-intervall fl-iskala tal-verifika — strumenti b’aktar minn intervall wieħed

Tabella 4

Il-klassijiet tal-eżattezza

L-Intervall fl-iskala tal-verifika

In-numru tal-intervalli fl-iskala tal-verifika

Formula

 

 

 

Il-valur minimu (2)

Formula

Il-valur massimu

Formula

XI

Y(I)

0,001 g ≤ ei

50 000

XII

Y(II)

0,001 g ≤ ei ≤ 0,05 g

5 000

100 000

 

 

0,1 g ≤ ei

5 000

100 000

XIII

Y(a)

0,1 g ≤ ei

500

10 000

XIIII

Y(b)

5 g ≤ ei

50

1 000

Fejn:

i

=

1, 2, … r

i

=

il-firxa parzjali tal-użin

r

=

in-numru totali tal-firxiet parzjali

5.   Il-Firxa tal-Kejl

Meta tiġi speċifikata firxa tal-kejl għall-istrumenti tal-Klassi Y, il-manifattur għandu jqis li l-kapaċità minima ma għandhiex tkun inqas minn:

għall-Klassi Y(I)

:

100 e

għall-Klassi Y(II)

:

20 e for 0,001 g ≤ e ≤ 0,05 g, and 50 e for 0,1 g ≤ e

għall-Klassi Y(a)

:

20 e

għall-Klassi Y(b)

:

10 e

L-imwieżen użati għall-gradazzjoni, pereżempju l-imwieżen postali u dawk li jiżnu l-iskart

:

5 e

6.   L-issettjar dinamiku

6.1.

Il-faċilità dinamika tal-issettjar għandha taħdem ġewwa firxa ta’ tagħbija speċifikata mill-manifattur.

6.2.

Meta mwaħħla, faċilità dinamika tal-issettjar li tikkumpensa għall-effetti dinamiċi tat-tagħbija tiċċaqlaq għandha tiġi ostakolata milli taħdem ‘il barra mill-firxa tat-tagħbija, u għandha tkun tista’ tiġi żgurata.

7.   Il-Prestazzjoni taħt il-Fatturi ta’ Influwenza u Interferenzi Elettromanjetiċi

7.1.   Iż-ŻMP minħabba l-fatturi tal-influwenza huma:

7.1.1.   Għall-istrumenti tal-Kategorija X:

Għat-tħaddim awtomatiku, kif speċifikat fit-Tabelli 1 u 2,

Għall-użin statiku fi tħaddim mhux awtomatiku; kif speċifikat fit-Tabella 1.

7.1.2.   Għall-istrumenti tal-kategorija Y

Għal kull tagħbija fi tħaddim awtomatiku; kif speċifikat fit-Tabella 1,

Għall-użin statiku fi tħaddim mhux awtomatiku; kif speċifikat fit-Tabella 1 għall-Kategorija X.

7.2.   Il-valur kritiku tal-bidla minħabba interferenza huwa intervall wieħed fl-iskala tal-verifika.

7.3.   Il-firxa tat-temperatura:

Għall-Klassi XI u Y(I) il-firxa minima hija ta’ 5 °C,

Għall-Klassi XII u Y(II) il-firxa minima hija ta’ 15 °C.

KAPITOLU III

L-Istrumenti Awtomatiċi Gravimetriċi tal-Mili

1.   Il-klassijiet tal-eżattezza

1.1.

Il-manifattur għandu jispeċifika kemm il-klassi tar-riferiment rigward l-eżattezza Ref(x) u l-klassi(jiet) operattiva/i tal-eżattezza X(x).

1.2.

Tip ta’ strument jingħata klassi ta’ referenza dwar l-eżattezza Ref(x), li tikkorrispondi mal-aħjar eżattezza possibbli għall-istrumenti ta’ dak it-tip. Wara li jiġu installati, l-istrumenti individwali jitqiegħdu fi klassi operattiva tal-eżattezza jew iktar X(x), wara li jitqiesu l-prodotti speċifiċi li jridu jintiżnu. Il-fattur (x) tal-għoti tal-klassi għandu jkun ≤ 2, u fil-għamla 1 × 10k, 2 × 10k or 5 × 10k, fejn k hija numru sħiħ negattiv jew żero.

1.3.

Il-klassi ta’ referenza rigward l-eżattezza Ref(x) tapplika għal tagħbijiet statiċi.

1.4.

Għall-klassi operattiva tal-eżattezza X(x), X huwa reġim li jassoċja l-eżattezza mal-piż tat-tagħbija u (x) huwa l-multiplikatur għal-limiti tal-iżbalji speċifikati għall-Klassi X(1) fil-punt 2.2.

2.   IŻ-ŻMP

2.1.   L-iżball fl-użin statiku

2.1.1.

Għat-tagħbijiet statiċi f’kundizzjonijiet operattivi stipulati, iż-ŻMP għall-klassi ta’ referenza rigward l-eżattezza Ref(x), għandu jkun ta’ 0,312 tad-devjazzjoni massima permissibbli mill-medja ta’ kull mili; kif speċifikat fit-Tabella 5; immultiplikat bil-fattur tal-klassi tal-għoti (x).

2.1.2.

Għall-istrumenti fejn il-mili jista’ jkun magħmul minn iktar minn tagħbija waħda (pereżempju imwieżen kombinati kumulattivi jew selettivi), iż-ŻMP għat-tagħbijiet statiċi għandu jkun l-eżattezza meħtieġa għall-mili kif speċifikat fil-punt 2.2 (jiġifieri, mhux it-total tad-devjazzjoni massima permissibbli għat-tagħbijiet individwali).

2.2.   Id-devjazzjoni mill-mili medju

Tabella 5

Il-valur tal-massa, m (g), tal-mili

Id-devjazzjoni massima permissibbli ta’ kull mili mill-medja għall-Klassi X(1)

m ≤ 50

7,2  %

50 < m ≤ 100

3,6 g

100 < m ≤ 200

3,6  %

200 < m ≤ 300

7,2 g

300 < m ≤ 500

2,4  %

500 < m ≤ 1 000

12 g

1 000 < m ≤ 10 000

1,2  %

10 000 < m ≤ 15 000

120 g

15 000 < m

0,8  %

Nota:

Id-devjazzjoni kkalkolata għal kull mili mill-medja tista’ tiġi aġġustata sabiex tqis l-effett tad-daqs tal-partikola tal-materjal.

2.3.   L-iżball għall-valur issettjat minn qabel (l-iżball tal-issettjar)

Għall-istrumenti fejn ikun possibbli li jiġi ssettjat użin tal-mili minn qabel; id-differenza massima bejn il-valur issettjat minn qabel u l-massa medja tal-mili ma għandhiex taqbeż iż-0,312 tad-devjazzjoni massima permissibbli għal kull mili mill-medja, kif speċifikat fit-Tabella 5.

3.   Il-prestazzjoni taħt il-Fattur tal-Influwenza u l-Interferenza Elettromanjetika

3.1.

Iż-ŻMP minħabba l-fatturi tal-influwenza għandu jkun kif speċifikati fil-punt 2.1.

3.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba interferenza huwa bidla tal-indikazzjoni statika tal-piż ugwali għaż-ŻMP kif speċifikat fil-punt 2.1 ikkalkolat għall-mili minimu stipulat, jew bidla li tagħti effett ekwivalenti fuq il-mili fil-każ ta’ strumenti fejn il-mili jkun jikkonsisti minn tagħbijiet multipli. Il-valur kritiku kkalkolat tal-bidla għandu jiġi aġġustat għall-intervall għoli li jmiss tal-iskala (d).

3.3.

Il-manifattur għandu jispeċifika l-valur tal-mili minimu vvalutat.

KAPITOLU IV

It-totalizzaturi diskontinwi

1.   Il-Klassijiet tal-Eżattezza

L-istrumenti huma mqassa f’erba’ klassijiet tal-eżattezza kif ġej: 0,2; 0,5; 1; 2.

2.   Iż-ŻMP

Tabella 6

Il-Klassi tal-eżattezza

Iż-ŻMP tat-tagħbija totalizzata

0,2

± 0,10 %

0,5

± 0,25 %

1

± 0,50 %

2

± 1,00 %

3.   L-intervall fl-iskala tat-totalizzazzjoni

L-intervall fl-iskala tat-totalizzazzjoni (dt) għandu jkun fil-firxa ta’:

0,01 % Max ≤ dt ≤ 0,2 % Max

4.   It-tagħbija Minima Totalizzata (Σmin)

It-tagħbija minima totalizzata (Σmin) ma għandhiex tkun inqas mit-tagħbija li fiha ż-ŻMP huwa ugwali għall-intervall fl-iskala tat-totalizazzjoni (dt) u mhux inqas mit-tagħbija minima kif speċifikata mill-manifattur.

5.   L-issettjar għal Żero

L-istrumenti li ma jindikawx it-tara wara l-ħatt għandu jkollhom apparat li jissettja għal żero. It-tħaddim awtomatiku m’għandux jitħalla jsir jekk l-indikazzjoni żero tvarja bi:

1 dt fuq l-istrumenti b’apparat awtomatiku li jissettja għal żero;

0,5 dt fuq l-istrumenti b’apparat semiawtomatiku jew mhux awtomatiku li jissettja għal żero.

6.   L-interfaċċa tal-operatur

L-aġġustamenti tal-operatur u l-funzjoni tal-issettjar mill-ġdid m’għandhomx jitħallew jaħdmu awtomatikament.

7.   Il-kopja stampata

M’għandux jitħalla jsir l-issettjar mill-ġdid tat-total fuq l-istrumenti mgħammra bi stampatur sakemm jiġi stampat it-total. Il-kopja stampata tat-total għandha ssir jekk jiġi interrott it-tħaddim awtomatiku.

8.   Il-prestazzjoni taħt l-interferenzi tal-fatturi ta’ influwenza u l-interferenzi elettromanjetiċi.

8.1.

Iż-ŻMP minħabba l-fatturi tal-influwenza għandhom ikunu kif speċifikati fit-Tabella 7.

Tabella 7

It-tagħbija (m) f’intervalli tal-iskala tat-totalizzazzjoni (dt)

IŻ-ŻMP

0 < m ≤ 500

± 0,5 dt

500 < m ≤ 2 000

± 1,0 dt

2 000 < m ≤ 10 000

± 1,5 dt

8.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba interferenza huwa intervall wieħed tal-iskala tat-totalizzazzjoni għal kull indikazzjoni tal-użin u ta’ kull total maħżun.

KAPITOLU V

It-totalizzaturi kontinwi

1.   Il-klassijiet tal-eżattezza

L-istrumenti huma mqassma fi tliet klassijiet tal-eżattezza kif ġej: 0,5; 1; 2.

2.   Il-Firxa tal-Kejl

2.1.

Il-manifattur għandu jispeċifika l-firxa tal-kejl, il-proporzjon bejn it-tagħbija minima netta fuq l-unità tal-użin u l-kapaċità massima, u t-tagħbija minima totalizzata.

2.2.

It-tagħbija minima totalizzata Σmin ma għandhiex tkun inqas minn

 

800 d għall-klassi 0.5,

 

400 d għall-klassi 1,

 

200 d għall-Klassi 2.

Fejn d hija l-intervall fl-iskala tal-apparat tat-totalizzazzjoni ġenerali.

3.   IŻ-ŻMP

Tabella 8

Il-Klassi tal-eżattezza

Iż-ŻMP għat-tagħbija totalizzata

0,5

± 0,25 %

1

± 0,5 %

2

± 1,0 %

4.   Il-veloċità taċ-ċinga

Il-veloċità taċ-ċinga għandha tiġi speċifikata mill-manifattur. Għall-imwieżen biċ-ċineg ta’ veloċità waħda, u għall-imwieżen biċ-ċineg b’veloċità varjabbli li jkollhom kontroll manwali tal-issettjar tal-veloċità, il-veloċità ma għandhiex tvarja b’iktar minn 5 % tal-valur nominali. Il-prodott ma għandux ikollu veloċità differenti mill-veloċità taċ-ċinga.

5.   L-Apparat tat-Totalizzazzjoni Ġenerali

L-apparat tat-totalizzazzjoni ġenerali ma għandux ikun jista’ jerġa’ jiġi ssettjat għal żero.

6.   Il-prestazzjoni taħt il-fatturi ta’ influwenza u l-interferenzi elettromanjetiċi

6.1.

Iż-ŻMP minħabba l-fattur tal-influwenza, għal tagħbija ta’ mhux inqas mill-Σmin, għandu jkun 0,7 darbiet il-valur adegwat speċifikat fit-Tabella 8 aġġustat għall-eqreb intervall fl-iskala tat-totalizzazzjoni (d).

6.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba interferenza għandu jkun 0,7 darbiet il-valur adegwat speċifikat fit-Tabella 8, għal tagħbija ugwali għal Σmin, għall-klassi tal-miżien taċ-ċinga; aġġustat għall-intervall ogħla li jkun imiss fl-iskala tat-totalizzazzjoni (d).

KAPITOLU VI

Il-Miżien pont tal-ferroviji

1.   Il-klassijiet tal-eżattezza

L-istrumenti huma mqassma f’erba’ klassijiet tal-eżattezza kif ġej:

0,2; 0,5; 1; 2.

2.   IŻ-ŻMP

2.1.

Iż-ŻMP għall-użin waqt iċ-ċaqliq ta’ vagun wieħed jew ferrovija sħiħa huma murija fit-Tabella 9.

Tabella 9

Il-Klassi tal-eżattezza

IŻ-ŻMP

0,2

± 0,1 %

0,5

± 0,25 %

1

± 0,5 %

2

± 1,0 %

2.2.

Iż-ŻMP għall-piż tal-vaguni mqabbdin flimkien jew mhux imqabbdin li jintiżnu waqt iċ-ċaqliq għandu jkun wieħed mill-valuri li ġejjin, skont liema minnhom ikun l-ikbar:

il-valur ikkalkolat skont it-Tabella 9, aġġustat għall-eqreb intervall fl-iskala;

il-valur ikkalkolat skont it-Tabella 9, aġġustat għall-eqreb intervall fl-iskala għal piż ekwivalenti għal 35 % tal-piż massimu tal-vagun (kif jinsab miktub fuq il-marki deskrittivi)

intervall fl-iskala wieħed (d).

2.3.

Iż-ŻMP għall-piż tal-ferrovija waqt iċ-ċaqliq għandu jkun wieħed mill-valuri li ġejjin, skont liema minnhom ikun l-ikbar:

il-valur ikkalkolat skont it-Tabella 9, aġġustat għall-eqreb intervall fl-iskala;

il-valur ikkalkolat skont it-Tabella 9, għall-piż ta’ vagun wieħed ugwali għal 35 % tal-piż massimu tal-vagun (kif jinsab miktub fuq il-marki deskrittivi) immultiplikat bin-numru tal-vaguni ta’ referenza (li ma jaqbżux l-10) fil-ferrovija, u aġġustat għall-eqreb intervall fl-iskala;

intervall fl-iskala wieħed (d) għal kull vagun fil-ferrovija, imma li ma jaqbiżx l-10 d.

2.4.

Meta jkunu qegħdin jintiżnu l-vaguni mqabbda flimkien; l-iżbalji ta’ mhux iktar minn 10 % tar-riżultati tal-użin meħuda minn passaġġ jew iktar tat-tren jistgħu jaqbżu ż-ŻMP adegwat mogħti fil-punt 2.2, imma m’għandhomx jaqbżu ż-ŻMP għal darbtejn.

3.   L-intervall fl-iskala (d)

Ir-relazzjoni bejn il-klassi tal-eżattezza u l-intervall fl-iskala għandha tkun kif speċifikat fit-Tabella 10.

Tabella 10

Il-Klassi tal-eżattezza

L-intervall fl-iskala (d)

0,2

d ≤ 50 kg

0,5

d ≤ 100 kg

1

d ≤ 200 kg

2

d ≤ 500 kg

4.   Il-firxa tal-kejl

4.1.

Il-kapaċità minima ma għandhiex tkun inqas mnn 1 t, u mhux ikbar mill-valur tar-riżultat tal-piż minimu tal-vagun diviż bin-numru tal-użin parzjali.

4.2.

Il-piż minimu tal-vagun ma għandux ikun inqas minn 50 d.

5.   Il-prestazzjoni taħt il-fattur tal-influwenza u l-interferenza elettromanjetika

5.1.

Iż-ŻMP minħabba fattur tal-influwenza għandu jkun kif speċifikat fit-Tabella 11.

Tabella 11

It-tagħbija (m) f’intervalli tal-iskala tal-verifika (d)

IŻ-ŻMP

0 < m ≤ 500

± 0,5 d

500 < m ≤ 2 000

± 1,0 d

2 000 < m ≤ 10 000

± 1,5 d

5.2.

Il-valur kritiku tal-bidla minħabba interferenza huwa intervall wieħed fl-iskala.


(1)  ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1.

(2)  Għal i = r, il-kolonna korrespondenti tat-Tabella 3 tapplika billi ‘e’ tkun sostitwita minn ‘er’.


ANNESS IX

IL-MITERS TAT-TAXI (MI-007)

Ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan l-Anness japplikaw għall-miters tat-taxis.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Miter tat-taxi”

Apparat li jaħdem flimkien ma’ ġeneratur ta’ sinjal (1) sabiex jagħmel strument tal-kejl.

Dan l-apparat ikejjel id-dewmien, jikkalkola d-distanza fuq il-bażi ta’ sinjal imwassal bil-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza. Barra minn hekk, jikkalkola u juri t-tariffa li trid titħallas għal vjaġġ fuq il-bażi tad-distanza kkalkolata u/jew il-ħin tal-vjaġġ.

Nol

L-ammont totali tal-flus mistħoqq għal vjaġġ fuq il-bażi ta’ piż inizjali stabbilit għall-kiri u/jew id-dewmien tal-vjaġġ. In-nol ma jinkludix imposta supplimentari għal servizzi żejda.

Veloċità tal-qsim minn post għall-ieħor:

Il-valur tal-veloċità misjub billi jiġi diviż il-valur tat-tariffa tal-ħin bil-valur tat-tariffa tad-distanza.

Mod normali tal-kalkolu S (l-applikazzjoni waħdiena tat-tariffa)

Il-kalkolu tan-nol fuq il-bażi tal-applikazzjoni tat-tariffa tal-ħin taħt il-veloċità tal-qsim minn post għall-ieħor u l-applikazzjoni tat-tariffa tad-distanza ‘il fuq mill-veloċità tal-qsim minn post għall-ieħor.

Mod normali tal-kalkolu D (l-applikazzjoni doppja tat-tariffa)

Il-kalkolu tan-nol fuq il-bażi tal-applikazzjoni simultanja tat-tariffa tal-ħin u t-tariffa tad-distanza fuq il-vjaġġ kollu.

Pożizzjoni tat-tħaddim

Il-modi differenti li fihom miter tat-taxi jwettaq il-partijiet differenti tal-funzjonament tiegħu. Il-pożizzjonijiet tat-tħaddim jingħarfu bl-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Għall-Kiri”

:

Il-pożizzjoni tat-tħaddim li fiha l-kalkolu tan-nol jiġi diżattivat

“Mikri”

:

Il-pożizzjoni tat-tħaddim li fiha jsir il-kalkolu tan-nol fuq il-bażi ta’ imposta inizjali possibbli u tariffa tad-distanza koperta u/jew taż-żmien tal-vjaġġ

“Imwaqqaf”

:

Il-pożizzjoni tat-tħaddim li fiha jiġi indikat in-nol mistħoqq għall-vjaġġ u jiġi diżattivat mill-inqas il-kalkolu tan-nol fuq il-bażi tal-ħin.

IR-REKWIŻITI TAD-DISINN

1.

Il-miter tat-taxi għandu jkun iddisinjat sabiex jikkalkola d-distanza u jkejjel it-tul taż-żmien tal-vjaġġ.

2.

Il-miter tat-taxi għandu jkun iddisinjat sabiex jikkalkola u juri n-nol, li jiżdied fi skaluni ugwali għar-riżoluzzjoni ffissata mill-Istat Membru fil-pożizzjoni tat-tħaddim “Mikri”. Il-miter tat-taxi għandu jkun iddisinjat ukoll sabiex juri l-valur finali tal-vjaġġ fil-pożizzjoni tal-ħidma “Imwaqqaf”.

3.

Miter tat-taxi għandu jkun jista’ japplika l-modi tal-kalkolu normali S u D. Għandu jkun possibbli li jagħżel bejn dawn il-modi tal-kalkolu b’issettjar fi stat sikur.

4.

Miter tat-taxi għandu jkun jista’ jipprovdi l-informazzjoni li ġejja permezz ta’ interfaċċa/i adegwata/i fi stat sikur:

il-pożizzjoni tat-tħaddim: “Għall-Kiri”, “Mikri” jew “Imwaqqaf”;

id-dejta tat-totalizzatur skont il-punt 15.1;

informazzjoni ġenerali: il-kostanti tal-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza, id-dejta ta’ meta jiġi żgurat, l-identifikatur tat-taxi, il-ħin reali, l-indikazzjoni tat-tariffa;

l-informazzjoni dwar in-nol għall-vjaġġ: it-total impost, in-nol, il-kalkolu tan-nol, l-imposta supplimentari, id-data, iż-żmien tal-bidu, iż-żmien tat-tmiem, id-distanza vvjaġġata;

informazzjoni dwar it-tariffa/i: il-parametri tat-tariffa/i.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ teħtieġ ċertu apparat sabiex jiġi mqabbad mal-interfaċċa/i ta’ miter tat-taxi. Fejn ikun meħtieġ tali apparat; għandu jkun possibbli, b’issettjar fi stat sikur, li l-miter tat-taxi ma jitħalliex jaħdem awtomatikament għar-raġunijiet tan-nuqqas tal-preżenza jew il-funzjonament ħażin tal-apparat meħtieġ.

5.

Jekk rilevanti, għandu jkun possibbli li miter tat-taxi jiġi aġġustat għall-kostanti tal-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza li miegħu jrid jiġi mqabbad u jiżgura l-aġġustament.

IL-KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI STIPULATI

6.1.

Il-klassi mekkanika ambjentali li tapplika hija l-M3.

6.2.

Il-manifattur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet operattivi stipulati għall-istrument, b’mod partikolari:

firxa minima tat-temperatura ta’ 80 °C għall-ambjent klimatiku;

il-limiti tal-provvista tal-enerġija DC li għaliha l-istrument ġie ddisinjat.

L-IŻBALJI MASSIMI PERMISSIBBLI (ŻMP)

7.

Iż-ŻMP, bl-esklużjoni ta’ kull żball minħabba l-applikazzjoni tat-miter tat-taxi f’taxi, huma:

Għall-ħin li jkun għadda: ± 0,1 %

il-valur minimu taż-ŻMP: 0,2s;

Għad-distanza vvjaġġata: ± 0,2 %

il-valur minimu taż-ŻMP: 4 m;

Għall-kalkolu tan-nol: ± 0,1 %

il-minimu, inkluż l-aġġustament għall-eqreb valur: li jikkorrispondi maċ-ċifra l-inqas sinifikanti tal-indikazzjoni tan-nol.

L-EFFETT PERMISSIBBLI TAL-INTERFERENZI

8.   L-immunità elettromanjetika

8.1.

Il-klassi elettromanjetika li tapplika hija l-E3.

8.2.

Iż-ŻMP stabbilit fil-punt 7 għandu jiġi rispettat ukoll fil-preżenza ta’ interferenza elettromanjetika.

IN-NUQQAS FIL-PROVVISTA TAL-ENERĠIJA

9.

Fil-każ ta’ tnaqqis fil-provvista tal-vultaġġ sa valur taħt il-limitu ta’ isfel tat-tħaddim kif speċifikat mill-manifattur, il-miter tat-taxi għandu:

jissokta jaħdem b’mod korrett jew jibda l-funzjonament korrett tiegħu mill-ġdid mingħajr it-telf tad-dejta disponibbli qabel ma jaqa’ l-vultaġġ jekk il-waqgħa tal-vultaġġ tkun temporanja, jiġifieri qabel ma titqabbad il-magna.

iħassar kejl eżistenti u jirritorna għall-pożizzjoni “Għall-Kiri” jekk il-waqgħa tal-vultaġġ tkun għal perjodu itwal.

REKWIŻITI OĦRA

10.

Il-kundizzjonijiet rigward il-kompatibbiltà bejn il-miter tat-taxi u l-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-miter tat-taxi.

11.

Jekk ikun hemm imposta supplimentari għal servizz ekstra, imdaħħla mis-sewwieq bil-kmand manwali, dan għandu jiġi eskluż min-nol muri. Madankollu, f’dan il-każ, miter tat-taxi jista’ juri temporanjament il-valur tan-nol bl-imposta supplimentari inkluża.

12.

Jekk in-nol jiġi kkalkolat skont il-metodu tal-kalkolu D, miter tat-taxi jista’ jkollu mod addizzjonali li juri l-valur, li fih jiġu murija biss id-distanza u t-tul taż-żmien totali tal-vjaġġ f’ħin reali.

13.

Il-valuri kollha murija lill-passiġġier għandhom ikunu identifikati kif jixraq. Dawn il-valuri kif ukoll l-identifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu jistgħu jinqraw biċ-ċar f’kundizzjonijiet ta’ binhar u ta’ billejl.

14.1.

Jekk in-nol li jkollu jitħallas jew il-miżuri li jridu jittieħdu kontra l-użu frawdolenti jkunu jistgħu jiġu affettwati mill-għażla tal-funzjonalità minn settjar ipprogrammat minn qabel jew mill-issettjar liberu tad-dejta, għandu jkun possibbli l-iżgurar tal-issettjar tal-istrument u d-dejta mdaħħla.

14.2.

Il-possibbiltajiet tal-iżgurar disponibbli f’miter tat-taxi għandhom ikunu tali li tkun possibbli s-sigurezza separata tal-issettjar.

14.3.

Id-dispożizzjonijiet fil-punt 8.3 tal-Anness I japplikaw ukoll għat-tariffi.

15.1.

Miter tat-taxi għandu jiġi mgħammar b’totalizzaturi li ma jistgħux jiġu ssettjati mill-ġdid għall-valuri kollha li ġejjin:

Id-distanza totali vvjaġġata mit-taxi;

Id-distanza totali vvjaġġata meta tinkera;

In-numru totali tal-kirjiet;

L-ammonti totali tal-flus mitluba bħala supplimenti;

L-ammont totali tal-flus mitluba bħala nol,

Il-valuri totalizzati għandhom jinkludu l-valuri ffrankati skont il-punt 9 taħt il-kundizzjonijiet tat-telf tal-provvista tal-enerġija.

15.2.

Jekk jiġi skonnettjat mill-enerġija, miter tat-taxi għandu jippermetti li l-valuri totalizzati jiġu maħżuna għal sena bil-għan li jinqraw il-valuri mill-miter tat-taxi għal medju ieħor.

15.3.

Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex jipprevjenu li l-wiri tal-valuri totalizzati jintuża sabiex iqarraq bill-passiġġieri.

16.

Il-bidla awtomatika tat-tariffi hija permessa minħabba:

id-distanza tal-vjaġġ;

it-tul tal-vjaġġ;

il-ħin tal-ġurnata;

id-data;

il-jum tal-ġimgħa.

17.

Jekk il-karatteristiċi tat-taxi huma importanti għall-korrettezza tal-miter tat-taxi, dan għandu jipprovdi l-mezzi sabiex jiżgura l-konnessjoni tal-miter mat-taxi li fiha jkun installat.

18.

Għall-għan tat-testijiet wara l-installazzjoni, il-miter tat-taxi għandu jkun mgħammar bil-possibbiltà li jittestja separatament l-eżattezza tal-kejl tal-ħin u tad-distanza u l-eżattezza tal-kalkolu.

19.

Miter tat-taxi u l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni tiegħu speċifikati mill-manifattur għandhom ikunu tali li, jekk jiġi installat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, jiġu esklużi biżżejjed il-bidliet frawdolenti tas-sinjal tal-kejl li jirrappreżenta d-distanza vvjaġġata.

20.

Ir-rekwiżit ġenerali essenzjali li jittratta l-użu frawdolenti għandu jiġi sodisfatt b’tali mod li jiġu protetti l-interessi tal-klijent, tas-sewwieq, ta’ min iħaddem lis-sewwieq u tal-awtoritajiet fiskali.

21.

Miter tat-taxi għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jista’ jirrispetta ż-ŻMP mingħajr aġġustament matul perjodu taż-żmien ta’ sena ta’ użu normali.

22.

Il-miter tat-taxi għandu jkun mgħammar b’arloġġ tal-ħin reali li permezz tiegħu jinżammu l-ħin tal-jum u d-data, u wieħed minnhom jew it-tnejn jistgħu jintużaw għal bidla awtomatika tat-tariffi. Ir-rekwiżiti tal-arloġġ tal-ħin reali huma:

Iż-żamma tal-ħin għandu jkollha livell ta’ eżattezza ta’ 0,02 %;

Il-possibbiltà tal-korrezzjoni tal-arloġġ ma għandhiex tkun iktar minn 2 minuti fil-ġimgħa. Il-korrezzjoni għall-ħin tas-sajf u l-ħin tax-xitwa ssir b’mod awtomatiku;

għandha tiġi evitata l-korrezzjoni, awtomatika jew manwali, matul vjaġġ.

23.

Il-valuri tad-distanza vvjaġġata u tal-ħin li jgħaddi, meta jintwerew jew jiġu stampati skont din id-Direttiva, għandhom jużaw l-unitajiet tal-kejl li ġejjin:

 

Id-distanza vvjaġġata:

kilometri;

mili, f’dawk l-Istati Membri li għalihom japplika l-Artikolu (1)(b) tad-Direttiva 980/181/KE.

 

Il-ħin li jkun għadda:

sekondi, minuti jew sigħat, kif ikun xieraq; filwaqt li dak li jkun iżomm f’moħħu r-riżoluzzjoni meħtieġa u l-ħtieġa li jiġi evitat in-nuqqas ta’ fehim.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.


(1)  Il-ġeneratur tas-sinjal tad-distanza huwa barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.


ANNESS X

KEJL TAL-MATERJALI (MI-008)

KAPITOLU I

Il-kejl tal-materjali tal-tul

Ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan il-kapitolu, japplikaw għall-kejl tal-materjali tat-tul definit hawn taħt. Madankollu, ir-rekwiżit li tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità jista’ jiġi interpretat bħala li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għal kull wieħed mill-istrumenti individwali.

ID-DEFINIZZJONIJIET

“Kejl tal-materjali tat-tul”

Strument li jkun fih il-marki ta’ skala li d-distanzi tiegħu jingħataw f’unitajiet legali ta’ tul.

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

Il-Kundizzjonijiet ta’ Referenza

1.1.

Għat-tejps tal-kejl ugwali għal ħames metri jew ikbar, l-iżbalji massimi permissibbli (ŻMP) iridu jiġu sodisfatti meta jiġu applikati qawwa trattiva ta’ ħamsin newtons jew valuri oħra tal-qawwa kif speċifikati mill-manifattur u mmarkati kif xieraq fuq it-tejp tal-kejl, jew fil-każ li jkun jinħtieġ kejl riġidu jew semiriġidu mhix meħtieġa forza trattiva.

1.2.

It-temperatura ta’ referenza hija 20 °C għajr jekk speċifikat mod ieħor mill-manifattur u mmarkat fuq il-kejl kif xieraq.

Iż-ŻMP

2.

Iż-ŻMP, pożittiv jew negattiv f’mm, bejn żewġ marki mhux konsekuttivi tal-iskala huwa (a + bL), fejn:

il-L huwa l-valur tat-tul aġġustat għall-metru sħiħ li jkun imiss; u

a u b jinsabu mogħtija fit-Tabella 1 ta’ hawn taħt.

Meta intervall terminali jkun ikkonfinat minn wiċċ, jiġi miżjud iż-ŻMP għal kull distanza li tibda minn dan il-punt bil-valur ta’ c mogħti fit-Tabella 1.

Tabella 1

Il-Klassi tal-Eżattezza

a (mm)

b

c (mm)

I

0,1

0,1

0,1

II

0,3

0,2

0,2

III

0,6

0,4

0,3

D —

klassi speċjali għat-tejps tal-kejl tal-immersjoni (1)

Sa u tinkludi t-30 m (2)

1,5

żero

żero

S —

klassi speċjali għat-tejps li jorbtu t-tankijiet

Għal kull tul ta’ 30 m meta t-tejp ikun mirfud fuq wiċċ ċatt

1,5

żero

żero

It-tejps tal-immersjoni jistgħu jkunu wkoll tal-Klassijiet I jew II u f’dan il-każ kull tul bejn żewġ marki tal-iskala, li waħda minnhom tkun fuq iċ-ċomba tal-immersjoni u l-oħra fuq it-tejp, iż-ŻMP huwa ta’ ± 0,6 mm meta l-applikazzjoni tal-formola tagħti valur ta’ inqas minn 0,6 mm.

Iż-ŻMP għat tul bejn marki konsekuttivi tal-iskala, u d-differenza massima permissibbli bejn żewġ intervalli konsekuttivi, huma mogħtija fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt.

Tabella 2

Tul i tal-intervall

ŻMP jew id-differenza f’millimetri skont il-klassi tal-eżattezza

I

II

III

i ≤ 1 mm

0,1

0,2

0,3

1 mm < i ≤ 1 cm

0,2

0,4

0,6

Fejn riga tkun tat-tip li tintlewa, il-ġonot għandhom ikunu ta’ tip li ma jikkawża l-ebda żbalji supplimentari għal dawk ta’ hawn fuq, li jaqbżu: iż-0,3 mm għall-Klassi II, u ż-0,5 mm għall-Klassi III.

Materjali

3.1.

Il-materjali użati għall-kejl tal-materjali għandhom ikunu tali li l-varjazzjonijiet fit-tul minħabba l-varjazzjonijiet tat-temperatura sa ± 8 C rigward it-temperatura ta’ referenza ma jaqbżux iż-ŻMP. Dan ma japplikax għall-kejl tal-Klassi S u l-Klassi D meta l-manifattur ikollu l-ħsieb li għandhom jiġu applikati korrezzjonijiet għall-espansjoni termika għall-qari osservat meta meħtieġ.

3.2.

Il-kejl magħmul minn materjal li l-qisien tiegħu jistgħu jvarjaw materjalment meta soġġett għal firxa wiesgħa ta’ umdità relattiva, jista’ jiġi inkluż biss fil-Klassijiet II jew III.

L-immarkar

4.

Il-valur nominali għandu jiġi mmarkat fuq il-kejl. L-iskali millimetriċi għandhom jiġu nnumerati għal kull ċentimetru u l-kejl b’intervall fl-iskala ta’ iktar minn 2 ċm għandu jkollu l-marki kollha tal-iskala nnumerati.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

F 1 jew D1 jew B + D jew H jew G.

KAPITOLU II

Il-kontenitur tal-kejl

Ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan il-kapitolu, japplikaw għall-kontenitur tal-kejl definit hawn taħt. Madankollu, ir-rekwiżit li tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità jista’ jiġi interpretat bħala li japplika għal lott jew kunsinna iktar milli għal kull wieħed mill-istrumenti individwali. Barra minn hekk, ma għandux japplika r-rekwiżit li l-istrument ikun fih informazzjoni rigward l-eżattezza tiegħu.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Kontenitur tal-kejl

Kontenitur tal-kejl (bħal kejl b’tazza tax-xorb, buqar jew ħolqa) iddisinjat sabiex jistabbilixxi volum speċifiku ta’ likwidu (għajr prodott farmaċewtiku) li jinbiegħ għall-konsum immedjat.

Kontenitur tal-kejl bil-linji

Kontenitur tal-kejl mmarkat b’linja sabiex jindika kapaċità nominali.

Kontenitur tal-kejl sax-xifer

Kontenitur tal-kejl li l-volum intern tiegħu ikun ugwali għall-kapaċità nominali.

Kontenitur tal-kejl għat-trasferiment (tal-likwidu)

Kontenitur tal-kejl li minnu jkun maħsub li l-likwidu jitferra’ qabel il-konsum.

Kapaċità

Il-kapaċità hija l-volum intern għall-kejl sax-xifer jew il-volum intern sal-marka tal-mili għall-kontenituri tal-kejl bil-linji.

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

1.   Il-Kundizzjonijiet ta’ Referenza

1.1.

It-Temperatura: it-temperatura ta’ referenza għall-kejl tal-kapaċità hija 20 °C.

1.2.

Il-pożizzjoni għall-indikazzjoni korretta: wieqfa mingħajr irfid fuq wiċċ invell.

2.   Iż-ŻMP

Tabella 1

 

Linja

Sax-xifer

Strumenti tal-kejl għat-trasferiment

 

 

< 100 ml

± 2 ml

– 0

+ 4 ml

≥ 100 ml

± 3 %

– 0

+ 6 %

Kejl tal-kapaċità

 

 

< 200 ml

± 5 %

– 0

+ 10 %

≥ 200 ml

± (5 ml + 2,5 %)

– 0

+ 10 ml + 5 %

3.   Il-materjali

L-istrumenti tal-kejl li jesgħu għandhom ikunu magħmula minn materjal riġidu biżżejjed u stabbli fil-qisien biex iżomm il-kapaċità fil-limiti taż-ŻMP.

4.   Il-forma

4.1.

L-istrumenti tal-kejl għat-trasferiment għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-bidla fil-kontenut ugwali għaż-ŻMP tikkawża bidla fil-livell ta’ mill-inqas 2 mm mix-xifer jew mill-marka tal-mili.

4.2.

L-istrumenti tal-kejl għat-trasferiment għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li ma jitwaqqafx ir-rilaxx sħiħ tal-likwidu li jkun qiegħed jitkejjel.

5.   L-immarkar

5.1.

Il-kapaċità nominali ddikjarata għandha tiġi mmarkata b’mod ċar u mingħajr ma tkun tista’ titħassar fuq l-istrument tal-kejl.

5.2.

L-istrumenti tal-kejl li jesgħu jistgħu jiġu mmarkati wkoll b’sa tliet kapaċitajiet ċari u li jistgħu jingħarfu minn xulxin, li l-ebda waħda minnhom ma għandha twassal għal konfużjoni bejniethom.

5.3.

Il-marki kollha tal-mili għandhom ikunu ċari u jibqgħu viżibbli biżżejjed sabiex jiżguraw li ż-ŻMP ma jinqabżux waqt l-użu.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

A2 jew F1 jew D1 jew E1 jew B + E jew B + D jew H.


(1)  Japplika għall-kombinazzjonijiet tal-piż tat-tejp/immersjoni.

(2)  Jekk it-tul nominali tat-tejp jaqbeż it-30 m, għandu jiġi permess żmp ta’ 0,75 mm għal kull 30 m tat-tul tat-tejp.


ANNESS XI

L-ISTRUMENTI TAL-KEJL DIMENSJONALI (MI-009)

Ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan l-Anness, japplikaw għall-istrumenti tal-kejl dimensjonali tat-tipi ddefiniti hawn taħt.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Strument li jkejjel it-tul

Strument li jkejjel it-tul iservi sabiex jistabbilixxi t-tul tal-materjali tat-tip tal-ħbula (pereżempju it tessuti, il-faxex, il-kejbils) waqt il-moviment meta l-prodott jingħata biex jitkejjel.

Strumenti li jkejlu l-erja

Strument li jkejjel l-erja jservi għad-determinazzjoni tal-erja ta’ oġġetti b’għamla irregolari, pereżempju il-ġilda.

Strumenti tal-kejl multidimensjonali

Strument tal-kejl multidimensjonali jservi sabiex jiddetermina t-tul tat-truf (it-tul, l-għoli, il-wisa’) tal-iżgħar solidu rettangolari mdawwar mill-paralellogrammi fi prodott.

KAPITOLU I

Ir-rekwiżiti komuni għall-istrumenti kollha tal-kejl dimensjonali

L-immunità elettromanjetika

1.

L-effett ta’ interferenza elettromanjetika fuq strument tal-kejl dimensjonali għandu jkun tali li:

il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla kif definit fil-punt 2; jew

ikun impossibbli li jitwettaq kull kejl; jew

ikun hemm varjazzjonijiet momentarji fil-kejl li ma jistgħux jiġu interpretati, memorizzati jew trażmessi bħala riżultat tal-kejl; jew

ikunu jeżistu varjazzjonijiet fir-riżultat tal-kejl tant severi li jkunu jistgħu jiġu nnutati minn dawk kollha interessati fir-riżultat tal-kejl.

2.

Il-valur kritiku tal-bidla huwa ugwali għal intervall wieħed fl-iskala.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

 

Għall-istrumenti mekkaniċi jew elettromekkaniċi:

F1 jew E1 jew D1 jew B + F jew B + E jew B + D jew H jew H1 jew G.

 

Għall-istrumenti elettroniċi jew is-sistemi li jkun fihom is-software:

B + F jew B + D jew H1 jew G.

KAPITOLU II

L-istrumenti li jkejlu t-tul

Il-karatteristiċi tal-prodott li jrid jitkejjel

1.

It-tessuti huma kkaratterizzati mill-fattur K. Dan il-fattur iqis kemm jiġġebbed il-prodott u l-qawwa għal kull unità ta’ erja tal-prodott imkejjel u huwa definit bil-formola li ġejja:

K

=

Formula, fejn

ε huwa t-titwil relattiv ta’ kampjun tad-drapp wiesgħa 1 m b’qawwa tensili ta’ 10 N,

GA huwa l-qawwa tal-piż għal kull unità ta’ erja ta’ kampjun tad-drapp N/m2.

Il-kundizzjonijiet tat-tħaddim

2.1.   Il-firxa

Id-dimensjonijiet u l-fattur K, meta japplikaw, ġewwa l-firxa speċifikata għall-istrument mill-manifattur. Il-firxiet tal-fattur K huma mogħtija fit-Tabella 1:

Tabella 1

Grupp

Firxa ta’ K

Prodott

I

0 < K < 2 × 10–2 N/m2

jiġġebbed ftit

II

2 × 10–2 N/m2 < K < 8 × 10–2 N/m2

jiġġebbed medju

III

8 × 10–2 N/m2 < K < 24 × 10–2 N/m2

jiġġebbed ħafna

IV

24 × 10–2 N/m2 < K

jiġġebbed estremament

2.2.   Fejn l-oġġett imkejjel ma jiġix trasportat mill-istrument tal-kejl, il-veloċità tiegħu trid tkun fi ħdan il-firxa speċifikata għall-istrument mill-manifattur.

2.3.   Jekk ir-riżultat tal-kejl jiddependi mill-ħxuna, mill-kundizzjoni tal-wiċċ u l-kwalità tal-kunsinna (pereżempju minn roll kbir jew minn munzell), il-limitazzjonijiet korrispondenti jiġu speċifikati mill-manifattur.

Iż-ŻMP

3.   L-Istrument

Tabella 2

Il-Klassi tal-eżattezza

IŻ-ŻMP

I

0,125 %, imma mhux inqas minn 0,005 Lm

II

0.25 %, imma mhux inqas minn 0,01 Lm

III

0,5 %, imma mhux inqas minn 0,02 Lm

Fejn Lm huwa t-tul minimu li jista’ jitkejjel, jiġifieri l-iżgħar tul speċifikat mill-manifattur li għalih l-istrument ikun maħsub biex jintuża.

Il-valur tat-tul reali tat-tipi differenti ta’ materjali għandu jitkejjel bl-użu tal-istrumenti xierqa (pereżempju it-tejps tal-kejl tat-tul). B’hekk, il-materjal li jkun se jitkejjel għandu jiġi mifrux dritt u mingħajr ma jiġġebbed fuq qiegħ xieraq (pereżempju fuq mejda xierqa).

Rekwiżiti oħra

4.

L-istrumentri jridu jiżguraw li l-prodott jitkejjel mingħajr ma jiġġebbed skont il-kapaċità tat-tiġbid li għaliha l-istrument ikun iddisinjat.

KAPITOLU III

L-istrumenti li jkejlu l-erja

Il-kundizzjonijiet tat-tħaddim

1.1.   Il-firxa

Id-dimensjonijiet ġewwa l-firxa speċifikata għall-istrument mill-manifattur.

1.2.   Il-kundizzjoni tal-prodott

Il-manifattur għandu jispeċifika l-limitazzjonijiet tal-istrumenti minħabba l-veloċità, u l-ħxuna tal-kundizzjonijiet tal-wiċċ jekk rilevanti, tal-prodott.

Iż-ŻMP

2.   L-Istrument

Iż-ŻMP huwa 1,0 %, imma mhux inqas minn 1 dm2.

Rekwiżiti oħra

3.   Il-preżentazzjoni tal-prodott

Fil-każ li l-prodott jinġibed lura jew jitwaqqaf, ma għandux ikun possibbli li jkun hemm żball fill-kejl jew l-apparat li juri l-valur tal-kejl irid jitneħħa.

4.   L-intervall fl-iskala

L-istrumenti jrid ikollhom intervall fl-iskala ta’ 1,0 dm2. B’żieda ma’ dan, irid ikun possibbli li jkun hemm intervall fl-iskala ta 0,1 dm2 għall-għanijiet tat-testijiet.

KAPITOLU IV

L-istrumenti tal-kejl multidimensjonali

Il-kundizzjonijiet tat-tħaddim

1.1.   Il-firxa

Id-dimensjonijiet fi ħdan il-limiti tal-firxa speċifikata għall-istrument mill-manifattur.

1.2.   Id-dimensjoni minima

Il-limitu ta’ isfel tad-dimensjoni minima għall-valuri kollha tal-intervall fl-iskala huwa mogħti fit-Tabella 1.

Tabella 1

L-intervall fl-iskala (d)

Id-dimensjoni minima (min)

(il-limitu ta’ isfel)

d ≤ 2 ċm

10 d

2 ċm < d ≤ 10 ċm

20 d

10 ċm < d

50 d

1.3.   Il-veloċità tal-prodott

Il-veloċità trid tkun fi ħdan il-limiti tal-firxa speċifikata għall-istrument mill-manifattur.

IŻ-ŻMP

2.   L-Istrument

Iż-ŻMP huwa ± 1,0 d.


ANNESS XII

L-ANALIZZATURI TAL-GASSIJIET MIT-TUBI TAL-EMISSJONI (MI-010)

Ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-Anness u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità elenkati f’dan l-Anness, japplikaw għall-analizzaturi tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni definiti hawn taħt, maħsuba għall-ispezzjoni u l-manutenzjoni professjonali tal-vetturi bil-mutur li jkunu qed jintużaw.

ID-DEFINIZZJONIJIET

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni huwa strument tal-kejl li jservi sabiex jistabbilixxi l-frazzjonijiet tal-volum ta’ komponenti speċifikati tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni tal-magna ta’ vettura bil-mutur li taqbad bl-ispark ignition fil-livell tal-umdità tal-kampjun analizzat.

Dawn il-komponenti tal-gassijiet huma l-monossidu tal-karbonju (CO), id-diossidu tal-karbonju (CO2), l-ossiġenu (O2) u l-idrokarburi (HC).

Il-kontenut tal-idrokarburi jrid jiġi espress bħala konċentrazzjoni tal-n-ekżsan (C6H14), imkejjel bit-tekniki tal-assorbiment qrib l-infra red.

Il-frazzjonijiet tal-volum tal-komponenti tal-gassijiet jiġu espressi bħala perċentwal (% vol) għas-CO, is-CO2 u l-O2 u f’partijiet kull miljun (ppm vol) għall-HC.

Barra minn hekk analizzatur tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni jikkalkola l-valur tal-lambda mill-frazzjonijiet tal-volum tal-komponenti tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni.

Lambda

Il-lambda huwa valur mingħajr dimensjonijiet rappreżentattiv tal-effikaċja tal-ħruq f’magna f’termini tal-proporzjon tal-arja/karburant fid-duħħan. Dan jiġi determinat b’formola standardizzata ta’ referenza.

IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

Il-Klassijiet tal-Istrumenti

1.

Qegħdin jiġu stabbiliti żewġ klassijiet (0 u 1) għall-analizzaturi tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni. Il-firxiet minimi rilevanti tal-kejl għal dawn il-klassijiet jidhru fit-Tabella 1.

Tabella 1

Il-klassijiet u l-firxiet tal-kejl

Il-parametru

Il-Klassijiet 0 u I

Il-frazzjoni tas-CO

minn 0 sa 5 % vol

il-frazzjoni tas-CO2

minn 0 sa 16 % vol

Il-frazzjoni tal-HC

minn 0 sa 2 000  ppm vol

Il-frazzjoni ta’ O2

minn 0 sa 21 % vol

λ

minn 0,8 sa 1,2

Il-kundizzjonijiet operattivi stipulati

2.

Il-valuri tal-kundizzjonijiet operattivi stipulati għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur kif ġej:

2.1.

Għall-kwantitajiet ta’ influwenza klimatika jew mekkanika:

firxa minima tat-temperatura ta’ 35 °C għall-ambjent klimatiku;

Il-klassi mekkanika ambjentali li tapplika hija l-M1.

2.2.

Għall-kwantitajiet ta’ influwenza tal-enerġija elettrika:

il-vultaġġ u l-medda tal-frekwenza għall-provvista tal-vultaġġ AC;

il-limiti tal-provvista tal-vultaġġ DC.

2.3.

Għall-pressjoni ambjentali:

Il-valuri minimi u massimi tal-pressjoni ambjentali għaż-żewġ klassijiet huma: pmin ≤ 860 hPa, pmax ≥ 1 060 hPa.

L-iżbalji massimi permissibbli (iż-ŻMP)

3.

Iż-ŻMP huma definiti kif ġej:

3.1.

Għal kull waħda mill-frazzjonijiet imkejla, il-valur tal-iżball massimu permess taħt il-kundizzjonijiet operattivi stipulati skont il-punt 1.1 tal-Anness I huwa l-ikbar wieħed miż-żewġ valuri li jidhru fit-Tabella 2. Il-valuri assoluti huma espressi f’% vol jew ppm vol, il-valuri perċentwali huma perċentwali tal-valur veru.

Tabella 2

Iż-ŻMP

Il-parametru

Il-Klassi 0

Il-Klassi I

Il-frazzjoni tas-CO

± 0,03 % vol

± 5 %

± 0,06 % vol

± 5 %

il-frazzjoni tas-CO2

± 0,5 % vol

± 5 %

± 0,5 % vol

± 5 %

Il-frazzjoni tal-HC

± 10 ppm vol

± 5 %

± 12 ppm vol

± 5 %

Il-frazzjoni ta’ O2

± 0,1 % vol

± 5 %

± 0,1 % vol

± 5 %

3.2.

Iż-ŻMP fuq il-kalkolu tal-lambda huwa 0,3 %. Il-valur veru konvenzjonali huwa kkalkolat skont il-formola stabbilita fil-punt 5.3.7.3 tar-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) (1).

Għal dan il-għan, il-valuri li juri l-istrument jintużaw għall-kalkolu.

L-effett permissibbli tal-interferenzi

4.

Għal kull waħda mill-frazzjonijiet tal-volum imkejla bl-istrument, il-valur kritiku tal-bidla huwa ugwali għaż-ŻMP għall-parametru kkonċernat.

5.

L-effett ta’ interferenza elettromanjetika għandu jkun tali li:

jew il-bidla fir-riżultat tal-kejl ma tkunx ikbar mill-valur kritiku tal-bidla stabbilit fil-punt 4;

jew il-preżentazzjoni tar-riżultat tal-kejl tkun tali li ma jkunx jista’ jittieħed bħala riżultat validu.

Rekwiżiti oħra

6.

Ir-riżoluzzjoni għandha tkun ugwali għal jew ta’ ordni waħda tal-kobor ogħla mill-valuri li jidhru fit-Tabella 3.

Tabella 3

Ir-riżoluzzjoni

 

CO

CO2

O2

HC

Il-Klassi 0 u l-Klassi I

0,01  % vol

0,1  % vol

 (2)

1 ppm vol

Il-valur tal-lambda għandu jintwera b’riżoluzzjoni ta’ 0,001.

7.

Id-devjazzjoni standard għal 20 kejl ma għandiex tkun ikbar minn terz tal-modulus taż-ŻMP għal kull waħda mill-frazzjonijiet tal-volum tal-gass applikabbli.

8.

Sabiex jitkejlu s-CO, is-CO2 u l-HC, l-istrument, inkluża s-sistema speċifikata tat-tqandil tal-gassijiet iridu jindikaw 95 % tal-valur finali kif stabbilit bil-gassijiet tal-kalibrazzjoni f’temp ta’ 15-il sekonda wara l-bidla minn gass b’kontenut żero, pereżempju l-arja pura. Sabiex jitkejjel l-O2, l-istrument f’kundizzjonijiet simili jrid jindika valur li jvarja b’inqas minn 0,1 % vol miż-żero f’temp ta’ 60 sekonda wara l-bidla minn arja pura għal gass mingħajr ossiġenu.

9.

Il-komponenti fid-duħħan, għajr il-komponenti li l-valuri tagħhom huma soġġetti għall-kejl, ma għandhomx jaffettwaw ir-riżultati tal-kejl b’iktar min-nofs il-modulus taż-ŻMP meta dawn il-komponenti jkunu preżenti fil-frazzjonijiet tal-volum massimu li ġejjin:

 

6 % vol CO,

 

16 % vol CO2,

 

10 % vol O2,

 

5 % vol H2,

 

0,3 % vol NO,

 

2 000 ppm vol HC (bħala n-hexane),

fwar tal-ilma sas-saturazzjoni.

10.

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni għandu jkollu l-faċilità ta’ aġġustament li tipprovdi l-operazzjonijiet għall-issettjar għal żero, il-kalibrazzjoni tal-gass u l-aġġustament intern. Il-faċilità tal-aġġustament għall-issettjar għal żero u l-aġġustament intern għandhom ikunu awtomatiċi.

11.

Għall-faċilitajiet awtomatiċi jew semiawtomatiċi tal-aġġustament, l-istrument ma għandux ikun kapaċi jieħu kejl sakemm ma jkunux saru l-aġġustamenti.

12.

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni għandu jinduna bil-fdalijiet tal-idrokarbur fis-sistema tat-tqandil tal-gassijiet. Ma għandux ikun possibbli li jitwettaq kejl jekk il-fdalijiet tal-idrokarbur, preżenti qabel kull kejl, jaqbżu l-20 ppm vol.

13.

Analizzatur tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni għandu jkollu apparat sabiex jagħraf b’mod awtomatiku kull nuqqas ta’ funzjonament tas-sensur tal-kanal tal-ossiġenu minħabba li jkun intuża wisq jew ksur fil-linja tal-konnessjoni.

14.

Jekk l-analizzatur tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni jkun kapaċi jaħdem b’karburanti differenti (pereżempju bil-petrol jew bil-gass fi stat likwidu), għandu jkun hemm il-possibbiltà li jintgħażlu koeffiċjenti xierqa għall-kalkolu tal-Lambda mingħajr ambigwità fir-rigward tal-formola adegwata.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li l-manifattur ikun jista’ jagħżel minn fosthom huma:

B + F jew B + D jew H1.


(1)  ĠU L 42, 15.2.2012, p. 1.

(2)  0,01 % vol għall-valuri tal-miżurand taħt jew ugwali għal 4 % vol, inkella 0,1 % vol.


ANNESS XIII

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-UE (Nru XXXX) (1)

1.

Mudell tal-istrument/Strument (in-numru tal-prodott, tat-tip, tal-lott jew tas-serje):

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur u fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-istrument li tippermetti t-traċċabbiltà;. tista’, jekk ikun meħtieġ għall-identifikazzjoni ta’ strument, tiġi inkluża stampa:

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritta hawn fuq huwa konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti jew dokumenti normattivi li ntużaw jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li fir-rigward tagħhom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Fejn applikabbli, il-korp notifikat … … (isem, numru) … wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(1)  Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta’ konformità.


ANNESS XIV

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 52)

Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

Il-punt B.3 tal-Anness biss

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1)

Il-punt 3.8 tal-Anness biss

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/137/KE

(ĠU L 294, 11.11.2009, p. 7)

 

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

Il-punt (g) tal-Artikolu 26(1) biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u dati ta’ applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 52)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

2004/22/KE

fit-30 ta’ April 2006.

fit-30 ta’ Ottubru 2006.

2006/96/KE

 

 

2009/137/KE

fl-1 ta’ Diċembru 2010.

fl-1 ta’ Ġunju 2011.


ANNESS XV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 2004/22/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 1

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4(1) sa (4), (6) sa (9)

L-Artikolu 4(5) u (10) sa (22)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 20

L-Artikolu 7(2)

L-Artikolu 22(4)

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

Artikolu 9

L-Artikolu 17

L-Artikolu 10

L-Artikolu 18

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 23(2)

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13(1)

L-Artikolu 13(2)

L-Artikolu 14(1)

L-Artikolu 14(2)

L-Artikolu 13(3)

L-Artikolu 14(3)

L-Artikolu 13(4)

L-Artikolu 14(4)

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15(1)

L-Artikolu 46(1)

L-Artikolu 15(2)

L-Artikolu 46(3)

L-Artikolu 15(3)

L-Artikolu 15(4)

L-Artikolu 15(5)

L-Artikolu 16(1)

Artikolu 15

L-Artikolu 16(2)

Artikolu 47

L-Artikolu 16(3)

Artikolu 16

L-Artikolu 16(4)

L-Artikolu 17(1)

L-Artikolu 17(2)

L-Artikolu 21(2)

L-Artikolu 17(3)

 

L-Artikolu 17(4), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 22(2)

L-Artikolu 17(4), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 17(5)

Artikolu 18

Artikolu 19

L-Artikolu 21(1)

L-Artikolu 22(1)

L-Artikolu 22(3)

L-Artikolu 22(5), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 22(5), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 22(6)

L-Artikolu 23

L-Artikolu 24

L-Artikolu 25

L-Artikolu 26

L-Artikolu 27

L-Artikolu 28

L-Artikolu 29

L-Artikolu 31

L-Artikolu 32

L-Artikolu 33

L-Artikolu 34

L-Artikolu 35

L-Artikolu 36

L-Artikolu 37

L-Artikolu 38

L-Artikolu 39

L-Artikolu 40

L-Artikolu 19(1)

L-Artikolu 19(2)(a), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 19(2)(a), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 19(2)(a), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 43(4)

L-Artikolu 19(2)(b)

L-Artikolu 20

L-Artikolu 21

L-Artikolu 22

L-Artikolu 23

L-Artikolu 41

L-Artikolu 42

L-Artikolu 43(1)

L-Artikolu 43(2)

L-Artikolu 43(3)

L-Artikolu 44

L-Artikolu 45

L-Artikolu 48

L-Artikolu 49

L-Artikolu 50

L-Artikolu 24

L-Artikolu 51

L-Artikolu 25

L-Artikolu 52

L-Artikolu 26

L-Artikolu 53, l-ewwel paragrafu

L-Artikolu 53, it-tieni paragrafu

L-Artikolu 27

L-Artikolu 54

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness A

L-Anness II, punt 1

L-Anness A1

L-Anness II, punt 2

L-Anness B

L-Anness II, punt 3

L-Anness C

L-Anness II, punt 4

L-Anness C1

L-Anness II, punt 5

L-Anness D

L-Anness II, punt 6

L-Anness D1

L-Anness II, punt 7

L-Anness E

L-Anness II, punt 8

L-Anness E1

L-Anness II, punt 9

L-Anness F

L-Anness II, punt 10

L-Anness F1

L-Anness II, punt 11

L-Anness G

L-Anness II, punt 12

L-Anness H

L-Anness II, punt 13

L-Anness H1

L-Anness II, punt 14

L-Anness MI-001

L-Anness III

L-Anness MI-002

L-Anness IV

L-Anness MI-003

L-Anness V

L-Anness MI-004

L-Anness VI

L-Anness MI-005

L-Anness VII

L-Anness MI-006

L-Anness VIII

L-Anness MI-007

L-Anness IX

L-Anness MI-008

L-Anness X

L-Anness MI-009

L-Anness XI

L-Anness MI-010

L-Anness XII

L-Anness XIV

L-Anness XV


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala "kumitati ta' komitoloġija" fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.


29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/251


DIRETTIVA 2014/33/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE tad-29 ta’ Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-lifts (3), ġiet emendata sostanzjalment (4). Billi huma meħtieġa aktar emendi, fl-interess taċ-ċarezza, din id-Direttiva għandha tiġi riformulata.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5) jistabbilixxi regoli dwar l-akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti u għall-kontrolli fuq il-prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6) tistabbilixxi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw orizzontalment għal leġiżlazzjoni settorali sabiex jipprovdu bażi koerenti għar-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni. Id-Direttiva 95/16/KE għandha tiġi adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Il-liftijiet koperti minn din id-Direttiva jibdew jeżistu biss bħala prodotti lesti ladarba jkunu ġew installati b’mod permanenti f’bini jew kostruzzjonijiet. Konsegwentement, il-liftijiet ma jistgħux jiġu importati fl-Unjoni u jiġu biss introdotti fis-suq u ma jsirux sussegwentement imqegħdin għad-disponibbiltà: m’hemm l-ebda “importatur” jew “distributur” ta’ liftijiet.

(5)

Din id-Direttiva tkopri komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu ġodda għas-suq tal-Unjoni Ewropea meta jiġu introdotti fis-suq; jiġifieri, dawn jew ikunu komponenti ta’ sikurezza ġodda magħmula minn manifattur fl-Unjoni, inkella jkunu komponenti ta’ sikurezza ġodda jew użati importati minn pajjiż terz.

(6)

Fit-8 ta’ Ġunju 1995 il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni Nru 95/216/KE tat-8 ta’ Ġunju 1995 li tikkonċerna titjib fis-sigurtà tal-lifts eżistenti (7) għall-Istati Membri li tikkonċerna titjib fis-sigurtà tal-lifts eżistenti.

(7)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(8)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-liftijiet u tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina ta’ provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, u, fejn ikun xieraq, tas-sikurezza tal-proprjetà u sabiex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(9)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jintroduċu fis-suq biss liftijiet u jqiegħdu fis-suq biss il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina ta’ provvista u ta’ distribuzzjoni.

(10)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(11)

Il-manifattur u l-installatur, li jkollhom l-għarfien dettaljat tal-proċess ta’ disinn u produzzjoni, huma fl-aħjar pożizzjoni biex iwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ biss l-obbligu tal-manifattur jew tal-installatur.

(12)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dawk il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jintroduċu fis-suq ikunu konformi ma’ din id-Direttiva u biex dawn ma jintroduċux fis-suq komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li l-marki tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(13)

Meta jintroduċi komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq, kull importatur għandu jindika, fuq il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew marka kummerċjali reġistrata tiegħu u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jsir kuntatt miegħu. Għandhom jsir provvediment għal eċċezzjonijiet fejn id-daqs jew in-natura tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jippermettux li dan isir.

(14)

Id-distributur iqiegħed fis-suq komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet wara li dan ikun ġie introdott fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur u għandu jaġixxi bir-reqqa dovuta biex jiżgura li t-trattament tiegħu tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jolqotx ħażin il-konformità tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

(15)

Kull operatur ekonomiku li jintroduċi komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq f’ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(16)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom ikunu lesti li jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ikkonċernati.

(17)

Meta tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fil-katina sħiħa ta’ provvista dan jgħin biex is-sorveljanza tas-suq issir aktar sempliċi u effiċjenti. Sistema ta’ traċċabbiltà effiċjenti tiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw l-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu pprovdewlhom komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew ta’ dawk li lilhom ikunu pprovdew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

(18)

Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza. Sabiex jiffaċilataw il-valutazzjoni ta’ konformità għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ dawk ir-rekwiżiti hemm bżonn ta’ dispożizzjoni għal preżunzjoni tal-konformità għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma f’konformità mal-istandards armonizzati li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (8) għall-iskop biex ikunu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti. Ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva se jiggarantixxu l-livell maħsub ta’ sikrurezza biss jekk ikun hemm proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa li jiżguraw il-konformità magħhom.

(19)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għal oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(20)

L-istandards armonizzati rilevanti għal din id-Direttiva għandhom ukoll jieħdu kont tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (9).

(21)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw li l-liftijiet li jiġu introdotti fis-suq jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jitqiegħdu fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza, hemm bżonn li jiġu previsti proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġ. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri dwar il-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli.

(22)

L-installatur jew il-manifattur għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu l-informazzjoni rikjesta taħt din id-Direttiva dwar il-konformità ta’ lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ din id-Direttiva u ma’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra tal-armonizzazzjoni.

(23)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali ta’ konformità.

(24)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(25)

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(26)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 95/16/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(27)

Jekk xi korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati, għandha tkun preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(28)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità jeħtieġ ukoll li jkunu ffissati rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(29)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditament kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditament huwa mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandu jintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(30)

L-akkreditament trasparenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta’ konformità, għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet eżegwiti minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(31)

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat il-livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu se jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li jridu jiġu notifikati u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati tkopri wkoll l-attivitajiet mwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji.

(32)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura tan-notifika u b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ssir notifika onlajn.

(33)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa, għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(34)

Fl-interessi tal-kompetittività huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-moduli. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(35)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet jistgħu jiġu introdotti fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. Il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(36)

Sabiex tkun żgurata ċertezza legali, huwa neċessarju li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti b’din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma għandhiex ma tħallix Stati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawn il-ħidmiet.

(37)

Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja eżistenti, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(38)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li taħtha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew sigurtà ta’ persuni jew, fejn ikun xieraq, għas-sikurezza tal-proprjetà. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dawn il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

(39)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(40)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (10).

(41)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu l-Istat Membru tan-notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom.

(42)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ liftijiet konformi jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni u ta’ aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(43)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ liftijiet konformi jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(44)

F’konformità mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(45)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(46)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ liftijiet mhux konformi jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(47)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu infurzati. Huwa meħtieġ li l-penali stipulati jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(48)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva jiġifieri li jkun żgurat li l-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq jissodisfaw rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sigurtà, waqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jista’, pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjon, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(49)

Hemm bżonn li jsir provvediment għal arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu li jitqiegħdu fis-suq, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott, komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li kienu diġà ġew introdotti fis-suq taħt id-Direttiva 95/16/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jiġu introdotti fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(50)

Sabiex jiġu monitorjati u żgurati l-implimentazzjoni u l-funzjonament korretti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun jesplora wkoll il-ħtieġa għal proposta leġiżlattiva ġdida f’dan is-settur.

(51)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġie mid-Direttiva ta’ qabel.

(52)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness XIII, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

1.   Din id-Direttiva tapplika għal-liftijiet li permanentement iservu bini u kostruzzjonijiet u li jkunu maħsuba għat-trasport ta’:

(a)

persuni;

(b)

persuni u oġġetti;

(c)

oġġetti biss jekk il-kabina tkun aċċessibbli, jiġifieri, persuna tista’ tidħol fiha mingħajr diffikultà, u fornuta b’kontrolli li jkunu jinstabu fin-naħa ta’ ġewwa tal-kabina jew li jistgħu jintlaħqu mill-persuna li tkun ġewwa.

Din id-Direttiva għandha wkoll tapplika għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet elenkati fl-Anness III għall-użu fil-liftijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

mezzi tal-irfigħ li l-veloċità tiegħu ma tkunx akbar minn 0,15 m/s;

(b)

għodod tal-irfigħ tas-siti ta’ kostruzzjoni;

(c)

seġġjovija, inklużi ferroviji tal-funikular;

(d)

liftijiet ta’ disinn speċifiku u maħduma għal skopijiet militari jew tal-pulizija;

(e)

mezzi tal-irfigħ minn fejn jista’ jsir ix-xogħol;

(f)

apparat użat għall-irfigħ fil-minjieri;

(g)

tagħmir tal-irfigħ intiż sabiex jintrefgħu artisti waqt il-wirjiet artistiċi;

(h)

tagħmir tal-irfigħ mgħammar f’mezzi tat-trasport;

(i)

tagħmir tal-irfigħ imqabbad ma’ makkinarju u intiż esklużivament għall-aċċess għal postijiet tax-xogħol inklużi l-postijiet ta’ manutenzjoni u l-ispezzjoni fuq il-makkinarju;

(j)

ferroviji ta’ fuq is-snien u roti bis-snien;

(k)

skali mobbli u passaġġi mekkaniċi fejn jimxu n-nies.

3.   Meta, għal liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, ir-riskji li hemm referenza dwarhom f’din id-Direttiva jkunu kollha kemm huma jew parti minnhom koperti b’liġi tal-Unjoni speċifika, din id-Direttiva ma għandhiex tkun applikabbli jew għandha tieqaf milli tapplika fil-każ ta’ dawk il-liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet u dawk ir-riskji sa mill-applikazzjoni ta’ dik il-liġi tal-Unjoni speċifika.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“lift” tfisser mezz tal-irfigħ li jservi livelli speċifiċi, li għandu kabina li timxi tul gwidi li huma riġidi u inklinati f’angolu ta’ aktar minn 15 il-grad mal-orizzontali, jew mezz tal-irfigħ li jimxi tul korsa fissa anki meta ma jimxix tul gwidi li huma riġidi;

(2)

“kabina” tfisser parti mil-lift li permezz tagħha l-persuni u/jew il-merkanzija huma merfugħin sabiex ikunu mgħollija jew imniżżla;

(3)

“lift mudell” tfisser lift rappreżentattiv li d-dokumentazzjoni teknika tiegħu turi l-mezz ta’ kif ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I ikunu milħuqa għal lifts li jkunu konformi mal-lift mudell definit permezz ta’ parametri oġġettivi u li juża komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet identiċi;

(4)

“tqegħid fis-suq” tfisser kull provvista ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet għal distribuzzjoni, konsum jew użu fis-suq tal-Unjoni fil-kors ta’ attività kummerċjali, kemm bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas;

(5)

“introduzzjoni fis-suq” tfisser:

l-att li bih komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq; jew

il-provvista ta’ lift biex jintuża fis-suq tal-Unjoni fil-kors ta’ attività kummerċjali, kemm bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas;

(6)

“installatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tieħu r-responsabbilità għad-disinn, manifattura, installazzjoni u l-introduzzjoni fis-suq tal-lift;

(7)

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, jew li tqabbad lil ħaddieħor jiddisinja jew jimmanifattura komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u li tikkummerċjalizzah f’isimha jew taħt il-marka kummerċjali tagħha;

(8)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand installatur jew manifattur sabiex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifikati;

(9)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tintroduċi komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(10)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, diversa mill-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq;

(11)

“operaturi ekonomiċi” tfisser l-installatur, il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(12)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(13)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt (c) tal-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(14)

“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(15)

“korp nazzjonali ta’ akkreditament” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditament kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(16)

“valutazzjoni ta’ konformità” tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni dwar jekk ikunx intwera li r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva relatati ma’ lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ġew sodisfatti;

(17)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;

(18)

“teħid lura” fir-rigward ta’ lift, tfisser kull miżura maħsuba biex jinkiseb iż-żarmar u l-eliminazzjoni b’sikurezza ta’ lift, u fir-rigward ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkun diġà sar disponibbli għall-installatur jew għall-utent finali;

(19)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex timpedixxi komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkun fil-katina tal-provvista milli jitqiegħedfis-suq;

(20)

“leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ armonizzazzjoni” tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(21)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-installatur jew il-manifattur jiddikjara li l-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ armonizzazzjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

Artikolu 3

Moviment liberu

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-introduzzjoni fis-suq u l-bidu tal-użu ta’ liftijiet jew li komponenti ta’ sigurtà għal-liftijiet jitqiegħdufis-suq fit-territorju tagħhom li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva.

2.   F’fieri kummerċjali, esibizzjonijiet u wirjiet, l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-wiri ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, sakemm ikun hemm sinjal viżibbli li jindika, b’mod ċar, li dawn mhumiex konformi u mhumiex se jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdufis-suq sakemm ma jsirux konformi. Matul il-wirijiet, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ sikurezza biex jassiguraw il-protezzjoni ta’ persuni.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri milli jistipulaw, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni dawk il-ħtiġijiet li huma jqisu meħtieġa biex jassiguraw li l-persuni jkunu protetti meta l-liftijiet inkwistjoni jibdew joperaw jew jintużaw, sakemm dan ma jfissirx li l-liftijiet ikunu mmodifikati b’mod li mhux speċifikat f’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Introduzzjoni fis-suq, tqegħid fis-suq u bidu tal-użu

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-liftijiet koperti minn din id-direttiva jkunu jistgħu jiġu introdotti fis-suq u jibdew jintużaw biss jekk jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, meta jkunu installati kif suppost u jiġu mantnuti u użati għall-għanijiet maħsuba tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-liftijiet koperti minn din id-direttiva jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jibdew jintużaw biss jekk jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, meta jkunu installati kif suppost u jiġu mantnuti u użati għall-għanijiet maħsuba tagħhom.

Artikolu 5

Rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza

1.   Lifts koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stipulati fl-Anness I.

2.   Il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stipulati fl-Anness I u jippermettu li l-lifts li fihom dawn ikunu inkorporati jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 6

Bini jew kostruzzjonijiet li fihom jiġu installati l-liftijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-persuna responsabbli għax-xogħol fuq il-bini jew il-kostruzzjoni u l-installatur it-tnejn li huma jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa u jieħdu l-passi xierqa biex jassiguraw l-operat kif suppost u l-użu b’sikurezza tal-lift.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li x-xaftijiet maħsuba għal-lifts ma jkunx fihom pajpijiet jew wajers jew tagħmir ħlief għal dak meħtieġ għall-operat u s-sikurezza tal-lift.

KAPITOLU II

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 7

Obbligi tal-installaturi

1.   L-installaturi għandhom jiżguraw, meta jintroduċu lift fis-suq, li dan ikun ġie ddisinjat, immanifatturat, installat u ttestjat skont ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   L-installaturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika u jwettqu l-proċedura rilevanti ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 16 jew jassiguraw li tali proċedura titwettaq.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li l-lift huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli, l-installatur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, jiżgura li din takkumpanja l-lift, u jwaħħal il-marka CE.

3.   L-installatur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq.

4.   Meta jitqies li jkun meħtieġ fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn lift, l-installaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti u ta’ liftijiet mhux konformi.

5.   L-installaturi għandhom jiżguraw li l-liftijiet ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati.

6.   L-installaturi għandhom jindikaw, fuq il-lift, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’jiġi kuntattjat l-installatur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   L-installaturi għandhom jiżguraw li l-lift ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru li fih jiġi introdott il-lift fis-suq. Dawn l-istruzzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe tikketta, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   L-installaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li lift li jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-lift isir konformi. Barra minn hekk, fejn il-lift jippreżenta riskju, l-installaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu introduċew fis-suq il-lift għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.   L-installaturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-lift ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità.

Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mil-liftijiet li jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 8

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw, meta jintroduċu l-komponenti ta’ sikurezza tagħhom fis-suq, li dawn ikunu ġew imfassla u manifatturati skont l-Artikolu 5(2).

2.   Il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa u jwettqu l-proċedura applikabbli ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 15 jew jassiguraw li tali proċedura titwettaq.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli, il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, jiżgura li din takkumpanja l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, u jwaħħal il-marka CE.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkunu stabbiliti l-proċeduri sabiex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu adegwatament dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi tal-prodott u t-tibdiliet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Meta jitqies li jkun meħtieġ fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jitqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mhux konformi u ta’ teħid lura tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, u għandhom iżommu lid-distributuri u lill-installaturi informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu introduċew fis-suq ikollhom in-numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew natura tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 19(1).

6.   Il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 19(1). L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.1 tal-Anness I, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe tikketta, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isir konformi, jirtirawh jew jieħduh lura, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma qiegħdu l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità.

Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 9

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifatturi jew l-installaturi jistgħu, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) jew fl-Artikolu 8(1) u l-obbligu tat-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) jew fl-Artikolu 8(2) m’għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur jew l-installatur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni marbuta mas-sistema ta’ kwalità tal-manifattur jew l-installatur, u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew il-lift ikun ġie introdott fis-suq;

(b)

fuq talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet jew tal-lift;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew mill-lift koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 10

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom jintroduċu fis-suq biss dawk il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi.

2.   Qabel ma jintroduċu komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura meħtieġa ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 15 mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikollu l-marka CE u jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6).

Fejn importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunx konformi mal-Artikolu 5(2), huwa ma għandux jintroduċi l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq qabel ma’ dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi għandhom jindikaw fuq il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.1 tal-Anness I, provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza msemmijin fl-Artikolu 5(2).

6.   Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, l-importaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jitqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, u għandhom iżommu lid-distributuri u lill-installaturi informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isir konformi, jirtirawh jew jieħduh lura, skont il-każ. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

8.   L-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li jiġi introdott fis-suq il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 11

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jqiegħdu komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jqiegħdu l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet imsemmijin fil-punt 6.1 tal-Anness I, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(5) u (6) u fl-Artikolu 10(3) rispettivament.

Fejn distributur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunx konformi mal-Artikolu 5(2), huwa għandu jqiegħed il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq biss wara li dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mal-Artikolu 5(2).

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jqiegħdu fis-suq, ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isir konformi, jirtirawh jew jieħduh lura, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, fejn il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu jqiegħdu l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, fuq talba raġunata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha fuq karta jew elettronikament neċessarja biex juru l-konformità ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma qiegħdu fis-suq.

Artikolu 12

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi jew id-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu 8, fejn huwa introduċa komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet fis-suq f’ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li diġà jkun ġie introdott fis-suq b’mod li jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 13

Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom b’komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti b’komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

KAPITOLU III

KONFORMITÀ TAL-LIFTS U TAL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

Artikolu 14

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

Il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 15

Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

Il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandhom ikunu soġġetti għal waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

il-mudell tal-komponent ta’ sikurezza għal liftijiet għandu jiġi ppreżentat għall-eżami tat-tip tal-UE stabbilit fil-Parti A tal-Anness IV u l-konformità mat-tip għandha tiġi żgurata permezz tal-kontrolli aleatorji tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet stabbiliti fl-Anness IX;

(b)

il-mudell tal-komponent ta’ sikurezza għal liftijiet għandu jiġi ppreżentat għall-eżami tat-tip tal-UE stabbilit fil-Parti A tal-Anness IV u għandu jkun soġġett għal konformità mat-tip abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott skont l-Anness VI;

(c)

konformità ibbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 16

Proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità għal-liftijiet

1.   Il-liftijiet għandhom ikunu soġġetti għal waħda minn dawn il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

jew, jekk ikunu ddisinjati u mmanifatturati skont lift mudell li jkun għadda minn eżami tat-tip tal-UE msemmi fil-Parti B tal-Anness IV:

(i)

l-ispezzjoni finali għal-liftijiet msemmija fl-Anness V;

(ii)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni ta’ kwalità għal-liftijiet imsemmija fl-Anness X;

(iii)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-produzzjoni għal-liftijiet msemmija fl-Anness XII;

(b)

jekk ikunu ddisinjati u mmanifatturati taħt sistema ta’ kwalità approvata skont l-Anness XI:

(i)

l-ispezzjoni finali għal-liftijiet imsemmija fl-Anness V;

(ii)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni ta’ kwalità għal-liftijiet imsemmija fl-Anness X;

(iii)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-produzzjoni għal-liftijiet msemmija fl-Anness XII;

(c)

konformità mat-tip ibbażata fuq il-verifika tal-unità għal-liftijiet imsemmija fl-Anness VIII;

(d)

konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità kif ukoll eżami tad-disinn għal-liftijiet msemmija fl-Anness XI.

2.   Fil-każi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, fejn il-persuna responsabbli mid-disinn u l-manifattura tal-lift u l-persuna responsabbli għall-installazzjoni u l-ittestjar tal-lift ma jkunux l-istess, l-ewwel waħda għandha tipprovdi lit-tieni waħda bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiżgura li l-lift jiġi installat u ttestjat b’mod korett u sikur.

3.   Il-varjazzjonijiet permissibbli kollha bejn il-lift mudell u l-liftijiet li jiffurmaw parti mil-liftijiet derivati mil-lift mudell għandhom ikunu kjarament speċifikati (b’valuri massimi u minimi) fid-dokumentazzjoni teknika.

4.   B’kalkolazzjoni u/jew fuq il-bażi tal-pjanti tad-disinn huwa permissibbli li tintwera s-similarità ta’ sensiela ta’ tagħmir biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 17

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza speċifikati fl-Anness I intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness II, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Annessi V sa XII rilevanti, u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jiġi introdott jew jitqiegħed fis-suq il-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

3.   Fejn lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet huwa soġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jesiġi dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jħejji d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 19

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE u marki oħra

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod li tkun tidher, tkun tista’ tinqara u ma titħassarx fuq kull kabina ta’ lift u fuq kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, jew, meta dak ma jkunx possibbli, fuq tikketta mwaħħla, hekk li ma tkunx tista’ tinqala’, mal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jiġu introdotti fis-suq.

3.   Il-marka CE fuq il-liftijiet għandha tkun segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fi kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

l-ispezzjoni finali msemmija fl-Anness V;

(b)

il-verifika tal-unità, imsemmija fl-Anness VIII;

(c)

l-assigurazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Annessi X, XI jew XII.

4.   Il-marka CE fuq komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandha tkun segwita min-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fi kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:

(a)

l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott imsemmija fl-Anness VI;

(b)

l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità msemmija fl-Anness VII;

(c)

konformità mat-tip b’kontrolli aleatorji għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet imsemmija fl-Anness IX.

5.   In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew mill-installatur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Taħt il-marka CE u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat jista’ jkun hemm kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

6.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dak l-immarkar.

KAPITOLU IV

NOTIFIKA TAL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 20

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi awtorizzati li jagħmlu xogħol ta’ terzi fil-valutazzjoni ta’ konformità taħt din id-Direttiva.

Artikolu 21

Awtoritajiet notifikanti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditament fis-sens ta’, u skont, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.   Fejn l-awtorità notifikanti tiddelega jew b’mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22. Addizzjonalment, tali korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabilitajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità notifikanti għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 22

Rekwiżiti relatati mal-awtoritajiet notifikanti

1.   L-awtorità notifikanti għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

2.   L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.   L-awtorità notifikanti m’għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jitwettqu minn korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità notifikanti għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   L-awtorità notifikanti għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 23

Obbligazzjoni ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet notifikanti

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, u dwar kull tibdil li jsirilhom.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament.

Artikolu 24

Rekwiżiti għall-korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.

2.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mil-liftijiet jew il-komponenti ta’sikurezza għal liftijiet li jevalwa.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, manifattura, provvista, muntaġġ, użu jew manutenzjoni ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull kunflitt ta’ interess jiġu murija, jitqies bħala tali korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

4.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità m’ għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerreja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li huma jevalwaw, u lanqas għandhom ikunu r-rappreżentanti ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet.

Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ivvalutati li jkunu meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità jew l-użu ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet bħal dawn għal għanijiet personali.

Dan ma jipprekludix il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur jew l-installatur u l-korp.

Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità m’għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ dawk il-liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, lanqas m’għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet.

Huma m’għandhom jieħdu sehem f’ebda attività li tista’ tkun f’konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew integrità tagħhom relattivament għall-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew subappaltaturi tagħhom ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

5.   Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku li jkun u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċitament, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni ta’ konformità assenjati lilu permezz tal-Annessi IV sa XII u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess ta’ valutazzjoni ta’ konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu in-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’konoxxenza teknika u esperjenza suffiċjenti u adatta biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni ta’ konformità, li jkunu jassiguraw it-trasparenza u l-kapaċità tar-riproduzzjoni ta’ dawn il-proċeduri. Huwa għandu jkollu stabbiliti l-linji politiċi u l-proċeduri adegwati li jiddistingwu bejn kompiti li huwa jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu li jieħdu kont debitu tad-daqs ta’ impriża, tas-settur li fih topera, tal-istruttura tagħha, tal-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità b’mod adegwat u għandu jkollu aċċess għal kull tagħmir u faċilità meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni ta’ konformità li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità;

(b)

konoxxenza sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonjiet li huwa jagħmel u awtorità adegwata sabiex jagħmel dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

konoxxenza adegwata u apprezzament tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġislazzjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u ta’ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tagħha;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, tal-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità tiegħu.

Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla livell ta’ ġestjoni u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma għandhiex tiddipendi min-numru ta’ valutazzjonijiet li jkunu saru jew mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jipprovdi għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbilta ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun fid-dmir li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tiegħu taħt l-Annessi IV sa XII jew skont kwalunkwe dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li jġibuha fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-korp. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.

11.   Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jassiguraw li l-persunal tagħhom responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità jkun mgħarraf bl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti, kif ukoll bl-attivitajiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Korpi Notifikati għal-Liftijiet, stabbilit skont l-Artikolu 36. Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet u d-dokumenti amministrattivi prodotti b’riżultat tal-ħidma ta’ dak il-grupp.

Artikolu 25

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ korpi notifikati

Fejn korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità jkun jista’ juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew f’partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li huwa jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkunu jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 26

Sussidjarji ta’ u subappalti minn korpi notifikati

1.   Fejn korp notifikat jagħti b’subappalt kompiti speċifiċi relatati mal-valutazzjoni ta’ konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-subappaltatur jew is-sussidjarju jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24, u għandu jinforma lill-awtorità notifikanti b’dan.

2.   Il-korp notifikat għandu jerfa’ r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-subappaltaturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jiġu subappaltati jew esegwiti minn sussidjarju biss bi ftehim mal-klijent.

4.   Il-korp notifikat għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-subappaltatur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Annessi IV sa XII.

Artikolu 27

Applikazzjoni għal notifika

1.   Kull korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità notifikanti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità, tal-proċedura jew proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità u tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditament, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

3.   Fejn il-korp konċernat ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma jkunx jista’ joħroġ ċertifikat ta’ akkreditament, huwa għandu jipprovdi l-awtorità notifikanti bil-prova dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, rikonoxximent u monitoraġġ regulari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

Artikolu 28

Proċedura tan-notifika

1.   L-awtoritajiet notifikanti jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u amministrat mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità, tal-proċedura jew proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità u tal-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet in kwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.

4.   Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif msemmi fl-Artikolu 27(2), l-awtorità notifikanti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-prova dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-arranġamenti stabbiliti biex ikun żgurat li l-korp jiġi sorveljat regolarment u li jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.

5.   Il-korp konċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunux tqajmu oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika fejn jintuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn wara li tkun saret notifika fil-każ li ma jintużax l-akkreditament.

Dak il-korp biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   L-awtorità notifikanti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 29

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hija għandha tassenja numru uniku anke fejn il-korp ikun notifikat taħt diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt din id-Deċiżjoni, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li jkunu ġew assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 30

Tibdil fin-notifika

1.   Fejn awtorità notifikanti taċċerta ruħha jew tkun mgħarrfa li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24, jew li jkun qed jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika skont il-każ, skont il-gravità tan-nonkonformità ma’ dawk ir-rekwiżiti jew in-nuqqas milli jiġu mwettqa dawk l-obbligi. Hija għandha tgħarraf minnufih skont kif ikun meħtieġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 31

Sfida għall-kompetenza ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubbju jew issir taf b’dubbju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew dwar il-kontinwità tal-konformità ta’ korp notifikat mar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun suġġett.

2.   L-Istat Membru notifikanti għandu jagħti lill-Kummissjoni, fuq talba, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew maż-żamma tal-kompetenza tal-korp notifikat konċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew li ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, hija għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika, jekk ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 32

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet ta’ konformità skont il-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità stabbiliti fl-Artikolu 15 u 16.

2.   Il-valutazzjonijiet ta’ konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat biex jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi notifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, tas-settur li fih hija topera, tal-istruttura tagħha, tal-livell ta’ komplessità tat-teknoloġija tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet in kwistjoni u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

Meta jkunu qed jagħmlu hekk huma għandhom madanakollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ din id-Direttiva.

3.   Fejn korp notifikat isib li ma ġewx sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva jew l-istandards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra mill-installatur jew mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand l-installatur jew il-manifattur li dan jieħu l-miżuri korrettivi adegwati u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat.

4.   Fejn, waqt li jkun qed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni, kif xieraq, korp notifikat isib li lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi li l-installatur jew il-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi adegwati u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn miżuri korrettivi ma jittieħdux jew ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni, skont il-każ.

Artikolu 33

Appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati.

Artikolu 34

Obbligu ta’ informazzjoni għall-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni;

(b)

kull ċirkostanza li tinċidi fuq l-ambitu tan-notifika jew il-kondizzjonijiet għaliha;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità;

(d)

fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità mwettqa fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra mwettqa, inklużi attivitajiet transkonfinali u subappaltar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati taħt din id-Deċiżjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jkunu jkopru liftijiet tal-istess tip jew l-istess komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw riżultati negattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u, fuq talba, riżultati pożittivi.

Artikolu 35

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi sabiex jiġi organizzat l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-politika dwar in-notifika.

Artikolu 36

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li li jiġu stabbiliti l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni adegwati bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu operati korrettament f’forma ta’ Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Korpi Notifikati għal-Liftijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-Grupp, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU V

SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAL- LIFTIJIET JEW TAL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 37

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Artikolu 38

Proċeduri fir-rigward ta’ liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta’ persuni jew, fejn xieraq, għas-sikurezza tal-proprjetà, huma għandhom jagħmlu l-valutazzjoni fir-rigward tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet in kwistjoni li tkun tkopri r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, matul il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li lift ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-installatur jieħu l-miżuri korrettivi adegwati kollha biex il-lift isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jippreskrivu.

Fejn, matul il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi adegwati kollha biex il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jiġi irtirat mis-suq jew jittieħed lura f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jippreskrivu.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw b’dan lill-korp notifikat rilevanti.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet li eżiġew lill-operatur ekonomiku li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi adegwati kollha fir-rigward tal-liftijiet u tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet kollha konċernati li huwa jkun introduċa jew qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-installatur ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jillimitaw jew jipprojbixxu l-introduzzjoni fis-suq nazzjonali tagħhom jew l-użu tal-liftijiet konċernati, jew biex il-lift jittieħed lura.

Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jitqiegħed fis-suq nazzjonali jew biex il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li ma jkunux konformi, l-oriġini tagħhom, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u l-perjodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operaturi ekonomiċi rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal waħda jew oħra minn dawn ir-raġunijiet:

(a)

in-nuqqas tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 14 li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet konċernati, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, il-miżura għandha titqies bħala waħda ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-miżuri restrittivi adegwati, bħall-irtirar tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet mis-suq tagħhom, jittieħdu fir-rigward tal-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet konċernat, mingħajr dewmien.

Artikolu 39

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kuntrarja għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali fir-rigward ta’ lift titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu ristretti jew projbiti l-introduzzjoni fis-suq jew l-użu tal-lift ikkonċernat li ma jkunx konformi, jew biex il-lift jittieħed lura.

Jekk il-miżura nazzjonali fir-rigward ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-list jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 40

Lift jew komponent ta’ sikurezza għal liftijiet konformi li jippreżentaw riskju

1.   Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni taħt l-Artikolu 38(1), isib li, għalkemm lift ikun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, u fejn ikun il-każ, għas-sikurezza tal-proprjetà, huwa għandu jesiġi li l-installatur jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jiżgura li l-lift konċernat ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew li jieħu l-lift lura jew jirrestrinġi jew jipprojbixxi l-użu tiegħu fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi.

Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni taħt l-Artikolu 38(1), isib li, għalkemm komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, u fejn ikun il-każ, għas -sikurezza tal-proprjetà, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jiżgura li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet konċernat, meta jiġi introdott fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju, li jirtira l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mis-suq jew jieħdu lura fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet kollha li huwa jkun introduċa jew qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ikkonċernati, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-liftijiet jew tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, in-natura tar-riskju li jkun hemm u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Għal raġunijiet imperattivi ġġustifikati ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(4).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 41

Nonkonformità formali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, fejn Stat Membru jagħmel xi waħda mill-iskoperti li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jittermina n-nuqqas tal-konformità konċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 19 jew ma jkunx twaħħal, fejn rikjest mill-Artikolu 19;

(d)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;

(e)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(f)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV, il-Partijiet A u B u l-Annessi VII, VIII u XI ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta.

(g)

l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata jew l-indirizz tal-installatur, il-manifattur jew l-importatur ma jkunux ġew indikati f’konformità mal-Artikolu 7(6), l-Artikolu 8(6) jew l-Artikolu 10(3);

(h)

l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma tkunx ġiet indikata b’konformità mal-Artikolu 7(5) jew l-Artikolu 8(5);

(i)

il-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jkunux akkumpanjati mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7(7) jew l-Artikolu 8(7) jew dawk id-dokumenti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jillimita jew jipprojbixxi l-użu tal-lift jew jieħu l-lift lura jew jillimita jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi rtirat mis-suq.

KAPITOLU VI

PROĊEDURA TAL-KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 42

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Liftijiet. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Il-kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew meħtieġa minn xi leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 43

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 44

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu li jibdew jintużaw liftijiet jew li jitqiegħdu fis-suq komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti mid-Direttiva 95/16/KE li jkunu konformi ma’ dik id-Direttiva u li ġew introdotti fis-suq qabel l-20 ta’ April 2016.

Iċ-ċertifikati u d-deċiżjonijiet maħruġa minn korpi notifikat taħt id-Direttiva 95/16/KE għandhom ikunu validi taħt din id-Direttiva.

Artikolu 45

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sad-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità mal-punti 4 sa 21 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 7 sa 14, 17 u 18, l-Artikolu 19(5), l-Artikoli 20 sa 44, l-Artikolu 45(1), l-Artikoli 47 u 48 u l-Anness II, Parti A punti (f), (k), (l), (m), l-Anness II, Parti B punti (e), (k), (l) u (m), l-Anness IV, Parti A punti 2(e), 3(c), 3(d), 3(f), punti 4(b) sa (e), punti 5 sa 9, l-Anness IV, Parti B punti 2(e), 3(c), 3(e), 3(h), punti 4(c) sa (e), punt 6 paragrafi 2, 3 u 4, punti 7 sa 10, l-Anness V, punt 3.2(b), punti 5 u 6, l-Anness VI, punti 3.1(a), (b) u (c), punt 3.3 paragrafi 4 u 5, punt 4.3, punt 7, l-Anness VII, punti 3.1(a), (b), (d) u (f), punt 3.3, punt 4.2, punt 7, l-Anness VIII, punti 3(c) u (e), 3(h)u punt 4, l-Anness IX, punti 3(a) sa (d), l-Anness X, punti 3.1(a), 3.1(e), punt 3.4, punt 6, l-Anness XI, punti 3.1(a), (b), (c), u (e), punti 3.3.4 u 3.3.5, punti 3.4 u 3.5, punt 5(b), punt 6, l-Anness XII, punt 3.1(a), punt 3.3 u punt 6. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 46

Reviżjoni

1.   Qabel id-19 ta’ April 2018 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ din id-Direttiva.

2.   Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti.

3.   Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal reviżjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 47

Tħassir

Id-Direttiva 95/16/KE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness XIII, Parti A, b’dan titħassar b’effett mill-20 ta’ April 2016, bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness XIII, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XIV.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punti 1 sa 4 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 3 sa 6, 15 u 16, l-Artikolu 19(1) sa (4), l-Artikolu 44, l-Artikolu 45(2), l-Artikolu 49 u l-Anness I, l-Anness II, Parti A, punti (a) sa (e) u (g) sa (j), l-Anness II, Parti B, punti (a), (c), (d) u (f) sa (j), l-Anness III, l-Anness IV, Parti A, punt 1, punt 2(a) sa (d), punt 3(a) u (b), (e),(g) u (h), punt 4(a) u punt 10, l-Anness IV, Parti B, punt 1, punt 2(a) sa (d), punt 3(a), (b), (d), (f), (g), (i) u (j), punt 4(a) u (b), punt 6 paragrafu 1, punt 11, l-Anness V, punti 1 sa 3.1, punt 3.2(a), punti 3.3 sa 4, l-Anness VI, punti 1 u 2, punt 3.1(d) sa (f), punt 3.2, punt 3.3 paragrafi 1 sa 3, punti 3.4 sa 4.2, punt 6, l-Anness VII, punti 1 u 2, punt 3.1(c) u (e), punt 3.2, punt 3.4, punt 4.1, punti 4.3 sa 6, l-Anness VIII, punti 1 u 2, punt 3(a), (b), (f), (g) u (i), punt 6, l-Anness IX, punti 1 u 2, punti 4 sa 6, l-Anness X, punti 1 u 2, punt 3.1(b), (c) u (d), punti 3.2 u 3.3, punti 4 u 5, l-Anness XI, punti 1 u 2, punt 3.1(d), punt 3.2, punt 3.3.1, punt 4, punt 5(a), (c) u (d), l-Anness XII, punti 1 u 2, punti 3.1(b), (c) u (d), punt 3.2, punt 3.4, punti 4 u 5 għandhom japplikaw mid-19 ta’ April 2016.

Artikolu 49

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 213, 7.9.1995, p. 1.

(4)  Ara l-Anness XIII, Parti A.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(7)  ĠU L 134, 20.6.1995, p. 37.

(8)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(9)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(10)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

REKWIŻITI ESSENZJALI TA’ SAĦĦA U SIKUREZZA

RIMARKI PRELIMINARI

1.

L-obbligazzjonijiet taħt ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza japplikaw biss meta r-riskju korrispondenti jeżisti għal-lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet in kwistjoni meta jkun użat kif maħsub mill-installatur jew mill-manifattur.

2.

Ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza li jinsabu fid-Direttiva huma imperattivi. Iżda, meqjus l-istat preżenti tas-sengħa, il-miri li jistipulaw jistgħu ma jkunux milħuqa. F’każi bħal dawn, u sal-akbar limitu possibbli, il-lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet għandu jkun iddisinjat u kostruwit b’tali mod hekk li jersaq viċin ta’ dawk il-miri.

3.

Il-manifattur u l-installatur huma taħt l-obbligazzjoni li jwettqu valutazzjoni tar-riskju biex jidentifikaw ir-riskji kollha li jkunu applikabbli għall-prodotti tagħhom; huma għandhom imbagħad jiddisinjawhom u jibnuhom billi jqisu din il-valutazzjoni.

1.   Ġenerali

1.1.   Applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE

Meta r-riskju rilevanti jeżisti u ma jiġix ittrattat f’dan l-Anness, il-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza tal-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) japplikaw. Ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza tal-punt 1.1.2 tal-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2006/42/KE jkunu applikabbli f’kull każ.

1.2.   Parti trasportanti

Il-parti trasportanti ta’ kull lift għandha tkun kabina. Din il-kabina għandha tkun iddisinjata u kostruwita biex toffri l-ispazju u s-saħħa korrispondenti għan-numru massimu ta’ persuni u tat-tagħbija nominali tal-lift stipulata mill-installatur.

Fil-każ ta’ liftijiet maħsuba għat-trasport ta’ persuni, meta d-dimensjonijiet jippermettu, il-kabina għandha tkun iddisinjata u kostruwita b’tali mod li l-karatteristiċi strutturali tagħha ma jfixklux jew ma jimpedux l-aċċess u l-użu minn persuni b’diżabilità u lijippermetti kull aġġustament xieraq maħsub biex jiffaċilitaw l-użu minnhom.

1.3.   Mezzi ta’ sospensjoni u mezzi ta’ sostenn

Il-mezzi ta’ sospensjoni u/jew ta’ sostenn tal-kabina, l-oġġetti mwaħħla magħha u l-partijiet terminali tagħha għandhom ikunu magħżula u ddisinjati hekk li jassiguraw livell xieraq ta’ sikurezza ġenerali u li jnaqqsu r-riskju li l-kabina taqa’, waqt li jingħata kont tal-kundizzjonijiet ta’ użu, il-materjali użati u l-kundizzjonijiet tal-manifattura.

Meta ħbula jew ktajjen ikunu użati biex idendlu l-kabina, għandu jkun hemm mill-anqas żewġ ħbula jew ktajjen independenti, kull waħda bis-sistema ta’ ankraġġ tagħha. Dawn il-ħbula u ktejjen ma għandhomx ikollhom twaħħil jew ġonot ħlief fejn ikun meħtieġ għat-twaħħil jew biex tkun iffurmata ingassa.

1.4.   Kontroll ta’ tagħbija (inkluża veloċità żejda)

1.4.1.

Il-liftijiet għandhom ikunu hekk iddisinjati, kostruwiti u installati li ma jibdewx jaħdmu b’mod normali jekk it-tagħbija nominali tinqabeż.

1.4.2.

Il-liftijiet għandhom ikunu mgħammra b’regolatur kontra veloċità żejda.

Dawn ir-rekwiżiti ma japplikawx għal-liftijiet li fihom id-disinn tas-sistema tal-mutur ma tħallix li jkun hemm veloċità żejda.

1.4.3.

Liftijiet rapidi għandhom ikunu mgħammra b’sistema li tagħmel sorveljanza fuq il-veloċità u li tillimita l-veloċità.

1.4.4.

Liftijiet li jkunu operati b’tarjoli ta’ frizzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati li jassiguraw l-istabilità taċ-ċimi ta’ trazzjoni fuq it-tarjola.

1.5.   Makkinarju

1.5.1.

Il-liftijiet kollha tal-passiġġieri għandu jkollhom il-makkinarju individwali tagħhom. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal-liftijiet li fihom il-kontrapiż ikun mibdul bit-tieni kabina.

1.5.2.

L-installatur għandu jassigura li l-makkinarju tal-lift u l-apparati tal-lift assoċjat miegħu ma jkunux aċċessibbli ħlief għall-manutenzjoni jew f’emerġenza.

1.6.   Kontrolli

1.6.1.

Il-kontrolli tal-liftijiet maħsuba għall-użu minn persuni b’disabilità li jkunu waħedhom għandhom ikunu hekk iddisinjati u u lokati kif xieraq.

1.6.2.

Il-funzjoni tal-kontrolli għandha tkun kjarament indikata.

1.6.3.

Iċ-ċirkwiti għal sejħan ta’ grupp ta’ lifts jistgħu jkollhom funzjoni konġunta jew ikunu interkonnessi.

1.6.4.

L-apparat elettriku għandu jkun hekk installat u konness li:

(a)

ma jista’ jkun hemm possibbli l-ebda konfużjoni ma’ ċirkwiti li ma jkollhom konnessjoni diretta mal-lift;

(b)

il-provvista tal-elettriku tkun tista’ tinxtegħel waqt li jkun mgħobbi;

(c)

il-movimenti tal-lift ikunu dipendenti fuq apparat elettriku ta’ sikurezza f’ċirkwit separat ta’ sikurezza elettrika;

(d)

ħsara fl-installazzjoni elettrika ma toħloqx sitwazzjoni perikoluża.

2.   Riskji għall-persuni ’L barra mill-kabina

2.1.

Il-lift għandu jkun hekk iddisinjat u kostruwit biex jassigura li l-ispazju li fih tivvjaġġa l-kabina jkun inaċċessibbli ħlief għal manutenzjoni u f’emerġenzi. Qabel ma persuna tidħol f’dak l-ispazju, l-użu normali tal-lift għandu jsir impossibbli.

2.2.

Il-lift għandu jkun iddisinjat u kostruwit hekk li ma jħallix il-periklu ta’ tgħaffiġ meta l-kabina tkun f’waħda mill-pożizzjonijiet estremi tagħha.

Din il-mira tkun inkisbet permezz ta’ spazju vojt jew refuġju lil hinn mill-pożizzjonijiet estremi.

Iżda, f’każi speċifiċi, biex l-Istati Membri jingħataw il-possibilità ta’ approvazzjoni minn qabel, b’mod partikolari f’bini eżistenti, meta din is-soluzzjoni tkun impossibbli li titwettaq, mezzi oħra xierqa jistgħu ikunu pprovduti biex ikun evitat dan ir-riskju.

2.3.

L-indani fid-dħul u l-ħruġ mill-kabina għandhom ikunu fornuti b’bibien ta’ reżistenza mekkanika adegwata għall-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu.

Apparat li jkun jorbot fuqu nnifsu għandu ma jħallix waqt l-operazzjoni normali:

(a)

il-bidu tal-moviment tal-kabina, sew jekk attivat apposta sew jekk le, sakemm il-bibien kollha tal-indani ma jkunux magħluqa u msakkra;

(b)

il-ftuħ tal-bieb tal-indana meta l-kabina tkun għadha tiċċaqlaq u l-barra minn żona ta’ ndana preskritta.

Iżda, l-movimenti kollha tal-indana bil-bibien miftuħa għandu jitħalla f’żoni speċifiċi bil-kundizzjoni li l-veloċità ta’ livellar tkun ikkontrollata.

3.   Riskji għall-persuni fil-kabina

3.1.

Il-kabini tal-lift għandhom ikunu magħluqa b’ħitan it-tul kollu, art u soqfa mingħajr spazju inklużi, bl-eċċezzjoni ta’ ftuħ ta’ ventilazzjoni, u b’bibien fit-tul kollu. Dawn il-bibien għandhom ikunu hekk iddisinjati u installati li l-kabina ma tkunx tista’ tiċċaqlaq, ħlief movimenti tal-indana li hemm referenza dwarhom fit-tielet subparagrafu tal-punt 2.3, sakemm il-bibien ikunu magħluqa, u tasal f’waqfien jekk il-bibien jinfetħu.

Il-bibien tal-kabina għandhom jibqgħu magħluqa u mrikkba jekk il-lift jieqaf bejn żewġ livelli meta jkun hemm ir-riskju ta’ waqa’ bejn il-kabina u t-tromba jew jekk ma jkunx hemm tromba.

3.2.

Fil-każ ta’ qtugħ tal-kurrent jew ħsara tal-komponenti, il-lift għandu jkollu mezzi biex il-kabina ma titħallhiex taqa’ jew tiċċaqlaq bla kontroll.

Il-mekkaniżmu li jipprevjeni l-waqgħa tal-kabina għandu jkun indipendenti mill-mezzi tas-sospensjoni tal-kabina.

Dan l-apparat għandu jkun jista’ jwaqqaf il-kabina fit-tagħbija rratata tagħha u tal-veloċità massima antiċipata mill-installatur. Kull waqfien ikkaġunat minn dan l-apparat ma għandux joħloq nuqqas ta’ veloċità li tkun ta’ ħsara għall-okkupanti jkunu xi jkunu l-kundizzjonijiet tat-tagħbija.

3.3.

Il-bafers għandhom ikunu installati bejn il-qiegħ tat-tromba u l-art tal-kabina.

F’dan il-każ, l-ispazju vojt li hemm referenza dwaru fil-punt 2.2 għandu jkun imkejjel bil-bafers ikunu kompletament ikkompressati.

Din il-ħtieġa ma tapplikax għal-liftijiet li fihom il-kabina ma tkunx tista’ tidħol fl-ispazju vojt li hemm referenza dwaru fil-punt 2.2 minħabba d-disinn tas-sistema tat-tħaddim.

3.4.

Il-liftijiet għandhom ikunu hekk iddisinjati u kostruwiti li jagħmluha impossibbli għalihom li jibdew jitħaddmu jekk l-apparat li hemm dispożizzjoni dwaru fil-punt 3.2 ma jkunx f’pożizzjoni ta’ operazzjoni.

4.   Riskji oħra

4.1.

Il-bibien tal-indani u l-bibien tal-kabina jew iż-żewġ bibien flimkien, meta jkunu jaħdmu b’mutur, għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li ma jħallux li jseħħ ir-riskju ta’ tgħaffiġ waqt li jkunu qed jiċċaqilqu.

4.2.

Bibien tal-indani, fejn dawn għandhom jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-bini kontra n-nar, inklużi dawk li jkollhom partijiet tal-ħġieġ, għandhom ikunu reżistenti għan-nar b’mod xieraq fit-termini tal-integrità tagħhom u l-proprjetajiet tagħhom fir-rigward ta’ insulazzjoni (konteniment tal-fjammi) u t-trażmissjoni tas-sħana (radjazzjoni termali).

4.3.

Il-kontrapiż għandu jkun hekk installat li jevita r-riskju li jkun jista’ jaħbat ma’, jew li jaqa’ fuq il-kabina.

4.4.

Il-liftijiet għandhom ikunu fornuti b’mezzi li jiffaċilitaw li persuni maqbuda fil-kabina jkunu jistgħu jinħelsu u jkunu evakwati.

4.5.

Il-kabini għandhom ikunu mgħammra b’mezzi ta’ komunikazzjoni minn żewġ naħat li tippermetti kuntatt permanenti ma’ servizz ta’ salvataġġ.

4.6.

Il-liftijiet għandhom ikunu hekk iddisinjati u kostruwiti biex, fil-każ li t-temperatura tal-makkinarju tal-lift teċċedi il-massimi stabbiliti mill-installatur, dawn ikunu jistgħu jibqgħu jwettqu l-moviment li jkun iseħħ imma li mbagħad jiċħdu ordnijiet ġodda.

4.7.

Il-kabini għandhom ikunu iddisinjati u kostruwiti biex jassiguraw ventilazzjoni suffiċjenti għall-passiġġieri, ukoll fil-każ ta’ waqfien fit-tul.

4.8.

Il-kabina għandha tkun mixgħula b’mod adegwat kull meta tkun qed tintuża jew meta jinfetaħ bieb; għandu wkoll ikun hemm dawl ta’ emerġenza.

4.9.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni li hemm referenza dwarhom fil-punt 4.5 u d-dawl ta’ emerġenza li hemm referenza dwaru fil-punt 4.8 għandhom ikunu ddisinjati u kostruwiti sabiex dawn jiffunzjonaw ukoll mingħajr il-forniment tas-soltu tal-enerġija. Il-perjodu tal-operat tagħhom għandu jkun twil biżżejjed biex jippermetti l-operat tal-proċedura ta’ salvataġġ.

4.10.

Iċ-ċirkuwiti tal-kontrolli tal-liftijiet li jistgħu jintużaw fil-każ ta’ ħruq għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati hekk li l-liftijiet ma jkunux jistgħu jieqfu bejn ċerti livelli u jħallu għal kontroll ta’ prijorità tal-lift minn nies tas-salvataġġ.

5.   Immarkar

5.1.

B’żieda mal-partikolaritajiet minimi meħtieġa għal xi makkinarju skont il-punt 1.7.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, kull kabina għandu jkollha pjanċa kjarament viżibbli li turi t-tagħbija ratata f’kilogrammi u n-numru massimu ta’ passiġġieri li jistgħu jinġarru.

5.2.

Jekk il-lift ikun iddisinjat biex jippermetti persuni maqbuda fil-kabina li joħorġu mingħajr għajnuna minn barra, l-istruzzjonijiet rilevanti għandom ikunu ċari u viżibbli fil-kabina.

6.   Istruzzjonijiet

6.1.

Il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li hemm referenza dwarhom fl-Anness III għandhom ikunu akkumpanjati b’istruzzjonijiet, sabiex dawn li ġejjin ikunu jistgħu jitwettqu b’mod effettiv u mingħajr periklu:

(a)

l-immuntar;

(b)

il-konnessjoni;

(c)

l-aġġustament;

(d)

il-manutenzjoni.

6.2.

Kull lift għandu jkun akkumpanjat b’istruzzjonijiet għall-użu. L-istruzzjonijiet għandu jkun fihom, mill-anqas id-dokumenti li ġejjin:

(a)

istruzzjonijiet li jkun fihom il-pjanti u d-disinji meħtieġa għall-użu normali u fir-rigward tal-manutenzjoni, l-ispezzjoni, it-tiswija, il-verifiki perjodiċi u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ li hemm referenza dwarhom fil-punt 4.4;

(b)

reġistru li fih jinkitbu t-tiswijiet u, fejn xieraq, il-verifiki perjodiċi.


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.


ANNESS II

A.   KONTENUT TAD-DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE GĦALL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

fejn xieraq, l-isem tan-negozju u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat;

(c)

deskrizzjoni tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, dettalji tat-tip jew serje u n-numru tas-serje (jekk ikun hemm); jekk ikun neċessarju għall-identifikazzjoni tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, din tista’ tinkludi stampa;

(d)

il-funzjoni ta’ sikurezza tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, jekk dan ma jkunx ovvju mid-deskrizzjoni;

(e)

is-sena tal-manifattura tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(f)

id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li magħhom ikun konformi l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(g)

dikjarazzjoni li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(h)

fejn xieraq, ir-referenza jew ir-referenzi għall-istandard(s) armonizzati użati;

(i)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-eżami tat-tip tal-UE ta’ komponent ta’ sikurezza għal liftijiet imsemmija fl-Anness IV, Parti A, u fl-Anness VI, u r-referenza taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE maħruġ minn dak il-korp notifikat;

(j)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità mat-tip permezz ta’ kontrolli fuq bażi każwali għal komponenti ta’ sikurezza għal liftijiet imsemmija fl-Anness IX;

(k)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità mħaddma mill-manifattur skont il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità imsemmija fl-Anness VI jew fl-Anness VII;

(l)

l-isem u l-funzjoni tal-persuna bis-setgħa li tiffirma d-dikjarazzjoni f’isem il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(m)

post u data tal-firma;

(n)

firma.

B.   IL-KONTENUT TAD-DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE GĦAL-LIFTIJIET

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal-liftijiet għandha tkun abbozzata fl-istess ilsien bħal dak tal-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I, u għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tan-negozju u l-indirizz ta’ min jinstalla;

(b)

fejn xieraq, l-isem tan-negozju u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat;

(c)

id-deskrizzjoni tal-lift, dettalji tat-tip jew serje, numru tas-serje u l-indirizz fejn il-lift ikun installat;

(d)

is-sena tal-installazzjoni tal-lift;

(e)

id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li magħhom il-lift ikun konformi;

(f)

dikjarazzjoni li l-lift huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(g)

fejn xieraq, ir-referenza jew ir-referenzi għall-istandard jew standards armonizzati użati;

(h)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-eżami tat-tip tal-UE ta’ liftijiet imsemmija fl-Anness IV, Parti B, u r-referenza taċ-ċertifikat tat-tip tal-eżami tal-UE maħruġ minn dak il-korp notifikat;

(i)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq il-proċedura tal-ispezzjoni tal-unità ta’ liftijiet imsemmija fl-Anness VIII;

(j)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun wettaq l-ispezzjoni finali ta’ liftijiet imsemmija fl-Anness V;

(k)

fejn xieraq, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità imħaddma mill-installatur skont il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità imsemmija fl-Anness X, XI jew XII;

(l)

l-isem u l-funzjoni tal-persuna bis-setgħa li tiffirma d-dikjarazzjoni f’isem l-installatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu,

(m)

post u data tal-firma;

(n)

firma.


ANNESS III

LISTA TA’ KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

1.

Apparat sabiex jissakkru il-bibien tal-indani.

2.

Apparat biex ma jħallix li jseħħu l-waqgħat li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2 tal-Anness I biex ma jħallux il-kabina milli taqa’ jew li jkollha moviment mhux ikkontrollat.

3.

Apparat biex jillimita l-veloċità żejda.

4.

(a)

Bafers li jakkumulaw l-enerġija:

(i)

mhux lineari, jew

(ii)

b’effett ta’ kuxxinett meta l-moviment ikun ġej lura.

(b)

Bafers li jiddissipaw l-enerġija.

5.

Apparat ta’ sikurezza mwaħħal ma’ apparat tal-irfigħ b’ċirkwiti ta’ enerġija idrawlika meta dawn jintużaw bħala mekkaniżmi biex jipprevjenu l-waqgħat.

6.

Apparat elettriku ta’ sikurezza fl-għamla ta’ ċirkwiti ta’ sikurezza li jkun fihom komponenti elettroniċi.


ANNESS IV

EŻAMI TAT-TIP TAL-UE GĦAL-LIFTIJIET U L-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

(modulu B)

A.   Eżami tat-tip tal-ue ta’ komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet

1.

L-eżami tat-tip tal-UE hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u jivverifika u jafferma li d-disinn tekniku tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza tal-Anness I u se jippermetti li lift fejn dan il-komponent qiegħed inkorporat korrettement, jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

2.

L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip tal-UE għandha tkun ippreżentata mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, lill-korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll u l-post tal-manifattura tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika;

(d)

kampjun rappreżentattiv tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jew dettalji tal-post ta’ fejn ikun jista’ jiġi eżaminat. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa biex isir il-programm tat-test;

(e)

l-evidenza ta’ sostenn għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kull dokument, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, li jkun intuża, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati rilevanti ma jkunux ġew applikati b’mod sħiħ. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, fejn meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju adattat tal-manifattur, jew minn laboratorju ieħor tal-ittestjar f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tiġi vvalutata l-konformità tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet mal-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1 u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-operat tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha, fejn applikabbli, tinkludi dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet, inkluż il-qasam tiegħu tal-użu (b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ limiti dwar veloċità, tagħbija u saħħa) u kundizzjonijiet (b’mod partikolari f’ambjenti esplużivi u esponiment għall-elementi);

(b)

tpinġijiet u pjanti tad-disinn u l-manifattura;

(c)

spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem dawn it-tpinġijiet u d-dijagrammi u t-tħaddim tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(d)

lista ta’ standards armonizzati applikati bis-sħiħ jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati;

(e)

ir-riżultati ta’ xi kalkolazzjonijiet ta’ disinn imwettqa mill-manifattur jew għalih;

(f)

rapporti ta’ testijiet;

(g)

kopja tal-istruzzjonijiet għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(h)

il-passi meħuda fl-istadju tal-manifattura biex jiġi żgurat li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu ġew immanifatturati f’serje, jkunu konformi mal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet eżaminati.

4.

Il-korp notifikat għandu:

(a)

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta’ sostenn biex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(b)

jiftiehem mal-applikant dwar post fejn se jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet;

(c)

jivverifika li l-kampjun jew il-kampjuni rappreżentattivi jkunu ġew immanifatturati b’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li ġew iddisinjati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li ġew iddisinjati skont speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

(d)

iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti, dawn ġewx applikati b’mod korrett;

(e)

iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti ma ġewx applikati, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur fl-applikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra jippermettux lill-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet imwettqa u l-eżiti tagħhom. Bla ħsara għall-obbligi tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet notifikanti, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, b’mod sħiħ jew parzjali, biss bi qbil mal-manifattur.

5.

Fil-każ fejn it-tip ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami tat-tip tal-UE, u kull kundizzjoni ta’ validità taċ-ċertifikat u l-partikolaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew aktar mehmużin miegħu.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex tkun tista’ tiġi evalwata l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza manifatturati għal-liftijiet mat-tip eżaminat u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.

Fejn it-tip ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ma jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma lill-applikant dwar dan, filwaqt li jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu, kif ukoll id-dokumentazzjoni teknika u r-rapport ta’ evalwazzjoni, għal 15-il sena mid-data ta’ ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat.

6.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kull tibdil fl-aktar teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b’mod ġenerali li tindika li t-tip approvat ma jistax jibqa’ jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1 u għandu jiddetermina jekk dan it-tibdil jirrikjedix investigazzjoni ulterjuri. Jekk dan ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-manifattur dwar dan.

7.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE dwar kull modifika lit-tip approvat li tista’ taffettwa l-konformità tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet mal-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1 jew il-kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-modifiki u jinforma lill-applikant jekk iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jkunx għadu validu jew jekk hemmx bżonn aktar eżamijiet, verifiki jew testijiet. Kif xieraq, il-korp notifikat għandu joħroġ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ eżami tat-tip tal-UE jew jitlob li tkun ippreżentata applikazzjoni ġdida għal eżami tat-tip tal-UE.

8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu rigward iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u kull żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ tali ċertifikati u kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita, u, wara talba, dwar tali ċertifikati u/jew iż-żidiet magħhom maħruġa minnu.

9.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip tal-UE u ż-żidiet magħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-rapport dwar l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet imwettqa mill-korp notifikat.

10.

Il-manifattur għandu jżomm mad-dokumentazzjoni teknika kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq.

11.

Ir-rappreżentant awtorizzat

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 2 u jwettaq l-obbligi msemmija fil-punti 7 u 10, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

B.   Eżami tat-tip tal-ue tal-liftijiet

1.

L-eżami tat-tip tal-UE hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ mudell ta’ lift, jew lift li għalih m’hemmx dispożizzjoni għal estensjoni jew varjant, u jivverifika u jiddikjara li d-disinn tekniku tal-mudell ta’ lift jew tal-lift jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-eżami tat-tip tal-UE ta’ lift jinkludi eżami ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ lift komplet.

2.

L-applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE għandha tkun ippreżentata mill-installatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma’ korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur; u, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu wkoll, f’każ li l-applikazzjoni tkun ippreżentata minnu;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika;

(d)

dettalji tal-post ta’ fejn il-kampjun rappreżentattiv ta’ lift ikun jista’ jiġi eżaminat. Il-kampjun rappreżentattiv ta’ lift ippreżentat għal eżami għandu jinkludi l-partijiet terminali kollha u li jkun jista’ jservi mill-anqas tliet livelli (fuq, nofs u isfel);

(e)

l-evidenza ta’ sostenn għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kull dokument, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra li jkun intuża, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati rilevanti ma jkunux ġew applikati b’mod sħiħ. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, fejn meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra mil-laboratorju adattat tal-installatur, jew minn laboratorju ieħor tal-ittestjar f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni tal-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha, fejn applikabbli, tinkludi dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-mudell tal-lift li tindika kjarament il-varjazzjonijiet permessi kollha għall-mudell ta’ lift;

(b)

tpinġijiet u pjanti tad-disinn u l-manifattura;

(c)

spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem dawn it-tpinġijiet u d-dijagrammi u t-tħaddim tal-lift;

(d)

lista tal-ħtiġijiet ta’ saħħa u sikurezza essenzjali li jkunu kkunsidrati;

(e)

lista ta’ standards armonizzati applikati bis-sħiħ jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawn l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati;

(f)

kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet inkorporati fil-lift;

(g)

ir-riżultati ta’ kalkolazzjonijiet ta’ disinn imwettqa mill-installatur jew għalih;

(h)

rapporti tat-test;

(i)

kopja tal-istruzzjonijiet tal-lift imsemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I;

(j)

il-passi meħuda fl-istadju tal-installazzjoni biex jiġi assigurat li lift prodott f’serje jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

4.

Il-korp notifikat għandu:

(a)

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u evidenza ta’ sostenn biex jistma l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-mudell ta’ lift jew tal-lift li għalih m’hemmx dispożizzjoni għal estensjoni jew varjant;

(b)

jiftiehem mal-installatur dwar post fejn se jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet;

(c)

jeżamina l-kampjun rappreżentattiv ta’ lift biex jiġi ċċekkjat li dan ikun ġie mmanifatturat b’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li ġew iddisinjati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li ġew iddisinjati skont standards tekniċi rilevanti oħra;

(d)

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn l-installatur ikun għażel li japplika l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti, dawn ġewx applikati b’mod korrett;

(e)

iwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandards armonizzati rilevanti ma ġewx applikati, is-soluzzjonijiet adottati mill-installatur fl-applikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

5.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet imwettqa u l-eżiti tagħhom. Bla ħsara għall-obbligi tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet notifikanti, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, b’mod sħiħ jew parzjali, biss bi qbil mal-installatur.

6.

Fejn it-tip ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I applikabbli għal-lift konċernat, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE lill-installatur. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-installatur tal-lift, il-konklużjonijiet tal-eżami tat-tip tal-UE, xi kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat u l-partikolaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew aktar mehmużin.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex il-liftijiet ikunu jistgħu jkunu konformi mat-tip approvat li jrid jiġi vvalutat matul l-aħħar ispezzjoni.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-installatur, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu, kif ukoll id-dokumentazzjoni teknika u r-rapport ta’ evalwazzjoni, għal 15-il sena mid-data ta’ ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat.

7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar avvanzata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-installatur dwar dan.

8.

L-installatur għandu jinforma lill-korp notifikat dwar kull modifika fit-tip approvat, inklużi l-varjazzjonijiet mhux speċifikati fid-dokumentazzjoni teknika oriġinali, li jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I jew il-kundizzjonijiet ta’ validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

Il-korp notifikat għandi jeżamina l-modifika u jinforma lill-installatur jekk iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jkunx għadu validu jew jekk hemmx bżonn isiru aktar eżamijiet, verifiki jew testijiet. Il-korp notifikat għandu joħroġ, kif xieraq, żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE jew jitlob li tkun ippreżentata applikazzjoni ġdida għal eżami tat-tip tal-UE.

9.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u dwar kull żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ tali ċertifikati u kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u kull żieda magħhom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar tali ċertifikati u ż-żidiet magħhom maħruġa minnu.

10.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jakkwistaw kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u ż-żidiet magħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-rapport dwar l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet imwettqa mill-korp notifikat.

11.

L-installatur għandu jżomm, mad-dokumentazzjoni teknika, kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE, inklużi l-annessi u ż-żidiet tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin minn meta l-aħħar lift ikun ġie introdott fis-suq.

12.

Ir-rappreżentant awtorizzat

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-installatur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 2 u jwettaq l-obbligi msemmija fil-punti 8 u 11, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS V

ISPEZZJONI FINALI GĦAL-LIFTIJIET

1.   L-ispezzjoni finali hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jaċċerta u jiċċertifika li lift suġġett għal-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jew iddisinjat u mmanifatturat skont sistema approvata ta’ kwalità, jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

L-installatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-lift li jkun qed jiġi installat jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

tip approvat deskritt f’ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE;

(b)

lift iddisinjat u mmanifatturat skont sistema ta’ kwalità skont l-Anness XI u ċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE jekk id-disinn ma jkunx għal kollox skont l-istandards armonizzati.

3.   Ispezzjoni finali

Korp notifikat magħżul mill-installatur għandu jagħmel l-ispezzjoni finali tal-lift installat li jkun se jiġi introdott fis-suq biex jiċċekkja l-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

3.1.

L-installatur għandu jippreżenta applikazzjoni għal ispezzjoni finali ma’ korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu u għandu jipprovdi lill-korp notifikat id-dokumenti li ġejjin:

(a)

il-pjanta tal-lift komplut;

(b)

il-pjanti u d-disinji meħtieġa għall-ispezzjoni finali, b’mod partikolari tad-disinji taċ-ċirkwiti ta’ kontroll;

(c)

kopja tal-istruzzjonijiet imsemmijin fl-Anness I, il-punt 6.2.

(d)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

Il-korp notifikat ma jistax jeħtieġ pjanti dettaljati jew informazzjoni preċiża li ma tkunx meħtieġa għall-verifika tal-konformità tal-lift.

L-eżamijiet u t-testijiet xierqa stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew testijiet ekwivalenti, għandhom jitwettqu biex tiġi kontrollata l-konformità tal-lift mal-ħtiġijiet ta’ saħħa u sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

3.2.

L-eżamijiet għandhom jinkludu mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-eżami tad-dokumenti msemmija fil-punt 3.1 biex jiġi ċċekkjat li l-lift jikkonforma mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE skont l-Anness IV, Parti B;

(b)

l-eżami tad-dokumenti msemmija fil-punt 3.1 biex jiġi ċċekkjat li l-lift jikkonforma mal-lift iddisinjat u mmanifatturat skont sistema approvata ta’ kwalità skont l-Anness XI u jekk id-disinn ma jkunx għalkollox skont l-istandards armonizzati, maċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE.

3.3.

It-testijiet tal-lift għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

l-operazzjoni tal-lift, kemm vojt u wkoll bit-tagħbija massima biex tiġi assigurata l-installazzjoni korretta u l-operat tal-apparat ta’ sikurezza (waqfien fit-termini, apparat ta’ tiskir, eċċ.);

(b)

l-operazzjoni tal-lift kemm bit-tagħbija massima u wkoll vojt biex jiġi assigurat il-funzjonament korrett tal-apparat ta’ sikurezza fil-każ ta’ qtugħ tal-elettriku;

(c)

test statiku b’tagħbija ta’ 1,25 drabi tat-tagħbija nominali.

It-tagħbija nominali għandha tkun dik li hemm referenza dwarha fl-Anness I, il-punt 5.

Wara dawn it-testijiet, il-korp notifikat għandu jivverifika li ma jkunx seħħ xi tgħawwiġ jew deterjorazzjoni li tista’ tfixkel l-użu tal-lift.

4.   Jekk il-lift jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jara li jitwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skont l-Artikoli 18 u 19 u għandu joħroġ ċertifikat ta’ ispezzjoni finali li jsemmi l-eżamijiet u t-testijiet imwettqa.

Il-korp notifikat għandu jimla l-paġni korrispondenti tar-reġistru li hemm referenza dwaru fl-Anness I, il-punt 6.2.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat tal-ispezzjoni finali, għandu jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut u jindika l-miżuri korrettivi meħtieġa li għandhom jittieħdu. Meta l-installatur tal-lift jerġa’ japplika għall-ispezzjoni finali, hu għandu japplika mal-istess korp notifikat.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

5.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat msemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

5.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u ċ-ċertifikat tal-ispezzjoni finali għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat tal-ispezzjoni finali wara talba.

7.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 3.1 u 5, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VI

KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT GĦALL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

(modulu E)

1.   Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema ta’ kwalità ta’ manifattur sabiex jiżgura li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet huma mmanifatturati u mmonitorjati b’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u se jippermettu li l-lift li miegħu jkunu inkorporati b’mod korrett jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

2.   L-obbligi tal-manifattur

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni, għall-istima tas-sistema ta’ kwalità tal-prodott tiegħu għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet konċernati ma’ korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(c)

l-indirizz tal-post fejn isiru l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(d)

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jridu jiġu mmanifatturati;

(e)

id- dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(f)

id-dokumentazzjoni teknika tal-komponenti approvati ta’ sikurezza għal-liftijiet u kopja taċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE.

3.2.

Skont is-sistema ta’ kwalità, kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet għandu jiġi ispezzjonat u t-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tiġi assigurata l-konformità tiegħu mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1. L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fl-għamla ta’ politiki bil-miktub, proċeduri u istruzzjonijiet. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità;

(b)

l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu wara l-manifattura;

(d)

il-mezzi biex tiġi mmonitorjata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità; u

(e)

reġistri tal-kwalità, bħalma huma rapporti tal-ispezzjoni u dejta dwar it-testijiet, dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistemi ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Apparti l-esperjenza f’sistemi ta’ ġestjoni ta’ kwalità, il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.

Il-grupp tal-awdituri għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(f) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal liftijiet ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi innotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-eżerċizzju ta’ awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jintrabat li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità infurmat dwar kull tibdil maħsub fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità hijiex se tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk stima mill-ġdid tkunx meħtieġa.

Għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-post fejn isseħħ l-ispezzjoni, it-testijiet u l-lokalitajiet tal-ħażna u li jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika;

(c)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq eżerċizzji ta’ awditjar biex jassigura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport ta’ awditjar.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda fil-bini tal-manifattur fejn isiru l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Waqt dawk iż-żjarat, il-korp notifikat jista’, fejn meħtieġ, iwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kwalità. Dan għandu jipprovdi lill-manifattur, b’rapport taż-żjara u, jekk test ikun twettaq, b’rapport tat-test.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull komponent individwali ta’ sikurezza għal-liftijiet li jissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli msemmija f’punt 1.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u jżomm kopja tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li tkun saret għalih.

6.   Il-manifattur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.1(f);

(b)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(e);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidla li hemm referenza dwarha fil-punt 3.5;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li hemm referenza dwarhom fit-tielet paragrafu tal-punt 3.5 u l-punti 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirata(i), u, għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu, il-lista tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VII

KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TAL-KWALITÀ GĦALL-KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

(modulu H)

1.   Il-konformità bbażata fuq assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema ta’ kwalità ta’ manifattur sabiex jiżgura li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet huma ddisinjati, manifatturati, ispezzjonati u ttestjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza tal-Anness I u biex jippermettu li l-lift li miegħu jkunu inkorporati b’mod korrett jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

2.   L-obbligi tal-manifattur

Il-manifattur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għad-disinn, il-manifattura, l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu tal-kwalità ma’ korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-indirizz tal-post fejn il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet huma ddisinjati, immanifatturati, ispezzjonati u ttestjati;

(c)

l-informazzjoni relevanti kollha dwar il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jridu jiġu mmanifatturati;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3 tal-Anness IV, Parti A, għal mudell wieħed ta’ kull kategorija ta’ komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li jrid jiġi mmanifatturat;

(e)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(f)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet mal-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1. L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fl-għamla ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tal-amministrazzjoni fir-rigward tad-disinn u l-kwalità tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tekniku, inklużi standards, li għandhom ikunu applikati u, fejn l-istandards armonizzati rilevanti mhumiex se jiġu applikati jew applikati kollha kemm huma, il-mezzi, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, li se jkunu użati biex jiġi assigurat li l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1 se jintlaħqu;

(c)

il-kontroll tad-disinn u t-teknika tal-verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jiġu użati meta jkunu qed jiġu ddisinjati l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet;

(d)

it-teknika korrispondenti dwar manifattura, kontroll ta’ kwalità u assigurazzjoni ta’ kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jkunu se jintużaw;

(e)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha dawn għandhom jitwettqu;

(f)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dettalji dwar it-testijiet, id-dettalji ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.;

(g)

il-mezzi ta’ sorveljanza dwar il-kisba tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott u l-operat effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema tal-kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistemi ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Apparti l-esperjenza f’sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I. L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-post tal-manifattur.

It-tim ta’ awditjar għandu jirrivedi d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u li jagħmel l-eżamijiet meħtieġa bl-għan li jiżgura l-konformità tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-manifattur u, fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jintrabat li jwettaq l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità, infurmat b’kull tibdil maħsub fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità hijiex se tkompli tissodisfa l-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2 jew jekk hijiex neċessarja stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jkun żgurat li l-manifattur iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għad-disinn, il-manifattura, l-ispezzjoni, it-testijiet u l-lokalitajiet ta’ ħażna u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-reġistri ta’ kwalità li jkunu disponibbli fil-parti tad-disinn fis-sistema ta’ kwalità, bħalma huma r-riżultati tal-analiżi, il-kalkolazzjonijiet, it-testijiet.

(c)

id-dokumentazzjoni teknika għall-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet immanifatturati;

(d)

ir-reġistri ta’ kwalità li hemm provdut dwarhom fil-parti tal-manifattura tas-sistema ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jwettaq eżerċizzji ta’ awditjar perjodiċi biex jassigura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport ta’ awditjar.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Fil-waqt ta’ dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’, fejn meħtieġ, iwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kwalità. Għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b’rapport tat-test.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull komponent individwali ta’ sikurezza għal-liftijiet li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 1.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u jżomm kopja tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li tkun tfasslet għalih.

6.   Il-manifattur għandu, għall-perjodu li jintemm 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(e);

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidla li hemm referenza dwarha fl-ewwel paragrafu tal-punt 3.5;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fit-tielet paragrafu tal-punt 3.5 u fil-punti 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar id-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni rifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni maħruġa, tal-annessi u taż-żidiet tagħhom, kif ukoll tad-dokumentazzjoni teknika għal 15-il sena mid-data ta’ ħruġ tagħhom.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punti 3.1, 3,5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VIII

KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ IL-VERIFIKA TAL-UNITÀ GĦAL-LIFTIJIET

(modulu G)

1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika tal-unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha korp notifikat jivvaluta jekk lift jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

2.1.

L-installatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.2.

L-installatur għandu japplika ma’ korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu għall-verifika tal-unità.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur, u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-lokalità ta’ fejn il-lift ikun ġie installat;

(c)

dikjarazzjoni bil-miktub fis-sena li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika.

3.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti valutazzjoni tal-konformità tal-lift mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha mill-inqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-lift;

(b)

id-disinn u l-pjanti tal-manifattura u t-tpinġijiet;

(c)

spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem dawn it-tpinġijiet u d-dijagrammi u t-tħaddim tal-lift;

(d)

lista tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza kkunsidrati;

(e)

lista ta’ standards armonizzati applikati bis-sħiħ jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u, fejn dawn l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, id-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati;

(f)

kopja taċ-ċertifikati ta’ eżami tat-tip tal-UE tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet inkorporati fil-lift;

(g)

ir-riżultati tal-kalkolazzjonijiet tad-disinn imwettqa mill-installatur jew għalih;

(h)

rapporti tat-test;

(i)

kopja tal-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I.

4.   Il-verifika

Il-korp notifikat magħżul mill-installatur għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-lift u jagħmel it-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandard(s) armonizzati rilevanti, jew testijiet ekwivalenti, biex tiġi kkontrollata l-konformità tiegħu mal-ħtiġijiet ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I. It-testijiet għandhom jinkludu għall-inqas it-testijiet imsemmija fil-punt 3.3 tal-Anness V.

Jekk il-lift jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità marbuta mat-testijiet imwettqa.

Il-korp notifikat għandu jimla l-paġni korrispondenti tar-reġistru msemmija fil-punt 6.2 tal-Anness I.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ konformità, dan għandu jiddikjara fid-dettall ir-raġunijiet tiegħu għal dan ir-rifjut u jindika l-miżuri korrettivi meħtieġa li għandhom jittieħdu. Meta l-installatur jerġa’ japplika għall-verifika tal-unità hu għandu japplika għand l-istess korp notifikat.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE;

5.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat msemmi fil-punt 2.2, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

5.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

6.   L-installatur għandu jżomm mad-dokumentazzjoni teknika kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin mid-data li fiha l-lift ikun ġie introdott fis-suq.

7.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 2.2 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS IX

KONFORMITÀ TAT-TIP B’VERIFIKI KAŻWALI GĦAL KOMPONENTI TA’ SIKUREZZA GĦAL-LIFTIJIET

(modulu C2)

1.   Il-konformità mat-tip b’kontrolli każwali hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat iwettaq kontrolli fuq il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet biex jiżgura li dawn jikkonformaw mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I u jippermettu li l-lift li jkunu inkorporati korrettament fih jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw li l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet manifatturati jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1.

3.   Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal kontroll każwali ma’ korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor;

(c)

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet immanifatturati;

(d)

l-indirizz tal-post fejn jista’ jittieħed il-kampjun tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

4.   Il-korp notifikat għandu jagħmel jew jara li jsiru verifiki fuq il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet matul intervalli każwali. Kampjun adegwat tal-komponenti finali ta’ sikurezza għal-liftijiet, meħud minn fuq il-post mill-korp notifikat, għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa kif stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti, u/jew testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, għandhom jitwettqu biex jivverifikaw jekk il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1. Fil-każijiet meta wieħed jew aktar mill-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet verifikati ma jkunux konformi, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa.

Il-punti li għandu jingħata kont tagħhom meta ssir il-verifika tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet għandhom ikunu definiti fi ftehim konġunt bejn il-korpi notifikati responsabbli għal din il-proċedura, waqt li jiġu kkunsidrati il-karatteristiċi essenzjali tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità mat-tip fir-rigward tal-eżamijiet u t-testijiet imwettqa.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità mat-tip.

5.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull komponent individwali ta’ sikurezza għal-liftijiet li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet u jżomm kopja tagħha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet li tkun tfasslet għalih.

6.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat m’għandux jissodisfa l-obbligi tal-manifattur li huma stabbiliti fil-punt 2.


ANNESS X

KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT GĦAL-LIFTIJIET

(modulu E)

1.   Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema tal-kwalità tal-prodott ta’ installatur sabiex jiżgura li l-liftijiet huma konformi mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jew ma’ lift iddisinjat u manifatturat taħt sistema ta’ kwalità approvata skont l-Anness XI, u jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

L-installatur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-lift kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

L-installatur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta’ kwalità użata minnu għal-liftijiet konċernati, ma’ korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur, u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-informazzjoni rIlevanti kollha dwar il-liftijiet li jridu jiġu installati;

(c)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika tal-liftijiet li jridu jiġu installati;

(e)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

3.2.

Skont is-sistema ta’ kwalità, kull lift għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu sabiex tkun assigurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat f’għamla ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta’ kwalità, pjanti, manwali u reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità;

(b)

l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott;

(c)

l-eżami u t-testijiet li għandhom isir qabel ma jiġi introdott fis-suq, inklużi mill-anqas it-testijiet stipulati fil-punt 3.3 tal-Anness V;

(d)

il-mezzi biex tiġi mmonitorjata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità;

(e)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport ta’ ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandha tkun preżunta konformità ma’ dawk il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistemi ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u b’għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I. L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-post tal-installatur u żjara fuq is-sit tal-installazzjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-installatur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

L-installatur għandu jintrabat li jwettaq l-obbligi li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex din tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.4.1.

L-installatur għandu jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull tibdil maħsub għas-sistema.

3.4.2.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità hijiex se tkompli tissodisfa l-ħtiġijiet imsemmija fil-punt 3.2 jew jekk hijiex neċessarja stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-installatur, jew fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jassigura li jitwaħħal, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skont l-Artikoli 18 u 19.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1.

L-għan tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-installatur iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

L-installatur għandu għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għal-lokalitajiet ta’ installazzjoni, ispezzjoni u tat-testijiet, u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika;

(c)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq eżerċizzji ta’ awditjar biex jassigura li l-intstallatur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport tal-awditjar.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda fis-siti tal-installazzjoni tal-lift.

Fil-waqt ta’ dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’, fejn meħtieġ, iwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kwalità u tal-lift. Għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b’rapport tat-test.

5.   L-installatur għandu, għal 10 snin wara l-aħħar lift ikun ġie introdott fis-suq, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(c);

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.4.1;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3.4.2 u tal-punti 4.3 u 4.4.

6.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar id-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirata(i), u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni rifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

7.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

7.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

7.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 3.1, 3.4.1, 5 u 7 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS XI

KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ ASSIGURAZZJONI SĦIĦA TAL-KWALITÀ KIF UKOLL EŻAMI TAD-DISINN GĦAL-LIFTS

(modulu H1)

1.   Il-konformità bbażata fuq l-assigurazzjoni sħiħa ta’ kwalità u l-eżami tad-disinn għal-liftijiet hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema ta’ kwalità ta’ installatur, u, fejn xieraq, id-disinn tal-liftijiet, biex jiżgura li l-liftijiet installati jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

L-installatur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għad-disinn, il-manifattura, l-immuntar, l-installazzjoni, l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-liftijiet kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4. L-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-liftijiet għandu jkun ġie eżaminat skont il-punt 3.3.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.   L-installatur għandu jagħmel applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur, u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-informazzjoni rilevanti kollha għal-liftijiet li jridu jiġu installati, b’mod partikolari informazzjoni li tippermetti għall-ftehim dwar ir-relazzjoni bejn id-disinn u l-operazzjoni tal-lift;

(c)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3.3 tal-Anness IV, Parti B;

(e)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx ġiet ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

3.2.   Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-liftijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I. L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fl-għamla ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanti, manwali u reġistri ta’ kwalità.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tad-disinn u l-kwalità tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi standards li għandhom ikunu applikati u, fejn l-istandards armonizzati rilevanti mhumiex se jiġu applikati bis-sħiħ, il-mezzi, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra li se jintużaw biex jiġi assigurat li ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I ikunu sodisfatti;

(c)

it-teknika tal-kontroll tad-disinn u tal-verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiki li se jintużaw meta jiġu iddisinjati l-liftijiet;

(d)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu mal-aċċettazzjoni tal-provvista tal-materjali, komponenti u subimmuntar;

(e)

l-immuntar korrispondenti, l-installazzjoni, it-tekniki ta’ kontroll tal-kwalità u assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw;

(f)

l-eżamijiet u t-testijiet li se jitwettqu qabel (ispezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni: it-tromba, il-kamra tal-makkinarju, eċċ.), matul u wara l-installazzjoni inkluż mill-anqas it-testijiet stipulati fil-punt 3.3 tal-Anness V);

(g)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.;

(h)

il-mezzi għall-monitoraġġ tal-ilħuq tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott u l-operat effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.   Eżami tad-disinn

3.3.1.

Meta d-disinn ma jkunx kollu kemm hu skont l-istandards armonizzati, il-korp notifikat għandu jaċċerta jekk id-disinn ikunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u, jekk ikun, joħroġ ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE lill-installatur, waqt li jiddikjara l-limiti tal-validità taċ-ċertifikat u jagħti d-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat.

3.3.2.

Jekk id-disinn ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE u għandu jinforma lill-installatur dwar dan, filwaqt li jagħti r-raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu informat dwar kull tibdil fl-aktar teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b’mod ġenerali li tindika li d-disinn approvat jista’ ma jibqax konformi mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I, u għandu jiddetermina jekk dan it-tibdil jirrikjedix investigazzjoni ulterjuri. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-installatur dwar dan.

3.3.3.

L-installatur għandu jżomm informat lill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE dwar kull modifika lid-disinn approvat li tista’ taffettwa l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I jew il-kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat. Dawn il-modifiki għandhom jirrikjedu approvazzjoni addizzjonali, mill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta’ eżami tad-disinn tal-UE, fl-għamla ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ eżami tad-disinn tal-UE.

3.3.4.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu rigward iċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew kull żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, issospenda, jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew kull żieda magħhom li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita, u, wara talba, dwar iċ-ċertifikati u/jew iż-żidiet magħhom maħruġa minnu.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tad-disinn tal-UE u/jew ż-żidiet magħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-riżultati tal-eżamijiet imwettqa mill-korp notifikat.

3.3.5.

L-installatur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tad-disinn tal-UE, l-annessi u ż-żidiet tiegħu, kif ukoll id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq.

3.4.   Valutazzjoni tas-sistema ta’ kwalità

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma’ dawk il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistemi ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat relevanti.

Il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u b’għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I. L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-installatur u żjara fuq is-sit tal-installazzjoni.

It-tim ta’ awditjar għandu jirrivedi d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d), biex jivverifika l-abbiltà tal-installatur li jidentifika r-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I u li jagħmel l-eżamijiet meħtieġa bl-għan li jassigura l-konformità tal-lift ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-installatur jew, fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.5.   L-installatur għandu jintrabat li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex din tibqa’ adegwata u effiċjenti.

L-installatur għandu jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull tibdil maħsub għas-sistema.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità hijiex se tibqa’ tissodisfa l-ħtiġijiet imsemmija fil-punt 3.2 jew jekk hijiex neċessarja stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-installatur, u fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal jew jassigura li jitwaħħal, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu biswit il-marka CE skont l-Artikoli 18 u 19.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-installatur iwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

L-installatur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għad-disinn, il-manifattura, l-immuntar, l-installazzjoni, l-ispezzjoni, it-testijiet u lokalitajiet tal-ħażna, u li jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

ir-reġistri ta’ kwalità li jkunu previsti fil-parti tad-disinn fis-sistema ta’ kwalità, bħalma huma r-riżultati tal-analiżi, il-kalkolazzjonijiet, it-testijiet;

(c)

reġistri ta’ kwalità li jkunu previsti fil-parti tas-sistema tal-kwalità dwar l-aċċettazzjoni tal-provvista u tal-installazzjoni, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jwettaq eżerċizzji ta’ awditjar perjodiċi biex jassigura li l-installatur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-eżerċizzju ta’ awditjar lill-installatur.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat għandu jagħmel żjarat għall-għarrieda fil-bini tal-installatur jew fuq is-sit tal-installazzjoni ta’ lift. Fil-waqt ta’ dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’, fejn ikun meħtieġ, iwettaq testijiet jew jara li dawn jitwettqu sabiex jivverifika l-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ kwalità. Dan għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b’rapport tat-test.

5.   L-installatur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(c);

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidliet msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3.5;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li hemm referenza dwarhom fir-raba’ paragrafu finali tal-punt 3.5 u tal-punti 4.3 u 4.4.

6.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar xi deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li nħarġu jew ġew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni li kienu maħruġa, rifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Il-korp notifikat għandu jżomm kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni maħruġa, tal-annessi u taż-żidiet tagħhom, kif ukoll dokumentazzjoni teknika għal 15-il sena mid-data ta’ ħruġ tagħhom.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni(jiet) ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

7.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

7.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

7.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 3.1, 3.3.3, 3.3.5, 5 u 7 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS XII

KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ ASSIGURAZZJONI TA’ KWALITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦAL-LIFTIJIET

(modulu D)

1.   Il-konformità mat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni għal-liftijiet hija l-parti tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-korp notifikat jivvaluta s-sistema tal-kwalità tal-produzzjoni ta’ installatur sabiex jiżgura li l-liftijiet installati huma konformi mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jew ma’ lift iddisinjat u manifatturat skont sistema ta’ kwalità approvata skont l-Anness XI, u jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.   Obbligi tal-installatur

L-installatur għandu jħaddem sistema approvata ta’ kwalità għall-manifattura, l-immuntar, l-installazzjoni, l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-liftijiet kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Sistema ta’ kwalità

3.1.

L-installatur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-istima tas-sistema tiegħu ta’ kwalità tal-produzzjoni lil korp notifikat uniku tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-installatur, u jekk l-applikazzjoni titressaq mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

l-informazzjoni rilevanti kollha għal-liftijiet li jridu jiġu installati;

(c)

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika tal-liftijiet li jridu jiġu installati;

(e)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx ippreżentata lil xi korp notifikat ieħor.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tassigura l-konformità tal-liftijiet mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-elementi, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-installatur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat f’għamla ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Is-sistema ta’ dokumentazzjoni ta’ kwalità għandha tippermetti l-interpretazzjoni konsistenti tal-kwalità tal-programmi, il-pjanti, il-manwali u r-reġistri.

Għandu jkun fiha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-miri tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-prodott;

(b)

it-tekniki korrispondenti dwar il-manifattura, il-kontroll ta’ kwalità u l-assigurazzjoni ta’ kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jkunu sejrin jintużaw;

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel, matul u wara l-ispezzjoni;

(d)

ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.;

(e)

il-mezzi ta’ monitoraġġ għall-kisba tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u l-operat effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2. Għandha tkun preżunta l-konformità ma’ dawk il-ħtiġijiet fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Il-grupp tal-awdituri għandu jkollu mill-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ stima fit-teknoloġija kkonċernata tal-lift u b’għarfien tar-rekwiżiti essenzjali applikabbli ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

L-eżerċizzju ta’ awditjar għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-installatur kif ukoll żjara fuq is-sit ta’ installazzjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-installatur. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditjar u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

L-installatur għandu jintrabat li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex din tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.4.1.

L-installatur għandu jżomm infurmat lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità b’kull tibdil maħsub għas-sistema.

3.4.2.

Il-korp notifikat għandu jistma l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema modifikata ta’ kwalità hijiex se tkompli tissodisfa l-ħtiġijiet li hemm referenza dwarhom fil-punt 3.2 jew jekk hijiex neċessarja stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-installatur, jew fejn xieraq, lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jara li jitwaħħal, in-numru tiegħu ta’ identifikazzjoni ma’ ġenb il-marka CE skont l-Artikoli 18 u 19.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jkun żgurat li l-installatur jwettaq kif suppost l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

L-installatur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti lill-korp notifikat aċċess għall-lokalitajiet tal-manifattura, l-immuntar, l-installazzjoni, l-ispezzjoni, it-testijiet u dawk tal-ħażna, u għandu jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

bid-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika;

(c)

ir-reġistri ta’ kwalità, bħalma huma r-rapport tal-ispezzjoni u d-dejta dwar it-testijiet, id-dejta ta’ kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-impjegati kkonċernati.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jwettaq eżerċizzji ta’ awditjar perjodiċi biex jassigura li l-installatur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport tal-eżerċizzju ta’ awditjar.

4.4.

B’żieda, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-installatur. Matul dawn iż-żjarat il-korp notifikat jista’, fejn ikun meħtieġ iwettaq testijiet, jew jara li jitwettqu, biex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun tiffunzjona sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-installatur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b’rapport dwar it-test.

5.   L-installatur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1(c);

(b)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(d);

(c)

l-informazzjoni relatata mal-bidliet msemmija fil-punt 3.4.1;

(d)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3.4.2, u f’punti 4.3 u 4.4.

6.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar xi deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema tal-kwalità tal-produzzjoni li nħarġu jew li ġew irtirati, u għandu, perjodikament jew wara talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu l-lista ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni li ġewrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bid-deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira u, wara talba, bid-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni maħruġa minnu.

Jekk jintalab jagħmel dan, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’kopja tad-deċiżjoni jew deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità li jkunu nħarġu.

7.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

7.1.

L-installatur għandu jwaħħal il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar biswit il-marka CE fil-kabina ta’ kull lift.

7.2.

L-installatur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull lift u jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-lift ikun ġie introdott fis-suq. Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-installatur stipulati fil-punti 3.1, 3.4.1., 5 u 7 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS XIII

PARTI A

Id-Direttiva mħassra b’lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 47)

Id-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 213, 7.9.1995, p. 1)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Il-punt 10 tal-Anness I biss

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24)

L-Artikolu 24 biss

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

Il-punt (i) tal-Artikolu 26(1) biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 45)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

95/16/KE

fl-1 ta’ Jannar 1997.

fl-1 ta’ Lulju 1997.

2006/42/KE, l-Artikolu 24

fid-29 ta’ Ġunju 2008.

fid-29 ta’ Diċembru 2009.


ANNESS XIV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 95/16/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 2(6)

It-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 2(5)

Ir-raba’ inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 2(7)

Il-ħames inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 2(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 16(3)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4)

Artikolu 16(4)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(1)

Artikolu 4(1)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 6(1)

Artikolu 2(3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 3, it-tieni paragrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(2)

Artikoli 7 sa 14

Artikolu 5(1)

Artikolu 14

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 6(3) u (4)

Artikolu 42

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1)

Artikolu 38(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1)

Artikolu 38(5)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2)

Artikolu 39(3)

Artikolu 7(3)

 

Artikolu 7(4)

Artikolu 40(4)

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 15

Artikolu 8(1)(b) u (c)

Artikolu 8(2)

Artikolu 16

L-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 8(3)

Artikolu 17(2) u Artikolu 19(3)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 8(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 8(5)

Artikolu 12

Artikolu 9(1)

Artikolu 20

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 30(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 19(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(4)(a)

Artikolu 41(1)(a)

Artikolu 10(4)(b)

Artikolu 11

Artikolu 43

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 45(2)

Artikolu 16

Artikolu 46

Artikolu 17

Artikolu 49

Anness I

Anness I

Parti A tal-Anness II

Parti A tal-Anness II

Parti B tal-Anness II

Parti B tal-Anness II

Anness III

Artikolu 18

Anness IV

Anness III

Il-Parti A tal-Anness V

Il-Parti A tal-Anness IV

Il-Parti B tal-Anness V

Il-Parti B tal-Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness VII

Anness VIII

Anness VI

Anness IX

Anness VII

Anness X

Anness VIII

Anness XI

Anness IX

Anness XII

Anness X

Anness XIII

Anness XI

Anness XIV

Anness XII

Anness XIII

Anness XIV


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala "kumitati ta' komitoloġija" fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.


29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/309


DIRETTIVA 2014/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (3) ġiet emendata sostanzjalment (4). Billi għandhom isiru iżjed emendi, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5) jistipula regoli dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6) tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw għal leġislazzjoni settorali sabiex jipprovdu bażi koerenti għat-tfassil, ir-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġislazzjoni. Id-Direttiva 94/9/KE għandha tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Din id-Direttiva tkopri prodotti koperti b’huma dawk li huma ġodda għas-suq tal-Unjoni Ewropea meta jiġu introdotti fis-suq; jiġifieri jew huma prodotti ġodda fjamanti magħmula minn manifattur stabbilit fl-Unjoni jew huma prodotti, kemm jekk ġodda fjamanti kif ukoll jekk użati, importati minn pajjiż terz.

(5)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(6)

Huwa d-dmir tal-Istati Membri li jipproteġu, fit-territorju tagħhom, is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, speċjalment tal-ħaddiema, u, fejn xieraq, tal-annimali domestiċi u l-proprjetà, speċjalment kontra l-perikoli li jirriżultaw mill-użu ta’ tagħmir u sistemi li jipprovdu protezzjoni kontra atmosferi potenzjalment esplużivi.

(7)

Id-Direttiva 94/9/KE għamlet passi pożittivi lejn il-protezzjoni effettiva kontra l-perikli mill-isplużjonijiet kemm għat-tagħmir tat-tħaffir kif ukoll għal dak tal-wiċċ. Dawk iż-żewġ gruppi ta’ tagħmir huma użati f’numru kbir ta’ setturi kummerċjali u industrijali u jippossjedu sinifikat ekonomiku konsiderevoli.

(8)

Hija essenzjali l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza sabiex tkun żgurata s-sikurezza tat-tagħmir u tas-sistemi protettivi. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu suddiviżi f’rekwiżiti ġenerali u addizzjonali li għandhom jintlaħqu mit-tagħmir u mis-sistemi protettivi. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti addizzjonali għandhom iqisu l-perikli eżistenti jew potenzjali. It-tagħmir u s-sistemi protettivi għandhom, għalhekk jissodisfaw mill-inqas wieħed minn dawk ir-rekwiżiti fejn dan ikun meħtieġ għall-funzjonament kif imiss tagħhom jew għandu japplika għall-użu maħsub tagħhom. L-idea ta’ użu maħsub hija ta’ importanza prima għall-protezzjoni kontra l-isplużjoni tat-tagħmir u s-sistemi protettivi. Huwa essenzjali li l-manifatturi jipprovdu informazzjoni sħiħa. L-immarkar speċifiku u ċar ta’ dak it-tagħmir u ta’ dawk is-sistemi protettivi, li jispjega l-użu tagħhom f’atmosfera potenzjalment esplużiva, għandu wkoll ikun meħtieġ.

(9)

Il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva għandha tkun imperattiva biex biex tkun żgurata s-sikurezza tat-tagħmir u tas-sistemi protettivi. Għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti għandhom jitqiesu kemm it-teknoloġija eżistenti fil-ħin tal-manifattura kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi importanti.

(10)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, speċjalment tal-ħaddiema, u meta jkun xieraq, protezzjoni tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà, u biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(11)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jassiguraw li jqiegħdu fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(12)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(13)

Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jwettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ unikament l-obbligu tal-manifattur.

(14)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-Unjoni jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dawk il-prodotti. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li l-prodotti li jintroduċu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jintroduċux fis-suq prodotti li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u li l-marki u d-dokumentazzjoni tal-prodott magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(15)

Meta jintroduċi prodott fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq il-prodott ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott.

(16)

Id-distributur jqiegħed prodott fis-suq wara li dan ikun ġie introdott fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jassigura li t-trattament tal-prodott min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tal-prodott.

(17)

Kull operatur ekonomiku li jintroduċi prodott fis-suq f’ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika prodott b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(18)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-oġġett pirotekniku kkonċernat.

(19)

Meta tkun żgurata t-traċċabbiltà ta’ prodott fil-katina kollha tal-provvista, dan jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza biex jittraċċaw lil operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq prodotti mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddewlhom prodott jew ta’ dawk li lilhom għaddew prodott.

(20)

Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali. Sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti hemm bżonn ta’ dispożizzjoni għal preżunzjoni ta’ konformità għall-prodotti li huma f’konformità mal-istandards armonizzati li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (7) bl-iskop li jkunu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(21)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għal oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(22)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw, li l-prodotti li jitqiegħdu fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza essenzjali, hemm bżonn li jkun provdut għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġa. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli.

(23)

Il-manifatturi għandhom jimlew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni mitluba taħt din id-Direttiva dwar il-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva u dwar leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra tal-armonizzazzjoni.

(24)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali ta’ konformità.

(25)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ prodott, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(26)

Ċerti proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva jirrikjedu l-intervent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(27)

L-esperjenza wriet li l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 94/9/KE li korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom josservaw biex ikunu notifikati lill-Kummissjoni mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw livell uniformi għoli ta’ operat ta’ korpi notifikati fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda huwa essenzjali li l-korpi kollha notifikati jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fuq l-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jitlob li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jagħtu servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

(28)

Jekk xi korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati, għandha tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(29)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ kwalità fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità jeħtieġ ukoll li jkunu ffissati rekwiżiti għall-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati.

(30)

Is-sistema stabbilita f’din id-Direttiva għandha tkun ikkomplementata mis-sistema ta’ akkreditament kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditament huwa mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għandu jintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(31)

L-akkreditament trasparenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta’ konformità, għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fl-Unjoni kollha bħala l-mezz preferut li juri l-kompetenza teknika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li għandhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex jagħmlu dik il-valutazzjoni huma stess. F’dawn il-każijiet, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ kredibbiltà tal-valutazzjonijiet eżegwiti minn awtoritajiet nazzjonali oħra, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi l-konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu evalwati, mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

(32)

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sikwit jagħtu b’subappalt partijiet mix-xogħol tagħhom konness mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduh lil sussidjarju. Biex ikun salvagwardjat livell għoli ta’ protezzjoni meħtieġ għall-prodotti li jkunu se jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni, huwa essenzjali li s-subappaltaturi tal-valutazzjoni tal-konformità u s-sussidjarji jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi notifikati fir-rigward tat-twettiq ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni ta’ korpi li jridu jiġu notifikati u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet mwettqa minn subappaltaturi u sussidjarji.

(33)

Jeħtieġ li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċedura ta’ notifika u, b’mod partikolari, li tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda biex tkun tista’ ssir notifika onlajn.

(34)

Ladarba korpi notifikati jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju kollu tal-Unjoni, huwa xieraq li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jagħmlu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-korp notifikat. Huwa għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi notifikati.

(35)

Fl-interessi tal-kompetittività, huwa kruċjali li l-korpi notifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu xi piż bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni, u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, jeħtieġ li tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-moduli. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati.

(36)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-prodotti koperti b’din id-Direttiva jistgħu jiġu introdotti fis-suq biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huma ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. Il-prodotti koperti b’din id-Direttiva għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(37)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, japplikaw għall-prodotti koperti b’din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma għandhiex ma tħallix Stati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawn il-ħidmiet.

(38)

Id-Direttiva 94/9/KE diġà tipprevedi proċedura ta’ salvagwardja li hija meħtieġa biex tippermetti l-possibbiltà tal-kontestazzjoni tal-konformità ta’ prodott. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja eżistenti, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(39)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ oġġetti li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni, speċjalment tal-ħaddiema, jew għall-annimali domestiċi jew għall-proprjetà. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel fir-rigward ta’ dawk il-prodotti.

(40)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(41)

Sabiex jiġi żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8).

(42)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu l-Istat Membru ta’ notifika jieħu miżuri korrettivi fir-rigward ta’ korpi notifikati li ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifika tagħhom.

(43)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ prodotti konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(44)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ prodotti konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew għall-annimali domestiċi jew għall-proprjetà, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(45)

F’ konformita’ mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(46)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(47)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ prodotti li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(48)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(49)

Hemm bżonn li jkunu previsti arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu li tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott ta’ prodotti li kienu diġà ġew introdotti fis-suq taħt id-Direttiva 94/9/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu prodotti li ġew introdotti fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(50)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat li l-prodotti fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sikurezza tal-persuni, speċjalment tal-ħaddiema, u meta jkun xieraq, protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-proprjetà, waqt li jiġi garantit il-funzjonament tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jista’, pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjon, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(51)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti jirriżulta mid-Direttiva preċedenti.

(52)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttiva stabbilita fl-Anness XI, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal dawn li ġejjin, minn hawn ‘il quddiem magħrufa bħala “prodotti”:

(a)

tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi;

(b)

mekkaniżmi ta’ sikurezza, mekkaniżi li jikkontrollaw u mekkaniżmi li jirregolaw maħsuba għall-użu barra atmosferi potenzjalment esplużivi imma meħtieġa jew li jikkontribwixxu għall-funzjonament b’sikurezza tat-tagħmir u tas-sistemi ta’ protezzjoni fejn għandhom x’jaqsmu r-riskji ta’ splużjoni;

(c)

komponenti maħsuba biex jiġu inkorporati f’tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni msemmija fil-punt (a).

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

mekkaniżmi mediċi maħsuba għall-użu f’ambjent mediku;

(b)

tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni fejn il-perikolu ta’ splużjoni jirriżulta esklussivament mill-preżenza ta’ sustanzi esplużivi jew sustanzi kimiċi mhux stabbli;

(c)

tagħmir maħsub għall-użu f’ambjenti domestiċi u mhux kummerċjali fejn atmosferi potenzjalment esplużivi jistgħu biss ikunu maħluqa rarament, unikament bħala riżultat ta’ tnixxija aċċidentali ta’ gass karburant;

(d)

tagħmir personali ta’ protezzjoni kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (9);

(e)

bastimenti ta’ fuq il-baħar u unitajiet mobbli ‘l barra mix-xtut flimkien ma’ tagħmir abbord dawn il-bastimenti jew l-unitajiet;

(f)

mezzi ta’ trasport, jiġifieri vetturi u l-karrijiet tagħhom maħsuba biss għat-trasport ta’ passiġġieri bl-ajru jew bit-triq, bil-ferrovija jew bir-retikolati fuq l-ilma, kif ukoll mezzi ta’ trasport sal-limitu li dawn il-mezzi huma ddisinjati għat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru, fi triq pubblika jew bir-retikolati tal-ferrovija jew fuq l-ilma. Vetturi maħsuba għall-użu f’atmosfera potenzjalment esplużiva ma għandhomx ikunu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva;

(g)

it-tagħmir kopert mill-punt (b) tal-Artikolu 346(1)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tagħmir” tfisser magni, apparat, mekkaniżmi fissi jew mobbli, komponenti ta’ kontroll u l-instrumentazzjoni tagħhom u sistemi ta’ kxif u prevenzjoni li, separatament jew flimkien, huma maħsuba għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment, il-ħażna, il-kejl, il-kontroll u l-konverżjoni ta’ enerġija u/jew l-ipproċessar ta’ materjal u li huma kapaċi jikkawżaw splużjoni permezz tas-sorsi potenzjali tat-tiqbid tagħhom stess;

(2)

“sistemi ta’ protezzjoni” tfisser mezzi minbarra partijiet ta' tagħmir li huma maħsuba biex iżommu l-isplużjonijiet tal-bidu minnufih u/jew biex jillimitaw il-firxa effettiva ta’ splużjoni u li separatament jitqiegħdu fis-suq għall-użu bħala sistemi awtonomi;

(3)

“komponenti” tfisser kull oġġett essenzjali għall-funzjonament b’sikurezza ta’ tagħmir u sistemi ta’ tagħmir imma b’ebda funzjoni awtonoma;

(4)

“atmosfera esplużiva” tfisser taħlita ta’ arja, f’kundizzjonijiet atmosferiċi, ta’ sostanzi fjammabbli fil-forma ta’ gassijiet, fwar, ċpar jew trabijiet li fihom, wara li jseħħ it-tiqbid, il-kombustjoni tinfirex għat-taħlita sħiħa mhux maħruqa;

(5)

“atmosfera potenzjalment esplużiva” tfisser atmosfera li tista’ ssir esplużiva minħabba kundizzjonijiet lokali u operazzjonali;

(6)

“il-grupp ta’ tagħmir I” tfisser tagħmir maħsub għall-użu f’partijiet ta’ mini taħt l-art, u f’dawk il-partijiet ta’ installazzjonijiet fil-wiċċ ta’ dawn il-mini, li x’aktarx jitqiegħdu f’perikolu minn gassijiet li jisplodu meta jitħalltu mal-arja u/jew trab kombustibbli, inkluż tagħmir fil-kategoriji M1 u M2 kif stabbilit fl-Anness I,

(7)

“il-grupp ta’ tagħmir II” tfisser tagħmir maħsub għall-użu f’postijiet oħrajn li x’aktarx jitqiegħdu f’perikolu minn atmosferi esplużivi, inkluż tagħmir fil-kategoriji 1, 2 u 3 kif stabbilit fl-Anness I;

(8)

kategorija tat-tagħmir tfisser il-klassifikazzjoni tat-tagħmir, f’kull grupp ta’ tagħmir, speċifikat fl-Anness I, li tiddetermina l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni li għandu jkun żgurat;

(9)

“użu maħsub” tfisser l-użu ta’ prodott preskritt mill-manifattur billi jassenja t-tagħmir għal-grupp u kategorija ta’ tagħmir partikolari jew billi jipprovdi l-informazzjoni kollha li hi meħtieġa għall-funzjonament sikur ta’ sistema ta’ protezzjoni, apparat jew komponent,

(10)

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(11)

“introduzzjoni fis-suq” tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba ta’ prodott fis-suq tal-Unjoni;

(12)

“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li tqabbad lil min ifassal jew jimmanifattura tali prodott, u jikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha jew tużah għall-iskopijiet tagħha;

(13)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu b’rabta ma’ kompiti speċifiċi;

(14)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(15)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, barra l-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed prodott fis-suq;

(16)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(17)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott;

(18)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(19)

“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(20)

“korp nazzjonali tal-akkreditament” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditament kif definit fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(21)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali ta’ din id-Direttiva relatati ma’ prodott, ġewx issodisfati;

(22)

“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;

(23)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(24)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott fil-katina tal-provvista jitqiegħedfis-suq;

(25)

“leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kull leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(26)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha.

Artikolu 3

It-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-prodotti jistgħu jitqiegħdufis-suq u jitqiegħdu fis-servizz biss jekk, meta installati u miżmuma korrettament u użati skont l-għan maħsub tagħhom, ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri biex jistipulaw dawk ir-rekwiżiti li jistgħu jqisu meħtieġa sabiex jiżguraw li persuni u, b’mod partikolari, il-ħaddiema huma protetti meta jużaw il-prodotti rilevanti sakemm dan ma jfissirx li dawn il-prodotti jkunu modifikati b’mod mhux speċifikat f’din id-Direttiva.

3.   F’fieri, wirjiet u dimostrazzjonijiet, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri ta’ prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, sakemm sinjal viżibbli jindika b’mod ċar li tali prodotti ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva u mhumiex għall-bejgħ sakemm ma jinġibux f’konformità mill-manifattur. Matul id-dimostrazzjonijiet, għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta’ sikurezza biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni.

Artikolu 4

Rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza

Il-prodotti għandhom jilħqu r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stipulati fl-Anness II li japplikaw għalihom, filwaqt li jittieħed kont tal-użu maħsub tagħhom.

Artikolu 5

Moviment liberu

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojibixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom tal-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

KAPITOLU 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 6

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jintroduċu l-prodotti tagħhom fis-suq jew jużawhom għall-iskopijiet tagħhom, il-manifatturi għandhom jiżguraw li tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II.

2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi III sa IX u jwettqu l-proċedura rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 13 jew iqabbdu il xi ħadd jagħmilha.

Fejn ikun intwera permezz ta’ dik il-proċedura li l-prodott, għajr komponent, ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE.

Fejn ikun intwera permezz tal-proċedura rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità li komponent ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu attestazzjoni bil-miktub tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 13(3).

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li kull prodott ikun akkumpanjat minn kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew l-attestazzjoni tal-konformità, kif ikun xieraq. Madankollu, meta għadd kbir ta’ prodotti jiġu fornuti lil utent wieħed, il-partita jew il-kunsinna konċernata tista’ tkun akkumpanjata b’kopja unika.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew, fejn applikabbli, l-attestazzjoni tal-konformità għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom f’posthom proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu b’mod suffiċjenti dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ prodott.

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-utenti aħħarija, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li huma introduċew fis-suq ikollhom numru tat-tip, tal-partita jew tas-serje jew element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-prodott ma jagħmlux dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

6.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti, għajr il-komponenti, li huma introduċew fis-suq ikollhom il-marka speċifika ta’ protezzjoni kontra l-isplużjoni u, fejn applikabbli, il-marki u l-informazzjoni l-oħra msemmija fil-punt 1.0.5 tal-Anness II.

7.   Il-manifatturi għandhom jindikaw, fuq il-prodott, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

8.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza kif ukoll kull tip ta’ tikkettar għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

9.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu introduċew fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-prodott fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

10.   Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-prodotti li jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 7

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifattur jista’, b’mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u l-obbligu tat-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew, fejn applikabbli, l-attestazzjoni tal-konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq;

(b)

wara talba motivata minn awtorità kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ prodott;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, wara talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn prodotti koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 8

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom jintroduċu fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi.

2.   Qabel ma jintroduċu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità, msemmija fl-Artikoli 13, mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu l-marka CE, fejn applikabbli, ikollu miegħu d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u l-attestazzjoni tal-konformità u d-dokumenti rikjesti, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6(5),(6) u (7).

Fejn importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I, huwa ma għandux jintroduċi l-prodott fis-suq sakemm dan ikun għadu ma sarx konformi. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi għandhom jindikaw, fuq il-prodott, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness II.

6.   Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji preżentati minn prodott, l-importaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-utenti aħħarija, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu introduċew fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu qiegħdu l-prodott fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.   Importaturi, għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, jew, fejn applikabbli, tal-attestazzjoni tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’ forma elettronika biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-prodotti li jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 9

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jqiegħdu prodott fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq id-distributuri għandhom jivverifikaw li prodott ikollu l-marka CE, fejn applikabbli, li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew mill-attestazzjoni tal-konformità u mid-dokumenti meħtieġa u minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali fl-Istat Membru fejn ikun se jitqiegħed fis-suq il-prodott, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5), (6) u (7) u l-Artikolu 8(3) rispettivament.

Fejn distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness II, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun għadu sarx konformi. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness II.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-prodott fis-suq dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, wara talba motivata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità ta’ prodott. Dawn għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 10

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 6, fejn ikun huwa jintroduċi prodott fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika prodott li diġà jkun ġie introdott fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 11

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdiehom bi prodott;

(b)

kull operatur ekonomiku li huma jkunu pprovdew bi prodott.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bil-prodott u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew il-prodott.

KAPITOLU 3

IL-KONFORMITÀ TAL-PRODOTT

Artikolu 12

Preżunzjoni ta’ konformità tal-prodotti

1.   Il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness II koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

2.   Fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha li jqisu meħtieġa biex iġibu għall-attenzjoni tal-partijiet konċernati l-istandards nazzjonali eżistenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meqjusa bħala importanti jew rilevanti għall-implimentazzjoni kif suppost tar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 13

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċeduri li jridu jkunu segwiti għall-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir u, fejn meħtieġ, tal-apparat imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) għandhom ikunu kif ġej:

(a)

għall-gruppi tat-tagħmir I u II, il-kategorija tat-tagħmir M1 u 1, l-eżami tat-tip tal-UE deskritt fl-Anness III, flimkien ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

il-konformità tat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni deskritta fl-Anness IV;

il-konformità tat-tip ibbażata fuq il-verifika tal-prodott deskritta fl-Anness V;

(b)

għall-gruppi tat-tagħmir I u II, il-kategorija tat-tagħmir M2 u 2:

(i)

fil-każ ta’ inġenji ta’ kombustjoni interna u tagħmir elettriku f’dawn il-gruppi u l-kategoriji, l-eżami tat-tip UE deskritt fl-Anness III, flimkien ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

il-konformità tat-tip ibbażata fuq il-kontroll tal-produzzjoni interna flimkien mal-ittestjar tal-prodott sorveljat deskritta fl-Anness VI;

il-konformità tat-tip ibbażata fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott deskritta fl-Anness VII;

(ii)

fil-każ ta’ tagħmir ieħor f’dawn il-gruppi u kategoriji, il-kontroll intern tal-produzzjoni deskritt fl-Anness VIII u l-komunikazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika prevista fl-Anness VIII, il-punt 2, lil korp notifikat, li għandu jikkonferma li jkun irċevieha kemm jista’ jkun malajr u għandu jżommha;

(c)

għall-grupp ta’ tagħmir II, il-kategorija 3 tat-tagħmir, il-kontroll intern tal-produzzjoni deskritt fl-Anness VIII;

(d)

għall-gruppi ta’ tagħmir I u II, b’żieda mal-proċeduri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu, il-konformità bbażata fuq il-verifika tal-unità deskritta fl-Anness IX tista’ tiġi segwita wkoll.

2.   Il-proċedura msemmija fil-punti (a) jew (d) tal-paragrafu 1 għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ sistemi ta’ protezzjoni.

3.   Il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikati fejn għandhom x’jaqsmu l-komponenti ħlief għat-twaħħil tal-marka CE u t-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE. Għandha tinħareġ attestazzjoni bil-miktub tal-konformità mill-manifattur, li tiddikjara l-konformità tal-komponenti mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ din id-Direttiva u li tiddikjara l-karatteristiċi tagħhom u l-mod li bih għandhom ikunu inkorporati fit-tagħmir jew fis-sistemi ta’ protezzjoni biex jgħinu l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli għat-tagħmir lest jew għas-sistemi ta’ protezzjoni lesti.

4.   Fir-rigward tal-aspetti ta’ sikurezza msemmja fil-punt 1.2.7 tal-Anness II, minbarra l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-proċedura msemmija fl-Anness VIII tista’ tiġi segwita wkoll.

5.   B’deroga mill-paragrafi minn 1, 2 u 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara talba debitament ġustifikata, jawtorizzaw l-introduzzjoni fis-suq u fis-servizz fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tal-prodotti, għajr il-komponenti, li dwarhom il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ma kinux applikati u li l-użu tagħhom hu fl-interessi tal-protezzjoni.

6.   Id-dokumenti u l-korrispondenzi li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 4 għandhom jitfasslu f’lingwa, determinat mill-Istat Membru konċernat.

Artikolu 14

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness II tkun intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness X, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Annessi III sa IX u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn il-prodott jiġi introdott fis-suq jew jitqiegħed fis-suq.

3.   Fejn prodott huwa suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jesiġi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati, inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 15

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 16

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE u marki oħrajn

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u indelibbli. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx konsiljabbli minħabba n-natura tal-prodott, din għandha titwaħħal fuq l-ippakkjar u fuq i-ddokumenti ta’ akkumpanjament.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jiġi introdott fis-suq.

3.   Taħt il-marka CE għandu jkun hemm in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq struzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.   Il-marka CE u, fejn applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jkun segwit bil-marka speċifika tal-protezzjoni kontra l-isplużjoni Image , is-simboli tal-grupp u l-kategorija tat-tagħmir u, fejn applikabbli, il-marki u l-informazzjoni l-oħra msemmija fil-punt 1.0.5 tal-Anness II.

5.   Taħt il-marka CE u l-marki, is-simboli u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u, fejn ikun applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat imsemmi jista’ jkun hemm kwalunkwe marka li tindika riskju jew użu speċjali.

Il-prodotti li jiġu disinjati għal atmosfera esplużiva partikolari għandhom ikunu hekk immarkati.

6.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-marka CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dik il-marka.

KAPITOLU 4

NOTIFIKA TAL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 17

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’korpi awtorizzati sabiex iwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità tal-parti terza skont din id-Direttiva.

Artikolu 18

Awtoritajiet ta’ notifika

1.   Stati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika waħda li għandha tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, inklużi l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u b’konformità miegħu.

3.   Fejn l-awtorità ta’ notifika tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19. Barra minn hekk, dan għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-responsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità ta’ notifika għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-ħidmiet imwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 19

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet ta’ notifika

1.   Awtorità ta’ notifika għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jkunx hemm konflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

2.   Awtorità ta’ notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   Awtorità ta’ notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.   Awtorità ta’ notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi xi attivitajiet li jsiru minn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   Awtorità ta’ notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.   Awtorità ta’ notifika għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jitwettqu korrettament il-kompiti tagħha.

Artikolu 20

Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtoritajiet ta’ notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi ta’ notifika, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 21

Rekwiżiti marbuta ma’ korpi notifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika, kull korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.

2.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jivvaluta.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess jintwerew, jitqies bħala tali korp ta’ valutazzjoni tal-konformità.

4.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li jinħtieġu għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti għal skopijiet personali.

Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan għandu japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjoni, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni ta’ konformità assenjati lilu permezz tal-Annessi minn III sa VII u l-Anness IX u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu n-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott konċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnu u awtorità adegwata biex jagħmel dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

għarfien u komprensjoni xierqa tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness II, tal-istandards armonizzati applikabbli tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tal-leġislazzjoni nazzjonali;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.   Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell tal-ġestjoni tagħhom, u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Ir-rimunerazzjoni ta’ dawk fl-ogħla livell tal-ġestjoni u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddipendi fuq l-għadd ta’ valutazzjonijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu għal polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont l-Annessi minn III sa VII u l-Anness IX jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Artikolu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

11.   Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun mgħarraf dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp notifikat stabbilit skont il-leġizlazzjoni tal-Unjoni rilevanti ta’ armonizzazzjoni u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 22

Preżunzjoni ta’ konformità ta’ korpi notifikati

Fejn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 23

Sussidjarji u sottokuntrattar ta’ korpi notifikati

1.   Fejn korp notifikat jagħti b’sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 u għandu jinforma lill-awtorità ta’ notifika dwar dan.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità ta’ notifika d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Annessi minn III sa VII u l-Anness IX.

Artikolu 24

Applikazzjoni għal notifika

1.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità ta’ notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni għal notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-prodott jew prodotti li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta’ akkreditament, jekk ikun hemm wieħed eżistenti, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditament li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21.

3.   Jekk il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jistax jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditament, dan għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21.

Artikolu 25

Proċedura ta’ notifika

1.   L-awtoritajiet ta’ notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21.

2.   Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-prodott jew prodotti kkonċernati u tal-attestament rilevanti tal-kompetenza.

4.   Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 24(2), l-awtorità ta’ notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun eżaminat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma jkunx intuża akkreditament.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp notifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   L-awtorita’ li tinnotifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 26

Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp notifikat.

Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati taħt id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li kienu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 27

Tibdil fin-notifiki

1.   Fejn awtorità ta’ notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità ta’ notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu ssodisfati. Huwa għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru ta’ notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità ta’ notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 28

Kontestazzjoni tal-kompetenza ta’ korpi notifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp notifikat jew jekk korp notifikat għadux jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jkollu.

2.   L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, wara talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru ta’ notifika sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 29

Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Annessi minn III sa VII u l-Anness IX.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod huma għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni rikjest biex il-prodott ikun konformi ma’ din id-Direttiva.

3.   Fejn korp notifikat isib li rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti fl-Anness II jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikxazzjonijiet tekniċi oħrajn ma ġewx issodisfati mill-manifattur, huwa għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi adegwati u ma għandux joħroġ ċertifikat ta’ konformità.

4.   Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li prodott ma jkunx għadu konformi, il-korp notifikat għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċerifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn ma jittiħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 30

Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati.

Artikolu 31

Obbligu ta’ informazzjoni dwar korpi notifikati

1.   Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità ta’ notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)

kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu jew il-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

wara talba, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn notifikati taħt din id-Direttiva li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess prodotti bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, wara talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 32

Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 33

Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn korpi notifikati taħt din id-Direttiva u li dawn isiru kif xieraq f’forma ta’ grupp settorjali ta’ korpi notifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU 5

IS-SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, IL-KONTROLL TAL-PRODOTTI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 34

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti koperti bl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 35

Proċedura għat-trattament ta’ prodotti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed għandhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmnu li prodott jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għall-annimali domestiċi jew għall-proprjetà, huma għandhom jagħmlu valutazzjoni fir-rigward tal-prodott konċernat li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, tul il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex il-prodott isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira l-prodott mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha konċernati li huwa jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu li l-prodott jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom, biex il-prodott jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni jew mal-protezzjoni tal-annimali domestiċi jew il-proprjetà; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tal-prodott ikkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq, mingħajr dewmien.

Artikolu 36

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Fejn, wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali tkun ikkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-prodott li ma jikkonformax jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif inhu xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott jinstab kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 35(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 37

Prodotti konformi li jippreżentaw riskju

1.   Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni taħt l-Artikolu 35(1), isib li, għalkemm prodott ikun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għall-annimali domestiċi jew għall-proprjetà, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li prodott konċernat, meta jiġi introdott fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtira l-prodott jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif hu jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-prodotti kollha li huwa jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott konċernat, l-oriġini u l-katina tal-provvista tal-prodott, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).

Għal raġunijiet indispensabbli ġġustifikati ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, għall-annimali domestiċi jew għall-proprjetà, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(4).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 38

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 35, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE, fejn meħtieġa, ma tkunx twaħħlet;

(c)

il-marka speċifika tal-protezzjoni kontra l-isplużjoni Image , is-simboli tal-grupp u l-kategorija tat-tagħmir u, fejn applikabbli, il-marki u l-informazzjoni l-oħra twaħħlu bi ksur tal-punt 1.0.5 tal-Anness II jew ma twaħħlux;

(d)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn dak il-korp hu involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 16 jew ma jkunx twaħħal;

(e)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew l-attestazzjoni tal-konformità, skont il-każ, ma takkumpanjax il-prodott;

(f)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew, meta meħtieġa, l-attestazzjoni tal-konformità, ma tkunx saret b’mod korrett;

(g)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(h)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(7) jew fl-Artikolu 8(3) hi nieqsa, falza jew inkompleta;

(i)

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 8 ma jkunx issodisfat.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott jitqiegħed fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi rtirat mis-suq.

KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 39

Il-proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għat-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew meħtieġa minn xi leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru taħt ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 40

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur, minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ prodotti koperti bid-Direttiva 94/9/KE li jikkonformaw ma’ dik id-Direttiva u li ġew introdotti fis-suq qabel l-20 ta’ April 2016.

2.   Iċ-ċertifikati maħruġa skont id-Direttiva 94/9/KE għandhom jibqgħu validi skont din id-Direttiva.

Artikolu 42

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sad-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità mal-Artikolu 1, punti 2 u 8 sa 26 tal-Artikolu 2, l-Artikolu 3, l-Artikoli 5 sa 41 u l-Annessi minn III sa X. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza trid issir u kif dik id-dikjarazzjoni tkun formulata.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 43

Tħassir

Id-Direttiva 94/9/KE, kif emendata bir-Regolament elenkat f’Anness XI, Parti A, b’dan titħassar b’effett mill-20 ta’ April 2016 bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttiva stabbilita fl-Anness XI, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XII.

Artikolu 44

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti 1 u 3 sa 7 tal-Artikolu 2, l-Artikolu 4 u l-Annessi I, II, XI u XII għandhom jappikaw mill-20 ta’ April 2016.

Artikolu 45

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014. (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1.

(4)  Ara l-Anness XI, Parti A.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(7)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(8)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(9)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.


ANNESS I

IL-KRITERJI LI JISTABBILIXXU L-KLASSIFIKA TA’ GRUPPI TA’ TAGĦMIR F’KATEGORIJI

1.   Il-grupp ta’ tagħmir I

(a)

Il-kategorija ta’ tagħmir M 1 tinkludi tagħmir iddisinjat u, fejn meħtieġ, mgħammar b’mezzi addizzjonali speċjali ta’ protezzjoni biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri ta’ tħaddim stabbiliti mill-manifattur u li jassiguraw livell għoli ħafna ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għall-użu f’partijiet taħt l-art ta’ minjieri kif ukoll f’dawk il-partijiet ta’ installazzjonijiet fil-wiċċ ta’ dawn il-minjieri mqiegħda f’perikolu minn gass li jisplodi meta jiġi f’kuntatt mal-arja u/jew trab kombustibbli.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu meħtieġ jibqa’ funzjonabbli, anke fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir, b’atmosfera esplużiva preżenti, u huwa kkaratterizzat b’mezzi ta’ protezzjoni b’tali mod li:

fil-każ ta’ ħsara f’mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz indipendenti ieħor jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

jew il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa żgurat fil-każ ta’ żewġ nuqqasijiet li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mar-rekwiżiti supplimentari msemmija fil-punt 2.0.1 tal-Anness II.

(b)

Il-kategorija ta’ tagħmir M 2 tinkludi tagħmir iddisinjat biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri ta’ tħaddim stabbiliti mill-manifattur u jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għal użu f’partijiet taħt l-art ta’ minjieri kif ukoll f’dawk il-partijiet ta’ installazzjonijiet fil-wiċċ ta’ dawn il-minjieri li x’aktarx jitqiegħdu f’perikolu minn gass li jisplodi meta jiġi f’kuntatt mal-arja u/jew trab kombustibbli.

Dan it-tagħmir hu maħsub li jkun dienerġizzat fil-każ ta’ atmosfera esplużiva.

Il-mezzi ta’ protezzjoni li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir f’din il-kategorija jiżguraw il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni matul operazzjoni normali u anke fil-każ ta’ kundizzjonijiet ambjentali li jinbidlu.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mar-rekwiżiti supplimentari msemmija fil-punt 2.0.2 tal-Anness II.

2.   Il-grupp ta’ tagħmir II

(a)

Il-kategorija ta’ tagħmir 1 tinkludi tagħmir iddisinjat biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri operazzjonali stabbiliti mill-manifattur u li jiżgura livell għoli ħafna ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għall-użu f’żoni fejn l-atmosferi esplużivi kkawżati minn taħlitiet ta’ arja u gassijiet, fwar jew ċpar jew minn taħtlitiet ta’ arja/trab huma preżenti kontinwament, għal perjodi twal jew frekwenti.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jiżgura l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni, anke fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir, u hu kkaratterizzat permezz ta’ protezzjoni b’tali mod li:

fil-każ ta’ ħsara f’mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz indipendenti ieħor jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

jew il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa żgurat fil-każ ta’ żewġ nuqqasijiet li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mar-rekwiżiti supplimentari msemmija fil-punt 2.1 tal-Anness II.

(b)

Il-kategorija ta’ tagħmir 2 tinkludi tagħmir iddisinjat biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri operazzjonali stabbiliti mill-manifattur u jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għall-użu f’żoni fejn atmosferi esplużivi kkawżati minn gassijiet, fwar, ċpar jew taħlitiet ta’ arja/trab x’aktarx iseħħu xi kultant.

Il-mezzi ta’ protezzjoni li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir f’din il-kategorija jiżguraw il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni, anke fil-każ ta’ disturbi li jseħħu b’mod frekwenti jew nuqqasijiet fit-tagħmir li normalment għandu jittieħed kont tagħhom.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mar-rekwiżiti supplimentari msemmija fil-punt 2.2 tal-Anness II.

(c)

Il-kategorija ta’ tagħmir 3 tinkludi tagħmir iddisinjat biex ikun kapaċi jiffunzjona f’konformità mal-parametri operazzjonali stabbiliti mill-manifattur u jiżgura livell normali ta’ protezzjoni.

It-tagħmir f’din il-kategorija hu maħsub għall-użu f’żoni fejn l-atmosferi esplużivi kkawżati mill-gassijiet, mill-fwar, miċ-ċpar, jew mit-taħlitiet ta’ arja/trab x’aktarx ma jseħħux jew, jekk iseħħu, x’aktarx biss b’mod infrekwenti u għal perjodu qasir biss.

It-tagħmir f’din il-kategorija jiżgura l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni matul l-operazzjoni normali.

It-tagħmir f’din il-kategorija għandu jikkonforma mar-rekwiżiti supplimentari msemmija fil-punt 2.3 tal-Anness II.


ANNESS II

REKWIŻITI ESSENZJALI TAS-SAĦĦA U TAS-SIKUREZZA LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAD-DISINN U L-KOSTRUZZJONI TA’ TAGĦMIR U S-SISTEMI TA’ PROTEZZJONI MAĦSUBA GĦALL-UŻU F’ATMOSFERI POTENZJALMENT ESPLUŻIVI

Osservazzjonijiet preliminari

A.

Tagħrif teknoloġiku, li jista’ jinbidel malajr, għandu jittieħed kont tiegħu sa fejn hu possibbli u jiġi utilizzat minnufih.

B.

Għall-mekkaniżmi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1), ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza għandhom japplikaw biss sa fejn huma meħtieġa għall-funzjonament u l-operazzjoni sikuri u affidabbli ta’ dawk il-mekkaniżmi fejn għandhom x’jaqsmu r-riskji ta’ splużjoni.

1.   Rekwiżiti komuni għat-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni

1.0.   Rekwiżiti ġenerali

1.0.1.   Il-prinċipji ta’ sikurezza ta’ splużjoni integrata

Tagħmir u sistemi maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi għandhom jiġu ddisinjati mil-lat tas-sikurezza tal-isplużjoni integrata.

F’din il-konnessjoni, il-manifattur għandu jieħu miżuri:

fuq kollox, fejn possibbli, biex jipprevjeni l-formazzjoni ta’ atmosferi esplużivi li jistgħu jkunu prodotti jew rilaxxati minn tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni nfushom,

biex jipprevjeni t-tqabbid ta’ atmosferi esplużivi, waqt li jingħata kont tax-xorta ta’ kull sors ta’ tqabbid elettriku u mhux elettriku,

jekk madanakollu sseħħ splużjoni li tista’ direttament jew indirettament tipperikola persuni u, skont il-każ, annimali domestiċi jew proprjetà, li titwaqqaf minnufih u/jew tiġi limitata l-firxa tal-fjammi tal-isplużjoni u l-pressjonijiet tal-isplużjoni għal livell suffiċjenti ta’ sikurezza.

1.0.2.   It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati wara analiżi debita tan-nuqqasijiet possibbli ta’ operazzjoni sabiex sa fejn hu possibbli jkunu preklużi sitwazzjonijiet perikolużi.

Kull użu ħażin li jista’ jkun raġonevolment antiċipat għandu jittieħed kont tiegħu.

1.0.3.   Kontroll speċjali u kundizzjonijiet ta’ manutenzjoni

Tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni soġġetti għal verifika speċjali u kundizzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom ikunu ddisinjati u mibnija waqt li jiġu kkonsidrati dawn il-kundizzjonijiet.

1.0.4.   Kundizzjonijiet fiż-żona ta’ mad-dawra

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija biex ikunu kapaċi jlaħħqu mal-kundizzjonijiet fiż-żona ta’ mad-dawra attwali jew previsti.

1.0.5.   Il-marki

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni kollha għandhom ikunu mmarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx bid-dettalji minimi li ġejjin:

l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata, u l-indirizz tal-manifattur,

il-marka CE (ara l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 765/2008),

l-isem tas-serje jew tat-tip,

in-numru tal-partita jew tas-serje, jekk ikun hemm,

is-sena tal-kostruzzjoni,

il-marka speċifika tal-protezzjoni kontra l-isplużjoni Image , segwita bis-simbolu tal-grupp u l-kategorija tat-tagħmir,

għall-grupp ta’ tagħmir II, l-ittra “G” (li tikkonċerna l-atmosferi esplużivi kkawżati minn gassijiet, fwar jew ċpar),

u/jew

l-ittra “D” (li tikkonċerna atmosferi esplużivi kkawżati mit-trab).

Barra minn hekk, fejn meħtieġ, għandhom ikunu wkoll immarkati bl-informazzjoni kollha essenzjali għall-użu sikur tagħhom.

1.0.6.   Istruzzjonijiet

(a)

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni kollha għandu jkollhom magħhom l-istruzzjonijiet, inklużi mill-inqas id-dettalji li ġejjin:

rikapitulazzjoni tal-informazzjoni li biha hu mmarkat it-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni, ħlief għan-numru tal-partita jew tas-serje (ara l-punt 1.0.5), flimkien ma’ kull informazzjoni addizzjonali xierqa biex tkun iffaċilitata l-manutenzjoni (e.ż, l-indirizz ta’ dak li jsewwi, eċċ.);

l-istruzzjonijiet għal:

tqegħid fis-servizz sikur,

użu sikur,

immuntar u żarmar sikuri,

manutenzjoni (manutenzjoni u tiswija ta’ emerġenza) sikura,

installazzjoni sikura,

aġġustament sikur;

fejn meħtieġ, indikazzjoni taż-żoni ta’ perikolu quddiem mekkaniżmi li jtaffu l-pressjoni;

fejn meħtieġ, istruzzjonijiet ta’ tħarriġ;

dettalji li jippermettu li tittieħed deċiżjoni ‘l hinn minn kull dubju dwar jekk oġġett ta’ tagħmir f’kategorija speċifika jew sistema ta’ protezzjoni jistax jintuża b’sikurezza fiż-żona maħsuba skont il-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni mistennija;

parametri elettriċi u ta’ pressjoni, temperaturi massimi fil-wiċċ u l-limiti ta’ valuri oħrajn;

fejn meħtieġa, kundizzjonijiet speċjali tal-użu, inklużi dettalji ta’ użu ħażin possibbli li l-esperjenza wriet li jista’ jseħħ;

fejn meħtieġa, il-karatteristiċi essenzjali tal-għodda li tista’ tintrama mat-tagħmir jew mas-sistema protettiva.

(b)

L-istruzzjonijiet għandu jkun fihom it-tpinġijiet u disinji meħtieġa għat-tqegħid fis-servizz, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, l-eżami tal-operazzjoni korretta u, fejn xieraq, it-tiswija tat-tagħmir jew tas-sistema ta’ protezzjoni, flimkien mal-istruzzjonijiet utli kollha, b’mod partikolari fejn għandha x’taqsam is-sikurezza.

(c)

Il-letteratura li tiddeskrivi t-tagħmir jew is-sistema ta’ protezzjoni ma għandhiex tikkontradixxi l-istruzzjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu l-aspetti ta’ sikurezza.

1.1.   Għażla ta’ materjali

1.1.1.   Il-materjali użati għall-kostruzzjoni ta’ tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni ma għandhomx jinstigaw splużjoni, waqt li jittieħed kont tal-pressjoni operazzjonali prevista.

1.1.2.   Fil-limiti tal-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni stabbiliti mill-manifattur, ma għandux ikun possibbli li sseħħ reazzjoni bejn materjali użati u l-kostitwenti tal-atmosfera potenzjalment esplużiva li tista’ tfixkel il-protezzjoni kontra l-isplużjoni.

1.1.3.   Il-materjali għandhom ukoll ikunu magħżula b’tali mod li bidliet previsti fil-karatteristiċi u l-kompatibilità tagħhom fil-kombinazzjoni ma’ materjali oħrajn ma jwasslux għal tnaqqis fil-protezzjoni mogħtija; b’mod partikolari, għandu jittieħed kont dovut tar-reżistenza tal-materjali kontra l-korrużjoni u l-użu, il-konduttività elettrika, is-saħħa mekkanika, ir-reżistenza kontra ż-żmien u l-effetti tal-varjazzjonijiet fit-temperatura.

1.2.   Id-disinn u l-kostruzzjoni

1.2.1.   It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’kont debitu għat-tagħrif teknoloġiku dwar il-protezzjoni kontra l-isplużjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu operati b’sikurezza tul il-ħajja prevista tagħhom.

1.2.2.   Il-komponenti li għandhom ikunu inkorporatit fi, jew użati bħala, sostituzzjonijiet fit-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija li jiffunzjonaw b’sikurezza għall-għan maħsub tagħhom ta’ protezzjoni kontra l-isplużjoni meta jiġu installati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

1.2.3.   Strutturi magħluqa u l-prevenzjoni ta’ xi nixxija

Tagħmir li jista’ jħalli gassijiet fjammabbli jew trabijiet għandu kull fejn possibbli jagħmel użu minn strutturi magħluqa biss.

Jekk it-tagħmir ikollu fetħiet jew ġonot li mhumiex issikkati, dawn għandhom, sa fejn possibbli, ikunu ddisinjati b’tali mod li l-ħruġ ta’ gassijiet jew trabijiet ma jistax jikkawża atmosferi esplużivi barra t-tagħmir.

Punti fejn il-materjali huma introdotti jew imneħħija għandhom, sa fejn possibbli, ikunu ddisinjati u mgħammra sabiex jillimitaw il-ħruġ ta’ materjali fjammabbli waqt il-mili jew ir-rimi.

1.2.4.   Depożiti ta’ trab

Tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni li huma maħsuba biex jintużaw f’żoni esposti għat-trab għandhom ikunu hekk iddisinjati sabiex trab ta’ depożitu fuq l-uċuħ tagħhom ma jitqabbadx.

Inġenerali, depożiti tat-trab għandhom ikunu limitati fejn possibbli. Tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu jistgħu jitnaddfu faċilment.

It-temperaturi tal-wiċċ tal-partijiet tat-tagħmir għandhom jinżammu sew taħt it-temperatura tal-kiwi tad-depożitu tat-trab.

Il-ħxuna tad-depożitu tat-trab għandha tiġi kkunsidrata u, fejn xieraq, għandu jittieħdu miżuri biex it-temperatura tiġi limitata sabiex tiġi evitata agglomerazzjoni tas-sħana.

1.2.5.   Mezzi addizzjonali ta’ protezzjoni

It-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni li jistgħu jkunu esposti għal ċerti tipi ta’ pressjoni esterna għandhom ikunu mgħammra, fejn meħtieġ, b’mezzi addizzjonali ta’ protezzjoni.

It-tagħmir għandu jiflaħ pressjoni rilevanti, mingħajr effett kuntrarju fuq il-protezzjoni kontra l-isplużjoni.

1.2.6.   Il-ftuħ b’sikurezza

Jekk it-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni jkunu qegħdin f’post jew kontenitur imsakkar li jifforma parti mill-protezzjoni kontra l-isplużjoni nnfisha, għandu jkun possibbli li dan il-post jew kontenitur jinfetaħ biss b’għodda speċjali jew permezz ta’ miżuri adattati ta’ protezzjoni.

1.2.7.   Protezzjoni kontra perikoli oħrajn

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u manifatturati sabiex:

(a)

jiġu evitati korrimenti jew ħsara oħra li jistgħu jkunu kawżati minn kuntatt dirett jew indirett;

(b)

ikun żgurat li t-temperaturi fil-wiċċ tal-partijiet aċċessibbli jew radjazzjoni li tista’ tikkawża perikolu, ma jiġux prodotti;

(c)

jiġu eliminati perikoli mhux elettriċi li jintwerew mill-esperjenza;

(d)

jiġi żgurat li kundizzjonijiet prevedibbli ta’ tagħbija żejda ma jikkawżawx sitwazzjonijiet perikolużi.

Meta, għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni, ir-riskji msemmija f’dan il-punt huma kollha jew parzjalment koperti minn leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika jew għandha tieqaf tapplika fil-każ ta’ dan it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni u ta’ dawk ir-riskji mal-applikazzjoni ta’ dik il-leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni.

1.2.8.   It-tagħbija żejda tat-tagħmir

It-tagħbija żejda perikoluża tat-tagħmir għandha tiġi evitata fl-istadju tad-disinn permezz ta’ kejl integrat, regolamenti u mekkaniżmi ta’ kontroll, bħal swiċċijiet li jaqtgħu kurrent żejjed, limitaturi tat-temperatura, swiċċijiet differenzjali ta’ pressjoni, flowmeters, time-lag relays, monitors ta’ veloċità żejda u/jew tipi simili ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljar.

1.2.9.   Sistemi ta’ għeluq li jirreżistu għall-fjammi tan-nar

Jekk partijiet li jistgħu jqabbdu atmosfera esplużiva jitqiegħdu f’għeluq, għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun żgurat li l-għeluq jiflaħ il-pressjoni żviluppata matul splużjoni interna ta’ taħlita esplużiva u jipprevjeni t-trażmissjoni tal-isplużjoni għall-atmosfera esplużiva madwar l-għeluq.

1.3.   Sorsi potenzjali ta’ tqabbid

1.3.1.   Perikoli li jitqajmu minn sorsi differenti ta’ tqabbid

Sorsi potenzjali ta’ tqabbid bħal xrar, fjammi, arki elettroniċi, temperaturi għolja tal-wiċċ, enerġija akustika, radjazzjoni ottika, mewġ elettromanjetiku u sorsi oħrajn ta’ tqabbid ma għandhomx iseħħu.

1.3.2.   Perikoli kkawżati minn elettriku statiku

Kariki elettrostatiċi kapaċi li jirriżultaw fi skariki perikolużi għandhom ikunu evitati permezz ta’ miżuri adattati.

1.3.3.   Perikoli kkawżati minn kurrenti tal-elettriku u nixxigħat mfarrda

Kurrenti tal-elettriku u nixxigħat imfarrda f’partijiet ta’ tagħmir konduttivi li jistgħu jirriżultaw, pereżempju, f’korrożjoni perikoluża, tisħin żejjed ta’ uċuħ jew xrar kapaċi li jipprovoka t-taqbid għandhom ikunu evitati.

1.3.4.   Perikoli kkawżati minn sħana żejda

Sħana żejda kkawżata minn frizzjoni jew impatti li jseħħu, pereżempju, bejn materjali u partijiet f’kuntatt ma’ xulxin waqt ir-rotazzjoni jew permezz tal-intrużjoni ta’ partikoli barranin għandhom, sa fejn possibbli, għandhom jiġu evitati fl-istadju tad-disinn.

1.3.5.   Perikoli kkawżati minn operazzjonijiet għall-kumpens tal-pressjoni

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u jkollhom kejl integrat, mekkaniżmi ta’ kontroll u regolamenti li jikkumpensaw għall-pressjoni kkawżata minnhom ma jiġġenerawx mewġ ta’ xokkijiet jew kompressjonijiet li jistgħu jikkawżaw tqabbid.

1.4.   Perikoli kkawżati minn effetti esterni

1.4.1.   It-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija sabiex ikunu kapaċi jwettqu l-funzjoni maħsuba tagħhom f’sikurezza sħiħa, anke fit-tibdil tal-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom u fil-preżenza ta’ vultaġġi esterni, umdità, vibrazzjonijiet, kontaminazzjoni u effetti esterni oħrajn, waqt li jittieħed kont tal-limiti tal-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni stabbiliti mill-manifattur.

1.4.2.   Partijiet tat-tagħmir użati għandhom ikunu adattati għall-pressjonijiet maħsuba mekkaniċi u termali u kapaċi li jifilħu kull attakk minn sustanzi aggressivi eżistenti jew prevedibbli.

1.5.   Rekwiżiti għal mekkaniżi li għandhom x’jaqsmu mas-sikurezza

1.5.1.   Il-mekkaniżmi tas-sikurezza għandhom jiffunzjonaw b’mod indipendenti minn kull mekkaniżmu ta’ kejl u/jew ta’ kontroll meħtieġ għall-operazzjoni.

Sa fejn hu possibbli, nuqqas ta’ mekkaniżmu tas-sikurezza għandu jiġi identifikat malajr biżżejjed minn mezzi tekniċi adattati sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biss ftit probabilità li jseħħu sitwazzjonijiet perikolużi.

Il-prinċipju ta’ sikurezza li ma tfallix għandu jiġi applikat b’mod ġenerali.

Swiċċijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sikurezza għandhom b’mod ġenerali jattivaw il-mekkaniżmi ta’ kontroll rilevanti mingħajr kmand intermedju tas-software.

1.5.2.   Fil-każ li jfalli mekkaniżmu ta’ sikurezza, it-tagħmir u/jew sistemi ta’ protezzjoni għandhom, kull fejn possibbli, jiġu żgurati.

1.5.3.   Kontrolli ta’ waqfien b’emerġenza ta’ mekkaniżmi ta’ sikurezza għandhom, sa fejn possibbli, ikollhom restart lockouts. Kmand ġdid tal-bidu jista’ jseħħ fuq l-operazzjoni normali biss wara li r-restart lockouts ikunu ġew iffissati mill-ġdid intenzjonalment.

1.5.4.   Unitajiet ta’ kontroll u wiri

Meta jintużaw unitajiet ta’ kontroll u wiri, għandhom ikunu ddisinjati skont il-prinċipji ergonomiċi sabiex jinkiseb l-ogħla livell possibbli ta’ sikurezza ta’ operazzjoni fejn għandu x’jaqsam ir-riskju ta’ splużjoni.

1.5.5.   Ir-rekwiżiti għall-mezzi b’ funzjoni ta’ kejl għall-protezzjoni kontra l-isplużjoni

Sakemm għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir użat f’atmosferi esplużivi, mekkaniżmi b’funzjoni ta’ kejl għandhom ikunu ddisinjati u mibnija sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mar-rekwiżiti ta’ operazzjoni prevedibbli u l-kundizzjonijiet speċjali tal-użu.

1.5.6.   Fejn meħtieġ, għandu jkun possibbli li tiġi eżaminata l-eżattezza tal-qari u s-servizz tal-mekkaniżmi b’funzjoni ta’ kejl.

1.5.7.   Id-disinn tal-mekkaniżmi b’funzjoni ta’ kejl għandu jinkorpora fattur ta’ sikurezza li jiżgura li l-limitu ta’ allarm ikun qiegħed biżżejjed ‘l barra mill-limiti ta’ atmosferi ta’ splużjoni u/jew tqabbid li għandhom jiġu rreġistrati, waqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, tal-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni tal-installazzjoni u l-aberazzjonijiet possibbli fis-sistema tal-kejl.

1.5.8.   Riskji kkawżati mis-software

Fid-disinn ta’ tagħmir ikkontrollat mis-software, ta’ sistemi ta’ protezzjoni u mekkaniżmi ta’ sikurezza, għandu jittieħed kont speċjali tar-riskji kkawżati minn nuqqasijiet fil-pogramm.

1.6.   L-integrazzjoni tar-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom x’jaqsmu mas-sistema

1.6.1.   Kontroll manwali li jipprevali għandu jkun possibbli sabiex tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni inkorporati fil-proċessi awtomatiċi, li jvarjaw mill-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni maħsuba jingħalqu, sakemm dan ma jikkompromettix is-sikurezza.

1.6.2.   Meta s-sistema ta’ għeluq ta’ emerġenza hi attivata, l-enerġija akkumulata għandha tinxtered kemm jista’ jkun malajr u b’mod sikur jew iżolat sabiex ma tkunx iktar ta’ perikolu.

Dan ma japplikax għal enerġija merfugħa b’mod elettrokimiku.

1.6.3.   Perikoli kkawżati minn qtugħ tal-elettriku

Meta t-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni jistgħu jikkawżaw it-tixrid ta’ riskji addizzjonali fil-każ ta’ ħsara fis-sors tal-enerġija, għandu jkun possibbli jibqgħu fi stat ta’ sikurezza tal-operazzjoni b’mod indipendenti mill-bqija tal-installazzjoni.

1.6.4.   Perikoli kkawżati minn konnessjonijiet

It-tagħmir u s-sistemi ta’ protezzjoni għandu jkollhom aperturi xierqa għall-wajers u l-kondjuwit.

Meta t-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni huma maħsuba għal użu f’kombinazzjoni ma’ tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni oħrajn, l-interfaċċa għandha tkun bla perikolu.

1.6.5.   It-tqegħid ta’ mezzi ta’ avviż kontra l-periklu bħala partijiet tat-tagħmir

Meta t-tagħmir jew is-sistemi ta’ protezzjoni jkollhom mekkaniżmi ta’ identifikazzjoni jew allarm għas-sorveljar tas-seħħ ta’ atmosferi esplużivi, l-istruzzjonijiet meħtieġa għandhom jingħataw sabiex jippermettu li dawn ikunu pprovduti fil-postijiet addattati.

2.   Rekwiżiti supplimentari fejn għandu x’jaqsam it-tagħmir

2.0.   Il-ħtiġijiet applikabbli għat-tagħmir fil-grupp ta’ tagħmir I

2.0.1.   Il-ħtiġijiet applikabbli għall-kategorija ta’ tagħmir M 1 tal-grupp ta’ tagħmir I

2.0.1.1.

It-tagħmir għandu jun iddisinjat u mibni b’tali mod li sorsi ta’ tqabbid ma jsirux attivi, anke fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir.

It-tagħmir għandu jkun mgħammar b’mezzi ta’ protezzjoni b’tali mod li:

fil-każ ta’ ħsara f’mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz indipendenti ieħor jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

jew, il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa żgurat fil-każ ta’ żewġ ħsarat li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkun mgħammar b’mezzi speċjali addizzjonali ta’ protezzjoni.

Għandu jibqa’ jiffunzjona f’atmosfera esplużiva preżenti.

2.0.1.2.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkun hekk mibni sabiex ebda trab ma jkun jista’ jippenetra.

2.0.1.3.

It-temperaturi fil-wiċċ tal-partijiet ta’ tagħmir għandhom jinżammu b’mod ċar taħt it-temperatura ta’ tqabbid tat-taħlitiet prevedibbli ta’ arja/trab sabiex ikun evitat it-tqabbid ta’ trab imdendel.

2.0.1.4.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat li l-ftuħ ta’ partijiet ta’ tagħmir li jistgħu jkunu sorsi ta’ tqabbid ikun possibbli biss f’kundizzjonijiet mhux attivi jew intrinsikament sikuri. Meta ma jkunx possibbli li t-tagħmir jinġieb f’kundizzjoni mhux attiva, il-manifattur għandu jwaħħal tabella ta’ avviż mal-parti ta’ ftuħ tat-tagħmir.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkollu miegħu sistema addizzjonali adattata ta’ għeluq f’xulxin.

2.0.2.   Il-ħtiġijiet applikabbli għall-kategorija ta’ tagħmir M 2 tal-grupp ta’ tagħmir I

2.0.2.1.

It-tagħmir għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ protezzjoni li jiżgura li s-sorsi ta’ tqabbid ma jsirux attivi matul l-operazzjoni normali, ukoll f’kundizzjonijiet ta’ operazzjoni iktar severi, b’mod partikolari dawk ikkawżati minn immaniġġar bil-goff u kundizzjonijiet li jinbidlu tal-ambjent.

Dan it-tagħmir hu maħsub li jkun dienerġizzat fil-każ ta’ atmosfera esplużiva.

2.0.2.2.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat li l-ftuħ ta’ partijiet ta’ tagħmir li jistgħu jkunu sorsi ta’ tqabbid huwa possibbli biss f’kundizzjonijiet mhux attivi jew permezz ta’ sistemi ta’ għeluq f’xulxin adattati. Meta ma jkunx possibbli li t-tagħmir jintgħamel mhux attiv, il-manifattur għandu jwaħħal tabella ta’ avviż mal-parti ta’ ftuħ tat-tagħmir.

2.0.2.3.

Ir-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-perikoli ta’ splużjoni kkawżati mit-trab applikabbli għall-kategorija ta’ tagħmir għandhom jiġu applikati.

2.1.   Ir-rekwiżiti applikabbli għall-kategorija ta’ tagħmir 1 tal-grupp ta’ tagħmir II

2.1.1.   Atmosferi esplużivi kkawżati minn gassijiet, fwar jew ċpar

2.1.1.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li s-sorsi ta’ tqabbid ma jsirux attivi, anke fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir.

It-tagħmir għandu jkun mgħammar b’mezzi ta’ protezzjoni b’tali mod li:

fil-każ ta’ ħsara f’mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz indipendenti ieħor jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

jew, il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa żgurat fil-każ ta’ żewġ ħsarat li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

2.1.1.2.

Għal tagħmir b’uċuħ li jistgħu jisħnu, għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun żgurat li t-temperaturi dikjarati massimi fil-wiċċ ma jinqabżux anke fiċ-ċirkostanzi l-iktar sfavorevoli.

Żidiet fit-temperatura kkawżati minn akkumulazzjoni ta’ sħanat u reazzjonijiet kimiċi għandhom jitqiesu wkoll.

2.1.1.3.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat li l-ftuħ ta’ partijiet ta’ tagħmir li jistgħu jkunu sorsi ta’ tqabbid ikun possibbli biss f’kundizzjonijiet mhux attivi jew intrinsikament sikuri. Meta ma jkunx possibbli li t-tagħmir jitqiegħed f’kundizzjoni mhux attiva, il-manifattur għandu jwaħħal tabella ta’ avviż mal-parti ta’ ftuħ tat-tagħmir.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkollu miegħu sistema addizzjonali adattata ta’ għeluq f’xulxin.

2.1.2.   Atmosferi esplużivi kkawżati minn taħlitiet ta’ arja/trab

2.1.2.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li t-tqabbid ta’ taħlitiet ta’ arja/trab ma jseħħx ukoll fil-każ ta’ inċidenti rari li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir.

Għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ protezzjoni b’tali mod li

fil-każ ta’ ħsara f’mezz wieħed ta’ protezzjoni, mill-inqas mezz indipendenti ieħor jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni,

jew, il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni huwa żgurat fil-każ ta’ żewġ ħsarat li jseħħu b’mod indipendenti minn xulxin.

2.1.2.2.

Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat li t-trab jista’ jidħol jew jiskappa mit-tagħmir biss f’punti speċifikament immarkati.

Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat ukoll minn entraturi ta’ wajers u biċċiet ta’ konnessjoni.

2.1.2.3.

It-temperaturi fil-wiċċ tal-partijiet tat-tgħamir għandhom jinżammu sew taħt it-temperatura ta’ tqabbid tat-taħlitiet ta’ arja/trab prevedibbli sabiex ikun evidat it-tqabbid ta’ trab imdendel.

2.1.2.4.

Fejn għandu x’jaqsam il-ftuħ b’sikurezza tal-partijiet tat-tagħmir, japplika r-rekwiżit 2.1.1.3.

2.2.   Ir-rekwiżiti applikabbli għall-kategorija ta’ tagħmir 2 tal-grupp ta’ tagħmir II

2.2.1.   Atmosferi esplużivi kkawżati minn gassijiet, fwar jew ċpar

2.2.1.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni sabiex ikunu evitati sorsi ta’ tqabbid ikkawżati, anke fil-każ ta’ disturbi li jseħħu frekwentement jew ħsarat fit-tagħmir f’operazzjoni, li normalment għandu jittieħed kont tagħhom.

2.2.1.2.

Il-partijiet tat-tgħamir għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija li t-temperatura dikjarata tagħhom fil-wiċċ ma tinqabiżx, ukoll fil-każ ta’ riskji kkawżati minn sitwazzjonijiet anormali antiċipati mill-manifattur.

2.2.1.3.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat li l-ftuħ ta’ partijiet ta’ tagħmir li jistgħu jkunu sorsi ta’ tqabbid huwa possibbli biss f’kundizzjonijiet mhux attivi jew permezz ta’ sistemi ta’ għeluq f’xulxin adattati. Meta ma jkunx possibbli li t-tagħmir jitqiegħed f’kundizzjoni mhux attiva, il-manifattur għandu jwaħħal tabella ta’ avviż mal-parti ta’ ftuħ tat-tagħmir.

2.2.2.   Atmosferi esplużivi kkawżati minn taħlitiet ta’ arja/trab

2.2.2.1.

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u mibni sabiex jiġi evitat tqabbid ta’ taħlitiet ta’ arja/trab, anke fil-każ ta’ disturbi li jseħħu frekwentement jew nuqqasijiet ta’ tagħmir f’operazzjoni, li normalment għandu jittieħed kont tagħhom.

2.2.2.2.

Fejn għandhom x’jaqsmu t-temperaturi tal-wiċċ, japplika r-rekwiżit 2.1.2.3.

2.2.2.3.

Fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoi kontra t-trab, japplika r-rekwiżit 2.1.2.2.

2.2.2.4.

Fejn għandu x’jaqsam il-ftuħ b’sikurezza tal-partijiet tat-tagħmir, japplika r-rekwiżit 2.2.1.3.

2.3.   Ir-rekwiżiti applikabbli għall-kategorija ta’ tagħmir 3 tal-grupp ta’ tagħmir II

2.3.1.   Atmosferi esplużivi kkawżati minn gassijiet, fwar jew ċpar

2.3.1.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni sabiex ikunu evitati sorsi prevedibbli ta’ tqabbid li jistgħu jseħħu tul l-operazzjoni normali.

2.3.1.2.

It-temperaturi fil-wiċċ ma għandhomx jaqbżu t-temperaturi massimi tal-wiċċ ddikjarati f’kundizzjonijiet tal-operazzjoni maħsuba. Temperaturi ogħla f’ċirkostanzi eċċezzjonali jistgħu jitħallew biss jekk il-manifattur jadotta miżuri addizzjonali speċjali ta’ protezzjoni.

2.3.2.   Atmosferi esplużivi kkawżati minn taħlitiet ta’ arja/trab

2.3.2.1.

It-tagħmir għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li taħlitiet ta’ arja/trab ma jistgħux jaqbdu minn sorsi ta’ tqabbid prevedibbli li x’aktarx jeżistu tul l-operazzjoni normali.

2.3.2.2.

Fejn għandhom x’jaqsmu t-temperaturi tal-wiċċ, japplika r-rekwiżit 2.1.2.3.

2.3.2.3.

It-tagħmir, inklużi daħliet ta’ wajer u biċċiet ta’ konnessjoni, għandu jkun hekk mibni li, waqt li jingħata kont tad-daqs tal-partikoli tiegħu, it-trab la jista’ jiżviluppa f’taħlitiet esplużivi mal-arja lanqas jifforma akkumulazzjonijiet perikolużi ġewwa t-tagħmir.

3.   Rekwiżiti supplimentari fejn għandhom x’jaqsmu s-sistemi ta’ protezzjoni

3.0.   Rekwiżiti ġenerali

3.0.1.   Is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu dimensjonati b’tali mod li jnaqqsu l-effetti ta’ splużjoni għal livell suffiċjenti ta’ sikurezza.

3.0.2.   Is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu ddisinjati u kapaċi li jkunu mqiegħda b’tali mod li l-isplużjonijiet jiġu evitati milli jixterrdu permezz ta’ reazzjonijiet ta’ katina perikolużi jew flashover u splużjonijiet inċipjenti ma jsirux detonazzjonijiet.

3.0.3.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ enerġija, is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom iżommu l-kapaċità tagħhom li jiffunzjonaw għal perjodu suffiċjenti sabiex tiġi evitata sitwazzjoni perikoluża.

3.0.4.   Is-sistemi ta’ portezzjoni ma għandhomx ifallu minħabba interferenza minn barra.

3.1.   L-ippjanar u d-disinn

3.1.1.   Il-karatteristiċi tal-materjali

Fejn għandhom x’jaqsmu l-karatteristiċi tal-materjali, il-pressjoni u t-temperatura massimi li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fl-istadju tal-ippjanar huma l-pressjoni mistennija tul splużjoni li sseħħ f’kundizzjonijiet ta’ operazzjoni estremi u l-effett tas-sħana antiċipata tal-fjamma.

3.1.2.   Sistemi ta’ protezzjoni ddisinjati biex jirreżistu jew jikkontjenu splużjonijiet għandhom ikunu kapaċi jifilħu l-mewġa ta’ xokk prodotta mingħajr ma jitilfu l-integrità tas-sistema.

3.1.3.   Aċċessorji konnessi ma’ sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu kapaċi jifilħu l-pressjoni ta’ splużjoni massima mistennija mingħajr ma jitilfu l-kapaċità tagħhom li jiffunzjonaw.

3.1.4.   Ir-reazzjonijiet ikkawżati minn pressjoni f’tagħmir periferali u l-pajpijiet konnessi għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fl-ippjanar u d-disinn ta’ sistemi ta’ protezzjoni.

3.1.5.   Sistemi ta’ ħelsien ta’ pressjoni

Jekk x’aktarx li pressjonijiet fuq sistemi ta’ protezzjoni jeċċedu s-saħħa strutturali tagħhom, għandha ssir dispożizzjoni fid-disinn għal mekkaniżmi xierqa ta’ ħelsien mill-pressjoni li ma jipperikolawx persuni fil-viċinanza.

3.1.6.   Sistemi li jissopprimu l-isplużjoni

Sistemi li jissopprimu l-isplużjoni għandhom ikunu hekk ippjanati u ddisinjati li jistgħu jirreaġixxu għal splużjoni inċipjenti fl-iktar stadju kmieni possibbli fil-każ ta’ inċident u jiġġeldulha bl-aħjar mod, b’kont debitu għar-rata massima ta’ żieda fil-pressjoni u l-pressjoni massima tal-isplużjoni.

3.1.7.   Sistemi ta’ sganċjar ta’ splużjoni

Is-sistemi ta’ sganċjar maħsuba biex jiskonnettjaw tagħmir speċifiku kemm jista’ jkun malajr possibbli fil-każ ta’ splużjonijiet inċipjenti permezz ta’ mekkaniżmi adattati għandhom ikunu ppjanati u ddisinjati sabiex jibqgħu immuni kontra t-trażmissjoni ta’ tqabbid intern u sabiex iżommu s-saħħa mekkanika tagħhom f’kundizzjonijiet ta’ operazzjoni.

3.1.8.   Is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom ikunu kapaċi li jkunu integrati f’ċirkwit b’limitu xieraq ta’ allarm sabiex, fejn meħtieġ, ikun hemm waqfien fit-tmiegħ tal-prodott u tal-produzzjoni u tal-għeluq ta’ partijiet tat-tagħmir li ma jistgħux jiffunzjonaw iktar b’mod sikur.


ANNESS III

IL-MODULU B:   EŻAMI TAT-TIP TAL-UE

1.

L-eżami tat-tip tal-UE huwa l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li fiha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ prodott u jivverifika u jixhed li d-disinn tekniku tal-prodott jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

2.

L-eżami tat-tip tal-UE għandu jitwettaq mal-eżami ta’ kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni prevista, tal-prodott sħiħ (it-tip ta’ produzzjoni).

3.

Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll;

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju jew tar-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tal-prodott u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott,

(ii)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.;

(iii)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u kif jaħdem il-prodott,

(iv)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

(v)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li twettqu, eċċ., u

(vi)

rapporti ta’ testijiet,

(d)

il-kampjuni rappreżentattivi tal-produzzjoni maħsuba. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa biex isir il-programm tat-testijiet,

4.

Il-korp notifikat għandu:

4.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika, jivverifika li l-kampjun(i) ġie/ġew manifatturati f’konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li tfasslu skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti, kif ukoll l-elementi li tfasslu f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra;

4.2.

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiġi kkontrollat jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, dawn kienu ġew applikati b’mod korrett;

4.3.

jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiġi kkontrollat jekk, fejn ma ġewx applikati s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur fl-applikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sikurezza korrispondenti ta’ din id-Direttiva;

4.4.

jiftiehem mal-manifattur dwar fejn isiru l-eżamijiet u t-testijiet.

5.

Il-korp notifikat għandu jħejji rapport ta’ valutazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu saru taħt il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tiegħu lejn l-awtoritajiet ta’ notifika, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.

6.

Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għall-prodott konċernat, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dak iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE jista’ jkollu anness wieħed jew iktar mehmuża miegħu.

Iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu għandu jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-konformità tal-prodotti manifatturati mat-tip eżaminat tkun tista’ tiġi valutata u biex ikun hemm lok għal kontroll intern.

Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma b’dan lill-applikant kif inhu xieraq, fejn jagħti raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu.

7.

Il-korp notifikat għandu jżomm lilu nnifsu mgħarraf dwar kull bidla fit-teknoloġija l-aktar aġġornata ġeneralment rikonoxxuta, li tindika li t-tip approvat jista’ ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, u għandu jiddetermina jekk tali bidliet ikunux jeħtieġu aktar investigazzjonijiet. Jekk ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma l-manifattur b’dan.

Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li jkollu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, bil-modifiki kollha fit-tip approvat li jistgħu jolqtu l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza ta’ din id-Direttiva jew mal-kundizzjonijiet għall-validità ta’ dak iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jeħtieġu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip UE.

8.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull addizzjoni magħmula lilhom, li jkun ħareġ jew irtira, u għandu, perjodikament jew wara talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità notifikanti tiegħu, il-lista ta’ dawn iċ-ċertifikati u/jew kwalunkwe addizzjonijiet li jkun irrifjuta, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar tali ċertifikati u/jew żidiet għalihom li jkun ħareġ.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, wara talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet tagħhom. Wara talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità ta’ dak iċ-ċertifikat.

9.

Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet tiegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq.

10.

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi msemmija fil-punti 7 u 9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS IV

IL-MODULU D: IL-KONFORMITÀ GĦAT-TIP FUQ IL-BAŻI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TA’ PRODUZZJONI

1.   Il-konformità għat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li prodotti kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tal-prodotti kkonċernati kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu, għall-prodotti konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet ippreżentata lill-ebda korp notifikat ieħor,

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-prodott prevista,

(d)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-prodotti huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi kollha, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u ordinat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ politika, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din, b’mod partikolari, għandu jkun fiha deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u l-poteri tad-diretturi fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,

(b)

il-manifattura korrispondenti, it-tekniki ta’ kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw,

(c)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom isiru qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru,

(d)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, ecc., u

(e)

il-mezzi ta’ monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u tal-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jivvaluta s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza ta’ valutazzjoni fil-qasam tal-prodott u t-teknoloġija rilevanti konċernat, u konoxxenza tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fl-uffiċċji tal-manifattur. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(e) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex iwettaq l-eżamijiet neċessarji sabiex jassigura l-konformità tal-prodott ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

(b)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikun neċessarju, jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

5.   Il-marka CE, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u l-attestazzjoni tal-konformità

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull prodott individwali, għajr komponent, li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott, għajr komponent, u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott, għajr kompoonent, ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika tali mudell tal-prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott, għajr komponent.

5.3.

Il-manifattur għandu jfassal attestazzjoni bil-miktub tal-konformità għal kull mudell ta’ komponent u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ikun ġie introdott fis-suq. L-attestazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-mudell ta’ komponent li għalih tkun tfasslet. Kopja tal-attestazzjoni tal-konformità għandha takkumpanja kull komponent.

6.   Għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1,

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata,

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew b’xi mod ieħor illimita, u, jekk jintalab jagħmel dan, jinformahom bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, inklużi fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS V

MODULU F:   KONFORMITÀ TAT-TIP IMSEJSA FUQ IL-VERIFIKA TAL-PRODOTT

1.   Il-konformità mat-tip, ibbażata fuq il-verifika tal-prodott hija l-parti ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-prodotti konċernati, li ġew suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3, huma konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-oġġetti pirotekniċi manifatturati mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet adegwati biex jikkontrolla l-konformità tal-prodotti mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.

L-eżamijiet u t-testijiet biex tkun kontrollata l-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti rilevanti se jsiru permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull prodott kif speċifikat fil-punt 4.

4.   Il-verifika tal-konformità bl-eżami u bl-ittestjar ta’ kull prodott.

4.1.

Il-prodotti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru t-testijiet xierqa, kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzat(i) u/jew fit-testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi verifikata l-konformità tagħhom mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

4.2.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet magħmula, u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu ma’ kull prodott approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq.

5.   Il-marka CE, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u l-attestazzjoni tal-konformità

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull prodott individwali, għajr komponent, li jkun f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott, għajr komponent, u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott, għajr kompoonent, ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika tali mudell tal-prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott, għajr komponent.

Jekk il-korp notifikat imsemmi fil-punt 3 jaqbel, u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-manifattur jista’ wkoll iwaħħal mal-prodotti, minbarra komponenti, n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat.

5.3.

Il-manifattur għandu jfassal attestazzjoni bil-miktub tal-konformità għal kull mudell ta’ komponent u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ikun ġie introdott fis-suq. L-attestazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-mudell ta’ komponent li għalih tkun tfasslet. Kopja tal-attestazzjoni tal-konformità għandha takkumpanja kull komponent.

6.   Il-manifattur jista’, jekk il-korp notifikat jaqbel u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, iwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat mal-prodotti matul il-proċess tal-manifattura.

7.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Rappreżentant awtorizzat jista’ ma jissodisfax l-obbligi tal-manifattur li huma stabbiliti fil-punt 2.


ANNESS VI

MODULU C1:   IL-KONFORMITÀ MAT-TIP FUQ IL-BAŻI TA’ KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI FLIMKIEN MAL-KONTROLLI B’SUPERVIŻJONI TAL-PRODOTT

1.   Il-konfomità għat-tip fuq il-bażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-kontrolli b’superviżjoni tal-prodott huma dik il-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodotti konċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

3.   Verifiki tal-prodotti

Għal kull prodott individwali manifatturat, il-manifattur jew persuna f’ismu għandu jagħmel test wieħed jew iktar fuq aspett speċifiku wieħed jew iktar tal-prodott, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ din id-Direttiva. It-testijiet għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat, magħżul mill-manifattur.

Il-manifattur għandu, bir-responsabbiltà tal-korp notifikat, iwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat matul il-proċess ta’ manifattura.

4.   Il-marka CE, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u l-attestazzjoni tal-konformità

4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull prodott individwali, għajr komponent, li jkun f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal mudell ta’ prodott, għajr komponent, u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott, għajr kompoonent, ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika tali mudell tal-prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott, għajr komponent.

4.3.

Il-manifattur għandu jfassal attestazzjoni bil-miktub tal-konformità għal kull mudell ta’ komponent u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-komponent ikun ġie introdott fis-suq. L-attestazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-mudell ta’ komponent li għalih tkun tfasslet. Kopja tal-attestazzjoni tal-konformità għandha takkumpanja kull komponent.

5.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 4, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VII

IL-MODULU E:   IL-KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODOTT

1.   Il-konformità mat-tip fuq il-bażi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott hija l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodotti kkonċernati jkunu f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Manifattura

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta’ kwalità għall-ispezzjoni u għall-ittestjar tal-prodott finali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati kif speċifikat fil-punt 3, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta’ kwalità

3.1.

Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità mal-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-prodotti kkonċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ddepożitata mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,

(b)

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet iddepożitata mal-ebda korp notifikat ieħor,

(c)

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-prodott ikkunsidrata,

(d)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità, u

(e)

id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura li l-prodotti huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u istruzzjonijiet miktuba. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

Din għandha, b’mod partikolari, ikun fiha, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-maniġment fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,

(b)

l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom isiru wara l-manifattura,

(c)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, ecc.,

(d)

il-mezzi ta’ monitoraġġ tal-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta’ kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2.

Huwa għandu jippreżumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b’esperjenza tal-evalwazzjoni fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija rilevanti tal-prodott konċernat, u l-għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. Il-verifika għandha tinkludi żjara ta’ valutazzjoni fl-uffiċċji tal-manifattur. It-tim ta’ verifika għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3.1(e) biex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva u biex jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex jiżgura l-konformità tal-prodott ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-verifika u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

3.4.

Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.

3.5.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità informat b’kull bidla intiża fis-sistema ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata hix se tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ġdida.

Dan għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandha tikkontjeni l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

4.   Is-sorveljanza taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

4.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta’ kwalità.

4.2.

Il-manifattur għandu, għal skopijiet ta’ valutazzjoni, jippermetti l-aċċess lill-korp notifikat fis-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

(b)

ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta’ ispezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, ecc.

4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel il-verifiki perjodiċi sabiex ikun żgur li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi rapport ta’ verifika.

4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp notifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jagħmel testijiet fuq il-prodott, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità qed taħdem sewwa. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk saru xi testijiet, b’rapport tat-testijiet.

5.   Il-marka CE, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u l-attestazzjoni tal-konformità

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, fuq kull prodott individwali, għajr komponent, li hu f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

5.2.

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott, għajr koponent, u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-prodott, għajr komponent, ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika tali mudell ta’ prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott, għajr komponent.

5.3.

Il-manifattur għandu jagħmel attestazzjoni bil-miktub tal-konformità għal kull mudell ta’ komponent u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq. L-attestazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-mudell tal-komponent li għalih tkun tfasslet. Kopja tal-attestazzjoni tal-konformità tal-UE għandha takkumpanja kull komponent.

6.   Għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

(a)

id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 3.1;

(b)

l-informazzjoni relatata mal-bidla msemmija fil-punt 3.5, kif approvata;

(c)

id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fil-punt 3.5, 4.3 u 4.4.

7.   Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti tiegħu, il-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, u, jekk jintalab jagħmel dan, bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.

8.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 3.1, 3.5, 5 u 6, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VIII

IL-MODULU A:   KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI

1.   Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni fir-rigward tal-prodott rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju jew riskji.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkollha, fejn applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott,

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.,

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u t-tħaddim tal-prodott,

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jsiru, eċċ., u

(f)

rapporti ta’ testijiet.

3.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti mmanifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

4.   Il-marka CE, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u l-attestazzjoni tal-konformità

4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma’ kull prodott individwali, għajr komponent, li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.2.

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott, għajr komponent, u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-prodott, għajr komponent, ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika tali mudell ta’ prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott, għajr komponent.

4.3.

Il-manifattur għandu jagħmel attestazzjoni bil-miktub tal-konformità għal kull mudell ta’ komponent u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-komponent ikun ġie introdott fis-suq. L-attestazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-komponent li għalih tkun tfasslet. Kopja tal-attestazzjoni tal-konformità tal-UE għandha takkumpanja kull komponent.

5.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 4, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS IX

IL-MODULU G:   IL-KONFORMITÀ BBAŻATA FUQ IL-VERIFIKA TA’ UNITÀ

1.   Il-konformità bbażata fuq il-verifika ta’ unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodott konċernat, li ġie suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

2.   Dokumentazzjoni teknika

2.1.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika u jagħmilha disponibbli għall-korp notifikat imsemmi fil-punt 4. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-prodott rigward il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-inqas dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott,

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manifattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, ċirkwiti, eċċ.,

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u t-tħaddim tal-prodott,

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jsiru, eċċ., u

(f)

rapporti ta’ testijiet.

2.2.

Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq.

3.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodott manifatturat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.   Il-verifika

Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u testijiet adegwati, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew f’testijiet ekwivalenti stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fl-assenza ta’ tali standard armonizzat il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru.

Il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità fir-rigward tal-eżamijiet u tat-testijiet li jkunu saru u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-prodott approvat, jew iqabbad lil min iwaħħlu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie introdott fis-suq.

5.   Il-marka CE, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u l-attestazzjoni tal-konformità

5.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull prodott, għajr komponent, li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-istrument leġislattiv.

5.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott, għajr komponent, ikun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika tali prodott li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott, għajr komponent.

5.3.

Il-manifattur għandu jagħmel attestazzjoni tal-konformità bil-miktub u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal 10 snin wara li l-komponent ikun ġie introdott fis-suq. L-attestazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-komponent li għalih tkun tfasslet. Kopja tal-attestazzjoni tal-konformità tal-UE għandha takkumpanja kull komponent.

6.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur kif stabbiliti fil-punti 2 u 5, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS X

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE (Nru XXXX) (1)

1.

Mudell tal-prodott/Prodott (numru tal-prodott, tat-tip, tal-lott jew tas-serje):

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur u, fejn applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni ta’ konformità tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabbiltà. Tista’, fejn ikun hemm bżonn biex jiġi identifikat il-prodott, tinkludi stampa):

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Fejn applikabbli, il-korp notifikat … (isem, numru) … wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(1)  Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta’ konformità.


ANNESS XI

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emenda suċċessiva tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 43)

Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Punt 8 tal-Anness I biss

Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

Punt (c) tal-Artikolu 26(1) biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonal u dati tal-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 43)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

94/9/KE

fl-1 ta’ Settembru 1995.

fl-1 ta’ Marzu 1996.


ANNESS XII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 94/9/KE

Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)(a)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1)(b)

Artikolu 1(1)(c)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(1) sa (9)

Artikolu 2(10) sa (26)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 5(3)

Artikoli 6 sa 11

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 39(1) sa (4)

Artikolu 39(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(4)

Artikolu 39(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7

Artikolu 8(1) sa (6)

Artikolu 13(1) sa (6)

Artikolu 8(7)

Artikoli 14 u 15

Artikolu 9

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2) sa (6)

Artikoli 17 sa 33

Artikolu 11

Artikoli 34 sa 38

Artikoli 12 sa 13

Artikolu 40

Artikolu 41(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 41(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 15(1)

Artikolu 42(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 42(2)

Artikolu 43 u 44

Artikolu 16

Artikolu 45

Annessi I sa IX

Annessi I sa IX

Anness X

Anness XI

Anness X

Anness XI

Anness XII


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala “kumitati ta' komitoloġija” fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.


29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/357


DIRETTIVA 2014/35/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Għandhom isiru numru ta’ emendi fid-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (3). Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (4) jistipula regoli dwar l-akkreditament tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli fuq prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5) tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza intenzjonati biex japplikaw għal leġislazzjoni settorjali sabiex jipprovdu bażi koerenti għar-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġislazzjoni. Id-Direttiva 2006/95/KE għandha tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Din id-Direttiva tkopri t-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ li huwa ġdid għas-suq tal-Unjoni Ewropea meta jintroduċi fis-suq; jiġifieri, jew huwa tagħmir elettriku ġdid fjamant magħmul minn manifattur stabbilit fl-Unjoni, inkella huwa tagħmir elettriku (kemm jekk ġdid fjamant kif ukoll jekk użat) importat minn pajjiż terz.

(5)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta’ provvista, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

(6)

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tat-tagħmir elettriku ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, tal-annimali domestiċi, u tal-proprjetà, u biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(7)

L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jqiegħdu fis-suq dawk il-prodotti biss li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol rispettiva ta’ kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(8)

Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.

(9)

Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għalhekk għandha tibqa’ unikament l-obbligu tal-manifattur. M’hemm l-ebda proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità f’din id-Direttiva li tirrikjedi l-intervent ta’ korp notifikat.

(10)

Jeħtieġ li jkun żgurat li t-tagħmir elettriku minn pajjiżi terzi li jidħol fl-Unjoni jkun konformi ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta’ dak it-tagħmir elettriku. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li t-tagħmir elettriku li jintroduċu fis-suq ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jintroduċux fis-suq tagħmir elettriku li ma jikkonformax ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżenta xi riskju. Għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-importaturi biex ikun żgurat li jkunu saru l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u li l-marki tat-tagħmir elettriku u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(11)

Meta jintroduċi tagħmir elettriku fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq it-tagħmir elettriku ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tat-tagħmir elettriku ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq it-tagħmir elettriku.

(12)

Id-distributur iqiegħed tagħmir elettriku fis-suq wara li dan ġie introdott fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jiżgura li t-trattament tiegħu tat-tagħmir elettriku min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tat-tagħmir elettriku.

(13)

Kull operatur ekonomiku li jqiegħed tagħmir elettriku f’ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika tagħmir elettriku b’mod li dan jista’ jinċidi fuq il-konformità ma’ din id-Direttiva, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(14)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu involuti fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar it-tagħmir elettriku kkonċernat.

(15)

Meta tkun żgurata t-traċċabbiltà tat-tagħmir elettriku fil-katina kollha tal-provvista, dan jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza biex jittraċċaw lil operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq tagħmir elettriku mhux konformi. Meta tinżamm l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva għall-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi oħra, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu mitluba li jaġġornaw din l-informazzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jkunu għaddewlhom tagħmir elettriku jew ta’ dawk li lilhom għaddew tagħmir elettriku.

(16)

Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tal-għanijiet ta’ sikurezza. Sabiex titħaffef il-valutazzjoni tal-konformità ma’ dawk l-għanijiet, hemm bżonn li tiġi prevista l-preżunzjoni tal-konformità tat-tagħmir elettriku li hu f’konformità mal-istandards armonizzati li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (6) għall-iskop biex ikunu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk l-għanijiet.

(17)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprovdi għal proċedura għall-oġġezzjonijiet kontra standards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament l-għanijiet ta’ sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva.

(18)

L-istandards armonizzati rilevanti għal din id-Direttiva għandhom jieħdu kont ukoll tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’ Disabilita (7).

(19)

Il-moviment liberu tat-tagħmir elettriku li għalih ma jeżistux l-istandards armonizzati għandu jinkiseb billi jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-istandards internazzjonali stabbiliti mill-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika jew billi jiġu applikati l-istandards nazzjonali.

(20)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżguraw, li t-tagħmir elettriku li jitqiegħed fis-suq ikun konformi mal-għanijiet ta’ sikurezza, hemm bzonn li jkun provdut għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinkludu proċeduri mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġa. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri dwar il-valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli.

(21)

Il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni mitluba taħt din id-Direttiva dwar il-konformità tat-tagħmir elettriku ma’ din id-Direttiva u ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra tal-armonizzazzjoni.

(22)

Biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni mitluba biex ikunu identifikati l-atti applikabbli kollha tal-Unjoni għandha tkun disponibbli f’dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet rilevanti individwali ta’ konformità.

(23)

Il-marka CE, li tindika l-konformità tat-tagħmir elettriku, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(24)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni presvisti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għat-tagħmir elettriku. Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi l-Itati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawk il-ħidmiet.

(25)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li t-tagħmir elettriku jista’ jiġi introdott fis-suq biss jekk, meta jinħażen kif suppost u jintuża għall-għan li huwa maħsub għalih, jew skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, huwa ma jkunx ta’ periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni. It-tagħmir elettriku għandu jkun ikkunsidrat bħala mhux konformi mal-għanijiet ta’ sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva biss skont kundizzjonijiet ta’ użu li jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli, jiġifieri meta dan l-użu jista’ jirriżulta minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli.

(26)

Id-Direttiva 2006/95/KE diġà tipprovdi għal proċedura ta’ salvagwardja li tapplika biss f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħudin minn Stat Membru. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(27)

Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta’ tagħmir elettriku li jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni, jew annimali domestiċi, jew għall-proprjetà. Għandha tippermetti l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’koperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dak it-tagħmir elettriku.

(28)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f’xi standard armonizzat.

(29)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8).

(30)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ tagħmir elettriku konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew ta’ aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

(31)

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ tagħmir elettriku konformi li jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, tal-annimali domestiċi u tal-proprjeta’, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(32)

F’ konformita’ mal-prattika stabbilita, il-kumitat imwaqqaf minn din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminar ta’ kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(33)

Meta kwistjonijiet relatati ma’ din id-Direttiva, ħlief għall-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati, jiġifieri fi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu, f’konformità mal-prattika eżistenti, jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

(34)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, waqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ tagħmir elettriku li ma jkunux konformi humiex ġustifikati jew le.

(35)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(36)

Hemm bżonn li jkunu previsti arranġamenti tranżizzjonali raġonevoli li jippermettu li jitqiegħed fis-suq, mingħajr il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali tal-prodott, tagħmir elettriku li kien diġà ġie introdott fis-suq taħt id-Direttiva 2006/95/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Id-distributuri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jfornu tagħmir elettriku li ġie introdott fis-suq, jiġifieri stokk li diġà jinsab fil-katina tad-distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(37)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat li tagħmir elettriku fis-suq jissodisfa l-għanijiet ta’ sikurezza li jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sikurezza tal-persuni, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà, waqt li l-iżgurar tal-funzjonament tas-suq intern ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jista’, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(38)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġie mid-Direttiva preċedenti.

(39)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati għall-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat li t-tagħmir elettriku fis-suq jissodisfa r-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, u tal-annimali domestiċi, u tal-proprjetà filwaqt li jiġi ggarantit il-funzjonament tas-suq intern.

Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu ma’ skala tal-voltaġġ ta’ bejn il-50 u l-1 000 V għall-kurrent alternant u bejn il-75 u l-1 500 V għall-kurrent dirett, għajr għat-tagħmir u l-fenomeni elenkati fl-Anness II.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ tagħmir elettriku għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(2)

“introduzzjoni fis-suq” tfisser l-ewwel darba li jsir disponibbli tagħmir elettriku fis-suq tal-Unjoni;

(3)

“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura tagħmir elettriku, jew li tqabbad lil min ifassal jew jimmanifattura tali oġġett, u jikkumerċjalizza dak it-tagħmir taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha;

(4)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifiċi;

(5)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi tagħmir elettriku minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(6)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, barra l-manifattur jew l-importatur, u li tqiegħed tagħmir elettriku fis-suq;

(7)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(8)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn tagħmir elettriku;

(9)

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(10)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk l-għanijiet ta’ sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I relatati ma’ tagħmir elettriku ġewx issodisfati;

(11)

“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura tagħmir elettriku li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(12)

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li tagħmir elettriku fil-katina tal-provvista jitqiegħed fis-suq;

(13)

“leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kull leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti;

(14)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li t-tagħmir elettriku huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha.

Artikolu 3

Tqegħid fis-suq u l-għanijiet tas-sikurezza

It-tagħmir elettriku jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni biss jekk ikun mibni skont il-prattika tajba tal-inġinerija f’dik li hi sikurezza li tkun fis-seħħ fl-Unjoni, u għaldaqstant ma jipperikolax is-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni, u tal-annimali domestiċi, jew il-proprjetà meta jkun installat u miżmum sewwa u użat għal skopijiet li għalihom kien magħmul.

L-elementi prinċipali tal-għanijiet tas-sikurezza huma elenkati fl-Anness I.

Artikolu 4

Moviment liberu

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu, għall-aspetti koperti b’din id-Direttiva, it-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku li jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Provvista tal-elettriku

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tagħmir elettriku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rekwiżiti tas-sikurezza aktar stretti mill-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I ma jiġux imposti mill-korpi tal-provvista tal-elettriku sabiex titqabbad mal-grilja, jew għall-provvista tal-elettriku lill-utenti tat-tagħmir elettriku.

KAPITOLU 2

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 6

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jintroduċu t-tagħmir elettriku tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dan tfassal u ġie mmanifatturat skont l-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness III u jwettqu proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness III jew iqabbdu lil xi ħadd jagħmilhielhom.

Fejn ikun intwera permezz tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-ewwel subparagrafu li t-tagħmir elettriku huwa konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness III u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li t-tagħmir elettriku jkun ġie introdott fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jaraw li jkollhom f’posthom proċeduri biex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jitqiesu b’mod suffiċjenti dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12, l-istandards nazzjonali jew internazzjonali imsemmija fl-Artikoli 13 u 14, jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità ta’ tagħmir elettriku.

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn tagħmir elettriku, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji tat-tagħmir elettriku mqiegħed fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ tagħmir elettriku mhux konformi u ta’ teħid lura tat-tagħmir elettriku u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir elettriku li huma introduċew fis-suq, ikollu numru tat-tip, tal-partita jew tas-serje jew element ieħor biex ikun jista’ jiġi identifikat, jew, jekk id-daqs jew in-natura tiegħu ma jagħmlux dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku.

6.   Il-manifatturi, fuq it-tagħmir elettriku, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir elettriku jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza kif ukoll kull tip ta’ tikkettar għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li t-tagħmir elettriku li jkunu introduċew fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak t-tagħmir elettriku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir elettriku jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu t-tagħmir elettriku fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew elettronikament biex juru l-konformità tat-tagħmir elettriku ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mit-tagħmir elettriku li huma jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 7

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Il-manifatturi jistgħu, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u l-obbligu tat-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 6(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq għal perjodu ta’ 10 snin wara li t-tagħmir elettriku jkun ġie introdott fis-suq;

(b)

wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, li jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità tat-tagħmir elettriku;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, wara talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji preżentati minn tagħmir elettriku kopert mill-mandat tar-rappreżentanti awtorizzati.

Artikolu 8

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom jintroduċu fis-suq tal-Unjoni biss dak it-tagħmir elettriku li jkunu konformi.

2.   Qabel ma jintroduċu tagħmir elettriku fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li t-tagħmir elettriku jkollu l-marka CE u jkollu miegħu d-dokumenti rikjesti, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li tagħmir elettriku ma jkunx konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I, dan ma għandux jintroduċi t-tagħmir elettriku fis-suq sakemm dan ikun għadu ma sarx konformi. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir elettriku jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi, fuq it-tagħmir elettriku, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir elettriku jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li t-tagħmir elettriku jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I.

6.   Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji preżentati minn tagħmir elettriku, l-importaturi, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji tat-tagħmir elettriku mqiegħed fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ tagħmir elettriku mhux konformi u ta’ teħid lura tat-tagħmir elettriku u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li t-tagħmir elettriku li jkunu introduċew fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak it-tagħmir elettriku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir elettriku jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu t-tagħmir elettriku fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.   L-mportaturi, għal 10 snin wara li t-tagħmir elettriku jkun ġie introdott fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tat-tagħmir elettriku, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mit-tagħmir elettriku li huma jkunu introduċew fis-suq.

Artikolu 9

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jqiegħdu tagħmir elettriku fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jqiegħdu tagħmir elettriku fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li t-tagħmir elettriku jkollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra fl-Istat Membru fejn ikun se jitqiegħed fis-suq it-tagħmir elettriku, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3) rispettivament.

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li t-tagħmir elettriku ma jkunx konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed it-tagħmir elettriku fis-suq sakemm dan ikun għadu ma sarx konformi. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir elettriku jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li t-tagħmir elettriku jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mal-għanijiet ta’ sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li t-tagħmir elettriku li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex it-tagħmir elettriku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir elettriku jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu t-tagħmir elettriku fis-suq għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, wara talba motivata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja fuq karta jew f’forma elettronika biex juru l-konformità tat-tagħmir elettriku. Dawn għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mit-tagħmir elettriku li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 10

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 6, fejn huwa introduċa tagħmir elettriku fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika t-tagħmir elettriku li diġà jkun ġie introdott fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 11

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdiehom b’tagħmir elettriku;

(b)

kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew it-tagħmir elettriku.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew ipprovduti bit-tagħmir elettriku u għal 10 snin wara li jkunu pprovdew it-tagħmir elettriku.

KAPITOLU 3

IL-KONFORMITÀ TAT-TAGĦMIR ELETTRIKU

Artikolu 12

Preżunzjoni ta’ konformità fuq il-bażi ta’ standards armonizzati

It-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 13

Preżunzjoni ta’ konformità fuq il-bażi ta’ standards internazzjonali

1.   F’każ li l-istandards armonizzati msemmijin fl-Artikolu 12 ma ġewx imfassla u ppubblikati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw, għall-finijiet ta’ tqegħid fis-suq jew tal-moviment liberu msemmi fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom iqisu wkoll, bħala li jikkonforma mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I dak it-tagħmir elettriku li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-istandards internazzjonali stabbiliti mill-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC) fir-rigward ta’ liema l-proċedura ta’ pubblikazzjoni stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu tkun ġiet applikata.

2.   Id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jigu nnotifikati lill-Istati Membri mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, għandha tiddikjara d-dispożizzjonijiet tas-sikurezza u, b’mod partikolari, il-varjazzjonijiet tagħhom li hija tirrakkomanda li jiġu ppubblikati.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data li tkun ġiet ikkomunikata l-informazzjoni b’kull oġġezzjoni li jista’ jkollhom għad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza nnotifikati, f’konformità mal-paragrafu 2 filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tas-sikurezza li dwarhom dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu rrikonoxxuti.

Għall-finijiet ta’ informazzjoni ir-referenzi tad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza li għalihom ma tkun ġiet imqajma l-ebda oġġezzjoni għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Preżunzjoni ta’ konformità fuq il-bażi ta’ standards nazzjonali

F’każ li l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12 jkunu għadhom ma tfasslux u ma ġewx pubblikati u l-istandards internazzjonali msemmija fl-Artikolu 13 jkunu għadhom ma ġewx pubblikati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li, għall-finijiet ta’ tqegħid fis-suq jew tal-moviment liberu kif imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom iqisu wkoll bħala konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I dak it-tagħmir elettriku fabbrikat skont id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-istandards fis-seħħ fl-Istat Membru tal-fabbrikant, jekk jiġi żgurat livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak mitlub fit-territorju tagħhom stess.

Artikolu 15

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I intweriet.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stipulata fl-Anness IV, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-modulu A stipulati fl-Anness III u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Hija għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn it-tagħmir elettriku ġie introdott jew tqiegħed fis-suq.

3.   Fejn tagħmir elettriku huwa suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jesiġi d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ tali atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom.

4.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tat-tagħmir elettriku mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 17

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġġibbli u indelibbli fuq it-tagħmir elettriku jew fuq it-tikketta tad-dejta tiegħu. Fejn dan ma jkunx possibbli jew in-natura tat-tagħmir elettriku ma tistħoqqilhiex, din għandha titwaħħal fuq il-pakkett u fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw it-tagħmir.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma t-tagħmir elettriku jiġi introdott fis-suq.

3.   L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-marka CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dik il-marka.

KAPITOLU 4

IS-SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, IL-KONTROLL TAT-TAGĦMIR ELETTRIKU LI JIDĦOL FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROĊEDURA TA’ SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 18

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tat-tagħmir elettriku li jidħol fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għat-tagħmir elettriku.

Artikolu 19

Proċedura għat-trattament ta’ tagħmir elettriku li jippreżenta riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed għandhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmnu li tagħmir elettriku kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, jew tal-annimali domestiċi, jew għall-proprjetà, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tat-tagħmir elettriku konċernat li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, tul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li t-tagħmir elettriku ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jeżiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex it-tagħmir elettriku jsir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira t-tagħmir elettriku mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tat-tagħmir elettriku kollu konċernat li huwa jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tagħmir elettriku milli jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom, biex it-tagħmir elettriku jiġi rtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku li mhux konformi, l-oriġini tat-tagħmir elettriku, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tat-tagħmir elettriku li jissodisfa l-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I relatati mas-saħħa jew mas-sikurezza tal-persuni, jew l-annimali domestiċi, jew għall-proprjetà; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija li l-Artikolu 12 jew fl-istandards nazzjonali jew internazzjonali msemmija fl-Artikoli 13 u 14 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tat-tagħmir elettriku kkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tat-tagħmir elettriku kkonċernat, bħall-irtirar tat-tagħmir elettriku mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Artikolu 20

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.   Jekk, wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra l-miżuri meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2.   Jekk miżura nazzjonali tkun ikkunsidrata ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li t-tagħmir elettriku li ma jikkonformax jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif inhu xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġustifikata, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tat-tagħmir elettriku jinstab kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 19(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 21

Tagħmir elettriku konformi li jippreżenta riskju

1.   Fejn Stat Membru, wara li jkun wettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 19(1), isib li, għalkemm it-tagħmir elettriku jkun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, jew għall-annimali domestiċi jew għall-proprjetà, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li t-tagħmir elettriku kkonċernat, meta jiġi introdott fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtira t-tagħmir elettriku jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif hu jistabbilixxi.

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tat-tagħmir elettriku kollu kkonċernat li huwa jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku ikkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tat-tagħmir elettriku, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adegwati.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).

Għal raġunijiet indispensabbli ġġustifikati ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, jew tal-annimali domestiċi jew tal-proprjeta’, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(3).

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 22

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 19, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;

(d)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(f)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(6) jew fl-Artikolu 8(3) hi nieqsa, falza jew inkompleta;

(g)

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 8 ma jkunx issodisfat.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi li t-tagħmir elettriku jitqiegħid fis-suq jew jiżgura li dan jinġabar lura jew jiġi rtirat mis-suq.

KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMITAT, U DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 23

Il-proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għat-Tagħmir Elettriku. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

4.   Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja li għaliha hija meħtieġa konsultazzjoni ta’ esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew meħtieġa minn xi leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

Il-kumitat, barra minn hekk, jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mqajma jew mill-President tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 24

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur, minn operaturi ekonomiċi, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 25

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu li jitqiegħed fis-suq tagħmir elettriku kopert bid-Direttiva 2006/95/KE li jkun konformi ma’ dik id-Direttiva u li ġie introdott fis-suq qabel l-20 ta’ April 2016.

Artikolu 26

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ April 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità mal-Artikoli 2, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4, l-Artikoli 6 sa 12, l-Artikolu 13(1), l-Artikoli 14 sa 25 u l-Annessi II, III u IV. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ April 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 27

Tħassir

Id-Direttiva 2006/95/KE titħassar b’effett mill-20 ta’ April 2016, bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta’ applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 13(2) u (3) u l-Annessi I, V u VI għandhom japplikaw mill-20 ta’ April 2016.

Artikolu 29

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 105.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Frar 2014.

(3)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10. Id-Direttiva 2006/95/KE hija l-kodifikazzjoni tad-Direttiva 73/23/KEE tad-19 ta’ Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 77, 26.3.1973, p. 29).

(4)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(6)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(7)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(8)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

L-ELEMENTI PRINĊIPALI TAL-GĦANIJIET TA’ SIKUREZZA GĦAL TAGĦMIR ELETTRIKU DDISINJAT GĦALL-UŻU FI ĦDAN ĊERTI LIMITI TA’ VOLTAĠĠ

1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali

(a)

il-karatteristiċi essenzjali, li l-għarfien u l-ħarsien tagħhom jiżguraw li t-tagħmir elettriku jintuża bla ma jkun ta’ periklu u f’dawk l-applikazzjonijiet li kien magħmul għalihom, għandhom jiġu mmarkati fuq it-tagħmir elettriku, jew, jekk dan mhux possibbli, fuq dokument li jkun mehmuż miegħu;

(b)

it-tagħmir elettriku, flimkien mal-partijiet komponenti tiegħu, għandu jkun magħmul hekk li jkun żgurat li jista’ jiġi mmuntat u kkonnettjat sewwa u b’mod li ma jkunx ta’ periklu;

(c)

it-tagħmir elettriku għandu jkun ddisinjat u ffabbrikat hekk li jiżgura l-protezzjoni kontra r-riskji elenkati fil-punti 2 u 3, sakemm it-tagħmir jintuża f’applikazzjonijiet li kien magħmul għalihom u jkun mantenut kif mistenni.

2.   Protezzjoni kontra r-riskji li jinħolqu mit-tagħmir elettriku

Miżuri ta’ natura teknika għandhom jiġu stabbiliti skont il-punt 1, sabiex ikun żgurat li:

(a)

il-persuni u l-annimali domestiċi jkunu protetti b’mod adegwat mill-periklu tal-ħsara fiżika jew ta’ dannu ieħor li jista’ jkun ikkawżat minn kuntatt dirett jew indirett;

(b)

ma jinħolqux temperaturi, skariki jew radjazzjoni li jistgħu jikkawżaw il-periklu;

(c)

il-persuni, l-annimali domestiċi u l-proprjetà jkunu protetti b’mod adegwat minn perikli li mhumiex elettriċi kkawżati mit-tagħmir elettriku u li jinkixfu bl-esperjenza;

(d)

l-insulation tkun xierqa għall-kundizzjonijiet prevedibbli.

3.   Protezzjoni kontra r-riskji li jistgħu jiġu kkawżati minn influwenzi esterni fuq it-tagħmir elettriku

Miżuri ta’ natura teknika għandhom jiġu stabbiliti skont il-punt 1, sabiex ikun żgurat li t-tagħmir elettriku:

(a)

jilħaq ir-rekwiżiti mekkaniċi mistennija hekk li l-persuni, l-annimali domestiċi u l-proprjetà ma jitqegħdux fil-periklu;

(b)

ikun reżistenti għal influwenzi mhux mekkaniċi fil-kundizzjonijiet ambjentali mistennija, hekk li l-persuni, l-annimali domestiċi u l-proprjetà ma jitqegħdux fil-periklu;

(c)

ma jqegħidx fil-periklu l-persuni, l-annimali domestiċi u l-proprjetà fil-każ ta’ kundizzjonijiet prevedibbli ta’ overload.


ANNESS II

TAGĦMIR U FENOMENI ‘LILHINN MILL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA’ DIN ID-DIRETTIVA

Tagħmir elettriku għall-użu f’atmosfera splussiva

Tagħmir elettriku għar-radjoloġija u skopijiet mediċi

Partijiet tal-elettriku għal-lifts tal-merkanzija u tal-passiġġieri

Meters tal-elettriku

Il-plakek u s-socket outlets għall-użu domestiku

Il-kontrolluri tal-ħitan tal-elettriku

L-interferenza radjuelettrika

Tagħmir elettriku speċjalizzat, għall-użu fuq il-bastimenti, il-vetturi tal-ajru u l-ferroviji, li jħares id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza stabbiliti mill-korpi internazzjonali li fihom l-Istati Membri jieħdu sehem.

Kits ta’ evalwazzjoni mibnija apposta u destinati għall-professjonisti biex jintużaw biss fil-faċilitajiet ta’ riċerka u żvilupp għal tali finijiet.


ANNESS III

IL-MODULU A

Il-kontroll intern tal-produzzjoni

1.   Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li t-tagħmir elettriku kkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalih.

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir elettriku mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tat-tagħmir elettriku u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir elettriku,

(b)

id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet u l-iskemi tal-manufattura tal-komponenti, it-tagħmir sekondarju tal-immuntar, iċ-ċirkwiti, eċċ.,

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi skemi msemmija u kif jaħdem it-tagħmir elettriku,

(d)

lista ta’ standards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew tal-istandards internazzjonali jew nazzjonali msemmija fl-Artikoli 13 u 14 u, fejn dawk l-istandards armonizzati jew l-istandards internazzjonali jew nazzjonali ma ġewx applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati l-għanijiet tas-sikurezza ta’ din id-Direttiva, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment jew standards internazzjonali jew nazzjonali msemmija fl-Artikoli 13 u 14, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

(e)

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinji magħmula, l-eżamijiet li jsiru, eċċ., u

(f)

rapporti ta’ testijiet.

3.   Il-manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tat-tagħmir elettriku manifatturat mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih.

4.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

4.1.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull tagħmir elettriku individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.2.

Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE bil-miktub għal mudell ta’ prodott u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq għal perjodu ta’ 10 snin wara li t-tagħmir elettriku jkun ġie introdott fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika t-tagħmir elettriku li tkun inħarġet għalih.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti ta’ sorveljanza tas-suq.

5.   Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 4, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS IV

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE (Nru XXXX) (1)

1.

Il-prodott (numru tal-prodott, tal-lott, tat-tip jew tas-serje):

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni ta’ konformità tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku li tippermetti t-traċċabbiltà; din tista’ tinkludi immaġini bil-kulur ta’ ċarezza suffiċjenti meta tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku).

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmata għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(1)  Il-manifattur għandu l-fakoltà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta’ konformità.


ANNESS V

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u dati ta’ applikazzjoni tad-direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2006/95/KE

(imsemmija fl-Artikolu 27)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

73/23/KEE

21 ta’ Awwissu 1974 (1)

93/68/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1994.

1 ta’ Jannar 1995 (2)


(1)  Fil-każ tad-Danimarka l-limitu ta’ żmien ġie estiż għal ħames snin, i.e. 21 ta’ Frar 1978. Ara l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 73/23/KEE.

(2)  Sal-1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri kellhom jippermettu l-introduzzjoni fis-suq u l-bidu tal-użu ta’ prodotti li kkonformaw mal-arranġamenti dwar l-immarkar fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 1995. Ara l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 93/68/KEE.


ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 2006/95/KE

Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1

Artikolu 1, it-tieni paragrafu

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 12

Artikolu 6

Artikolu 13

Artikolu 7

Artikolu 14

Artikolu 8(1)

Artikoli 16 u 17

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9

Artikoli 18 sa 20

Artikolu 10

Artikoli 16 u 17

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 26

Artikolu 14

Artikolu 27

Artikolu 15

Artikolu 28

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Artikoli 15 u 16 u l-Anness IV

Anness IV

Anness III

Anness V

Anness V


DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew iqis li huwa biss meta u sakemm atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 jiġu diskussi fil-laqgħat tal-kumitati, li dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu bħala "kumitati ta' komitoloġija" fis-sens tal-Anness I tal-Qafas ta' Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-laqgħat tal-kumitati, għaldaqstant, jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-punt 15 tal-Qafas ta' Ftehim meta u sakemm jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.