ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.052.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 52

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
21 ta' Frar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 157/2014 tat-30 ta’ Ottubru 2013 dwar il-kundizzjonijiet biex titqiegħed għad-dispożizzjoni f’websajt dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ prodotti għall-bini

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 158/2014 tat-13 ta’ Frar 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Daujėnų naminė duona (IGP)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 159/2014 tat-13 ta’ Frar 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Patata dell’Alto Viterbese (IĠP)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 160/2014 tat-13 ta’ Frar 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Szentesi paprika (IĠP)]

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 161/2014 tat-18 ta’ Frar 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bayerische Breze/Bayerische Brezn/Bayerische Brez’n/Bayerische Brezel (IGP)]

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2014 tad-19 ta’ Frar 2014 li japprova modifika mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carota dell’Altopiano del Fucino (IĠP)]

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 163/2014 tal-20 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2014 tal-20 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/101/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2014 li taħtar membru Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 157/2014

tat-30 ta’ Ottubru 2013

dwar il-kundizzjonijiet biex titqiegħed għad-dispożizzjoni f’websajt dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ prodotti għall-bini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) flimkien mal-Artikolu 60(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 jobbliga lill-manifatturi tal-prodotti għall-bini li jikkompilaw dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni meta jitqiegħed fis-suq prodott għall-bini li jkun kopert minn standard armonizzat, jew jikkonforma ma’ Valutazzjoni Teknika Ewropea maħruġa għal dak il-prodott. Għandha tingħata kopja ta’ din id-dikjarazzjoni, jew fuq il-karta jew b’mezzi elettroniċi.

(2)

Skont l-Artikoli 7(3) u 60(b) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Kummissjoni ngħatat il-kompitu li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ipproċessar elettroniku tad-dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’websajt. Dawn il-kundizzjonijiet għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fuq l-Internet tad-dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni jippermettu l-użu tat-teknoloġiji tal-informatika u jnaqqsu l-kostijiet għall-manifatturi tal-prodotti għall-bini u għas-settur kollu tal-bini b’mod ġenerali.

(3)

Biex jitqiesu wkoll il-bżonnijiet speċifiċi ta’ min jirċievi l-prodotti għall-bini, fosthom, speċjalment, il-mikrointrapriżi, u b’mod partikolari dawk li jkunu qegħdin jaħdmu fuq siti tal-bini mingħajr aċċess għall-Internet, dan l-att delegat ma għandux jiġi estiż biex jinkludi ebda deroga mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(4)

Biex ikun żgur li l-format elettroniku ta’ dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni li tikkorrispondi ma’ prodott partikolari jkun jista’ jiġi identifikat faċilment, il-manifatturi għandhom jorbtu kull prodott, jew kull lott tal-istess prodott li jqiegħdu fis-suq ma’ dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni speċifika permezz tal-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tat-tip tal-prodott, li għandu jissemma fid-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni b’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(5)

Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv involut fil-forniment ta’ dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni, filwaqt li jibqa’ żgurat li l-informazzjoni f’dawn id-dikjarazzjonijiet tibqa’ affidabbli, il-format elettroniku ta’ dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ma għandux jinbidel wara li din tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni fuq l-Internet, u għandha tibqa’ aċċessibbli għal mill-inqas perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott għall-bini jkun tqiegħed fis-suq, jew għal perjodu ieħor ta’ żmien li jista’ jkun japplika minħabba t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(6)

Is-sit tal-Internet fejn tkun tqiegħdet id-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni, għandu jkun soġġett għall-monitoraġġ u l-manutenzjoni biex ikun żgurat, li kemm hu possibbli dan jinżamm kontinwament aċċessibbli u ma jsirx indisponibbli minħabba nuqqas ta’ funzjonament tajjeb għal raġunijiet tekniċi.

(7)

Is-sit tal-Internet fejn tidher id-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni għandu jkun aċċessibbli mingħajr ħlas għal min jirċievi l-prodotti għall-bini. Dawk li jirċievu l-prodotti għandhom jingħataw istruzzjonijiet biex jaċċessaw is-sit u d-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-format elettroniku tagħha.

(8)

Biex jiżdiedu l-effiċjenza u l-kompetittività tas-settur tal-bini Ewropew kollu, l-operaturi ekonomiċi li jipprovdu dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni u li jixtiequ jużaw it-teknoloġiji l-ġodda tal-informatika biex jiffaċilitaw il-forniment ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, għandhom ikunu jistgħu jagħmlu hekk kemm jista’ jkun possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, f’websajt, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, sakemm jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

għandhom jiżguraw li l-kontenut ta’ dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ma jinbidilx wara li tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni f’sit tal-Internet;

(b)

għandhom jiżguraw li s-sit fejn jitqiegħdu d-dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni li jinkitbu għall-prodotti għall-bini jinżamm aġġornat u jkun sorveljat biex kemm is-sit, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni jkunu disponibbli għal dawk li jirċievu l-prodotti għall-bini, b’mod kontinwu;

(c)

għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni hija aċċessibbli mingħajr ħlas għal min jirċievi l-prodotti għall-bini, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott għall-bini jkun tqiegħed fis-suq, jew għal perjodu ta’ żmien ieħor li jista’ jkun applikabbli skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011;

(d)

għandhom jipprovdu l-istruzzjonijiet lil min jirċievi l-prodotti għall-bini dwar kif għandu jaċċessal-websajt u d-dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni miktubin għal dawn il-prodotti u ppubblikati fuq dak is-sit.

2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li kull prodott, jew kull lott tal-istess prodott li jqiegħdu fis-suq ikun marbut ma’ dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni speċifika permezz tal-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tat-tip tal-prodott.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 158/2014

tat-13 ta’ Frar 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Daujėnų naminė duona (IGP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni Litwana għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Daujėnų naminė duona” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Daujėnų naminė duona” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Janusz LEWANDOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 251, 31.8.2013, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

IL-LITWANJA

Daujėnų naminė duona (IGP)


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 159/2014

tat-13 ta’ Frar 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Patata dell’Alto Viterbese (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Patata dell’Alto Viterbese” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Patata dell’Alto Viterbese” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Janusz LEWANDOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 239, 20.8.2013, p. 2.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Patata dell’Alto Viterbese (IĠP)


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 160/2014

tat-13 ta’ Frar 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Szentesi paprika (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50, il-paragrafu 2(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Ungerija biex id-denominazzjoni “Szentesi paprika” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Szentesi paprika” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Janusz LEWANDOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 237, 15.8.2013, p. 31.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-UNGERIJA

Szentesi paprika (IĠP)


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 161/2014

tat-18 ta’ Frar 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bayerische Breze/Bayerische Brezn/Bayerische Brez’n/Bayerische Brezel (IGP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 it-talba ta’ reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Bayerische Breze”/“Bayerische Brezn”/“Bayerische Brez’n”/“Bayerische Brezel” li saret mill-Ġermanja ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Bayerische Breze”/“Bayerische Brezn”/“Bayerische Brez’n”/“Bayerische Brezel” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 262, 11.9.2013, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

IL-ĠERMANJA

Bayerische Breze/Bayerische Brezn/Bayerische Brez’n/Bayerische Brezel (IGP)


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 162/2014

tad-19 ta’ Frar 2014

li japprova modifika mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carota dell’Altopiano del Fucino (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-ewwel subaragrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Carota dell’Altopiano del Fucino”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2).

(2)

Billi l-modifika kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fir-reġistru, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14.

(3)  ĠU C 272, 20.9.2013, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP)


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 163/2014

tal-20 ta’ Frar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

57,7

TN

73,8

TR

94,6

ZZ

75,4

0707 00 05

EG

174,9

JO

206,0

MA

158,2

TR

159,2

ZZ

174,6

0709 91 00

EG

107,0

ZZ

107,0

0709 93 10

MA

33,6

TR

91,1

ZZ

62,4

0805 10 20

EG

46,6

IL

64,0

MA

51,7

TN

50,9

TR

73,1

ZA

63,5

ZZ

58,3

0805 20 10

IL

117,8

MA

99,2

TR

110,6

ZZ

109,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

29,2

IL

126,7

JM

106,9

MA

124,3

TR

89,9

US

134,1

ZZ

101,9

0805 50 10

AL

39,1

MA

71,7

TR

61,2

ZZ

57,3

0808 10 80

CN

123,5

MK

32,3

US

139,8

ZZ

98,5

0808 30 90

AR

141,8

CL

186,0

CN

68,5

TR

125,1

US

126,7

ZA

107,3

ZZ

125,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 164/2014

tal-20 ta’ Frar 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (2) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

120

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

133,5

0

AR

134,3

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

298,1

1

AR

225,1

23

BR

327,2

0

CL

259,8

12

TH

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

303,0

0

BR

317,6

0

CL

0408 91 80

Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef

458,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

253,1

10

BR

315,1

0

CL


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


DEĊIŻJONIJIET

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Frar 2014

li taħtar membru Ċek fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/101/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Bohuslav SVOBODA, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Tomáš HUDEČEK, Primátor hl. města Prahy.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.