ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.009.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
14ta' Jannar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 25/2014 tat-13 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta’ pajjiżi, territorji, żoni jew kompartimenti terzi li minnhom jistgħu jiġu importati fl-Unjoni ċerti annimali akkwatiċi ( 1 )

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2014 tat-13 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/9/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (notifikata bid-dokument C(2013) 9186)  ( 1 )

9

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1412/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020 ( ĠU L 353, 28.12.2013 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 24/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġġġu adotatti miżuri ta’ konservazzjoni b’kunsiderazzjoni tal-konsulenza xjentifika, teknika u ekonomika disponibbli inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(3)

Il-Kunsill għandu d-dmir li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp tas-sajd fil-Baħar l-Iswed, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew sajd, u wara li jiġu debitament ikkunsidrati l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

It-TACs għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b’kunsiderazzjoni ta’ aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jkun żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

(5)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2) u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-dejta dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd, rispettivament. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri għandhom jużaw meta jibagħtu dejta lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.

(6)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji msemmija fih.

(7)

Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li fl-1 ta’ Jannar 2014 jinfetħu t-tipi tas-sajd inkwistjoni fil-Baħar l-Iswed. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-UE li joperaw fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“GFCM” tfisser il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran;

(b)

“Il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif definita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fir-Riżoluzzjoni GFCM/33/2009/2;

(c)

“bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(d)

“qabda totali permissibli (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(e)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjoni

It-TACs għall-bastimenti tal-UE, l-allokazzjoni ta’ tali TACs fost l-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

Il-ħut minn stokkijiet li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd huma stabbiliti b’dan ir-Regolament għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk:

(a)

il-qabdiet ikunu saru minn bastimenti ta’ Stat Membru li jkollu kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita; jew

(b)

il-qabdiet ikunu jikkonsistu f’sehem ta’ kwota tal-Unjoni li ma ġietx allokata permezz ta’ kwota fost l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma tkunx ġiet eżawrita.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Trażmissjoni tad-dejta

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 04 Vol 02 p. 317).

(4)  Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).


ANNESS

TACS APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAL-UE F’ŻONI FEJN JIŻISTU TACS SKONT L-ISPEĊI U SKONT IŻ-ŻONA

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom b’mod funzjonali, fejn hu xieraq.

L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tabella ta’ ekwivalenza tal-ismijiet bil-Latin komuni mal-ismijiet tidher hawn taħt:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem Komuni

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi

:

Barbun imperjali

Psetta maxima

Żona

:

Ilmijiet tal-UE fil-Baħar l-Iswed

TUR/F37.4.2.C.

Bulgarija

43,2

 

Rumanija

43,2

Unjoni

86,4  (1)

TAC

Mhux rilevanti

TAC analitiku

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi

:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona

:

Ilmijiet tal-UE fil-Baħar l-Iswed

SPR/F37.4.2.C

Bulgarija

8 032,5

 

Rumanija

3 442,5

Unjoni

11 475

TAC

Mhux rilevanti

TAC analitiku

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


(1)  L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ ma għandu jkun permess mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2014.


14.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 25/2014

tat-13 ta’ Jannar 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta’ pajjiżi, territorji, żoni jew kompartimenti terzi li minnhom jistgħu jiġu importati fl-Unjoni ċerti annimali akkwatiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 22 u 61(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom.

(2)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi, territorji, żoni jew kompartimenti terzi li minnhom jistgħu jiġu introdotti annimali akkwatiċi.

(3)

Barra minn hekk, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fihom attestazzjonijiet tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ispeċijiet suxxettibbli għal ċertu mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(4)

Ċerti provinċji tal-Kanada (British Columbia, Alberta, Saskatchewan, Manitoba, New Brunswick, Nova Scotia, Prince Edward Island, Newfoundland u Labrador, Yukon, It-Territorji tal-Majjistral u Nunavut) bħalissa huma elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008. Għadaqstant huma permessi importazzjonijiet ta’ speċijiet ta’ ħut suxxettibbli għas-settiċemija emorraġika virali, kif stabbilit fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE minn dawk il-provinċji ġewwa l-Unjoni.

(5)

Il-Kanada talbet li l-provinċja ta’ Quebec għandha tiżdid mal-lista stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008. Skont il-konklużjonijiet ta’ verifika mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fil-Kanada f’Ġunju 2012 dwar is-saħħa tal-annimali akkwatiċi, l-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz tista’ tipprovdi garanziji xierqa fir-rigward tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-mard tal-ħut, u teżisti sistema ta’ ċertifikazzjoni affidabbli għall-esportazzjonijiet tal-ħut u l-prodotti tagħhom lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Kanada bagħtet informazzjoni ddettaljata lill-Kummissjoni dwar programm ta’ sorveljanza abbażi tar-riskju fir-rigward tas-settiċemija emorraġika virali mwettaq bejn l-2007 u l-2012 fuq il-ħut salvaġġ li joriġina mill-baċini idrografiċi fil-provinċja ta’ Quebec. Minn analiżi tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ sorveljanza jista’ jiġi konkluż li huwa ferm improbabbli li l-virus tas-settiċemija emorraġika virali ċċirkola f’popolazzjonijiet ta’ ħut selvaġġi suxxettibbli f’Quebec matul dawk is-snin. Dan jipprovdi aktar assigurazzjonijiet fir-rigward tal-istatus tas-saħħa ta’ speċijiet ta’ ħut suxxettibbli għas-settiċemija emorraġika virali, jew il-prodotti tagħhom, li jistgħu jiġu esportati lejn l-Unjoni minn Quebec.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu permessi l-importazzjonijiet ta’ speċijiet ta’ ħut suxxettibbli għas-settiċemija emorraġika virali, kif stabbilit fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, maħsuba għall-akkwakultura, żoni fejn jinżammu l-molluski, meded ta’ ilma ta’ sajd “tqiegħed u tieħu”, faċilitajiet ornamentali fil-miftuħ u fil-magħluq, minn Quebec ġewwa l-Unjoni.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, fit-tabella, l-entrata għall-Kanada tinbidel b’dan li ġej:

Pajjiż/territorju

Speċi tal-Akkwakultura

Żona/Kompartiment

Kodiċi ISO

Isem

Ħut

Molluski

Krustaċji

Kodiċi

Deskrizzjoni

“CA

Il-Kanada

X

 

 

CA 0 (C)

It-territorju kollu

CA 1 (D)

British Columbia

CA 2 (D)

Alberta

CA 3 (D)

Saskatchewan

CA 4 (D)

Manitoba

CA 5 (D)

New Brunswick

CA 6 (D)

Nova Scotia

CA 7 (D)

Il-Gżira ta’ Prince Edward

CA 8 (D)

Newfoundland u Labrador

CA 9 (D)

Yukon

CA 10 (D)

It-Territorji tal-Majjistral

CA 11 (D)

Nunavut

CA 12 (D)

Quebec”


14.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 26/2014

tat-13 ta’ Jannar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

78,9

MA

76,5

TN

97,0

TR

122,9

ZZ

93,8

0707 00 05

MA

158,2

TR

120,5

ZZ

139,4

0709 93 10

MA

65,7

TR

124,6

ZZ

95,2

0805 10 20

EG

58,6

MA

74,3

TR

82,3

ZA

57,9

ZZ

68,3

0805 20 10

IL

186,9

MA

66,8

ZZ

126,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

180,9

JM

93,8

MA

117,9

TR

82,5

ZZ

118,8

0805 50 10

EG

66,2

TR

74,2

ZZ

70,2

0808 10 80

CA

147,4

CN

110,7

MK

34,9

US

167,9

ZZ

115,2

0808 30 90

CN

53,4

TR

165,9

US

196,4

ZZ

138,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju

(notifikata bid-dokument C(2013) 9186)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/9/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 10a(1) u (13) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (2) tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (3) tiddetermina regoli tranżitorji fl-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Kull sena settur jew subsettur jista’ jiżdied mal-lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju wara li jkun ġie muri, f’rapport analitiku, li s-settur jew is-subsettur jissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafi 14 sa 17 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, wara bidla li għandha impatt sostanzjali fuq l-attivitajiet tas-settur jew tas-subsettur.

(4)

Xi setturi li ma nstabux li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju fil-livell NACE-4 fid-Deċiżjoni 2010/2/UE ġew diżaggregati u għadd ta’ subsetturi korrispondenti, li għalihom ċerti karatteristiċi speċifiċi u distintivi wasslu għal impatti differenti b’mod sinifikanti mill-bqija tas-settur, ġew ivvalutati.

(5)

Għas-subsetturi “Patata mqadda fl-għamla ta’ dqiq, ikliet, biċċiet irqaq, bċejjeċ u pritkuni”, “Patata friżata, ippreparata jew ippreservata (inkluż patata msajra jew nofs sajran fiż-żejt u mbagħad friżata; minbarra bil-ħall jew b’aċidu aċetiku)”, kif ukoll “Xorrox u xorrox mibdul tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, kemm jekk konċentrat kif ukoll jekk iħaddan sustanza li tagħmlu iżjed ħelu”, din il-valutazzjoni wriet li jistgħu jintgħarfu faċilment minn subsetturi oħra abbażi ta’ karatteristiċi speċifiċi u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10a(15) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, dawk is-subsetturi għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(6)

Għas-subsettur “Partijiet tal-ħadid ifforġati ta’ dada miftuħa għal xaftijiet ta’ trasmissjoni, kamxafts, krankxafts u krankijiet”, il-valutazzjoni wriet li jista’ jintgħaraf faċilment minn subsetturi oħra abbażi ta’ karatteristiċi speċifiċi u li jissodisfa l-kriterju kwantitattiv stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 10a(16) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, dak is-subsettur għandu jiżdied mal-lista ta’ setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(7)

Is-setturi “Manifattura ta’ ġibs” u “Manifattura ta’ prodotti tal-ġibs għall-għanijiet tal-kostruzzjoni” (kodiċijiet NACE 2653 u 2662 rispettivament) ġew ivvalutati mill-ġdid fl-2012. Dik il-valutazzjoni kwalitattiva wriet karatteristiċi tas-suq li joffru sfida, bħall-kummerċ dejjem jikber, b’mod partikolari x-xejra dejjem tiżdied ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li jimmanifatturaw bi prezz baxx, żieda fil-pressjoni tal-kompetizzjoni fuq livell internazzjonali, u marġni tal-profitt żgħir biss għas-snin evalwati, li jillimitaw il-kapaċità tal-installazzjonijiet li jinvestu u jnaqqsu l-emissjonijiet. Abbażi tal-impatt ikkombinat ta’ dawk il-fatturi, dawk is-setturi għandhom jitqiesu bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju u jistgħu jiżdiedu mal-lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(8)

Id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi tad-Deċiżjoni 2010/2/UE

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/2/UE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Emendi tad-Deċiżjoni 2011/278/UE

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1.


ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/2/UE huwa emendat kif ġej:

1.

It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

L-entrati li ġejjin jiddaħħlu qabel l-entrata 15331427:

Kodiċi Prodcom

Deskrizzjoni

“15311230

Patata mqadda fl-għamla ta’ dqiq, ikliet, biċċiet irqaq, bċejjeċ u pritkuni

15311250

Patata friżata, ippreparata jew ippreservata (inkluż patata msajra jew nofs sajran fiż-żejt u mbagħad friżata; minbarra bil-ħall jew b’aċidu aċetiku)”

(b)

L-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata 155154:

Kodiċi Prodcom

Deskrizzjoni

“15515533

Xorrox u xorrox mibdul tat-trab, mrammel jew f’forom oħra solidi, kemm jekk konċentrat kif ukoll jekk iħaddan sustanza li tagħmlu iżjed ħelu)”

(c)

L-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata 26821620:

Kodiċi Prodcom

Deskrizzjoni

“28401133

Partijiet tal-ħadid ifforġati ta’ dada miftuħa għal xaftijiet ta’ trasmissjoni, kamxafts, krankxafts u krankijiet”

2.

Fit-Taqsima 3, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata 2640:

Kodiċi Prodcom

Deskrizzjoni

“2653

Manifattura ta’ ġibs

2662

Manifattura ta’ prodotti tal-ġibs għall-għanijiet tal-kostruzzjoni”.


ANNESS II

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-entrati li jikkorrispondu għall-parametri referenzjarji tal-prodotti “Kisi bil-ġibs”, “Ġibs sekondarju mnixxef” u “Plasterboard” jinbidlu b’dan li ġej:

Parametru referenzjarju ta’ prodott

Definizzjoni tal-prodotti koperti

Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema)

Espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju kif stabbilita mid-Deċiżjoni 2010/2/UE għas-snin 2013 u 2014

Valur tal-parametru referenzjarju

(kwoti/t)

“Kisi bil-ġibs

Kisjiet bil-ġibs li jikkonsistu f’ġibs ikkalċinat jew sulfat ikkalċinat (bl-inklużjoni tal-użu fil-bini, tal-użu fit-tiswija ta’ drapp minsuġ jew karta tal-uċuħ, tal-użu fid-dentistrija, tal-użu fir-rimedjazzjoni tal-art), f’tunnellati metriċi ta’ stukko (Calcium Sulfate Hemihydrate). Il-kisi Alpha mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni: it-tħin, it-tnixxif u l-ikkalċinar.

iva

0,048 ”,

“Ġibs sekondarju mnixxef

Ġibs sekondarju mnixxef (ġibs sintetiku prodott bħala prodott sekondarju rriċiklat tal-industrija tal-enerġija jew materjal irriċiklat mill-iskart tal-bini u t-twaqqigħ tal-bini) muri f’tunnellati ta’ prodott.

Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mat-tnixxif tal-ġibs sekondarju.

iva

0,017 ”,

“Plasterboard

Il-parametru referenzjarju jkopri kavers, bords, folji, penils, madum, oġġetti simili tal-kisi bil-ġibs/kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-kisi bil-ġibs, (mhux) b’wiċċ/imsaħħa bil-karti/kartonċin biss, bl-esklużjoni ta’ oġġetti magħquda bil-kisi bil-ġibs, imżejna (f’tunnellati metriċi ta’ stukko). Twavel tal-fajber li huma tal-ġibs (‘gypsum fibreboards’) ta’ densità għolja mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott.

Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-tħin, it-tnixxif, l-ikkalċinar u t-tnixxif tal-bords. Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-pompi tas-sħana applikati fl-istadju tat-tnixxif.

iva

0,131 ”.


Rettifika

14.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/13


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1412/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 353 tat-28 ta' Diċembru 2013 )

F'paġna 4, l-Anness:

minflok:

“Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-kwota

(tunnellati)

Dazju fuq il-kwota

(%)

09.2997

0303

Ħut, friżat, minbarra qatgħat ta' ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

15 000

0

0304

Qatgħat ta' ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat

09.2651

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin, jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikazzjoni; krustaċji, fil- qoxra, imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura, jew le; dqiq, pasti (smid) u gerbub ta' krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem

15 000

0

0307

Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta' affumikazzjoni; dqiq, pasti (smid) u gerbub ta’ molluski, tajbin għall-konsum mill-bniedem

 

0308

Invertebrati tal-baħar minbarra krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis- salmura; invertebrati akwatiċi affumikati, minbarra krustaċji u molluski kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikazzjoni; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati tal- baħar minbarra l-krustaċji u l-molluski, tajbin għall-konsum mill-bniedem”

 

 

aqra:

“Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-kwota

(tunnellati)

Dazju fuq il-kwota

(%)

09.2997

0303

Ħut, friżat, minbarra qatgħat ta' ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

15 000

0

0304

Qatgħat ta' ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat

09.2651

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin, jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikazzjoni; krustaċji, fil- qoxra, imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura, jew le; dqiq, pasti (smid) u gerbub ta' krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem

15 000

0

0307

Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta' affumikazzjoni; dqiq, pasti (smid) u gerbub ta’ molluski, tajbin għall-konsum mill-bniedem

0308

Invertebrati tal-baħar minbarra krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis- salmura; invertebrati akwatiċi affumikati, minbarra krustaċji u molluski kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikazzjoni; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati tal- baħar minbarra l-krustaċji u l-molluski, tajbin għall-konsum mill-bniedem”