ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.352.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 352

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
24 ta' Diċembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis  ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura

9

 

*

Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2013/43)

18

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1410/2013 tat-23 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

45

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1411/2013 tat-23 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014

47

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/797/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2013 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

51

 

 

2013/799/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar in-notifika mir-Renju ta’ Spanja ta’ pjan nazzjonali tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument C(2013) 9089)

53

 

 

2013/800/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2013 li tkopri n-nefqa mġarrba minn Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Ġermanja, il-Portugall, u Spanja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (notifikata bid-dokument C(2013) 8999)

58

 

 

2013/801/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE

65

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/802/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq tat-8 ta’ Ottubru 2013 li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni

68

 

 

2013/803/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2013 tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq tat-8 ta’ Ottubru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ tliet sottokumitati speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tagħhom

74

 

*

Rakkomandazzjoni Nru 1/2013 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)

78

 

 

2013/804/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Komunità/Kumitat tal-Isvizzera dwar it-trasport intern tas-6 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq

79

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/2008 ta' 16 ta' Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv kontra ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja wara proċediment taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li joriġinaw fit-Tajlandja wara reviżjoni ta' skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tal-istess Regolament, li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta' skadenza taħt l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim taħt l-Artikolu 11(3) tal-istess Regolament, u li jtemm il-proċedimenti fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fil-Bożnija u Ħerzegovina u t-Turkija ( ĠU L 343, 19.12.2008, p. 1 )

88

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1407/2013

tat-18 ta’ Diċembru 2013

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1),

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Il-finanzjament mill-Istat li jissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jeħtieġ li jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madankollu, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, il-Kunsill jista’ jiddetermina l-kategoriji tal-għajnuna li huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta’ notifika. Skont l-Artikolu 108(4) tat-Trattat il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti relatati ma’ dawk il-kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat. Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 994/98 il-Kunsill iddeċieda, f’konformità mal-Artikolu 109 tat-Trattat, li l-għajnuna de minimis tista’ tikkostitwixxi kategorija ta’ dak it-tip. Fuq dik il-bażi, hu meqjus li l-għajnuna de minimis, li hi għajnuna mogħtija lil impriża waħda matul perjodu partikolari ta’ żmien li ma tkunx iktar minn ammont fiss, ma tissodisfax il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk mhix soġġetta għall-proċedura ta’ notifika.

(2)

Il-Kummissjoni, f’għadd kbir ta’ deċiżjonijiet, ikkjarifikat il-kunċett ta’ għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni stqarret ukoll il-politika tagħha dwar limitu massimu de minimis, fejn f’sitwazzjonijiet inqas minnhu, l-Artikolu 107(1) jista’ jitqies li ma japplikax, għall-ewwel fl-avviż tagħha dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna mill-Istat (3) u sussegwentement fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 (4) u (KE) Nru 1998/2006 (5). Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006, jidher li jkun xieraq li jiġu riveduti xi wħud mill-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament u li dak ir-Regolament jinbidel.

(3)

Huwa xieraq li jinżamm il-limitu massimu ta’ EUR 200 000 għall-ammont ta’ għajnuna de minimis li impriża waħda tista’ tirċievi għal kull Stat Membru matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin. Dak il-limitu jibqa’ meħtieġ sabiex jiżgura li kwalunkwe miżura li taqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament tkun tista’ titqies li ma jkollha l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li ma tfixkilx jew ma tkunx ta’ theddida li tfixkel il-kompetizzjoni.

(4)

Għall-iskopijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat, impriża hi entità involuta f’attività ekonomika, indipendentement mill-istat legali tagħha u mill-mod ta’ kif hija ffinanzjata (6). Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-entitajiet kollha li huma kkontrollati (fuq bażi legali jew fuq bażi de facto) mill-istess entità għandhom jitqiesu bħala impriża waħda (7). Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lista eżawrjenti ta’ kriterji ċari li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta żewġ entitajiet jew aktar mill-istess Stat Membru għandhom jitqiesu bħala impriża waħda. Il-Kummissjoni għażlet, minn fost il-kriterji stabbiliti sew li jiddefinixxu “intrapriża marbuta” fid-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar jew medji (SME) fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (8) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (9), dawk il-kriterji li huma xierqa għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-kriterji huma diġà familjari mal-awtoritajiet pubbliċi u għandhom ikunu applikabbli, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, lill-SMEs kif ukoll lill-impriżi l-kbar. Dawk il-kriterji għandhom jiżguraw li grupp ta’ intrapriżi marbuta jitqies bħala impriża waħda għall-applikazzjoni tar-regola de minimis, iżda li l-intrapriżi li ma jkollhom l-ebda relazzjoni bejniethom ħlief għall-fatt li kull waħda minnhom għandha rabta diretta mal-istess korp jew korpi pubbliċi, ma jiġux ttrattati bħala relatati. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni speċifika tal-intrapriżi kkontrollati mill-istess korp jew korpi pubbliċi, li jistgħu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu b’mod indipendenti, qed tiġi kkunsidrata.

(5)

Sabiex jiġi kkunsidrat id-daqs żgħir u medju tal-impriżi ta’ daqs żgħir attivi fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, huwa xieraq li jinżamm il-limitu massimu ta’ EUR 100 000 għal impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq b’kiri jew bi ħlas. Il-forniment ta’ servizz integrat fejn it-trasport innifsu huwa biss element wieħed, bħas-servizzi ta’ rilokazzjoni, dawk postali jew servizzi ta’ kurrier jew ġbir ta’ skart jew servizzi tal-ipproċessar, ma għandux jiġi kkunsidrat bħala servizz ta’ trasport. Minħabba l-produzzjoni żejda fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-għanijiet tal-politika dwar it-trasport fir-rigward tal-konġestjoni fit-toroq u t-trasport tal-merkanzija, l-għajnuna għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq minn impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq b’kiri jew bi ħlas għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-iżvilupp fis-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, ma għadux xieraq li jiġi applikat limitu massimu aktar baxx għal dak is-settur.

(6)

Minħabba r-regoli speċjali li japplikaw fis-setturi tal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, tas-sajd u tal-akwakultura u r-riskju li ammonti ta’ għajnuna li jkunu inqas mil-limitu stipulat f’dan ir-Regolament jistgħu madankollu jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawk is-setturi.

(7)

Meta jitqies ix-xebh bejn l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, u ta’ prodotti mhux agrikoli, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. F’dak ir-rigward, la l-attivitajiet meħtieġa li jsiru fl-irziezet biex il-prodott jitħejja biex jinbiegħ għall-ewwel darba, bħall-ħsad, il-qtugħ u d-dris taċ-ċereali, jew l-ippakkjar tal-bajd, u lanqas l-ewwel bejgħ lill-pitkali jew lil min jipproċessal-prodott ma għandhom jitqiesu bħala pproċessar jew kummerċjalizzazzjoni.

(8)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxiet li, ladarba l-Unjoni lleġiżlat favur it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq f’settur partikolari tal-agrikoltura, l-Istati Membri huma obbligati li jastjenu milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista’ ddgħajjifha jew toħloq eċċezzjonijiet għaliha (10). Għal dik ir-raġuni, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna li l-ammont tagħha huwa stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mixtrija jew imqiegħda fis-suq. Lanqas ma għandu japplika għal sostenn marbut ma’ obbligu li l-għajnuna tiġi kondiviża mal-produtturi primarji.

(9)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna għall-esportazzjoni jew għajnuna li tiddependi fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi bi preferenza minn prodotti importati. B’mod partikolari, ma għandux japplika għal għajnuna li tiffinanzja t-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni fi Stati Membri oħrajn jew f’pajjiżi terzi. Ġeneralment, lgħajnuna għall-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, jew ta’ studji jew servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew li diġà jeżisti f’suq ġdid fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz ma titqiesx li hija għajnuna għall-esportazzjoni.

(10)

Il-perjodu ta’ tliet snin li għandu jiġi kkunsidrat għar-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jkun ivvalutat fuq bażi rotanti sabiex, għal kull għotja ġdida ta’ għajnuna de minimis, ikun jeħtieġ li jiġi kkunsidart l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis mogħtija fis-sena fiskali kkonċernata kif ukoll matul is-sentejn fiskali ta’ qabel.

(11)

Fejn impriża tkun attiva f’setturi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tkun attiva wkoll f’setturi jew ikollha attivitajiet oħrajn, dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk is-setturi jew l-attivitajiet oħrajn sakemm l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw, permezz ta’ mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni bejn l-ispejjeż, li l-attivitajiet fis-setturi esklużi ma jibbenefikawx mill-għajnuna de minimis. L-istess prinċipju għandu japplika fejn impriża tkun attiva f’setturi li għalihom japplikaw limiti de minimis aktar baxxi. Jekk ma jkunx jista’ jiġi żgurat li l-attivitajiet f’setturi li għalihom japplikaw il-limiti de minimis aktar baxxi ma jibbenefikawx minn għajnuna de minimis ogħlamil-limiti aktar baxxi, il-limitu l-iktar baxx għandu japplika għall-attivitajiet kollha tal-impriża.

(12)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli li jiżguraw li ma jkunx possibbli li jiġu evitati l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti f’Regolamenti speċifiċi jew f’deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Għandu jistipula wkoll regoli ċari dwar il-akkumulazzjoni li huma faċli biex jiġu applikati.

(13)

Dan ir-Regolament ma jeskludix il-possibbiltà li miżura titqies li ma tkunx għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat fuq il-bażi ta’ raġunijiet oħrajn barra minn dawk stipulati f’dan ir-Regolament, pereżempju minħabba li l-miżura tikkonforma mal-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq jew minħabba li l-miżura ma tinvolvix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat. B’mod partikolari, finanzjament mill-Unjoni ġestit b’mod ċentrali mill-Kummissjoni li ma jkunx, direttament jew indirettament ikkontrollat mill-Istat Membru, ma jkunx għajnuna mill-Istat u m’għandux jiġi kkunsidrat meta jkun qed jiġi determinat jekk il-limitu massimu rilevanti huwiex rispettat.

(14)

Għall-iskopijiet ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li tiġi kkalkulata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”). Kalkolu preċiż bħal dan jista’, pereżempju, isir għal għotjiet, sussidji fuq ir-rata tal-imgħax, eżenzjonijiet limitati tat-taxxa jew strumenti oħrajn li jiffissaw limitu li jista’ jassigura li l-ogħla livell applikabbli ma jinqabiżx. L-iffissar ta’ limitu jimplika li sakemm l-ammont preċiż tal-għajnuna mhuwiex magħruf jew għadu mhux magħruf, l-Istat Membru jkollu jassumi li l-ammont huwa daqs il-limitu sabiex ikun assigurat li bosta miżuri ta’ għajnuna flimkien ma jeċċedux il-limitu stabbilit f’dan ir-Regolament u jiġu applikati r-regoli dwar l-akkumulazzjoni.

(15)

L-Istati Membri kollha għandhom japplikaw l-istess metodu ta’ kalkolu, sabiex ikun hemm trasparenza, trattament ugwali u applikazzjoni korretta tal-limitu de minimis. Biex jiġi ffaċilitat dak il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammonti tal-għajnuniet mogħtija mhux fil-forma ta’ għotja ta’ flus kontanti jkunu konvertiti fl-ekwivalenti ta’ għotja grossa. Il-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti fir-rigward ta’ tipi trasparenti ta’ għajnuna barra minn għotjiet, jew ta’ għajnuna li tkun pagabbli f’għadd ta’ pagamenti jeħtieġ li jiġu użati r-rati ta’ imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat dik l-għajnuna. Bl-għan li jkun hemm applikazzjoni uniformi, trasparenti u sempliċi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament ir-rati tas-suq għandhom ikunu r-rati ta’ referenza, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (11).

(16)

Għajnuna li tikkonsisti f’self, inkluża għajnuna ta’ finanzjament ta’ riskju de minimis li tieħu l-forma ta’ self, għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ rati attwali ta’ imgħax tas-suq fil-mument tal-għotja. Bil-għan li l-ipproċessar ta’ self żgħir fuq tul ta’ żmien qasir jiġi ssimplifikat, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tas-self kif ukoll it-tul ta’ żmien tiegħu. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn ’ EUR 1 000 000 fuq perjodu ta’ ħames snin jew EUR 500 000 fuq perjodu ta’ għaxar snin, jista’ jitqies li l-għotja grossa ekwivalenti tiegħu ma tkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.

(17)

L-għajnuna li tikkonsisti f’injezzjonijiet ta’ kapital ma għandhiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, ħlief jekk l-ammont totali ta’ injezzjoni pubblika ma jaqbiżx il-limitu de minimis. Għajnuna inkluża f’miżuri ta’ finanzjament tar-riskju li tieħu l-forma ta’ investimenti f’ishma jew fi quasi-ishma, kif imsemmi fil-linji gwida dwar il-finanzjament tar-riskju (12), ma għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, ħlief jekk il-kapital ipprovdut mill-miżura kkonċernata ma jaqbiżx il-limitu de minimis.

(18)

Għajnuna li tikkonsisti f’garanziji, inkluża għajnuna de minimis ta’ finanzjament ta’ riskju li tieħu l-forma ta’ garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ primjums eżentati, stipulati f’avviż tal-Kummissjoni għat-tip ta’ impriża kkonċernata (13). Bil-għan li jiġi ssimplifikat l-ipproċessar ta’ garanziji fuq tul ta’ żmien qasir li jassiguraw sa 80 % ta’ self relattivament żgħir, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tas-self sottostanti kif ukoll it-tul ta’ żmien tal-garanzija. Dik ir-regola m’għandhiex tapplika għal garanziji fuq tranżazzjonijiet sottostanti li ma jkunux self, bħal garanziji fuq tranzazzjonijiet relatati mal-ishma. Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jkunx iktar minn EUR 1 500 000 u l-perjodu tal-garanzija ma jkunx iktar minn ħames snin, jista’ jitqies li l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanzija ma tkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. L-istess sitwazzjoni tapplika fil-każ fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont iggarantit ma jkunx iktar minn EUR 750 000 u l-garanzija ma tkunx għal iktar minn għaxar snin. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanziji li tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien, u li l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanzija u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.

(19)

Fejn skema ta’ għajnuna de minimis hija implimentata permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, għandu jiġi żgurat li dawk tal-aħħar ma jirċievu l-ebda għajnuna mill-Istat. Dan jista’ jiġi żgurat, pereżempju, billi l-intermedjarji finanzjarji li jibbenefikaw minn garanzija tal-Istat jintalbu biex iħallsu primjum konformi mas-suq jew jittrasferixxu kompletament kwalunkwe vantaġġ lill-benefiċjarji finali, jew biex jirrispettaw il-limitu de minimis u kundizzjonijiet oħrajn ta’ dan ir-Regolament anki fuq il-livell tal-intermedjarji.

(20)

Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix f’għotja, self, garanzija, injezzjoni ta’ kapital jew miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ investiment f’ishma jew fi quasi-ishma, twassalx għal għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis u tista’ għalhekk tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(21)

Il-Kummissjoni għandha d-dover li tiżgura li r-regoli ta’ għajnuna mill-Istat jiġu imħarsa u jkunu konformi mal-prinċipju ta’ koperazzjoni fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-twettiq ta’ dan il-kompitu billi jistabbilixxu l-għodod meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lill-istess impriża taħt ir-regola de minimis ma jaqbiżx il-limitu massimu kumplessiv permissibbli. Għal dak l-għan, meta l-Istati Membri jagħtu għajnuna de minimis, għandhom jinfurmaw lill-impriża kkonċernata dwar l-ammont tal-għajnuna de minimis mogħtija u l-karattru de minimis tagħha u għandhom jirreferu b’mod espliċitu għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jimmonitorjaw l-għajnuna mogħtija biex jiżguraw li ma jinqabżux il-limiti massimi rilevanti u li jiġu mħarsa r-regoli dwar l-akkumulazzjoni. Biex jikkonforma ma’ dak l-obbligu, qabel l-għoti ta’ għajnuna bħal din, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb dikjarazzjoni mingħand l-impriża dwar għajnuna oħra de minimis koperta minn dan ir-Regolament jew minn regolamenti de minimis oħrajn li rċeviet matul is-sena fiskali kkonċernata jew fis-sentejn fiskali ta’ qabel. B’mod alternattiv, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jħejju reġistru ċentrali b’informazzjoni kompluta dwar għajnuna de minimis mogħtija u li jivverfikaw li kwalunkwe għotja ġdida ta’ għajnuna ma taqbiżx il-limitu massimu rilevanti.

(22)

Qabel ma tingħata għajnuna de minimis kull StatMembru għandu jivverifika li l-limitu massimu de minimis ma jinqabiżx f’dak l-Istat Membru minħabba l-għajnuna de minimis ġdida u li l-kundizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament jiġu mħarsa.

(23)

Wara li tiġi kkunsidrata l-esperjenza tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-frekwenza li biha huwa ġeneralment meħtieġ li tiġi riveduta l-politika tal-għajnuna Statali, ikun xieraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jkun estiż, l-Istati Membri għandu jkollhom perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna de minimis koperta minn dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija lill-impriżi fis-setturi kollha, ħlief għal:

(a)

għajnuna mogħtija lil impriżi għal attivitajiet fis-setturi tas-sajd u tal-akwakultura, kif koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (14);

(b)

għajnuna mogħtija lil impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli;

(c)

għajnuna mogħtija lil impriżi attivi fis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fil-każijiet li ġejjin:

(i)

meta l-ammont tal-għajnuna jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew kwantità ta’ prodotti ta’ dak it-tip mixtrija minn produtturi primarji jew imqiegħda fis-suq mill-impriżi kkonċernati;

(ii)

meta l-għajnuna tkun bil-kundizzjoni li parti minnha jew kollha kemm hi tingħata lill-produtturi primarji;

(d)

għajnuna lill-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, l-aktar għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;

(e)

għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi bi preferenza fuq prodotti importati.

2.   Fejn impriża tkun attiva fis-setturi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel paragrafu u tkun attiva anki f’settur wieħed jew iktar jew ikollha attivitajiet oħrajn li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ dawk is-setturi jew attivitajiet, bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw, b’mezzi xierqa bħalma huma s-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni bejn l-ispejjeż, li l-attivitjiet fis-setturi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jibbenefikawx mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“prodotti agrikoli” tfisser prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura koperti mir-Regolament (KE) Nru 104/2000;

(b)

“ipproċessar ta’ prodotti agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, ħlief attivitajiet li jsiru f’razzett li huma neċessarji biex prodott minn annimal jew pjanta jiġi ppreparat għall-ewwel bejgħ;

(c)

“il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli” tfisser li żżomm jew turi bl-għan li tbiegħ, li toffri għall-bejgħ, li tikkonsenja jew kwalunkwe mod ieħor ta’ tqegħid fis-suq, minbarra l-ewwel bejgħ minn produttur primarju lil min jerġa’ jbiegħ jew lil proċessuri u kwalunkwe attività li tipprepara prodott għal dak l-ewwel bejgħ. Bejgħ minn produttur primarju lill-konsumaturi finali għandu jkun ikkunsidrat bħala kummerċjalizzazzjoni jekk isir f’bini separat irriżervat għal dak il-għan.

2.   “Impriża waħda” tinkludi, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, l-intrapriżi kollha li jkollhom bejniethom mill-inqas waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:

(a)

intrapriża waħda li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;

(b)

intrapriża waħda li jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, tal-ġestjoni jew dak ta’ sorveljanza ta’ intrapriża oħra;

(c)

intrapriża waħda li jkollha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni tal-memorandum jew tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha;

(d)

intrapriża waħda, illi tkun azzjonista fi jew membru ta’ intrapriża oħra, tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ dik l-intrapriża, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża.

L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda jew aktar għandhom wkoll jitqiesu bħala impriża waħda.

Artikolu 3

Għajnuna de minimis

1.   Il-miżuri ta’ għajnuna jitqiesu li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għaldaqstant ikunu eżentati mill-ħtieġa tan-notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

2.   L-għajnuna totali de minimis mogħtija lil kull Stat Membru lil xi impriża waħda m’għandhiex tkun iktar minn EUR 200 000 fuq kwalunkwe perijodu ta’ tliet snin fiskali.

L-għajnuna totali de minimis mogħtija lil kull Stat Membru lil xi impriża waħda li twettaq trasport tal-merkanzija bit-triq b’kiri jew bi ħlas ma għandhiex tkun iktar minn EUR 100 000 fuq kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali. Din l-għajnuna de minimis ma għandhiex tintuża għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

3.   Jekk impriża twettaq trasport tal-merkanzija bit-triq b’kiri jew bi ħlas kif ukoll attivitajiet oħrajn li għalihom japplika l-limitu massimu ta’ EUR 200 000, il-limitu ta’ EUR 200 000 għandu japplika għall-impriża, sakemm l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw b’mezzi xierqa, bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni bejn l-ispejjeż, li l-benefiċċju għall-attività tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ma jkunx iktar minn EUR 100 000 u li l-ebda għajnuna de minimis ma tintuża għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

4.   L-għajnuna de minimis għandha titqies li tkun ingħatat fil-mument li l-impriża tingħata d-dritt legali li tirċievi dik l-għajnuna skont ir-reġim legali nazzjonali applikabbli indipendentement mid-data tal-ħlas tal-għajnuna de minimis lill-impriża.

5.   Il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw indipendentement mit-tip ta’ għajnuna de minimis jew l-għan ta’ dik l-għajnuna u indipendentement minn jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istat Membru hijiex finanzjata totalment jew parzjalment minn riżorsi li joriġinaw mill-Unjoni. Il-perjodu ta’ tliet snin fiskali għandu jiġi ddeterminat b’referenza għas-snin fiskali użati mill-impriża fl-Istat Membru kkonċernat.

6.   Għall-iskopijiet tal-limiti stipulati fil-paragrafu 2, kull għajnuna għandha tkun espressa bħala għotja ta’ flus. Iċ-ċifri kollha użati għandhom ikunu grossi, jiġifieri, qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew ta’ xi tariffi oħrajn. Fejn għajnuna tingħata f’forma oħra differenti minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għajnuna bħala għotja grossa.

Għajnuna pagabbli f’għadd ta’ pagamenti għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata tal-interessi li għandha tintuża għal skopijiet ta’ skont għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument li tingħata l-għajnuna.

7.   Fejn il-limitu massimu rilevanti stabbilit fil-paragrafu 2 jinqabeż permezz tal-għotja ta’ għajnuna ġdida de minimis, l-ebda waħda mill-għajnuna l-ġdida ma tista’ tibbenefika minn dan ir-Regolament.

8.   Fil-każ ta’ amalgamazzjonijiet jew akkwisti, l-għajnuna kollha de minimis mogħtija lil kull waħda mill-impriżi qabel l-amalgamazzjoni titqies meta jiġi ddeterminat jekk kwalunkwe għajnuna de minimis ġdida lill-impriża l-ġdida jew lill-impriża li takkwistaha taqbiżx il-limitu massimu rilevanti. Għajnuna de minimis li tkun ngħatat legalment qabel l-amalgamazzjoni jew l-akkwiżizzjoni għandha tibqa’ legali.

9.   Jekk impriża waħda tinqasam f’żewġ impriżi separati jew iktar, l-għajnuna de minimis mogħtija qabel il-qsim għandha tkun allokata lill-impriża li bbenefikat minnha, li bi prinċipju hija l-impriża li tieħu ħsieb l-attivitajiet li għalihom tkun ġiet użata l-għajnuna de minimis. Jekk dik l-allokazzjoni ma tkunx possibbli, l-għajnuna de minimis tiġi allokata proporzjonalment fuq il-bażi tal-valur fil-kontabilità tal-kapital ta’ ismha tal-impriżi l-ġodda fid-data effettiva tal-qsim.

Artikolu 4

Kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti

1.   Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li tiġi kkalkulata b’mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).

2.   Għajnuna li tikkonsisti f’għotjiet jew sussidji fuq ir-rata tal-interessi titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti.

3.   Għajnuna li tikkonsisti f’self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a)

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, biex jinbdew proċeduri kollettivi ta’ stralċ fir-rigward tiegħu fuq talba tal-kredituri tiegħu. Fil-każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; jew

(b)

is-self ikun assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta’ EUR 1 000 000 (jew EUR 500 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) fuq t-tul ta’ żmien ta’ ħames snin jew EUR 500 000 (jew EUR 250 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) fuq tul ta’ żmien ta’ għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta’ dak is-self tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.

4.   Għajnuna fil-forma ta’ injezzjonijiet ta’ kapital titqies li tkun għajnuna de minimis trasparenti biss jekk l-ammont totali ta’ injezzjoni mill-fondi pubbliċi ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis.

5.   Għajnuna li tikkonsisti f’miżuri ta’ finanzjament tar-riskju li tieħu l-forma ta’ investimenti f’ishma jewjew fi quasi-ishma, titqies li tkun għajnuna de minimis trasparenti biss jekk il-kapital ipprovdut għal impriża waħda ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis.

6.   L-għajnuna li tikkonsisti f’garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a)

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-.

(b)

il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti u l-ammont iggarantit ikun EUR 1 500 000 (jew EUR 750 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) u t-tul ta’ żmien tal-garanzija jkun ħames snin jew l-ammont iggarantit ikun EUR 750 000 (jew EUR 375 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) u t-tul ta’ żmien tal-garanzija jkun għaxar snin; jekk l-ammont iggarantit ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew il-garanzija tkun għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta’ dik il-garanzija tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ primjums eżentati stipulati f’avviż tal-Kummissjoni; jew

(d)

qabel l-implimentazzjoni,

(i)

il-metodoloġija użata biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanzija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ Regolament tal-Kummissjoni ieħor fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien u l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew ma’ kwalunkwe Avviż suċċessiv, u

(ii)

dik il-metodoloġija tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

7.   L-għajnuna li tikkonsisti fi strumenti oħrajn titqies li tkun għajnuna de minimis trasparenti jekk l-istrument jipprovdi għal ammont massimu li jassigura li l-limitu massimu rilevanti applikabbli ma jinqabiżx.

Artikolu 5

Akkumulazzjoni

1.   Għajnuna de minimis mogħtija skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 (15) sal-limiti massimi stipulati f’dak ir-Regolament. Din tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna de minimis mogħtija skont regolamenti de minimis oħrajn sal-limitu massimu rilevanti stipulat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-għajnuna de minimis ma għandhiex tiġi akkumulata mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli jew mal-għajnuna mill-Istat għall-istess miżura ta’ finanzjament tar-riskju, jekk akkumulazzjoni bħal dik teċċedi l-ogħla intensità ta’ għajnuna rilevanti jew ammont ta’ għajnuna ffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz ta’ regolament għal eżenzjoni ġenerali ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. L-għajnuna de minimis li ma tingħatax għal spejjeż eliġibbli speċifiċi jew li ma tkunx attribwibbli għal spejjeż ta’ dak it-tip, tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra mill-Istat mogħtija skont eżenzjoni ġenerali ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Monitoraġġ

1.   Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn l-għajnuna de minimis tingħata skont dan ir-Regolament lil impriżi differenti fuq il-bażi ta’ skema u jingħataw ammonti differenti ta’ għajnuna individwali lil dawk l-impriżi skont dik l-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħżel li jissodisfa dak l-obbligu billi jinforma lill-impriżi dwar is-somma fissa li tikkorrispondi mal-ammont massimu ta’ għajnuna li tkun se tingħata skont dik l-iskema. F’każ bħal dak, is-somma fissa tintuża biex jiġi determinat jekk ikunx intlaħaq il-limitu massimu rilevanti stipulat fl-Artikolu 3(2). Qabel jagħti l-għajnuna, l-Istat Membru jikseb mingħand l-impriża konċernata dikjarazzjoni, bil-miktub jew f’forma elettronika, dwar kwalunkwe għajnuna de minimis oħra li tkun ingħatatilha skont dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn matul is-sentejn fiskali ta’ qabel u fis-sena fiskali attwali.

2.   Meta Stat Membru jkun ħejja reġistru ċentrali ta’ għajnuna de minimis li jkun fih informazzjoni kompluta dwar l-għajnuna kollha de minimis mogħtija minn kwalunkwe awtorità fi dak l-Istat Membru, il-paragrafu 1 ma jibqax japplika aktar mill-mument li r-reġistru jkun ikopri perjodu ta’ tliet snin fiskali.

3.   Stat Membru għandu jagħti għajnuna de minimis ġdida skont dan ir-Regolament biss wara li jkun ivverifika li dan ma jżidx l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lill-impriża kkonċernata b’mod li jwassal għal livelli ogħla mil-limitu massimu rilevanti stipulat fl-Artikolu 3(2) u li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament ikunu ġew imħarsa.

4.   L-Istati Membri għandhom iżommu dokumenti li fihom jirrieġistraw u jiġbru l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew imħarsa. Id-dokumenti bl-informazzjoni dwar l-għajnuna de minimis individwali jinżammu għal perjodu ta’ 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Id-dokumenti bl-informazzjoni dwar skema ta’ għajnuna de minimis jinżammu għal perjodu ta’ 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna individwali skont dik l-iskema.

5.   B’talba bil-miktub, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ 20 jum ta’ xogħol jew f’perjodu itwal li jista’ jiġi ffissat fit-talba, l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis meħtieġa biex tanalizza jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunux ġew rispettati, u b’mod partikolari l-ammont totali tal-għajnuna de minimis skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn li tkun irċeviet xi impriża.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna li tkun ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jekk l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament. Kwalunkwe għanjnuna li ma tissodisfax dawk il-kundizzjonijiet tiġi evalwata mill-Kummissjoni skont l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi relevanti.

2.   Kull għajnuna de minimis mogħtija bejn it-2 ta’ Frar 2001 u t-30 ta’ Ġunju 2007 u li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 69/2001, titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

3.   Kull għajnuna de minimis mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2014, li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006, għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

4.   Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tibqa’ koperta minn dan ir-Regolament għal perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-1 ta’ Jannar 2014.

Huwa japplika sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  ĠU C 229, 8.8.2013, p. 1.

(3)  Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna mill-Istat (ĠU C 68, 6.3.1996, p. 9).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).

(6)  Il-Kawża C-222/04 Ministero dell’Economia e delle Finanze v Cassa di Risparmio di Firenze SpA et al. [2006] Ġabra I-289.

(7)  Il-Kawża C-382/99, Netherlands v Commission [2002] Ġabra I-5163.

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

(10)  Il-Kawża C-456/00 France v Commission [2002] Ġabra I-11949.

(11)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont, (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(12)  Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti tal-kapital għal riskju f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2)

(13)  Pereżempju, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji, (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1408/2013

tat-18 ta’ Diċembru 2013

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1),

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Il-finanzjament tal-Istat li jissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jeħtieġ li jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madanakollu, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, il-Kunsill jista’ jiddetermina kategoriji ta’ għajnuna li huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta’ notifika. F’konformità mal-Artikolu 108(4) tat-Trattat il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti rigward dawk il-kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat. Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 994/98 il-Kunsill iddeċieda, f’konformità mal-Artikolu 109 tat-Trattat, li l-għajnuna de minimis tista’ tikkostitwixxi kategorija ta’ dak it-tip. Fuq dik il-bażi, hu meqjus li l-għajnuna de minimis, li hija għajnuna mogħtija lil impriża unika fuq perjodu mogħti ta’ żmien u li ma tkunx iktar minn ammont fiss, li ma tissodisfax il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk mhix soġġetta għall-proċedura ta’ notifika.

(2)

Il-Kummissjoni, f’diversi Deċiżjonijet, ikkjarifikat il-kunċett ta’ għajnuna, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni stqarret ukoll il-politika tagħha rigward limitu de minimis li taħtu l-Artikolu 107(1) tat-Trattat jista’ jitqies li ma japplikax, għall-ewwel fl-avviż tagħha dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna mill-Istat (3) u sussegwentement fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 (4) u (KE) Nru 1998/2006 (5). Fid-dawl tar-regoli speċjali li japplikaw fis-settur agrikolu u tar-riskju li anki livelli baxxi ta’ għajnuna jistgħu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, is-settur agrikolu jew partijiet minnu ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti. Il-Kummissjoni diġà adottat għadd ta’ Regolamenti li jipprovdu regoli dwar l-għajnuna de minimis mogħtija fis-settur tal-agrikoltura, li l-aħħar wieħed minnhom kien ir-Regolament (KE) Nru 1535/2007 (6). Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007, huwa xieraq li jiġu riveduti xi wħud mill-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament u li jiġi sostitwit.

(3)

Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007, l-ammont massimu ta’ għajnuna għal impriża waħda fuq perjodu ta’ tliet snin għandu jiżdied għal EUR 15 000 u l-limitu nazzjonali għandu jiżdied għal 1 % tal-produzzjoni annwali. Dawk il-limiti massimi ġodda jibqgħu meħtieġa sabiex jiżguraw li kwalunkwe miżura li taqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament tista’ titqies li ma għandha l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li ma tfixkilx jew ma tkunx ta’ theddida li tfixkel il-kompetizzjoni.

(4)

Għall-iskopijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat, impriża hija entità involuta f’attività ekonomika, indipendentement mill-istat legali tagħha u mill-mod ta’ kif hija ffinanzjata (7). Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-entitajiet kollha li huma kkontrollati (fuq bażi legali jew fuq bażi de facto) mill-istess entità għandhom jitqiesu bħala impriża unika (8). Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lista eżawrjenti ta’ kriterji ċari li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta żewġ intrapriżi jew aktar fl-istess Stat Membru għandhom jitqiesu bħala impriża waħda. Il-Kummissjoni għażlet, minn fost il-kriterji stipulati sew li jiddefinixxu “intrapriżi marbuta” fid-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju (SMEs) fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/361/KE (9) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (10), dawk il-kriterji li huma xierqa għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-kriterji huma diġà familjari mal-awtoritajiet pubbliċi u għandhom ikunu applikabbli, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kemm għall-SMEs kif ukoll għal impriżi kbar. Dawk il-kriterji għandhom jiżguraw li grupp ta’ intrapriżi marbuta huwa meqjus bħala impriża unika għall-applikazzjoni tar-regola de minimis, iżda li intrapriżi li mhumiex relatati ħlief għal fatt li kull waħda minnhom għandha rabta diretta mal-istess korp jew korpi pubbliċi, ma jiġux ittrattati bħala relatati. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni speċifika tal-intrapriżi kkontrollati mill-istess korp jew korpi pubbliċi, li jistgħu jkollhom is-setgħa li jiddeċiedu b’mod indipendenti, qed tiġi kkunsidrata. Bl-istess mod, dawn il-kriterji għandhom jiżguraw li l-membri individwali ta’ persuna ġuridika jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi ma jkunux, għal dik ir-raġuni biss, meqjusa bħala relatati meta l-liġi nazzjonali tipprevedi li dawk il-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi li jistgħu jitqabblu ma’ dawk tal-bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta’ kap tal-azjenda, b’mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-taxxa tagħhom u meta dawk il-membri individwali jkunu taw sehem biex isaħħu l-istrutturi agrikoli tal-persuni ġuridiċi jew gruppi kkonċernati.

(5)

Meta jitqies ix-xebħ bejn l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti agrikoli u l-prodotti mhux agrikoli, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti agrikoli ġew inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (11).

(6)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxiet li, ladarba l-Unjoni lleġiżlat favur it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq f’settur partikolari tal-agrikoltura, l-Istati Membri huma obbligati li jastjenu milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista’ ddgħajjifha jew toħloq eċċezzjonijiet għaliha (12). Għal dik ir-raġuni, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna li l-ammont tagħha huwa stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-kwantità tal-prodotti mixtrija jew imqiegħda fis-suq. Anqas ma għandu japplika għal appoġġ marbut ma’ obbligu ta’ kondiviżjoni ta’ għajnuna ma’ produtturi primarji.

(7)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna għall-esportazzjoni jew għajnuna suġġetta għall-użu ta’ prodotti domestiċi fuq dawk importati. B’mod partikolari, ma għandux japplika għal għajnuna li tiffinanzja t-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’pajjiżi terzi jew Stati Membri oħra. Għajnuna għall-spejjeż ta’ parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, jew ta’ studji jew servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew li diġà jeżisti f’suq ġdid fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz ma titqiesx li hija għajnuna għall-esportazzjoni.

(8)

Il-perjodu ta’ tliet snin, li għandu jiġi kkunsidrat għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi vvalutat fuq bażi ta’ rotazzjoni b’tali mod li, għal kull għotja ta’ għajnuna de minimis, l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis li jingħata fis-sena fiskali kkonċernata u matul is-sentejn fiskali ta’ qabel jeħtieġ li jittieħed inkonsiderazzjoni.

(9)

Fejn impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli u hi ukoll attiva f’setturi oħra jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ dawk is-setturi jew l-attivitajiet oħra, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.

(10)

Fejn impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli kif ukoll fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 (13) għandu japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward tas-settur tal-aħħar, dejjem jekk l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni bejn l-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.

(11)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli li jiżguraw li ma jkunx possibbli li jiġu evitati l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati f’Regolamenti speċifiċi jew f’deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Għandu jistipula wkoll regoli ċari dwar l-akkumulazzjoni li huma faċli biex jiġu applikati.

(12)

Dan ir-Regolament ma jeskludix il-possibbiltà li miżura tista’ ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat minħabba raġunijiet oħra minn dawk stipulati f’dan ir-Regolament, pereżempju minħabba li l-miżura tikkonforma mal-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq jew minħabba li l-miżura ma tinvolvix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat. B’mod partikulari, aktar finanzjament tal-Unjoni amministrat ċentralment mill-Kummissjoni u li mhux direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u ma għandux jittieħed inkonsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat jekk il-limitu massimu rilevanti jew il-limitu nazzjonali hux qed jiġi rispettat.

(13)

Għall-iskopijiet ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li tiġi kkalkulata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”). Kalkolu preċiż bħal dan, pereżempju, jista’ isir għal għotjiet, sussidji fuq ir-rata tal-imgħax, eżenzjonijiet limitati tat-taxxa jew strumenti oħra li jiffissaw limitu li jiżgura li l-limitu rilevanti ma jinqabiżx. L-iffissar ta’ limitu jimplika li sakemm l-ammont preċiż tal-għajnuna mhuwiex magħruf jew għadu mhux magħruf, l-Istat Membru jkollu jassumi li l-ammont huwa daqs il-limitu sabiex ikun żgurat li bosta miżuri ta’ għajnuna flimkien ma jaqbżux il-limitu stabbilit f’dan ir-Regolament u li jiġu applikati r-regoli dwar l-akkumulazzjoni.

(14)

L-Istati Membri kollha għandhom japplikaw l-istess metodu ta’ kalkolu, sabiex ikun hemm trasparenza, trattament ugwali u applikazzjoni korretta tal-limitu de minimis. Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammont tal-għajnuna mogħtija mhux skont fil-forma ta’ għotja ta’ flus kontanti jkun konvertit fl-ekwivalenti ta’ għotja grossa ekwivalenti. Il-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti fir-rigward ta’ tipi trasparenti ta’ għajnuna barra minn għotjiet jew ta’ għajnuna li tkun pagabbli f’għadd ta’ pagamenti jeħtieġ li jiġu użati ta’ rati ta’ imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna. Bil-għan li jkun hemm applikazzjoni uniformi, trasparenti u sempliċi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ir-rati tal-imgħax tas-suq applikabbli għandhom ikunu r-rati ta’ referenza, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (14).

(15)

L-għajnuna fil-forma ta’ self, inkluż l-għajnuna għal finanzjament ta’ riskju de minimis li tieħu l-forma ta’ self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata abbażi ta’ rati attwali ta’ imgħax tas-suq fil-mument li fih tingħata l-għotja. Bil-għan li l-ipproċessar ta’ self żgħir fuq tul ta’ żmien qasir jiġi ssimplifikat, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tas-self kif ukoll it-tul ta’ żmien tiegħu. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn ’ EUR 75 000 fuq perjodu ta’ ħames snin jew EUR 37 500 fuq perjodu ta’ għaxar snin, jista’ jitqies li l-għotja grossa ekwivalenti tiegħu ma tkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.

(16)

L-għajnuna inkluża f’injezzjonijiet ta’ kapital ma għandhiex titqies għajnuna de minimis trasparenti, ħlief jekk l-ammont totali ta’ injezzjoni pubblika ma jaqbiżx il-limitu de minimis. Għajnuna inkluża f’miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li jieħdu l-forma ta’ investimenti f’ ishma jew fi quasi-ishma, kif imsemmi fil-linji gwida dwar finanzjament ta’ riskju (15), ma għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, ħlief jekk il-kapital ipprovdut mill miżura kkonċernata ma jaqbiżx il-limitu de minimis.

(17)

Għajnuna li tikkonsisti f’garanziji, inkluż l-għajnuna de minimis għal finanzjament ta’ riskju li tikkonsisti f’garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ primjums eżentati stipulati f’Avviż tal-Garanzija (16). Bil-għan li l-ipproċessar ta’ garanziji fuq tul ta’ żmien qasir li jiggarantixxi sa 80 % ta’ self relattivament żgħir jiġi ssimplifikat, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola ċara li tiġi faċilment applikata u li tqis kemm l-ammont tal-garanziji kif ukoll it-tul ta’ żmien tiegħu. Din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk il-garanziji fuq tranżazzjonijiet sottostanti li mhumiex self, bħal garanziji għal tranżazzjonijiet ta’ ishma. Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma tkunx iktar minn EUR 112 500 u t-tul ta’ żmien tal-garanziji ma jkunx iktar minn ħames snin il-garanzija tista’ tiġi kkunsidrata li għandha għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis. L-istess japplika fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jkunx iktar minn EUR 56 250 u t-tul ta’ żmien tal-garanzija ma jkunx iktar minn għaxar snin. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanziji li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien, li l-Kummissjoni tkun aċċettatu bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanzija u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m’għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.

(18)

Fejn tiġi implimentata skema ta’ għajnuna de minimis permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, għandu jkun żgurat li dawk tal-aħħar ma jirċevu l-ebda għajnuna mill-Istat. Dan jista’ jiġi żgurat, pereżempju billi l-intermedjarji li jibbenefikaw minn garanzija mill-Istat jintalbu jħallsu primjum li jkun konformi mas-suq jew li jittrasferixxu kompletament kwalunkwe vantaġġ lill-benefiċjarji finali, jew biex jirrispettaw il-limitu de minimis u kundizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament anki fil-livell tal-intermedjarji.

(19)

Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix minn għotja, self, garanzija, injezzjoni ta’ kapital jew miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ investiment ta’ ishma jew quais-ishma, twassalx għal għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis u tista’ għalhekk tidħol fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(20)

Il-Kummissjoni għandha d-dover li tiżgura li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu mħarsa u jkunu konformi mal-prinċipju ta’ koperazzjoni fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-twettiq ta’ dan il-kompitu billi jistabbilixxu l-għodod meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lill-istess impriża taħt ir-regola de minimis ma jaqbiżx il-limitu massimu kumplessiv permissibbli. Għal dak il-għan, meta jagħtu għajnuna de minimis, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-impriża kkonċernata bl-ammont ta’ għajnuna de minimis mogħtija u l-karattru de minimis tagħha, u għandhom jagħmlu referenza espliċita għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ tal-għajnuna mogħtija sabiex jiġi żgurat li l-limiti massimi rilevanti ma jinqabżux u li r-regoli tal-kumulazzjoni jiġu rispettati. Sabiex dik l-obbligazzjoni tiġi rispettata, qabel l-għoti ta’ għajnuna bħal din, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb dikjarazzjoni mingħand l-impriża dwar għajnuna oħra de minimis koperta minn dan ir-Regolament jew minn regolamenti de minimis oħra li rċeviet matul is-sena fiskali kkonċernata jew is-sentejn fiskali ta’ qabel. Jew inkella għandu jkun possibbli għall-Istati Membri lijistabbilixxi reġistru ċentrali bl-informazzjoni sħiħa dwar l-għajnuna de minimis mogħtija u jivverifikaw li kull għotja ġdida ta’ għajnuna ma taqbiżx il-limitu massimu relevanti.

(21)

Qabel ma tingħata għajnuna de minimis ġdida kull Stat Membru għandu jivverifika li f’dak l-Istat Membru la l-limitu massimu de minimis u lanqas il-limitu nazzjonali ma jinqabżux minħabba l-għajnuna de minimis ġdida u li l-kundizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament jiġu rispettati.

(22)

Wara li tiġi kkunsidrata l-esperjenza tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-frekwenza li biha huwa ġeneralment meħtieġ li tiġi riveduta l-politika tal-għajnuna mill-Istat, ikun xieraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jkun ġie estiż, l-Istati Membri għandu jkollhom perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna de minimis koperta minn dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, ħlief għal:

(a)

għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

(b)

għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, l-aktar għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni;

(c)

l-għajnuna suġġetta għall-użu tal-prodotti nazzjonali fuq prodotti importati.

2.   Fejn impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli u hija attiva wkoll f’settur wieħed jew faktar jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, dak ir-Regolament japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ dawk is-setturi jew attivitajiet, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura li b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.

3.   Fejn impriża hija attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli kif ukoll fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 875/2007 għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija fir-rigward tas-settur tal-aħħar, dejjem jekk l-Istati Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet u d-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, “prodotti agrikoli” tfisser prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (17).

2.   “Impriża waħda”, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, tinkludi l-intrapriżi kollha li li jkollhom bejniethom mill-inqas waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:

(a)

intrapriża waħda li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;

(b)

intrapriża waħda li jkollha d-dritt li taħtar jew li tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew regolatorju ta’ intrapriża oħra;

(c)

intrapriża waħda li jkollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih flimkien ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew l-artikoli ta’ assoċċjazzjoni tagħha;

(d)

intrapriża waħda, li hija azzjonist fi jew membru ta’ intrapriża oħra, tikkontrolla waħidha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ dik l-intrapriża, maġġoranza ta’ drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew il-membri f’dik l-intrapriża.

L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda jew aktar, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriża waħda.

Artikolu 3

Għajnuna de minimis

1.   Il-miżuri ta’ għajnuna jitqiesu li ma jissodisfawx il-kriterji fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għaldaqstant ikunu eżentati mill-ħtieġa tan-notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f’ dan ir-Regolament.

2.   L-ammont totali ta’ għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda ma għandux jaqbeż EUR 15 000 fuq kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali.

3.   L-ammont kumulattiv tal-għajnuna de minimis mogħtija minn kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli fuq perjodu ta’ tliet snin fiskali ma għandhiex tkun iktar mill-limitu nazzjonali stipulat fl-Anness.

4.   L-għajnuna de minimis għandha titqies li tkun ingħatat fil-mument li l-impriża tingħata d-dritt legali biex tirċievi dik l-għajnuna taħt ir-reġim nazzjonali legali applikabbli, irrispettivament mid-data tal-pagament tal-għajnuna de minimis lill-impriża.

5.   Il-limitu stipulat fil-paragrafu 2 u l-limitu nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw indipendentement mit-tip ta’ għajnuna de minimis jew l-għan ta’ dik l-għajnuna, indipendentement minn jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istat Membru hijiex iffinanzjata kompletament jew parzjalment minn riżorsi li joriġinaw mill-Unjoni. Il-perjodu ta’ tliet snin fiskali jiġi ddeterminat b’referenza għas-snin fiskali użati mill-impriża fl-Istat Membru kkonċernat.

6.   Għar-raġunijiet tal-limitu stipulat fil-paragrafu 2 u l-limitu nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3, kull għajnuna għandha tkun espressa bħala għotja ta’ flus. Iċ-ċifri kollha użati għandhom ikunu grossi, jiġifieri, qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew ta’ xi tariffi oħra. Fejn għajnuna tingħata f’forma oħra differenti minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna.

Għajnuna pagabbli f’għadd ta’ pagamenti għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata tal-interessi li tintuża għal skopijiet ta’ skont għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.

7.   Meta l-limitu massimu applikabbli stabbilit fil-paragrafu 2 jew il-limitu nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3 jinqabeż bl-għotja ta’ għajnuna de minimis ġdida, dik l-għotja l-ġdida ma tkunx tista’ tibbenefika minn dan ir-Regolament.

8.   Fil-każ ta’ amalgamazzjonijiet jew akkwisti, l-għajnuna kollha de minimis mogħtija qabel lil kull waħda mill-impriżi qabel l-amalgamazzjoni għandha titqies meta jiġi ddeterminat jekk kwalunkwe għajnuna de minimis ġdidalill-impriża l-ġdida jew lill-impriża li takkwistaha taqbiżx il-limitu massimu jew il-limitu nazzjonali. Għajnuna de minimis li tkun ingħatat legalment qabel l-amalgamazzjoni jew l-akkwist għandha tibqa’ legali.

9.   Jekk impriża waħda tinqasam f’żewġ impriżi separati jew aktar, l-għajnuna de minimis mogħtija qabel il-qsim għandha tkun allokata lill-impriża li bbenefikat minnha, li bi prinċipju hija l-impriża li tieħu ħsieb l-attivitajiet li għalihom tkun ġiet użata l-għajnuna de minimis. Jekk tali allokazzjoni ma tkunx possibbli, l-għajnuna de minimis tiġi allokata proporzjonalment fuq il-bażi tal-valur fil-kontabilità tal-kapital ta’ ishma tal-impriżi l-ġodda fid-data effettiva tal-qsim.

Artikolu 4

Kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti

1.   Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li tiġi kkalkulata b’mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).

2.   L-għajnuna inkluża f’għotjiet jew sussidji tar-rata tal-imgħax għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti.

3.   Għajnuna fil-forma ta’ self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a)

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; u

(b)

is-self ikun assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta’ EUR 75 000 fuq t-tul ta’ żmien ta’ ħames snin jew EUR 37 500 fuq tul ta’ żmien ta’ għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta’ dak is-self tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.

4.   Għajnuna fil-forma ta’ injezzjonijiet ta’ kapital titqies li tkun għajnuna de minimis trasparenti biss jekk l-ammont totali ta’ injezzjoni mill-pubbliku ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis.

5.   L-għajnuna inkluża fil-miżuri ta’ finanzjament tar-riskju, li tieħu forma ta’ investimenti f’ ishma jew fi quasi-ishma titqies biss li tkun għajnuna de minimis trasparenti jekk il-kapital ipprovdut lil impriża waħda ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis.

6.   L-għajnuna li tikkonsisti f’garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a)

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; u

(b)

il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit hu ta’ EUR 112 500 u t-tul ta’ żmien tal-garanzija hu ta’ ħames snin jew l-ammont garantit hu EUR 56 250 u t-tul ta’ żmien tal-garanzija hu ta’ għaxar snin; jekk l-ammont garantit hu inqas minn dawn l-ammonti u/jew il-garanzija hi għal tul ta’ żmien ta’ inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta’ dik il-garanziji tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew

(c)

l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta’ primjums eżentati stipulati f’avviż tal-Kummissjoni; jew

(d)

qabel l-implimentazzjoni,

(i)

il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien, u l-metodoloġija aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta’ Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u

(ii)

li tindirizza b’ mod espliċitu t-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

7.   L-għajnuna inkluża fi strumenti oħra għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, jekk l-istrument jipprovdi għal amont massimu li jiżgura li l-limitu massimu rilevanti ma jinqabiżx.

Artikolu 5

Akkumulazzjoni

1.   Fejn impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli u tkun attiva wkoll f’wieħed jew f’aktar mis-setturi jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 , l-għajnuna de minimis mogħtija għal attivitajiet fis-settur tal-produzzjoni agrikola skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata mal-għajnuna de minimis mogħtija fir-rigward tas-settur jew setturi tal-aħħar (jew attivitajiet sal-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, dejjem jekk l-Istat Membru jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013.

2.   Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli kif ukoll fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, l-għajnuna de minimis mogħtija għal attivitajiet fis-settur ta’ qabel skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna de minimis għall-attivitajiet fis-settur tal-produzzjoni agrikola skont ir-Regolament (KE) Nru 875/2007 sal-limitu stabbilit f’dak ir-Regolament, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat, permezz ta’ mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, jiżgura li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 875/2007.

3.   L-għajnuna de minimis ma għandhiex tiġi akkumulata mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli jew b’għajnuna mill-Istat għall-istess miżura ta’ finanzjament ta’ riskju jekk akkumulazzjoni bħal dik taqbeż l-għola intensità ta’ għajnuna rilevanti jew ammont ta’ għajnuna ffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz ta’regolament għal eżenzjoni ġenerali ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. L-għajnuna de minimis li ma tingħatax għal spejjeż eliġibbli speċifiċi jew li ma tkunx attribwibbli għal spejjeż ta’ dak it-tip tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra mill-Istat mogħtija skont eżenzjoni ġenerali ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Monitoraġġ

1.   Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn l-għajnuna de minimis tingħata skont dan ir-Regolament lil impriżi differenti abbażi ta’ skema u ammonti differenti ta’ għajnuna individwali jingħataw lil dawk l-impriżi skont dik l-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħżel li jissodisfa dak l-obbligu billi jinforma lill-impriżi dwar is-somma fissa li tikkorrispondi mal-ammont massimu ta’ għajnuna li tkun ser tingħata skont dik l-iskema. F’tali każ, is-somma fissa għandha tintuża biex tiddetermina jekk il-limitu stipulat fl-Artikolu 3(2) intlaħaqx u jekk il-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(3) ikunx inqabeż. Qabel jagħti l-għajnuna, l-Istat Membru wkoll jikseb dikjarazzjoni mingħand l-impriża kkonċernata, bil-miktub jew f’forma elettronika, dwar kwalunkwe għajnuna de minimis oħra li tkun ingħatatilha skont dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn matul is-sentejn fiskali ta’ qabel u fis-sena fiskali attwali.

2.   Fejn Stat Membru jkun ħejja reġistru ċentrali ta’ għajnuna de minimis li jinkludi l-informazzjoni sħiħa dwar l-għajnuna de minimis kollha mogħtija minn kwalunkwe awtorità f’dak l-Istat Membru, il-paragrafu 1 jieqaf japplika mill-mument li r-reġistru jkun ikopri perjodu ta’ tliet snin fiskali.

3.   Stat Membru għandu jagħti l-għajnuna de minimis ġdida skont dan ir-Regolament biss wara li jkun ivverifika li dan ma jżidx l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lil impriża li tipprovdi servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali taħt dan ir-Regolament għal livelli ogħla mil-limitu massimu stipulat fl-Artikolu 3(2) u l-limitu msemmi fl-Artikolu 3(3) u li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’ dan ir-Regolament ġew rispettati.

4.   L-Istati Membri għandhom iżommu dokumeni li fihom jirreġistraw u jiġbru l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew rispettati. Id-dokumenti bl-informazzjoni dwar l-għajnuna de minimis individwali għandha tinżamm għal perjodu ta’ 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Id-dokumenti bl-informazzjonili jkollhom x’jaqsmu ma’ skema ta’ għajnuna de minimis jinżammu għal perjodu ta’ 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna individwali taħt tali skema.

5.   B’talba bil-miktub, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ 20 jum ta’ xogħol, jew tali perjodu itwal hekk kif jista’ jiġi ffissat fit-talba, l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis meħtieġa biex tanalizza jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunux ġew rispettati, u b’mod partikolari l-ammont totali tal-għajnuna de minimis skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament u ta’ Regolamenti de minimis oħra li tkun irċeviet xi impriża.

Artikolu 7

Disposizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna li tkun ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament, jekk l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament. Kwalunkwe għanjnuna li ma tissodisfax dawk il-kundizzjonijiet tiġi evalwata mill-Kummissjoni skont l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi relevanti.

2.   Kwalunkwe għajnuna de minimis individwali li ngħatat bejn it-1 ta’ Jannar 2005 u t-30 ta’ Ġunju 2008, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

3.   Kull għajnuna individwali de minimis mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2014 u li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007, għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

4.   Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tibqa’ koperta minn dan ir-Regolament għal perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Huwa japplika sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  ĠU C 227, 6.8.2013, p. 3.

(3)  Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna mill-Istat (ĠU C 68, 6.3.1996, p. 9).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna de minimis s-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35).

(7)  Il-Każ C-222/04 Ministero dell’Economia e delle Finanze v Cassa di Risparmio di Firenze SpA et al. [2006] ECR I-289.

(8)  Il-Każ C-382/99 Il-Pajjiżi l-Baxxi versus il-Kummissjoni [2002] ECR I-5163.

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  Il-Każ C-456/00 France v Commission [2002] I-11949.

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE rigward għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1860/2004 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6).

(14)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(15)  Linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna tal-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ kapital ta’ riskju f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2).

(16)  Pereżempju, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat f’ forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).


ANNESS

L-ammonti massimi totali kumulattivi tal-għajnuniet de minimis mogħtija lill-impriżi fis-settur tal-produzzjoni agrikola lil kull Stat Membru, skont l-Artikolu 3(3)

(EUR)

Stat Membru

Ammonti massimi ta’ għajnuna de minimis

Il-Belġju

76 070 000

Il-Bulgarija

43 490 000

Ir-Repubblika Ċeka

48 340 000

Id-Danimarka

105 750 000

Il-Ġermanja

522 890 000

L-Estonja

8 110 000

L-Irlanda

66 280 000

Il-Ġreċja

109 260 000

Spanja

413 750 000

Franza

722 240 000

Il-Kroazja

28 610 000

L-Italja

475 080 000

Ċipru

7 060 000

Il-Latvja

10 780 000

Il-Litwanja

25 860 000

Il-Lussemburgu

3 520 000

L-Ungerija

77 600 000

Malta

1 290 000

Il-Pajjiżi l-Baxxi

254 330 000

L-Awstrija

71 540 000

Il-Polonja

225 700 000

Il-Portugall

62 980 000

Ir-Rumanija

180 480 000

Is-Slovenja

12 320 000

Is-Slovakkja

22 950 000

Il-Finlandja

46 330 000

L-Isvezja

57 890 000

Ir-Renju Unit

270 170 000


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/18


REGOLAMENT (UE) Nru 1409/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Novembru 2013

dwar l-istatistika tal-ħlasijiet

(BĊE/2013/43)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK CENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jeħtieġ statistika tal-ħlasijiet komparattiva u speċifika għall-pajjiż sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu. L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi li t-tagħrif jista’ jinġabar fil-qasam tal-ħlasijiet u tal-istatistika tas-sistemi ta’ ħlas. Din id-dejta hija essenzjali għall-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-iżviluppi fis-swieq tal-ħlasijiet fi ħdan l-Istati Membri, u biex tassisti fil-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas.

(2)

L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jeħtieġ li l-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor it-tagħrif statistiku neċessarju jew mingħand l -awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mill-aġenti ekonomiċi sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). L-Artikolu 5.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jeħtieġ li l-BĊNi jwettqu, safejn huwa possibbli, il-kompiti deskritti fl-Artikolu 5.1.

(3)

L-Eurosistema tiġbor it-tagħrif dwar il-ħlasijiet skont il-Linja Gwida BĊE/2007/9 (2). Fl-interess ta’ żieda fil-kwalità u l-affidabbiltà tal-istatistika tal-ħlasijiet u li tiġi żgurata kopertura sħiħa tal-popolazzjoni li tirrapporta, it-tagħrif relevanti għandu jinġabar direttament mill-aġenti li jirrapportaw.

(4)

Il-metodoloġija skont liema jinġabar it-tagħrif dwar il-ħlasijiet għandha tikkunsidra l-iżviluppi fil-qafas legali tal-ħlasijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(5)

Jista' jkun xieraq għal BĊNi li jiġbru mingħand il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti il-ħtiġijiet statistiċi tal-BĊE bħala parti minn qafas ta' rapportar statistiku usa’ li l-BĊNi jistabbilixxu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew il-prattika stabbilita u li sservi ukoll għanijiet statistiċi oħrajn, sakemm ma jiġix mhedded it-twettiq tal-ħtiġijiet statistiċi tal-BĊE. Dan jista wkoll inaqqas il-piż tar-rapportar. Sabiex titkattar it-trasparenza, huwa xieraq, f'dawn il-każijiet, li l-aġenti li jirrapportaw jiġu informati li d-dejta tinġabar ukoll biex jitwettqu għanijiet statistiċi oħrajn. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ jistrieħ fuq tagħrif statistiku miġbur għal dawn l-iskopijiet l-oħra sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tiegħu.

(6)

Filwaqt li huwa rikonoxxut illi regolamenti adottati mill-BĊE skont l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu l-ebda dritt jew ma jimponu l-ebda obbligi fuq Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm għal Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri fiż-żona tal-euro”) kif ukoll għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-Premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jiġu mfassla u implimentati f’livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex issir il-ġabra tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-BĊE u t-tħejjijiet f'waqthom fil-qasam tal-istatistika biex huma jkunu jistgħu isiru Stati Membri taż-żona tal-euro. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu estiżi sabiex japplikaw għall-BĊNi tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro billi dawn il-BĊNi jikkoperaw mal-Eurosistema fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni tal-BĊE.

(7)

L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw.

(8)

Hemm bżonn li tiġi stabbilita proċedura li biha jkunu jistgħu jsiru emendi tekniċi għall-annessi ta’ dan ir-Regolament b’mod effettiv, sakemm emendi bħal dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas jaffettwaw il-piż tar-rapportar. Meta tkun qegħda tiġi segwita din il-proċedura, għandu jingħata kas tal-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika (STC) tas-SEBĊ. Il-BĊNi u Kumitati oħra tas-SEBĊ jistgħu jipproponu emendi tekniċi bħal dawn għall-annessi permezz tal-Kumitat tal-Istatistika,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“aġenti tar-rapportar” u “residenti” għandhom l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

(b)

“servizz ta’ ħlas”, “fornitur tas-servizz ta’ ħlas”, “istituzzjoni ta’ ħlas” u “sistema ta’ ħlas” għandhom l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE;

(c)

“emittent tal-flus elettroniċi” u “istituzzjoni tal-flus elettroniċi” għandhom l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE;

(d)

“operatur tas-sistema ta’ ħlas” tfisser entità legali li hija legalment responsabbli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ħlas.

Artikolu 2

Popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar

1.   Il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar tikkonsisti minn fornituri tas-servizz ta’ ħlas (inkluż emittenti tal-flus elettroniċi) u/jew operaturi tas-sistema ta’ ħlas.

2.   L-aġenti li jirrapportaw jiġu suġġetti għall-obbligi ta’ rapportar statistiku kollha.

Artikolu 3

Obbligi ta’ rapportar statistiku

1.   Il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar tirrapporta t-tagħrif statistiku lill-BĊN tal-Istat Membru li fih huwa residenti l-aġent li jirrapporta, kif speċifikat fl-Anness III u jieħu in konsiderazzjoni l-kjarifiki u d-definizzjonijiet pprovduti fl-Annessi I u II.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar b’konformità mal-karatteristiċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta’ rapportar jipprovdu t-tagħrif statistiku meħtieġ taħt dan ir-Regolament u jippermettu verifika preċiża tal-konformita' mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformita' kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

Artikolu 4

Derogi

1.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-aġenti li jirrapportaw fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar kollha stipulati f’dan ir-Regolament jew ta’ parti minnhom:

(a)

fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ ħlas, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(1) u (2) tad-Direttiva 2007/64/KE;

(b)

fil-każ ta’ istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/110/KE;

(c)

fil-każ ta’ fornituri oħra tas-servizzi ta’ ħlas li mhumiex imsemmija fil-punti (a) u (b), jekk jissodisfaw jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/110/KE jew fl-Artikolu 26(1) u (2) tad-Direttiva 2007/64/KE.

2.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-aġenti li jirrapportaw taħt paragrafu 1 biss jekk dawn l-aġenti li jirrapportaw ma jikkontribwux għal kopertura statistikament sinifikanti, f’livell nazzjonali, ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas għal kull tip ta’ servizz ta’ ħlas.

3.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-aġenti li jirrapportaw fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ rapportar ma' istituzzjoni li mhijiex IFM, fejn (a) il-valur ikkombinat tas-servizzi speċifikati fit-Tabella 4 tal-Anness III ikkontribwiti minn aġenti li jirrapportaw li jibbenefikaw minn din id-derogazzjoni ma jaqbiżx 5 % tal-livell nazzjonali għal kull wieħed minn dawn is-servizzi; u (b) il-piż tar-rapportar kieku jkun sproporzjonat fid-dawl tad-daqs ta’ dawn l-aġenti li jirrapportaw.

4.   Jekk BĊN jagħti deroga skont il-paragrafu 1 jew 3, huwa għandu jinnotifika lill-BĊE b’dan fl-istess ħin li jirrapporta t-tagħrif skont l-Artikolu 6(1).

5.   Il-BĊE għandu jippubblika lista ta’ entitajiet li ngħataw derogi mill-BĊNi.

Artikolu 5

Lista ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ħlas u operaturi tas-sistema ta’ ħlas għall-finijiet statistiċi

1.   Il-Bord Eżekuttiv jistabbilixxi u jżomm lista ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ħlas, inkluż l-emittenti ta’ flus elettroniċi, u ta’ operaturi ta’ sistema ta’ ħlas suġġetti għal dan ir-Regolament. Il-lista tkun ibbażata fuq listi eżistenti ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ħlas u ta’ operaturi ta’ sistemi ta’ ħlas stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn il-listi huma disponibbli.

2.   Il-BĊNi u l-BĊE jagħmlu l-lista msemmija fil-paragrafu 1, u l-aġġornamenti tagħha, aċċessibbli lill-aġenti li jirrapportaw ikkonċernati b’mod xieraq, inkluż b’mezzi elettroniċi, permezz tal-Internet jew, fuq talba tal-aġenti li jirrapportaw ikkonċernati, f’forma stampata.

3.   Il-lista msemmija f’paragrafu 1 hija għat-tagħrif biss. Madankollu, f’każ li l-aħħar verżjoni elettronika aċċessibbli tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 tkun skorretta, il-BĊE ma jimponix sanzjonijiet fuq kwalunkwe entità li ma tkunx issodisfat kif suppost l-obbligi ta’ rapportar tagħha, sakemm dik l-entità tkun qagħdet fuq il-lista skorretta b’bonafidi.

Artikolu 6

Tempestività

1.   It-tagħrif statistiku, kif speċifikat fl-Anness III, jiġi trażmess mill-BĊNi lill-BĊE fuq bażi annwali sal-għeluq tan-negozju fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ Mejju wara t-tmiem tas-sena li għaliha jirreferi.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta u b’liema perjodiċità għandhom bżonn jirċievu d-dejta mingħand l-aġenti li jirrapportaw sabiex jilħqu l-iskadenza għar-rapportar tagħhomlill-BĊE, u għandhom jinformaw lill-aġenti li jirrapportaw kif meħtieġ.

Artikolu 7

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju t-tagħrif li l-aġenti li jirrapportaw huma mitluba jagħtu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dan id-dritt huwa stess. B'mod partikolari, il-BĊNi jeżerċitaw dan id-dritt meta aġent li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards minimi tat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

Artikolu 8

L-ewwel rapportar

B’deroga mill-Artikolu 6, l-ewwel rapportar bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament jibda f’Ġunju 2015 bit-tagħrif statistiku li jirreferi għall-perjodu ta’ referenza tat-tieni nofs tas-sena kalendarja 2014 (jiġifieri sa minn Lulju 2014).

Artikolu 9

Proċedura simplifikata għall-emendi

Filwaqt li jqis il-fehmiet tal-STC, il-Bord Eżekuttiv huwa intitolat li jagħmel emendi tekniċi fl-annessi ta’ dan ir-Regolament, sakemm dawn l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’kull emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq (ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1.)

(3)  Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

(4)  Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(5)  Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).


ANNESS I

STRUTTURA ĠENERALI TAL-ISTATISTIKA TAL-ĦLASIJIET

PARTI 1   ĦARSA ĠENERALI

Parti 1.1   Ħarsa ġenerali lejn it-tabelli

1.

Statistika tal-ħlasijiet tiġi kkumpilata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) permezz tal-ġbir ta' dejta armonizzata speċifika ġestit fil-livell nazzjonali minn kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN). Il-kumpilazzjoni tad-dejta hija strutturata fil-forma ta’ seba’ tabelli kif deskritt aktar ’l isfel li fihom id-dejta nazzjonali dwar kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stat Membru taż-żona tal-euro”) li iktar ’il quddiem huma kkombinati f'tabelli komparattivi li jkopru l-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro.

Tabella

Deskrizzjoni tal-kontenut prinċipali

Tabella 1:

Istituzzjonijiet li joffru servizzi ta' ħlas lilistituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (istituzzjonijiet li mhumiex IFM)

Tqassim li juri n-numru ta’ depożiti overnight, in-numru ta' kontijiet ta’ ħlas, in-numru ta’ kontijiet ta’ flus elettroniċi u l-valur pendenti fuq ħażniet ta’ flus elettroniċi maħruġa, minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi, istituzzjonijiet ta’ ħlas u fornituri oħra ta' servizzi ta' ħlas (PSPs) u emittenti tal-flus elettroniċi

Tabella 2:

Funzjonijiet tal-kard tal-ħlas

Numru ta’ kards maħruġa minn PSPs residenti fil-pajjiż. Id-dejta dwar il-kards hija kkompilata bi tqassim skont il-funzjoni tal-kard

Tabella 3:

Tagħmir li jaċċetta l-kard tal-ħlas

Numru ta’ terminals ipprovduti minn PSPs residenti fil-pajjiż. Dejta fit-terminals tiddistingwi bejn magni tal-flus awtomatizzati (ATMs), terminals fil-punt tal-bejgħ (POS) u terminals tal-kard tal-flus elettroniċi

Tabelli 4:

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex IFM

In-numru u l-valur tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas mibgħuta u rċevuti minn istituzzjonijiet li mhumiex IFM permezz ta' PSPs residenti fil-pajjiż. It-tranżazzjonijiet huma kkompilati skont is-servizz ta' ħlas bi tqassim ġeografiku

Tabelli 5:

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas skont it-tip tat-terminal li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex IFM

In-numru u l-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas mibgħuta minn istituzzjonijiet li mhumiex IFM permezz ta’ PSPs. It-tranżazzjonijiet huma kkompilati skont it-tip ta’ terminal involut bi tqassim ġeografiku

Tabella 6:

Parteċipazzjoni fis-sistemi ta’ ħlas magħżulin

In-numru ta' parteċipanti f'kull sistema ta' ħlas li tinsab fil-pajjiż, b’distinzjoni bejn parteċipanti diretti u indiretti u fi ħdan il-parteċipanti diretti bi tqassim skont it-tip ta’ istituzzjoni

Tabella 7:

Ħlasijiet ipproċessati minn sistemi ta’ ħlas magħżulin

In-numru u l-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ipproċessati minn kull sistema ta’ ħlas li tinsab fil-pajjiż, skont is-servizz ta’ ħlas u bi tqassim ġeografiku

Parti 1.2   Tip ta’ informazzjoni

1.

Id-dejta tal-istokk, kif tinsab fit-Tabelli 1, 2, 3 u 6, tirreferi għat-tmiem tal-perjodu, jiġifieri l-pożizzjonijiet fl-aħħar jum ta' ħidma tas-sena kalendarja ta' referenza. L-indikaturi tal-valur pendenti fuq ħażniet ta’ flus elettroniċi maħruġa huma kkompilati f'euro u jirreferu għall-ħażniet ta' ħlas iddenominati fil-muniti kollha.

2.

Id-dejta tal-fluss, kif tinsab fit-Tabelli 4, 5 u 7, tirreferi għal tranżazzjonijiet ta' ħlas akkumulati matul il-perjodu, jiġifieri t-total għas-sena kalendarja ta' referenza. L-indikaturi tal-valur tat-tranżazzjonijiet huma kkompilati f'euro u jirreferu għal tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati fil-muniti kollha.

Parti 1.3   Konsolidazzjoni fi ħdan l-istess territorju nazzjonali

1.

Għal kull Stat Membru taż-żona tal-euro, il-popolazzjoni soġġetta għar-rapportar tikkonsisti minn PSPs u/jew operaturi tas-sistema ta' ħlas.

2.

Il-PSPs huma istituzzjonijiet inkorporati u li jinsabu f’dak it-territorju, inkluż sussidjarji tal-kumpaniji parent li jinsabu barra minn dak it-territorju, u fergħat ta’ istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju prinċipali barra minn dak it-territorju.

(a)

Is-sussidjarji huma entitajiet inkorporati separati li fihom entità oħra għandha maġġoranza jew parteċipazzjoni sħiħa.

(b)

Il-fergħat huma entitajiet mhux inkorporati mingħajr status legali indipendenti li huma kollha ta’ proprjetà tal-parent.

3.

Għall-finijiet tal-istatistika, il-prinċipji li ġejjin japplikaw għall-konsolidazzjoni tal-PSPs mingħajr konfini nazzjonali:

(a)

Jekk kumpanija parent u s-sussidjarji tagħha huma PSPs li jinsabu fl-istess territorju nazzjonali, il-kumpanija parent hija awtorizzata biex fil-prospetti tal-istatistika tagħha tikkonsolida n-negozju ta' dawn is-sussidjarji. Dan japplika biss f’ każ illi l-kumpanija parent u s-sussidjarji tagħha huma kklassifikati bħala l-istess tip ta’ PSP.

(b)

Jekk istituzzjoni jkollha fergħat li jinsabu fit-territorji tal-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro, l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali li jinsab fi Stat Membru partikolari taż-żona tal-euro jqis dawn il-fergħat bħala residenti fl-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro. Bil-kontra, fergħa li tinsab fi Stat Membru partikolari taż-żona tal-euro tqis l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali jew fergħat oħra tal-istess istituzzjoni li jinsabu fit-territorji tal-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro bħala residenti fl-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro.

(c)

Jekk istituzzjoni jkollha fergħat li jinsabu barra mit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali li jinsab fi Stat Membru partikolari taż-żona tal-euro iqis dawn il-fergħat bħala residenti tal-bqija tad-dinja. Bil-kontra, fergħa li tinsab fi Stat Membru partikolari taż-żona tal-euro tqis l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali jew il-fergħat l-oħra tal-istess istituzzjoni li jinsabu barra mill-Istati Membri taż-żona tal-euro bħala residenti fil-bqija tad-dinja.

4.

Għall-finijiet tal-istatistika, il-konsolidazzjoni tal-PSPs bejn konfini nazzjonali mhijiex permessa.

5.

Jekk operatur ta’ sistema ta' ħlas ikun responsabbli għal diversi sistemi ta' ħlas li jinsabu fl-istess territorju nazzjonali, l-istatistika għal kull sistema ta' ħlas tiġi rrapportata b'mod separat.

6.

Istituzzjonijiet li jinsabu f'ċentri finanzjarji offshore huma meqjusa statistikament bħala residenti tat-territorji fejn jinsabu ċ-ċentri.

PARTI 2   KARATTERISTIĊI SPEĊIFIĊI FIT-TABELLI 2 SA 7

Parti 2.1   Funzjonijiet tal-kard tal-ħlas (Tabella 2)

1.

Jekk “kard bil-funzjoni tal-ħlas (ħlief għal kards bil-funzjoni ta’ flus elettroniċi biss)” toffri diversi funzjonijiet, hija tingħadd f’kull subkategorija applikabbli. Għalhekk, in-numru totali tal-kards b’funzjoni ta’ ħlas, jista’ jkun iżgħar mis-somma tas-subkategoriji. Biex jiġi evitat l-għadd doppju, is-subkategoriji m'għandhomx jiġu magħduda flimkien.

2.

“Kard b’funzjoni ta’ flus elettroniċi” tista’ tkun jew “kard li fuqha l-flus elettroniċi jistgħu jiġu maħżuna direttament” jew “kard li tagħti aċċess għal flus elettroniċi maħżuna fuq kontijiet tal-flus elettroniċi”. Għalhekk, in-numru totali tal-kards b’funzjoni ta’ flus elettroniċi huwa s-somma taż-żewġ subkategoriji.

3.

In-numru totali tal-kards maħruġa mill-PSPs residenti huwa ddikjarat separatament fin-“numru totali tal-kards (irrispettivament tan-numru tal-funzjonijiet fuq il-kard)”. Dan l-indikatur jista’ ma jkunx neċessarjament is-somma tal-“kards b'funzjoni ta' flus kontanti”, “kards b'funzjoni ta' ħlas” u “kards b'funzjoni ta' flus elettroniċi”, billi dawn il-kategoriji jistgħu ma jkunux jeskludu lil xulxin.

4.

L-indikatur “kard b’funzjoni kkombinata ta’ debitu, ta’ flus kontanti u tal-flus elettroniċi” jirreferi għal kard maħruġa minn PSP, li għandha funzjoni kkombinata ta’ flus kontanti, tad-debitu u tal-flus elettroniċi. Barra minn hekk, f’kull subkategorija jiġu rrapportati:

(a)

“kards b’ funzjoni ta’ flus kontanti”;

(b)

“kards b’ funzjoni ta’ debitu”;

(c)

“kards b’ funzjoni ta' flus elettroniċi”.

5.

Jekk kard b’funzjoni kkombinata toffri funzjonijiet addizzjonali, hija tiġi rrapportata wkoll fis-subkategorija relevanti.

6.

Il-kards jingħaddu fuq in-naħa li toħroġ il-kard irrispettivament mir-residenza tad-detentur tal-kard jew il-post tal-kont li huwa marbut mal-kard.

7.

Kull pajjiż jirrapporta n-numru tal-kards li nħarġu mill-PSPs residenti fil-pajjiż, irrispettivament minn jekk il-kard ġietx ko-immarkata jew le.

8.

Kards li jinsabu fiċ-ċirkolazzjoni huma inklużi irrispettivament minn meta nħarġu jew jekk intużawx.

9.

Kards maħruġa minn skemi tal-kards, jiġifieri skemi bejn tliet partijiet jew erba’ partijiet, huma inklużi.

10.

Kards skaduti jew irtirati mhumiex inklużi.

11.

Kards maħruġa minn negozjanti, jiġifieri kards tal-konsumaturi, mhumiex inklużi, sakemm ma nħarġux f’kooperazzjoni ma’ PSP, jiġifieri huma ko-immarkati.

Parti 2.2   Tagħmir li jaċċetta kard tal-ħlas (Tabella 3)

1.

It-terminals kollha pprovduti minn PSPs residenti huma rrapportati, inkluż it-terminals li jinsabu fil-pajjiż li jirrapporta u t-terminals li jinsabu barra mill-pajjiż li jirrapporta.

2.

L-entità li tipprovdi t-terminals hija l-akkwirent, irrispettivament mis-sjieda tat-terminals. Għalhekk, it-terminals pprovduti mill-akkwirent biss huma magħduda.

3.

Terminals ipprovduti minn fergħat u/jew sussidjarji tal-PSP li jinsab barra mill-pajjiż mhumiex irrapportati mill-PSP parent, iżda mill-fergħat u/jew mis-sussidjarji nfushom.

4.

Kull terminal huwa magħdud b’mod individwali anke jekk jeżistu bosta terminals tal-istess tip fl-istess post tan-negozju.

5.

Jekk ATM toffri iktar minn funzjoni waħda, hija tingħadd f'kull subkategorija applikabbli. Għalhekk, in-numru totali tal-ATMs jista’ jkun iżgħar mis-somma tas-subkategoriji. Biex jiġi evitat l-għadd doppju, is-subkategoriji m'għandhomx jiġu magħduda flimkien.

6.

It-terminals POS huma maqsuma f’żewġ subkategoriji: “Terminals EFTPOS” u “terminals tal-kard tal-flus elettroniċi”. Dawn is-sub-kategoriji m’għandhomx jiġu magħduda, billi huma “li minnhom” u ma jammontawx għat-total.

7.

Jekk terminal tal-kard tal-flus elettroniċi toffri iktar minn funzjoni waħda, hija tingħadd f'kull sub-kategorija applikabbli. Għalhekk, in-numru totali tat-terminals tal-kard tal-flus elettroniċi jista’ jkun iżgħar mis-somma tas-subkategoriji. Biex jiġi evitat l-għadd doppju, is-subkategoriji m'għandhomx jiġu magħduda flimkien.

Parti 2.3   Tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex IFM (Tabella 4)

1.

It-tranżazzjonijiet ta’ ħlas huma mibdija minn istituzzjonijiet li mhumiex IFM lejn kwalunkwe kontroparti jew minn PSPs jekk il-kontroparti hija istituzzjoni li mhijiex IFM. Dawn jinkludu:

(a)

tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jseħħu bejn żewġ kontijiet miżmuma f’PSPs differenti u li huma eżegwiti permezz ta’ intermedjarju, jiġifieri fejn il-ħlasijiet jintbagħtu lil PSP ieħor jew lil sistema ta’ ħlas; u

(b)

tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jseħħu bejn żewġ kontijiet miżmuma fl-istess PSP, pereżempju tranżazzjonjiet on-us, bit-tranżazzjoni tiġi regolata jew fuq il-kontijiet tal-PSP innifsu, jew permezz ta’ intermedjarju, jiġifieri PSP ieħor jew sistema ta’ ħlas.

2.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas mibdija minn PSP residenti u eżegwiti b'ordni ta’ tranżazzjoni speċifika, jiġifieri permezz ta' tagħmir ta' ħlas, huma inklużi bħala “tranżazzjonijiet skont it-tip tas-servizz ta' ħlas”.

3.

Trasferiment ta’ fondi bejn kontijiet taħt l-istess isem, u wkoll bejn tipi differenti ta’ kontijiet huma inklużi skont is-servizz ta’ ħlas użat. Trasferimenti bejn tipi differenti ta' kontijiet jinkludu, pereżempju, trasferimenti minn depożitu trasferibbli għal kont li jżomm depożitu mhux trasferibbli.

4.

Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta’ ħlas f’ammonti kbar, kull tranżazzjoni ta’ ħlas individwali tiġi magħduda.

5.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas denominati f’munita barranija huma inkużi. Id-dejta tinqaleb f'euro bl-użu tar-rata tal-kambju ta’ referenza tal-BĊE jew rati tal-kambju applikati għal dawn it-tranżazzjonijiet.

6.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas mibdija minn PSP residenti u eżegwiti mingħajr ordni ta’ tranżazzjoni speċifika, jiġifieri mingħajr l-użu ta’ servizz ta’ ħlas, permezz ta’ entrata sempliċi fil-kotba ta’ istituzzjoni li mhijiex IFM, mhumiex inklużi. Jekk ma jistgħux jiġu distinti, dawn it-tranżazzjonijiet huma inklużi bħala “tranżazzjonijiet skont it-tip tas-servizz ta’ ħlas”.

Total tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas

7.

L-indikatur “total tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex IFM” huwa s-somma tas-sitt sub-kategoriji li jeskludu lil xulxin: “trasferimenti ta’ kreditu”, “debiti diretti”, “ħlasijiet bil-kards permezz ta’ kards maħruġa mill-PSPs residenti (ħlief għal kards b’funzjoni ta’ flus elettroniċi biss)”, “tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi”, “ċekkijiet” u “servizzi oħra ta’ ħlas”.

Trasferimenti ta’ kreditu

8.

Kull tranżazzjoni hija allokata lil subkategorija waħda biss, jiġifieri jew “mibdija f’forma bbażata fuq il-karta” jew “mibdija b'mod elettroniku”. Billi s-subkategoriji jeskludu lil xulxin, in-numru totali tat-trasferimenti ta’ kreditu huwa s-somma tas-subkategoriji. L-istess prinċipju japplika għall- valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu.

9.

It-trasferimenti ta’ kreditu rrapportati taħt “mibdija b’mod elettroniku” huma maqsuma wkoll f’ “mibdija f’fajl/lott” u “mibdija fuq bażi ta’ ħlas uniku”. Billi s-subkategoriji jeskludu lil xulxin, in-numru totali tat-trasferimenti ta’ kreditu mibdija b’mod elettroniku huwa s-somma tas-subkategoriji. L-istess prinċipju japplika għall- valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu mibdija b’mod elettroniku.

10.

Tinkludi trasferimenti ta’ kreditu mwettqa permezz ta’ ATMs b’funzjoni ta’ trasferiment ta’ kreditu.

11.

Tranżazzjonijiet li jinvolvu flus kontanti f’tarf wieħed jew fiż-żewġ trufijiet tat-tranżazzjoni ta’ ħlas, u li jinvolvu servizz ta’ ħlas ta’ trasferiment ta’ kreditu, huma wkoll inklużi bħala trasferimenti ta’ kreditu.

12.

Trasferimenti ta’ kreditu użati sabiex isir saldu ta’ bilanċi pendenti ta’ tranżazzjonijiet permezz ta’ kards b’funzjoni ta’ kreditu jew debitu ttardjat huma nklużi wkoll.

13.

Trasferimenti ta’ kreditu jinkludu t-trasferimenti ta’ kreditu kollha fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA – Single Euro Payments Area) kif ukoll it-tranżazzjonijiet li mhumiex SEPA. It-tranżazzjonijiet li mhumiex SEPA huma wkoll irrapportati fis-subkategorija “mhux SEPA”.

14.

Is-subkategoriji “mibdija f’fajl/lott” u “mibdija fuq bażi ta’ ħlas uniku” jinkludu t-tranżazzjonijiet kollha SEPA u dawk li mhumiex SEPA.

15.

“Tranżazzjonijiet domestiċi mibgħuta”, “tranżazzjonijiet transkonfinali mibgħuta” u “tranżazzjonijiet transkonfinali riċevuti” jinkludu kemm it-tranżazzjonijiet SEPA kif ukoll dawk li mhumiex SEPA.

16.

Il-ħlasijiet fi flus kontanti għal ġo kont permezz ta’ formola bankarja mhumiex inklużi fit-trasferimenti ta’ kreditu.

Debiti diretti

17.

Kemm id-debiti ta’ darba kif ukoll dawk rikorrenti huma inklużi. Fil-każ ta’ debiti diretti rikorrenti, kull ħlas individwali jingħadd bħala tranżazzjoni waħda.

18.

Id-debiti diretti użati sabiex biex isir saldu ta’ bilanċi pendenti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet permezz ta' kards b'funzjoni ta' kreditu jew debitu ttardjat huma inklużi, billi dawn huma ħlasijiet separati mid-detentur tal-kard għall-emittent tal-kard.

19.

Id-debiti diretti huma maqsuma wkoll f’ “mibdija f’fajl/lott” u “mibdija fuq bażi ta’ ħlas uniku”. Billi s-subkategoriji huma jeskludu lil xulxin, in-numru totali tad-debiti diretti huwa s-somma tas-subkategoriji. L-istess prinċipju japplika għal valur totali tad-debiti diretti.

20.

Id-debiti diretti jinkludu d-debiti diretti SEPA kollha kif ukoll it-tranżazzjonijiet li mhumiex SEPA. It-tranżazzjonijiet li mhumiex SEPA huma rrapportati wkoll fis-subkategorija “mhux SEPA”.

21.

Is-subkategoriji “mibdija f’fajl jew lott” u “mibdija fuq bażi ta’ ħlas uniku” jinkludu t-tranżazzjonijiet SEPA kollha u dawk li mhumiex SEPA.

22.

“Tranżazzjonijiet domestiċi mibgħuta”, “tranżazzjonijiet transkonfinali mibgħuta” u “tranżazzjonijiet transkonfinali riċevuti” jinkludu kemm it-tranżazzjonijiet SEPA kif ukoll dawk li mhumiex SEPA.

23.

Il-ħlasijiet fi flus kontanti minn kont permezz ta’ formola bankarja mhumiex inklużi fid-debiti diretti.

Ħlasijiet bil-kard

24.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas bil-kards maħruġa minn PSPs residenti huma rrapportati, irrispettivament mill-post tal-marka li taħtha jkun sar it-tranżazzjoni ta’ ħlas.

25.

Tranżazzjonijiet irrapportati minn servizz ta’ ħlas jinkludu d-dejta dwar it-tranżazzjonijiet bil-kard f’punti tal-bejgħ virtwali, pereżempju permezz tal-internet jew bit-telefon.

26.

Tranżazzjonijiet ta' ħlas isiru permezz ta' kards b'funzjoni ta' debitu, kreditu jew debitu ttardjat f’terminal jew permezz ta’ kanali oħra. It-tqassim li ġej tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas bil-kard jiġi rrapportat:

(a)

“ħlasijiet bil-kards b’funzjoni ta’ debitu”;

(b)

“ħlasijiet bil-kards b’funzjoni ta’ debitu ttardjat”;

(c)

“ħlasijiet bil-kards b’funzjoni ta’ kreditu;

(d)

“ħlasijiet bil-kards b’funzjoni ta’ debitu jew ta’ debitu ttardjat”;

(e)

“ħlasijiet bil-kards b’funzjoni ta’ kreditu jew ta’ debitu ttardjat”;

27.

Is-subkategoriji “ħlasijiet bil-kards b’funzjoni ta’ debitu jew debitu ttardjat” u “ħlasijiet bil-kards b’funzjoni ta’ kreditu jew debitu ttardjat” huma rrapportati biss jekk il-funzjoni tal-kard speċifika ma tistax tiġi identifikata.

28.

Kull tranżazzjoni hija allokata f'subkategorija waħda biss. Billi s-subkategoriji jeskludu lil xulxin, in-numru totali ta’ ħlasijiet bil-kard huwa s-somma tas-subkategoriji. L-istess prinċipju japplika għal valur totali tal-ħlasijiet bil-kard.

29.

It-tranżazzjonijiet ta’ ħlas bil-kards huma maqsuma wkoll f’“mibdija f’EFTPOS fiżiku” u “mibdija mill-bogħod” Billi s-subkategoriji jeskludu lil xulxin, in-numru totali tal-ħlasijiet bil-kard huwa s-somma tas-subkategoriji. L-istess prinċipju japplika għall-valur totali tal-ħlasijiet bil-kard.

30.

Il-ħlasijiet bil-kard permezz ta’ kards maħruġa minn PSPs residenti li għandhom biss funzjoni ta’ flus elettroniċi mhumiex inklużi.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ flus elettroniċi

31.

Kull tranżazzjoni hija allokata għal subkategorija waħda biss, jiġifieri “bil-kards li fuqhom il-flus elettroniċi jistgħu jinħażnu direttament” jew “b’kontijiet ta’ flus elettroniċi”. Billi s-subkategoriji jeskludu lil xulxin, in-numru totali tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas bi flus elettroniċi huwa s-somma tas-subkategoriji. L-istess prinċipju japplika għallvalur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi.

32.

Tranżazzjonijiet taħt “bil-kontijiet tal-flus elettroniċi” huma maqsuma wkoll biex jipprovdu informazzjoni fuq dawk “aċċessati permezz tal-kard”.

Ċekkijiet

33.

Ġbid ta’ flus kontanti biċ-ċekkijiet huwa nkluż.

34.

Ġbid ta' flus kontanti permezz ta' formoli bankarji mhuwiex inkluż.

35.

Ċekkijiet maħruġa imma mhux mibgħuta għall-ikklerjar m’humiex inklużi.

Tranżazzjonijiet transkonfinali

36.

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mibgħuta, biex jiġi evitat l-għadd doppju, tranżazzjonijiet transkonfinali jingħaddu fil-pajjiż fejn toriġina t-tranżazzjoni.

37.

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet riċevuti, biex jiġi evitat l-għadd doppju, tranżazzjonijiet transkonfinali jingħaddu fil-pajjiż fejn tiġi riċevuta t-tranżazzjoni.

38.

Id-differenza bejn “tranżazzjonijiet transkonfinali mibgħuta” u “tranżazzjonijiet transkonfinali riċevuti” turi d-dħul nett jew il-ħruġ tat-tranżazzjonijiet ġewwa jew barra mill-pajjiż ta’ rapportar.

Fluss tal-fondi

39.

Id-direzzjoni tal-fluss tal-fondi tiddependi mis-servizz ta’ ħlas u l-kanal tal-bidu użat:

(a)

fil-każ ta' trasferimenti ta’ kreditu, ħlasijiet ta' flus elettroniċi u tranżazzjonijiet simili fejn il-pagatur jibda t-tranżazzjoni, il-parteċipant li jibgħat huwa wkoll dak il-mittent tal-fondi, u l-parteċipant li jirċievi huwa d-destinatarju tal-fondi;

(b)

fil-każ tad-debiti diretti, ċekkijiet, ħlasijiet ta' flus elettroniċi u tranżazzjonijiet simili fejn min jitħallas jibda t-tranżazzjoni, il-parteċipant li jibgħat huwa d-destinatarju tal-fondi u l-parteċipant li jirċievi huwa l-mittent tal-fondi;

(c)

fil-każ ta’ ħlasijiet bil-kard, għalkemm min jitħallas jibda t-tranżazzjoni, it-trattament segwit minn dan ir-Regolament jikkorrispondi ma’ dak fejn il-pagatur jibda t-tranżazzjoni.

Parti 2.4   Tranżazzjonijiet ta’ ħlas skont it-tip ta’ terminal li jinvolvi istituzzjonijiet li mhumiex IFM (Tabella 5)

1.

L-indikaturi kollha f’din it-tabella jirreferu għal flus kontanti jew tranżazzjonijiet ta’ ħlas mingħajr flus kontanti li jsiru f’terminal fiżiku (mhux virtwali).

2.

PSPs residenti jipprovdu informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet kollha ta’ ħlas f’terminals ipprovduti (jiġifieri akkwistati) mill-PSPs.

3.

PSPs residenti jipprovdu informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet kollha ta’ ħlas, bil-kards maħruġa mill-PSPs, f’terminals ipprovduti minn PSPs residenti.

4.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas f’terminals Ipprovduti minn fergħat jew sussidjarji tal-PSP barra mill-pajjiż mhumiex irrapportati mill-PSP parent.

5.

tranżazzjonijiet skont it-tip ta’ terminal huma maqsuma fi tliet kategoriji differenti bbażati fuq ir-residenza tal-PSP. Il-kategoriji f’punti (a) u (b) aktar ‘l isfel huma magħduda fuq in-naħa li takkwista u l-kategorija f'punt (c) aktar ’l isfel hija magħduda fuq in-naħa li toħroġ:

(a)

tranżazzjonijiet ta’ ħlas fit-terminals ipprovduti mill-PSPs residenti bil-kards maħruġa minn PSPs residenti;

(b)

tranżazzjonijiet ta’ ħlas fit-terminals ipprovduti minn PSPs residenti bil-kards maħruġa minn PSPs li mhumiex residenti;

(c)

it-tranżazzjonijiet fit-terminals pprovduti minn PSPs li mhumiex residenti bil-kards maħruġa minn PSPs residenti.

6.

Is-subkategoriji f’kull kategorija (a), (b) u (c) imsemmija f’punt 5 m’għandhomx jiġu magħduda.

7.

F’din it-tabella, it-tqassim ġeografiku huwa bbażat fuq il-post tat-terminal.

Parti 2.5   Parteċipazzjoni f’ sistemi ta’ ħlas magħżula (Tabella 6)

1.

Din it-tabella tirreferi għan-numru, it-tip u s-settur istituzzjonali tal-parteċipanti (irrispettivament mill-post tagħhom) f’sistema ta’ ħlas.

2.

L-indikatur “numru ta’ parteċipanti” huwa s-somma taż-żewġ subkategoriji li jeskludu lil xulxin “parteċipanti diretti” u “parteċipanti indiretti”.

3.

L-indikatur “parteċipanti diretti” huwa s-somma tat-tliet subkategoriji li jeskludu lil xulxin “istituzzjonijiet ta' kreditu”, “bank ċentrali” u “parteċipanti diretti oħrajn”.

4.

L-indikatur “parteċipanti diretti oħra” huwa s-somma tal-erba’ subkategoriji li jeskludu lil xulxin “amministrazzjoni pubblika”, “organizzazzjonijiet tal-ikklerjar u tas-sald”, “istituzzjonijiet finanzjarji oħra” u “oħrajn”.

Parti 2.6   Ħlasijiet ipproċessati minn sistemi ta’ ħlas magħżulin (Tabella 7)

1.

Din it-tabella tirreferi għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas ipproċessati permezz ta’ sistema ta’ ħlas.

2.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ PSP fil-kont tiegħu stess jiġu rrapportati fl-indikaturi relevanti f’din it-tabella.

3.

F’ każ ta’ sistema ta’ ħlas, li fiha sistema ta’ ħlas oħra, pereżempju sistema ta’ ħlas anċillari, tissetilja l-pożizzjonijiet tagħha, imbagħad japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)

is-sistema ta’ saldu tirrapporta n-numru attwali ta’ operazzjonijiet ta’ saldu u l-ammont attwali rregolat;

(b)

fejn tranżazzjonijiet ta’ ħlas jiġu kklerjati barra mis-sistema ta’ ħlas u jsir saldu ta’ pożizzjonijiet netti biss permezz tas-sistema ta’ ħlas, it-tranżazzjonijiet għas-saldu tal-pożizzjonijiet netti biss huma magħduda, u dawn jiġu allokati għas-servizz ta’ ħlas użat għat-tranżazzjoni ta’ saldu.

4.

Kull tranżazzjoni ta’ ħlas tingħadd darba biss fuq in-naħa tal-parteċipant li jibgħat, jiġifieri d-debitar tal-kont tal-pagatur u l-ikkreditjar tal-kont ta’ min jitħallas ma jingħaddux separatament. Irreferi għas-sezzjoni dwar il-fluss tal-fondi f’Parti 2.3 aktar ’il fuq.

5.

Għal trasferimenti ta’ kreditu multipli, jiġifieri ħlasijiet f’ammonti kbar, kull partita tal-ħlas tiġi magħduda.

6.

Fil-każ tas-sistemi ta’ netting, huwa n-numru gross u l-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas li huwa rrapportat, u mhux ir-riżultat wara n-netting.

7.

Is-sistemi ta' ħlas jiddistingwu u jirrapportaw it-tranżazzjonijiet domestiċi u dawk transkonfinali skont ir-residenza tal-parteċipanti li jibagħtu u jirċievu. Il-klassifikazzjoni “tranżazzjonijiet domestiċi” jew “tranżazzjonijiet transkonfinali” tirrifletti l-post fejn jinsabu l-partijiet involuti.

8.

Biex jiġi evitat l-għadd doppju, it-tranżazzjonijiet transkonfinali jingħaddu fil-pajjiż fejn toriġina t-tranżazzjoni.

9.

L-indikatur “ħlasijiet bil-kard” jinkludi tranżazzjonijiet tal-ATM jekk id-dejta ma tistax tinqasam; inkella t-tranżazzjonijiet tal-ATM jidhru fl-indikatur separat ta’ “tranżazzjonijiet tal-ATM”.

10.

L-indikatur “ħlasijiet bil-kard” jinkludi t-tranżazzjonijiet kollha ta' ħlas ipproċessati fis-sistema ta' ħlas, irrispettivament minn fejn inħarġet jew intużat il-kard.

11.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas ikkanċellati huma esklużi. Tranżazzjonijiet li iktar ’il quddiem huma suġġetti għal tranżazzjoni taċ-ċaħda huma inklużi.


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET TAD-DEJTA

Terminu

Definizzjoni

Aġent (Agent)

“Aġent” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Akkwirent (Acquirer)

Dan it-terminu huwa applikabbli fil-każijiet li ġejjin:

(a)

L-entità li żżomm il-kontijiet ta’ depożitu għal dawk li jaċċettaw il-kard, jiġifieri n-negozjanti, u li lilha min jaċċetta l-kard jittrażmetti d-dejta relatata mat-tranżazzjonijiet. L-akkwirent huwa responsabbli għall-ġbir tat-tagħrif tat-tranżazzjoni u s-saldu ma’ dawk li jaċċettaw il-kard.

(b)

Fit-tranżazzjonijiet fil-punt tal-bejgħ (POS – point-of-sale), l-entità li lilha min jaċċetta l-kard, normalment negozjant, jittrażmetti l-informazzjoni neċessarja sabiex il-ħlas bil-kard jiġi pproċessat. L-akkwirent huwa l-entità li jiġġestixxi l-kont tan-negozjant.

(c)

Fit-tranżazzjonijiet tal-magni tal-flus awtomatizzati (ATM), l-entità li tagħmel il-karti tal-flus disponibbli lid-detentur tal-kard, jew direttament jew jintużaw fornituri terzi.

(d)

L-entità li tipprovdi t-terminals, irrispettivament minn min hu s-sid tat-terminals.

Akkwist (Acquiring)

Tfisser servizzi li jippermettu lil min jitħallas biex jaċċetta strument ta’ ħlas jew tranżazzjoni ta’ ħlas, billi jipprovdu awtentikazzjoni, awtorizzazzjoni, u servizzi għas-saldu li jirriżultaw fi trasferiment ta’ fondi lil min jitħallas.

Amministrazzjoni pubblika (Public administration)

Unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux għas-suq li l-prodott tagħhom huwa maħsub għall-konsum individwali u kollettiv, u li huma ffinanzjati minn ħlasijiet obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u unitajiet istituzzjonali prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid nazzjonali, kif definiti fir-rigward ta’ settur tal-gvern ġenerali.

Antiċipi ta’ flus kontanti fit-terminals POS (Cash advances at POS terminals)

Tranżazzjonijiet li fihom id-detentur tal-kard jirċievi flus kontanti f'terminal POS flimkien ma' tranżazzjoni ta’ ħlas għal prodotti jew servizzi.

Jekk mhuwiex possibbli li tiġi distinta d-dejta fuq antiċipi ta’ flus kontanti fit-terminali POS, din hija rrapportata bħala “tranżazzjonijiet POS”.

ATM (magna tal-flus awtomatizzata) (ATM (automated teller machine))

Strument elettromekkaniku li jippermetti lill-utenti awtorizzati, li tipikament jużaw kards fiżiċi li jinqraw mill-magni, li jiġbdu l-flus mill-kontijiet tagħhom u/jew jaċċessaw servizzi oħra, li jħallihom, per eżempju, jitolbu tagħrif dwar il-bilanċ, jittrasferixxu l-fondi jew jiddepożitaw il-flus.

Strument li jippermetti biss talba għal tagħrif dwar il-bilanċ ma jikkwalifikax bħala ATM.

L-ATM tista’ titħaddem online, b’talba għall-awtorizzazzjoni f’ħin reali, jew offline.

ATM b’funzjoni ta’ ġbid ta’ flus kontanti (ATM with a cash withdrawal function)

ATM li tippermetti lill-utenti awtorizzati li jiġbdu l-flus kontanti mill-kontijiet tagħhom billi jużaw kard b'funzjoni ta' flus kontanti.

ATM b’funzjoni ta’ trasferiment ta’ kreditu (ATM with a credit transfer function)

ATM li tippermetti lill-utenti awtorizzati li jagħmlu trasferimenti ta’ kreditu permezz ta’ kard tal-ħlas.

Bank ċentrali (Central bank)

Korporazzjoni finanzjarja u kważi-korporazzjoni li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija l-ħruġ tal-munita, iż-żamma tal-valur intern u estern tal-munita u l-kontroll tar-riżervi internazzjonali kollha tal-pajjiż jew ta’ parti minnhom..

Ċekk (Cheque)

Ordni bil-miktub minn parti waħda, jiġifieri it-traent, lill-ieħor, jiġifieri it-trattarju li normalment huwa istituzzjoni ta’ kreditu, li jirrikjedi li t-trattarju jħallas somma speċifika fuq talba lit-traent jew lil parti terza speċifikata mit-traent. għall-bidu

Debiti diretti li minnhom: mhux SEPA (Direct debits of which: non-SEPA)

Debiti diretti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-debiti diretti tas-SEPA, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 260/2012.

Debitu dirett (Direct debit)

Servizz ta’ ħlas għall-iddebitjar tal-kont tal-ħlas tal-pagatur, potenzjalment fuq bażi rikorrenti, fejn it-tranżazzjoni ta’ ħlas tinbeda minn min jitħallas abbażi tal-kunsens mogħti mill-pagatur lil min jitħallas, lill-PSP ta’ min jitħallas jew lill-PSP tal-pagatur innifsu.

Debitu dirett mibdi f’fajl/lott (Direct debit initiated in a file/batch)

Debitu dirett mibdi b'mod elettroniku li huwa parti minn grupp ta' debiti diretti mibdija b'mod konġunt mill-pagatur. Kull debitu dirett li jinsab f’lott jingħadd bħala debitu dirett separat meta jirrapporta n-numru ta’ tranżazzjonijiet.

Debitu dirett mibdi fuq bażi tal-ħlas uniku (Direct debit initiated on a single payment basis)

Debitu dirett mibdi b’mod elettroniku li huwa indipendenti minn debiti diretti oħra, jiġifieri li ma jifformax parti minn grupp ta' debiti diretti mibdija b'mod konġunt.

Depożiti trasferibbli (Transferable deposits)

Depożiti li jaqgħu fil-kategorija ta’ “depożiti overnight”, li huma direttament trasferibbli fuq talba biex isiru ħlasijiet lil aġenti ekonomiċi oħrajn permezz ta’ mezzi ta’ ħlas użati b’mod komuni, mingħajr dewmien sinifikanti, restrizzjoni jew penali.

Depożitu ta’ flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi) (ATM cash deposit (except e-money transactions))

Depożitu ta' flus kontanti magħmul fl-ATM permezz ta’ kard b’funzjoni ta’ flus kontanti. Tinkludi t-tranżazzjonijiet kollha li fihom il-flus kontanti jiġu ddepożitati f’terminal, mingħajr intervent manwali, u l-pagatur jiġi identifikat permezz ta’ kard tal-ħlas.

Emittent ieħor ta’ flus elettroniċi (Other e-money issuer)

Emittenti oħra ta’ flus elettroniċi li mhumiex “istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi” u “istituzzjonijiet ta’ kreditu”. Irreferi għad-definizzjoni tal-“emittenti ta’ flus elettroniċi”.

Emittent tal-flus elettroniċi (Electronic money issuer)

“Emittent tal-flus elettroniċi” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE;

Emittent tal-kard (Card issuer)

Istituzzjoni finanzjarja li tagħmel il-kards tal-ħlas disponibbli għad-detenturi tal-kards, tawtorizza t-tranżazzjonijiet fit-terminals POS jew fl-ATMs u tiggarantixxi l-ħlas lill-akkwirent għal tranżazzjonijiet li huma f’konformità mar-regoli tal-iskema relevanti.

Fil-każ ta' skemi bejn tliet partijiet, l-emittent tal-kard huwa l-iskema tal-kard innifisha.

Fil-każ ta’ skemi bejn erba’ partijiet, dawn l-entitajiet li ġejjin jistgħu ikunu emittenti tal-kard:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)

impriża li hija membru ta’ skema tal-kard u għandha relazzjoni kontrattwali ma’ detentur tal-kard li tirriżulta fid-dispożizzjoni u l-użu ta’ kard li hija parti minn dik l-iskema tal-kard.

Fergħa (Branch)

Post ta’ negozju li mhuwiex l-uffiċċju prinċipali li jinsab fil-pajjiż li jirrapporta u stabbilit minn fornitur tas-servizz ta’ ħlas (PSP) legalment inkorporat f'pajjiż ieħor. M’għandha l-ebda personalità legali u direttament twettaq ftit mit-tranżazzjonijiet jew it-tranżazzjonijiet kollha inerenti fin-negozju tal-PSP.

Il-postijiet kollha tan-negozju stabbiliti fil-pajjiż li jirrapporta mill-istess istituzzjoni li hija legalment inkorporata f’pajjiż ieħor jikkostitwixxu fergħa unika. Kull wieħed minn dawn il-postijiet tan-negozju jingħadd bħala uffiċju individwali.

Flus elettroniċi (Electronic money)

Valur monetarju maħżun elettronikament, li jinkludi b’mod manjetiku, kif irrappreżentat minn klejm fuq l-emittent li tinħareġ malli jiġu rċevuti l-fondi għall-iskop ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif definiti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2007/64/KE, u li huwa aċċettat minn persuna fiżika jew ġuridika li mhijiex l-emittent tal-flus elettroniċi.

Flus kontanti (Cash)

Karti tal-flus u muniti fil-kmamar ta’ sigurtà tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM)

Muniti kommemorattivi li mhumiex normalment użati biex jitwettqu tranżazzjonijiet ta' ħlas mhumiex inklużi.

Fondi (Funds)

Karti tal-flus u muniti, flus iddepożitati u flus elettroniċi.

Fornituri ta’ servizz ta’ ħlas (PSPs) (Payment service providers (PSPs))

“Fornituri ta’ servizz ta’ ħlas” huma dawk imniżżla fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Ġbid ta’ flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi) (ATM cash withdrawal (except e-money transactions))

Ġbid ta' flus kontanti magħmula fl-ATM permezz ta’ kard b’funzjoni ta’ flus kontanti.

Ħlas ta’ flus kontanti bil-quddiem fit-terminals POS bl-użu ta’ kard b’funzjoni ta’ debitu, kreditu jew debitu ttardjat huwa inkluż biss jekk mhuwiex konness ma’ tranżazzjoni ta’ ħlas.

Ġbid ta’ flus kontanti flimkien ma’ tranżazzjoni ta’ ħlas mhumiex inklużi. Minflok, dawn huma “tranżazzjonijiet POS”.

Ħlas bil-kard (Card payment)

Tranżazzjoni ta' ħlas magħmula b'kard b'funzjoni ta' debitu, kreditu jew debitu ttardjat f’terminal jew permezz ta’ kanali oħra.

Ħlas bil-kard inizjat fl-EFTPOS fiżiku (Card payment initiated at a physical EFTPOS)

Tranżazzjoni ta' ħlas bil-kard inizjata b’mod elettroniku f'POS fiżika li tippermetti trasferimenti ta’ fond elettroniku. Din il-partita tipikament tinkludi ħlas bil-kards permezz ta’ trasferiment ta’ fondi elettroniċi fil-punt tal-bejgħ (EFTPOS) f’post tan-negozjant. Ma tinkludix tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi.

Ħlas ta’ flus elettroniċi (E-money payment)

Tranżazzjoni fejn detentur tal-flus elettroniċi jittrasferixxi valur ta’ flus elettroniċi mill-bilanċ tiegħu stess għall-bilanċ tal-benefiċjarju, jew permezz ta’ kard li fuqha l-flus elettroniċi jistgħu jinħażnu direttament jew permezz ta’ kontijiet tal-flus elettroniċi oħra.

Ħlas ta’ flus elettroniċi permezz ta’ kards li fuqhom jistgħu jinħażnu direttament flus elettroniċi (E-money payment with cards on which e-money can be stored directly)

Tranżazzjoni fejn id-detentur ta' kard b’funzjoni tal-flus elettroniċi jittrasferixxi l-valur tal-flus elettroniċi mill-bilanċ tiegħu maħżun fuq il-kard għall-bilanċ tal-benefiċjarju.

Ħlas tal-flus elettroniċi bil-kontijiet tal-flus elettroniċi li minnhom: aċċessati permezz ta’ kard (E-money payment with e-money accounts of which: accessed through a card)

Tranżazzjoni fejn kard tintuża biex taċċessa kont tal-flus elettroniċi u sussegwentament fondi huma ttrasferiti mill-kont tal-flus elettroniċi tal-pagatur għall-kont ta’ min jitħallas. Ara d-definizzjoni ta’ “kontijiet tal-flus elettroniċi”.

Ħlas tal-flus elettroniċi permezz ta’ kontijiet tal-flus elettroniċi (E-money payment with e-money accounts)

Tranżazzjoni fejn il-fondi jiġu ttrasferiti mill-kont tal-flus elettroniċi tal-pagatur, għall-kont ta’ min jitħallas. Ara d-definizzjoni tal-“kontijiet tal-flus elettroniċi”.

Ħlasijiet b’kards b’funzjoni ta’ debitu u/jew ta’ debitu ttardjat (Payments with cards with a debit and/or delayed debit function)

Tranżazzjonijiet ta' ħlas magħmula bl-użu ta' kard b’funzjoni ta' kreditu u/jew debitu ttardjat f’terminal fiżiku jew permezz ta’ kanali oħra. Din is-subkategorija hija rrapportata biss jekk id-dejta ma tistax tinqasam fi “ħlasijiet bl-użu ta’ kards b’funzjoni ta' debitu” u “ħlasijiet bl-użu ta’ kards b’funzjoni ta’ debitu ttardjat”.

Ħlasijiet b’kards b’funzjoni ta’ kreditu u/jew ta’ debitu ttardjat (Payments with cards with a credit and/or delayed debit function)

Tranżazzjonijiet ta' ħlas magħmula permezz ta' kard b’funzjoni ta' kreditu u/jew debitu ttardjat f’terminal fiżiku jew permezz ta’ kanali oħra. Din is-subkategorija hija rrapportata biss jekk id-dejta ma tistax tinqasam fi “ħlasijiet bl-użu ta’ kards b’funzjoni ta' kreditu” u “ħlasijiet bl-użu ta’ kards b’funzjoni ta’ debitu ttardjat”.

Ħlasijiet bil-kards permezz ta’ kards maħruġa mill-PSPs residenti (ħlief għal kards b’funzjoni ta’ flus elettroniċi biss) (Card payments with cards issued by resident PSPs (except cards with an e-money function only))

Tranżazzjoni ta' ħlas magħmula bl-użu ta' kards b'funzjoni ta' debitu, kreditu jew debitu ttardjat f’terminal jew permezz ta’ kanali oħra.

It-tranżazzjonijiet kollha ta’ ħlas mibdija b’kard huma inklużi, jiġifieri:

(a)

it-tranżazzjonijiet kollha li fihom l-akkwirent u l-emittent tal-kard huma entitajiet differenti; u

(b)

it-tranżazzjonijiet kollha li fihom l-akkwirent u l-emittent tal-kard huma l-istess entità.

Tnaqqis mill-kont tal-PSP li jirriżulta minn saldu ta’ tranżazzjoni bil-kard li fiha l-akkwirent u l-emittent tal-kard huma l-istess entità huma inklużi.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz tat-telefon jew permezz tal-internet bl-użu tal-kard huma inklużi.

Tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi m’humiex inklużi.

Ġbid ta’ flus kontanti u depożiti fl-ATMs mhumiex inklużi. Dawn huma rrapportati bħala “ġbid ta’ flus kontanti mill-ATM” jew “depożiti ta’ flus kontanti mill-ATM”.

Trasferimenti ta’ kreditu fl-ATMs mhumiex inklużi. Dawn huma rrapportati bħala “trasferimenti ta’ kreditu”.

Ħlas ta’ flus kontanti fit-terminals POS mhumiex inklużi.

Ħlasijiet bil-kards permezz ta’ kards maħruġa mill-PSPs residenti mibdija mill-bogħod (Card payments with cards issued by resident PSPs initiated remotely)

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz tal-kards mibdija b'mod elettroniku li mhumiex mibdija f'terminal POS fiżiku. Din il-partita tipikament tinkludi ħlasijiet bil-kards għall-prodotti u s-servizzi mixtrija bit-telefon jew permezz tal-internet.

Ħlasijiet bl-użu ta’ kards b’funzjoni ta’ kreditu (Payments with cards with a credit function)

Tranżazzjonijiet ta' ħlas magħmula permezz ta’ kard b’funzjoni ta' kreditu f’terminal fiżiku jew permezz ta’ kanali oħra.

Ħlasijiet permezz ta’ kards b’funzjoni ta’ debitu (Payments with cards with a debit function)

Tranżazzjonijiet ta' ħlas magħmula permezz ta' kard b’funzjoni ta' kreditu f’terminal fiżiku jew permezz ta’ kanali oħra.

Ħlasijiet permezz ta’ kards b’funzjoni ta’ debitu ttardjat (Payments with cards with a delayed debit function)

Tranżazzjonijiet ta' ħlas magħmula permezz ta' kards b’funzjoni ta' debitu ttardjat f’terminal fiżiku jew permezz ta’ kanali oħra.

Istituzzjoni li mhijiex IFM (Non-MFI)

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li ma tappartjenix għas-settur tal-IFM.

Għall-finijiet tal-istatistika tal-ħlasijiet, il-PSPs kollha huma esklużi mis-settur “istituzzjonijiet li mhumiex IFM”.

Istituzzjoni ta’ kreditu (Credit institution)

“Istituzzjoni ta’ kreditu” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Istituzzjoni tal-flus elettroniċi (Electronic money institution)

“Istituzzjoni tal-flus elettroniċi” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE;

Istituzzjoni tal-ħlas (Payment institution)

“Istituzzjoni tal-ħlas” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM) (Monetary financial institutions (MFIs))

IFM jikkonsistu mill-unitajiet istituzzjonali kollha inklużi fis-subsetturi bank ċentrali (S.121), korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122) u fondi tas-suq tal-flus (MMF) (S.123) kif stipulati fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (2).

Istituzzjonijiet finanzjarji oħra (Other financial institutions)

L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jipparteċipaw f’sistema ta’ ħlas li huma taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet relevanti, jiġifieri jew il-bank ċentrali jew il-kontrollur prudenzjali, imma mhumiex inklużi fid-definizzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Istituzzjonijiet li joffru servizzi ta’ ħlas lil istituzzjonijiet li mhumiex IFM (Institutions offering payment services to non-MFIs)

Tikkonsisti mill-PSPs kollha, li minnhom indikaturi magħżula għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet ta' ħlas u emittenti tal-flus elettroniċi, għandhom jiġu rrapportati fit-Tabella 1.

Kard (Card)

Strument li jista’ jintuża mid-detentur tiegħu jew biex iwettaq tranżazzjonijiet jew biex jiġbed il-flus.

Il-kards joffru lid-detentur tal-kard, skont il-ftehim mal-emittent tal-kard, waħda jew iktar mill-funzjonijiet li ġejjin: flus kontanti, debitu, debitu ttardjat, kreditu u flus elettroniċi.

Il-kards marbutin ma’ kont ta’ flus elettroniċi huma inklużi fil-kategorija ta’ “kards b’funzjoni ta’ flus elettroniċi” kif ukoll f’kategoriji oħra skont il-funzjonijiet offruti mill-kard.

Il-kards jingħaddu fuq in-naħa tal-parteċipant li jibgħat (jiġifieri in-naħa li toħroġ il-kard).

Kard b’funzjoni kkombinata ta’ debitu, ta’ flus kontanti u tal-flus elettroniċi (Card with a combined debit, cash and e-money function)

Kard maħruġa minn PSP, li għandha l-funzjoni kkombinata ta’ flus kontanti, tad-debitu u tal-flus elettroniċi.

Kard b’funzjoni ta’ flus kontanti (Card with a cash function)

Kard li tippermetti lid-detentur li jiġbed il-flus kontanti minn ATM u/jew jiddepożita flus kontanti f’ATM.

Kard b’funzjoni ta’ kreditu jew b’funzjoni ta’ debitu ttardjat (Card with a credit or delayed debit function)

Kard li għandha l-funzjoni ta’ kreditu jew ta’ debitu ttardjat.

Din il-kategorija hija rrapportata biss jekk id-dejta ma tistax tinqasam f’ “kards b’funzjoni ta' kreditu” u “kards b’funzjoni ta’ debitu ttardjat”.

Kard b’funzjoni ta' flus elettroniċi (Card with an e-money function)

Kard li tippermetti tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi.

Kards li fihom jistgħu jinħażnu direttament flus elettroniċi u kards li jagħtu aċċess lill-flus elettroniċi maħżuna fil-kontijiet tal-flus elettroniċi huma inklużi.

Kard b’funzjoni ta' flus elettroniċi li ġiet ikkreditata mill-inqas darba (Card with an e-money function which has been loaded at least once)

Kard b’funzjoni ta’ flus elettroniċi li ġiet ikkreditata mill-inqas darba u għalhekk tista’ għalhekk titqies bħala attivata. L-ikkreditar jista’ jiġi interpretat bħala indikazzjoni tal-intenzjoni li tintuża l-funzjoni tal-flus elettroniċi.

Kard b’funzjoni ta’ debitu (Card with a debit function)

Kard li tippermetti li d-detenturi tal-kard ikollhom ix-xiri tagħhom direttament u immedjatament addebitat fil-kontijiet tagħhom, kemm jekk miżmumin mill-emittent tal-kard kif ukoll jekk le.

Kard b’funzjoni ta' debitu tista’ tkun marbuta ma’ kont li joffri faċilitajiet ta’ overdraft bħala element addizzjonali. In-numru ta’ kards b’funzjoni ta' debitu jirreferi għan-numru totali ta’ kards fiċ-ċirkolazzjoni u mhux għan-numru ta’ kontijiet li huma marbuta mal-kards.

L-element distingwibbli ta’ kard b’ funzjoni ta' debitu, f’kuntrast ma’ kard b’ funzjoni ta’ kreditu jew b’funzjoni ta’ debitu ttardjat, huwa l-ftehim kuntrattwali biex jiċċarġja x-xiri direttament mill-fondi fuq il-kont kurrenti tad-detentur tal-kard.

Kard b’funzjoni ta’ debitu jew ta’ debitu ttardjat (Card with a debit or delayed debit function)

Kard li għandha funzjoni ta’ debitu jew funzjoni ta’ debitu ttardjat.

Din il-kategorija hija rrapportata biss jekk id-dejta ma tistax tinqasam f’“kards b’funzjoni ta' debitu” u “kards b’funzjoni ta’ debitu ttardjat”.

Kard b’funzjoni ta’ debitu ttardjat (Card with a delayed debit function)

Kard li tippermetti lid-detenturi tal-kard li jkollhom ix-xirjiet tagħhom iċċarġjati lill-kont mal-emittent tal-kard, sa limitu awtorizzat. Il-bilanċ f’dan il-kont imbagħad jitħallas bis-sħiħ fl-aħħar ta’ perjodu predefinit. Id-detentur huwa normalment iċċarġjat tariffa annwali.

L-element distingwibbli ta’ kard b’funzjoni ta’ debitu ttardjat, f’kuntrast ma’ kard b’funzjoni ta’ kreditu jew b’funzjoni ta’ debitu, huwa l-ftehim kuntrattwali li jagħti linja ta’ kreditu iżda bl-obbligu li jitħallsu d-djun imġarrba fl-aħħar tal-perjodu pre-definit. Din it-tip ta' kard hija komunament magħrufa bħala “kard ta' imposta”.

Kard b’funzjoni ta’ ħlas (ħlief għal kards b’funzjoni ta’ flus elettroniċi biss) (Card with a payment function (except cards with an e-money function only))

Kard li għandha tal-inqas waħda minn dawn il-funzjonijiet li ġejjin: funzjoni ta’ debitu, funzjoni ta’ debitu ttardjat jew funzjoni ta’ kreditu. Il-kard jista’ jkollha wkoll funzjonijiet oħrajn, bħal funzjoni ta’ flus elettroniċi, iżda kards b’ funzjoni ta’ flus elettroniċi biss ma jingħaddewx f’din il-kategorija.

Kard b’funzjoni ta’ kreditu (Card with a credit function)

Kard li tippermetti lid-detenturi tal-kard li jixtru u f’ċerti każijiet ukoll jiġbdu l-flus kontanti sa massimu miftiehem minn qabel. Il-kreditu mogħti jista’ jitħallas kollu sal-aħħar ta’ perjodu speċifikat jew jista’ jitħallas in parti, bil-bilanċ jittieħed bħala kreditu estiż li fuqu normalment ikun hemm l- imgħax.

Il-fattur li jiddistingwi kard b’funzjoni ta’ kreditu, f’kuntrast ma’ kard b’funzjoni ta’ debitu jew b’funzjoni ta’ debitu ttardjat, huwa l-ftehim kuntrattwali li jiggarantixxi lid-detentur tal-kard linja ta’ kreditu li tippermetti l-kreditu estiż.

Kards li fuqhom jistgħu jinħażnu l-flus elettroniċi b’mod dirett (Cards on which e-money can be stored directly)

Flus elettroniċi miżmuma fil-kard li tinsab fil-pussess tad-detentur tal-flus elettroniċi. Irreferi wkoll għad-definizzjoni ta’ “flus elettroniċi”.

Kards li jagħtu aċċess lill-flus elettroniċi maħżuna fil-kontijiet tal-flus elettroniċi (Cards which give access to e-money stored on e-money accounts)

Irreferi għad-definizzjoni ta’ “kontijiet tal-flus elettroniċi”.

Kont tal-ħlas (Payment account)

“Kont tal-ħlas” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE;

Kontijiet ta’ flus elettroniċi (E-money accounts)

Kontijiet fejn jiġu maħżuna l-flus elettroniċi. Il-bilanċ fil-kont jista’ jintuża mid-detentur tal-kont biex isiru ħlasijiet u trasferiment ta’ fondi bejn il-kontijiet. Kards li fuqhom jistgħu jinħażnu direttament il-flus elettroniċi huma esklużi.

Kontijiet ta’ flus elettroniċi aċċessati permezz ta’ kard (E-money accounts accessed through a card)

Irreferi għad-definizzjoni tal-“kontijiet ta' flus elettroniċi” u tal-“kards b’funzjoni ta' flus elettroniċi”.

L-ikkreditar u d-debitar ta’ kard ta’ flus elettroniċi (E-money card-loading and unloading)

Tranżazzjonijiet li jippermettu t-trasferiment tal-valur tal-flus elettroniċi minn emittent tal-flus elettroniċi għal kard b’funzjoni tal-flus elettroniċi u viċe versa. Kemm tranżazzjonijiet ta’ kkreditar kif ukoll dawk ta’ debitar huma inklużi.

Marka (Brand)

Prodott ta’ ħlas partikolari, speċjalment kard, li kienet liċenzjata mill-proprjetarju tagħha għall-użu f'territorju speċifiku.

Min iħallas (Payee)

“Min iħallas” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Negozjant (Merchant)

Entità li hija awtorizzata li tirċievi fondi bi skambju għall-konsenja ta’ oġġetti u/jew ta’ servizzi u li stabbiliet ftehim ma’ PSP, għall-aċċettazzjoni ta’ dawn il-fondi.

Numru ta' depożiti overnight (Number of overnight deposits)

Numru ta’ kontijiet li jżommu depożiti li jinqelbu f'munita u/jew li huma trasferibbli fuq talba permezz ta' ċekk, ordni bankarja, entrata ta’ debitu jew mezzi simili, mingħajr dewmien sinifikanti, restrizzjoni jew penali.

Numru ta' depożiti overnight trasferibbli (Number of transferable overnight deposits)

Numru ta’ kontijiet ta’ depożiti overnight li jżommu depożiti li huma direttament trasferibbli fuq talba biex isiru ħlasijiet lilaġenti ekonomiċi oħrajn permezz ta’ mezzi ta’ ħlas użati b’mod komuni, mingħajr dewmien sinifikanti, restrizzjoni jew penali.

Numru ta’ depożiti overnight li minnhom: numru ta' depożiti overnight marbuta mal-internet/kompjuter (PC) (Number of overnight deposits of which: number of internet/PC linked overnight deposits)

Numru ta’ kontijiet ta’ depożiti overnight miżmuma minn istituzzjonijiet li mhumiex IFM li d-detentur tal-kont jista’ jaċċessa u juża b’mod elettroniku permezz tal-internet jew bi programmi bankarji tal-kompjuter permezz ta’ software dedikat u linji ta’ telekommunikazzjoni dedikati.

Numru ta’ depożiti overnight trasferibbli li minnhom: numru ta' depożiti overnight marbuta mal-internet/kompjuter (PC) (Number of transferable overnight deposits of which: number of internet/PC linked overnight deposits)

Numru ta’ kontijiet ta’ depożitu overnight trasferibbli miżmuma minn istituzzjonijiet li mhumiex IFM li d-detentur tal-kont jista’ jaċċessa u juża b’mod elettroniku permezz tal-internet jew bi programmi bankarji tal-kompjuter permezz ta’ software dedikat u linji ta’ telekommunikazzjoni dedikati.

Numru totali ta’ kards (irrispettivament min-numru tal-funzjonijiet fuq il-kard) (Total number of cards (irrespective of the number of functions on the card))

Numru totali tal-kards fiċ-ċirkolazzjoni. Dawn jista’ jkollhom funzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: flus kontanti, debitu, kreditu, debitu ttardjat jew flus elettroniċi.

Organizzazzjoni tal-ikklerjar u tas-sald (Clearing and settlement organisation)

Kull organizzazzjoni tal-ikklerjar u tas-saldu li hija parteċipant dirett f’sistema ta’ ħlas.

Pagatur (Payer)

“Pagatur” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Parteċipant dirett (Direct participant)

Entità li hija identifikata jew rikonoxxuta minn sistema ta’ ħlas u hija awtorizzata tibgħat u tirċievi ordnijiet ta’ ħlas direttament lil u minn sistema mingħajr intermedjarja jew hija direttament marbuta mir-regoli li jirregolaw is-sistema ta’ ħlas. F’xi sistemi, il-parteċipanti diretti jiskambjaw ukoll ordnijiet f’isem parteċipanti indiretti. Kull parteċipant b'aċċess individwali għas-sistema jingħadd separatament.

Parteċipant indirett (Indirect participants)

Parteċipant, f’sistema ta’ ħlas b’arranġament imtarraġ, li juża parteċipant dirett bħala intemedjarju għat-twettiq ta’ uħud mill- attivitajiet, b’mod partikolari s-saldu, permessi fis-sistema.

It-tranżazzjonijiet kollha li jsiru minn parteċipant indirett isir saldu tagħhom fil-kont ta’ parteċipant dirett li jkun qabel li jirrappreżenta lill-parteċipant indirett in kwistjoni. Kull parteċipant li jista' jiġi indirizzat b’mod individwali fis-sistema jingħadd separatament, kemm jekk teżisti rabta legali bejn żewġ parteċipanti jew aktar kif ukoll jekk le.

Parteċipanti diretti oħra (Other direct participants)

Kwalunkwe parteċipant dirett f’sistema ta’ ħlas, barra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-banek ċentrali.

Proporzjon ta’ konċentrazzjoni (Concentration ratio)

Proporzjon ta’ konċentrazzjoni f’termini ta’ volum: il-proporzjon tan-numru, jiġifieri l-volum, tat-tranżazzjonjiet mibgħuta mill-ikbar ħames parteċipanti ta’ sistema ta’ ħlas u n-numru totali, jiġifieri l-volum, tat-tranżazzjonijiet mibgħuta permezz tas-sistema ta’ ħlas.

Proporzjon ta’ konċentrazzjoni f’termini ta’ valur: il-proporzjon tal-valur tat-tranżazzjonjiet mibgħuta mill-ikbar ħames parteċipanti tas-sistema ta’ ħlas u l-valur totali tat-tranżazzjonijiet mibgħuta permezz tas-sistema ta’ ħlas.

Servizz ta’ bidu tal-ħlas (Payment initiation service)

Servizzi ta’ bidu tal-ħlas jibdew it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta' kont ta' ħlas li jista’ jintuża bl-internet. Is-servizzi jingħataw minn entitajiet terzi, li ma joħorġux il-kont ta’ ħlas użat huma stess.

Servizzi oħra ta’ ħlas (Other payment services)

Tikkonsisti f’attivitajiet ta’ negozju kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE li mhumiex espliċitament elenkati f'dan ir-Regolament.

Servizzi ta’ ħlas (Payment services)

“Servizzi ta’ ħlas” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Sistema tal-ħlas (Payment system)

“Sistema tal-ħlas” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Skema tal-flus elettroniċi (E-money scheme)

Sett ta’ kunċetti tekniċi, regoli, protokols, algoriżmi, funzjonijiet, ftehimiet kuntrattwali u legali, ftehimiet kummerċjali u proċeduri amministrattivi li jifformaw il-bażi għad-dispożizzjoni ta’ prodott partikolari tal-flus elettroniċi. Din tista’ tinkludi wkoll l-għoti ta’ numru ta’ servizzi tal-immarkitjar, l-ipproċessar jew oħrajn lill-membri tagħha.

Skema tal-kard (Card scheme)

Arranġament tekniku u kummerċjali stabbilit biex iservi wieħed jew iktar mill-marki tal-kard li tipprovdi l-qafas neċessarju organizzattiv, legali u tat-tħaddim għall-funzjonament tas-servizzi nnegozjati minn dawk il-marki.

Skema tal-kard bejn tliet partijiet hija skema tal-kard li tinvolvi l-partijiet interessati li ġejjin:

(a)

l-iskema tal-kard innifisha, li taħdem bħala emittent u akkwirent;

(b)

id-detentur tal-kard;

(c)

il-parti li taċċetta.

Skema tal-kard bejn erba’ partijiet hija skema tal-kard fejn il-partijiet interessati huma:

(a)

l-emittent;

(b)

l-akkwirent;

(c)

id-detentur tal-kard;

(d)

min jaċċetta l-kard.

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet tal-ATM, normalment huwa l-akkwirent li joffri s-servizzi tiegħu permezz tal-ATM.

Strument tal-ħlas (Payment instrument)

“Strument tal-ħlas” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Terminal li jaċċetta l-kard tal-flus elettroniċi (E-money card-accepting terminal)

Terminal li jippermetti lid-detenturi ta’ flus elettroniċi fuq kard b’funzjoni tal-flus elettroniċi li jittrasferixxu l-valur tal-flus elettroniċi mill-bilanċ tagħhom għall-bilanċ tan-negozjant jew benefiċjarju ieħor.

Terminal POS (POS terminal)

Strument POS li jippermetti l-użu tal-kards ta’ ħlas f’punt tal-bejgħ fiżiku (mhux virtwali). It-tagħrif tal-ħlas jew b’mod manwali fuq il-vawċers stampati jew permezz ta' mezzi elettroniċi, jiġifieri EFTPOS.

It-terminal POS huwa ddisinjat biex jippermetti t-trażmissjoni ta’ tagħrif jew online, b’talba għall-awtorizzazzjoni f’ħin reali, u/jew offline.

Terminal tal-ikkreditar u d-debitar ta’ kard ta’ flus elettroniċi (E-money card-loading and unloading terminal)

Terminal li jippermetti t-trasferiment ta’ valur elettroniku mill-emittent tal-flus elettroniċi għad-detentur tal-kard b'funzjoni tal-flus elettroniċi u viċi versa, jiġifieri l-ikkreditar u d-debitar.

Terminal tal-kard tal-flus elettroniċi (E-money card terminal)

Terminal li jippermetti t-trasferiment tal-valur elettroniku minn emittent tal-flus elettroniċi għal kard b’funzjoni ta' flus elettroniċi u viċi versa jew mill-bilanċ tal-kard għall-bilanċ ta’ benefiċjarju.

Terminals EFTPOS (EFTPOS terminals)

Terminals EFTPOS li jiksbu informazzjoni dwar ħlas permezz ta’ mezzi elettroniċi u huma ddisinjati, f’xi każijiet, biex jittrażmettu din l-informazzjoni jew online, b’talba għall-awtorizazzjoni f’ħin reali, jew offline. Tinkludi terminals li jitħallew waħedhom.

Tranżazzjoni mibgħuta (Transaction sent)

Tranżazzjoni li tinvolvi istituzzjonijiet li mhumiex IFM mibgħuta lill-PSPs. L-informazzjoni hija pprovduta fil-pajjiż li jirrapporta mill-PSP residenti.

Għal servizzi ta’ ħlas differenti, japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

it-trasferimenti ta’ kreditu jingħaddu fuq in-naħa tal-pagatur;

(b)

id-debiti diretti jingħaddu fuq in-naħa ta’ min jitħallas;

(c)

iċ-ċekkijiet jingħaddu fuq in-naħa ta’ min jitħallas;

(d)

it-tranżazzjonijiet bil-kard jingħaddu fuq in-naħa tal-pagatur, jiġifieri in-naħa emittenti;

(e)

it-tranżazzjonijiet tal-ħlas tal-flus elettroniċi jingħaddu jew fuq in-naħa tal-pagatur jew ta’ min jitħallas, skont fejn ikunu nbdew. Jekk jingħaddu fuq in-naħa tal-pagatur (ta’ min jitħallas) taħt it-tranżazzjonijiet riċevuti, it-tranżazzjoni għandha tingħadd fuq in-naħa ta' min jitħallas (tal-pagatur) taħt it-tranżazzjonijiet riċevuti.

Rigward is-sistemi ta’ ħlas, din hija tranżazzjoni mibgħuta minn parteċipant għall-ipproċessar minn sistema ta’ ħlas.

Tranżazzjoni rċevuta (Transaction received)

Tranżazzjoni li tinvolvi istituzzjonijiet li mhux IFM riċevuta minn Informazzjoni tal-PSPs hija pprovduta fil-pajjiż ta’ rapportar mill-PSP residenti.

Għal servizzi ta’ ħlas differenti, japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

it-trasferimenti ta’ kreditu jingħaddu fuq in-naħa ta’ min jitħallas;

(b)

id-debiti diretti jingħaddu fuq in-naħa tal-pagatur;

(c)

iċ-ċekkijiet jingħaddu fuq in-naħa tal-pagatur;

(d)

It-tranżazzjonijiet bil-kard jingħaddu fuq in-naħa ta' min jitħallas, jiġifieri min-naħa tal-akkwirent;

(e)

tranżazzjonijiet ta’ ħlas tal-flus elettroniċi jingħaddu jew fuq in-naħa tal-pagatur jew fuq ta’ min jitħallas, skont fejn ikunu nbdew. Jekk jingħaddu fuq in-naħa tal-pagatur (ta’ min jitħallas) taħt it-tranżazzjonijiet riċevuti, it-tranżazzjoni għandha tingħadd fuq in-naħa ta' min jitħallas (tal-pagatur) taħt it-tranżazzjoni mibgħuta.

Tranżazzjoni ta’ ħlas (Payment transaction)

“Tranżazzjoni ta' ħlas” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Tranżazzjoni ta’ ħlas domestiku (Domestic payment transaction)

“Tranżazzjoni ta’ ħlas domestiku” għandha l-istess tifsira bħal “tranżazzjoni ta’ ħlas nazzjonali” kif iddefinita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012.

Tranżazzjoni transkonfinali (Cross-border transaction)

Tranżazzjoni ta’ ħlas mibdija minn pagatur jew minn min jitħallas, fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP ta' min jitħallas jinsabu f’pajjiżi differenti.

Speċifikament, fil-każ tas-sistemi ta’ ħlas: tranżazzjoni ta’ ħlas bejn parteċipanti li jinsabu f’pajjiżi differenti.

Tranżazzjonijiet f’ terminals ipprovduti minn PSPs residenti bil-kards maħruġa minn PSPs residenti (Transactions at terminals provided by resident PSPs with cards issued by resident PSPs)

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jitwettqu fit-terminals kollha akkwistati minn PSPs residenti (jiġifieri kemm jekk it-terminals jinsabu barra minn jew fil-pajjiż li fih jinsab il-PSP) u fejn il-kards użati fit-tranżazzjonijiet jinħarġu minn PSPs residenti.

It-tqassim ġeografiku (kif speċifikat fl-Anness III) jirreferi għall-pajjiż fejn jinsabu t-terminals.

Tranżazzjonijiet fit-terminals ipprovduti minn PSPs li mhumiex residenti bil-kards maħruġa minn PSPs residenti (Transactions at terminals provided by non-resident PSPs with cards issued by resident PSPs)

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jitwettqu fit-terminals kollha akkwistati minn PSPs li mhumiex residenti, fejn il-kards użati fit-tranżazzjonijiet jinħarġu minn PSPs residenti.

It-tqassim ġeografiku (kif speċifikat fl-Anness III) jirreferi għall-pajjiż fejn jinsabu t-terminals.

Tranżazzjonijiet fit-terminals ipprovduti minn PSPs residenti bil-kards maħruġa minn PSPs residenti (Transactions at terminals provided by resident PSPs with cards issued by non-resident PSPs)

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jitwettqu fit-terminals kollha akkwistati minn PSPs residenti (jiġifieri kemm jekk it-terminals jinsabu barra minn jew fil-pajjiż li fih jinsab il-PSP) u fejn il-kards użati fit-tranżazzjonijiet jinħarġu minn PSPs li mhumiex residenti.

It-tqassim ġeografiku (kif speċifikat fl-Anness III) jirreferi għall-pajjiż fejn jinsabu t-terminals.

Tranżazzjonijiet POS (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi) (POS transactions (except e-money transactions))

Tranżazzjonijiet imwettqa permezz ta’ terminal POS permezz ta’ kard b’funzjoni ta’ debitu, kreditu jew debitu ttardjat.

Tranżazzjonijiet bl-użu ta' kard b’funzjoni ta' flus elettroniċi mhumiex inklużi.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas totali li jinvolvu istituzzjonjiet li mhumiex IFM (Total payment transactions involving non-MFIs)

Numru totali ta’ tranżazzjonijiet permezz ta’ strumenti ta’ ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex IFM.

Valur totali ta’ tranżazzjonijiet li jużaw strumenti ta’ ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex IFM.

Tranżazzjonijiet tal-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi) (ATM transactions (except e-money transactions))

Ġbid ta' flus kontanti jew depożiti ta' flus kontanti magħmula fl-ATM permezz ta' kard b'funzjoni ta' kreditu, li tinkludi t-tranżazzjonijiet relevanti mibdija bil-kard, jiġifieri:

(a)

It-tranżazzjonijiet kollha li fihom l-akkwirent u l-emittent tal-kard huma entitajiet differenti; u

(b)

It-tranżazzjonijiet kollha li fihom l-akkwirent u l-emittent tal-kard huma l-istess entità.

It-tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi m’humiex inklużi.

Tranżazzjonijiet totali mibgħuta (Total transactions sent)

Numru totali ta’ tranżazzjonijiet ippreżentati u pproċessati f’sistema ta’ ħlas partikolari.

Valur totali ta’ tranżazzjonijiet ippreżentati u pproċessati f’sistema ta’ ħlas partikolari.

Trasferiment ta’ kreditu (Credit transfer)

Servizz ta’ ħlas li jippermetti lill-pagatur li jagħti struzzjonijiet lill-istituzzjoni li żżomm il-kont tiegħu biex tittrasferixxi fondi lill-benefiċjarju. Huwa ordni ta’ ħlas jew sekwenza ta’ ordnijiet ta’ ħlas magħmula bil-għan li jitqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju. Kemm l-ordni ta’ ħlas kif ukoll il-fondi deskritti fihom jimxu mill-PSP tal-pagatur lill-PSP ta’ min jitħallas, jiġifieri l-benefiċjarju, possibbilment permezz ta’ diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn bħala intermedjarji u/jew sistema ta’ pagament u ta' saldu waħda jew aktar.

Tranżazzjonijiet li jinvolvu flus kontanti f’tarf wieħed jew it-tnejn tat-tranżazzjoni ta’ ħlas, u l-użu tas-servizz ta’ trasferiment ta’ ħlas, huma inklużi bħala trasferimenti ta’ kreditu.

Trasferimenti ta’ kreditu mibdija f’ATM b’funzjoni ta’ trasferiment ta’ kreditu huma inklużi wkoll.

Trasferimenti ta' kreditu mibdija fuq bażi ta’ ħlas uniku (Credit transfers initiated on a single payment basis)

Trasferiment ta’ kreditu mibdi b’mod elettroniku li huwa mibdi b’mod indipendenti, jiġifieri li mhuwiex parti minn grupp ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibdija b’mod konġunt.

Trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: Mhux SEPA (Credit transfers of which: non-SEPA)

Trasferimenti ta’ kreditu li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti għal trasferimenti ta’ kreditu fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (is-SEPA), kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 260/2012 (3).

Trasferimenti ta’ kreditu mibdija b’mod elettroniku (Credit transfers initiated electronically)

Kull trasferiment ta’ kreditu li l-pagatur jissottometti mingħajr l-użu tal-forom tal-karta, jiġifieri b’mod elettroniku. Tinkludi sottomissjonijiet bit-telefax jew mezzi oħra, bħal ibbankjar awtomatizzat permezz tat-telefon, jekk huma ttrasformati fi ħlasijiet elettroniċi mingħajr intervent manwali.

Tinkludi standing orders oriġinarjament ippreżentati f’forma bbażata fuq il-karta iżda mbagħad eżegwiti b’mod elettroniku.

Tinkludi trasferimenti ta’ kreditu li huma eżegwiti minn PSP abbażi ta’ servizz finanjarju, jekk is-servizz finanzjarju huwa mibdi b’mod elettroniku, jew jekk il-forma tas-sottomissjoni tas-servizz mhijiex magħrufa u l-PSP esegwixxa t-trasferiment b’mod elettroniku.

Tinkludi trasferimenti ta’ kreditu mibdija f’ATM b’funzjoni ta’ trasferiment ta’ kreditu.

Trasferimenti ta’ kreditu mibdija f’fajl/lott (Credit transfers initiated in a file/batch)

Trasferiment ta’ kreditu mibdi b’mod elettroniku li huwa parti minn grupp ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibdija flimkien mill-pagatur permezz ta’ linja dedikata. Kull trasferiment ta’ kreditu li jinsab f’lott jingħadd bħala trasferiment ta’ kreditu separat meta jirrapporta n-numru tat-tranżazzjonijiet.

Trasferimenti ta’ kreditu mibdija f’forma bbażata fuq il-karta (Credit transfers initiated in paper-based form)

Trasferiment ta’ kreditu li l-pagatur jissottometti f’forma bbażata fuq il-karta.

Valur pendenti fuq ħażniet ta’ flus elettroniċi maħruġa minn emittenti ta’ flus elettroniċi (Outstanding value on e-money storages issued by electronic money issuers)

Valur, fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, tal-flus elettroniċi maħruġa minn emittenti ta’ flus elettroniċi u miżmuma minn entitajiet li mhumiex l-emittent, inkluż emittenti ta' flus elettroniċi li mhumiex l-emittent.


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1

(3)  Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).


ANNESS III

SKEMI TA’ RAPPORTAR

Tabella 1

Istituzzjonijiet li joffru servizzi ta’ ħlas lill-istituzzjonijiet mhux IFM

(L-aħħar tal-perjodu)

 

Numru

Valur

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Numru ta' depożiti overnight (eluf)

Ġeo 0

 

li minnhom:

 

 

Numru ta' depożiti overnight konnessi mal-internet/kompjuter (PC)

Ġeo 0

 

Numru ta' depożiti overnight trasferibbli (eluf)

Ġeo 0

 

li minnhom:

 

 

Numru ta' depożiti overnight trasferibbli konnessi mal-internet/kompjuter (PC)

Ġeo 0

 

Numru ta’ kontijiet ta’ ħlas

Ġeo 0

 

Numru ta’ kontijiet ta’ flus elettroniċi

Ġeo 0

 

Valur pendenti fuq ħażniet maħruġa ta’ flus elettroniċi (1) (eluf ta’ EUR)

 

Ġeo 0

Istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi

Numru ta’ kontijiet ta’ ħlas

Ġeo 0

 

Numru ta’ kontijiet ta’ flus elettroniċi

Ġeo 0

 

Valur pendenti fuq ħażniet maħruġa ta’ flus elettroniċi (1) (eluf ta’ EUR)

 

Ġeo 0

Istituzzjonijiet ta’ ħlas

Numru ta’ kontijiet ta’ ħlas

Ġeo 0

 

PSPs u emittenti oħra tal-flus elettroniċi

Numru ta’ kontijiet ta’ ħlas

Ġeo 0

 

Numru ta’ kontijiet ta’ flus elettroniċi

Ġeo 0

 

Valur pendenti fuq ħażniet maħruġa ta’ flus elettroniċi (1) (eluf ta’ EUR)

 

Ġeo 0


Tabella 2

Funzjonijiet tal-kard tal-ħlas

(L-aħħar tal-perjodu, unitajiet oriġinali)

 

Numru

Kards maħruġa minn PSPs residenti

Kards b’funzjoni ta’ flus kontanti

Ġeo 0

Kards b’funzjoni ta’ ħlas (ħlief għal kards b’funzjoni ta’ flus elettroniċi biss)

Ġeo 0

li minnhom:

 

Kards b’funzjoni ta’ debitu

Ġeo 0

Kards b’funzjoni ta’ debitu ttardjat

Ġeo 0

Kards b’funzjoni ta’ kreditu

Ġeo 0

Kards b’funzjoni ta’ debitu u/jew b’funzjoni ta’ debitu ttardjat

Ġeo 0

Kards b’funzjoni ta’ kreditu u/jew b’funzjoni ta’ debitu ttardjat

Ġeo 0

Kards b’funzjoni ta' flus elettroniċi

Ġeo 0

Kards li fuqhom il-flus elettroniċi jistgħu jinħażnu direttament

Ġeo 0

Kards li jagħtu aċċess għal flus elettroniċi maħżuna fuq kontijiet tal-flus elettroniċi

Ġeo 0

li minnhom:

 

Kards b’funzjoni ta' flus elettroniċi li ġew mimlija mill-inqas darba

Ġeo 0

Numru totali ta’ kards (irrispettivament min-numru tal-funzjonijiet fuq il-kard)

Ġeo 0

li minnhom:

 

Kards b’funzjoni ta’ debitu, ta’ flus kontanti u ta’flus elettroniċi

Ġeo 0


Tabella 3

Apparat li jaċċetta kards ta’ ħlas

(L-aħħar tal-perjodu, unitajiet oriġinali)

 

Numru

Terminals ipprovduti mill-PSPs residenti

ATMs

Ġeo 3

li minnhom:

 

ATMs b’funzjoni ta’ ġbid ta’ flus kontanti

Ġeo 3

ATMs b’funzjoni ta’ trasferiment ta’ kreditu

Ġeo 3

Terminals POS

Ġeo 3

li minnhom:

 

Terminals EFTPOS

Ġeo 3

Terminals tal-kard tal-flus elettroniċi

Ġeo 3

Terminals tal-kard tal-flus elettroniċi

Ġeo 3

li minnhom:

 

Terminals tal-ikkreditar u d-debitar ta’ kard ta’ flus elettroniċi

Ġeo 3

Terminals li jaċċettaw kard ta’ flus elettroniċi

Ġeo 3


Tabella 4

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet mhux IFM

(Total għall-perjodu; numru ta’ tranżazzjonijet f’miljuni; valur ta’ tranżazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR)

 

Mibgħuta

Riċevuti

 

Numru ta’ tranżazzjonijiet

Valur tat-tranżazzjonijiet

Numru ta’ tranżazzjonijiet

Valur tat-tranżazzjonijiet

Tranżazzjonijiet skont it-tip ta' servizz ta’ ħlas

Trasferimenti ta’ kreditu

Ġeo 3

Ġeo 3

Ġeo 2

Ġeo 2

Mibdija f’forma bbażata fuq il-karta

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Mibdija b’mod elettroniku

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Mibdija f’fajl/lott

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Mibdija fuq bażi ta’ ħlas uniku

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

li minnhom:

 

 

 

 

Mhux SEPA

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Debiti diretti

Ġeo 3

Ġeo 3

Ġeo 2

Ġeo 2

Mibdija f’fajl/lott

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Mibdija fuq bażi ta’ ħlas uniku

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

li minnhom:

 

 

 

 

Mhux SEPA

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Ħlasijiet b’kard permezz ta’ kards maħruġin mill-PSPs residenti (ħlief għal kards b’funzjoni ta’ flus elettroniċi biss)

Ġeo 3

Ġeo 3

 

 

Ħlasijiet b’kards b’funzjoni ta’ debitu

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Ħlasijiet b’kards b’funzjoni ta’ debitu ttardjat

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Ħlasijiet b’kards b’funzjoni ta’ kreditu

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Ħlasijiet b’kards b’funzjoni ta’ debitu u/jew b’funzjoni ta’ debitu ttardjat

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Ħlasijiet b’kards b’funzjoni ta’ kreditu u/jew b’funzjoni ta’ debitu ttardjat

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Mibdija f’EFTPOS fiżiku

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Mibdi mill-bogħod

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi bi flus elettroniċi maħruġa minn PSPs residenti

Ġeo 3

Ġeo 3

Ġeo 2

Ġeo 2

B’kards li fuqhom il-flus elettroniċi jistgħu jinħażnu direttament

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

B’kontijiet ta’ flus elettroniċi

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

li minnhom:

 

 

 

 

Aċċessati permezz ta’ kard

Ġeo 1

Ġeo 1

 

 

Ċekkijiet

Ġeo 3

Ġeo 3

Ġeo 2

Ġeo 2

Servizzi ta’ ħlas oħra

Ġeo 3

Ġeo 3

Ġeo 2

Ġeo 2

Total ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet mhux IFMi

Ġeo 3

Ġeo 3

Ġeo 2

Ġeo 2


Tabella 5

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas skont it-tip tat-terminal li jinvolvu istituzzjonijiet mhux IFM

(Total għall-perjodu; numru ta’ tranżazzjonijet f’miljuni; valur ta’ tranżazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR)

 

Numru ta’ tranżazzjonijiet

Valur tat-tranżazzjonijiet

Tranżazzjonijiet skont it-tip ta' terminal  (2)

(a)

Tranżazzjonijiet fit-terminals ipprovduti minn PSPs residenti permezz ta’ kards maħruġa minn PSPs residenti

Ġeo 3

Ġeo 3

li minnhom:

 

 

Ġbid ta’ flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Depożiti ta’ flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet POS (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet tal- ikkreditar u d-debitar ta’ kard ta’ flus elettroniċi

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi permezz ta’ kards b’funzjoni ta’ flus elettroniċi

Ġeo 3

Ġeo 3

(b)

Tranżazzjonijiet fit-terminals ipprovduti minn PSPs residenti permezz ta’ kards maħruġin minn PSPs li mhumiex residenti

Ġeo 3

Ġeo 3

li minnhom:

 

 

Ġbid ta’ flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Depożiti ta’ flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet POS (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet tal-ikkreditar u d-debitar ta’ kard ta’ flus elettroniċi

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ flus elettroniċi bil-kards b’funzjoni tal-flus elettroniċi

Ġeo 3

Ġeo 3

(c)

Tranżazzjonijiet fit-terminals ipprovduti minn PSPs li mhumiex residenti permezz ta’ kards maħruġa minn PSPs residenti

Ġeo 3

Ġeo 3

li minnhom:

 

 

Ġbid ta’ flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Depożiti ta’ flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet POS (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet tal-ikkreditar u d-debitar ta’ kard ta’ flus elettroniċi

Ġeo 3

Ġeo 3

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ flus elettroniċi permezz ta’ kards b’funzjoni tal-flus elettroniċi

Ġeo 3

Ġeo 3


Tabella 6

Parteċipazzjoni fis-sistemi ta’ ħlas magħżulin

(L-aħħar tal-perjodu, unitajiet oriġinali)

 

Numru

Sistema ta’ ħlas (li mhux TARGET2)

Numru ta’ parteċipanti

Ġeo 1

Parteċipanti diretti

Ġeo 1

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Ġeo 1

Bank ċentrali

Ġeo 1

Parteċipanti diretti oħra

Ġeo 1

Amministrazzjoni pubblika

Ġeo 1

Organizzazzjonijiet tal-ikklerjar u tas-saldu

Ġeo 1

Istituzzjonijiet finanzjarji oħra

Ġeo 1

Oħrajn

Ġeo 1

Parteċipanti indiretti

Ġeo 1


Tabella 7

Ħlasijiet ipproċessati minn sistemi ta’ ħlas magħżulin

(Total għall-perjodu; numru ta’ tranżazzjonijet f’miljuni; valur ta’ tranżazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR)

 

Mibgħuta

 

Numru ta’ tranżazzjonijiet

Valur tat-tranżazzjonijiet

Sistema ta’ ħlas (ħlief għal TARGET2)

Tranżazzjonijiet totali

Ġeo 4

Ġeo 4

Trasferimenti ta’ kreditu

Ġeo 4

Ġeo 4

Mibdija f’forma bbażata fuq il-karta

Ġeo 1

Ġeo 1

Mibdija b’mod elettroniku

Ġeo 1

Ġeo 1

Debiti diretti

Ġeo 4

Ġeo 4

Ħlasijiet b’kard

Ġeo 4

Ġeo 4

Tranżazzjonijiet tal-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ flus elettroniċi)

Ġeo 4

Ġeo 4

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ flus elettroniċi

Ġeo 4

Ġeo 4

Ċekkijiet

Ġeo 4

Ġeo 4

Servizzi ta’ ħlas oħra

Ġeo 4

Ġeo 4

Proporzjon ta’ konċentrazzjoni

Ġeo 1

Ġeo 1


Tqassim ġeografiku

Ġeo 0

Ġeo 1

Ġeo 2

Ġeo 3

Ġeo 4

 

 

 

Domestiċi

 

Domestiċi

Domestiċi u transkonfinali kkombinati

Transkonfinali

Tqassim skont pajjiż wieħed għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni

Domestiċi

Transkonfinali

 

 

 

Bqija tad-dinja

 


(1)  Valur pendenti fuq ħażniet maħruġa ta’ flus elettroniċi minn emittent tal-flus elettroniċi.

(2)  It-tqassim ġeografiku (Ġeo) huwa bbażat fuq il-post tat-terminal.


ANNESS IV

STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALMENT SOĠĠETTA GĦAR-RAPPORTAR

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jilħqu l-istandards minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rapportar irid ikun f’waqtu u fil-limiti tal-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN rilevanti;

(b)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mill-ħtiġijet tar-rapportar tekniku stabbiliti mill-BĊN relevanti;

(c)

l-aġent li jirrapporta għandu jipprovdi lill-BĊN rilevanti d-dettalji ta’ persuni ta’ kuntatt waħda jew aktar;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tad-dejta lill-BĊNi rilevanti jridu jiġu segwiti.

2.

Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a)

it-tagħrif statistiku jrid ikun korrett: ir-restrizzjonijiet lineari kollha jridu jkunu sodisfatti (eż. is-subtotali jridu jaqblu mat-total), u d-dejta trid tkun konsistenti bejn il-frekwenzi kollha;

(b)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jagħtu tagħrif dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta trażmessa;

(c)

it-tagħrif statistiku għandu jkun komplut u m’għandux ikun fih lakuni kontinwi u strutturali; lakuni eżistenti jridu jiġu rrikonoxxuti, spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis;

(d)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu l-politika tat-tqarrib stabbilita mill-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

3.

Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:

(a)

it-tagħrif statistiku jrid ikun konformi mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament;

(b)

f’każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jimmonitorjaw u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament fuq bażi regolari;

(c)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jispjegaw nuqqasijiet fid-dejta trażmessa meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi ta’ qabel.

4.

Standards minimi għal reviżjonijiet:

Il-politika tar-reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN rilevanti jridu jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu jkunu akkumpanjati minn noti spjegattivi.


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1410/2013

tat-23 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

153,9

MA

71,1

TN

110,9

TR

117,6

ZZ

113,4

0707 00 05

AL

99,8

JO

158,2

MA

158,2

TR

148,8

ZZ

141,3

0709 93 10

MA

80,0

TR

168,2

ZZ

124,1

0805 10 20

MA

61,8

TR

45,3

ZA

51,6

ZZ

52,9

0805 20 10

MA

70,5

ZZ

70,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

35,9

IL

102,5

JM

133,9

MA

69,9

TR

73,4

ZZ

83,1

0805 50 10

AR

102,8

TR

63,2

ZZ

83,0

0808 10 80

CN

81,7

MK

33,9

US

92,0

ZZ

69,2

0808 30 90

TR

124,7

US

150,9

ZZ

137,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1411/2013

tat-23 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2014, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

13.12.2013-20.12.2013

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

188,44

122,64

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

216,96

206,96

186,96

Primjum tal-Golf

24,04

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

50,52

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

19,68 EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

52,63 EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2013

li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

(2013/797/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(2)

L-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE għandhom jitwettqu b'mod sħiħ minn korp intern magħmul mill-President u l-Viċi President tiegħu u erba’ rappreżentanti tal-BĊE u rappreżentant wieħed tal-awtorità kompetenti nazzjonali f’kull Stat Membru parteċipanti (“Bord Superviżorju”).

(3)

Il-Bord Superviżorju għandu jkun korp essenzjali fit-twettiq ta’ kompiti superviżorji mill-BĊE, kompiti li sa issa dejjem kienu f’idejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Għal din ir-raġuni, il-Kunsill għandu jingħata s-setgħa li jadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni sabiex jaħtar fost l-oħrajn il-President tal-Bord Superviżorju.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament imsemmi hawn fuq, u wara li sama' l-Bord Superviżorju, il-BĊE ippreżenta proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni fit-22 ta' Novembru. Il-Parlament Ewropew approva din il-proposta fil-11 ta' Diċembru.

(5)

Sussegwentement, fil-11 ta' Diċembru 2013, il-BĊE ppreżenta lill-Kunsill proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Danièle NOUY hija maħtura President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/798/PESK

tat-23 ta’ Diċembru 2013

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill esprima t-tħassib profond tiegħu dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA).

(2)

Fil-5 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2127 (2013), li timponi embargo fuq l-armi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA).

(3)

Aktar azzjoni mill-Unjoni hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmija hawn fuq lir-Repubblika Ċentru-Afrikana (“RĊA”) minn ċittadini ta’ Stati Membri jew li ġejjin minn territorji ta’ Stati Membri jew l-użu ta' bastimenti li jtajru l-bandiera jew l-ajruplani tagħhom għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw kif ukoll jekk ma joriġinawx mit-territorji tagħhom.

2.   Għandu jkun pprojbit:

(a)

l-għoti ta' assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra, inkluż il-forniment ta' persunal merċenarju armat, relatati ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawn imsemmija hawn fuq, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-RĊA jew biex jintużaw fiha;

(b)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RĊA jew biex jintużaw fiha;

(c)

il-parteċipazzjoni, konsapevoli u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat intenzjonat biss għall-appoġġ ta', jew l-użu mill-missjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi fl-Afrika Ċentrali (MICOPAX), il-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ fir-RĊA taħt Tmexxija Afrikana (MISCA), l-Uffiċċju Integrat tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Bini tal-Paċi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (BINUCA) u l-unità ta' gwardja tiegħu, it-Task Force Reġjonali għall-Unjoni Afrikana (UA-RTF), u l-Forzi Franċiżi stazzjonati fir-RĊA;

(b)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-RĊA minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;

(c)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi żgħar u materjal relatat intenzjonati biss biex jintużaw f'pattulji internazzjonali li jipprovdu sigurtà fiż-Żona Protetta nazzjonali bi tliet partijiet tax-Xmara Sangha għad-difiża kontra serq, kuntrabandu tal-ivorju u l-armi, u attivitajiet oħra li jmorru kontra l-liġijiet nazzjonali tar-RĊA jew l-obbligi legali internazzjonali tar-RĊA.

2.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali intenzjonat biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza teknika relatata;

(b)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u tagħmir letali relatat ieħor lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, intenzjonati biss għall-appoġġ jew l-użu fil-proċess tar-RĊA għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS);

(c)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ieħor, u assistenza teknika jew finanzjarja relatata, inkluż persunal;

kif approvat minn qabel mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 57 tal-KSNU 2127 (2013).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar in-notifika mir-Renju ta’ Spanja ta’ pjan nazzjonali tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

(notifikata bid-dokument C(2013) 9089)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2013/799/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta lill-Kummissjoni pjan nazzjonali tranżizzjonali (TNP) permezz ta’ ittra elettronika fil-21 ta’ Diċembru 2012 (2) u permezz ta’ ittra uffiċjali tat-28 ta’ Diċembru 2012, li waslet għand il-Kummissjoni fit-2 ta’ Jannar 2013 (3).

(2)

It-TNP ġie vvalutat skont l-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE (4).

(3)

Matul il-valutazzjoni tagħha tal-kompletezza tat-TNP ippreżentat mir-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni sabet li ħafna impjanti inklużi fit-TNP ma kinux jaqblu mal-impjanti rreġistrati fl-inventarju tal-emissjonijiet tal-2009 li ġie ppreżentat mir-Renju ta’ Spanja b’konformità mad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-Kummissjoni skopriet ukoll li fil-każ tal-impjant 5, il-kontribuzzjoni għal-limitu massimu tat-TNP għall-SO2 għall-perjodu 2001-2007 kienet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rata ta’ desulfurizzazzjoni minima, u għall-perjodu 2008–2010 dik il-kontribuzzjoni kienet iddeterminata permezz tal-metodu ta’ valur ta’ limitu tal-emissjonijiet, filwaqt li l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ dan l-approċċ ma kinux sodisfatti.

(4)

Billi d-diskrepanzi bejn id-dejta fit-TNP u fl-inventarju tal-emissjonijiet skont id- Direttiva 2001/80/KE xekklu l-valutazzjoni tat-TNP, il-Kummissjoni, fl-ittra tagħha tal-11 ta’ Ġunju 2013 (6), talbet lir-Renju ta’ Spanja jipprovdi kjarifika għad-differenzi li nstabu. Il-Kummissjoni talbet ukoll lir-Renju ta’ Spanja biex jikkalkula mill-ġdid il-kontribuzzjoni tal-impjant 5 għal-limitu massimu tat-TNP għall-SO2.

(5)

Permezz tal-ittra tat-28 ta’ Ġunju 2013 (7), ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni li pprovdiet kjarifika dwar id-differenzi bejn l-informazzjoni fit-TNP u l-inventarju tal-emissjonijiet tal-2009 skont id- Direttiva 2001/80/KE. F’dik l-ittra, ir-Renju ta’ Spanja stqarr ukoll li ma kienx hemm bżonn li tiġi eżaminata l-kontribuzzjoni tal-impjant 5 għal-limitu massimu tat-TNP għall-SO2.

(6)

Wara valutazzjoni ulterjuri tat-TNP u l-informazzjoni addizzjonali ppreżentata mir-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra lir-Renju ta’ Spanja fid-19 ta’ Settembru 2013 (8), li fiha kkonfermat il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-użu tal-metodu bir-rata ta’ desulfurizzazzjoni minima għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-impjant 5 għal-limiti massimi tat-TNP għall-SO2. Il-Kummissjoni rrimarkat ukoll li fil-każ tal-impjant 2, ir-Renju ta’ Spanja kien uża valur ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-SO2 ta’ 800 mg/Nm3 biex jikkalkula l-kontribuzzjoni tal-impjant għal-limitu massimu tat-TNP għall-2016, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2001/80/KE, li l-Kummissjoni kkunsidrat li ma japplikawx għal dan il-għan. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li għal disa’ impjanti, intuża valur ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-NOx ta’ 1 200 mg/Nm3 biex jikkalkula l-kontribuzzjoni tagħhom għal-limitu massimu tat-TNP għall-2016, fuq il-bażi tan-Nota 2 mat-Tabella C.1 fl-Appendiċi C tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE, iżda ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni dwar il-kontenut volatili tal-fjuwil solidu li ntuża f’dawn l-impjanti, li b’xi mod tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ din in-Nota. Il-Kummissjoni talbet ukoll lir-Renju ta’ Spanja għal aktar informazzjoni dwar il-miżuri previsti għal kull wieħed mill-impjanti inklużi fit-TNP sabiex tiġi żgurata konformità f’waqtha mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet li se japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2020. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni talbet lir-Renju ta’ Spanja jipprovdi dejta addizzjonali għall-impjanti li jużaw diversi tipi ta’ fjuwils jew li jikkonsistu f’tipi ta’ impjanti differenti f’dak li jirrigwarda l-ammont ta’ fjuwil użat, il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet, ir-rati medji tal-fluss tal-gass tal-iskart u l-fatturi ta’ konverżjoni għal kull wieħed mill-fjuwils użati jew għal kull wieħed mit-tipi ta’ impjanti separatament.

(7)

Fl-ittra tiegħu tat-30 ta’ Settembru 2013 (9), ikkompletata b’ittra tal-10 ta’ Ottubru 2013 (10), ir-Renju ta’ Spanja rrisponda għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni u pprovda dejta addizzjonali. Fil-każ tal-impjant 2, ir-Renju ta’ Spanja tenna l-fehma tiegħu li ma kienx hemm bżonn li jinbidel il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-SO2 użat peress li huwa kkunsidrat li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2001/80/KE kien japplika f’dan ir-rigward. Fil-każ tal-impjant 5, ir-Renju ta’ Spanja kompla jargumenta li hu kien intitolat juża taħlita tal-metodu bir-rata ta’ desulfurizzazzjoni minima u l-metodu bil-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet. Ir-Renju ta’ Spanja pprovda informazzjoni dwar il-kontenut volatili tal-fjuwil solidu użat fil-perjodu 2001-2010 minn disa’ impjanti li għalihom kien ġie applikat valur ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-NOx ta’ 1 200 mg/Nm3 biex jiġi kkalkulat il-limitu massimu għall-2016, u dan wera li kien biss fil-każ tal-impjanti 3, 4 u 19 li l-kontenut volatili medju annwali tal-fjuwil solidu użat kien inqas minn 10 % fis-sena bejn l-2001 u l-2010, filwaqt li fil-każ tal-impjanti 13, 15, 17, 18, 24 u 25 il-livell medju annwali kien aktar minn 10 % f’sena waħda jew aktar. Ir-Renju ta’ Spanja argumenta li għad-disa’ impjanti kollha kemm huma, il-valur medju tal-kontenut volatili matul il-perjodu ta’ referenza kollu (2001-2010) kien inqas mill-valur imsemmi fin-Nota 2 mat-Tabella C.1 fl-Appendiċi C tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE.

(8)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand l-awtoritajiet Spanjoli fit-30 ta’ Settembru 2013 u fl-10 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni nnutat li fil-każ tal-impjanti li jużaw diversi tipi ta’ fjuwils, li għalihom ġew ipprovduti l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-fjuwils kollha użati, u għal impjant wieħed li għalih ġie pprovdut il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet medju għall-fjuwils kollha użati, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat kif ġew ikkalkulati l-kontribuzzjonijiet għal-limiti massimi kollha minn dawk l-impjanti, u jiġu speċifikati l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u r-rati medji annwali tal-fluss tal-gass tal-iskart użat għal kull wieħed mill-fjuwils użati f’dawn l-impjanti.

(9)

Wara l-valutazzjoni finali tat-TNP ippreżentat mir-Renju ta’ Spanja, kif emendat skont l-informazzjoni addizzjonali, u li jinkludi l-impjanti kbar tal-kombustjoni elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni identifikat tliet elementi ewlenin li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli, kif ġej:

fil-każ tal-impjant 2: il-Kummissjoni tikkunsidra l-applikazzjoni tal-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet ta’ 800 mg/Nm3 għall-SO2 għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tiegħu għal-limitu massimu tat-TNP għall-2016 fuq il-bażi tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2001/80/KE, billi m’hemmx referenza għal dak il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2010/75/UE bħala mhux adegwata;

fil-każ tal-impjant 5: il-Kummissjoni tikkunsidra l-metodu għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tiegħu għal-limitu massimu tat-TNP għall-SO2, li juża kemm l-approċċ bir-rata ta’ desulfurizzazzjoni minima kif ukoll l-approċċ bil-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet, bħala mhux adegwat;

fil-każ tal-impjanti 13, 15, 17, 18, 24 u 25: il-Kummissjoni tikkunsidra l-applikazzjoni tal-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet ta’ 1 200 mg/Nm3 għall-NOx għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tagħhom għal-limitu massimu tat-TNP għall-2016, billi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet, li huma stipulati fin-Nota 2 mat-Tabella C1 fl-Appendiċi C tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE mhumiex sodisfatti, bħala mhux adegwata.

(10)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat diversi impjanti fit-TNP fejn l-informazzjoni għadha inkonsistenti u/jew fejn trid tintbagħat dejta li għadha nieqsa. Il-lista sħiħa tad-dejta nieqsa u t-talbiet għal kjarifika hija inkluża fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(11)

Għaldaqstant, it-TNP innotifikat mir-Renju ta’ Spanja ma għandux jiġi aċċettat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pjan nazzjonali tranżizzjonali li r-Renju ta’ Spanja nnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE fl-14 ta’ Diċembru 2012, li jinkludi l-impjanti kbar tal-kombustjoni elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE, u għaldaqstant, ma għandux jiġi aċċettat.

2.   Jekk ir-Renju ta’ Spanja beħsiebu jimplimenta pjan nazzjonali tranżizzjonali skont l-Artikolu 32(5), huwa għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jindirizza, f’verżjoni eżaminata tal-pjan, l-elementi li ġejjin:

(a)

fil-każ tal-impjant 2, għandu jikkoreġi l-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tiegħu skont il-limitu massimu għall-SO2 għall-2016; l-impjant mhuwiex eliġibbli li juża l-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet ta’ 800 mg/Nm3 għall-SO2 għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tiegħu għal-limitu massimu tat-TNP għall-2016 fuq il-bażi tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2001/80/KE, billi dak il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet mhuwiex imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2010/75/UE;

(b)

fil-każ tal-impjant 5, għandu jikkoreġi l-metodu applikat għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tiegħu skont il-limitu massimu tat-TNP għall-SO2 għall-2016; dik il-kontribuzzjoni għandha tiġi kkalkulata għall-perjodu kollu 2001-2010 jew fuq il-bażi tar-rata ta’ desulfurizzazzjoni minimata, jew fuq il-bażi tal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet;

(c)

fil-każ tal-impjanti 13, 15, 17, 18, 24 u 25: għandu jikkoreġi l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet applikati għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tagħhom skont il-limitu massimu għall-NOx għall-2016; sabiex l-impjanti jkunu eliġibbli li jużaw il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet ta’ 1 200 mg/Nm3, ir-Renju ta’ Spanja għandu juri li l-kontenut volatili medju annwali tal-fjuwil solidu użat fl-impjanti kien inqas minn 10 % fis-snin ta’ referenza kkunsidrati għat-TNP;

(d)

għandu jaġġorna b’mod korrett il-limiti massimi tal-emissjonijiet totali għas-snin kollha kkalkulati skont il-valuri kkoreġuti msemmija fil-punti preċedenti;

(e)

għandu jiċċara l-kwistjonijiet kollha u jikkumplimenta d-dejta kif imsemmi fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  Ares(2012)1551138.

(3)  Ares(2013)146.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 52, 24.2.2012, p. 12).

(5)  Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1)

(6)  Ares(2013)1984918.

(7)  Ares(2013)2535734.

(8)  Ares(2013)3085135.

(9)  Ares(2013)3145031.

(10)  Ares(2013)3217081.


ANNESS I

LISTA TA’ IMPJANTI INKLUŻI FIT-TNP

Numru

L-isem tal-impjant fit-TNP

Kapaċità termali kklassifikata totali fil-31.12.2010 (MW)

1

C.T. Litoral I

1 222

2

C.T. Litoral II

1 268

3

C.T. Compostilla I (G2 u 3)

1 332

4

C.T. Compostella I (G4 u 5)

1 960

5

C.T. As Pontes

3 800

6

C.T. Teruel (Andorra)

3 000

7

C.T. Besós 3 (CTCC)

722

8

C.T. San Roque (G2) (CTCC)

711

9

C.T. Foix

1 315

10

C.T. Los Barrios

1 645

11

C.T. Puentenuevo

976

12

C.T. Tarragona I (CTCC)

676

13

C.T. Anllares

953

14

C.T. La Robla I

691

15

C.T. La Robla II

951

16

C.T. Meirama

1 437

17

C.T. Narcea I

193

18

C.T. Narcea II

459

19

C.T. Narcea III

993

20

C.T. Aboño I

919

21

C.T. Aboño II

1 364

22

C.T. Soto III

830

23

C.T. de Lada 4

986

24

C.T. de Velilla 1

430

25

C.T. de Velilla 2

1 010

26

Central GICC Puertollano

670

27

San Ciprián I

147

28

San Ciprián II

147

29

San Ciprián IIII

147

30

Cogecan

93

31

Sniace Co-generation I

126

32

Sniace Co-generation II

126

33

Solal

146

34

Solvay I

376


ANNESS II

LISTA TAD-DEJTA MSEMMIJA FIL-PUNT (E) TAL-ARTIKOLU 1(2)

1.

Fil-każ tal-impjant 6 li juża rata ta’ desulfurizzazzjoni ta’ 92 % fl-2016: għandha tingħata kjarifika jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan il-valur kif stipulat fit-tabella C3 fl-Appendiċi C tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE ikunu sodisfatti (ikun daħal fis-seħħ kuntratt għall-installazzjoni ta’ tagħmir għad-desulfurizzazzjoni mill-gassijiet tal-kombustjoni jew ta’ tagħmir ta’ injezzjoni tal-ġir, jew ikun beda x-xogħol fuq l-installazzjoni, qabel l-1 ta’ Jannar 2001).

2.

Fil-każ tal-impjanti 1, 2, 3, 4, 6, 13, 14, 15, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 30 u 34: għandha tingħata kjarifika dwar kif il-kontribuzzjonijiet minn dawn l-impjanti kienu kkalkulati mal-limiti massimi totali tat-TNP.

3.

Fil-każ tal-impjant 34: għandha tiġi pprovduta separatament dejta dwar ir-rati ta’ fluss tal-gass tal-iskart għal kull fjuwil użat f’dan l-impjant.


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/58


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2013 li tkopri n-nefqa mġarrba minn Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Ġermanja, il-Portugall, u Spanja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti

(notifikata bid-dokument C(2013) 8999)

(It-testi bil-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Olandiż, il-Portugiż u l-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2013/800/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja għall-“kontroll tas-saħħa tal-pjanti” mill-Unjoni sabiex ikopru l-ispejjeż relatati direttament mal-miżuri neċessarji li ttieħdu jew li huma previsti li jittieħdu fil-ġlieda kontra l-organiżmi ta’ ħsara li ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra tal-Unjoni, sabiex jinqerdu jew, jekk dan mhux possibbli, sabiex titrażżan il-firxa tagħhom.

(2)

Il-Ġermanja ressqet tliet talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja. L-ewwel waħda tressqet fit-30 ta’ April 2013 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 biex tinqered jew titrażżan il-firxa tad-Diabrotica virgifera f’Rheinland-Pfalz. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata hemmhekk f’Awwissu u Settembru tal-2012.

(3)

It-tieni waħda tressqet fit-30 ta’ April 2013 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu bejn Awwissu tal-2011 u Awwissu tal-2012 biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis f’Nordrhein-Westfalen. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata hemmhekk fl-2009.

(4)

It-tielet talba tal-Ġermanja tressqet fl-24 ta’ April 2013 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 sabiex tinqered jew titrażżan id-Diabrotica virgifera f’Baden-Württemberg. It-tifqigħat ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġew innutati f’distretti rurali jew urbani differenti ta’ dak l-Istat (Alb-Donaukreis, Biberach, Breisgau-Hochschwarzwald, Emmendingen, Karlsruhe, Konstanz, Loerrach, Rastatt u Ravensburg) fi snin differenti, jiġifieri fl-2009, fl-2010, fl-2011 u fl-2012. Il-miżuri li ttieħdu f’dawk is-snin kienu soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009, fl-2010, fl-2011 u fl-2012.

(5)

Spanja ressqet erba’ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fis-17 ta’ April 2013. L-ewwel waħda għandha x’taqsam mal-miżuri ta’ spezzjonijiet intensifikati li ttieħdu fl-2012 fl-erba’ Komunitajiet Awtonomi li jmissu mal-fruntieri tal-Portugall biex jikkontrollaw il-Bursaphelenchus xylophilus.

(6)

It-tieni talba ta’ Spanja għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2013 f’Galicia biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata fl-2010 fiż-żona ta’ As Neves.

(7)

It-tielet talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2013 fil-Catalonia biex jiġi kkontrollat il-Pomacea insularum. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata fl-2010.

(8)

Ir-raba’ talba ta’ Spanja għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2013 f’Extremadura biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata fl-2012 fiż-żona ta’ Valverde del Fresno.

(9)

Franza ressqet żewġ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ April 2013. L-ewwel waħda għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għal bejn Lulju tal-2012 u Novembru tal-2013 biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis fl-Alsace. Fi Franza ttieħdu miżuri wara li f’ Lulju tal-2011 instab dak l-organiżmu ta’ ħsara fiż-żona tal-fruntiera mal-Ġermanja.

(10)

It-tieni talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għal bejn Ottubru tal-2012 u Settembru tal-2013 biex jiġi kkontrollat ir-Rhynchophorus ferrugineus fir-reġjun tal-PACA. It-tifqigħat inizjali ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġew innutati fl-2009. Il-miżuri li ttieħdu bejn Settembru tal-2009 u Settembru tal-2012 kienu soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2010 u fl-2012.

(11)

Il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ April 2013. Dik it-talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu bejn Lulju u Ottubru tal-2012 fiż-żona ta’ Winterswijk biex jiġi kkontrollat l-Anoplophora glabripennis. Fl-10 ta’ Lulju 2012 kien nnutat li tfaċċa dak l-organiżmu ta’ ħsara.

(12)

Il-Portugall ressaq żewġ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ April 2013 li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li ttieħdu biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. L-ewwel talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2013 u l-2014 fit-territorju kontinentali tal-Portugall, fiż-żona ta’ lqugħ fil-fruntiera ma’ Spanja.

(13)

It-tieni talba tal-Portugall għandha x’taqsam esklussivament mal-miżuri tat-trattament bis-sħana tal-injam jew tal-materjal għall-ippakkjar tal-injam fiż-żona ta’ Setubal fl-2013. Il-miżuri li ttieħdu fl-2010, fl-2011 u fl-2012 kienu soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2011 u fl-2012.

(14)

Il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, fit-talbiet tagħhom ilkoll stabbilixxew programm ta’ azzjonijiet biex jeqirdu jew irażżnu dawn l-organiżmi ta’ ħsara li jissemmew hawn fuq mit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew.

(15)

Il-miżuri kollha li jissemmew hawn jinkludu varjetà ta’ miżuri tas-saħħa tal-pjanti, inklużi l-qerda ta’ siġar jew uċuħ tar-raba’ kontaminati, l-applikazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, it-tekniki tas-sanità, l-ispezzjonijiet u t-testijiet li jsiru b’mod uffiċjali jew fuq talba uffiċjali għall-monitoraġġ tal-preżenza jew tal-medda tal-kontaminazzjoni tal-organiżmi ta’ ħsara rispettivi, u s-sostituzzjoni tal-pjanti meqruda, skont it-tifsira tal-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2000/29/KE.

(16)

Il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall applikaw għal allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dawn it-talbiet skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, u partikolarment il-paragrafi 1 u 4 tiegħu, u f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 (2).

(17)

Permezz tal-informazzjoni teknika mogħtija mill-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, il-Kummissjoni setgħet tanalizza s-sitwazzjoni b’mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni kkonkludiet li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni, kif stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE. Għalhekk, huwa xieraq li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni biex tkopri n-nefqiet ta’dawk it-talbiet.

(18)

Il-miżuri u l-infiq eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni ġew iċċarati permezz ta’ ittra mid-DĠ SANCO tal-Kummissjoni lill-Uffiċjali Kapijiet fil-Qasam tas-Saħħa tal-Pjanti tal-Istati Membri bid-data 25 ta’ Mejju 2012.

(19)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2000/29/KE, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-miżuri li jittieħdu f’perjodu ta’ mhux iktar minn sentejn wara d-data meta tkun ġiet innutata t-tifqigħa jew għall-miżuri previsti għal dak il-perjodu. Madankollu, skont it-tielet subparagrafu ta’ dak l-Artikolu, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ snin jekk ikun ġie stabbilit li l-għan tal-miżuri jkun se jintlaħaq f’perjodu addizzjonali raġonevoli, u f’dak il-każ ir-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun digressiva fuq is-snin ikkonċernati.

(20)

Wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Bord ta’ Valutazzjoni tas-Saħħa tal-Pjanti tal-Kummissjoni ta’ bejn l-24 u s-26 ta’ Ġunju 2013 abbażi tal-valutazzjoni tat-talbiet rispettivi, huwa xieraq li l-perjodu ta’ sentejn għat-talbiet ikkonċernati jiġi estiż, filwaqt li r-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dawn il-miżuri titnaqqas għal 45 % tan-nefqa eliġibbli għat-tielet sena u għal 40 % għar-raba’ sena ta’ dawn it-talbiet.

(21)

Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għandha tapplika għal dawn it-talbiet: il-Ġermanja, Baden-Württemberg, Diabrotica virgifera, id-distretti rurali ta’ Alb-Donaukreis, Biberach, Karlsruhe, Rastatt u Ravensburg (2012), il-Ġermanja, Diabrotica virgifera, Rheinland-Pfalz (2012), Spanja, Extremadura, Bursaphelenchus xylophilus (2013), Franza, Anoplophora glabripennis, (Novembru tal-2012 sa Ottubru tal-2013), il-Pajjiżi l-Baxxi, Anoplophora glabripennis, iż-żona ta’ Winterswijk (Lulju sa Ottubru tal-2012).

(22)

Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni sa 45 % tan-nefqa eliġibbli għandha tapplika għal dawn it-talbiet: il-Ġermanja, Anoplophora glabripennis (Awwissu tal-2011 sa Awwissu tal-2012), il-Ġermanja, Baden-Württemberg, Diabrotica virgifera, id-distretti rurali ta’ Breisgau-Hochschwarzwald u l-belt ta’ Freiburg (2012), billi l-miżuri kkonċernati diġà kienu s-suġġett ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/868/UE (3) u 2012/789/UE (4) għall-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tagħhom.

(23)

Barra minn hekk, kontribuzzjoni mill-Unjoni li sa 40 % għandha tapplika għar-raba’ sena ta’ dawn it-talbiet: il-Ġermanja, Baden-Württemberg, Diabrotica virgifera, id-distretti rurali ta’ Emmendingen, Konstanz u Lörrach (2012), Spanja, Catalonia, Pomacea insularum (2013), Spanja, Galicia, Bursaphelenchus xylophilus (2013), Franza, Rhynchophorus ferrugineus (Ottubru tal-2012 sa Settembru tal-2013), il-Portugall, Bursaphelenchus xylophilus, iż-żona ta’ Setubal (2013) billi dawn il-miżuri diġà kienu s-suġġett ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/772/UE (5) (il-Ġermanja, Spanja, Pomacea insularum, Franza u l-Portugall), id-Deċiżjoni 2011/868/UE (il-Ġermanja, Spanja u l-Portugall) u/jew id-Deċiżjoni 2012/789/UE (il-Ġermanja, Spanja, Franza u l-Portugall) għall-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tagħhom.

(24)

F’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 23(6) tad-Direttiva 2000/29/KE, fid-dawl tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni fl-Unjoni tista’ tiġi implimentata azzjoni ulterjuri, u għandha tiġi deċiża l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal din l-azzjoni. L-azzjoni trid tkun soġġetta għal ċerti rekwiżiti jew kundizzjonijiet addizzjonali, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jintlaħaq l-għan inkwistjoni. Barra minn hekk, f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(6), meta azzjoni ulterjuri bħal din tkun maħsuba essenzjalment biex tipproteġi t-territorji tal-Unjoni, minbarra dak tal-Istat Membru kkonċernat, jista’ jiġi deċiż li l-allokazzjoni finanzjarja mill-Unjoni tkopri aktar minn 50 % tan-nefqa.

(25)

Fil-każ tal-kofinanzjament għal azzjonijiet kontra l-Bursaphelenchus xylophilus fil-Portugall, il-perjodu massimu ta’ erba’ snin, kif stipulat fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002, skada fl-2012. Madankollu, minħabba r-rilevanza kbira tal-Bursaphelenchus xylophilus għal pjanti u njam koniferu, ir-rapidità li biha l-marda tinfirex, il-qrubija ta’ Spanja lejn iż-żona demarkata fil-Portugall għal dak l-organiżmu ta’ ħsara, u l-impatt possibbli fuq il-kummerċ tal-injam tal-foresti tal-Unjoni u internazzjonali, tinħtieġ azzjoni ulterjuri biex jintlaħaq l-għan ta’ ħarsien fitosanitarju tat-territorju tal-Unjoni, kemm fil-Portugall u kemm fi Stati Membri minbarra l-Portugall. Dik l-azzjoni għandha tikkonċerna l-miżuri li jittieħdu mill-Portugall fiż-żona ta’ lqugħ li tmiss ma’ Spanja. Għalhekk, il-kofinanzjament ta’ dawk l-azzjonijiet ulterjuri għandu japplika għat-talbiet tal-Portugall għall-2013 u l-2014 għall-miżuri ta’ kontroll tal-Bursaphelenchus xylophilus fiż-żona ta’ lqugħ li tmiss ma’ Spanja. Minbarra dan. ikun xieraq li tiġi allokata rata ogħla ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dik it-talba, u b’mod partikolari rata ta’ 75 %, billi dik l-azzjoni titqies li hija maħsuba essenzjalment biex tipproteġi t-territorji tal-Unjoni minbarra dak tal-Portugall.

(26)

Spanja wettqet spezzjonijiet intensivi għal Bursaphelenchus xylophilus fiż-żona tal-fruntiera mal-Portugall, fil-Komunitajiet Awtonomi tal-Andalusija, Castilla y Leon, Extremadura u Galicia, u kopriet oqsma li mhumiex demarkati għal dak l-organiżmu ta’ ħsara. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom l-għan ta’ monitoraġġ intensiv għar-rilevament u l-qirda bikrin f’oqsma partikolari li jipproteġu l-bqija tat-territorju tal-Unjoni. Spanja diġà allokat għadd sinifikanti ta’ riżorsi għall-kontroll ta’ żewġ tifqigħat iżolati tal-Bursaphelenchus xylophilus f’Extremadura u Galicia. Dik titqies bħala azzjoni maħsuba essenzjalment biex tipproteġi t-territorju ta’ Spanja, kif ukoll it-territorji tal-Unjoni minbarra dak ta’ Spanja, minħabba r-rilevanza kbira tal-Bursaphelenchus xylophilus għal pjanti u njam koniferu, ir-rapidità li biha l-marda tinfirex, u l-impatt possibbli fuq il-kummerċ tal-injam tal-foresti tal-Unjoni u internazzjonali. Għaldaqstant ikun rilevanti li tiġi allokata rata ogħla ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal dik it-talba, u b’mod partikolari rata ta’75 %.

(27)

Il-missjoni tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala: “FVO” - Food and Veterinary Office), li saret f’April tal-2013, żvelat diversi nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni kontra l-Bursaphelenchus xylophilus adottati f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE (6). Dawk in-nuqqasijiet jikkonċernaw il-miżuri li ttieħdu mill-Portugall fiż-żona ta’ lqugħ li tmiss ma’ Spanja. B’mod partikolari, it-tqaċċit, it-tneħħija u r-rimi ta’ siġar tan-nematodu tal-injam tal-arżnu li kienu mejtin, morda jew li kienu f’żoni milqutin min-nirien jew mit-tempesti, ma tlestiex sal-iskadenzi stabbiliti bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/535/UE. Meta wieħed jinnota li għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet, bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2011/868/UE u 2012/789/UE, li tapplika livelli aktar baxxi ta’ kofinanzjament f’applikazzjonijiet simili fl-2011 u l-2012, jidher xieraq li jiġi applikat tnaqqis ulterjuri fil-kofinanzjament li jikkonċerna dawk l-azzjonijiet. Dak it-tnaqqis għandu jkun proporzjonat mal-perjodu li fih il-missjoni tal-FVO tista’ taċċerta nuqqas ta’ korrettezza fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni, jiġifieri l-ewwel tliet xhur tal-2013.

(28)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (7), il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti huma ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet tal-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(29)

Skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-Artikolu 94(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (9), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun preċedut bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni finanzjarja mill-istituzzjoni li tkun ingħatat is-setgħat, li fiha jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali għal azzjoni li tinvolvi nefqa.

(30)

Id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għan-nefqa mressqa fit-talbiet ta’ kofinanzjament ippreżentati mill-Istati Membri.

(31)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Abbażi tat-talbiet ippreżentati mill-Istati Membri u analizzati mill-Kummissjoni, l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2013 biex tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, li għandha x’taqsam mal-miżuri meħtieġa kif speċifikati fl-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdu bl-għan li jkunu miġġielda l-organiżmi kkonċernati skont ir-rikjesti elenkati fl-Anness I, hija b’dan approvata.

2.   Abbażi tat-talbiet ippreżentati minn Spanja u l-Portugall, u analizzati mill-Kummissjoni, l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2013 biex tkopri n-nefqa mġarrba minn dawk l-Istati Membri u li għandha x’taqsam ma’ azzjonijiet ulterjuri, kif speċifikati fl-Artikolu 23(6), biex jikkontrollaw il-Bursaphelenchus xylophilus fir-rikjesti elenkati fl-Anness II, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

L-ammont totali ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) huwa ta’ EUR 7 713 355,31. L-ammonti massimi ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull rikjesta għandhom ikunu kif inhu indikat fl-Anness I jew II rispettivament.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni kif stabbilita fl-Annessi I u II għandha titħallas bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta evidenza tal-miżuri meħudin skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1040/2002;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta talba għall-ħlas lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa mingħajr preġudizzju għall-verifiki mill-Kummissjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 23(8), l-Artikolu 23(10), u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.

Mhu se jsir l-ebda ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jekk it-talba għall-ħlas imsemmi fil-punt (b) tiġi ppreżentata aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014. Eċċezzjonalment, għall-miżuri meħudin fi stadju iktar tard fl-2014 mill-Portugall fiż-żona ta’ lqugħ li tmiss ma’ Spanja, l-iskadenza għal dik it-talba għandha tkun il-31 ta’ Ottubru 2015.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika ta’ Franza, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relattivi għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fitosanitarju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97, ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38.

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/868/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2011 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bil-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 57).

(4)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/789/UE tal-14 ta Diċembru 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE għall-2012 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bl-għan li jiġu kkontrollati l-organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (ĠU L 348, 18.12.2012, p. 22).

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/772/UE tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2010 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru u l-Portugall bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (ĠU L 330, 15.12.2010, p. 9).

(6)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2012 dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (ĠU L 266, 2.10.2012, p. 42).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).


ANNESS I

TALBIET IBBAŻATI FUQ L-ARTIKOLU 23(5) TAD-DIRETTIVA 2000/29/KE U SOĠĠETTI GĦAL KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA MILL-UNJONI

Taqsima I

Talbiet li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni hija ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli

Stat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eliġibbli, inklużi l-ispejjeż ġenerali (EUR)

Il-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni (EUR)

Il-Ġermanja, Rheinland-Pfalz

Diabrotica virgifera

Zea mays

2012

1

37 925,05

18 962,52

Il-Ġermanja, Baden-Württember, id-distrett rurali ta’ Alb-Donaukreis, Biberach, Karlsruhe u Ravensburg (l-ewwel sena tal-miżuri), Rastatt (it-tieni sena tal-miżuri)

Diabrotica virgifera

Zea mays

2012

1 jew 2

76 335,15

38 167,58

Spanja, Extremadura (it-tifqigħa tal-2012)

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

2013

2

873 501,52

436 750,76

Franza, Alsace

Anoplophora glabripennis

Diversi speċijiet ta’ siġar

Minn Novembru 2012 sa Ottubru 2013

2

157 334,94

78 667,47

il-Pajjiżi l-Baxxi, Winterswijk

Anoplophora glabripennis

Diversi speċijiet ta’ siġar

Lulju sa Ottubru 2012

1

389 548,48

194 774,24


Taqsima II

Talbieti li r-rati tagħhom ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jvarjaw, fl-applikazzjoni tal-prinċipju tad-digressività.

Stat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eliġibbli, inklużi l-ispejjeż ġenerali (EUR)

Rata (%)

Il-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni (EUR)

Il-Ġermanja, Baden-Württemberg, id-distrett rurali ta’ Breisgau-Hochschwarzwald u l-belt ta’ Freiburg

Diabrotica virgifera

Zea mays

2012

3

17 716,79

45

7 972,56

Il-Ġermanja, Baden-Württemberg, id-distretti rurali ta’ Emmendingen, Lörrach, Konstanz

Diabrotica virgifera

Zea mays

2012

4

48 067,72

40

19 227,09

il-Ġermanja, Nordrhein-Westfalen

Anoplophora glabripennis

Diversi speċijiet ta’ siġar

8.2011 - 8.2012

3

156 536,72

45

70 441,52

Spanja, Katalunja

Pomacea insularum

Oryza sativa

2013

4

1 685 969,84

40

674 387,93

Spanja, Galicia

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

2013

4

1 632 820

40

653 128

Franza, ir-Reġjun PACA

Rhynchophorus ferrugineus

Palmaceae

Minn Ottubru 2012 sa Settembru 2013

4

476 231,32

40

190 492,52

Il-Portugall, iż-żona ta’ Setubal, trattamenti bis-sħana

Bursaphelenchus xylophilus

Injam u materjal għall-ippakkjar tal-injam

2013

4

35 845

40

14 338

Tifsira: a = is-sena tal-implimentazzjoni tal-miżuri fit-talba.


ANNESS II

TALBIET IBBAŻATI FUQ L-ARTIKOLU 23(6) TAD-DIRETTIVA 2000/29/KE U SOĠĠETTI GĦAL KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA MILL-UNJONI

Stat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eliġibbli, inklużi l-ispejjeż ġenerali (EUR)

Rata (%)

Il-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni (EUR)

Spanja Programm ta’ spezzjoni intensiva mal-fruntiera tal-Portugall

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

2012

1

533 935,71

75

400 451,75

Il-Portugall, Il-Portugall kontinentali, żona ta’ lqugħ mal-fruntiera ta’ Spanja

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

l-2013 u l-2014

1 u 2

6 554 124,50

(= 7 490 428  × 87,5 %, jiġifieri bi tnaqqis ta’ 12,5 % li jikkorrispondi b’mod lineari ma’ trimestru wieħed fl-2013 minn tmienja għas-sentejn inkwistjoni)

75

4 915 593,37

Tifsira: a = is-sena tal-implimentazzjoni tal-miżuri fit-talba.


Kontribuzzjoni totali mill-Unjoni (EUR)

7 713 355,31


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/65


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Diċembru 2013

li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE

(2013/801/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddelega poteri lill-aġenziji eżekuttivi biex jimplimentaw b’mod sħiħ jew parti minn programm jew proġett tal-Unjoni, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha.

(2)

L-għan li l-aġenziji eżekuttivi jingħataw il-kariga b’il-kompiti t’al-implimentazzjoni tal-programmi huwa biex il-Kummissjoni titħalla tikkonċentra fuq l-attivitajiet u l-funzjonijiet ewlenin tagħha li ma jistgħux jiġu ġestiti esternament, mingħajr ma ċċedi l-kontroll fuq l-attivitajiet ġestiti minn dawk l-aġenziji eżekuttivi u r-responsabbiltà aħħarija għall-istess attivitajiet.

(3)

Id-delega ta’ kompiti b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ programmi lil aġenzija eżekuttiva titlob separazzjoni ċara bejn l-istadji tal-ipprogrammar li jinvolvu diskrezzjoni kbira fl-għażliet iggwidati minn kunsiderazzjonijiet ta’ politika u li jitwettqu mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tal-programmi, li għandha titħalla f’idejn l-aġenzija eżekuttiva.

(4)

Bid-Deċiżjoni 2007/60/KE (2), il-Kummissjoni ħolqot l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew u fdatha bil-ġestjoni ta’ azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew.

(5)

Sussegwentement, bid-Deċiżjoni 2008/593/KE (3), il-Kummissjoni estendiet il-perjodu tal-operat tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport u ddefinit mill-ġdid l-għanijiet u l-kompiti tagħha biex b’hekk saret responsabbli wkoll mill-implimentazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja tal-baġit tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport fil-Qafas Finanzjarju Pluriennwali għall-2007-2013.

(6)

L-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport uriet li hija aġenzija organizzata tajjeb li twettaq il-kompiti li għandha mandat fuqhom b’mod effettiv u effiċjenti f’konformità mal-qafas legali li jirregola l-attivitajiet tagħha. L-evalwazzjoni interim tal-aġenzija wriet li hija għandha indikaturi tal-produttività b’saħħithom u li twettaq il-ġestjoni teknika u finanzjarja tagħha b’mod li jissodisfa lill-partijiet interessati. L-aġenzija rnexxielha tikkontribwixxi b’suċċess għall-implimentazzjoni tal-programm tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u ppermettiet lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq u ttejjeb il-ġestjoni tal-kompiti istituzzjonali u ta’ politika tagħha. L-evalwazzjoni interim wriet ukoll li l-aġenzija hija għażla aktar kosteffiċjenti għall-ġestjoni tal-programm tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, meta mqabbla max-xenarju tal-ġestjoni interna tal-Kummissjoni. L-iffrankar li rriżulta mid-delega tal-kompiti lill-aġenzija ġew stmati għal madwar EUR 8,66 miljun tul il-perjodu ta’ snin mill-2008 sal-2015.

(7)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011“Baġit għall-Ewropa 2020” (4), il-Kummissjoni pproponiet l-użu tal-għażla ta’ rikors aktar estensiv għall-aġenziji eżistenti għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014-2020.

(8)

L-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji mwettqa f’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 wriet li d-delega lill-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport tal-ġestjoni ta’ partijiet mill-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet (5), kif ukoll partijiet minn riċerka dwar it-trasport u l-enerġija fil-qafas tal-programm Orizzont 2020 (6), jagħmilha possibbli li jiġu implimentati tali programmi b’mod effiċjenti b’inqas spejjeż milli meta mqabbla mal-Kummissjoni. It-tali delega ta’ ġestjoni ta’ programmi lill-aġenzija huwa stmat li jħalli gwadanni fl-effiċjenza ta’ madwar EUR 54 miljun għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-2014 sal-2020. L-analiżi wriet ukoll li t-tagħqid flimkien tal-ġestjoni tal-infrastruttura u ta’ proġetti ta’ riċerka fl-oqsma tat-trasport u tal-enerġija fl-istess aġenzija jirriżulta f’ekonomiji tal-kobor u sinerġiji sinifikanti bejn tali attivitajiet. L-estensjoni tal-mandat tal-aġenzija tippermetti li l-Kummissjoni u l-partijiet interessati jibbenefikaw mill-għarfien espert tal-aġenzija u minn kwalità għolja tal-ġestjoni ta’ programmi u tat-twassil ta’ servizzi. Din l-estensjoni tiżgura wkoll kontinwità tal-operat għall-benefiċjarji mill-programm tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u livell għoli ta’ viżibbiltà tal-Unjoni bħala l-promotur tal-programmi ġestiti mill-aġenzija. Barra minn hekk, l-analiżi wriet ukoll li għall-programmi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (7) u tal-Marco Polo (8) r-ritorn lejn arranġament ta’ ġestjoni interni jkun ta’ tfixkil u jirriżulta f’telf ta’ effiċjenza.

(9)

Biex l-aġenziji eżekuttivi jingħataw identità koerenti, il-Kummissjoni, safejn kien possibbli, qasmet il-ħidmiet skont l-oqsma tematiċi tal-politika meta stabbilit il-mandati l-ġodda tagħhom.

(10)

L-Aġenzija l-ġdida għandu jkollha mandat estiż li jkopri l-ġestjoni ta’ partijiet tal-programmi segwenti:

Il-programm il-ġdid Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; il-ġestjoni ta’ dan il-programm tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma jinkludux it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert ta’ natura teknika u finanzjarja tul iċ-ċiklu tal-proġett;

Partijiet minn Parti III Sfidi Soċjetali tal-Programm Speċifiku Orizzont 2020; il-ġestjoni ta’ dan il-programm tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma jinkludux it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert ta’ natura teknika u finanzjarja tul iċ-ċiklu tal-proġett;

Il-parti residwa tal-programm tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li diġà kien iddelegat lill-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2000-2006 (mill-2007) u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2007-2013; il-ġestjoni ta’ dan il-programm tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma jinkludux it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert ta’ natura teknika u finanzjarja tul iċ-ċiklu tal-proġett;

Il-parti residwa tal-programm Marco Polo, li fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2007-2013 kienet ġestita mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni; il-ġestjoni ta’ dan il-programm tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma jinkludux it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert ta’ natura teknika u finanzjarja tul iċ-ċiklu tal-proġett.

(11)

Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti fi żmien din id-Deċiżjoni u tal-programmi inkwistjoni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Aġenzija għandha teżerċita l-kompiti tagħha b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi soġġetti għal u fid-data minn meta dawk il-programmi jidħlu fis-seħħ.

(12)

Għandha tiġi stabbilita l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks. Din għandha tieħu post l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport stabbilita bid-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE Din għandha topera f’konformità mal-istatut ġenerali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

(13)

Id-Deċiżjoni 2007/60/KE u d-Deċiżjoni 2008/593/KE għandhom għalhekk jitħassru u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) hija stabbilita mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

L-Istatut tal-Aġenzija huwa rregolat bir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

L-Aġenzija tieħu post u tkompli fejn ħalliet l-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE.

Artikolu 2

Sede

Is-sede tal-Aġenzija hija f’Brussell.

Artikolu 3

Għanijiet u kompiti

1.   L-Aġenżija hija mogħtija l-kariga tal-implimentazzjoni ta’ partijiet mill-programmi tal-Unjoni li ġejjin:

(a)

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

(b)

Il-Parti III Sfidi Soċjetali tal-Programm Speċifiku Orizzont 2020.

Dan il-paragrafu għandu japplika soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull wieħed minn dawn il-programmi.

2.   L-Aġenżija hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-partijiet residwi tal-programmi Komunitarji li ġejjin:

(a)

Il-programm tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport;

(b)

Il-programm Marco Polo.

3.   L-Aġenzija hija responsabbli għall-kompiti segwenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(a)

il-ġestjoni ta’ xi stadji ta’ implimentazzjoni tal-programm u xi fażijiet tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi abbażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(b)

l-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(c)

il-għoti ta’ appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega.

Artikolu 4

Tul ta’ żmien tal-ħatriet

1.   Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija huma maħtura għal sentejn (2).

2.   Id-Direttur huwa maħtur għal ħames (5) snin.

Artikolu 5

Rekwiżit dwar is-superviżjoni u r-rapportar

L-Aġenzija hija soġġetta għas-superviżjoni mill-Kummissjoni u tirrapporta regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi jew partijiet minnhom li għalihom hi responsabbli, skont l-arranġamenti u l-intervalli stipulati fl-istrument tad-delega.

Artikolu 6

Implimentazzjoni tal-baġit operattiv

L-Aġenzija timplimenta l-baġit operattiv tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (9).

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżitorji u ta’ tħassir

1.   Id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Aġenzija titiqies bħala s-suċċessur legali tal-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE.

3.   Bla preġudizzju għall-Artikolu 28(2), l-Artikolu 29(2), l-Artikolu 30 u l-Artikolu 31(2) tad-Deċiżjoni C(2013) 9235, din id-Deċiżjoni ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija, inkluż id-Direttur tagħha.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni idħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/593/KE tal-11 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/60/KE dwar il-modifika tal-kompiti u l-perjodu tal-operat tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew (ĠU L 190, 18.7.2008, p. 35).

(4)  COM(2011) 500 finali.

(5)  Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(6)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabilixxi l-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104), u Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1).

(8)  Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi t-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II) (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar ir-regolamentazzjoni finanzjarja standard għall-agenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jingħataw il-kariga b’ċerti kompiti fil-ġestjoni ta’ programmi Komunitarji (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/68


DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-IRAQ

tat-8 ta’ Ottubru 2013

li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni

(2013/802/UE)

IL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-IRAQ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, fuq in-naħa l-oħra, (“minn hawn 'il quddiem il-Ftehim”) u b’mod partikolari l-Artikolu 111 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 117 tal-Ftehim, ċerti dispożizzjonijiet tiegħu ġew applikati provviżorjament mill-1 ta’ Awwissu 2012.

(2)

Sabiex isir kontribut lejn l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, għandu jiġi stabbilit il-qafas istituzzjonali tiegħu mill-aktar fis possibbli.

(3)

Huwa l-kompitu tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni sabiex jadotta l-miżuri meħtieġa biex dan isir; l-Artikolu 111(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jwaqqaf ir-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Sabiex il-Kumitat ta' Kooperazzjoni jkun operattiv kemm jista’ jkun malajr, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi wkoll ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub.

(5)

Jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bi proċedura bil-miktub,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni u dawk tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, kif stabbilit fl-Appendiċi A u B rispettivament, huma b’dan adottati.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill ta’ Kooperazzjoni

Il-President

C. ASHTON


ANNESS I

REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-IRAQ

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jkun ippresedut b’mod li jalterna għal perjodi ta’ 12-il xahar mill-President tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Iraq. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali darba fis-sena. Sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jistgħu jsiru fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mill-Partijiet, kull sessjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandha ssir fil-post fejn is-soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fid-data li jaqblu dwarha ż-żewġ Partijiet. Laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bi qbil mal-President.

Artikolu 3

Rappreżentanza

Il-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jistgħu jiġu rrappreżentati f'każ li ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jixtieq li jiġi rrappreżentat b’dan il-mod, hu/hi għandu/ha j/tinnotifika lill-President rigward l-isem tar-rappreżentant tiegħu/tagħha qabel il-laqgħa li fiha se j/tiġi rrapreżentat/a b’dan il-mod. Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Il-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun infurmat bil-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

Għal-laqgħat tal-Kunsill ta’ Kopeazzjoni, meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Bank, għandu jattendi rappreżentant tal-Bank Ewropew tal-Investiment bħala osservatur.

Meta jkun xieraq u bi ftehim reċiproku, persuni fil-kapaċità tagħhom ta’ esperti jew rappreżentanti ta’ korpi oħra jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari.

Artikolu 5

Segretarjat

Rappreżentant tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tal-Missjoni tal-Iraq għall-Unjoni Ewropea għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandha tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni fl-indirizz tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ Segretarji għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tiġi trażmessa lill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u, fejn xieraq, imqassma lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni. Il-korrispondenza li titqassam għandha tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-Missjoni tal-Iraq għall-Unjoni Ewropea.

Il-komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom jintbagħtu lid-destinatarji miż-żewġ Segretarji u jitqassmu, fejn xieraq, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni fl-indirizzi indikati fit-tieni paragrafu.

Artikolu 7

Pubbliċità

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 8

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tiġi trażmessa mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li fuqhom il-President ikun irċieva talba sabiex jiżdiedu fuq l-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punt ma għandu jitniżżel fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' sostenn lis-Segretarji sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda provviżorja. L-aġenda għandha tkun approvata mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista’ jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Il-President jista', bi ftehim maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi stipulati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġiet ta' każ partikolari.

Artikolu 9

Minuti

Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa b’mod konġunt miż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta’ kull punt fuq l-aġenda:

id-dokumenti ppreżentati lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni,

dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni jkun talab li jiddaħħlu,

ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija, id-dikjarazzjonijiet li sar qbil dwarhom u l-konklużjonijiet adottati.

L-abbozz tal-minuti għandu jingħata lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u miż-żewġ segretarji. Il-minuti għandhom jiġu ffajljati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jservi ta’ depożitarju tad-dokumenti tal-Ftehim. Kopja ċċertifikata għandha tingħadda lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 ta' dawn ir-Regoli tal-Proċedura.

Artikolu 10

Deliberazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim komuni tal-Partijiet. Il-każijiet, li fihom il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet huma indikati fil-Ftehim innifsu.

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Meta l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jiddeċiedi li jirrikorri għall-proċedura bil-miktub, data ta’ skadenza tista’ tkun prevista bi ftehim reċiproku tal-Partijiet, li fit-tmiem tagħha l-President tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiddikjara, fuq rapport miż-żewġ Segretarji, jekk intlaħaqx ftehim komuni tal-Partijiet.

2.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 111 tal-Ftehim għandhom ikunu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” segwiti b’numru serjali, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b’deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jingħaddu lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 hawn fuq. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkommandazzjonijiet tal-Kunsil tal-Kooperazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 11

Lingwi

L-ilsna uffiċjali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu l-ilsna uffiċjali taż-żewġ Partijiet. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni se jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f’dawn l-ilsna.

Artikolu 12

Spejjeż

Kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Iraq se joħorġu l-flus għall-ispejjeż li jġarrbu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, kemm f’dak li għandu x’jaqsam man-nefqa tal-persunal, il-vjaġġi u s-sussistenza kif ukoll man-nefqa għall-posta u t-telekomunikazzjoni. Nefqa li għandha x’taqsam ma’ servizzi ta’ interpretazzjoni fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tan-nefqa li għandha x’taqsam mas-servizzi ta’ interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew mill-lingwa uffiċjali tal-Iraq, li għandhom jitħallsu mill-Iraq. Infiq ieħor relatat mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandu jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.

Artikolu 13

Kumitat ta' Kooperazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 112 tal-Ftehim, qed jiġi stabbilit Kumitat ta’ Kooperazzjoni sabiex jgħin lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni fit-twettiq ta’ dmirijietu. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Iraq, min-naħa l-oħra, normalment fil-livell ta’ impjegati anzjani taċ-ċivil.

2.   Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni fejn xieraq u, b’mod ġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni u t-tħaddim tajjeb tal-Ftehim. Għandu jqis kwalunkwe kwistjoni li titressaq quddiemu mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista' tinqala' fl-andament tat-twettiq ta' kuljum tal-Ftehim. Għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet/rakkommandazzjonijiet għal adozzjoni lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni kwalunkwe waħda mis-setgħat tiegħu.

3.   F’każijiet fejn il-Ftehim jirreferi għal obbligu ta’ konsultazzjoni jew possibbiltà ta’ konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim komuni biex jikkonsultaw lil xulxin, din il-konsultazzjoni trid issir fi ħdan il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Il-Konsultazzjoni tista’ tkompli fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jekk iż-żewġ partijiet jaqblu li jsir hekk.


ANNESS II

REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA' KOOPERAZZJONI

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandu jkun ippresedut b’mod li jalterna għal perjodi ta’ 12-il xahar minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Gvern tal-Iraq.

L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jiltaqa’ meta jitolbu ċ-ċirkostanzi, bil-ftehim taż-żewġ Partijiet, mill-inqas darba fis-sena. Kull laqgħa tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ Partijiet.

Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom jissejħu mill-President. Il-laqgħa annwali tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandha tissejjaħ qabel il-laqgħa annwali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni. Għandha titlaqqa’ fi żmien xieraq biex il-Kumitat ta' Kooperazzjoni jilħaq jipprepara għall-laqgħa tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-President se jkun informat mill-formazzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta’ kull Parti.

Artikolu 4

Segretarjat

Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Gvern tal-Iraq għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Il-komunikazzjonijiet kollha lill-Presidenza tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u mingħandha previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jintbagħtu lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u lis-Segretarji u lill-President tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

Artikolu 5

Pubbliċità

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni m’għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 6

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tiġi trażmessa mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti li fuqhom il-President ikun irċieva talba sabiex jiżdiedu fuq l-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punt m’għandu jitniżżel fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta’ sostenn lis-Segretarji sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda provviżorja.

Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista’ jistieden esperti jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari.

L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista’ jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Il-President jista’, bi ftehim maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi stipulati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġiet ta’ każ partikolari.

Artikolu 7

Minuti

Għandhom jittieħdu l-minuti ta' kull laqgħa u għandhom ikunu bbażati fuq sinteżi mill-President tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-Kumitat ta' Kooperazzjoni. Meta jiġu approvati mill-Kumitat ta' Kooperazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u s-Segretarji u jiġu ffajljati minn kull waħda mill-Partijiet. Kopja tal-minuti għandha tingħadda lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 8

Deliberazzjonijiet

Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni jadotta ċerti deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, dawn l-atti għandhom jiġu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni”, segwiti minn numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandhom isiru bi qbil komuni bejn il-Partijiet.

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Meta l-Kumitat ta' Kooperazzjoni jiddeċiedi li jirrikorri għall-proċedura bil-miktub, data ta’ skadenza tista’ tkun prevista bil-ftehim reċiproku tal-Partijiet, li fit-tmiem tagħha l-President tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista’ jiddikjara, fuq rapport miż-żewġ Segretarji, jekk intlaħaqx ftehim komuni mill-Partijiet.

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji u għandhom jiġu trażmessi lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Kull Parti tista’ tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan il-Kumitat ta' Kooperazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 9

Spejjeż

Kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Iraq se joħorġu l-flus għall-ispejjeż li jġarrbu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni, kemm f’dak li għandu x’jaqsam man-nefqa tal-persunal, il-vjaġġi u s-sussistenza kif ukoll għan-nefqa għall-posta u t-telekomunikazzjoni. Nefqa li għandha x’taqsam mas-servizzi ta’ interpretazzjoni fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tan-nefqa li għandha x’taqsam mas-servizzi ta’ interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew mill-lingwa uffiċjali tal-Iraq, li għandhom jitħallsu mill-Iraq. Infiq ieħor relatat mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandu jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.

Artikolu 10

Sottokumitati u gruppi speċjali

B’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, il-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista’ jiddeċiedi li joħloq sottokumitati jew gruppi ta’ ħidma speċjalizzati sabiex jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni u li għandhom jagħmlulu rapport wara kull laqgħa li jagħmlu. Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni jista’ jiddeċiedi li jtemm kwalukwe sottokumitat jew grupp ta’ ħidma eżistenti, jiddefinixxi jew jemenda t-termini ta’ referenza tagħhom jew joħloq sottokumitati jew gruppi ta’ ħidma oħra sabiex jgħinuh fil-qadi ta’ dmirijietu. Dawn is-sottokumitati u gruppi ta’ ħidma m'għandu jkollhom l-ebda setgħa ta’ teħid ta' deċiżjonijiet.


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/74


DEĊIŻJONI Nru 2/2013 TAL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-IRAQ

tat-8 ta’ Ottubru 2013

dwar l-istabbiliment ta’ tliet sottokumitati speċjalizzati u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tagħhom

(2013/803/UE)

IL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-IRAQ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, fuq in-naħa l-oħra (1), (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) u b’mod partikolari l-Artikolu 112 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 117 tal-Ftehim, ċerti dispożizzjonijiet tiegħu ġew applikati provviżorjament mill-1 ta’ Awwissu 2012.

(2)

Sabiex isir kontribut lejn l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, għandu jiġi stabbilit il-qafas istituzzjonali tiegħu mill-aktar fis possibbli.

(3)

L-Artikolu 112 tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkun assistit fit-twettiq ta’ dmirijietu minn Kumitat ta’ Kooperazzjoni u jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe sottokumitat jew korp speċjalizzat ieħor biex jassistih fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta’ dawn il-kumitati jew il-korpi u kif jiffunzjonaw.

(4)

Sabiex jippermettu diskussjonijiet fil-livell ta’ esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, għandhom jiġu stabbiliti tliet sottokumitati. Bi ftehim ulterjuri tal-partijiet kemm il-lista ta’ sottokumitati u l-ambitu tas-sottokumitati individwali jistgħu jiġu mmodifikati.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub.

(6)

Sabiex is-sottokumitati jsiru operazzjonali f’ħin xieraq, jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bi proċedura bil-miktub.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Is-sottokumitati mniżżla fl-Anness I huma hawnhekk stabbiliti.

It-termini ta’ referenza tas-sottokumitati kif stabbiliti fl-Anness II huma b’hekk adottati.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq

Il-Presidenza

C. ASHTON


(1)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 20.


ANNESS I

KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-IRAQ

Sottokumitati stabbiliti

(1)

Sottokumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija

(2)

Sottokumitat dwar il-Kummerċ u kwistjonijiet relatati

(3)

Sottokumitat dwar l-Enerġija u kwistjonijiet relatati


ANNESS II

Termini ta’ referenza tas-sottokumitati stabbiliti fl-Anness I, taħt il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Fil-laqgħat tiegħu, kull sottokumitat jista’ jittratta l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma jew fl-oqsma kollha li jkopri.

Is-Sottokumitati jistgħu jiddiskutu wkoll suġġetti jew proġetti speċifiċi rigward il-qasam rilevanti ta’ Kooperazzjoni bilaterali.

Każi individwali jistgħu ukoll jiġu diskussi meta jintalab minn waħda miż-żewġ Partijiet.

Artikolu 2

Is-Sottokumitati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Wara kull laqgħa, huma għandhom jibagħtu l-konklużjonijiet tagħhom lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni.

Artikolu 3

Is-Sottokumitati għandhom ikunu komposti minn rappreżentanti tal-Partijiet.

Fuq ftehim taż-żewġ partijiet, is-Sottokumitati jistgħu jistiednu esperti għal-laqgħat tagħhom u jistgħu jisimgħuhom rigward punti speċifiċi fuq l-aġenda tal-laqgħat tas-Sottokumitat, kif ikun xieraq.

Artikolu 4

Is-Sottokumitati għandhom ikunu ppreseduti alternattivament mill-Partijiet, skont ir-regoli dwar il-presidenza alternata tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea, fuq naħa waħda, u minn rappreżentant tal-Gvern tal-Iraq min-naħa l-oħra.

Artikolu 5

Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika tal-Iraq għandhom jeżerċitaw flimkien il-funzjonijiet ta’ Segretarju Permanenti tas-Sottokumitati. Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-Sottokumitat speċifiku għandhom jiġu mgħoddija liż-żewġ Segretarji Permanenti.

Artikolu 6

Is-Sottokumitati għandhom jiltaqgħu kull meta hekk ikunu jitolbu ċ-ċirkostanzi fuq qbil tal-Partijiet, fuq il-bażi ta’ talba bil-miktub minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet, u mill-inqas darba fis-sena. Kull laqgħa għandha ssir f’post li jkun iddeterminat miż-żewġ Partijiet u f’ħin miftiehem minnhom.

Malli jirċievi talba minn waħda mill-Partijiet għal laqgħa tas-Sottokumitat, is-Segretarju Permanenti tal-Parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.

F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ fi żmien iqsar jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu.

Qabel kull laqgħa, il-president għandu jkun informat bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni taż-żewġ Partijiet.

Il-laqgħat tas-Sottokumitat jitlaqqgħu b’mod konġunt miż-żewġ Segretarji Permanenti, li jaġixxu fi ftehim mas-Segretarji tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni.

Artikolu 7

Il-punti biex ikunu inklużi fl-aġenda għandhom jitressqu quddiem is-Segretarji Permanenti mill-inqas 15-il jum tax-xogħol qabel il-laqgħa tas-Sottokumitat inkwistjoni. Kwalunkwe dokumentazzjoni anċillari għandha tkun ipprovduta lis-Segretarji Permanenti mill-inqas għaxart (10) ijiem tax-xogħol bil-quddiem.

Fuq il-bażi ta’ dawn il-punti, għandha titfassal u tintbagħat aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumentazzjoni anċillari disponibbli, lis-Segretarji tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, kif ukoll lir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa tas-Sottokumitat. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bi qbil bil-miktub taż-żewġ Segretarji Permanenti, jistgħu jiġu miżjuda punti f’limiti iqsar ta’ żmien.

Artikolu 8

Ħlief jekk ikun deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-Sottokumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 9

Għandhom jittieħdu l-minuti għal kull laqgħa. Kopja tal-minuti u tal-konklużjonijiet ta’ kull laqgħa tas-Sottokumitat għandhom jiġu trażmessi lis-Segretarji tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Għandhom jintbagħtu kopji wkoll lir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri.


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/78


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2013 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK

tas-16 ta’ Diċembru 2013

dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, għall-iskop li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 90 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jiżguraw li l-għanijiet stipulati fil-Ftehim jinkisbu.

(3)

Il-partijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju approvaw it-test tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017).

(4)

Il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju permezz tat-tfassil u l-adozzjoni, bi qbil bejn il-Partijiet, ta' miżuri konkreti li jipprovdu gwida prattika għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(5)

Il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV għandu l-iskop doppju li jistabbilixxi miżuri konkreti għat-twettiq, mill-Partijiet, tal-obbligi stipulati fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u li jipprovdi qafas aktar wiesa’ għat-tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk, sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ integrazzjoni ekonomika u biex japprofondixxi l-koperazzjoni politika, b’mod konformi mal-għanijiet ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju,

ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-partijiet jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) (1), li jidher fl-Anness, sa fejn l-implimentazzjoni jkollha l-mira li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

S. MEZOUAR


(1)  Ara dokument ST 17584/13 fuq http:// register.consilium.europa.eu


24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/79


DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KOMUNITÀ/KUMITAT TAL-ISVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN

tas-6 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq

(2013/804/UE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala ”il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet li jirrevedu l-Anness 1.

(2)

L-Anness 1 ġie rivedut bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt tat-22 ta’ Diċembru 2010.

(3)

Ġew adottati atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma koperti mil-Ftehim. L-Anness 1 għandu jiġi rivedut biex jitqies it-tibdil fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea. Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali u simplifikazzjoni, ikun aħjar li l-Anness 1 tal-Ftehim jinbidel bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness 1 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Għall-iskopijiet tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jiġu rikonoxxuti, abbażi tar-reċiproċità,

a)

iċ-ċertifikati tas-sikurezza mogħtija minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-ittra a) tal-Artikolu 10(2);

b)

l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza stabbiliti fil-Konfederazzjoni Svizzera u fl-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 16.

2.   F'konformità mal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva 2004/49/KE, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Unjoni Ewropea għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar ir-regoli tas-sikurezza nazzjonali u jikkomunikaw fuq bażi regolari kull emenda li ssir fihom sabiex ikunu għad-dispożizzjoni tal-industrija u tal-operaturi.

Artikolu 3

1.   Għall-iskopijiet tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jiġu rikonoxxuti, abbażi tar-reċiproċità,

a)

id-dikjarazzjonijiet tal-konformità jew l-adegwatezza għall-użu stipulati fl-Artikolu 11 u ddefiniti fl-Anness IV li ġew stabbiliti mill-produtturi jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom;

b)

iċ-ċertifikati tal-verifika stipulata fil-punt 2.3 tal-Anness VI li nħarġu mill-korpi nnotifikati akkreditati jew rikonoxxuti mill-Isvizzera jew minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

c)

id-dikjarazzjonijiet tal-verifika stipulati fl-Artikolu 18(1) u ddefiniti fl-Anness V li ġew stabbiliti mill-entità kontraenti, jew mill-produtturi, jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom;

d)

l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta' subsistemi u vetturi, inklużi l-awtorizzazzjonijiet li waslu qabel id-19 ta' Lulju 2008, b'mod partikolari skont l-RIC u l-RIV, kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet skont it-tip ta' vettura, li waslu minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont il-Kapitolu V;

e)

il-lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità tal-Konfederazzjoni Svizzera u tal-Unjoni Ewropea stipulata fl-Artikolu 28.

2.   F'konformità mal-Artikoli 9(2) u 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Unjoni Ewropea għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar ir-regoli tekniċi u operazzjonali nazzjonali li jissupplimentaw jew li huma diverġenti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE u jikkomunikaw fuq bażi regolari kull emenda li ssir fihom.

3.   F'konformità mal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fil-Konfederazzjoni Svizzera. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippubblika din l-informazzjoni fuq il-sit tal-internet tagħha filwaqt li telenka dawn il-korpi (is-sistema ta' informazzjoni NANDO).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Unjoni Ewropea

Il-President

Fotis KARAMITSOS

Għall-Konfederazzjoni Svizzera

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Peter FÜGLISTALER


(1)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(2)  Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).


ANNESS

“ANNESS 1

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

Skont l-Artikolu 52(6) ta’ dan il-Ftehim, l-Isvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet legali ekwivalenti għal dawn li ġejjin:

Dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi tal-Unjoni

TAQSIMA 1 – L-AMMISSJONI GĦALL-IMPJIEG

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/76/KE (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17).

TAQSIMA 2 – L-ISTANDARDS SOĊJALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 tas-16 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3).

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 484/2002 tal-1 ta’ Marzu 2002, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet li jistabbilixxi attestazzjoni tax-xufiera (ĠU L 76, 19.3.2002, p. 1).

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim,

(a)

l-Artikolu 1 biss tar-Regolament (KE) Nru 484/2002 għandu japplika;

(b)

il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għandhom jeżentaw liċ-ċittadini kollha tal-Konfederazzjoni Svizzera, tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea mill-obbligu li jkollhom attestazzjoni ta' xufier.

(c)

il-Konfederazzjoni Svizzera ma tistax teżenta liċ-ċittadini ta’ Stati oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt b) mill-obbligu li jkollhom fil-pussess tagħhom attestazzjoni ta' xufier qabel ma tikkonsulta u tikseb l-approvazzjoni mill-Komunità Ewropea.

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta' Jannar 2009 (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 dwar il-perjodi massimi għat-tniżżil ta’ dejta rilevanti mill-unitajiet tal-vetturi u minn kards tas-sewwieqa (ĠU L 168, 2.7.2010, p. 16).

TAQSIMA 3 – STANDARDS TEKNIĊI

Vetturi bil-mutur

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE tal-14 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49);

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu gassużi u ta’ partikolati minn magni b’compression-ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ sustanzi gassużi li jniġġsu minn magni b’positive-ignition li jaħdmu b’gass naturali jew gass likwidu tal-pitroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10),

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3,5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26), kif emendata bid-Direttiva 2003/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' April 2003 (ĠU L 115, 9.5.2003, p. 63).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27), kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/85/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 relatata ma' tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154), kif emendata bid-Direttiva 2004/11/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 (ĠU L 44, 14.2.2004, p. 19).

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/7/KE tat-18 ta’ Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta' Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, 10.11.1998, p. 1).

Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/KE tal-5 ta' Lulju 2010 (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33).

Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta' Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51).

Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12).

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 64/2012 tat-23 ta' Jannar 2012 (ĠU L 28, 31.1.2012., p. 1).

Trasport ta’ oġġetti perikolużi

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 a Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11).

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/45/UE tat-3 ta' Diċembru 2012 (ĠU L 332, 4.12.2010, p. 18).

Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim fl-Isvizzera japplikaw id-derogi tad-Direttiva 2008/68/KE li ġejjin:

1.   It-trasport fit-triq

Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

RO - a - CH - 1

Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u ż-żejt għat-tisħin bin-numru NU 1202 f'kontejners għamla ta' tank.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I ta' din id-Direttiva: 1.1.3.6 u 6.8

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-eżenzjonijiet relatati mal-kwantitajiet ittrasportati għal kull unità ta' trasport, ir-regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta' tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontejners għamla ta' tank li mhumiex mibnija skont 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1 210 1 u li jintużaw għat-trasport ta' żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru NU 1202 jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet skont 1.1.3.6 ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafi 1.1.3.6.3(b) u 6.14 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta’ skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

RO - a - CH - 2

Suġġett: L-eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi kif iddefinit f'1.1.3.6.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: 1.1.3.6 u 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit li jkun hemm dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li jidħlu fil-Kategorija tat-Trasport 4 u ċilindri tal-gass mimlija jew vojta għal tagħmir tan-nifs għall-użu minn servizzi ta' emerġenza jew bħala tagħmir għal taħt l-ilma, fi kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati fil-1.1.3.6, mhuwiex suġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport previst fil-5.4.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.6.3(c) tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta’ skadenza: L-1 ta' Jannar 2017.

RO - a - CH - 3

Suġġett: It-trasport ta' tankijiet vojta u mhux imnaddfa minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: 6.5, 6.8, 8.2 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni ta' tankijiet u vetturi; taħriġ għas-sewwieq

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vetturi u tankijiet/kontenituri vojta mhux imnaddfa li jintużaw minn kumpaniji ta’ manutenzjoni fil-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma sabiex iżommu likwidi waqt li tkun qed issir manutenzjoni fuq it-tankijiet stazzjonarji mhumiex suġġetti għar-regolamenti tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni jew ir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-identifikazzjoni ‘orange-plate’ stipulati mill-ADR. Dawn huma soġġetti għal regolamenti partikolari dwar it-tikketti u l-identifikazzjoni, u x-xufier tal-vettura mhux obbligat li jieħu t-taħriġ deskritt fi 8.2.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi 1, paragrafu 1.1.3.6.3.10 tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Data ta’ skadenza: L-1 ta' Jannar 2017.

Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

RO - bi - CH - 1

Suġġett: It-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi għal impjanti għar-rimi tal-iskart.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: 2, 4.1.10, 5.2 u 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, il-pakketti kkumbinati, l-immarkar u t-ttikkettar, id-dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-klassifikazzjoni ssimplifikata ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi (domestiċi) minn espert rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, għall-użu ta' reċipjenti xierqa u għat-taħriġ tas-sewwieq. L-iskart domestiku li ma jistax jiġi kklassifikat mill-espert jista' jiġi ttrasportat għal ċentru ta' trattament fi kwantitajiet żgħar identifikati mill-pakkett u bl-unità tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.7 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Kummenti: Dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati għat-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi bejn il-postijiet tat-trattament pubbliċi u l-impjanti għar-rimi tal-iskart.

Data ta’ skadenza: L-1 ta' Jannar 2017.

RO - bi - CH - 2

Suġġett: It-trasport tar-ritorn tal-logħob tan-nar

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: 2.1.2, 5.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni u d-dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bil-għan li jiġi ffaċilitat it-trasport tar-ritorn tal-logħob tan-nar bin-numri NU 0335,0336 u 0337 minn bejjiegħa bl-imnut għal fornituri, huma previsti l-eżenzjonijiet fir-rigward tal-indikazzjoni tal-massa netta u l-klassifikazzjoni tal-prodott fid-dokument tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.8 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621).

Kummenti: Il-verifika ddettaljata tal-kontenut eżatt ta' kull oġġett ta' prodott mhux mibjugħ f'kull pakkett hija prattikament impossibbli għal prodotti maħsuba għall-kummerċ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: L-1 ta' Jannar 2017.

RO - bi - CH - 3

Suġġett: Iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun ġratilhom il-ħsara, vjaġġi biex jitwettqu tiswijiet, vjaġġi biex jiġu eżaminati vetturi bit-tank/it-tankijiet, u għal vjaġġi li jsiru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata.

Referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR mhumiex rikjesti għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun ġratilhom il-ħsara jew għal provi tas-sewqan relatati ma' tiswijiet, vjaġġi li jsiru f'vetturi bit-tank bl-għan li tiġi eżaminata l-vettura bit-tank jew it-tank, u għal vjaġġi li jsiru minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vetturi bit-tank.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-istruzzjonijiet tat-30 ta' Settembru 2008 tad-Dipartiment Federali tal-Ambjent, it-Trasport, l-Enerġija u l-Komunikazzjoni (DETEC - Federal Department of Environment, Transport, Energy and Communication) dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq.

Kummenti: F'xi wħud mill-każijiet, il-vetturi li tiġrilhom il-ħsara jew li qed isirulhom it-tiswijiet u vetturi bit-tank li qed jitħejjew għal spezzjoni teknika jew li qed jiġu vverifikati matul l-ispezzjoni jkunu għadhom qed iġorru oġġetti perikolużi.

Ir-rekwiżiti f’1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta’ skadenza: L-1 ta' Jannar 2017.

2.   It-trasport ferrovjarju

Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

RA - a - CH - 1

Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u ż-żejt għat-tisħin bin-numru NU 1202 fil-kontejners għamla ta' tank.

Ir-referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva: 6.8.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-Regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontejners għamla ta' tank li mhumiex mibnija skont 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1 210 1 u li jintużaw għat-trasport ta' żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru NU 1202 huma awtorizzati.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness tal-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6) u l-Appendiċi 1, il-Kapitolu 6.14, tal-Ordinanza li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR, RS 741.621).

Data ta’ skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

RA - a - CH - 2

Suġġett: Dokument ta’ trasport.

Ir-referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu ta' terminu kollettiv fid-dokument tat-trasport u lista mehmuża li fiha l-informazzjoni preskritta kif stipulat hawn fuq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness tal-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6).

Data ta’ skadenza: l-1 ta' Jannar 2017.

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1).

TAQSIMA 4 – DRITTIJIET TA’ AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta’ drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75).

Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE tas-27 ta' Novembru 2009 (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 65).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006 tat-23 ta' Diċembru 2005 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali (ĠU L 13, 18.1.2006, p. 1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2012 tas-17 ta' April 2012 (ĠU L 106, 18.4.2012, p. 14).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta’ format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skont id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/56/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/107/UE tal-10 ta' Frar 2011 (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33).

Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/9/UE tal-11 ta' Marzu 2013 (ĠU L 68, 12.3.2010, p. 55).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-sikurezza fil-mini ferrovjarji fis-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali u ta' veloċità għolja (ĠU L 64, 7.3.2008, p. 1) kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa fis-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 64, 7.3.2008, p. 72) kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-subsistema vetturi ferrovjarji tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (ĠU L 84, 26.3.2008, p. 132) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta’ April 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta’ konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 13).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 dwar il-mudell ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ tip awtorizzat ta’ vettura ferrovjarja (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 8).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE tal-4 ta’ April 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema ‘vetturi ferrovjarji – storbju’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 99, 13.4.2008, p. 1) kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/274/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistema tal- ‘enerġija’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 126, 14.5.2008, p. 1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 126, 14.5.2008, p. 53) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/291/UE tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ‘Lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri’ tas-sistema konvenzjonali trans-Ewropea tal-ferroviji (ĠU L 139, 26.5.2008, p. 1) kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2012 tal-20 ta' Lulju 2012 (ĠU L 194, 21.7.2012, p. 1).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew ta’ tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/KE tal-25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-‘kontroll-kmand u sinjalazzjoni’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2012 tal-14 ta’ Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (ĠU L 345, 15.12.2012, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sikurezza wara l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ sikurezza jew awtorizzazzjoni ta’ sikurezza (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 3).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas- 16 ta’ Novembru 2012 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ ‘vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1).

TAQSIMA 5 – OQSMA OĦRA

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19).

Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p.39).

Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).”


Rettifika

24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/88


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/2008 ta' 16 ta' Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv kontra ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja wara proċediment taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li joriġinaw fit-Tajlandja wara reviżjoni ta' skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tal-istess Regolament, li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta' skadenza taħt l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim taħt l-Artikolu 11(3) tal-istess Regolament, u li jtemm il-proċedimenti fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fil-Bożnija u Ħerzegovina u t-Turkija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tad-19 ta' Diċembru 2008, p. 1 )

Paġna 4, premessa (20) (f) Produtturi esportaturi fl-Ukraina, it-tieni inċiż

Flok:

"—

OJSC Interpipe Nizhnedneprovsk Tube Rolling Plant."

Aqra:

"—

OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant."

Paġna 36, premessa (350), tabella, kolonna "Il-Kumpanija", daħla għall-Ukraina

Paġna 37, Artikolu 1(2), tabella, kolonna "Il-Kumpanija", daħla għall-Ukraina

Flok:

"OJSC Interpipe Nihnedeneprovsky Tube Rolling Plant … "

Aqra:

"OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant … ".