ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.086.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
21.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 282/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Marzu 2014
dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 168(5) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tikkomplementa u tappoġġa l-politiki nazzjonali dwar is-saħħa, tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn il-programmi tagħhom, b'rispett sħiħ lejn ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri rigward id-definizzjoni tal-politiki tas-saħħa tagħhom u l-organizzazzjoni u t-twassil tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. |
(2) |
Jinħtieġ sforz kontinwu sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 168 TFUE. Il-promozzjoni ta' kondizzjoni ta' saħħa tajba fil-livell tal-Unjoni hija wkoll parti integrali minn "Ewropa 2020: Strateġija għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" ("l-Istrateġija Ewropa 2020"). Li n-nies jinżammu b'saħħithom u attivi għal żmien itwal u li jingħataw is-setgħa li jkollhom rwol attiv fil-ġestjoni ta' saħħithom, ser iwassal għal effetti pożittivi ġenerali fuq is-saħħa, inkluż it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa, u impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja, fuq il-produttività u l-kompetittività, filwaqt li titnaqqas il-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali. L-appoġġ għal u r-rikonoxximent tal-innovazzjoni li għandha impatt fuq is-saħħa, jgħin biex tintlaqa' l-isfida tas-sostenibbiltà fis-settur tas-saħħa fil-kuntest tal-bidla demografika, u l-azzjoni għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa hija importanti għall-finijiet tal-kisba ta' "tkabbir inklużiv". Huwa adatt f'dak il-kuntest li jiġi stabbilit it-tielet Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) ("il-Programm"). |
(3) |
Skont id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), "Is-saħħa hija stat ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux sempliċiment in-nuqqas ta' mard jew infermità.". Biex tittejjeb is-saħħa tal-popolazzjoni fl-Unjoni u jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa, huwa essenzjali li l-attenzjoni ma tkunx biss fuq is-saħħa fiżika. Skont id-WHO, il-problemi tas-saħħa mentali jammontaw għal kważi 40% tas-snin ta’ ħajja b’diżabbiltà. Il-problemi ta' saħħa mentali huma wkoll varjati, idumu fit-tul u huma sors ta' diskriminazzjoni, u jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-inugwaljanzi fis-saħħa. Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika taffettwa fatturi li jiddeterminaw is-saħħa mentali, peress li l-fatturi protettivi jiddgħajfu u l-fatturi ta' riskju jiżdiedu. |
(4) |
Il-programmi preċedenti ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) u fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), adottati rispettivament bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE (4) u d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ("il-programmi tas-saħħa preċedenti"), ġew ivvalutati b'mod pożittiv fis-sens li jirriżultaw f'għadd ta' żviluppi u titjib importanti. Il-Programm għandu jibni fuq dak li nkiseb mill-programmi tas-saħħa preċedenti. Għandu jittieħed kont ukoll tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditi u l-evalwazzjonijiet esterni li twettqu, b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 2/2009, li skonthom, għall-perijodu wara l-2013, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw mill-ġdid l-ambitu tal-attivitajiet tal-Unioni dwar is-saħħa pubblika u l-approċċ tal-finanzjament tal-Unjoni f'dak il-qasam. Dan għandu jsir filwaqt li jinżammu preżenti l-mezzi baġitarji disponibbli u l-eżistenza ta' mekkaniżmi oħra ta' kooperazzjoni bħala mezz ta' kif jiġu ffaċilitati l-kollaborazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fost il-partijiet interessati madwar l-Ewropa. |
(5) |
Konformement mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu jiffoka fuq sett ta' objettivi u azzjonijiet definiti sew b'valur miżjud ċar u bil-provi tal-Unjoni, u jiġi kkonċentrat l-appoġġ fuq għadd iżgħar ta' attivitajiet f'oqsma prijoritarji. L-enfasi għandu jsir, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, fuq oqsma fejn hemm kwistjonijiet transkonfinali jew interni, jew fejn hemm vantaġġi sinifikanti u titjib fl-effiċjenza minn kollaborazzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
(6) |
Il-Programm għandu jkun mezz ta' promozzjoni ta' azzjonijiet f'oqsma fejn ikun hemm valur miżjud tal-Unjoni li jista' jintwera fuq il-bażi ta' dan li ġej: l-iskambju ta' prattika tajba bejn l-Istati Membri; l-appoġġ għal netwerks għall-kondiviżjoni tal-għarfien jew it-tagħlim reċiproku; l-indirizzar ta' theddidiet transkonfinali biex jitnaqqsu r-riskji tagħhom u jitrażżnu l-konsegwenzi tagħhom; l-indirizzar ta' ċerti kwistjonijiet b'rabta mas-suq intern fejn l-Unjoni għandha leġittimità sostanzjali biex jiġu żgurati soluzzjonijiet ta' kwalità għolja fl-Istati Membri; l-isfruttament tal-potenzjal tal-innovazzjoni fis-saħħa; azzjonijiet li jistgħu iwasslu għal sistema ta' punti ta' riferiment biex jiġi permess it-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod infurmat fil-livell tal-Unjoni; it-titjib tal-effiċjenza billi tiġi evitata ħela tar-riżorsi minħabba d-duplikazzjoni u jintużaw bl-aħjar mod ir-riżorsi finanzjarji. |
(7) |
L-implimentazzjoni tal-Programm għandha tkun tali li jkunu rrispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. |
(8) |
Ir-Rapport dwar is-Saħħa Ewropea tal-2009 tad-WHO jidentifika ambitu għaż-żieda tal-investiment fis-saħħa pubblika u s-sistemi tas-saħħa. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri huma mħeġġa jidentifikaw it-titjib fis-saħħa bħala prijorità fil-programmi nazzjonali tagħhom u biex jibbenefikaw minn għarfien aħjar dwar il-possibbiltajiet ta' finanzjament tal-Unjoni għas-saħħa. Għaldaqstant, il-Programm għandu jiffaċilita r-rikors għar-riżultati tiegħu fil-politika tas-saħħa nazzjonali. |
(9) |
L-innovazzjoni fis-saħħa għandha tinftiehem bħala strateġija tas-saħħa pubblika li mhijiex limitata għal avvanzi teknoloġiċi f'termini ta' prodotti u servizzi. It-trawwim tal-innovazzjoni fil-qasam tal-interventi fis-saħħa pubblika, l-istrateġiji ta' prevenzjoni, il-ġestjoni tas-sistema tas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u kura medika, inkluż interventi fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard, għandul-potenzjal li jtejjeb l-eżiti tas-saħħa pubblika, jtejjeb l-kwalità ta' kura lill-pazjenti u jwieġeb għal ħtiġijiet mhux issodisfati, u wkoll biex irawwem il-kompetittività tal-partijiet interessati u jtejjeb l-kosteffiċjenza u s-sostenibbiltà tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika. Għalhekk, il-Programm għandu jiffaċilita l-użu volontarju tal-innovazzjoni fis-saħħa, b'kont meħud tal-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif imniżżel fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006 (6). |
(10) |
Il-Programm għandu, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi ekonomika, jikkontribwixxi għat-trattament tal-inugwaljanzi fis-saħħa u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u s-solidarjetà permezz ta' azzjonijiet skont l-objettivi differenti u billi jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba. |
(11) |
Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, l-Unjoni għandha tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u timmira li tiġġieled id-diskriminazzjoni. Għaldaqstant, il-Programm għandu jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni fl-azzjonijiet kollha tiegħu. |
(12) |
Jeħtieġ li l-pazjenti jingħataw is-setgħa, inter alia billi jissaħħaħ il-litteriżmu relatat mas-saħħa, biex jimmaniġġjaw saħħithom u l-kura tas-saħħa tagħhom b'mod aktar proattiv, biex jipprevjenu l-mard u jagħmlu għażliet informati. It-trasparenza tal-attivitajiet u s-sistemi tal-kura tas-saħħa u d-disponibbiltà ta' informazzjoni affidabbli, indipendenti u faċli biex tintuża għall-pazjenti għandhom jiġu ottimizzati. Il-prattiki tal-kura tas-saħħa għandhom jiġu informati b'kontribut mill-pazjenti u permezz ta' komunikazzjoni magħhom. L-appoġġ għall-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-partijiet interessati huwa essenzjali u għandu jiġi kkoordinat fil-livell tal-Unjoni sabiex jgħin lill-pazjenti b'mod effettiv, b'mod partikolari dawk affettwati minn mard rari, biex jibbenefikaw minn kura tas-saħħa transkonfinali. |
(13) |
It-tnaqqis tal-piż tal-infezzjonijiet reżistenti u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u li tkun garantita d-disponibbiltà ta' antimikrobjali effettivi huma essenzjali għall-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u għas-sikurezza tal-pazjenti. Il-Programm għandu jappoġġa sforzi sostnuti biex jittejbu l-metodi ta' analiżi biex tiġi identifikata u evitata r-reżistenza antimikrobika u jittejjeb in-netwerking fost l-atturi tal-kura tas-saħħa, inkluż is-settur veterinarju, fir-rigward tal-ittrattar tar-reżistenza antimikrobika. |
(14) |
Fil-kuntest tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-investimenti mmirati tajjeb lejn il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard jistgħu jżidu n-numru ta' "snin ta' ħajja fi stat tajjeb ta' saħħa" u b'hekk jippermettu lill-anzjani jgawdu ħajja ta' saħħa u attiva meta jkunu qed jikbru. Il-mard kroniku huwa responsabbli għal aktar minn 80 % tal-mortalità prematura fl-Unjoni. Il-Programm għandu jidentifika, ixerred u jippromovi l-użu ta' prattika tajba u bbażata fuq l-evidenza għal miżuri kosteffettivi ta' promozzjoni tas-saħħa u dawk ta' prevenzjoni tal-mard iffokati b'mod partikolari fuq il-fatturi ta' riskju ewlenin, bħall-użu ta' tabakk, l-użu ta' drogi, l-użu dannuż tal-alkoħol u drawwiet ta' dieta mhux tajba għas-saħħa, l-obeżità u n-nuqqas ta' attività fiżika, kif ukoll l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite. Il-prevenzjoni effettiva għandha tikkontribwixxi għaż-żieda fis-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tas-saħħa. Filwaqt li jopera f'qafas sensittiv għall-ġeneru, il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard fl-aspetti kollha tagħha (prevenzjoni primarja, sekondarja u terzjarja) u tul il-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni, għall-promozzjoni tas-saħħa u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġaw stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa, b'kont meħud tal-fatturi fundamentali ta' natura soċjali u ambjentali kif ukoll l-impatt fuq is-saħħa ta' ċerti diżabbiltajiet. |
(15) |
Sabiex jiġu minimizzati l-konsegwenzi tat-theddid ta' natura transkonfinali għas-saħħa kif stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li jistgħu jvarjaw minn kontaminazzjoni tal-massa kkawżata minn inċidenti kimiċi jew dawk radjoloġiċi għal pandemiji, bħal dawk li feġġew reċentement mill-E. coli, ir-razza tal-influwenza H1N1 jew is-SARS (sindromu respiratorju akut gravi), jew l-effetti fuq is-saħħa li jirriżultaw minn żieda fil-movimenti tal-popolazzjoni, il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien u ż-żamma ta' mekkaniżmi u għodod robusti għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni ta’ theddid kbir għas-saħħa ta' natura transkonfinali. Minħabba n-natura ta' dak it-theddid, il-Programm għandu jappoġġa miżuri tas-saħħa pubblika kkoordinati fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati aspetti differenti tat-theddid ta' natura transkonfinali għas-saħħa, filwaqt li jibnu fuq it-tħejjija u l-ippjanar tar-rispons, valutazzjoni robusta u affidabbli tar-riskji u qafas b'saħħtu ta' ġestjoni ta' riskji u ta' kriżijiet. F’dak il-kuntest, huwa importanti li l-Programm jibbenefika mill-komplementarjetà mal-programm ta' ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fil-ġlieda kontra mard li jinxtered u mal-attivitajiet appoġġati taħt il-programmi tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni. Għandhom isiru sforzi speċjali biex jiġu żgurati l-koerenza u s-sinerġiji bejn il-Programm u l-ħidma globali dwar is-saħħa mwettqa taħt programmi u strumenti oħra tal-Unjoni li jindirizzaw, b'mod partikolari, l-oqsma tal-influwenza, l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u theddid ieħor għas-saħħa ta' natura transkonfinali. |
(16) |
Għandu jkun possibbli li l-azzjoni taħt il-Programm tkopri wkoll theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali kkawżat minn inċidenti bijoloġiċi u kimiċi, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Ewropa 2020", il-Kummissjoni hi impenjata għall-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-programmi globali tal-infiq tal-Unjoni u biex tidderieġi tal-inqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni lejn l-objettivi marbuta mal-klima. In-nefqa fil- Programm taħt l-objettiv speċifiku relatat mat-theddid għas-saħħa ta' natura transkonfinali għandu jikkontribwixxi b'mod ġenerali għal dawk l-objettivi billi jindirizza t-theddid għas-saħħa assoċjat mat-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar in-nefqa marbuta mat-tibdil fil-klima fil-Programm. |
(17) |
B'konformità mal-Artikolu 114 TFUE, għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa fil-leġislazzjoni adottata mill-Unjoni għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Konformement ma' dak l-objettiv, il-Programm għandu jagħmel sforzi speċjali biex jappoġġa azzjonijiet mitluba mill-għanijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, u li jikkontribwixxu għalihom, fl-oqsma tal-mard li jinxtered u theddid ieħor għas-saħħa, it-tessuti u ċ-ċelloli umani, id-demm, l-organi umani, l-apparat mediku, il-prodotti mediċinali, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinal,i u l-prodotti tat-tabakk u r-reklamar tat-tabakk. |
(18) |
Il-Programm għandu jikkontribwixxi għat-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq evidenza billi jiżviluppa sistema ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa, b'kont meħud ta' attivitajiet rilevanti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-WHO u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). Dik is-sistema għandha tikkonsisti minn, inter-alia, l-użu ta' strumenti eżistenti u, fejn adatt, aktar żvilupp ta' informazzjoni standardizzata dwar is-saħħa u għodod għall-monitoraġġ tas-saħħa, għall-ġbir u l-analiżi ta' data dwar is-saħħa, għall-appoġġ tal-Kumitati Xjentifiċi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (9) u għat-tixrid wiesa' tar-riżultati tal-Programm. |
(19) |
Il-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għandha l-għan li tikkomplementa u tappoġġa politiki tas-saħħa nazzjonali, li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u li tippromwovi l-koordinazzjoni bejn il-programmi tagħhom. L-iskambju ta' prattika tajba huwa strument fundamentali ta' dik il-politika. Skambju bħal dan għandu jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jibbenefikaw minn soluzzjonijiet effiċjenti żviluppati fi Stati Membri oħra, inaqqas id-duplikazzjoni tal-isforzi u jżid il-valur għall-flus permezz tal-promozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi fil-qasam tas-saħħa. Għalhekk, il-Programm għandu jiffoka prinċipalment fuq il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli mis-saħħa fl-Istati Membri u jipprovdi inċentivi għal parteċipazzjoni usa' tal-Istati Membri kollha kif irrakkomandati fl-evalwazzjonijiet tal-programmi tas-saħħa preċedenti. B'mod partikolari, l-Istati Membri li l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tagħhom għal kull abitanti huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni għandhom jiġu attivament inkoraġġuti biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet ikkofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli mis-saħħa fl-Istati Membri jew minn korpi li għandhom mandat minn dawk l-awtoritajiet kompetenti. Azzjonijiet bħal dawn għandhom jitqiesu li jkunu ta' użu eċċezzjonali u, b'mod partikolari, iwieġbu għall-objettiv tal-iffaċilitatar tal-parteċipazzjoni ta' Stati Membri li l-ING tagħhom għal kull abitanti huwa anqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni u li dik il-parteċipazzjoni titwessa. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll aktar għajnuna mhux finanzjarja li tkun adatta għall-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati Membri f'azzjonijiet bħal dawn, pereżempju f'termini tal-proċess ta' applikazzjoni, it-trasferiment tal-għarfien u l-użu tal-għarfien espert. |
(20) |
Il-korpi mhux governattivi u l-partijiet interessati mill-qasam tas-saħħa, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti tas-saħħa, għandhom rwol importanti billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni u l-pariri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm. Meta jkunu qed jagħmlu dan huwa possibbli li jirrikjedu kontribuzzjonijiet mill-Programm biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw. Għaldaqstant il-Programm għandu jkun aċċessibli għal korpi mhux governattivi u għal organizzazzjonijiet tal-pazjenti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa pubblika, li għandhom rwol effettiv fil-proċessi tad-djalogu ċivili fil-livell tal-Unjoni, bħal l-parteċipazzjoni fi gruppi konsultattivi, u b'dak il-mod jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-Programm. |
(21) |
Il-Programm għandu jippromwovi sinerġiji, filwaqt li jevita d-duplikazzjoni ma' programmi u azzjonijiet tal-Unjoni relatati, billi jippromovi, fejn rilevanti, l-użu ta' skoperti innovattivi li jirriżultaw mir-riċerka fil-qasam tas-saħħa. Għandu jsir użu adattat minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Programm ta' Qafas tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014 2020 (Orizzont 2020), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill (10), u l-eżiti tiegħu, il-Fondi Strutturali, il-Programm għall-Impjiegi u u l-Innovazzjoni Soċjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill (11), il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (12), l-istrateġija tal-Unjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol (2007/2012), il-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), il-Programm tal-Konsumaturi, il-Programm tal-Ġustizzja, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) il-Programm Konġunt għal Għixien fid-Dar Assistit, il-programm għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (Erasmus+), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) il-Programm Statistiku Ewropew, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1278/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u s-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu, fl-attivitajiet rispettivi tagħhom. |
(22) |
F'konformità mal-Artikolu 168(3) TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri ghandhom irawmu kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika. Il-Programm għandu għalhekk ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni, il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA)/Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), pajjiżi ġirien u pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika Ewropea għall-Viċinat (ENP), u pajjiżi oħrajn b'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti bi kwalunkwe ftehim bilaterali jew dak multilaterali rilevanti. |
(23) |
Għandhom jiġu ffaċilitati relazzjonijiet adatti ma' pajjiżi terzi li mhux qed jipparteċipaw fil-Programm biex jgħinu l-ilħuq tal-objettivi tal-Programm, b'kont meħud ta' kwalunkwe ftehim rilevanti bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni. Dan jista' jinvolvi lill-Unjoni fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti dwar is-saħħa jew lill-pajjiżi terzi fit-twettiq ta' attivitajiet, li huma komplementari għal dawk iffinanzjati taħt il-Programm, f'oqsma ta’ interess reċiproku, iżda ma għandhomx jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm. |
(24) |
Sabiex jiġu massimizzati l-effettività u l-effiċjenza fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali, u bil-ħsieb li jiġi implimentat tal-Programm, għandha tiġi żviluppata kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, b'mod partikolari d-WHO, kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u l-OECD. |
(25) |
Il-Programm għandu jibqa' għaddej għal perijodu ta' seba' snin biex it-tul tiegħu jiġi allinjat ma’ dak tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (EU, Euratom) Nru 1311/2013 (18). Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għad-durata sħiħa tal-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont primarju ta' referenza, fis-sens tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (19), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(26) |
B'konformità mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi legali għall-azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm. |
(27) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju pprovdut taħt il-Programm għall-funzjonament ta' korpi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tqis, fil-programm ta' ħidma annwali għall-2014, li l-ispejjeż marbutin direttament mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet appoġġati jkunu eliġibbli għall-finanzjament, anke jekk dawn iġġarrbu mill-benefiċjarju qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-finanzjament. |
(28) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament permezz ta' programmi ta' ħidma annwali, għandhom jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). |
(29) |
Il-Programm għandu jiġi implimentat b'rispett sħiħ għall-prinċipju tat-trasparenza. Ir-riżorsi baġitarji għandhom jiġu kondiviżi bejn l-objettivi differenti tal-Programm b'mod bilanċjat matul id-durata kollha tal-Programm, b'kont meħud tal-vantaġġi probabbli għall-promozzjoni tas-saħħa. Għandhom jintgħażlu u jiġu ffinanzjati mill-Programm azzjonijiet adatti koperti mill- objettivi speċifiċi tal-Programm u dawk b'valur miżjud ċar tal-Unjoni. Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-kriterji essenzjali ta' selezzjoni applikabbli għall-benefiċjarji potenzjali, b'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-kapaċità finanzjarja u dik operattiva biex iwettqu azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programmi u, fejn adatt, l-evidenza meħtieġa biex tintwera l-indipendenza tagħhom. |
(30) |
Il-valur u l-impatt tal-Programm ghandhom jiġu sorveljati u evalwati regolarment. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-fatt li l-ilħuq tal-objettivi tal-Programm jista' jirrikjedi perijodu ta’ żmien itwal mit-tul tiegħu. Fin-nofs tad-durata tal-Programm, iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017, ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu għandu jiġi fformulat sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni ta' prijoritajiet tematiċi tal-Programm. |
(31) |
Sabiex il-Programm jibbenefika b'mod sħiħ mis-sejbiet tar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu dwar l-implimentazzjoni tiegħu u biex jiġu permessi l-aġġustamenti possibbli meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jadottata atti b'konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex titneħħa l-kwalunkwe waħda mill-prijoritajiet tematiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament jew sabiex jiġu inklużi prijoritajiet tematiċi ġodda f'dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(32) |
Il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali hija essenzjali għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni mal-applikanti potenzjali biex tkun possibbli parteċipazzjoni ekwa fil-Programm, u għarfien li joħroġ mill-Programm mal-partijiet nazzjonali differenti interessati fis-settur tas-saħħa. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jinnominaw Punti Ċentrali Nazzjonali sabiex jappoġġaw dawk l-attivitajiet. |
(33) |
Fl-applikazzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti rilevanti, inklużi l-Punti Ċentrali Nazzjonali. |
(34) |
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b'mod inkorrett u, fejn adatt, il-pieni. |
(35) |
Għandha tiġi żgurata transizzjoni bejn il-Programm u l-programm preċedenti li jkun qed jissostitwixxi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta' assistenza teknika u dak amministrattiv. Mill-1 ta' Jannar 2021, l-approprjazzjonijiet tal-assistenza teknika u dik amministrattiva għandhom ikopru, jekk ikun meħtieġ, in-nefqa relatata mal-ġestjoni ta' azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-aħħar tal-2020. |
(36) |
Billi l-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi kkumplementat, appoġġat u jiżdied il-valur tal-politika tal-Istati Membri biex tittejjeb is-saħħa tal-popolazzjoni fl-Unjoni, u jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa billi tiġi promossa s-saħħa, titħeġġa l-innovazzjoni fis-saħħa, tiżdied is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, u jiġu protetti ċ-ċittadini tal-Unjoni minn theddid serju għas-saħħa ta' natura transkonfinali, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(37) |
Dan ir-Regolament jissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE. Għalhekk dik id-Deċiżjoni għandha tiġi revokata. |
(38) |
Huwa adatt li tiġi żgurata transizzjoni mingħajr xkiel u mingħajr interruzzjoni bejn il-programm preċedenti fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) u l-Programm, u li t-tul tal-Programm jiġi allinjat mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013. Għalhekk, il-Programm għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Stabbiliment tal-Programm
Dan ir-Regolament jistabbilixxi t-tielet programm pluriennali għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa, għall- perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ("il-Programm").
Artikolu 2
Objettivi ġenerali
L-objettivi ġenerali tal-Programm għandhom ikunu li jiġu kkumplementati, appoġġati u jiżdied il-valur tal-politika tal-Istati Membri, li tittejjeb is-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni u titnaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, billi tiġi promossa s-saħħa, titħeġġeġ l-innovazzjoni fis-saħħa, tiżdied s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u jiġu protetti ċ-ċittadini tal-Unjoni minn theddid serju għas-saħħa ta' natura transkonfinali.
KAPITOLU II
OBJETTIVI U AZZJONIJIET
Artikolu 3
Objettivi speċifiċi u indikaturi
L-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jiġu segwiti permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(1) |
Għall-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard, u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġaw stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa: l-identifikazzjoni, it-tixrid u l-promozzjoni tal-użu ta' prattika tajba u bbażata fuq evidenza għal miżuri kosteffettivi għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard billi jiġu indirizzati b'mod partikolari l-fatturi ta' riskju ewlenin li huma relatati mal-istil ta' ħajja b'attenzjoni partikolari fuq il-valur miżjud tal-Unjoni. Dan l-objettiv għandu jitkejjel, b'mod partikolari, permezz taż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri involuti fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard, bl-użu ta' prattika tajba u bbażata fuq evidenza permezz ta' miżuri u azzjonijiet meħuda fil-livell adatt fl-Istati Membri. |
(2) |
Għall-protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni minn theddid serju għas-sabha ta' natura transkonfinali: l-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' approċċi koerenti u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom għal tħejjija u koordinazzjoni aħjar f'emerġenzi tas-saħħa. Dan l-objettiv għandu jitkejjel, b'mod partikolari, permezz taż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri li jintegraw l-approċċi koerenti fit-tfassil tal-pjanijiet tagħhom ta' tħejjija. |
(3) |
Għall-appoġġ tal-bini ta' kapaċità fil-qasam tas-saħħa pubblika u għall-kontribut għal sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u dawk sostenibbli: l-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' għodod u mekkaniżmi fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta' riżorsi, kemm umani kif ukoll dawk finanzjarji, u biex jiġi ffaċilitat l-użu volontarju ta' innovazzjonijiet fl-istrateġiji ta' intervent u dawk ta' prevenzjoni tas-saħħa pubblika. Dan l-objettiv għandu jitkejjel, b'mod partikolari, permezz taż-żieda fil-pariri li jingħataw u l-għadd ta' Stati Membri li jużaw l-għodod u l-mekkaniżmi identifikati sabiex jikkontribwixxu għal riżultati effettivi fis-sistemi tas-saħħa tagħhom. |
(4) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sigura għaċ-ċittadini tal-Unjoni: jitkabbar l-aċċess għall-għarfien espert mediku u l-informazzjoni medika għal kondizzjonijiet speċifiċi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-riżultati ta' riċerka u jiġu żviluppati għodod għat-titjib tal-kwalità tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti permezz, inter alia, azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-titjib tal-litteriżmu relatat mas-saħħa. Dan l-objettiv għandu jitkejjel, b'mod partikolari, permezz taż-żieda fl-għadd ta' netwerks Ewropej ta' referenza stabbiliti b'konformità mad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) (in-"netwerks Ewropej ta' referenza"), iż-żieda fl-għadd ta' fornituri tal-kura tas-saħħa u ċentri ta' għarfien espert li jissieħbu man-netwerks Ewropej ta' referenza, u ż-żieda fl-għadd ta' Stati membri li qed jużaw l-għodod żviluppati. |
Artikolu 4
Azzjonijiet eliġibbli
L-objettivi speċifiċi tal-Programm għandhom jintlaħqu permezz ta' azzjonijiet konformi mal-prijoritajiet tematiċi elenkati fl-Anness I u implimentati permezz tal-programmi ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 11.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 5
Finanzjament
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 449 394 000 fi prezzijiet attwali.
L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Artikolu 6
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi
Il-Programm għandu jkun miftuħ, abbażi tal-ispejjeż, għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi,b'mod partikolari:
(a) |
pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati jew kandidati potenzjali li jibbenefikaw mill-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet Qafas, fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili rispettivi; |
(b) |
pajjiżi tal-EFTA/ŻEE skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE; |
(c) |
pajjiżi ġirien u pajjiżi li, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bi ftehim bilaterali jew multilaterali rilevanti, għalihom tapplika l-ENP; |
(d) |
pajjiżi oħra skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bi ftehim bilaterali jew multilaterali rilevanti. |
Artikolu 7
Tipi ta' intervent
1. F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għandhom jieħdu l-forma ta' għotjiet, akkwist pubbliku jew kwalunkwe forma oħra ta' intervent neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm.
2. L-għotjiet jistgħu jingħataw biex jiffinanzjaw:
(a) |
azzjonijiet li jkollhom valur miżjud tal-Unjoni li jkun ċar u li jkunu kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli mis-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi li jkunu qed jipparteċipaw fil-Programm skont l-Artikolu 6, jew minn korpi tas-settur pubbliku u korpi mhux governattivi, kif imsemmi fl-Artikoli 8(1), li jaġixxu individwalment jew bħala netwerk, li għandhom mandat minn dawk l-awtoritajiet kompetenti; |
(b) |
azzjonijiet li jkollhom valur miżjud tal-Unjoni li jkun ċar li jkunu espliċitament previsti u debitament ġustifikati fil-programmi ta' ħidma annwali kofinanzjati minn korpi pubbliċi, mhux governattivi jew privati oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-qasam tas-saħħa u fil-każ tal-aħħar, fejn adatt, mingħajr sejħa preċedenti għal proposti; |
(c) |
il-funzjonament tal-korpi mhux governattivi kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), fejn ikun meħtieg appoġġ finanzjarju biex jintlaħaq objettiv speċifiku wieħed jew aktar tal-Programm. |
3. L-għotjiet imħallsa mill-Unjoni ma għandhomx jaqbżu s-60 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjoni relatata ma' objettiv tal-Programm jew għall-funzjonament ta' korp mhux governattiv. F’każijiet ta’ utilità eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni mill-Unjoni tista’ tkun sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Għall-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, utilità eċċezzjonali tintlaħaq, inter alia, fejn:
(a) |
mill-inqas 30% tal-baġit tal-azzjoni proposta jiġi allokat lil Stati Membri li l-ING tagħhom għal kull abitant huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni; u |
(b) |
korpi minn tal-inqas 14-il pajjiż parteċipanti jipparteċipaw fl-azzjoni, li minnhom tal-inqas erba' huma pajjiżi li l-ING tagħhom għal kull abitant huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni. |
4. B'deroga mill-Artikolu 130(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u f'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista', fil-programm ta' ħidma annwali għall-2014, tikkunsidra li l-ispejjeż direttament marbuta mal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet appoġġati jkunu eliġibbli għal finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014, anki jekk ikunu ġġarrbu mill-benefiċjarju qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għotja.
Artikolu 8
Benefiċjarji eliġibbli għal għotjiet
1. L-għotjiet għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u (b) jistgħu jingħataw lil organizzazzjonijiet stabbiliti legalment, awtoritajiet nazzjonali, korpi tas-servizz pubbliku, b'mod partikolari istituzzjonijiet tar-riċerka u tas-saħħa, universitajiet u stabbilimenti ta' edukazzjoni għolja.
2. L-għotjiet għall-funzjonament tal-korpi msemmija fl-Artikolu 7(2)(c) jistgħu jingħataw lill-korpi li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
huma korpi mhux governattivi, ma għandhomx skop ta' profitt u huma indipendenti minn interessi tal-industrija, interessi kummerċjali u ta' negozju jew interessi oħra li joħolqu konflitt; |
(b) |
huma joperaw fil-qasam tas-saħħa pubblika, jaqdu rwol effettiv fil-proċessi ta' djalogu ċivili fil- livell tal-Unjoni u jsegwu tal-inqas wieħed mill-objettivi speċifiċi tal-Programm; |
(c) |
huma attivi fil-livell tal-Unjoni f'tal-inqas nofs l-Istati Membri, u għandhom kopertura ġeografika bilanċjata tal-Unjoni. |
Artikolu 9
Assistenza amministrattiva u teknika
Il-pakkett finanzjarju tal-Programm jista’ jkopri wkoll spejjeż li huma ta’ attivitajiet ta’ preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni meħtieġa direttament għall-ġestjoni tal-Programm u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sa fejn ikunu marbuta mal-objettivi ġenerali tal-Programm, l-ispejjeż relatati netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż l-oħra kollha ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.
KAPITOLU IV
IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 10
Metodi ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm f'konformità mal-modi ta' ġestjoni stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 11
Programmi ta' ħidma annwali
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma annwali f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-kriterji stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, programmi ta' ħidma annwali li għandhom jistabbilixxu, b'mod partikolari, l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi finanzjarji. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
3. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet legali kollha rilevanti rigward il-protezzjoni tad-dejta personali u, fejn xieraq, l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u s-sikurezza ta’ tali data.
Artikolu 12
Konsistenza u komplementarjetà ma’ politiki oħra
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà ġenerali bejn il-Programm u politiki, strumenti u azzjonijiet oħra tal-Unjoni, inklużi dawk tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 13
Monitoraġġ, evalwazzjoni u tixrid tar-riżultati
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt il-Programm fid-dawl tal-objettivi u l-indikaturi tiegħu, inkluża l-informazzjoni disponibbli dwar l-ammont tan-nefqa marbuta mal-klima. Hija għandha tirrapporta dan lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 17(1), u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informati.
2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm. Tali talbiet għal informazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe żieda mhux meħtieġa fil-piż amministrattiv tal-Istati Membri.
3. F’nofs it-tul tal-Programm, iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha tifformula u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu dwar il-kisba tal-objettivi tal- Programm, is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prijoritjiet tematiċi li jinsabu fl-Anness I, u l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-Programm,, bil-ħsieb ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-prijoritajiet tematiċi tiegħu. Addizzjonalment, ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-Programm, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-azzjonijiet għall- kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 168 TFUE. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-programm precedenti.
Fir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tindika dan li ġej:
(a) |
jekk ma jkunx possibbli li tiġi implimentata u milħuqa waħda, jew aktar, mill-prijoritajiet tematiċi elenkati fl-Anness I konformement mal-objettivi tal-Programm u fiż-żmien li jifdal tal-Programm; |
(b) |
jekk l-evalwazzjoni tkunx identifikat waħda, jew aktar, mill-prijoritajiet tematiċi speċifiċi sinifikattivi li mhumiex elenkati fl-Anness I, iżda li jkunu saru neċessarji għall-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm; |
(c) |
ir-raġunijiet għall-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b). |
L-impatt fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal- Programm għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li jkun hemm kontribut għal deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni possibbli ta' xi Programm sussegwenti.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-azzjonijiet imwettqa skont dan ir-Regolament disponibbli pubblikament u għandha tiżgura li dawn jiġu disseminati b'mod estensiv sabiex ikun hemm kontribut għat-titjib tas-saħħa fl-Unjoni.
Artikolu 14
Segwitu għar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu
1. Fejn ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu jidentifika li prijorita tematika waħda jew iżjed ma jistgħux jiġu implimentati jew miksuba f'konformità mal-objettivi tal-Programm u matul id-durata tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, sal-31 ta' Awwissu 2017, atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex il-prijorità tematika jew prijoritajiet tematiċi kkonċernati jitneħħew mill-Anness I. Jista' jidħol fis-seħħ biss att iddelegat wieħed li jneħħi prijorità tematika jew prijoritajiet tematiċi skont l-Artikolu 18 matul id-durata kollha tal-Programm.
2. Fejn ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu jidentifika li waħda, jew aktar, mill-prijoritajiet tematiċi speċifiċi sinifikattivi li mhumiex elenkati fl-Anness I, iżda li jkunu saru neċessarji għall-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta, sal-31 ta' Awwissu 2017, atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tali prijorità tematika jew prijoritajiet tematiċi kkonċernati jiżdiedu fl-Anness I. Prijorità tematika għandha tkun tista' tinkiseb matul id-durata tal-Programm. Jista' jidħol fis-seħħ att iddelegat wieħed biss li jżid prijorità tematika jew prijoritajiet tematiċi skont l-Artikolu 18 matul id-durata tal-Programm.
3. Kwalunkwe tneħħija jew żieda ta' prijoritajiet tematiċi għandha tkun konformi mal-objettivi ġenerali u mal-objettivi speċifiċi rilevanti tal-Programm.
Artikolu 15
Punti Ċentrali Nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-Punti Ċentrali Nazzjonali li għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-Programm u, kif adatt, fid-disseminazzjoni tar-riżultati tal-Programm u l-informazzjoni disponibbli dwar l-impatt tal-Programm kif imsemmi fl-Artikolu 13(2).
Artikolu 16
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal- Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adatti kollha sabiex jiġi żgurat li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal- Unjoni jiġu protetti permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz ta' penali amministrattivi u finanzjarji dissważivi.
2. Il-Kummissjoni, jew ir-rappreżentanti tagħha, u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikollhom is-setgħa ta' awditu, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament.
3. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (24) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f'konnessjoni ma' ftehim dwar għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt iffinanzjat taħt dan ir-Regolament.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet dwar għotja u deċiżjonijiet ta' għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkollhom dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 17
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta l-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att implimentattiv u jiġi applikat it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 18
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għat-tul tal-Programm.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tagħti notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 14(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet transizzjonali
1. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-transizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati taħt id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE.
2. Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit wara l-2020 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 9, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta' Diċembru 2020.
Artikolu 20
Revoka
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE għandha tiġi revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Marzu 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 143, 22.5.2012, p. 102.
(2) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 223.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-26 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014.
(4) Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1).
(5) Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).
(6) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).
(7) Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(8) Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).
(9) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).
(10) Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(11) Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).
(12) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’, Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta’, Solidarjetà ta’, l-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
(13) Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).
(14) Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
(15) Regolament (UE) Nru 1382/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm dwar il-Ġustizzja għall-perijodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 73.)
(16) Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal -11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).
(17) Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).
(18) Regolament tal-Kunsill (EU, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(19) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).
(20) Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(21) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p 13).
(22) Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(23) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (GU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(24) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (GU L 292, 15.11.1996, p. 2).
ANNESS I
PRIJORITAJIET TEMATIĊI
1. Il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġaw stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa billi jittieħed kont tal-prinċipju tas-'saħħa fil-politiki kollha'
1.1. |
Miżuri kosteffettivi dwar il-promozzjoni u l-prevenzjoni konformi, b'mod partikolari, mal-istrateġiji tal-Unjoni dwar l-alkoħol u n-nutrizzjoni, u inklużi azzjonijiet li jappoġġaw l-iskambju ta' prattika tajba u bbażatiafuq evidenza għall-indirizzar ta' fatturi ta' riskju bħall-użu tat-tabakk u t-tipjip passiv, l-użu dannuż tal-alkoħol, id-drawwiet ta' dieta mhux tajba għas-saħħa u n-nuqqas ta' attività fiżika, b'kont meħud tal-aspetti tas-saħħa pubblika tal-fatturi ewlenin, bħal ma huma dawk ta' natura soċjali u ambjentali, b'attenzjoni partikolari fuq il-valur miżjud tal-Unjoni. |
1.2. |
Miżuri li jikkomplementaw l-azzjoni tal-Istati Membri fit-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa f'relazzjoni mad-drogi, inklużi l-informazzjoni u l-prevenzjoni. |
1.3. |
Appoġġ għal risponsi effettivi kontra mard li jinxtered bħall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite permezz tal-identifikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-promozzjoni tal-użu ta' prattika tajba u bbażata fuq evidenza għal prevenzjoni, dijanjożi, trattament u kura kosteffettivi. |
1.4. |
Appoġġ għall-kooperazzjoni u n-netwerking fl-Unjoni relatat mal-prevenzjoni u t-titjib tar-rispons kontra mard kroniku inkluż il-kanċer, mard relatat max-xjuħija u mard newrodeġenerattiv, permezz tal-kondiviżjoni ta' għarfien u ta' prattiki tajba u l-iżvilupp ta' attivitajiet konġunti dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni bikrija u l-ġestjoni (inklużi l-litteriżmu relatat mas-saħħa u l-awtoġestjoni). Segwitu tal-ħidma dwar il-kanċer li diġà nbdiet, inklużi azzjonijiet rilevanti ssuġġeriti mill-Azzjoni ta' Sħubija Ewropea kontra l-Kanċer. |
1.5. |
L-azzjonijiet rikjesti mill-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, jew li jikkontribwixxu għaliha, fil-qasam tal-prodotti tat-tabakk, ir-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet li għandhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ dik il-leġislazzjoni. |
1.6. |
Żvilupp ta' sistema ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa li tikkontribwixxi għat-teħid ta' deċiżjonijiet bbażati fuq evidenza, inkluż l-użu ta' strumenti eżistenti u, fejn xieraq, aktar żvilupp ta' informazzjoni standardizzata dwar is-saħħa u għodod għall-monitoraġġ tas-saħħa, il-ġbir u l-analiżi ta' data dwar is-saħħa, u d-disseminazzjoni estensiva tar-riżultati tal-Programm. |
2. Protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni minn theddid serju għas-saħħa ta' natura transkonfinali
2.1. |
Titjib tal-valutazzjoni tar-riskju u l-għeluq ta' lakuni fil-valutazzjoni tar-riskju billi jiġu pprovduti kapaċitajiet addizzjonali għal kompetenza xjentifika, u jsir inventarju ta' valutazzjonijiet eżistenti. |
2.2. |
Appoġġ għall-bini ta' kapaċità kontra t-theddid għas-saħħa fl-Istati Membri, inkluża, fejn adatt, kooperazzjoni ma' pajjiżi ġirien: żvilupp fl-ippjanar ta' tħejjija u ta' rispons filwaqt li jittieħed kont ta' inizjattivi globali, u jkun hemm koordinazzjoni magħhom, komponenti ta' ppjanar ġeneriku u speċifiku ta' tħejjija, koordinazzjoni ta' rispons rigward is-saħħa pubblika, approċċi mhux vinkolanti dwar it-tilqim; l-indirizzar tad-theddid għas-saħħa li qed jiżdiedu u li jirriżultaw mill-movimenti tal-popolazzjoni madwar id-dinja; żvilupp ta' linji gwida dwar miżuri protettivi f'sitwazzjoni ta' emerġenza, linji gwida dwar l-informazzjoni u gwidi għal prattika tajba; isir kontribut għall-qafas ta' mekkaniżmu volontarju, inkluż l-introduzzjoni ta' kopertura ottimali ta' tilqim sabiex jiġu miġġielda effettivament il-qawmien mill-ġdid tal-mard infettiv u għall-akkwist konġunt ta' kontramiżuri mediċi; żvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni koerenti. |
2.3. |
L-azzjonijiet rikjesti mill-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, jew li jikkontribwixxu għaliha, fil-qasam tal-mard li jinxtered u theddid ieħor għas-saħħa, inkluż dak ikkawżat minn inċidenti bijoloġiċi u kimiċi, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ din il-leġislazzjoni. |
2.4. |
L-iżvilupp ta' sistema ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa li tikkontribwixxi għat-teħid ta' deċiżjonijiet bbażati fuq evidenza, inkluż l-użu ta' strumenti eżistenti u, fejn xieraq, aktar żvilupp ta' informazzjoni standardizzata dwar is-saħħa u għodod għall-monitoraġġ tas-saħħa, il-ġbir u l-analiżi ta' data dwar is-saħħa, u d-disseminazzjoni estensiva tar-riżultati tal-Programm. |
3. Kontribuzzjoni għal sistemi tas-saħħa innovattivi effiċjenti u sostenibbli
3.1. |
Appoġġ għal kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri dwar il-Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa taħt in- netwerk dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa stabbilit bid-Direttiva 2011/24/UE. Jiġi ffaċilitat l-użu tar-riżultati li joħorġu mill-proġetti ta' riċerka appoġġati taħt is-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013), adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u, fuq perijodu twil, l-attivitajiet li ser jitwettqu fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020). |
3.2. |
Promozzjoni tal-użu volontarju tal-innovazzjoni fis-saħħa u s-servizzi elettroniċi tas-saħħa billi tiżdied l-interoperabbiltà tar-reġistri tal-pazjenti u soluzzjonijiet elettroniċi oħra dwar is-saħħa; tiġi appoġġata l-kooperazzjoni dwar is-saħħa elettronika fl-Unjoni, partikolarment dwar ir-reġistri, u l-użu tagħha mill-professjonisti tas-saħħa. Dan ser iservi n-netwerk volontarju dwar is-saħħa elettronika stabbilit bid-Direttiva 2011/24/UE. |
3.3. |
Appoġġ għas-sostenibbiltà tal-forza tax-xogħol tas-saħħa bl-iżvilupp ta' forza tax-xogħol tas-saħħa effettiva permezz ta' previżjoni u ppjanar f’termini tan-numri, ugwaljanza bejn is-sessi, l-ambitu tal-prattika u l-limiti sa fejn it-taħriġ jissodisfa l-ħiliet meħtieġa, inkluża l-kapaċità li jsir użu minn sistemi ta' informazzjoni ġodda u teknoloġiji avanzati oħrajn, il-monitoraġġ tal-mobilità (fl-Unjoni) u l-migrazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa, l-iżvilupp ta' strateġiji effiċjenti għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità, b'kont meħud tal-kwistjonijiet ta' dipendenza u t-tixjiħ demografiku. |
3.4. |
Forniment ta' kompetenza u kondiviżjoni ta' prattika tajba biex l-Istati Membri jiġu assistiti fit-teħid ta' riformi fis-sistema tas-saħħa permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu għall-ġbir ta' kompetenza fil-livell tal-Unjoni, biex jingħataw pariri tajbin u bbażati fuq evidenza dwar investiment u innovazzjoni effettivi u effiċjenti fis-saħħa pubblika u s-sistemi tas-saħħa. Jiġi ffaċilitat l-użu tar-riżultati li joħorġu mill-proġetti ta' riċerka appoġġati taħt is-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u, fuq perijodu twil, l-attivitajiet li ser jitwettqu fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020). |
3.5. |
Jiġu appoġġati l-azzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet tas-saħħa f'soċjetà ta' tixjiħ tal-popolazzjoni, inklużi azzjonijiet rilevanti ssuġġeriti mis-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu fit-tliet temi tagħha: innovazzjoni fl-għarfien, il-prevenzjoni u d-dijanjożi bikrija, innovazzjoni fil-kura u l-assistenza u innovazzjoni fit-tixjiħ attiv u l-għixien indipendenti. |
3.6. |
L-azzjonijiet rikjesti mill-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, jew li jikkontribwixxu għaliha, fil-qasam tal-apparat mediku, il-prodotti mediċinali u l-kura tas-saħħa transkonfinali. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ dik il-leġislazzjoni. |
3.7. |
L-iżvilupp ta' sistema ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa li tikkontribwixxi għat-teħid ta' deċiżjonijiet bbażati fuq evidenza, inkluż l-użu ta' strumenti eżistenti, aktar żvilupp, fejn xieraq, ta' informazzjoni standardizzata dwar is-saħħa u għodod għall-monitoraġġ tas-saħħa, il-ġbir u l-analiżi ta' data dwar is-saħħa, d-disseminazzjoni estensiva tar-riżultati tal-Programm, u l-appoġġ għall-Kumitati Xjentifiċi stabbiliti f'konformità mad-Deċiżjoni 2008/721/KE. |
4. Jiġi ffaċilitat l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ- ċittadini tal-Unjoni
4.1. |
Appoġġ għall-istabbiliment ta' sistema ta' netwerks Ewropej ta' referenza għall-pazjenti b'kondizzjonijiet li jirrikjedu kura speċjalizzata ħafna u konċentrazzjoni partikolari tar-riżorsi u l-kompetenza, bħal fil-każ ta' mard rari, abbażi tal-kriterji li għandhom jiġu stabbiliti taħt id-Direttiva 2011/24/UE. |
4.2. |
Appoġġ għall-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-partijiet interessati permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni sabiex tgħin b’mod effettiv lill-pazjenti affettwati minn mard rari. Dan jinkludi l-ħolqien ta' netwerks ta' referenza (f'konformità mal-punt 4.1), bażi tad-data tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha u reġistri għal mard rari abbażi ta' kriterji komuni. |
4.3. |
Tisħiħ tal-kollaborazzjoni dwar is-sikurezza tal-pazjenti u l-kwalità tal-kura tas-saħħa, fost l-oħrajn, permezz tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (2); skambju ta' prattiki tajba dwar is-sistemi li jassiguraw il-kwalità; żvilupp ta' linji gwida u għodod li jippromwovu l-kwalità u s-sikurezza tal-pazjenti; żieda tad-disponibbiltà ta' informazzjoni għall-pazjenti dwar is-sikurezza u l-kwalità, titjib tar-rispons u l-interazzjoni bejn min jaħdem fil-qasam tas-saħħa u l-pazjenti. |
4.4. |
F'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni kontra t-theddid li qed jikber mir-reżistenza antimikrobika, jittejjeb l-użu għaqli tal-aġenti antimikrobjali u tnaqqis ta' prattiki li jżidu r-reżistenza antimikrobjali, b'mod partikolari fl-isptarijiet; promozzjoni ta' miżuri effettivi dwar il-prevenzjoni u l-iġjene għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet; jitnaqqas il-piż tal-infezzjonijiet ta' reżistenza u dawk assoċjati mal-kura tas-saħħa u tkun garantita d-disponibbiltà ta' antimikrobjali effettivi. |
4.5. |
L-azzjonijiet rikjesti mill-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, jew li jikkontribwixxu għaliha, fl-oqsma tat-tessuti u ċ-ċelloli umani, id-demm, l-organi umani, it-tagħmir mediku, il-prodotti mediċinali, u d-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, fir-rispetti sħiħ tal-kompetenzi u l-għażliet etiċi tal-Istati Membri f'dawk l-oqsma. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ dik il-leġislazzjoni. |
4.6. |
Żvilupp ta' sistema ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa li tikkontribwixxi għat-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq evidenza, inkluż l-użu ta' strumenti eżistenti u, fejn adatt, aktar żvilupp ta' informazzjoni standardizzata dwar is-saħħa u għodod għall-monitoraġġ tas-saħħa, il-ġbir u l-analiżi ta' data dwar is-saħħa, u d-disseminazzjoni estensiva tar-riżultati tal-Programm. |
(1) Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS II
KRITERJI GĦALL-ISTABBILIMENT TA' PROGRAMMI TA' ĦIDMA ANNWALI
Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-kriterji li ġejjin għat-tul tal-Programm:
— |
ir-rilevanza tal-azzjonijiet proposti għall-objettivi stipulati fl-Artikoli 2 u 3 u għall-prijoritajiet tematiċi stipulati fl-Anness I u għall-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-UE "Flimkien għas-Saħħa"; |
— |
il-valur miżjud tal-Unjoni tal-azzjonijiet proposti f'konformità mal-prijoritajiet tematiċi fl-Anness I; |
— |
ir-rilevanza għas-saħħa pubblika tal-azzjonijiet proposti, f'termini tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni ta' mard, il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni mit-theddid għas-saħħa u f'termini tat-titjib tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa; |
— |
ir-rilevanza tal-azzjonijiet proposti għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa; |
— |
il-pertinenza tal-kopertura ġeografika tal-azzjonijiet proposti; |
— |
ild-distribuzzjoni bbilanċjata tar-riżorsi baġitarji bejn l-objettivi differenti tal-Programm, b'kont meħud tal-vantaġġi probabbli għall-promozzjoni tas-saħħa; |
— |
il-kopertura adegwata tal-prijoritajiet tematiċi stipulati fl-Anness I. |
21.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/14 |
REGOLAMENT (UE) Nru 283/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Marzu 2014
dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
In-networks u s-servizzi tat-telekomunikazzjoni qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-networks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u politika, il-kontenut kulturali u n-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess mifrux, b'veloċità għolja u sikur għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir soċjali u ekonomiku, il-kompetittività, l-inklużjoni soċjali u s-suq intern. |
(2) |
Fis-17 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew approva l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2010 dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa li timmira li twitti t-triq biex timmassimizza l-potenzjal soċjali u ekonomiku tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Hija tfittex li tixpruna l-provvista u d-domanda ta' infrastruttura kompetittiva tal-internet b'veloċità għolja u servizzi diġitali kompetittivi bbażati fuq l-internet, fl-avvanz lejn Suq Uniku Diġitali fattwali, li huwa essenzjali għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. |
(3) |
Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jiddetermina l-kondizzjonijiet, metodi u proċeduri għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lil networks trans-Ewropej fis-setturi tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Billi hemm sfidi u opportunitajiet simili fis-setturi koperti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), hemm lok sinifikanti għall-isfruttar ta' sinerġiji, inkluż billi jiġi kkombinat il-finanzjament tas-CEF ma' sorsi oħra ta' finanzjament. |
(4) |
Għadd kbir ta' servizzi diġitali transkonfinali, li jimplimentaw skambji bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej b'appoġġ għall-politiki tal-Unjoni, huma realtà. Meta niġu biex nipprovdu soluzzjonijiet ġodda, huwa importanti li nisfruttaw is-soluzzjonijiet eżistenti implimentati fil-kuntest ta' inizjattivi Ewropej oħra, li nevitaw id-duplikazzjoni tax-xogħol, u li niżguraw il-koordinazzjoni u l-allinjar ta' approċċi u soluzzjonijiet fost l-inizjattivi u l-politiki, bħal, pereżempju, il-programm tal-ISA stabbilit mid-Deċiżjoni 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-programm Fiscalis stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u Orizzont 2020 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Bl-istess mod, huwa importanti li s-soluzzjonijiet ikunu konformi ma' standards internazzjonali u/jew Ewropej miftiehma jew ma' speċifikazzjonijiet miftuħa għall-interoperabbiltà, b'mod partikolari dawk identifikati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u speċifikazzjonijiet u orjentazzjonijiet oħra rilevanti, bħall-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej (EIF). |
(5) |
L-iżvilupp ta' networks tal-broadband ta' veloċità għolja jikseb benefiċċju minn standards tekniċi Ewropej. Jenħtieġu programmi ta' riċerka u ta' żvilupp fl-Unjoni u żieda fil-monitoraġġ tal-proċeduri ta' standardizzazzjoni jekk l-Unjoni trid tiżvolġi rwol ċentrali fl-industrija tat-telekomunikazzjoni. |
(6) |
Proġetti pilota fuq skala kbira bejn l-Istati Membri, kofinanzjati mill-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (9), fosthom PEPPOL, STORK, epSOS, eCODEX jew SPOCS, ivvalidaw servizzi diġitali transkonfinali ewlenin fis-suq intern, abbażi ta' elementi modulari komuni, li qed jiġu kkonsolidati bil-proġett eSENS. Dawk il-proġetti pilota diġà laħqu, jew se jilħqu fil-futur qrib, il-livell ta' maturità meħtieġa għall-implimentazzjoni. Il-proġetti eżistenti ta' interess komuni diġà wrew il-valur miżjud evidenti tal-azzjoni fuq il-livell Ewropew, bħal fl-oqsma tal-wirt kulturali (Europeana), il-protezzjoni tat-tfal (Internet Aktar Sikur), is-sigurtà soċjali (EESSI), filwaqt li ġew proposti oħrajn, bħal fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumaturi (ODR). |
(7) |
Fir-rigward tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, l-elementi modulari għandhom jieħdu l-prijorità fuq infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali, billi tal-ewwel huma prekondizzjoni għal tat-tieni. Fost l-oħrajn, l-infrastrutturi ta' servizzi diġitali għandhom joħolqu valur miżjud Ewropew u jissodisfaw bżonnijiet ipprovati. Għandhom ikunu maturi biżżejjed għall-implimentazzjoni, teknikament kif ukoll operattivament, kif ikun ġie pprovat b'mod partikulari permezz ta' proġetti pilota li jkunu rnexxew. Għandhom jissejsu fuq pjan konkret ta' sostenibbiltà sabiex jiżguraw l-operat għal żmien medju u fit-tul tal-pjattaformi ta' servizzi ewlenin lil hinn mis-CEF. B'hekk, l-għajnuna finanzjarja fil-qafas ta' dan ir-Regolament, kull fejn ikun possibbli, għandha titneħħa gradwalment, u għandhom jiġu mobilizzati fondi minn sorsi li mhumiex is-CEF, fejn dan ikun meħtieġ. |
(8) |
Huwa importanti li l-infrastrutturi ta' servizzi diġitali li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-obbligi legali skont il-liġi tal-Unjoni u/jew li qegħdin jiżviluppaw jew jipprovdu elementi modulari, b'potenzjal ta' impatt qawwi fuq l-iżvilupp ta' servizzi pubbliċi pan-Ewropej, jiġu ffinanzjati sabiex jiġu appoġġati infrastrutturi multipli ta' servizzi diġitali, u sabiex tinbena progressivament ekosistema ta' interoperabbiltà Ewropea. F'dan il-kuntest, l-obbligi legali jfissru dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrikjedu jew l-iżvilupp jew l-użu ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali, jew li jirrikjedu riżultati li jistgħu jinkisbu biss permezz ta' infrastrutturi Ewropej ta' servizzi diġitali. |
(9) |
Bħala infrastrutturi tas-servizzi diġitali stabbiliti sewwa, għandha tingħata prijorità lill-finanzjament ta' Europeana u Internet Aktar Sikur għat-Tfal. B'mod partikolari, għandha tkun żgurata l-kontinwità tal-finanzjament mill-Unjoni lis-CEF minn programmi oħra tal-Unjoni, fl-ewwel snin tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2014-2020stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (10), biex tippermetti l-forniment ta' servizz b'suċċess u mingħajr qtugħ fl-istess livell previst bl-iskema ta' finanzjament attwali. Fl-10 ta' Mejju 2012, il-Kunsill issottolinja l-importanza vitali li tkun żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta' Europeana, inkluż f'termini ta' governanza u finanzjament (11). |
(10) |
Għandu jkun żgurat ambjent online sikur, inklużiv u pożittiv għat-tfal u ż-żgħażagħ. Bħala miżura kruċjali għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-ambjent online, għandu jkun żgurat il-funzjonament tal-Programm Internet Aktar Sikur wara l-2014. Bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-implimentazzjoni ta' Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal fil-livell tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri għandha tingħata appoġġ finanzjarju, b'mod partikolari fir-rigward ta' Ċentri għal Internet Aktar Sikur (SICs) fl-Istati Membri. L-attivitajiet tal-SICs, inklużi n-nodi ta' sensibilizzazzjoni u attivitajiet oħra ta' sensibilizzazzjoni, għajnuna telefonika għat-tfal, il-ġenituri u min jieħu ħsieb it-tfal dwar l-aħjar mod kif it-tfal jużaw l-internet, kif ukoll linji telefoniċi diretti għar-rapportar ta' kontenut ta' abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet, huma element ewlieni u prerekwiżit għas-suċċess ta' dik l-istrateġija. |
(11) |
Att futur tal-Unjoni dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi ta' fiduċja għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern ser jiddetermina r-rekwiżiti dettaljati u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta' abilitaturi ewlenin, li minn hawn 'il quddiem qed jissejħu l-elementi modulari tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali. Dak l-att ser ikopri diversi mill-elementi modulari l-aktar importanti, pereżempju l-identifikazzjoni elettronika u l-firma elettronika bħala parti mill-proġetti ta' interess komuni msemmijin fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
(12) |
Infrastrutturi ta' servizzi diġitali implimentati skont id-Deċiżjoni 922/2009/KE se jiffaċilitaw l-interazzjoni elettronika minn naħa għal oħra tal-fruntieri u bejn is-setturi fost l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. Dan, min-naħa tiegħu, se jippermetti l-għoti ta' servizzi essenzjali, fost l-oħrajn, f'oqsma bħall-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettronika u l-akkwist elettroniku, l-interkonnessjoni transkonfinali tar-reġistri tan-negozji, servizzi tas-saħħa elettroniċi transkonfinali u interoperabbli, kif ukoll il-kooperazzjoni transkonfinali dwar iċ-ċibersigurtà, b'mod li jikkontribwixxi lejn is-Suq Uniku Diġitali. Tali interazzjoni fost l-amministrazzjonijiet se tinkiseb bil-ħolqien u/jew bit-tisħiħ ta' pjattaformi interoperabbli ta' servizzi ewlenin, mibnija fuq elementi modulari komuni eżistenti, u/jew billi jiġu pprovduti elementi modulari addizzjonali essenzjali għall-iżvilupp ta' pjattaformi oħra ta' servizzi ewlenin, u servizzi ġeneriċi relatati li jikkollegaw l-infrastrutturi nazzjonali ma' pjattaformi ta' servizzi ewlenin għat-twassil ta' servizzi diġitali transkonfinali. |
(13) |
L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex ikunu involuti bis-sħiħ u b'mod effettiv fil-governanza tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali, u għandhom jiżguraw li l-proġetti ta' interess komuni marbutin mat-twassil transkonfinali ta' servizzi ta' gvern elettroniku jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Fondazzjoni Ewropea tal-Internet (EIF). |
(14) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-‘Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment’ (12), il-Parlament Ewropew saħaq li s-servizzi tal-broadband huma essenzjali għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni, u jikkontribwixxi bil-kbir lejn it-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità fl-Unjoni. L-investiment f'teknoloġija mill-aktar avvanzata li tibqa' valida fil-futur huwa kruċjali biex l-Unjoni tkun id-dar tal-innovazzjoni, l-għarfien u s-servizzi. |
(15) |
Suq Ewropew bi kważi 500 miljun persuna kkollegata mal-broadband b’veloċità għolja jservi sabiex jixpruna l-iżvilupp tas-suq intern, billi joħloq massa kritika ta’ utenti li tkun unika fid-dinja u jesponi lir-reġjuni kollha għal opportunitajiet ġodda u jagħti lil kull utent valur miżjud, kif ukoll jagħti lill-Unjoni l-kapaċità li tkun ekonomija bbażata fuq l-għarfien minn ta' quddiem fid-dinja. Id-distribuzzjoni rapida ta' networks tal-broadband b’veloċità għolja hija kruċjali għall-iżvilupp tal-produttività tal-Unjoni u għall-iżvilupp ta’ intrapriżi ġodda u żgħar li jistgħu jkunu minn ta’ quddiem f’setturi differenti, bħal fil-kura tas-saħħa, fil-manifattura u fl-industrija tas-servizzi. |
(16) |
Il-kombinazzjoni ta' opportunitajiet ġodda fl-infrastruttura u ta' servizzi innovattivi u interoperabbli ġodda għandha toħloq ċirku virtwuż billi tistimola żieda fit-talba għal broadband b’veloċità għolja li jkun għaqli mill-perspettiva kummerċjali li titwieġeb tajjeb. |
(17) |
L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tistipula li, sal-2020, l-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess għal veloċitajiet tal-internet 'il fuq minn 30 Mbps, u 50 % jew aktar mid-djar Ewropej għandhom ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps. |
(18) |
Minħabba l-iżvilupp rapidu tas-servizzi diġitali u ta' applikazzjonijiet li jirrikjedu konnessjonijiet tal-internet dejjem aktar veloċi kif ukoll l-evoluzzjoni mgħaġġla ta' teknoloġiji mill-aktar avvanzati li jippermettu dan, huwa xieraq li fil-qafas ta' evalwazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tiġi kkunsidrata reviżjoni tal-miri tal-broadband għall-2020 biex ikun żgurat li l-Unjoni jkollha veloċitajiet tal-broadband kompetittivi meta mqabbla mal-ekonomiji l-oħra fid-dinja. |
(19) |
Uħud mill-proġetti tal-broadband għandhom ikunu aktar ambizzjużi, u jimmiraw għal veloċitajiet ogħla biex b'hekk iservu bħala proġetti pilota għal konnettività aktar veloċi u mudelli li potenzjalment jiġu replikati. |
(20) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar l-‘Aġenda Diġitali għat-Tkabbir, il-Mobbiltà u l-Impjieg: Wasal iż-żmien li nħaffu l-ħidma tagħna’, il-Parlament Ewropew saħaq li mira progressiva riveduta tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa għall-2020 għandha tkun li d-djar kollha fl-Unjoni jkollhom broadband li jipprovdi 100 Mbps, waqt li l-abbonament ta' 50 % tad-djar ikun ta' 1 Gbps jew aktar. |
(21) |
Is-settur privat għandu jiżvolġi r-rwol ewlieni fl-installazzjoni u l-immodernizzar ta' networks tal-broadband, b'appoġġ ta' qafas regolatorju kompetittiv u favur l-investiment. Fejn l-investiment privat ma jkunx biżżejjed, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-isforzi meħtieġa biex jilħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. L-għajnuna finanzjarja pubblika għall-broadband għandha tkun limitata għal programmi jew inizjattivi maħsuba għal proġetti li ma jistgħux jiġu ffinanzjati mis-settur privat waħdu, wara konferma minn valutazzjoni ex-ante li tidentifika nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjoni ta' investiment mhux ottimali, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
(22) |
L-istrumenti finanzjarji għan-networks tal-broadband ma għandhomx joħolqu distorsjoni illeċita tal-kompetizzjoni, jieħdu post l-investimenti privati, jew joħolqu diżinċentivi li jġiegħlu lill-operaturi privati ma jinvestux. B'mod partikolari, għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 101, 102, 106 u 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif ukoll, fejn ikun rilevanti, mal-Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tad-distribuzzjoni rapida tan-networks tal-broadband. |
(23) |
L-infiq li jsir għall-finanzjament pubbliku ta' networks tal-broadband għandu jsir biss fuq infrastrutturi li jikkonformaw mal-liġi applikabbli, b'mod partikolari l-liġi tal-kompetizzjoni, u mal-obbligi dwar l-aċċess skont id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). |
(24) |
Minħabba li r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-qafas tas-CEF huma limitati, l-għajnuna finanzjarja għandha tiffoka fuq l-istabbiliment ta' mekkaniżmi finanzjarji fuq il-livell tal-Unjoni sabiex jiġbdu investimenti addizzjonali, jippromwovu effett ta' tkattir, u b'hekk jiffaċilitaw l-użu effiċjenti ta' fondi privati u fondi oħra pubbliċi għall-investiment. Dan l-approċċ jagħti lok għall-kontributi mingħand in-negozji u l-atturi istituzzjonali, ħafna lil hinn mil-livelli ta' finanzjament eliġibbli direttament permezz tas-CEF. |
(25) |
Minħabba l-limiti tar-riżorsi finanzjarji fil-qafas tas-CEF u biex ikun żgurat finanzjament xieraq għall-infrastrutturi tas-servizzi diġitali, l-allokazzjoni baġitarja totali għall-broadband ma għandhiex tkun iżjed mill-ammont minimu meħtieġ għall-istabbiliment ta' intervent kost-effiċjenti, li għandu jiġi determinat b'valutazzjoni ex-ante li tieħu kont, fost oħrajn, tat-tip ta' strumenti finanzjarji previsti, l-effett potenzjali ta' lieva għall-portafoll ta' proġett effiċjenti minimu, u l-kondizzjonijiet tas-suq. |
(26) |
L-għajnuna tas-CEF għall-implimentazzjoni tal-broadband għandha tikkomplementa l-għajnuna pprovduta fil-qafas ta' programmi u inizjattivi oħra tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (Fondi ESI) f'każijiet fejn valutazzjoni ex-ante tidentifika nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, u fejn jiġi deċiż hekk mill-awtoritajiet ta' ġestjoni. L-għajnuna finanzjarja tas-CEF għall-implimentazzjoni tal-broadband għandha tikkontribwixxi lejn l-isforzi tal-Istati Membri kemm b'mod dirett kif ukoll billi tipprovdi mezz ta' investiment għall-kontributi volontarji u delimitati minn sorsi oħra, inklużi l-Fondi ESI, u b'hekk tippermetti lill-Istati Membri jisfruttaw l-għarfien espert u l-effetti ta' skala ta' faċilitajiet ġestiti mill-Unjoni bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tal-infiq pubbliku. |
(27) |
Biex ikun żgurat l-aħjar valur għall-infiq, u minħabba l-limiti fir-riżorsi, il-finanzjament tas-CEF għandu jkun disponibbli għal proġetti li jiddependu mit-teknoloġija l-aktar adatta għall-proġett speċifiku, jistgħu jixprunaw mudelli innovattivi ta' negozju u juru potenzjal tajjeb għar-replikazzjoni. Meta l-proġetti jkunu ffinanzjati minn kontributi volontarji fil-qafas tas-CEF, bħall-Fondi ESI jew permezz ta' finanzjament nazzjonali jew reġjonali, il-kriterji tal-eliġibbiltà għandhom ikunu aktar flessibbli u jqisu s-sitwazzjoni speċifika u l-kondizzjonijiet fl-oqsma li dak il-finanzjament ikun intenzjonat li jservi. |
(28) |
L-Unjoni tista' tappoġġa l-implimentazzjoni ta' networks tal-broadband li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa f'kull tip ta' żona. It-tnaqqis tad-distakk diġitali u ż-żieda fl-inklużjoni diġitali huma għanijiet importanti tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. L-azzjonijiet kollha tal-Unjoni fil-qasam tal-broadband għandhom għalhekk jindirizzaw il-ħtiġijiet speċjali tar-reġjuni suburbani, rurali, u b'mod partikolari b'popolazzjoni skarsa u inqas żviluppati, li jeħtiġilhom ikunu kkollegati. Dan jinkludi l-implimentazzjoni ta' networks tal-broadband biex jikkollegaw gżejjer, reġjuni bla baħar, reġjuni muntanjużi, reġjuni remoti u periferiċi, inklużi Stati Membri li huma gżejjer, mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni, u/jew azzjonijiet biex itejbu l-affidabbiltà jew il-prestazzjoni tal-konnessjonijiet bejn tali reġjuni u r-reġjuni ċentrali tal-Unjoni. |
(29) |
Sabiex jitlesta s-Suq Uniku Diġitali, għandha tkun inkoraġġuta l-kompatibbiltà bejn il-programm tas-CEF u l-azzjonijiet nazzjonali u reġjonali dwar il-broadband. |
(30) |
Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-forom ta' għajnuna finanzjarja għandhom ikunu allinjati mal-karatteristiċi tal-azzjonijiet ikkonċernati. B'hekk, fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali, pjattaformi ta' servizzi ewlenin, li ma jistgħux jiġi ffinanzjati minn sorsi oħra, għandhom jingħataw prijorità għall-finanzjament fil-forma ta' akkwist pubbliku jew, b'mod eċċezzjonali, fil-forma ta' għotjiet, filwaqt li s-servizzi ġeneriċi għandhom jingħataw biss għajnuna finanzjarja limitata mis-CEF. Barra minn hekk, kull għajnuna finanzjarja mis-CEF għandha timmira għall-użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni u, għaldaqstant, in-networks tal-broadband għandhom ikunu appoġġati minn strumenti finanzjarji, li jiżguraw effett ta' lieva aktar milli jagħmlu l-għotjiet. |
(31) |
Intervent taħt dan ir-Regolament għandu jimmira lejn il-ksib ta' sinerġiji u interoperabbiltà bejn il-proġetti differenti ta' interess komuni deskritti fl-Anness, kif ukoll ma' infrastrutturi oħra, inklużi l-infrastrutturi tat-trasport u tal-enerġija appoġġati mis-CEF, l-infrastrutturi rilevanti ta' riċerka appoġġati, fost l-oħrajn, minn Orizzont 2020, u l-infrastrutturi rilevanti appoġġati mill-Fondi ESI, filwaqt li jkunu evitati d-duplikazzjoni u l-piż amministrattiv bla bżonn. |
(32) |
L-għajnuna finanzjarja għal proġetti ta' interess komuni għandhom ikunu kkomplementati minn azzjonijiet orizzontali, inklużi l-għajnuna teknika, miżuri ta' xprunar tad-domanda, u l-koordinazzjoni, li għandhom jimmiraw li jimmassimizzaw l-impatt tal-intervent tal-Unjoni. |
(33) |
Meta tiġi biex talloka fondi għall-intervent f'networks tal-broadband, il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ta' strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni. |
(34) |
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Grupp Espert ta' rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, li għandhom jiġu kkonsultati dwar, u jikkontribwixxu għal, fost l-oħrajn, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-ippjanar, l-evalwazzjoni, u l-indirizzar tal-problemi ta' implimentazzjoni. |
(35) |
Il-Grupp Espert għandu jikkoopera wkoll ma' dawk l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-fornituri tal-aċċess għall-internet, l-amministraturi ta' network pubbliku u l-manifatturi tal-komponenti kif ukoll l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
(36) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 jistabbilixxi l-Kumitat ta' Koordinazzjoni tas-CEF, li huwa wkoll kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 ukoll jikkonferixxi lill-Kummissjoni is-setgħa li tadotta, f'konformità mal-proċedura ta' eżami, programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, inkluż fis-settur tat-telekomunikazzjoni, dan tal-aħħar suġġett għal dan ir-Regolament. Huwa importanti li jkun iċċarat f'dan ir-rigward li l-Istati Membri, meta jiddiskutu kwistjonijiet marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari abbozzi ta' programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat ta' Koordinazzjoni tas-CEF minn esperti fis-settur tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni. |
(37) |
Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, partikolarment l-iżvilupp koordinat tan-networks trans-Ewropej fis-settur tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-karattru transkonfinali tal-infrastrutturi appoġġati, u l-effetti fuq it-territorju kollu tal-Unjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(38) |
Sabiex jappoġġa proġetti ta' interess komuni fis-setturi ta' infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija, ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 jiddetermina l-kondizzjonijiet, metodi u proċeduri għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lil networks trans-Ewropej. Huwa jistabbilixxi wkoll it-tqassim tar-riżorsi li għandhom isiru disponibbli taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 fit-tliet setturi kollha. Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa applikabbli mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa għalhekk meħtieġ l-allinjament ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014. |
(39) |
Id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) għandha titħassar, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni f'waqtha u l-interoperabbiltà ta' proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni.
2. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jipprevedi:
(a) |
l-objettivi għall-proġetti ta' interess komuni u l-prijoritajiet operattivi tagħhom; |
(b) |
l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni; |
(c) |
il-kriterji li taħthom azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, l-installazzjoni, l-interkonnessjoni, u l-interoperabbiltà tagħhom; |
(d) |
prijoritajiet għal finanzjament għal proġetti ta' interess komuni. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
"infrastruttura tat-telekomunikazzjoni" tfisser networks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali; |
(b) |
"infrastrutturi ta' servizzi diġitali" tfisser infrastrutturi li jippermettu servizzi f'network li jitwasslu b'mod elettroniku, tipikament permezz tal-internet, biex jipprovdu servizzi interoperabbli trans-Ewropej ta' interess komuni għal ċittadini, negozji u/jew awtoritajiet pubbliċi, u li huma magħmulin minn pjattaformi ta' servizzi ewlenin u servizzi ġeneriċi; |
(c) |
"elementi modulari" tfisser infrastrutturi bażiċi ta' servizzi diġitali, li huma abilitanti essenzjali li għandhom jerġgħu jintużaw f'infrastrutturi aktar komplessi ta' servizzi diġitali; |
(d) |
“pjattaformi ta' servizzi ewlenin” tfisser ċentri li jservu bħala pern għall-infrastrutturi ta' servizzi diġitali li jimmiraw li jiżguraw il-konnettività, l-aċċess u l-interoperabbiltà trans-Ewropea, u li jkunu miftuħin għall-Istati Membri u jistgħu jkunu miftuħin għal entitajiet oħra; |
(e) |
"servizzi ġeneriċi" tfisser servizzi ta' pont li jikkollegaw infrastruttura nazzjonali waħda jew aktar ma' pjattaforma jew pjattaformi ta' servizzi ewlenin; |
(f) |
"networks tal-broadband" tfisser networks ta’ aċċess bil-fili u mingħajr fili, infrastruttura anċillari u networks ċentrali li kapaċi jwasslu konnettività ta' veloċità għolja ħafna; |
(g) |
"azzjonijiet orizzontali" tfisser studji u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi kif definiti fil-punti (6) u (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, rispettivament. |
Artikolu 3
Objettivi
1. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi ġenerali speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.
2. Minbarra l-objettivi ġenerali, il-proġetti ta' interess komuni għandhom ifittxu objettiv wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a) |
it-tkabbir ekonomiku u l-appoġġ għat-tlestija u l-funzjonament tas-suq intern b'appoġġ għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs). |
(b) |
titjib fil-ħajja ta' kuljum għal ċittadini, negozji u awtoritajiet pubbliċi f'kull livell permezz tal-promozzjoni ta' networks tal-broadband, tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-networks ta' broadband nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll l-aċċess mingħajr diskriminazzjoni għal dawk in-networks u l-inklużjoni diġitali. |
3. Il-prijoritajiet operattivi li ġejjin għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi msemmija fil-paragrafi (1) u (2):
(a) |
l-interoperabbiltà, il-konnettività, l-iżvilupp sostenibbli, l-operat u t-tiġdid tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali trans-Ewropej, kif ukoll il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew; |
(b) |
il-fluss effiċjenti ta' investimenti privati u pubbliċi biex jistimulaw l-installazzjoni u l-modernizzazzjoni ta' networks tal-broadband bil-għan li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri tal-broadband tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. |
Artikolu 4
Proġetti ta' interess komuni
1. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom, b'mod partikolari:
(a) |
jimmiraw lejn il-ħolqien u/jew it-tisħiħ ta' pjattaformi ta' servizzi ewlenin interoperabbli u, fejn ikun possibbli, kompatibbli internazzjonalment, akkumpanjati minn servizzi ġeneriċi għall-infrastrutturi ta' servizzi diġitali; |
(b) |
jipprovdu mezzi effiċjenti ta' investiment għal networks tal-broadband, jiġbdu kategoriji ġodda ta' investituri u promoturi ta' proġetti, u jħeġġu r-replikabbiltà ta' proġetti u mudelli ta' negozju innovattivi. |
2. Il-proġetti ta’ interess komuni jistgħu jkopru ċ-ċiklu sħiħ tagħhom, inklużi l-istudji tal-fattibilità, l-implimentazzjoni, l-operat u t-titjib kontinwu, il-koordinazzjoni u l-evalwazzjoni.
3. Il-proġetti ta' interess komuni jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' azzjonijiet orizzontali.
4. Il-proġetti ta' interess komuni, u azzjonijiet li jikkontribwixxu għalihom, huma deskritti aktar fil-fond fl-Anness.
Artikolu 5
Metodi ta' intervent
1. Fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali, il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin għandhom jiġu implimentati primarjament mill-Unjoni, filwaqt li s-servizzi ġeneriċi għandhom jiġu implimentati mill-partijiet li jikkollegaw mal-pjattaforma rilevanti ta' servizzi ewlenin. L-investimenti f'networks tal-broadband għandhom isiru l-aktar mis-settur privat, appoġġat minn qafas regolatorju kompetittiv u li jiffavorixxi l-investiment. L-appoġġ pubbliku għan-networks tal-broadband għandu jingħata biss fejn ikun hemm nuqqas tas-suq jew sitwazzjoni ta' investiment subottimali.
2. L-Istati Membri u entitajiet oħra inkarigati minn, jew li jikkontribwixxu għal, l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni għandhom ikunu mħeġġa jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni. Id-deċiżjoni aħħarija dwar l-implimentazzjoni ta' proġett ta' interess komuni li jirrigwarda t-territorju ta' Stat Membru għandha tittieħed wara l-approvazzjoni ta' dak l-Istat Membru.
3. L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni, li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarju tal-Unjoni taħt il-kondizzjonijiet u l-istrumenti disponibbli fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013. L-assistenza finanzjarja għandha tingħata f'konformità mar-regoli rilevanti u l-proċeduri adottati mill-Unjoni, skont il-prijoritajiet ta' finanzjament stipulati fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament u d-disponibbiltà ta' riżorsi, b'kont meħud tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-benefiċjarji.
4. L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali għandhom jiġu appoġġati permezz ta':
(a) |
akkwist pubbliku; u/jew |
(b) |
għotjiet. |
5. L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-networks tal-broadband għandhom jiġu appoġġati permezz ta':
(a) |
strumenti finanzjarji kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, li għandhom ikunu miftuħin għal kontribuzzjonijiet addizzjonali minn setturi oħrajn tas-CEF, strumenti, programmi u linji tal-baġit oħra fil-baġit tal-Unjoni, l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u kwalunkwe investitur ieħor, inklużi investituri privati f'konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013; u /jew |
(b) |
il-kombinazzjoni ta' strumenti finanzjarji u għotjiet minn sorsi pubbliċi barra mis-CEF, kemm jekk ikunu sorsi pubbliċi tal-Unjoni kif ukoll jekk ikunu nazzjonali. |
6. L-azzjonijiet orizzontali għandhom jiġu appoġġati permezz ta':
(a) |
akkwist pubbliku; u/jew |
(b) |
għotjiet. |
7. L-ammont totali tal-baġit allokat għall-istrumenti finanzjarji għal networks tal-broadband ma għandux jaqbeż il-minimu neċessarju għall-istabbiliment ta' interventi kost-effiċjenti li għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta' valutazzjonijiet ex-ante kif imsemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.
Dak l-ammont għandu jkun ta' 15 % tal-pakkett finanzjarju għas-settur tat-telekomunikazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.
8. Mill-anqas terz tal-proġetti tal-broadband li jirċievu assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament għandhom jimmiraw lejn veloċitajiet ta' aktar minn 100Mbps.
9. Sussegwentement għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(6), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jirrivedu l-ammont iddeterminat f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u l-proporzjon ta' proġetti msemmijin fil-paragrafu 3e ta' dan l-Artikolu.
10. Fejn l-appoġġ mingħand is-CEF jikkomplementa l-Fondi ESI u appoġġ pubbliku dirett ieħor, il-ksib ta' sinerġiji bejn l-azzjonijiet tas-CEF u l-appoġġ mill-Fondi ESI jista' jissaħħaħ bl-użu ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni xieraq.
Artikolu 6
Kriterji ta' eliġibbiltà u prijoritajiet għall-finanzjament
1. L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin kollha biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
(a) |
ikollhom maturità suffiċjenti biex jiġu stazzjonati, kif ikun ippruvat partikolarment permezz ta' proġetti pilota li jkollhom suċċess taħt programmi bħall-programmi tal-Unjoni relatati mal-innovazzjoni u r-riċerka; |
(b) |
jikkontribwixxu għall-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni b'appoġġ għas-suq intern; |
(c) |
joħolqu valur miżjud Ewropew u jkollhom strateġija u ppjanar għal sostenibbiltà fit-tul, fejn xieraq permezz ta' sorsi ta' finanzjament barra s-CEF, li l-kwalità tagħhom għandha tintwera minn valutazzjoni tal-fattibbiltà u tal-kosti mqabbla mal-benefiċċji. Tali strateġija għandha tiġi aġġornata meta jkun xieraq; |
(d) |
jikkonformaw ma' standards internazzjonali u/jew Ewropej jew speċifikazzjonijiet miftuħa u orjentazzjonijiet għall-interoperabbiltà, bħall-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà, u jisfruttaw soluzzjonijiet eżistenti. |
2. Is-selezzjoni ta' azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta' servizz diġitali li għandhom ikunu finanzjati taħt is-CEF, kif ukoll il-livell ta' finanzjament tagħhom, għandha ssir bħala parti minn programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.
3. L-elementi modulari essenzjali, u bi prospetti dimostrabbli li jistgħu jintużaw, għall-iżvilupp, l-istazzjonament u l-operat ta' infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali kif elenkati fit-Taqsima 1.1 tal-Anness għandhom jingħataw l-ogħla prijorità għall-finanzjament.
4. It-tieni prijorità għandha tingħata lill-infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali b'appoġġ għal-liġi, il-politiki u l-programmi tal-Unjoni, kif elenkati fit-Taqsimiet 1.2 u 1.3 tal-Anness u, fejn possibbli, tkun ibbażata fuq elementi modulari eżistenti.
5. L-appoġġ għal pjattaformi ta' servizzi ewlenin għandhom jieħdu prijorità fuq servizzi ġeneriċi oħrajn.
6. Abbażi tal-objettivi previsti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, id-deskrizzjoni ta' proġetti ta' interess komuni fl-Anness għal dan ir-Regolament u b'kunsiderazzjoni tal-baġit disponibbli, il-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 jistgħu jistabbilixxu aktar kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali.
7. L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-networks tal-broadband għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin kollha biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
(a) |
jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħiq tal-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa; |
(b) |
ikollhom stadji ta' żvilupp u tħejjija tal-proġett maturi biżżejjed, msejsa minn mekkaniżmi effettivi ta' implimentazzjoni; |
(c) |
jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta' investiment; |
(d) |
ma jwasslux għal distorsjoni fis-suq jew għas-soppressjoni tal-investiment privat; |
(e) |
jużaw it-teknoloġija meqjusa l-aktar xierqa biex tindirizza l-bżonnijiet taż-żona ġeografika konċernata, b'kont meħud ta' fatturi ġeografiċi, soċjali u ekonomiċi, abbażi ta' kriterji oġġettivi, u f'konformità man-newtralità teknoloġika; |
(f) |
jużaw it-teknoloġija li hija l-aktar adatta għall-proġett speċifiku, filwaqt li jipproponu l-aħjar bilanċ bejn teknoloġiji tal-ogħla livell f'termini ta' kapaċità ta' fluss ta' data, sigurtà ta' trasmissjoni, reżistenza tan-network, u kosteffiċjenza; |
(g) |
ikollhom potenzjal għoli ta' replikabbiltà u/jew jissejsu fuq mudelli ta' negozju innovattivi. |
8. Il-kriterji msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu meħtieġa għal proġett iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet addizzjonali delimitati pprovduti f'konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.
9. L-azzjonijiet orizzontali għandhom jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kriterji li ġejjin sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
(a) |
iħejju jew jappoġġaw azzjonijiet ta' implimentazzjoni fl-użu, governanza tagħhomu jindirizzaw problemi ta' implimentazzjoni eżistenti jew emerġenti; |
(b) |
joħolqu domanda ġdida għal infrastrutturi ta' servizzi diġitali. |
Artikolu 7
Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
1. L-Unjoni tista’ tistabbilixxi kuntratti, tiddiskuti u tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ awtoritajiet pubbliċi jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra f’pajjiżi terzi sabiex tilħaq kwalunkwe għan segwit f'dan ir-Regolament. Fost għanijiet oħrajn, din il-kooperazzjoni għandha tfittex li tippromwovi l-interoperabbiltà bejn networks fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni fl-Unjoni u networks simili f'pajjiżi terzi.
2. Il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fis-settur tas-CEP li jkopri l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fil-Ftehim taż-ŻEE.
3. B'deroga mill-Artikoli 8(3) u 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, l-Istati fit-triq tal-adeżjoni u l-pajjiżi kandidati li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni jistgħu jipparteċipaw fis-settur tas-CEF li jkopri l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni f'konformità mal-ftehimiet iffirmati mal-Unjoni.
4. Għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-EFTA, is-settur tas-CEF li jkopri l-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala programm separat.
Artikolu 8
Skambju ta' informazzjoni, monitoraġġ u rappurtar
1. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ, L-Istati Membri għandhom jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ħarsa ġenerali ta' kull sena ta' dik l-informazzjoni u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u tiġi assistita minn Grupp ta' Esperti, iffurmat minn rappreżentant minn kull Stat Membru. B'mod partikolari, il-Grupp ta' Esperti għandu jassisti lill-Kummissjoni fi:
(a) |
il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
il-kunsiderazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali jew l-istrateġiji nazzjonali, fejn applikabbli; |
(c) |
it-teħid ta' miżuri biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma fuq livell finanzjarju u tekniku; |
(d) |
l-indirizzar ta' problemi eżistenti jew emerġenti ta' implimentazzjoni tal-proġetti. |
(e) |
id-definizzjoni ta' orjentazzjonijiet strateġiċi qabel ma jitfasslu l-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, b'attenzjoni partikolari għall-għażla u l-irtirar ta' azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni u d-determinazzjoni tat-tqassim tal-baġit, kif ukoll ir-reviżjoni ta' dawk il-programmi ta' ħidma. |
3 Il-Grupp ta' Esperti jista' jikkunsidra wkoll kwalunkwe kwistjoni oħra marbuta mal-iżvilupp tan-networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni.
4 Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta' Esperti dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.
5 Il-Grupp ta' Esperti għandu jikkoopera ma' entitajiet involuti fl-ippjanar, l-iżvilupp u l-ġestjoni tan-networks u s-servizzi diġitali kif ukoll ma' partijiet interessati oħrajn.
Il-Kummissjoni u entitajiet oħra responsabbli mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bħall-Bank Ewropew tal-Investiment, għandhom jagħtu każ partikolari għall-osservazzjoni tal-Grupp ta' Esperti.
6. Flimkien mal-evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu u dik ex-post tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 kif imsemmi fl-Artikolu 27 ta' dak ir-Regolament, u bl-assistenza tal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
7. Ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni tal-progress miksub fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, inkluż fejn jiġi ffaċċjat dewmien rilevanti fl-implimentazzjoni u diffikultajiet, kif ukoll informazzjoni dwar impenji u pagamenti.
8. Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqax jirrefletti l-iżviluppi teknoloġiċi u innovazzjonijiet, kif ukoll żviluppi regolatorji jew ekonomiċi u tas-suq, u jekk, fid-dawl ta' tali żviluppi u tal-bżonn ta' sostenibbiltà fit-tul, il-finanzjament għal kwalunkwe mill-proġetti ta' interess komuni appoġġati għandux jitneħħa b'mod progressiv, jew għandux jiġi minn sorsi oħra. Għal proġetti li aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, dawk ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati, fejn xieraq, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta' mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Tali valutazzjoni tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.
9. Il-ksib tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jitkejlu ex-post, fost l-oħrajn, abbażi ta':
(a) |
id-disponibbiltà ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali, imkejla bl-għadd ta' Stati Membri konnessi ma' kull infrastruttura ta' servizzi diġitali; |
(b) |
il-perċentwal ta' ċittadini u negozji li jużaw l-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, u d-disponibbiltà ta' tali servizzi b'mod transkonfinali; |
(c) |
il-volum ta' investimenti miġbuda fil-qasam tal-broadband, u l-effett ta' lieva, għal proġetti finanzjati permezz ta' kontribuzzjonijiet mis-sorsi pubbliċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(5). |
Artikolu 9
Tħassir
Id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE hija b'dan imħassra.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Marzu 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Opinjoni tat-22 ta' Frar 2012 (ĠU C 143, 22.5.2012, p. 120) u Opinioni tas-16 ta' Ottubru 2013 (Għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 211 u ĠU C 356, 5.12.2013, p. 116.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014. (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014.
(4) Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(5) Deċiżjoni 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20).
(6) Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25).
(7) Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(8) Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(9) Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15).
(10) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(11) ĠU C 169, 15.6.2012, p. 5.
(12) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 89.
(13) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(14) Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).
(15) Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1).
(16) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(17) Deċiżjoni Nru 1336/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar serje ta’ linji gwida għan-networks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej (ĠU L 183, 11.7.1997, p. 12).
ANNESS
PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI
TAQSIMA 1. INFRASTRUTTURI TA' SERVIZZI DIĠITALI
Interventi fil-qasam tal-infrastruttura ta' servizzi diġitali ġeneralment iserrħu fuq approċċ arkitettoniku ta' żewġ livelli: pjattaformi ta' servizzi ewlenin u servizzi ġeneriċi. Il-pjattaforma ta' servizzi ewlenija hija prekondizzjoni għall-istabbiliment ta' infrastruttura ta' servizzi diġitali.
Il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin jindirizzaw il-bżonnijiet ta' interoperabbiltà u sigurtà ta' proġetti ta' interess komuni. Huma intiżi biex jippermettu interazzjonijiet diġitali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini, bejn l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji u l-organizzazzjonijiet, jew fost l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stati Membri differenti, permezz ta' pjattaformi ta' interazzjoni standardizzati, transkonfinali, u ta' użu prattiku u faċli.
L-infrastrutturi ta' servizzi diġitali f'elementi modulari jingħataw prijorità fuq infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali, billi tal-ewwel huma prekondizzjoni għal tat-tieni. Is-servizzi ġeneriċi jipprovdu l-konnessjoni mal-pjattaformi ta' servizzi ewlenin, u jippermetti lis-servizzi nazzjonali ta' valur miżjud li jużaw il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin. Jipprovdu portali bejn is-servizzi nazzjonali u l-pjattaformi ta' servizzi ewlenin, u jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u l-organizzazzjonijiet, in-negozji u/jew iċ-ċittadini li jaċċessa l-pjattaforma ta' servizzi ewlenin għat-tranżazzjonijiet transkonfinali tagħhom. Il-kwalità tas-servizzi u l-appoġġ għall-partijiet interessati involuti fit-transazzjonijiet transkonfinali għandhom jiġu żgurati. Għandhom jappoġġaw u jħeġġu l-adozzjoni ta' pjattaformi ta' servizzi ewlenin.
L-enfasi ma għandhiex tkun għalkollox fuq il-ħolqien ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali u servizzi relatati, iżda wkoll fuq il-governanza marbuta mal-operat ta' tali pjattaformi.
Pjattaformi ġodda ta' servizzi ewlenin għandhom jissejsu l-aktar fuq pjattaformi eżistenti u l-elementi modulari tagħhom u/jew, fejn possibbli, għandhom iżidu elementi modulari ġodda.
1. |
L-elementi modulari identifikati għandhom jiġu inklużi fil-programmi ta' ħidma suġġetti għall-Artikolu 6(1) u (3) huma dawn li ġejjin:
|
2. |
L-infrastrutturi ta' servizz diġitali stabbiliti sewwa li b'mod partikolari jkunu identifikati għall-eliġibbiltà għal finanzjament li jikkontribwixxi għal servizz mingħajr qtugħ, suġġetti għall-Artikolu 6(1):
|
3. |
Infrastrutturi oħra ta' servizz diġitali identifikati li huma eliġibbli għal finanzjament suġġetti għall-Artikolu 6(1):
|
TAQSIMA 2. NETWORKS TAL-BROADBAND
1. L-ambitu tal-azzjonijiet
L-azzjonijiet għandhom jikkonsistu, b'mod partikulari, minn komponent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
l-istazzjonament ta' infrastruttura fiżika passiva, infrastruttura fiżika attiva, jew kombinazzjoni tat-tnejn, u elementi ta' infrastruttura anċillari, flimkien mas-servizzi meħtieġa għall-operat ta' tali infrastruttura; |
(b) |
faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, bħall-installazzjoni ta' wajers, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ fil-bini, kanali, pajpijiet, arbli, toqob tal-ispezzjonar, u kabinetti; |
(c) |
fejn possibbli, għandhom jiġu sfruttati sinerġiji potenzjali bejn l-istazzjonament ta' networks tal-broadband u networks oħra ta' utilitajiet (enerġija, trasport, ilma, drenaġġ, eċċ), b'mod partikolari dawk relatati mad-distribuzzjoni intelliġenti tal-elettriku. |
2. Kontribut biex jintlaħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.
Il-proġetti kollha li jirċievu assistenza finanzjarja taħt din it-taqsima għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti sabiex jintlaħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa
L-azzjonijiet iffinanzjati direttament mill-Unjoni għandhom:
(a) |
jissejsu fuq teknoloġija bil-fil jew bla fil kapaċi twassal servizzi tal-broadband b'veloċitajiet għoljin ħafna, u b'hekk tintlaħaq id-domanda għall-applikazzjonijiet li jitolbu medda ta' frekwenzi wiesgħa; |
(b) |
jissejsu fuq mudelli ta' negozju innovattivi u/jew jiġbdu kategoriji ġodda ta' promoturi ta' proġetti, jew kategoriji ġodda ta' investituri; jew |
(c) |
ikollhom potenzjal għoli ta' replikabbiltà, u b'hekk jippermettu l-ksib ta' impatt aktar qawwi fuq is-suq bis-saħħa tal-effett ta' dimostrazzjoni tagħhom; |
(d) |
jassistu fit-tnaqqis tad-distakk diġitali, fejn possibbli; |
(e) |
jikkonformaw mal-liġi applikabbli, b'mod partikolari l-liġi tal-kompetizzjoni, u mal-obbligi dwar l-aċċess f'konformità mad-Direttiva 2002/19/KE. |
L-azzjonijiet iffinanzjati minn kontributi addizzjonali delimitati kif previst fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandhom iġibu kapaċitajiet sinifikanti ġodda lis-suq f'termini ta' disponibbiltà tas-servizz, veloċitajiet u kapaċità tal-broadband. Il-proġetti li jipprovdu veloċitajiet ta' trasmissjoni tad-data ta' inqas minn 30 Mbps għandhom jiżguraw progressivament iż-żieda fil-veloċitajiet sa 30 Mbps u fejn possibbli sa 100 Mbps u iżjed.
3. Valutazzjoni tal-proġetti biex jiġu stabbiliti strutturi ottimali ta' finanzjament
L-implimentazzjoni ta' azzjonijiet għandha tissejjes fuq valutazzjoni komprensiva tal-proġett. Tali valutazzjoni tal-proġett għandha tkopri, fost l-oħrajn, kondizzjonijiet tas-suq inkluża informazzjoni dwar infrastruttura eżistenti u/jew ippjanata, obbligi regolatorji fuq promoturi ta' proġetti, kif ukoll strateġiji kummerċjali u ta' kummerċjalizzazzjoni. B'mod partikulari, il-valutazzjoni tal-proġett għandha tistabbilixxi jekk il-programm:
(a) |
huwiex meħtieġ biex jindirizza nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta' investiment, li ma jistgħux jissolvew b'miżuri regolatorji; |
(b) |
iwassalx għal distorsjoni tas-suq u għall-isfullar tal-investiment privat. |
Dawn il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti primarjament abbażi tal-potenzjal tad-dħul u l-livell ta' riskju assoċjat ma' proġett, kif ukoll it-tip ta' żona ġeografika koperta minn azzjoni.
4. Sorsi ta' finanzjament
(a) |
Il-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-broadband għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' strumenti finanzjarji. Il-baġit allokat għal dawn l-istrumenti għandu jkun suffiċjenti, iżda ma għandux jaqbeż l-ammont li huwa meħtieġ għall-istabbiliment ta' intervent għalkollox operattiv, u għall-ilħiq ta' daqs minimu ta' strument effiċjenti. |
(b) |
Suġġett għar-regoli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u r-regolamenti rilevanti kollha li jikkonċernaw il-Fondi ESI, l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) jistgħu jiġu kkombinati ma' kontributi addizzjonali minn:
|
(c) |
Strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu kkombinati wkoll ma' għotjiet mingħand Stati Membri, inklużi awtoritajiet reġjonali jew lokali, li jixtiequ jikkontribwixxu riżorsi proprji jew riżorsi disponibbli mill-Fondi ESI, dejjem jekk:
|
TAQSIMA 3. AZZJONIJIET ORIZZONTALI
L-istazzjonament tan-networks fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropea li ser jgħin biex ineħħi l-konġestjoni li teżisti fis-Suq Uniku Diġitali, se jkun akkumpanjat minn studji u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn waħda milli ġejjin:
(a) |
assistenza teknika għat-tħejjija jew appoġġ għall-azzjonijiet ta' implimentazzjoni fl-istazzjonament tagħhom, fil-governanza tagħhom, u fl-indirizzar ta' problemi eżistenti jew emerġenti ta' implimentazzjoni, jew |
(b) |
azzjonijiet li joħolqu domanda ġdida għal infrastrutturi ta' servizzi diġitali. |
L-appoġġ mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandu jiġi kkoordinat bl-appoġġ minn kull sors ieħor disponibbli, filwaqt li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-infrastruttura u jkun impedit l-ispostament tal-investimenti privati.
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
21.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 284/2014
tal-21 ta’ Marzu 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014. |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
ANNESS
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Rogozin, Dmitry Olegovich |
d.t.t. 21.12.1963; f'Moska |
Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
2. |
Glazyev, Sergey |
d.t.t. 1.1.1961, Zaporozhye, (RSS Ukraina) |
Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
3. |
Matviyenko, Valentina Ivanova |
d.t.t. 7.4.1949, Shepetovka, Khmelnitskyi oblast (RSS Ukraina) |
Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
21.3.2014 |
4. |
Naryshkin, Sergei Evgenevich |
d.t.t. 27.10.1954, San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Speaker tal-Istat ta' Duma. Appoġġa pubblikament il-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. Appoġġa pubblikament it-trattat tar-riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata. |
21.3.2014 |
5. |
Kiselyov, Dmitry Konstantinovich |
d.t.t. 26.4.1954 |
Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013. Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat Federali Russu "Rossiya Segodnya". Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li appoġġat il-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
21.3.2014 |
6. |
Nosatov, Alexander Mihailovich |
d.t.t. 27.3.1963 Sevastopol, (RSS Ukraina) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina. |
21.3.2014 |
7. |
Kulikov, Valery Vladimirovich |
d.t.t. 1.9.1956, Zaporozhye, (RSS Ukraina) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina. |
21.3.2014 |
8. |
Surkov, Vladislav Yurievich |
d.t.t. 21.9.1964, Solntsevo, Lipetsk |
Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Huwa kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li bih il-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet li dgħajfu lill-awtoritajiet Ukraini fil-Krimea. |
21.3.2014 |
9. |
Mikhail Malyshev |
President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea |
Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli fis-sistema Russa mill-firma tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
10. |
Valery Medvedev |
President tal- Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol |
Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli skont is-sistema Russa mill-firma tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
11. |
Logutenent Ġeneral Igor Turchenyuk |
Kmandant tal-forzi Russi fil-Krimea |
Il-Kmandant de-facto tat-truppi Russi mobilizzati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja tkompli ssejħilhom uffiċjalment bħala "milizji ta' awtodifiża lokali"). |
21.3.2014 |
12. |
Elena Borisovna Mizulina |
Deputat fl-Istat ta' Duma |
Oriġinatur u ko-sponsor tal-bidliet leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu jippermettu lil reġjuni ta' pajjiżi oħrajn jingħaqdu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom. |
21.3.2014 |
DEĊIŻJONIJIET
21.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/30 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/151/PESK
tal-21 ta' Marzu 2014
li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
ANNESS
Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Rogozin, Dmitry Olegovich |
d.t.t. 21.12.1963; f'Moska |
Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
2. |
Glazyev, Sergey |
d.t.t. 1.1.1961, Zaporozhye, (RSS Ukraina) |
Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
3. |
Matviyenko, Valentina Ivanova |
d.t.t. 7.4.1949, Shepetovka, Khmelnitskyi oblast (RSS Ukraina) |
Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
21.3.2014 |
4. |
Naryshkin, Sergei Evgenevich |
d.t.t. 27.10.1954, San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Speaker tal-Istat ta' Duma. Appoġġa pubblikament il- mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. Appoġġa pubblikament it-trattat tar-riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata. |
21.3.2014 |
5. |
Kiselyov, Dmitry Konstantinovich |
d.t.t. 26.4.1954 |
Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013. Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat Federali Russu "Rossiya Segodnya". Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li tappoġġa l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
21.3.2014 |
6. |
Nosatov, Alexander Mihailovich |
d.t.t. 27.3.1963 Sevastopol, (RSS Ukraina) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina. |
21.3.2014 |
7. |
Kulikov, Valery Vladimirovich |
d.t.t. 1.9.1956, Zaporozhye, (RSS Ukraina) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina. |
21.3.2014 |
8. |
Surkov, Vladislav Yurievich |
d.t.t. 21.9.1964, Solntsevo, Lipetsk |
Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukraina fil-Krimea. |
21.3.2014 |
9. |
Mikhail Malyshev |
President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea |
Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum fil-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
10. |
Valery Medvedev |
President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol |
Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum fil-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
11. |
Logutenent Ġeneral Igor Turchenyuk |
Kmandat tal-forzi Russi fil-Krimea |
Il-Kmandant de-facto tat-truppi Russi mobilizzati fit-territorju tal-Krimea (li r-Russja tkompli tirreferi għalihom uffiċjalment bħala "milizji lokali għall-awtodifiża"). |
21.3.2014 |
12. |
Elena Borisovna Mizulina |
Viċi fl-Istat ta' Duma |
Oriġinatur u ko-sponsor ta' bidliet leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu jippermettu reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali tagħhom. |
21.3.2014 |