ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.062.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
4 ta' Marzu 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 197/2014 tat-28 ta’ Frar 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 198/2014 tat-28 ta’ Frar 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 199/2014 tat-28 ta’ Frar 2014 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza tal-aċetat tat-triptorelin ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza tildipirożin ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 202/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel ( 1 )

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/113/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2014 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol u li tħassar id-Deċiżjoni 95/320/KE

18

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2014/114/UE

 

*

Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2013/45)

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 197/2014

tat-28 ta’ Frar 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kull subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' merkanzija.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness hija kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Il-prodott huwa skutella tonda ffurmata, tal-plastik. Id-dijametru tagħha huwa madwar 18,5 cm u l-għoli huwa madwar 7 cm. L-iskutella tesa' madwar 700 ml.

L-iskutella hija kontenitur għall-ikel tal-annimali domestiċi biex tagħlef l-annimali (pereżempju, klieb).

3924 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 3924 u 3924 90 00 .

L-intestatura 3924 tkopri firxa wiesgħa ta’ oġġetti tad-dar u ma teskludix l-oġġetti li ma jkunux maħsuba għall-użu mill-bnedmin. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tagħha, l-iskutella tal-ikel għall-annimali domestiċi titqies bħala oġġett tad-dar taħt l-intestatura 3924 .

Għaldaqstant il-prodott jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 3924 90 00 bħala oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tal-iġjene jew tat-twaletta, tal-plastik.


4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 198/2014

tat-28 ta’ Frar 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Għandu jiġi pprovdut illi informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott ippreżentat f’pilloli, li jkun għall-bejgħ mill-ħwienet f’kaxxa tal-plastik li fiha 30 pillola. Il-kontenut ta’ kull pillola jikkonsisti fil-komponenti li ġejjin:

Bromelain (500 mg),

ċellulosi,

fosfat tal-kalċju,

silika,

manjeżju stearate.

Skont it-tabella l-prodott huwa ppreżentat bħala suppliment tal-ikel għall-konsum mill-bniedem.

2106 90 92

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota Addizzjonali 5 għall-Kapitolu 21 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 .

Il-prodott ma juri l-ebda proprjetajiet profilattiċi jew terapewtiċi definiti b’mod ċar. Konsegwentement, ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 bħala mediċina.

Peress illi l-prodott huwa preparazzjoni tal-ikel ippreżentat f’forma ta’ dożi mkejla u maħsub biex jintuża bħala suppliment għal mal-ikel, ir-rekwiżiti tan-Nota Addizzjonali 5 sal-Kapitolu 21 huma sodisfatti.

Il-prodott huwa preparazzjoni ta’ enżimi b’sustanzi miżjuda u preżentazzjoni li tagħmilha adatta għal għan speċifiku, jiġifieri bħala suppliment għal mal-ikel għall-konsum mill-bniedem (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3507 , il-punt (C), l-ewwel paragrafu). Konsegwentement, minħabba li l-prodott huwa kopert minn Nota addizzjonali 5 għal Kapitlu 21, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3507 bħala enżima ppreparat hija eskluża.

Għalhekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2106 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhux speċifikat jew inkluż band’oħra.


4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 199/2014

tat-28 ta’ Frar 2014

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u ta' miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott fil-forma ta' ġiraffa stilizzata (b'tul ta' madwar 36 cm u piż ta' madwar 820 g), li jikkonsisti bil-parti ta' barra li hi ratba u tat-tessut mimlija b'diversi materjali. Ir-ras hija mimlija b’materjal tat-tessut artab filwaqt li l-korp u r-riġlejn jinkludu mili sfuż millieġ u tal-lavanda (li ma jistgħux jittieħdu għal użu bħala imħadda separata).

Il-prodott jista’ jissaħħan jew f’microwave jew forn tradizzjonali u wkoll imkessaħ kemm ġo friġġ kif ukoll ġo friżer sabiex jintuża bħala imħadda għat-tisħin jew għat-tkessiħ.

 (*) Ara l-immaġni.

9503 00 41

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9503 00  u 9503 00 41 .

Minħabba d-disinn u l-preżentazzjoni, il-prodott hu bażikament intenzjonat għad-divertiment ta' tfal u tal-adulti (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitolu 95, Ġenerali, u għall-intestatura 9503 , l-ittra (D)). Kwalunkwe użu ieħor ibbażat fuq il-kapaċità ta’ tisħin jew ta' tkessiħ hu kkunsidrat sussidjarju għall-valur ta’ divertiment tiegħu. Għalhekk il-prodott hu kkunsidrat bħala ġugarell skont l-intestatura 9503 . Klassifikazzjoni fuq il-bażi ta' wieħed mill-materjali kostitwenti tiegħu (pereżempju millieġ skont l-intestatura 1008 jew bħala tessut ieħor magħmul skont l-intestatura 6307 ) hi b'hekk eskluża.

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala ġugarell mimli materjal li jirrappreżenta annimal skont il-kodiċi NM 9503 00 41 .

Image

(*)  L-immaġni hi biss għal skopijiet ta' informazzjoni.


4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 200/2014

tat-3 ta’ Marzu 2014

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza tal-aċetat tat-triptorelin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2).

(3)

Ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwu fir-rigward tal-aċetat tat-triptorelin fl-ispeċijiet tal-porċini kollha.

(4)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li ma hemm l-ebda bżonn li jiġi stabbilit l-MRL għall-aċetat tat-triptorelin għall-ispeċijiet tal-porċini.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża il-MRLstabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f’oġġett tal-ikel partikolari minflok oġġett tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, jew il-MRLstabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċijiet oħra.

(6)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda l-estrapolazzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjoni għall-aċetat tat-triptorelin mill-ispeċijiet tal-porċini fl-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel.

(7)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat biex jinkludi s-sustanza aċetat tat-triptorelin għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel, filwaqt li jistabbilixxi n-nuqqas tal-ħtieġa li jiġi stabbilit MRL.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, is-sustanza li ġejja qed tiddaħħal fl-ordni alfabetika:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwu

Speċijiet tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Aċetat tat-triptorelin

MHUX APPLIKABBLI

L-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel

Ma jinħtieġ l-ebda MRL

MHUX APPLIKABBLI

EBDA ANNOTAZZJONI

Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema riproduttiva”


4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2014

tat-3 ta’ Marzu 2014

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza tildipirożin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2).

(3)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2010 (3) proviżorjament telenka t-tildipirożin bħala sustanza permessa għall-bovini, il-kaprini u l-porċini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam (ġilda u xaħam għall-ispeċi tal-porċini), il-fwied u l-kliewi, esklużi l-annimali li minnhom huwa prodott il-ħalib għall-konsum mill-bniedem, sal-1 ta’ Jannar 2012. Skont dak l-Anness, il-MRL għall-muskoli ma għandux japplika għas-sit tat-tilqim li għalih huma previsti livelli ogħla.

(4)

Ingħatat u ġiet eżaminata dejta addizzjonali li wasslet lill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju biex jirrakkomanda l-iffissar tal-MRL finali għat-tildipirożin għall-ispeċijiet tal-bovini, il-kaprini u l-porċini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam (il-ġilda u x-xaħam fi proporzjonijiet naturali tal-ispeċijiet tal-porċini), il-fwied u l-kliewi, esklużi l-annimali li minnhom huwa prodott il-ħalib għall-konsum mill-bniedem. Meta wieħed iqis li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kontroll tar-residwi jqisu li, sabiex tkun żgurata l-fattibilità tal-kontrolli tar-residwi, għandu jiġi stabbilit MRL uniku għall-muskolu, il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, f’opinjoni riveduta, ma jirrakkomandax li jipprovdu MRL separat għall-muskolu ta’ sit ta’ tilqim peress li dan kien il-każ fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-MRL stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f’oġġett tal-ikel partikolari minflok oġġett tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, jew il-MRL stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċijiet oħra.

(6)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li l-estrapolazzjoni tal-MRL fir-rigward tat-tildipirożin fl-ispeċijiet tal-bovini u l-kaprini. Dan ikkonkluda wkoll li l-estrapolazzjoni għal speċijiet oħra li jipproduċu l-ikel ma tistax tiġi appoġġata għal din is-sustanza

(7)

L-annotazzjoni għat-tildipirożin fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi l-MRL finali għas-sustanza farmaċewtika tildipirożin għall-ispeċijiet tal-bovini, il-kaprini u l-porċini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam (il-ġilda u x-xaħam fi proporzjonijiet naturali għall-ispeċijiet tal-porċini), il-fwied u l-kliewi. Id-dispożizzjonijiet dwar il-MRL għas-sit tat-tilqim -rigward il-muskolu u l-MRL proviżorji għandhom jitneħħew.

(8)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli biex il-partijiet interessati kkonċernati jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL ġdid stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-3 ta’ Mejju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi attivi farmakoloġikament u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali fejn tidħol is-sustanza tildipirożin (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 39).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-annotazzjoni għas-sustanza tildipirożin tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwi

Speċijiet tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Tildipirożin

Tildipirożin

Bovini, kaprini

400  μg/kg

Muskoli

Mhux għall-użu f’annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem

Aġenti li jaġixxu kontra l-infezzjonijiet/Antibijotiċi”

200  μg/kg

Xaħam

2 000  μg/kg

Fwied

3 000  μg/kg

Kliewi

Porċini

1 200  μg/kg

Muskoli

 

800  μg/kg

Ġilda u xaħam fi proporzjonijiet naturali

5 000  μg/kg

Fwied

10 000  μg/kg

Kliewi


4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2014

tat-3 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik (“il-lista ta’ sustanzi awtorizzati tal-Unjoni”).

(2)

Fl-24 ta’ Lulju 2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ħarġet evalwazzjonijiet xjentifiċi favorevoli għal żewġ sustanzi oħrajn, jiġifieri għat-2-fenil-3,3-bis(4-idrossifenil)ftalimidin (3) u għall-1,3-bis(iżosijanatometil)benżen (4). Dawn is-sustanzi issa jridu jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bħala s-sustanzi ta’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel bin-Nri 872 u 988.

(3)

L-evalwazzjoni xjentifika tas-sustanza tal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 988 uriet li l-migrazzjoni tal-prodott tal-idroliżi ta’ din is-sustanza, jiġifieri l-1,3-benżendimetanamin, għandha tiġi kkontrollata. Il-1,3-benżendimetanamin diġà huwa awtorizzat bħala s-sustanza ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 421. Minħabba li l-migrazzjoni tas-sustanzi tal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel bin-numri 421 u 988 hija kkontrollata abbażi tas-sustanza ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 421, għandha tiddaħħal restrizzjoni tal-grupp li tinkludi ż-żewġ sustanzi. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tas-sustanza ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 421 għandha tiġi emendata u fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandha tiddaħħal restrizzjoni tal-grupp.

(4)

Is-sustanza ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel Nru 340 (disijanodiamid) hija awtorizzata bħala addittiv fl-oġġetti tal-plastik skont it-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 mingħajr limitu ta’ migrazzjoni speċifika. L-Opinjoni rrappurtata fit-33 serje tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (5) stabbilixxiet doża tollerabbli ta’ kuljum ta’ milligramma għal kull kilogramm tal-piż tal-ġisem li wasslet għal limitu ta’ migrazzjoni speċifika ta’ 60 milligramma għal kull kilogramm ta’ ikel. Dan il-limitu huwa l-istess bħal-limitu ġeneriku ta’ migrazzjoni speċifika stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Madankollu, minħabba li l-limitu ta’ migrazzjoni speċifika ta’ 60 mg/kg ġej minn limitu tossikoloġiku bħalma hija d-doża tollerabbli ta’ kuljum, il-limitu ta’ migrazzjoni speċifika għandu jissemma b’mod speċifiku fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011.

(5)

Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-operaturi tan-negozju, il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jkunu tqiegħdu b’mod legali fis-suq abbażi tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu jistgħu jitqegħdu fis-suq sal-24 ta’ Marzu 2015. Dawn għandhom ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq sa ma jispiċċaw l-istokkijiet tagħhom.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jkunu tqiegħdu b’mod legali fis-suq qabel l-24 ta’ Marzu 2014 u li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament jistgħu jitqegħdu fis-suq sal-24 ta’ Marzu 2015. Dawk il-materjali u oġġetti tal-plastik jistgħu jibqgħu fis-suq wara dik id-data sa ma jispiċċaw l-istokkijiet tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

(3)  The EFSA Journal 2012; numru ta’ referenza 10(7):2825.

(4)  The EFSA Journal 2012; numru ta’ referenza 10(7):2824.

(5)  Il-paġna 31 tat-33 serje ta’ rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ippubblikata fl-1995 mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Lussemburgu, bin-numru tal-ISBN 92-826-9275-2.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni dwar is-sustanza FCM Nru 340 (disijanodiamid) hija mibdula b’dan li ġej:

“340

47440

0000461-58-5

disijanodiamid

Iva

Le

Le

60 ”

 

 

 

(b)

l-annotazzjoni dwar is-sustanza FCM Nru 421 (1,3-benżendimetanamin) hija mibdula b’dan li ġej:

“421

13000

0001477-55-0

1,3-benżendimetanamin

Le

Iva

Le

 

(34)”

 

 

(c)

l-annotazzjoni li jmiss għandha tiddaħħal skont l-ordni numerika:

“872

 

0006607-41-6

2-fenil-3,3-bis(4-idrossifenil)ftalimidin

Le

Iva

Le

0,05

 

Għal użu biss bħala komonomeru f’kopolimeri tal-polikarbonat

(20)”

(d)

tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“988

 

3634-83-1

1,3-bis(iżosijanatometil)benżen

Le

Iva

Le

 

(34)

Japplika limitu ta’ migrazzjoni speċifika totali għall-migrazzjoni tal-prodott tal-idroliżi ta’ din is-sustanza, jiġifieri l-1,3-benżendimetanamin,

Għal użu biss bħala komonomeru fil-manifattura ta’ kisi tas-saff nofsani fuq films magħmula minn polimeri tal-poli(etilen tereftalat) f’films b’ħafna saffi”

 

(2)

Fit-Tabella 2 qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“34

421

988

0,05

Mogħti bħala 1,3-benżendimetanamin”

(3)

Fit-Tabella 3 qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“(20)

Is-sustanza fiha l-anilina bħala impurità; għandha ssir verifika tal-konformità mar-restrizzjoni stabbilita fl-Anness II(2) rigward l-ammini aromatiċi primarji.”


4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 203/2014

tat-3 ta’ Marzu 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

56,2

TN

78,1

TR

102,6

ZZ

79,0

0707 00 05

JO

188,1

MA

176,8

TR

159,5

ZZ

174,8

0709 91 00

EG

45,1

ZZ

45,1

0709 93 10

MA

32,9

TR

123,8

ZZ

78,4

0805 10 20

EG

48,0

IL

67,4

MA

64,2

TN

47,1

TR

71,3

ZZ

59,6

0805 50 10

TR

62,2

ZZ

62,2

0808 10 80

CN

115,7

MK

30,8

US

156,1

ZZ

100,9

0808 30 90

AR

89,5

CL

190,5

CN

73,6

TR

156,2

US

123,6

ZA

98,3

ZZ

122,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Marzu 2014

li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol u li tħassar id-Deċiżjoni 95/320/KE

(2014/113/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol (minn hawn ‘il quddiem il-Kumitat) ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE (1) biex jevalwa l-effetti tas-saħħa tas-sustanzi kimiċi fuq il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Ix-xogħol tal-Kumitat jappoġġa direttament l-attività regolatorja tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Huwa jiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja u jiżgura li l-proposti, id-deċiżjonijiet u l-politika tal-Kummissjoni marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika soda.

(2)

Il-Kumitat jassisti lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, fl-evalwazzjoni tal-aħħar dejta xjentifika disponibbli u billi jipproponi limiti ta’ espożizzjoni okkupazzjonali (OELs) għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji kimiċi, li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (2) u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Il-membri tal-SCOEL huma esperti indipendenti u speċjalizzati kkwalifikati ħafna, magħżula fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi. Jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni b’Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet li huma neċessarji għall-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema. In-natura tal-kontribut tagħhom hija tali li mingħajru l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tilħaq l-għanijiet tal-politika soċjali tagħha biex tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Għalhekk, dawn l-esperti indipendenti għandhom jirċievu rimunerazzjoni lil hinn mir-rimborż tal-ispejjeż, li tkun proporzjonali għal kompiti partikolari attribwiti lilhom.

(4)

Ix-xogħol tal-Kumitat jagħti kontribut effettiv għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol biex jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema billi jipprovdi lill-Kummissjoni b’evidenza xjentifika dwar l-effetti tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol u dan huwa indispensabbli biex il-Kummissjoni tkun kapaċi tilħaq l-objettivi tal-politika soċjali rilevanti tal-Unjoni. Għalhekk, l-iffinanzjar tal-attivitajiet tiegħu se jiġi pprovdut mil-linja baġitarja rilevanti li hija ddedikata biex tappoġġja l-inizjattivi fil-qasam tal-politika soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

(5)

Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi introdott titjib fl-istruttura u l-proċeduri ta’ ħidma tal-Kumitat.

(6)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jintgħażlu permezz ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess. Dan jiżgura li l-proċedura tirrispetta l-prinċipji ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trasparenza.

(7)

Bil-għan li tiġi żgurata l-kontinwità u l-effiċjenza tal-ħidma tal-Kumitat, il-membri maħtura bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/985/UE (4) għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinħatru membri ġodda tal-Kumitat.

(8)

Il-parir xjentifiku mogħti dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji etiċi ta’ eċċellenza, indipendenza, imparzjalità, u trasparenza, kif żviluppati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “The collection and use of expertise by the Commission: principles and guidelines. Improving the knowledge for better policies” (5), u jrid jiġi organizzat b’konformità mal-prinċipji tal-aqwa prassi tal-valutazzjoni tar-riskju.

(9)

Billi jridu jsiru emendi sostantivi fid-Deċiżjoni 95/320/KE, dik id-Deċiżjoni għandha titħassar u tiġi sostitwita b’Deċiżjoni ġdida fl-interess taċ-ċarezza,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti tal-Esposizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol

Għandu jitwaqqaf Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol (“il-Kumitat”) biex jevalwa l-effetti fuq is-saħħa tas-sustanzi kimiċi fuq il-ħaddiema fuq ix-xogħol.

Artikolu 2

Il-Missjoni

(1)   Il-missjoni tal-Kumitat għandha tkun li jipprovdi lill-Kummissjoni b’Rakkomandazzjonijiet jew Opinjonijiet fuq talba ta’ din tal-aħħar dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-evalwazzjoni tossikoloġika tas-sustanzi kimiċi għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-ħaddiema.

(2)   Il-Kumitat, wara li jikkonsulta lis-Segretarjat kif previst fl-Artikolu 5(3), għandu jadotta metodoloġija għad-derivazzjoni tal-Limiti tal-Espożizzjoni marbuta max-Xogħol (“OELs”) u jirrevediha minn żmien għal żmien, biex tirrifletti l-fatturi xjentifiċi kollha rilevanti għall-iffissar tal-OELs. Dan għandu jiżgura li l-metodoloġija tiegħu tirrifletti l-prassi attwali tal-istima tar-riskju.

(3)   B’mod partikolari l-Kumitat għandu jirrakkomanda OELs ibbażati fuq dejta xjentifika, kif iddefiniti fid-Direttivi 98/24/KE u 2004/37/KE, li għandha tinkludi, iżda mhux tkun limitata għal:

il-medja differenzjata ta’ tmien sigħat xogħol (TWA);

il-limiti ta’ żmien qasir/limiti ta’ eskursjoni (STEL);

il-valuri tal-limitu bijoloġiku/il-valuri ta’ gwida bijoloġijka (BLV/BGV).

L-OELs jistgħu jkunu ssupplimentati kif xieraq, b’notazzjonijiet oħrajn li għandhom jinkludu:

l-assorbiment probabbli mill-ġilda;

il-potenzjali li jissensitizza;

il-proprjetajiet karċinoġeniċi.

Jistgħu jiġu introdotti notazzjonijiet xierqa addizzjonali b’emendi fid-dokument ta’ metodoloġija tal-Kumitat.

(4)   Kwalunkwe Rakkomandazzjoni għal OEL għandha tissaħħaħ u tiġi spjegata fid-dettall b’informazzjoni dwar id-dejta bażika, deskrizzjoni tal-effetti kritiċi, it-tekniki tal-estrapolazzjoni użati u kwalunkwe dejta dwar riskji possibbli għal saħħet il-bniedem. Il-vijabilità tal-monitoraġġ ta’ espożizzjoni ta’ kwalunkwe OEL propost għandha wkoll tiġi nnutata.

(5)   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat biex iwettaq azzjonijiet oħra marbuta mal-evalwazzjoni tossikoloġika tas-sustanzi kimiċi.

(6)   Il-Kumitat għandu jidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika speċifika li tista’ tkun neċessarja għall-evalwazzjoni tar-riskji kimiċi u għandu jinforma lill-Kummissjoni skont dan.

(7)   Il-Kumitat għandu jidentifika kwistjonijiet ta’ prijorità attwali li jirrigwardaw l-effetti fuq is-saħħa tal-kimiċi u għandu jinforma lill-Kummissjoni skont dan.

(8)   Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Kumitat għandu jwaqqaf gruppi ta’ diskussjoni tematiċi biex jirrevedi d-dejta u l-għarfien xjentifiku dwar is-sustanzi kimiċi jew kwistjonijiet marbutin mal-metodoloġija tiegħu. Dawn il-gruppi ta’ diskussjoni għandhom ikunu organizzati bl-appoġġ tas-Segretarjat tal-Kumitat.

(9)   Skont l-Artikolu 5(5), fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-kumitat għandu jfittex li jiżgura kooperazzjoni mal-korpi l-oħra rilevanti stabbiliti skont il-liġi tal-UE, inklużi Aġenziji tal-Unjoni li jwettqu ħidmiet simili fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ interess komuni.

Artikolu 3

Ħatra tal-Membri tal-Kumitat

(1)   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn wieħed u għoxrin espert individwali magħżula minn lista ta’ kandidati eleġibbli stabbilita wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Għandha tiġi pprovduta wkoll ħolqa li mir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u ta’ entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru”) twassal għall-paġna tal-Internet fejn tkun ppubblikata s-sejħa.

Il-membri għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom mill-Kummissjoni.

Il-membri għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ evidenza tal-għarfien espert xjentifiku u l-esperjenza tagħhom, wara li tkun tqieset il-ħtieġa li jkun żgurat:

li l-firxa sħiħa tal-għarfien espert xjentifiku meħtieġ biex tintlaħaq il-missjoni tkun evidenti, inkluż, b’mod partikolari, għarfien fil-kimika, fit-tossikoloġija, fl-epidemjoloġija, fil-mediċina okkupazzjonali u l-iġjene industrijali, u kompetenza ġenerali fl-iffissar tal-OELs;

li jkun hemm distribuzzjoni ġeografika bilanċjata tal-membri tal-Kumitat.

(2)   L-ismijiet tal-membri għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru kif ukoll f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(3)   Il-membri maħtura bid-Deċiżjoni 2009/985/UE skont id-Deċiżjoni 95/320/KE għandhom jibqgħu fil-kariga skont din id-Deċiżjoni sakemm il-ħatra ta’ membri għal mandat ġdid skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4

Il-mandat

(1)   Il-mandat għall-membri tal-Kumitat għandu jkun ta’ tliet snin. Wara li jiskadi l-perjodu ta’ tliet snin, il-membri tal-Kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu jew sakemm il-ħatriet tagħhom jiġġeddu.

(2)   Fil-każ ta’ riżenja ta’ membru tal-Kumitat qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet snin jew fejn membru jkun assenti għal aktar minn terz tal-laqgħat jew għal kwalunkwe raġuni oħra mhux kapaċi aktar li jikkontribwixxi b’mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-Kumitat, huwa/hija jista’/tista’ jinbidel/tinbidel għall-bqija tal-mandat. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha taħtar membru ġdid mil-lista preċedenti tal-kandidati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 3.

Artikolu 5

Il-Bord u s-Segretarjat tal-Kumitat

(1)   Fil-bidu ta’ kull mandat, il-Kumitat għandu jeleġġi minn fost il-membri tiegħu stess, b’maġġoranza sempliċi, president u żewġ viċi presidenti. Dawn it-tliet membri għandhom jikkostitwixxu l-Bord tal-Kumitat (“il-Bord”).

(2)   Il-Bord għandu jkun responsabbli għal kwistjonijiet proċedurali interni tal-Kumitat u għandu jippresiedi l-laqgħat bil-ħsieb li jinkiseb kunsens xjentifiku dwar l-Opinjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li jridu jkunu adottati.

(3)   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-Segretarjat tal-Kumitat u l-gruppi ta’ ħidma tiegħu, flimkien mal-appoġġ amministrattiv neċessarju biex jitħaffef l-iffunzjonar effiċjenti tal-Kumitat.

(4)   Is-Segretarjat għandu jiżgura kooperazzjoni effettiva tal-Kumitat ma’ Kumitati Xjentifiċi oħrajn u Aġenziji tal-Unjoni.

(5)   Is-Segretarjat għandu jieħu ħsieb li jiżgura l-identifikazzjoni bikrija ta’ sorsi potenzjali ta’ konflitt bejn l-Opinjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat u dawk ta’ korpi oħrajn stabbiliti skont il-liġi tal-UE, inklużi l-Aġenziji tal-Unjoni, li jwettqu xi kompitu simili fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ interess komuni.

Artikolu 6

Gruppi ta’ Ħidma

(1)   Fuq talba tal-Bord, il-Kumitat għandu jaħtar gruppi ta’ ħidma minn fost il-membri tiegħu, bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni.

(2)   Mill-gruppi ta’ ħidma għandu jkun meħtieġ li jiddiskutu kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għax-xogħol tal-Kumitat, abbażi tat-termini ta’ referenza ddefiniti mill-Kumitat, u li jirrapportaw dwar ir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tagħhom. Dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti hekk kif jilħqu l-għan tagħhom.

Artikolu 7

Laqgħat plenarji tal-Kumitat u laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma

(1)   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.

(2)   Il-laqgħat plenarji tal-Kumitat għandhom iseħħu, bħala regola ġenerali, erba’ darbiet fis-sena.

(3)   Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom ilaqqgħu u jieħdu sehem fil-laqgħat plenarji tal-Kumitat u għandhom isejħu l-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma.

(4)   Il-Kumitat u l-gruppi ta’ ħidma għandhom normalment jiltaqgħu fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, il-laqgħat jistgħu jinżammu xi mkien ieħor.

Artikolu 8

Proċeduri u metodoloġija

(1)   Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għandhom jirrelataw ma’ kwalunkwe talba għal Rakkomaandazzjoni dwar OEL għal sustanza speċifika jew grupp ta’ sustanzi jew kwalunkwe Opinjoni xjentifika (“Opinjoni”) oħra mitluba mill-Kummissjoni.

(2)   Il-Kummissjoni, meta titlob kwalunkwe Rakkomandazzjoni jew Opinjoni tal-Kumitat, f’konformità mal-paragrafu 1, tista’ tiffissal-perjodu ta’ żmien li fih dawn għandhom jingħataw.

(3)   Il-Kumitat, u b’mod partikolari l-Bord, għandu jagħmel kull sforz biex jibbaża r-Rakkomandazzjonijiet jew l-Opinjoni tiegħu fuq qbil. Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat ma għandhomx jiġu segwiti b’vot. Fin-nuqqas ta’ qbil unanimu, il-pożizzjonijiet varji meħuda fil-kors tad-deliberazzjonijiet għandhom ikunu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Kumitat.

(4)   Il-Kumitat għandu jiżgura, bl-appoġġ tas-Segretarjat, li l-metodoloġija tiegħu tirrifletti l-aħħar standards xjentifiċi u li tiġi implimentata.

(5)   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 9(3), il-Kummissjoni għandha tippubblika l-Metodoloġija aġġornata flimkien mar-Rakkomandazzjoni u l-Opinjonijiet adottati tal-Kumitat fil-parti tal-websajt tagħha ddedikata lill-Kumitat.

Artikolu 9

Prinċipji etiċi

Il-membri tal-Kumitat għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b’mod indipendenti minn kwalunkwe influwenza esterna. Dawn ma għandhomx jiddelegaw ir-responsabbiltajiet tagħhom lil xi persuna oħra.

Dawn għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ impenn li jaġixxu fl-interess pubbliku u li jiddikjaraw jew l-assenza jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jieħdu nota u jikkonkludu dwar ir-rilevanza ta’ kwalunkwe interess iddikjarat.

Il-Kumitat għandu jiżgura li r-Rakkomandazzjonijiet u l-Opinjonijiet tiegħu jippreżentaw b’mod ċar il-motivazzjoni użata fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni tiegħu, kif spjegat fil-metodoloġija tiegħu.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Membri tal-Kumitat ma għandhomx jagħtu informazzjoni li jistgħu jsiru jafu biha minħabba x-xogħol tagħhom fil-Kumitat, gruppi ta’ diskussjoni tematiċi, gruppi ta’ ħidma jew attivitajiet oħra marbuta ma’ din id-Deċiżjoni.

Għandha tiġi ffirmata dikjarazzjoni bil-miktub ta’ kunfidenzjalità mill-membri tal-Kumitat fil-bidu ta’ kull mandat.

Artikolu 10

Osservaturi u esperti esterni

(1)   Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jistiednu lill-pajjiżi tal-ŻEE/EFTA jissottomettu proposti biex ix-xjenzjati jattendu l-laqgħat bħala osservaturi.

(2)   Fejn ikun xieraq, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistiednu esperti xjentifiċi minn barra l-Kumitat li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumitat jew fi grupp ta’ ħidma fuq bażi ad hoc.

Artikolu 11

Kumpensi speċjali

(1)   Il-Membri tal-Kumitat u l-esperti esterni mistiedna fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandhom ikunu intitolati għal kumpens speċjali ta’ massimu ta’ EUR 450 taħt il-forma ta’ unità ta’ spiża ta’ kuljum għal kull jum sħiħ tax-xogħol. Il-kumpens totali għandu jiġi kkalkulat u aġġustat ‘l fuq għall-ammont li jikkorrispondi għall-eqreb nofs jum tax-xogħol. Il-ħlasijiet kollha għandhom isiru fl-ewro.

(2)   L-ispejjeż li jagħmlu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Kumitat għall-ivvjaġġar u għas-sussistenza għandhom jiġu rrimburżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet applikabbli (7). Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimburżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

(3)   L-Artikolu 11(1) għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-membri jinħatru għall-mandat li jmiss tal-Kumitat skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 3.

Artikolu 12

Trasparenza

(1)   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti kollha rilevanti (bħall-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti) jew fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit tal-Internet ddedikat.

(2)   Għandhom ikunu possibbli eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ ta’ dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien tal-interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar- Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

Artikolu 13

Revoka

(1)   Id-Deċiżjoni 95/320/KE hija b’dan irrevokata.

(2)   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE tat-12 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol (ĠU L 188, 9.8.1995, p. 14).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

(3)  Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/985/UE tat-18 ta’ Diċembru 2009 li taħtar il-Membri tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti tal-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi fuq ix-Xogħol għal mandat ġdid (ĠU L 338, 19.12.2009, p. 98).

(5)  COM(2002) 713 finali tal-11 ta’ Diċembru 2002.

(6)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5858 Regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba min-nies barra mill-Kummissjoni mistiedna jattendu laqgħat fil-kapaċità tagħhom ta’ esperti.

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsubin sabiex jipproteġu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċedimenti fil-qorti u l-pariri legali, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditjar u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.


LINJI GWIDA

4.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/23


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Novembru 2013

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi

(BĊE/2013/45)

(2014/114/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-tielet inċiż tal-Artikolu 3.1 u tal-Artikoli 12.1 u 30.6 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġi pprovdut bl-assi ta’ riżerva barranija mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) u għandu d-dritt sħiħ li jżomm u jimmaniġġja r-riżervi barranin li jiġu ttrasferiti lilu.

(2)

Skont l-Artikoli 9.2 u 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jimmaniġġja uħud mill-attivitajiet tiegħu permezz tal-BĊNi taż-żona tal-euro u jirrikorri għand il-BĊNi taż-żona tal-euro sabiex iwettaq uħud mill-operazzjonijiet tiegħu. Bl-istess mod, il-BĊE iqis li l-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jimmaniġġjaw ir-riżervi barranin ittrasferiti lilu bħala l-aġenti tiegħu.

(3)

Il-Linja Gwida BĊE/2008/5 tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi tistipula illi kull BĊN taż-żona tal-euro jista’: (a) jipparteċipa fl-immaniġġjar operattiv tal-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE; jew (b) jastjeni minn dan l-immaniġġjar jew jaqsam dan l-immaniġġjar ma’ BĊNi oħra taż-żona tal-euro. Madankollu, il-Linja Gwida BĊE/2008/5 ma tgħidx b’mod espliċitu li BĊN taż-żona tal-euro jista’ jitlob lill-BĊE jew lil wieħed jew aktar mill-BĊNi taż-żona tal-euro biex jassumi xi kompiti f’ismu fir-rigward ta’ dan l-immaniġġjar.

(4)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2008/5 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 2(1) tal-Linja Gwida BĊE/2008/5 huwa mibdul b’li ġej:

“1.   Kull BĊN taż-żona tal-euro huwa intitolat li jipparteċipa fl-immaniġġjar operattiv tal-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE. BĊN taż-żona tal-euro jista’ jiddeċiedi li: jastjeni minn dan l-immaniġġjar jew (b) jaqsam dan l-immaniġġjar ma’ BĊN wieħed jew aktar taż-żona tal-euro. Jekk BĊN taż-żona tal-euro jiddeċiedi li jastjeni minn dan l-immaniġġjar, il-BĊNi l-oħra taż-żona tal-euro għandhom jimmaniġġjaw l-assi li kieku jkunu mmaniġġjati mill-BĊN taż-żona tal-euro li jastjeni. Għandu jkun ukoll possibbli li ssir talba minn BĊN taż-żona tal-euro lill-BĊE jew lil BĊN ieħor taż-żona tal-euro biex jassumi xi kompiti filwaqt li jżomm kompiti oħrajn relatati mal-immaniġġjar tal-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE. Il-BĊE u l-BĊN relevanti taż-żona tal-euro huma liberi li jaċċettaw jew li jiċħdu din it-talba.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi taż-żona tal-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi taż-żona tal-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI