ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.008.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 8

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
11ta' Jannar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/7/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni

1

 

 

Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni

3

 

*

Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lir-Repubblika ta’ San Marino rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

7

 

*

Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat tal-Liechtenstein rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013 għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

8

 

*

Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat ta’ Monako rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

9

 

*

Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat ta’ Andorra rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

10

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2014 tad-9 ta’ Jannar 2014 li jemenda għall-209 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-formola standardizzata għan-notifika għal miżura speċjali skont il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Žemaitiškas kastinys (STG)]

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza kloroform ( 1 )

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 20/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza butafosfan ( 1 )

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 21/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li jemenda għall-210 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

22

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 22/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

24

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 23/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis-6 sas-7 ta' Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Jannar 2014

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/8/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/372/UE dwar l-użu ta’ sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 6517)

27

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1369/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1990/2006 ( ĠU L 346, 20.12.2013 )

30

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija u s-Slovakkja, u li jirrevoka r-Regolamenti (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010 ( ĠU L 346, 20.12.2013 )

31

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/114/UE tal-1 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi linji gwida għall-Istati Membri għall-kalkolu tal-enerġija rinnovabbli minn pompi tas-sħana ta’ teknoloġiji differenti ta’ pompi tas-sħana skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 62, 6.3.2013 )

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Diċembru 2013

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni

(2014/7/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (1), li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”).

(2)

In-negozjati ġew konklużi.

(3)

L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lill-Ġeorġja tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit mill-Protokoll jikkostitwixxi miżura ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika li tippermetti li l-aċċess għall-għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, jiġi pprovdut mill-Unjoni skont il-programmi tal-Unjoni. Dan il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali rilevanti kostituttivi jipprevedu l-possibbiltà ta' parteċipazzjoni tal-Ġeorġja. L-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għalhekk ma jinvolvux l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali segwiti mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi.

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu (2), sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

D. A. BARAKAUSKAS


(1)  ĠU L 205, 4.8.1999, p. 3.

(2)  Id-data tal-firma tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

min-naħa l-waħda,

u

Il-ĠEORĠJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Ġeorġja”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa konġuntament “il-Partijiet”,

Billi:

(1)

Il-Ġeorġja kkonkludiet Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni mal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom (“il-Ftehim”) (1), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999.

(2)

Il-Kunsill Ewropew tas-17 u tat-18 ta’ Ġunju 2004 laqa’ l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2004.

(3)

F’ħafna okkażjonijiet oħrajn, il-Kunsill approva dik il-politika fil-konklużjonijiet tiegħu.

(4)

Fil-5 ta’ Marzu 2007, il-Kunsill esprima appoġġ għall-approċċ ġenerali deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Diċembru 2006 sabiex il-pajjiżi sħab tal-PEV jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw fl-aġenziji Komunitarji u fil-programmi Komunitarji skont il-merti tagħhom u meta l-bażijiet ġuridiċi jippermettu li jsir dan.

(5)

Il-Ġeorġja esprimiet ix-xewqa tagħha li tipparteċipa f’għadd ta’ programmi tal-Unjoni.

(6)

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja f’kull programm tal-Unjoni partikolari, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tittħallas mill-Ġeorġja kif ukoll il-proċeduri ta’ rapportar u ta’ evalwazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġeorġja,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ġeorġja għandha tkun tista' tipparteċipa fil-programmi kollha tal-Unjoni attwali u futuri li huma miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja skont id-dispożizzjonijiet rilevanti li jadottaw dawk il-programmi.

Artikolu 2

Il-Ġeorġja għandha tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondu mal-programmi speċifiċi tal-Unjoni li fihom tipparteċipa l-Ġeorġja.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti tal-Ġeorġja għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem, bħala osservaturi u, għall-punti li jikkonċernaw lill-Ġeorġja, fil-kumitati ta' ġestjoni responsabbli għall-monitoraġġ tal-programmi tal-Unjoni li l-Ġeorġja tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji għalihom.

Artikolu 4

Proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Ġeorġja għandhom ikunu soġġetti, sa fejn ikun possibbli, għall-istess kundizzjonijiet, regoli u proċeduri li japplikaw għall-programmi kkonċernati, kif applikati għall-Istati Membri.

Artikolu 5

1.   It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja f’kull programm tal-Unjoni partikolari, speċjalment il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-Ġeorġja kif ukoll il-proċeduri tar-rappurtar u tal-evalwazzjoni, għandhom jiġu determinati bi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġeorġja, abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-programmi tal-Unjoni kkonċernati.

2.   Fl-eventwalità li l-Ġeorġja tapplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex tipparteċipa fi programm tal-Unjoni partikolari abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont kwalunkwe Regolament simili li jipprevedi l-assistenza esterna tal-Unjoni lill-Ġeorġja li jista' jiġi adottat fil-futur, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Ġeorġja tal-assistenza esterna tal-Unjoni għandhom jiġu determinati fi ftehim dwar il-finanzjament skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006.

Artikolu 6

1.   Kull ftehim konkluż skont l-Artikolu 5 għandu jistipula, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li l-kontrolli jew l-awditi finanzjarji jew verifiki oħra, inklużi l-investigazzjonijiet amministrattivi għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u mill-Qorti tal-Awdituri, jew taħt l-awtorità tagħhom.

2.   Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kontroll u l-awditjar finanzjarju, il-miżuri amministrattivi, il-penali u l-irkupru li jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u lill-Qorti tal-Awdituri setgħat ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jew tal-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 7

1.   Dan il-Protokoll għandu japplika għall-perjodu li matulu jkun fis-seħħ il-Ftehim.

2.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet f'konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

3.   Kull Parti tista’ tiddenunzja dan il-Protokoll permezz ta’ notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jittermina sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika. It-terminazzjoni tal-Protokoll minħabba d-denunzja minn xi waħda mill-Partijiet ma għandhiex taffettwa l-verifiki u l-kontrolli li għandhom jitwettqu, kif xieraq, f'konformità mal-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, u kull tliet snin wara dan, iż-żewġ Partijiet jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Ġeorġja.

Artikolu 10

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa biex dan jidħol fis-seħħ.

2.   Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Protokoll mid-data tal-iffirmar tiegħu, fil-pendenza tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 12

Dan il-Protokoll għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż,u bil-Ġeorġjan, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на дванадесети декември две хиляди и тринадесета година.

Hecho en Bruselas, el doce de diciembre de dos mil trece.

V Bruselu dne dvanáctého prosince dva tisíce třináct.

Udfærdiget i Bruxelles den tolvte december to tusind og tretten.

Geschehen zu Brüssel am zwölften Dezember zweitausenddreizehn.

Kahe tuhande kolmeteistkümnenda aasta detsembrikuu kaheteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δώδεκα Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκατρία.

Done at Brussels on the twelfth day of December in the year two thousand and thirteen.

Fait à Bruxelles, le douze décembre deux mille treize.

Sastavljeno u Bruxellesu dvanaestog prosinca dvije tisuće trinaeste.

Fatto a Bruxelles, addì dodici dicembre duemilatredici.

Briselē, divi tūkstoši trīspadsmitā gada divpadsmitajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai tryliktų metų gruodžio dvyliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenharmadik év december havának tizenkettedik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tnax-il jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u tlettax.

Gedaan te Brussel, de twaalfde december tweeduizend dertien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwunastego grudnia roku dwa tysiące trzynastego.

Feito em Bruxelas, em doze de dezembro de dois mil e treze.

Întocmit la Bruxelles la doisprezece decembrie două mii treisprezece.

V Bruseli dvanásteho decembra dvetisíctrinásť.

V Bruslju, dne dvanajstega decembra leta dva tisoč trinajst.

Tehty Brysselissä kahdentenatoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakolmetoista.

Som skedde i Bryssel den tolfte december tjugohundratretton.

Image

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Image

За Грузия

Por Georgia

Za Gruzii

For Georgien

Für Georgien

Gruusia nimel

Για τη Γεωργία

For Georgia

Pour la Géorgie

Za Gruziju

Per la Georgia

Gruzijas vārdā –

Gruzijos vardu

Grúzia részéről

Għall-Ġeorġja

Voor Georgië

W imieniu Gruzji

Pela Geórgia

Pentru Georgia

Za Gruzínsko

Za Gruzijo

Georgian puolesta

För Georgien

Image

Image


(1)  Ftehim ta' assoċjazzjoni u koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Ġeorġja, mill-parti l-oħra (ĠU L 205, 4.8.1999, p. 3).

(2)  Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.).

(3)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.).


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/7


Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lir-Repubblika ta’ San Marino rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

Sinjur,

Għandi l-unur nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet.

Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet jirrikjedi emenda teknika fil-forma prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(2), tal-Ftehim.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim jistipula li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Anness I tista’ tiġi emendata sempliċiment permezz ta’ notifika tal-Parti Kontraenti l-oħra minn San Marino għall-awtorità msemmija f’(a) hemmhekk u mill-Komunità għall-awtoritajiet l-oħra.

B’hekk qed ngħarrfek f’isem l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja huma:

fil-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,

fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,

fil-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

u jridu jiġu miżjuda fl-Anness I taħt l-ittri (aa), (ab) u (ac) rispettivament wara l-awtoritajiet kompetenti msemmijia taħt l-ittra (z)

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea,

Heinz ZOUREK

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/8


Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat tal-Liechtenstein rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013 għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

Sinjur,

Għandi l-unur nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet.

Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet jirrikjedi emenda teknika fil-forma prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Anness I tista’ tiġi emendata sempliċiment permezz ta’ notifika tal-Parti Kontraenti l-oħra mill-Liechtenstein għall-awtorità msemmija f’(a) hemmhekk u mill-Komunità għall-awtoritajiet l-oħra.

B’hekk qed ngħarrfek f’isem l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja huma:

fil-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,

fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,

fil-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

u jridu jiġu miżjuda fl-Anness I taħt l-ittri (aa), (ab) u (ac) rispettivament wara l-awtoritajiet kompetittenti msemmija taħt l-ittra (z)

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea,

Heinz ZOUREK

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/9


Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat ta’ Monako rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

Sinjur,

Għandi l-unur nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet.

Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet jirrikjedi emenda teknika fil-forma prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(2), tal-Ftehim.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Anness I tista’ tiġi emendata sempliċiment permezz ta’ notifika tal-Parti Kontraenti l-oħra mill-Prinċipat ta’ Monako għall-awtorità msemmija f’(a) tal-Anness imsemmi u mill-Komunità Ewropea rigward l-awtoritajiet l-oħra.

B’hekk qed ngħarrfek f’isem l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja huma:

fil-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,

fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,

fil-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

u jridu jiġu miżjuda fl-Anness I taħt l-ittri (aa), (ab) u (ac) rispettivament wara l-awtoritajiet kompetenti msemmija taħt l-ittra (z).

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea,

Heinz ZOUREK

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/10


Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat ta’ Andorra rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

Sinjur,

Għandi l-unur nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet.

Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet jirrikjedi emenda teknika fil-forma prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2), tal-Ftehim.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tal-Ftehim jistipula li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Anness I tista’ tiġi emendata sempliċiment permezz ta’ notifika tal-Parti Kontraenti l-oħra mill-Prinċipat ta’ Andorra sakemm din tkun tikkonċerna lill-awtorità msemmija f’(a) tal-Anness imsemmi, u mill-Komunità Ewropea sakemm tkun tikkonċerna l-awtoritajiet l-oħra.

B’hekk qed ngħarrfek f’isem l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja huma:

fil-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,

fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,

fil-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

u jridu jiġu miżjuda fl-Anness I tal-Ftehim taħt l-ittri (aa), (ab) u (ac) rispettivament wara l-awtoritajiet kompetenti msemmija taħt l-ittra (z).

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea,

Heinz ZOUREK

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


REGOLAMENTI

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 16/2014

tad-9 ta’ Jannar 2014

li jemenda għall-209 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill(KE)Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

"Abdelhadi Ben Debka (alias (a) L'Hadi Bendebka, (b) El Hadj ben Debka, (c) Abd Al Hadi, (d) Hadi). Indirizz: L-Alġerija. Data tat-twelid: 17.11.1963. Post tat-twelid: Alġeri, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Informazzjoni oħra: Iddeportat mill-Italja lejn l-Alġerija fit- 13.9.2008. Id-data tal-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 17.3.2004."


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 17/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jistabbilixxi l-formola standardizzata għan-notifika għal miżura speċjali skont il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 199b(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/112/KE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2013/42/UE (2), tintroduċi Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

Il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida jippermetti lill-Istati Membri li jinnotifikaw l-adozzjoni ta’ miżura speċjali li tidderoga mir-regola ġenerali prevista fid-Direttiva 2006/112/KE dwar il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT. Dik il-miżura tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ reverse charge tal-VAT bil-għan li jiġu miġġielda l-forom massivi u għall-għarrieda ta’ frodi li jista’ jwassal għal telf finanzjarju konsiderevoli u rrimedjabbli.

(3)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tan-notifika ta’ miżuri speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida, għandha tiġi adottata formola standardizzata ta’ notifika li tiddeskrivi u tirristruttura t-tagħrif meħtieġ minn Stat Membru li jinnotifika.

(4)

Sabiex titqassar u tiġi razzjonalizzata l-proċedura ta’ notifika tali formoli għandhom jiġu ppreżentati b’mod elettroniku lill-Kummissjoni.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri jużaw il-formola standardizzata stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ miżura speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kif stabbilita fl-Artikolu 199b tad-Direttiva 2006/112/KE.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 tiġi ppreżentata elettronikament f’indirizz elettroniku apposta, kkomunikat mill-Kummissjoni lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/42/UE tat- 22 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 1).


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 18/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Žemaitiškas kastinys (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Žemaitiškas kastinys”, imressqa mil-Litwanja, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Žemaitiškas kastinys” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 237, 15.8.2013, p. 40.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.4.   Prodotti oħra li jiġu mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib ħlief il-butir, eċċ.)

IL-LITWANJA

Žemaitiškas kastinys (STG)


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 19/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza kloroform

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwu (maximum residue limit - MRL) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, huwa stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2).

(3)

Il-kloroform huwa attwalment inkluż fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza pprojbita.

(4)

Ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwu fir-rigward tal-kloroform fl-ispeċijiet tar-ruminanti u tal-porċini kollha.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (Committee for Medicinal Products for Veterinary Use - “CVMP”) irrakkomanda li ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit MRL għall-kloroform għall-ispeċijiet tar-ruminanti u tal-porċini kollha.

(6)

Għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem għandu jiġi żgurat li l-esponiment tal-konsumatur għar-residwi se jibqa’ taħt id-doża aċċettabbli ta’ kuljum, kif speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009. Għalhekk, jeħtieġ li l-użu tal-kloroform jiġi ristrett għall-eċċipjenti fil-vaċċini u li jkun limitat l-ammont tas-sustanza li jista’ jiġi amministrat.

(7)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmaloġikament attiva fi prodott tal-ikel partikolari għal prodott tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, inkella l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar għal speċi oħra. Is-CVMP irrakkomanda l-estrapolazzjoni tan-nuqqas tal-ħtieġa li jiġi stabbilit MRL għall-kloroform mill-ispeċijiet tar-ruminanti u tal-porċini kollha għall-ispeċijiet mammiferi kollha li jipproduċu l-ikel.

(8)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tiġi emendata biex tinkludi s-sustanza kloroform għall-ispeċijiet mammiferi kollha li jipproduċu l-ikel, filwaqt li tistabbilixxi n-nuqqas tal-ħtieġa li jiġi stabbilit MRL, u d-daħla għall-kloroform fit-Tabella 2 ta’ dak l-Anness għandha titħassar.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 1 is-sustanza Kloroform tiddaħħal kif ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwi

Speċijiet tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Kloroform

MHUX APPLIKABBLI

L-ispeċijiet mammiferi kollha li jipproduċu l-ikel

Ma jinħtieġ l-ebda MRL

MHUX APPLIKABBLI

Biex jintuża biss bħala eċċipjent fil-vaċċini u jintuża biss f’konċentrazzjonijiet ta’ mhux aktar minn 1 % w/v u dożi totali li ma jaqbżux 20 mg għal kull annimal

L-EBDA ANNOTAZZJONI”

(2)

Fit-Tabella 2 is-sustanza Kloroform titħassar.


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 20/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza butafosfan

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL” - Maximum Residue Limit) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fi prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali huwa stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2).

(3)

Attwalment, il-butafosfan huwa inkluż fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza permessa għall-ispeċijiet bovini, filwaqt li ġie stabbilit li mhux meħtieġ l-istabbiliment ta’ MRL.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex tiġi estiża l-entrata eżistenti għall-butafosfan applikabbli għall-ispeċijiet porċini.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) irrakkomanda li ma hemm l-ebda bżonn li jiġi stabbilit MRL għall-butafosfan għall-ispeċijiet porċini.

(6)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmaloġikament attiva fi prodott tal-ikel partikolari għal prodott tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, inkella l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar għal speċijiet oħra.

(7)

Is-CVMP irrakkomanda l-estrapolazzjoni tar-riżultati ta’ evalwazzjoni għall-butafosfan minn speċijiet bovini u porċini għall-ispeċijiet mammiferi kollha tal-produzzjoni tal-ikel.

(8)

Għalhekk l-entrata għall-butafosfan fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tiġi emendata biex tinkludi s-sustanza butafosfan għall-ispeċijiet mammiferi kollha li jipproduċu l-ikel, filwaqt li tistabbilixxi li mhux meħtieġ l-istabbiliment ta’ MRL.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata għas-sustanza butafosfan tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċijiet tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Butafosfan

MHUX APPLIKABBLI

L-ispeċijiet mammiferi kollha li jipproduċu l-ikel

Ma jinħtieġ l-ebda MRL

MHUX APPLIKABBLI

L-EBDA ENTRATA

L-imsaren u l-metaboliżmu/is-supplimenti minerali”


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 21/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jemenda għall-210 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u r-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta' Jannar 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fis-6 ta' Jannar 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi żewġ entitajiet mil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura "Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet" jitħassru:

(a)

"International Islamic Relief Organisation, Philippines, Branch offices (alias (a) International Islamic Relief Agency, (b) International Relief Organisation, (c) Islamic Relief Organization, (d) Islamic World Relief, (e) International Islamic Aid Organisation, (f) Islamic Salvation Committee, (g) The Human Relief Committee of the Muslim World League, (h) World Islamic Relief Organisation, (i) Al Igatha Al-Islamiya, (j) Hayat al-Aghatha al-Islamia al-Alamiya, (k) Hayat al- Igatha, (l) Hayat Al-'Igatha, (m) Ighatha, (n) Igatha, (o) Igassa, (p) Igasa, (q) Igase, (r) Egassa, (s) IIRO). Indirizz: (a) International Islamic Relief Organisation, Philippines Office, 201 Heart Tower Building; 108 Valero Street; Salcedo Village, Makati City; Manila, Philippines, (b) Zamboanga City, Philippines, (c) Tawi Tawi, Philippines, (d) Marawi City, Philippines, (e) Basilan, Philippines, (e) Cotabato City, Philippines. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjata mal-Grupp Abu Sayyaf u Jemaah Islamiyah; (b) L-uffiċċji kollha ngħalqu fl-2006 iżda l-uffiċċju tal-IIRO f'Manila, il-Filippini, reġa' fetaħ, kmieni matul l-2009. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 4.8.2006."

(b)

"International Islamic Relief Organization, Indonesia, Branch Office (alias (a) International Islamic Relief Agency, (b) International Relief Organization, (c) Islamic Relief Organization, (d) Islamic World Relief, (e) International Islamic Aid Organization, (f) Islamic Salvation Committee, (g) The Human Relief Committee of the Muslim World League, (h) World Islamic Relief Organization, (i) Al Igatha Al-Islamiya, (j) Hayat al-Aghatha al-Islamia al-Alamiya, (k) Hayat al-Igatha, (l) Hayat Al-'Igatha, (m) Ighatha, (n) Igatha, (o) Igassa, (p) Igasa, (q) Igase, (r) Egassa, (s) IIRO). Indirizz: (a) International Islamic Relief Organization, Indonesia Office; Jalan Raya Cipinang Jaya No. 90; East Jakarta, 13410, Indonesia; (b) P.O. Box 3654; Jakarta 54021, Indonesia; (c) 8 Jalan Tarnan Simanjuntak Barat, Cipinang Cempedak Jakarta Timur 13340 Indonesia. Informazzjoni oħra: Assoċjata mal-Jemaah Islamiyah u mal-International Islamic Relief Organisation, il-Filippini, Uffiċċji tal-friegħi; Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 9.11.2006."

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:

(a)

"Nabil Ben Mohamed Ben Ali Ben Attia (alias Abu Salim). Indirizz: Via Val Bavona 1, Milan, l-Italja. Data tat-twelid: 11.5.1966. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: L 289032 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-22.8.2001 li jiskadi fil-21.8.2006). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002."

(b)

"Atilla Selek (alias Muaz). Data tat-twelid: 28.2.1985. Post tat-twelid: Ulm, il-Ġermanja. Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: L1562682 (Karta tal-identità maħruġa mill-Awtorità għall-Barranin fi Freiburg, il-Ġermanja). Indirizz: Kurwaldweg 1, 75365 Calw, il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 18.6.2009."


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 22/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

67,1

MA

76,4

TN

88,3

TR

114,1

ZZ

86,5

0707 00 05

MA

158,2

TR

131,4

ZZ

144,8

0709 93 10

MA

61,8

TR

124,6

ZZ

93,2

0805 10 20

EG

41,4

MA

84,0

TR

83,5

ZA

59,6

ZZ

67,1

0805 20 10

IL

186,9

MA

66,6

ZZ

126,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

78,9

JM

93,8

MA

117,9

TR

82,4

ZZ

93,3

0805 50 10

EG

66,2

TR

72,7

ZZ

69,5

0808 10 80

CA

147,4

CN

110,7

MK

28,7

US

158,4

ZZ

111,3

0808 30 90

CN

53,4

TR

165,9

US

189,3

ZZ

136,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 23/2014

tal-10 ta’ Jannar 2014

li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis-6 sas-7 ta' Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Jannar 2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Jannar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

(5)

Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Jannar, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fis-6 u s-7 ta' Jannar 2014 skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skont koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 25,008646 %.

Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mit-8 ta’ Jannar 2014 huwa sospiż għal Jannar 2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

(4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


DEĊIŻJONIJIET

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/27


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Ottubru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2010/372/UE dwar l-użu ta’ sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2013) 6517)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Olandiż, bit-Taljan, bil-Pollakk u bil-Portugiż biss huma awtentiċi)

(2014/8/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba r-responsabbiltajiet tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni X/14 u deċiżjonijiet sussegwenti tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 jillimita l-użu tas-sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar għal 1 083 tunnellata metrika fis-sena u jillimita l-emissjonijiet mill-użi tal-aġenti tal-ipproċessar għal 17-il tunnellata metrika fis-sena.

(2)

Id-Deċiżjoni 2010/372/UE (2) tistabblilixxi lista ta’ impriżi li huma permessi jużaw sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar, u tiffissal-kwantitajiet massimi permessi għall-użu fil-kompożizzjoni u għall-emissjonijiet għal kull impriża kkonċernata.

(3)

Mill-2010, żewġ impriżi (Anwil SA u CUF Quimicos Industriais sa) ma għadhomx jużaw sustanzi kkontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar. Impriża oħra (Arkema France S.A.) infurmat lill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi li kien hemm żbalji kbar u evidenti fid-dejta tal-emissjonijiet li hi rrappurtat lill-Kummissjoni għas-snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011, bir-riżultat li l-emissjonijiet annwali tagħha kienu ferm sottovalutati. Din id-dejta intużat mill-Kummissjoni bħala l-bażi għall-kalkolu ta’ limitu għall-impriża, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2010/372/UE, li jelenka l-impriżi u l-kwantitajiet massimi tal-emissjonijiet permessi fis-sena minn kull impriża. L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi investigaw din l-allegazzjoni u sabu li dawn l-iżbalji evidenti fid-dejta rrappurtata fil-fatt jeżistu. Dawn l-iżbalji fid-dejta rrappurtata jidher li ma kinux intenzjonati, u rriżultaw fl-istabbiliment ta’ limitu għall-impriża li kien ferm taħt il-limitu li kien jiġi stabbilit li kieku l-emissjonijiet annwali ġew irrappurtati b’mod korrett. Il-limitu tal-impriża kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2010/372/UE għalhekk ma jirriflettix b’mod korrett l-emissjonijiet annwali storiċi tagħha u għandu jitranġa.

(4)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/372/UE għalhekk għandu jiġi emendat.

(5)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li t-trasferimenti tal-kwota tal-kompożizzjoni bejn sustanzi u użi differenti huma wkoll possibbli fl-istess impriża.

(6)

Id-Deċiżjoni 2010/372/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(7)

Id-Deċiżjoni 2010/372/UE mhijiex limitata fiż-żmien u jista’ jkun xieraq li din tiġi riveduta, u b’mod partikolari l-Anness tagħha, fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi fil-ġejjieni.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/372/UE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 3, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Impriża tista’ tittrasferixxi lil impriża oħra elenkata fl-Anness, b’mod sħiħ jew parzjali, il-kwota tagħha għall-kompożizzjoni allokata għal installazzjoni eżistenti msemmija fl-Anness, irrispettivament mis-sustanza jew mill-użu li għalihom kienet allokata l-kwantità, jew tista’ tittrasferixxi fiha stess il-kwota tal-kompożizzjoni għal sustanza oħra u użu ieħor elenkati fl-Anness.”

2.

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/372/UE għandu jiġi sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn l-impriżi:

Anwil SA

Ul. Toruńska 222,

87-805 Włocławek

IL-POLONJA

Arkema France S.A.

420, rue d’Estienne D’Orves

92705 Colombes Cedex

FRANZA

Bayer Material Science AG

CAS-PR-CKD, Gebäude B669,

41538 Dormhagen

IL-ĠERMANJA

CUF Químicos Industriais SA

Quinta da Indústria, Beduído

3860-680 Estarreja

IL-PORTUGALL

Potasse et Produits Chimiques SA

95 rue du General de Gaulle,

68802 Thann Cedex

FRANZA

Vencorex France

Etablissement du Pont-de-Claix

Plate-forme chimique

Rue Lavoisier

BP16

38801 Le Pont-de-Claix Cedex

FRANZA

Solvay Specialty Polymers Italy SpA

Viale Lombardia 20

20021 Bollate (MI)

L-ITALJA

Teijin Aramid BV

Oosterhorn 6,

9930 AD Delfzijl

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 169, 3.7.2010, p. 17.


ANNESS

[Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.]


Rettifika

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/30


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1369/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1990/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 346 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

F'paġna 7, premessa 5, it-tieni sentenza:

minflok:

“Minn dan, ammont ta' EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2011, li jiġu madwar EUR 553 miljun fi prezzijiet attwali, …”;

aqra:

“Minn dan, l-ammont ta’ EUR 860 miljun fi prezzijiet tal-2011, li jiġi madwar EUR 969 miljun fi prezzijiet attwali, …”.

F'paġna 9, Artikolu 3(1), l-ewwel sentenza:

minflok:

“1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm ta' Ignalina għall-perijodu mill-2014 sal-2020, għandu jkun ta’ EUR 229 629 000 fi prezzijiet attwali, …”;

aqra:

“1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm ta' Ignalina għall-perijodu mill-2014 sal-2020, għandu jkun ta’ EUR 450 818 000 fi prezzijiet attwali.”.


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/31


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija u s-Slovakkja, u li jirrevoka r-Regolamenti (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 346 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

F’paġna 2, premessa 7, it-tieni sentenza:

minflok:

“Minn dan, ammont ta’ EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2011, li jiġi madwar EUR 553 miljun fi prezzijiet attwali, …”;

aqra:

“Minn dan, l-ammont ta’ EUR 860 miljun fi prezzijiet tal-2011, li jiġi madwar EUR 969 miljun fi prezzijiet attwali, …”.

F’paġna 3, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1):

minflok:

“1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' Kozloduy u Bohunice għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 323 318 000 fi prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jitqassam bejn il-programmi ta’ Kozloduy u Bohunice kif ġej:

(a)

EUR 208 503 000 għall-programm ta’ Kozloduy għall-perjodu mill-2014 sal-2020;

(b)

EUR 114 815 000 għall-programm ta’ Bohunice għall-perjodu mill-2014 sal-2020.”;

aqra:

“1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' Kozloduy u Bohunice għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 518 442 000 fi prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jitqassam bejn il-programmi ta’ Kozloduy u Bohunice kif ġej:

(a)

EUR 293 032 000 għall-programm ta’ Kozloduy għall-perjodu mill-2014 sal-2020;

(b)

EUR 225 410 000 għall-programm ta’ Bohunice għall-perjodu mill-2014 sal-2020.”.


11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/32


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/114/UE tal-1 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi linji gwida għall-Istati Membri għall-kalkolu tal-enerġija rinnovabbli minn pompi tas-sħana ta’ teknoloġiji differenti ta’ pompi tas-sħana skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 62 tas-6 ta’ Marzu 2013 )

Fil-paġni 32 u 33, fil-kapitolu 3.6 dwar tal-Anness intitolat “Valuri predeterminati għal SPF u Qusable tal-pompi tas-sħana”, fit-tabelli 1 u 2, il-valuri għal HHP (sigħat ekwivalenti annwali tal-pompa tas-sħana) għal pompi tas-sħana (li jużaw l-enerġija ajrutermali) arja-arja (riversibbli) u arja-ilma (riversibbli), li jaħdmu fi klima “isħan”, il-linji 3 u 4 rispettivament tal-kolonna 3:

minflok:

“480” u “470”

aqra:

“120” u “120”

Fil-paġna 35, il-kapitolu 4 dwar “Eżempju ta’ kalkolu”, l-eżempju tas-“sigħat ekwivalenti annwali tal-pompa tas-sħana” (HHP) għall-pompa tas-sħana ilma-ilma fil-kolonna ta’ qabel tal-aħħar, fir-ringiela 3:

minflok:

“2 010”

aqra:

“2 070”