ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.333.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 333

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
12 ta' Diċembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1320/2013 tat-3 ta’ Diċembru 2013 li jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 dwar il-prospett tal-biedja li għandu jintuża għall-iskop li jiġu ddeterminati l-introjti tal-azjendi agrikoli u li tiġi analizzata l-ħidma kummerċjali ta’ tali azjendi

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 tal-10 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati ( 1 )

54

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ aċċess bla dazju mingħajr limitu lill-Unjoni għall-2014 għal ċerti prodotti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009

68

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1323/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

70

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1324/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

72

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/744/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, mad-definizzjoni ta' reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija

73

 

 

2013/745/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, mad-definizzjoni ta’ reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija

75

 

 

2013/746/UE

 

*

Deċizjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2013 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

77

 

 

2013/747/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2013 li tawtorizza lir-Renju Unit juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2013) 8685)

79

 

 

2013/748/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2013 li tawtorizza lill-Kroazja biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2013) 8688)

80

 

 

2013/749/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2013 li tawtorizza lill-Portugall biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2013) 8689)

81

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2013/750/UE

 

*

Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Settembru 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2013/37)

82

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tal-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor ( ĠU L 395, 30.12.1989 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Volum 01)

83

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1320/2013

tat-3 ta’ Diċembru 2013

li jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 dwar il-prospett tal-biedja li għandu jintuża għall-iskop li jiġu ddeterminati l-introjti tal-azjendi agrikoli u li tiġi analizzata l-ħidma kummerċjali ta’ tali azjendi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(2), 8(3), 12 u 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 (2) fih għadd ta' żbalji fl-Anness tiegħu.

(2)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 385/2012 għandu jigi kkoreġut skont dan.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 385/2012 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' dak ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta dwar il-Kontabbiltà Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 385/2012 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 tat-30 ta’ April 2012 dwar il-prospett tal-biedja li għandu jintuża għall-iskop li jiġu ddeterminati l-introjti tal-azjendi agrikoli u li tiġi analizzata l-ħidma kummerċjali ta’ tali azjendi (ĠU L 127, 15.5.2012, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

IL-PROSPETT TAL-BIEDJA

I.   IT-TAQSIM TAL-PROSPETT TAL-BIEDJA

Id-dejta li għandha tinġabar hija kklassifikata f’tabelli u tinqasam fi gruppi, kategoriji, u kolonni. Il-konvenzjoni użata għar-riferiment għal taqsima ta’ dejta speċifika hija: <ittra li tindika t-tabella>.<grupp>.<kategorija>[.<kategorija>] <kolonna>.

Il-valuri speċifiċi tad-dejta jinġabru fil-livell tal-kolonni. Fit-tabelli ppreżentati fit-Taqsima III, iċ-ċelloli mhux immarkati huma dawk fejn jistgħu jiddaħħlu valuri ta’ dejta; iċ-ċelloli mmarkati bil-griż u s-simbolu “—” ma għandhomx tifsira fil-kuntest tal-grupp, u b’hekk ma tistax tiddaħħal dejta fihom.

Eżempji:

B.UT.20.A (kolonna A tal-grupp UT, kategorija 20, mit-Tabella B) tirrappreżenta l-“Erja” tal-“Erja Agrikola Utilizzata (EAU) mikrija” li għandha titniżżel taħt l-“EAU għall-biedja mill-inkwilin” fit-tabella B.

I.A.10110.1.0.TA (kolonna TA tal-grupp A, kategorija 10110, mit-Tabella I) tirrappreżenta l-erja totali tal-“Qamħ komuni u spelt” għat-tip ta’ wiċċ tar-raba’ 1 “Uċuħ tar-raba' tal-għalqa — uċuħ tar-raba’ ewlenin, uċuħ tar-raba’ kkombinati” u l-kodiċi tad-dejta nieqsa 0 “L-ebda dejta nieqsa”).

It-tabelli huma rrapreżentati b’ittra waħda, il-gruppi b’ittra waħda jew aktar, il-kategoriji b’kodiċi numeriċi u l-kolonni b’ittra waħda jew aktar.

Fit-Taqsima III, għat-tabelli mill-A sal-M, l-ewwel tabella turi l-matriċi ta’ livell għoli għall-gruppi u l-kolonni. It-tieni tabella turi kif din tinqasam għall-kategoriji, fejn kull kategorija hija rrappreżentata b’kodiċi wieħed jew aktar u sottokodiċi wieħed jew aktar.

Għal kull kategorija f’tabella u valur f’kolonna, jingħataw aktar definizzjonijiet u struzzjonijiet fit-Tabella III wara t-tabella partikolari.

II.   DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI U STRUZZJONIJIET

(a)

Id-dejta fil-prospett tal-biedja għandha tirreferi għal azjenda agrikola waħda u għal sena ta’ kontabbiltà waħda magħmula minn 12-il xahar konsekuttiv.

(b)

Id-dejta fil-prospett tal-biedja tirrigwarda esklussivament l-azjenda agrikola. Din id-dejta tirreferi għall-attivitajiet agrikoli tal-azjenda u għall-attivitajiet l-oħra bi skop ta’ qligħ (OGA) direttament relatati mal-azjenda. Barra dawn l-attivitajiet, xejn relatat ma’ attivitajiet mhux agrikoli tad-detentur jew ta’ familtu, jew ma’ xi pensjoni, wirt, kontijiet bankarji privati, proprjetà mhux inkluża fl-azjenda agrikola, tassazzjoni personali, assigurazzjoni privata, eċċ., ma għandu jitqies fit-tħejjija tal-prospett tal-biedja.

(c)

Id-dejta mogħtija fil-prospett tal-biedja għandha tittieħed minn kontijiet li jikkonsistu f’entrati li jkunu saru sistematikament u regolarment matul is-sena ta’ kontabbiltà.

(d)

Id-dejta tal-kontabbiltà għandha tiġi espressa f’termini monetarji mingħajr VAT.

(e)

Id-dejta tal-kontabbiltà mogħtija f’termini monetarji għandha tkun espressa mingħajr ma jitqiesu għotjiet u sussidji. Għotjiet u sussidji jfissru kull għamla ta’ għajnuna diretta minn fondi pubbliċi li jkunu rriżultaw f'riċevuta speċifika (ara d-deskrizzjoni fit-Tabella M “SUSSIDJI”).

(f)

Id-dejta fil-prospett tal-biedja għandha tingħata bl-unitajiet u l-gradi ta’ preċiżjoni li ġejjin:

—   Valuri finanzjarji: valuri f’ewro jew f’unitajiet tal-munita nazzjonali mingħajr punt deċimali. Madankollu, fil-każijiet ta’ muniti nazzjonali fejn l-unità tirrappreżenta valur ta’ riferiment baxx meta mqabbel mal-ewro, jista’ jintlaħaq ftehim bejn l-aġenzija ta’ kollegament tal-Istat Membru inkwistjoni u l-persunal tal-Kummissjoni li jmexxi n-netwerk tal-informazzjoni ta’ kontabbiltà agrikola li l-valuri jkunu espressi bħala mijiet jew eluf ta’ unitajiet tal-munita nazzjonali,

—   kwantitajiet fiżiċi: il-piż fi qnatar (q = 100 kg) ħlief fil-każ tal-bajd, li jiġi espress f'eluf, il-volum tal-likwidi f’ettolitri (inkluż l-inbid u prodotti relatati),

—   erja: f'diversi 100 metri kwadri, ħlief fil-każ tal-faqqiegħ, li jiġi espress f’metri kwadri ta’ erja totali bl-uċuħ tar-raba’,

—   għadd medju ta’ bhejjem: sa żewġ punti deċimali,

—   unitajiet ta’ ħaddiema: sa żewġ punti deċimali.

(g)

Fil-każijiet fejn xi valur ta’ azjenda partikolari ma jkunx rilevanti jew ikun nieqes, iddaħħalx il-valur “0”.

III.   TABELLI U DEFINIZZJONIJIET U STRUZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Tabella A.

Informazzjoni ġenerali dwar l-azjenda

Kategorija ta’ informazzjoni ġenerali

Kodiċi (*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Diviżjoni

Subdiviżjoni

Numru tas-serje tal-azjenda

Gradi

Minuti

ĠWIEŻ

Numru tal-uffiċċju al-kontabbiltà

Data

Piż tal-azjenda

Tip ta’ biedja

Klassi ta’ daqs ekonomiku

Kodiċi

R

S

H

DG

MI

N

AO

DT

W

TF

ES

C

ID

Identifikazzjoni tal-azjenda

 

 

 

LO

Post fejn tinsab l-azjenda

 

 

 

AI

Informazzjoni tal-kontabbiltà

 

 

 

TY

Tipoloġija

 

 

 

CL

Klassijiet

 

OT

Dettalji oħra tal-azjenda

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

Grupp

R

S

H

DG

MI

N

AO

DT

W

TF

ES

C

10

Numru tal-azjenda

ID

AID10R

AID10S

AID10H

20

Latitudni

LO

ALO20DG

ALO20MI

30

Lonġitudni

LO

ALO30DG

ALO30MI

40

NUTS3

LO

ALO40N

 

 

 

 

 

 

50

Uffiċċju tal-kontabbiltà

AI

AAI50AO

60

Tip ta’ kontabbiltà

AI

AAI60C

70

Data tal-għeluq tal-kontijiet

AI

AAI70DT

80

Piż nazzjonali kkalkolat mill-Istat Membru

TY

ATY80W

90

Klassifika fil-ħin tal-għażla

TY

ATY90TF

ATY90ES

 

100

Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ (OGA) relatati direttament mal-azjenda

CL

ACL100C

110

Tip ta’ sjieda/għan ekonomiku:

CL

ACL110C

120

Status legali

CL

ACL120C

130

Livell ta’ responsabbiltà tad-detentur(i)

CL

ACL130C

140

Biedja organika

CL

ACL140C

141

Setturi fil-biedja organika

CL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.CL.141.C

150

Denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO) / indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

CL

ACL150C

151

Setturi b’DPO/IĠP

CL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.CL.151.C

160

Żoni żvantaġġati

CL

ACL160C

170

Altitudni

CL

ACL170C

180

Żona ta’ Fondi Strutturali

CL

ACL180C

190

Żona tan-Natura 2000

CL

ACL190C

200

Żona li għaliha tapplika id-Direttiva tal-Ilma (2000/60/KE)

CL

ACL200C

210

Sistema ta’ tisqija

OT

AOT210C

220

Ġranet ta’ rigħi mill-unità ta’ bhejjem f’artijiet komuni

OT

AOT220C

A.ID.   Identifikazzjoni tal-azjenda

Meta tintgħażel għall-ewwel darba, kull azjenda tiġi assenjata numru. L-azjenda żżomm dan in-numru b’mod permanenti tul il-perjodu kollu tal-inklużjoni tagħha fin-netwerk tal-kontabbiltà. Ladarba numru jkun ġie assenjat qatt ma jiġi allokat lil azjenda oħra.

Madankollu, fil-każijiet fejn l-azjenda tgħaddi minn bidla fundamentali, u partikolarment meta din il-bidla tkun ir-riżultat ta’ subdiviżjoni f’żewġ azjendi separati jew ta’ fużjoni ma’ azjenda oħra, hija tista’ titqies bħala azjenda ġdida. F’dan il-każ għandu jiġi assenjat lilha numru ġdid. F'każ ta’ bidla fit-tip ta’ biedja prattikata fl-azjenda ma jkunx hemm bżonn numru ġdid. Fil-każijiet fejn, mill-fatt li l-azjenda żżomm in-numru li jkollha (eż. meta jinħolqu subdiviżjonijiet reġjonali ġodda), tista’ tinħoloq konfużjoni ma’ kwalunkwe azjenda oħra li tibgħat il-prospett, in-numru għandu jinbidel. F’dawn il-każijiet għandha tintbagħat lill-Kummissjoni tabella li turi l-ekwivalenza tan-numri l-qodma u dawk ġodda.

In-numru tal-azjenda jinkludi tliet gruppi ta’ indikazzjonijiet kif ġej:

 

A.ID.10.R. Diviżjoni: għandu jingħata numru ta’ kodiċi li jikkorrispondi għall-kodiċi stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 (1).

 

A.ID.10.S. Subdiviżjoni: għandu jingħata numru ta’ kodiċi.

Is-subdiviżjonijiet magħżula għandhom ikunu bbażati fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni msejħa klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), stabbilita mill-Eurostat b’kooperazzjoni mal-istituti nazzjonali għall-istatistika.

F’kull każ, l-Istat Membru kkonċernat ikollu jibgħat lill-Kummissjoni tabella li tindika, għal kull kodiċi ta’ subdiviżjoni użat, ir-reġjuni NUTS korrispondenti kif ukoll ir-reġjun korrispondenti li għalih huma kkalkulati valuri speċifiċi ta’ produzzjoni standard.

 

A.ID.10.H. Numru tas-serje tal-azjenda.

A.LO.   Post fejn tinsab l-azjenda

Il-post fejn tinsab l-azjenda jingħata b’żewġ indikazzjonijiet: il-ġeoreferenza (latitudni u lonġitudni) u l-kodiċi tal-unitajiet territorjali tal-livell 3 tan-NUTS.

 

A.LO.20. Latitudni: gradi u minuti (f'ark ta’ 5 minuti jew inqas), kolonni DG u MI.

 

A.LO.30. Lonġitudni gradi u minuti (f'ark ta’ 5 minuti jew inqas), kolonni DG u MI.

Ir-regoli ta’ implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tad-dejta u l-linji gwida prattiċi se jiġu speċifikati fid-dokument ta’ struzzjoni.

 

A.LO.40.N. Il-kodiċi tan-NUTS3 jfisser il-kodiċi tal-unità territorjali tal-livell NUTS3 fejn tinsab l-azjenda. Għandha tingħata l-aħħar verżjoni tal-kodiċi kif deskritta fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

A.AI.   Informazzjoni tal-kontabbiltà

 

A.AI.50.AO. Numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà: għandu jingħata numru ta’ kodiċi.

F’kull Stat Membru għandu jiġi allokat numru uniku lil kull uffiċċju tal-kontabbiltà. Għandu jingħata n-numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà li jkun ħa ħsieb l-azjenda għal dik is-sena ta’ kontabbiltà partikolari.

 

A.AI.60.C. Tip ta’ kontabbiltà: għandha tingħata indikazzjoni dwar it-tip ta’ kontabbiltà miżmuma mill-azjenda. Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

Kontabbiltà b'entrata doppja

2.

Kontabbiltà b'entrata unika.

3.

L-ebda.

 

A.AI.70.DT. Data tal-għeluq tal-kontijiet għandha titniżżel fil-format “SSSS-XX-ĠĠ”, pereżempju 2009-06-30 jew 2009-12-31.

A.TY.   Tipoloġija

 

A.TY.80.W. Piż nazzjonali tal-azjenda: Għandu jingħata l-valur tal-fattur tal-estrapolazzjoni kkalkolat mill-Istat Membru. Il-valuri għandhom ikunu espressi b’żewġ punti deċimali.

 

A.TY.90.TF. Tip ta’ biedja fil-ħin tal-għażla: kodiċi tat-tip ta’ biedja tal-azjenda skont l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 (3) fil-ħin tal-għażla għas-sena ta’ kontabbiltà inkwistjoni.

 

A.TY.90.ES. Daqs ekonomiku fil-ħin tal-għażla: kodiċi tal-klassi ta’ daqs ekonomiku tal-azjenda skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1242/2008 fil-ħin tal-għażla għas-sena ta’ kontabbiltà inkwistjoni.

A.CL.   Klassijiet

 

A.CL.100.C. Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda: għandhom jingħataw bħala medda ta’ perċentwali li tindika kemm mid-dħul (4) ġej mill-attivitajiet l-oħrajn bi qligħ relatati direttament mal-azjenda fid-dħul totali tal-azjenda. Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

≥ 0 sa ≤ 10 %

2.

> 10 % sa ≤ 50 %

3.

> 50 % sa < 100 %

 

A.CL.110.C. Tip ta’ sjieda/għan ekonomiku: għandha tingħata indikazzjoni dwar is-sjieda u l-għanijiet ekonomiċi tal-azjenda. Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.   razzett tal-familja: l-azjenda tuża x-xogħol u l-kapital tad-detentur/maniġer u l-familja tiegħu/tagħha, u dawn huma l-benefiċjarji tal-attività ekonomika.

2.   sħubija: il-fatturi ta’ produzzjoni tal-azjenda qed jiġu pprovduti minn bosta sħab, fejn uħud minnhom jaħdmu fl-azjenda mingħajr ma jitħallsu. Il-benefiċċji jmorru għand is-sħubija.

3.   kumpanija bi skop ta’ qligħ: il-benefiċċji jintużaw biex jitħallsu l-azzjonisti permezz ta’ dividend/profitt. L-azjenda hija proprjetà tal-kumpanija.

4.   kumpanija mingħajr skop ta’ qligħ: il-benefiċċji jintużaw primarjament biex jinżammu l-impjiegi jew għal objettiv soċjali simili. L-azjenda hija proprjetà tal-kumpanija.

 

A.CL.120.C. Status legali: għandha tingħata indikazzjoni dwar jekk l-azjenda hijiex persuna legali jew le. Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

0.

Falz.

1.

Veru.

 

A.CL.130.C. Livell ta’ responsabbiltà tad-detentur(i) għandha tingħata indikazzjoni dwar il-livell ta’ responsabbiltà (responsabbiltà ekonomika) tad-detentur (ewlieni). Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

Sħiħ

2.

Parzjali

 

A.CL.140.C. Biedja organika: għandha tingħata indikazzjoni dwar jekk l-azjenda tapplikax metodi ta’ produzzjoni organika, skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tiegħu. Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

l-azjenda ma tapplikax metodi ta’ produzzjoni organika.

2.

l-azjenda tapplika metodi ta’ produzzjoni organika biss għall-prodotti kollha tagħha.

3.

l-azjenda tapplika metodi ta’ produzzjoni organika u oħrajn.

4.

l-azjenda qiegħda taqleb għall-metodi ta’ produzzjoni organika.

 

A.CL.141.C. Setturi fil-biedja organika: fil-każijiet fejn l-azjenda tapplika kemm metodi ta’ produzzjoni organika kif ukoll oħrajn, għandha tingħata indikazzjoni tas-setturi ta’ produzzjoni fejn l-azjenda tapplika metodi ta’ produzzjoni organika biss (jistgħu jiġu magħżula iktar minn settur wieħed). Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi elenkati hawn taħt. Fil-każijiet fejn l-azjenda tapplika kemm metodi ta’ produzzjoni organika kif ukoll oħrajn għas-setturi ta’ produzzjoni kollha tagħha, għandu jintuża l-kodiċi “mhux applikabbli”.

0.

mhux applikabbli:

31.

ċereali

32.

żrieragħ żejtnin u wċuħ li jitkabbru għall-proteini

33.

frott u ħaxix (inkluż il-frott taċ-ċitru, iżda mhux iż-żebbuġ)

34.

żebbuġ

35.

dwieli

36.

laħam taċ-ċanga

37.

ħalib tal-baqar

38.

laħam tal-majjal

39.

nagħaġ u mogħoż (ħalib u laħam)

40.

laħam tat-tjur

41.

bajd

42.

settur ieħor

 

A.CL.150.C. Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini/Indikazzjoni Ġeografika Protetta: għandha tingħata indikazzjoni dwar jekk l-azjenda hijiex qed tipproduċi prodotti agrikoli u/jew tal-ikel protetti minn Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini (DPO) jew minn Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) jew jekk hijiex tipproduċi prodotti agrikoli magħrufa għall-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ ikel protett minn DPO/IĠP, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (5). Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

l-azjenda mhi qed tipproduċi l-ebda prodott jew ikel protett minn DPO jew IĠP u l-ebda prodott magħruf għall-użu tiegħu għall-produzzjoni ta’ ikel protett minn DPO jew IĠP.

2.

l-azjenda tipproduċi biss prodotti jew ikel protetti minn DPO jew IĠP jew prodotti magħrufa għall-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ ikel protett minn DPO jew IĠP.

3.

l-azjenda tipproduċi xi prodotti jew ikel protetti minn DPO jew IĠP jew prodotti magħrufa għall-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ ikel protett minn DPO jew IĠP.

 

A.CL.151.C. Setturi b'Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini/Indikazzjoni Ġeografika Protetta: jekk il-parti l-kbira tal-produzzjoni ta’ xi setturi speċifiċi tikkonsisti fi prodotti jew ikel protetti minn DPO jew IĠP jew fi prodotti magħrufa għall-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ ikel protett minn DPO jew IĠP, għandha tingħata indikazzjoni tas-setturi ta’ produzzjoni (jistgħu jintgħażlu bosta setturi). Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi elenkati hawn taħt. Fil-każijiet fejn l-azjenda tipproduċi xi prodotti jew ikel protetti minn DPO jew IĠP jew prodotti magħrufa għall-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ ikel protett minn DPO jew IĠP, iżda dawn ma jikkonċernawx il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni f’kull settur, għandu jintuża l-kodiċi “mhux applikabbli”.

0.

mhux applikabbli:

31.

ċereali

32.

żrieragħ żejtnin u wċuħ li jitkabbru għall-proteini

33.

frott u ħaxix (inkluż il-frott taċ-ċitru, iżda mhux iż-żebbuġ)

34.

żebbuġ

35.

dwieli

36.

laħam taċ-ċanga

37.

ħalib tal-baqar

38.

laħam tal-majjal

39.

nagħaġ u mogħoż (ħalib u laħam)

40.

laħam tat-tjur

41.

bajd

42.

settur ieħor

 

Il-partiti A.CL.150.C Denominazzjoni Protetta ta’ Oriġini/Indikazzjoni Ġeografika Protetta u A.CL.151.C mhumiex obbligatorji għall-Istati Membri. Jekk ikunu applikati mill-Istat Membru, din l-informazzjoni għandha timtela għall-irziezet kollha, ta’ dan l-Istat Membru, li ttieħdu bħala kampjun. Jekk tkun applikata A.CL.150.C, għandha tkun applikata ukoll A.CL.151.C.

 

A.CL.160.C. Żona żvantaġġata: għandha tingħata indikazzjoni dwar jekk il-parti l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsabx f’żona koperta mill-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (6). Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda ma tinsabx f’żona żvantaġġata, skont it-tifsira fl-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

2.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsab f’żona żvantaġġata, skont it-tifsira fl-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

3.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsab f’żona muntanjuża, skont it-tifsira fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

4.

iż-żoni tant huma żgħar u numerużi f’dawn l-Istati Membri li l-informazzjoni mhijiex sinifikanti.

 

A.CL.170.C. Altitudni: l-altitudni għandha tkun indikata bin-numru ta’ kodiċi korrispondenti:

1.

il-biċċa l-kbira tal-azjenda tinsab f’altitudni ta’ inqas minn 300 m;

2.

il-biċċa l-kbira tal-azjenda tinsab f’altitudni ta’ bejn it-300 u s-600 m;

3.

il-biċċa l-kbira tal-azjenda tinsab f’altitudni li taqbeż is-600 m;

4.

dejta mhux disponibbli.

 

A.CL.180.C. Żona ta’ Fondi Strutturali: għandha tingħata indikazzjoni dwar jekk il-il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsabx f’żona koperta mill-Artikoli 5, 6, jew 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (7). Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsab f’żona suġġetta għal Objettiv ta’ Konverġenza, skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, u b’mod partikolari skont l-Artikolu 5 tiegħu;

2.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsab f’żona suġġetta għal Objettiv ta’ Kompetittività Reġjonali u Impjiegi, kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, u b’mod partikolari fl-Artikolu 6 tiegħu;

3.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsab f’żona eliġibbli għas-sostenn tranżizzjonali, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

 

A.CL.190.C. Żona Natura 2000: għandha tingħata indikazzjoni dwar jekk il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsabx f’żoni relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE (8) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (9) (Natura 2000). Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda ma tinsabx f’żona eliġibbli għal pagamenti tan-Natura 2000.

2.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsab f’żona eliġibbli għal pagamenti tan-Natura 2000.

 

A.CL.200.C. Żona li għaliha tapplika id-Direttiva tal-Ilma (2000/60/KE): għandha tingħata indikazzjoni dwar jekk il-parti l-kbira taż-żona agrikola utilizzata tal-azjenda tinsabx f’żoni relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Għandhom jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda ma tinsabx f’żona eliġibbli għal pagamenti relatati mad-Direttiva 2000/60/KE.

2.

il-biċċa l-kbira tal-erja agrikola utilizzata tal-azjenda tinsab f’żona eliġibbli għal pagamenti relatati mad-Direttiva 2000/60/KE.

A.OT.   Dettalji oħra rigward l-azjenda

 

A.OT.210.C. Sistema ta’ tisqija: għandha tingħata indikazzjoni dwar is-sistema ta’ tisqija ewlenija applikata fir-razzett:

0.

mhix applikabbli (meta ma jkunx hemm tisqija fir-razzett)

1.

mal-wiċċ

2.

bit-tbexxix

3.

bit-taqtir

4.

oħra

 

A.OT.220.C. Ġranet ta’ rigħi mill-unità ta’ bhejjem f’artijiet komuni: Għadd ta’ ġranet li fihom unità ta’ bhejjem mir-razzett tirgħa f’art komuni użata mill-azjenda.

IL-KOLONNI FIT-TABELLA A

Il-kolonna R tirreferi għad-diviżjoni, il-kolonna S għas-subdiviżjoni, il-kolonna H għan-numru tas-serje tal-azjenda, il-kolonna DG għall-gradi, il-kolonna MI għall-minuti, il-kolonna N għan-NUTS, il-kolonna AO għan-numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà, il-kolonna DT għad-data, il-kolonna W għall-piż tar-razzett, il-kolonna TF għat-tip ta’ biedja, il-kolonna ES għall-klassi ta’ daqs ekonomiku, u l-kolonna C għall-kodiċi.

Tabella B.

Tip ta’ okkupazzjoni

Kategorija ta’ Erja agrikola użata (EAU)

Kodiċi (*)


Grupp ta’ informazzjoni

Erja Agrikola Utilizzata

A

UO

EAU għall-biedja mis-sid

 

UT

EAU għall-biedja mill-inkwilin

 

US

EAU għall-biedja bi tqassim jew modi oħrajn

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni tal-kategoriji

Grupp

A

10

EAU għall-biedja mis-sid

UO

 

20

EAU mikrija

UT

 

30

Sharecropped UAA

US

 

Artijiet ta’ azjendi miżmuma b’mod konġunt minn żewġ sħab jew aktar għandhom jiġu rreġistrati bħala okkupati mis-sid, mikrija jew maħduma bi tqassim, skont l-arranġament fis-seħħ bejn is-sħab.

l-Erja Agrikola Utilizzata (EAU) hija l-erja totali okkupata minn art li tista’ tinħarat, mergħa u mergħa permanenti, uċuħ tar-raba’ permanenti u ġonna domestiċi, użata mill-azjenda, irrispettivament mit-tip ta’ dritt fuq il-proprjetà. Mhumiex inklużi l-artijiet komuni użati mill-azjenda.

Għandhom jintużaw il-gruppi ta’ informazzjoni u ta’ kategoriji li ġejjin:

B.UO.   EAU għall-biedja mis-sid

B.UO.10.A Erja agrikola utilizzata (art li tista’ tinħarat, mergħa permanenti, uċuħ tar-raba’ permanenti u ġonna domestiċi) li l-bidwi huwa l-proprjetarju tagħhom, inkwilin għal għomru jew detentur tal-kirja u/jew EAU taħt kundizzjonijiet simili. Tinkludi art mikrija lil oħrajn lesta biex tinżera’ (kodiċi tal-uċuħ 11300).

B.UT.   EAU għall-biedja mill-inkwilin

B.UT.20.A Erja agrikola utilizzata (art li tista’ tinħarat, mergħa permanenti, uċuħ tar-raba’ permanenti u ġonna domestiċi) li tinħadem minn persuna li mhix is-sid, inkwilin għal għomru jew detentur tal-kirja u li l-erja msemmija hija mikrija lilu (il-kera għandha titħallas fi flus u/jew in natura; ġeneralment tiġi stabbilita bil-quddiem u normalment ma tvarjax skont ir-riżultati tal-biedja) u/jew erja agrikola utilizzata taħt kundizzjonijiet simili ta’ dritt fuq il-proprjetà.

L-erja mikrija ma tinkludix art li l-ħsad tagħha jinxtara bħala wiċċ tar-raba’ wieqaf. Is-somom imħallsa għax-xiri tal-uċuħ tar-raba’ wieqfa għandhom jingħataw fit-Tabella H taħt il-kodiċijiet mill-2020 sal-2040 (għalf mixtri) fil-każ tal-mergħa jew tal-uċuħ tar-raba’ li jintużaw bħala għalf tal-annimali u taħt il-kodiċi 3090 (spejjeż speċifiċi oħrajn marbuta mal-uċuħ tar-raba’) fil-każ tal-uċuħ tar-raba’ li jistgħu jitqiegħdu fis-suq (prodotti li s-soltu jitqiegħdu fis-suq). L-uċuħ tar-raba’ li jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jinxtraw wieqfa għandhom jingħataw mingħajr ma tiġi speċifikata l-erja inkwistjoni (Tabella H).

Art mikrija għal inqas minn sena fuq bażi okkażjonali, u l-produzzjoni tagħha, hija ttrattata b’ mod simili għal art li l-ħsad tagħha jinxtara bħala wiċċ tar-raba’ wieqaf.

B.US.   EAU għall-biedja bi tqassim jew modi oħrajn

B.US.30.A Erja agrikola utilizzata (art li tista’ tinħarat, mergħa u mergħa permanenti, uċuħ tar-raba’ permanenti u ġonna domestiċi) li tinħadem b’mod konġunt minn min jagħti l-konċessjoni u minn min jaqsam l-uċuħ tar-raba’ abbażi ta’ ftehim ta’ qsim tal-uċuħ tar-raba’ u/jew erja agrikola utilizzata maħduma b’kundizzjonijiet simili.

KOLONNI FIT-TABELLA B

Il-kolonna A tirreferi għall-EAU.

Tabella C.

Ħaddiema

Kategorija ta’ ħaddiema

Kodiċi (*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Ġenerali

Total tax-xogħol fl-azjenda (xogħol agrikolu u xogħol għal attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ (OGA) direttament relatati mal-azjenda)

Porzjon mix-xogħol għal attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda

Għadd ta’ persuni

Sess

Sena tat-twelid

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

Ħin maħdum fis-sena

Għadd ta’ unitajiet annwali ta’ xogħol (AWU)

% tal-ħin maħdum fis-sena

% tal-AWU

P

G

B

T

Y1

W1

Y2

W2

Numru Sħiħ

Daħħal kodiċi

Erba’ ċifri

Daħħal kodiċi

(sigħat)

(AWU)

%

%

UR

Bla ħlas, regolari

 

 

 

 

 

 

 

 

UC

Bla ħlas, każwali

 

 

PR

Bi ħlas, regolari

 

 

 

 

 

 

 

 

PC

Bi ħlas, każwali

 

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

Grupp

P

G

B

T

Y1

W1

Y2

W2

10

Detentur/maniġer

UR

 

 

 

 

 

 

20

Detentur/mhux maniġer

UR

 

 

 

 

 

30

Maniġer/mhux detentur

UR

 

 

 

 

 

 

40

Konjuġi tad-detentur

UR

 

 

 

 

 

50

Oħrajn

UR, PR

 

 

 

 

 

60

Każwali

UC, PC

 

 

70

Maniġer

PR

 

 

 

 

 

 

B’ħaddiema wieħed jifhem il-persuni kollha involuti fil-ħidma fir-razzett matul is-sena ta’ kontabbiltà (ara aktar ’il quddiem). Madankollu, mhumiex inklużi l-persuni li jkunu wettqu dan ix-xogħol f’isem persuna jew impriża oħra (kuntratt ta’ xogħol agrikolu, li l-ispejjeż tagħhom jidhru fit-Tabella H taħt il-kodiċi 1020).

Fil-każ ta’ assistenza reċiproka bejn l-azjendi, fejn din l-assistenza tikkonsisti fi skambju ta’ xogħol, u l-assistenza rċevuta hija bi prinċipju ekwivalenti għall-assistenza mogħtija, il-ħin maħdum mill-ħaddiema tal-azjenda u kwalunkwe pagi relatati huma speċifikati fil-prospett tal-biedja.

Xi kultant l-assistenza rċevuta tiġi kkumpensata b’assistenza ta’ xorta oħra (pereżempju għajnuna f’għamla ta’ xogħol tista’ tiġi kkumpensata bil-provvista ta’ makkinarju). Meta l-iskambju ta’ servizzi ikun fuq skala limitata, xejn ma għandu jiġi indikat fuq il-prospett (fl-eżempju ta’ hawn fuq, l-għajnuna rċevuta ma tintweriex taħt it-taqsima “ħaddiema”; l-ispejjeż ta’ makkinarju, madankollu, jinkludu l-ispejjeż talli wieħed iqiegħed il-makkinarju għad-dispożizzjoni ta’ ħaddieħor). F’każijiet eċċezzjonali meta l-iskambju ta’ servizzi jkun fuq skala kbira, il-proċedura hija waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

assistenza rċevuta f’għamla ta’ xogħol tiġi kkumpensata b’servizz ta’ xorta oħra (pereżempju l-provvista ta’ makkinarju): il-ħin ta’ xogħol li wieħed jagħmel għandu jiġi rreġistrat bħala xogħol imħallas f’razzett (gruppi PR jew PC, skont jekk il-ħaddiema humiex impjegati fir-razzett fuq bażi regolari jew le); il-valur tal-assistenza mogħtija għandu jitniżżel kemm bħala produzzjoni taħt il-kategorija korrispondenti f’tabelli oħra (f’dan l-eżempju, Tabella L, kategorija 2010 “Xogħol b'kuntratt”) kif ukoll bħala spiża (tabella H kategorija 1010 “Pagi u sigurtà soċjali”);

(b)

assistenza mogħtija f’għamla ta’ xogħol hija kkumpensata minn servizzi ta’ xorta oħra (pereżempju l-provvista ta’ makkinarju): f’din is-sitwazzjoni l-ħin ta’ xogħol ipprovdut u kwalunkwe pagi relatati ma għandhomx jitqiesu; il-valur tas-servizz li jirċievu jiġi rreġistrat bħala input taħt il-grupp korrispondenti f’tabella oħra (f’dan l-eżempju, Tabella H, grupp 1020 “Xogħol b’kuntratti u kiri ta’ makkinarju”).

Għandha ssir distinzjoni bejn il-gruppi ta’ informazzjoni u l-kategoriji ta’ ħaddiema li ġejjin:

C.UR.    Ħaddiema regolari mhux imħallsa

Il-ħaddiema mhux imħallsa jew li jirċievu inqas rimunerazzjoni (fi flus jew in natura) mill-ammont normalment imħallas għas-servizzi pprovduti (tali ħlas ma għandux jidher fl-ispejjeż tar-razzett) u li matul is-sena ta’ kontabbiltà jkunu pparteċipaw, mill-inqas, għal ġurnata sħiħa fil-ġimgħa (esklużi vaganzi normali).

Madankollu, persuna impjegata regolarment li, però, għal raġunijiet partikolari, tkun ġiet impjegata fir-razzett għal perjodu limitat biss fis-sena ta’ kontabbiltà għandha tiġi rreġistrata madankollu (għall-għadd ta’ sigħat maħduma fir-realtà) bħala ħaddiem(a) regolari.

Jistgħu jinqalgħu l-każijiet li ġejjin jew oħrajn simili:

(a)

kundizzjonijiet speċjali ta’ produzzjoni fir-razzett li minħabba fihom ma jeħtieġux bżonn ta’ ħaddiema tul is-sena kollha: pereżempju azjendi taż-żebbuġ jew tal-għeneb u rziezet speċjalizzati fit-tismin staġonali ta’ annimali jew fil-produzzjoni ta’ frott u ħaxix fil-beraħ;

(b)

assenza mix-xogħol għajr dik minħabba vaganzi normali, pereżempju servizz militari, mard, inċidenti, maternità, liv estiż eċċ.;

(c)

li wieħed jibda, jew jieqaf, jaħdem mal-azjenda;

(d)

waqfien totali tax-xogħol fl-azjenda minħabba kawżi aċċidentali (għargħar, nar, eċċ.).

Hemm il-kategoriji li ġejjin:

C.UR.10.   Detentur/maniġer

Persuna li tassumi responsabbiltà ekonomika u legali għall-azjenda u tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum. Fil-każ ta’ arranġamenti ta’ qsim ta’ uċuħ tar-raba’, min jaqsam l-uċuħ tar-raba’ huwa indikat bħala detentur/manager.

C.UR.20.   Detentur/mhux maniġer

Persuna li tassumi responsabbiltà ekonomika u legali għall-azjenda mingħajr ma tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum.

C.UR.30   Maniġer/mhux detentur

Persuna li tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum tal-azjenda mingħajr ma tassumi responsabbiltà ekonomika u legali għaliha.

C.UR.40.   Konjuġi tad-detentur(i)

C.UR.50.   Ħaddiema regolari oħra mhux imħallsa

Il-ħaddiema mhux imħallsa li mhumiex inklużi fil-kategoriji ta’ qabel jinkludu wkoll lill-formen u lis-submaniġers mhux responsabbli għat-tmexxija tar-razzett kollu.

C.UC.    Ħaddiema każwali mhux imħallsa

C.UC.60.   Il-ħaddiema mhux imħallsa li ma jkunux ħadmu mal-azjenda b’mod regolari matul is-sena ta’ kontabbiltà jiddaħħlu f’din il-kategorija.

C.PR.    Ħaddiema regolari mħallsa

Ħaddiema mħallsa (fi flus u/jew in natura) fuq l-iskala normali għas-servizzi pprovduti u li waqt is-sena ta’ kontabbiltà (esklużi vaganzi normali) ikunu ħadmu għall-azjenda għal mill-inqas ġurnata sħiħa fil-ġimgħa.

Għandhom jidhru l-kategoriji li ġejjin:

C.PR.70.   Maniġer tar-razzett

Persuna b’salarju li tkun responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-azjenda.

C.PR.50.   Oħrajn

Il-ħaddiema regolari mħallsa kollha (bl-eċċezzjoni tal-maniġer b’salarju tal-azjenda) għandhom jiddaħħlu f’dan il-grupp. Jinkludi wkoll lill-formen u lis-submaniġers mhux responsabbli għat-tmexxija tar-razzett kollu.

C.PC.    Ħaddiema okkazjonali mħallsa

C.PC.60.

Il-ħaddiema mħallsa li ma jkunux ħadmu b’mod regolari mal-azjenda matul is-sena ta’ kontabbiltà (inklużi ħaddiema parzjali) jiddaħħlu f’din il-kategorija.

KOLONNI FIT-TABELLA C

Għadd ta’ persuni (kolonna P)

Fejn hemm aktar detenturi, jista’ jkun hemm aktar konjuġi. L-għadd ta’ konjuġi u l-għadd ta’ persuni għandu jkun indikat fil-kategoriji fejn jistgħu jidhru (kategoriji 40 u 50 mill-gruppi “ħaddiema regolari mhux imħallsa” UR jew “ħaddiema regolari mħallsa” PR).

Sess (kolonna G)

Is-sess għandu jiġi stabbilit biss għad-detentur(i) u/jew il-maniġer(s) fil-kategoriji fejn jistħgu jidhru (kategoriji mill-10 sat-30 u 70 mill-gruppi “ħaddiema regolari mhux imħallsa” UR jew “ħaddiema mħallsa regolari” PR). Is-sess għandu jkun indikat b’numru ta’ kodiċi, jiġifieri:

1.

raġel,

2.

mara.

Sena tat-twelid (kolonna B)

Is-sena tat-twelid għandha tingħata biss għad-detentur(i) u/jew il-maniġer(s) (kategoriji mill-10 sat-30 u 70 mill-gruppi “ħaddiema regolari mhux imħallsa” UR jew “ħaddiema mħallsa regolari” PR) bl-użu tal-erba’ ċifri tas-sena tat-twelid.

Taħriġ agrikolu tal-maniġer (kolonna T)

It-taħriġ agrikolu għandu jingħata biss lill-maniġer(s) (kategoriji 10, 30 u 70 mill-gruppi “ħaddiema regolari mhux imħallsa” UR jew “ħaddiema mħallsa regolari” PR). It-taħriġ agrikolu huwa indikat b’numru ta’ kodiċi, jiġifieri:

1.

esperjenza agrikola prattika biss,

2.

taħriġ agrikolu bażiku,

3.

taħriġ agrikolu sħiħ.

Ħin maħdum fis-sena (kolonna Y1)

Il-ħin maħdum għandu jiġi indikat f’sigħat għall-gruppi u l-kategoriji kollha. Għandu jirreferi għall-ħin attwalment iddedikat għall-ħidma fl-azjenda. Fil-każijiet ta’ ħaddiema b'inqas ħila, il-ħin maħdum għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali mal-kapaċitajiet tagħhom. Il-ħin maħdum minn ħaddiema li jaħdmu bl-imqietgħa huwa stmat billi l-ammont totali mħallas għax-xogħol jiġi diviż bil-paga fis-siegħa ta’ ħaddiem impjegat bis-siegħa.

Total tal-ħaddiema: għadd ta’ unitajiet annwali (kolonna W1)

Il-ħaddiema impjegati b’mod regolari jinbidlu f’unitajiet annwali ta’ xogħol. L-għadd ta’ unitajiet annwali ta’ xogħol ma jiġix irreġistrat għall-ħaddiema każwali (kemm dawk mhux imħallsa (UC) kif ukoll dawk imħallsa (PC)). Unità waħda annwali ta’ xogħol hija ekwivalenti għal persuna waħda li taħdem il-ħin kollu mal-azjenda. Persuna waħda ma tistax taqbeż l-ekwivalent ta’ unità waħda ta’ xogħol, anki jekk il-ħin ta’ xogħol attwali tagħha fir-realtà jaqbeż l-istandard għar-reġjun u t-tip ta’ azjenda. Persuna li ma taħdimx tul is-sena kollha mal-azjenda tippreżenta frazzjoni ta’ “unità annwali”. L-“unità annwali ta’ xogħol” ta’ kull waħda minn dawn il-persuni tinstab billi wieħed jiddividi l-ħin attwali ta’ xogħol fis-sena bil-ħin normali ta’ xogħol fis-sena ta’ ħaddiem full-time fir-reġjun li qiegħed jitqies u fl-istess tip ta’ azjenda.

Fil-każijiet ta’ ħaddiema b'inqas ħila, l-ekwivalent ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat mal-kapaċitajiet tagħhom.

Sehem tax-xogħol għal attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda bħala perċentwali tal-ħin maħdum fis-sena (kolonna Y2)

Is-sehem tax-xogħol iddedikat għal attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ espress bħala ħin maħdum huwa obbligatorju biss fil-każ tal-ħaddiema każwali (kemm dawk mhux imħallsa kif ukoll dawk imħallsa). Jista’ jingħata b’mod volontarju għall-konjuġi tad-detenturi, il-ħaddiema l-oħra regolari mhux imħallsa, u l-ħaddiema l-oħra regolari mħallsa. Għal kull kategorija kkonċernata (40, 50, 60), dan jingħata bħala perċentwali tas-sigħat maħduma matul is-sena tal-kontabbiltà.

Sehem tax-xogħol għal attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda bħala perċentwali tal-unitajiet annwali ta’ xogħol (kolonna W2)

Is-sehem tax-xogħol iddedikat għal attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ espress bħala unitajiet annwali ta’ xogħol huwa obbligatorju għall-kategoriji kollha ta’ ħaddiema barra l-ħaddiema każwali (kemm dawk mhux imħallsa (UC) kif ukoll dawk imħallsa (PC)). Jingħata bħala perċentwali tal-unitajiet annwali ta’ xogħol għal kull kategorija.

Xogħol f’azjenda agrikola

Ix-xogħol f’azjenda jinkludi kull xogħol ta’ organizzazzjoni, sorveljanza u eżekuzzjoni, kemm manwali kif ukoll amministrattiv, li jsir b’rabta max-xogħol agrikolu fir-razzett u x-xogħol relatatat mal-attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda:

Xogħol agrikolu fir-razzett

organizzazzjoni u ġestjoni finanzjarja (bejgħ u xiri mir-razzett, żamma tal-kotba eċċ.),

xogħol fl-għelieqi (ħrit, żrigħ, ħsad, manutenzjoni tas-siġar tal-frott eċċ.),

tgħammir tal-annimali (tħejjija tal-għalf, tmigħ tal-annimali, ħlib, kura tal-annimali, eċċ.),

tħejjija ta’ prodotti għas-suq, ħżin, bejgħ dirett ta’ prodotti tar-razzett, ipproċessar ta’ prodotti tar-razzett għall-konsum mill-bdiewa stess, produzzjoni ta’ nbid u żejt taż-żebbuġ,

manutenzjoni ta’ bini, makkinarju, apparat, sisien tal-ħaxix, kanali, eċċ.,

trasport għall-azjenda mwettaq mill-ħaddiema tal-azjenda,

Xogħol għall-attivitajiet l-oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda

Xogħol b’kuntratt (bl-użu ta’ mezzi ta’ produzzjoni tal-azjenda)

Turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet oħra relatati mal-ħin tal-mistrieħ,

Ipproċessar ta’ prodotti tar-razzett (irrispettivament jekk il-materja prima tiġix prodotta fl-azjenda jew jekk tinxtarax minn barra), pereżempju ġobon, butir, laħam ipproċessat …

Produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli,

Forestrija u pproċessar tal-injam,

Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ (annimali miżmuma għall-fer, biedja terapewtika (care farming), snajja’, akkwakultura, …).

Dawn li ġejjin mhumiex inklużi fix-xogħol tal-azjenda:

xogħol fil-produzzjoni ta’ assi fissi (xogħol ta’ kostruzzjoni jew ta’ tiswijiet maġġuri ta’ bini jew makkinarju, tħawwil ta’ ġonna bis-siġar, ħatt ta’ bini, tagħżiq ta’ ġonna bis-siġar, eċċ.),

xogħol imwettaq għad-dar tad-detentur jew tal-maniġer.

Tabella D.

Assi

Struttura tat-tabella

Kategorija ta’ assi

Kodiċi (*)


 

Kolonna

Grupp ta’ informazzjoni

Valur

V

OV

Valutazzjoni tal-ftuħ

 

AD

Deprezzament akkumulat

 

DY

Deprezzament tas-sena kurrenti

 

IP

Investiment/xiri, qabel ma jitnaqqsu s-sussidji

 

S

Sussidji

 

SA

Bejgħ

 

CV

Valutazzjoni tal-għeluq

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni tal-kategoriji

OV

AD

DY

IP

S

SA

CV

1010

Flus kontanti u ekwivalenti

 

 

1020

Riċevibbli

 

 

1030

Assi kurrenti oħra

 

 

1040

Inventarji

 

 

 

 

 

2010

Assi bijoloġiċi — pjanti

 

 

 

 

 

3010

Art agrikola

 

 

 

 

 

3020

Benefikati fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

3030

Binjiet fir-razzett

 

 

 

 

 

 

 

4010

Makkinarju u tagħmir

 

 

 

 

 

 

 

5010

Art tal-foresti, inkluż injam wieqaf

 

 

 

 

 

7010

Assi intanġibbli, negozjabbli

 

 

 

 

 

7020

Assi intanġibbli, mhux negozjabbli

 

 

 

 

 

 

 

8010

Assi oħra mhux kurrenti

 

 

 

 

 

 

 

Għandhom jintużaw il-kategoriji ta’ assi li ġejjin:

1010.   Flus kontanti u ekwivalenti

Flus kontanti u assi oħra li jistgħu faċilment jinbidlu fi flus kontanti.

1020.   Riċevibbli

Assi fuq medda qasira ta’ żmien, ammonti dovuti lill-azjenda li jinħolqu b’mod normali mill-attivitajiet kummerċjali.

1030.   Assi kurrenti oħra

Kwalunkwe assi oħra li jinbiegħu faċilment jew li huma mistennija li jitħallsu fi żmien sena.

1040.   Inventarji

Stokkijiet ta’ prodotti fil-pussess tal-azjenda li jistgħu jew jintużaw bħala mezzi ta’ produzzjoni jew jinżammu għall-bejgħ, irrispettivament jekk humiex immanifatturati mill-azjenda jew mixtrija.

2010.   Assi bijoloġiċi — pjanti

Il-valuri tal-pjanti li għadhom ma nħasdux (l-uċuħ tar-raba’ kollha permanenti u wieqfa).

3010.   Art agrikola

L-art agrikola fil-pussess tal-azjenda.

3020.   Benefikati fuq l-art

Benefikati fuq l-art (pereżempju bini ta’ ċnut jew ħitan, sistemi ta’ drenaġġ, apparat permanenti għat-tisqija) li jappartienu lid-detentur, irrispettivament mit-tip ta’ okkupazzjoni tal-art. L-ammonti mdaħħla huma soġġetti għad-deprezzament fil-kolonna DY.

3030.   Binjiet fir-razzett

Binjiet li jappartienu lid-detentur, irrispettivament mit-tip ta’ okkupazzjoni tal-art. L-intestatura għandha timtela, u l-ammonti rreġistrati huma soġġetti għad-deprezzament fil-kolonna DY.

4010.   Makkinarju u tagħmir

Tratturi, kultivaturi bil-mutur, trakkijiet, vannijiet, karozzi, tagħmir tal-biedja kbir u żgħir. L-intestatura għandha timtela, u l-ammonti rreġistrati huma soġġetti għad-deprezzament fil-kolonna DY.

5010.   Art tal-foresti, inkluż injam wieqaf

Artijiet tal-foresti okkupati mis-sid li huma inklużi fl-azjenda agrikola.

7010.   Assi intanġibbli — negozjabbli

L-assi kollha intanġibbli li jistgħu jinxtraw jew jinbiegħu faċilment (pereżempju kwoti u drittijiet meta jkunu negozjabbli mingħajr l-art u jkun jeżisti suq attiv għalihom).

7020.   Assi intanġibbli — mhux negozjabbli

L-assi intanġibbli l-oħra kollha (pereżempju softwer, liċenzji, eċċ.). L-intestatura għandha timtela, u l-ammonti rreġistrati huma soġġetti għad-deprezzament fil-kolonna DY.

8010.   Assi oħra mhux kurrenti

Assi oħra fuq medda twila ta’ żmien. L-intestatura għandha timtela, u l-ammonti rreġistrati huma soġġetti għad-deprezzament fil-kolonna DY.

Gruppi ta’ informazzjoni fit-Tabella D

Il-gruppi ta’ informazzjoni huma: (OV) valutazzjoni tal-ftuħ, (AD) deprezzament akkumulat, (DY) deprezzament tas-sena kurrenti, (IP) investimenti jew xiri qabel ma jitnaqqsu s-sussidji, (S) sussidji, (SA) bejgħ, (CV) valutazzjoni tal-għeluq. Dawn huma spjegati hawn taħt.

Hemm kolonna waħda biss bil-valur (V).

Metodi ta’ valutazzjoni

Jintużaw il-metodi ta’ valutazzjoni li ġejjin:

valur ġust li minnu jitnaqqsu l-ispejjeż stmati fuq il-post tal-bejgħ

l-ammont li bih jistgħu jiġu skambjati l-assi, jew ikun saldu ta’ obbligazzjoni, bejn partijiet konsapevoli u disposti fi tranżazzjoni distakkata, li minnu jitnaqqsu l-ispejjeż stmati li wieħed iġarrab b’rabta mal-bejgħ

2010, 3010, 5010, 7010

kost storiku

spejjeż nominali jew oriġinali tal-assi waqt l-akkwist

3020, 3030, 4010, 7020

valur skont il-kotba

il-valur tal-assi kif jidher fil-karta tal-bilanċ

1010, 1020, 1030, 1040, 8010

D.OV.   Valutazzjoni tal-ftuħ

Il-valutazzjoni tal-ftuħ hija l-valur tal-assi fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà. Għall-irziezet li kienu inklużi fil-kampjun anki fis-sena ta’ qabel, il-valutazzjoni tal-ftuħ għandha taqbel mal-valutazzjoni tal-għeluq tas-sena ta’ qabel.

D.AD.   Deprezzament akkumulat

Huwa s-somma tad-deprezzament tal-assi mill-bidu tal-ħajja tagħhom sa tmiem il-perjodu preċedenti.

D.DY.   Deprezzament tas-sena kurrenti

Allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli tal-assi matul il-ħajja utli tagħhom.

Tabella bir-rati annwali ta’ deprezzament applikati minn kull Stat Membru għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni filwaqt li għandhom jiġu osservati l-istess skadenzi bħal dawk stabbiliti għad-dħul tad-dejta annwali.

D.IP.   Investimenti/Xiri

L-infiq totali fuq xiri, tiswijiet kbar u l-produzzjoni ta’ assi fissi matul is-sena ta’ kontabbiltà. Fil-każijiet fejn ikunu ngħataw għotjiet u sussidji fil-konfront ta’ dawn l-investimenti, l-ammont minfuq qabel ma jitnaqqsu l-għotjiet u s-sussidji msemmija għandu jiddaħħal fil-kolonna IP.

Ix-xiri ta’ oġġetti żgħar ta’ makkinarju u tagħmir kif ukoll ta’ siġar żgħar u buxxijiet għal tħawwil mill-ġdid ma għandux jidher f’dawn il-kolonni, iżda għandu jiġi inkluż fl-ispejjeż tas-sena ta’ kontabbiltà.

It-tiswijiet il-kbar li effettivament iżidu l-valur tal-makkinarju u tat-tagħmir meta mqabbel mal-valur li dawn kellhom qabel it-tiswija għandhom ukoll ikunu inklużi f’din il-kolonna, jew bħala parti integrali mid-deprezzament tal-makkinarju jew tat-tagħmir, li, kif xieraq, għandu jiġi adattat b’tali mod li titqies l-ħajja estiża (bis-saħħa tat-tiswijiet) tal-oġġetti inkwistjoni jew billi l-ispiża tat-tiswijiet il-kbar titqassam fuq il-ħajja utli mistennija kollha.

Il-valur tal-assi fissi prodotti għandu jiġi vvalutat abbażi tal-ispejjeż tagħhom (inkluż il-valur tax-xogħol imħallas u/jew mhux imħallas) u għandu jiżdied mal-valur tal-assi fissi mogħtija taħt il-kodiċijiet mill-2010 sat-8010 tat-Tabella D “ASSI”.

D.S.   Sussidji fuq investimenti

Il-porzjon kurrenti tas-sussidji kollha riċevuti (fis-snin ta’ kontabbiltà preċedenti jew kurrenti) għall-assi mdaħħla f’din it-tabella.

D.SA.   Bejgħ

Il-bejgħ totali tal-assi matul is-sena ta’ kontabbiltà.

D.CV.   Valutazzjoni tal-għeluq

Il-valutazzjoni tal-għeluq hija l-valur tal-assi fi tmiem is-sena tal-kontabbiltà.

Kummenti

Għall-punti 2010, 3010, 5010 u 7010, id-differenza bejn OV+IP-SA u CV titqies bħala introjtu jew telf (ikkawżat kemm mit-tibdil fil-prezz tal-unità kif ukoll fil-volum) għal dawn l-assi għas-sena ta’ kontabbiltà.

L-informazzjoni dwar l-Assi bijoloġiċi — annimali titniżżel fit-Tabella J “PRODUZZJONI TAL-BHEJJEM”.

Tabella E.

Kwoti u drittijiet oħra

Kategorija ta’ kwota jew dritt

Kodiċi (*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Kwota fil-pussess

Kwota mikrija mingħand oħrajn

Kwota mikrija lil oħrajn

Taxxi

N

I

O

T

QQ

Kwantità fi tmien sena ta’ kontabbiltà

 

 

 

QP

Xiri ta’ kwota

 

QS

Kwota mibjugħa

 

OV

Valutazzjoni tal-ftuħ

 

CV

Valutazzjoni tal-għeluq

 

PQ

Ħlasijiet imwettqa għal kwoti meħuda b’kera jew ċens

 

RQ

Ħlasijiet riċevuti għal kwoti mogħtija b’kera jew ċens

 

TX

Taxxi

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

10

Ħalib

20

Primjums għall-baqar li jreddgħu

30

Primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż

40

Pitravi zokkrija

50

Demel organiku

60

Intitolamenti għal pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku ħlief drittijiet speċjali

70

Intitolamenti għal drittijiet speċjali

Il-kwantitajiet tal-kwoti (kwoti fil-pussess, kwoti mikrija mingħand oħrajn u kwoti mikrija lil oħrajn) huma punti obbligatorji. Tiġi rreġistrata biss il-kwantità fi tmiem is-sena ta’ kontabbiltà.

Il-valuri li jikkonċernaw kwoti li jistgħu jiġu nnegozjati b’mod separat mill-art relatata magħhom jitniżżlu f’din it-tabella. Il-kwoti li ma jistgħux ikunu nnegozjati b’mod separat mill-art relatata magħhom jitniżżlu biss fit-Tabella D “ASSI”. Il-kwoti oriġinarjament akkwistati b’xejn għandhom ukoll jiġu rreġistrati u vvalutati bil-valur kurrenti tagħhom fis-suq jekk ikunu jistgħu jiġu nnegozjati b’mod separat mill-art.

Xi tipi ta’ dejta jiġu inklużi b’mod simultanju, individwalment jew bħala komponenti ta’ ammonti ta’ dejta ikbar, fi gruppi jew kategoriji oħra fit-Tabelli D “ASSI”, H “MEZZI TA’ PRODUZZJONI” u/jew I “UĊUĦ TAR-RABA’”.

Għandhom jintużaw il-kategoriji li ġejjin:

10.

Ħalib

20.

Primjums għall-baqar li jreddgħu

30.

Primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż nisa

40.

Pitravi zokkrija

50.

Demel organiku

60.

Drittijiet għal pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku (ħlief drittijiet speċjali)

70.

Drittijiet speċjali taħt l-iskema ta’ pagament uniku.

Għandhom jintużaw il-gruppi ta’ informazzjoni li ġejjin:

E.QQ.   Kwantità (li għandha tiġi rreġistrata fil-kolonni N, I, O biss)

L-unitajiet li għandhom jintużaw:

Kategoriji 10 u 40 (ħalib u pitravi zokkrija): qnatar,

Kategoriji 20 u 30 (primjumss għall-baqar li jreddgħu u primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż): għadd ta’ unitajiet bażiċi ta’ primjums,

Kategorija 50 (demel organiku): għadd ta’ annimali mibdul f’unitajiet standard,

Kategorija 60 (drittijiet għal pagamenti taħt l-iskema ta’ pagament uniku ħlief drittijiet speċjali): għadd ta’ drittijiet/ares,

Kategorija 70 (dritt speċjali taħt l-iskema ta’ pagament uniku): għadd ta’ drittijiet.

E.QP.   Kwoti mixtrija (għandhom jiġu rreġistrati fil-kolonna N biss)

Għandu jiġi rreġistrat l-ammont imħallas għax-xiri, matul is-sena ta’ kontabbiltà, ta’ kwoti jew drittijiet oħra li jistgħu jkunu nnegozjati b’mod separat mill-art relatata magħhom.

E.QS.   Kwoti mibjugħa (għandhom jiġu rreġistrati fil-kolonna N biss)

L-ammont irċevut għall-bejgħ, matul is-sena ta’ kontabbiltà, ta’ kwoti jew drittijiet oħra li jistgħu jkunu nnegozjati b’mod separat mill-art relatata magħhom.

E.OV.   Valutazzjoni tal-ftuħ (għandha tiġi rreġistrata fil-kolonna N biss)

Il-valur tal-valutazzjoni tal-ftuħ tal-kwantitajiet li jinsabu għad-dispożizzjoni tad-detentur stess, irrispettivament jekk oriġinarjament ġewx akkwistati b’xejn jew jekk jinxtrawx, għandu jiġi rreġistrat skont il-valuri kurrenti fis-suq jekk il-kwoti jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b’mod separat mill-art relatata magħhom.

E.CV.   Valutazzjoni tal-għeluq (għandha tiġi rreġistrata fil-kolonna N biss)

Il-valur tal-valutazzjoni tal-għeluq tal-kwantitajiet li jinsabu għad-dispożizzjoni tad-detentur stess, irrispettivament jekk oriġinarjament ġewx akkwistati b’xejn jew jekk jinxtrawx, għandu jiġi rreġistrat skont il-valuri kurrenti fis-suq jekk il-kwoti jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b’mod separat mill-art relatata magħhom.

E.PQ.   Ammonti mħallsa għal kwoti meħuda b’kera jew ċens (għandhom jiġu rreġistrati fil-kolonna I biss)

L-ammont imħallas għall-għoti b’ċens jew kera ta’ kwoti jew drittijiet oħra. Dan huwa inkluż ukoll fil-kera mħallsa taħt il-kategorija 5070 (kera mħallsa) fit-Tabella H “MEZZI TA’ PRODUZZJONI”.

E.RQ.   Dħul għal kwoti mogħtija b’kera jew ċens (għandu jiġi rreġistrat fil-kolonna O biss)

L-ammont riċevut għall-għoti b’kera jew ċens ta’ kwoti jew drittijiet oħra. Dan huwa inkluż ukoll fil-kategorija 90900 (Prodotti u dħul ieħor) fit-Tabella I “UĊUĦ TAR-RABA’”.

E.TX.   Taxxi, imposta addizzjonali (kolonna T)

Kategorija 10 (ħalib): imposta addizzjonali fuq il-ħalib dovuta fuq il-produzzjoni għas-sena ta’ kontabbiltà, jew inkella l-ammont imħallas.

KOLONNI FIT-TABELLA E

Il-kolonna N tirreferi għall-kwoti fil-pussess, il-kolonna I għall-kwoti mikrija mingħand oħrajn, il-kolonna O għall-kwoti mikrija lil oħrajn, u l-kolonna T għat-taxxi.

Tabella F.

Djun

Struttura tat-tabella

Kategoriji ta’ dejn

Kodiċi (*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Medda ta’ żmien qasir

Medda ta’ żmien twil

S

L

OV

Valutazzjoni tal-ftuħ

 

 

CV

Valutazzjoni tal-għeluq

 

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni tal-kategoriji

S

L

1010

Kummerċjali standard

 

 

1020

Kummerċjali speċjali

 

 

1030

Self lill-familja/privat

 

 

2010

Ammonti pagabbli

 

3000

Obbligazzjonijiet oħra

 

 

L-ammonti indikati għandhom jirreferu biss għall-ammonti li jkunu għadhom pendenti, jiġifieri s-self mingħajr il-pagamenti li jkunu diġà saru.

Għandhom jintużaw il-kategoriji li ġejjin:

 

1010. Dejn — kummerċjali standard — jirreferi għas-self li mhu appoġġjat mill-ebda politika pubblika mmirata għas-self.

 

1020. Dejn — kummerċjali speċjali — jirreferi għas-self li jibbenefika minn appoġġ minn politika pubblika (sussidji għall-interessi, garanziji, eċċ.).

 

1030. Dejn — self lill-familja/privat — self mogħti lil persuna fiżika bis-saħħa tar-relazzjoni familjari/privata tagħha mad-debitur.

 

2010. Ammonti pagabbli — ammonti dovuti lil fornituri.

 

3000. Obligazzjonijiet oħra — obbligazzjonijiet differenti minn self jew ammonti pagabbli.

Għandhom jiġu rreġistrati żewġ gruppi ta’ informazzjoni: (OV) il-valutazzjoni tal-ftuħ (CV) u l-valutazzjoni tal-għeluq.

Hemm żewġ kolonni: (S) obbligazzjonijiet fuq medda ta’ żmien qasir u (L) obbligazzjonijiet fuq medda ta’ żmien twil:

Obbligazzjonijiet fuq medda ta’ żmien qasir— djun u obbligazzjonijiet oħra b’rabta mal-azjenda li jkunu dovuti f’inqas minn sena.

Obbligazzjonijiet fuq medda ta’ żmien twil— djun u obbligazzjonijiet oħra b’rabta mal-azjenda għal tul ta’ sena jew aktar.

Tabella G.

Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

Struttura tat-tabella

Kategorija tas-sistemi ta’ VAT

Kodiċi (*)

 

 

Grupp ta’ informazzjoni

Sistema ta’ VAT

Bilanċ tat-tranżazzjonijiet li mhumiex investimenti

Bilanċ tat-tranżazzjonijiet tal-investiment

C

NI

I

VA

Sistemi ta’ VAT fl-azjenda agrikola

 

 

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni tal-kategoriji

1010

Sistema ta’ VAT ewlenija fl-azjenda agrikola

1020

Sistema ta’ VAT minoritarja fl-azjenda agrikola


Lista ta’ sistemi ta’ VAT għaż-żewġ kategoriji

C

NI

I

Sistema normali ta’ VAT

1

Sistema ta’ kumpens parzjali

2

 

 

L-informazzjoni monetarja fil-prospett al-biedja għandha tingħata mingħajr il-VAT.

Id-dettalji li ġejjin fuq il-VAT għandhom jiġu pprovduti bħala kategoriji:

1010.   Sistema ta’ VAT ewlenija fl-azjenda agrikola

1.   Sistema normali ta’ VAT— is-sistema ta’ VAT li tiggarantixxi newtralità rigward l-introjtu għall-azjendi agrikoli billi l-bilanċ tal-VAT jiġi kklerjat mal-awtoritajiet tat-taxxa.

2.   Sistema ta’ kumpens parzjali— is-sistema ta’ VAT li ma tiggarantixxix newtralità rigward l-introjtu għall-azjendi agrikoli, għalkemm tista’ tinkludi xi mekkaniżmu approssimattiv għall-ikkumpensar tal-VAT imħallas u riċevut.

1020.   Sistema ta’ VAT minoritarja fl-azjenda agrikola

Kodiċijiet kif iddefiniti għas-sistema tal-VAT ewlenija.

Hemm biss grupp ta’ informazzjoni wieħed (VA) dwar is-sistema ta’ VAT fl-azjenda agrikola. Hemm tliet kolonni: (C) kodiċi tas-sistema ta’ VAT, (NI) bilanċ tat-tranżazzjonijiet li mhumiex investimenti u (I) bilanċ tat-tranżazzjonijiet tal-investiment.

Għas-sistema normali ta’ VAT tiddaħħal biss l-indikazzjoni tagħha. Jekk l-azjenda agrikola tkun soġġetta għas-sistema ta’ kumpens parzjali tal-VAT, għandhom jiġu pprovduti wkoll il-bilanċ tal-VAT għat-tranżazzjonijiet li mhumiex investimenti u l-bilanċ tal-VAT għat-tranżazzjonijiet tal-investiment.

Meta d-dħul mill-VAT iżid il-fatturat tal-azjenda, il-bilanċ tal-VAT ta' hawn fuq ikun ċifra pożittiva. F'każ li d-dħul jonqos, il-bilanċ ikun negattiv.

Tabella H.

Mezzi ta’ produzzjoni

Struttura tat-tabella

Kategorija ta’ mezzi ta’ produzzjoni

Kodiċi (*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Valur

Kwantità

V

Q

LM

Spejjeż u mezzi ta’ produzzjoni marbutin mal-ħaddiema u l-makkinarju

 

 

SL

Spejjeż speċifiċi għall-bhejjem

 

 

SC

Spejjeż speċifiċi u mezzi ta’ produzzjoni marbutin mal-uċuħ tar-raba’

 

 

OS

Spejjeż speċifiċi marbutin ma’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ

 

 

FO

Spejjeż ġenerali u regolari tal-irziezet

 

 


Kodiċi (*)

Grupp

Deskrizzjoni tal-kategoriji

V

Q

1010

LM

Spejjeż ta’ pagi u sigurtà soċjali għall-ħaddiema mħallsa

 

1020

LM

Xogħol b’kuntratt u kiri ta’ makkinarju

 

1030

LM

Manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat

 

1040

LM

Fjuwils u lubrikanti tal-mutur

 

1050

LM

Spejjeż tal-karozzi

 

2010

SL

Għalf ikkonċentrat mixtri għal bhejjem li jirgħaw (ekwini, ruminanti)

 

2020

SL

Għalf mhux irraffinat mixtri għal bhejjem li jirgħaw (ekwini, ruminanti)

 

2030

SL

Għalf mixtri għall-majjali

 

2040

SL

Għalf mixtri għat-tjur u annimali żgħar oħra

 

2050

SL

Għalf prodott fir-razzett għal bhejjem li jirgħaw (ekwini, ruminanti)

 

2060

SL

Għalf prodott fir-razzett għall-majjali

 

2070

SL

Għalf prodott fir-razzett għat-tjur u annimali żgħar oħra

 

2080

SL

Spejjeż veterinarji

 

2090

SL

Spejjeż speċifiċi oħrajn tal-bhejjem

 

3010

SC

Żerriegħa u nebbieta mixtrija

 

3020

SC

Żerriegħa u nebbieta mkabbra u użati fir-razzett

 

3030

SC

Fertilizzanti u sustanzi li jtejbu l-ħamrija

 

3031

SC

Kwantità ta’ N użata f’fertilizzanti minerali

 

3032

SC

Kwantità ta’ P2O5 użata f’fertilizzanti minerali

 

3033

SC

Kwantità ta’ K2O użata f’fertilizzanti minerali

 

3034

SC

Demel mixtri

 

3040

SC

Prodotti għall-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’

 

3090

SC

Spejjeż oħra speċifiċi relatati mal-uċuħ tar-raba’

 

4010

OS

Spejjeż speċifiċi marbutin mal-forestrija u l-ipproċessar tal-injam

 

4020

OS

Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-uċuħ tar-raba’

 

4030

OS

Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-ħalib tal-baqar

 

4040

OS

Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-ħalib tal-bufli

 

4050

OS

Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-ħalib tan-nagħaġ

 

4060

OS

Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-ħalib tal-mogħoż

 

4070

OS

Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-laħam u ta’ prodotti oħra tal-annimali

 

4090

OS

Spejjeż speċifiċi oħra marbutin ma’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ

 

5010

FO

Manutenzjoni kurrenti tat-titjib tal-art u l-bini

 

5020

FO

Elettriku

 

5030

FO

Fjuwils għat-tisħin

 

5040

FO

Ilma

 

5051

FO

Assigurazzjoni agrikola

 

5055

FO

Assigurazzjonijiet oħra tal-azjendi agrikoli

 

5061

FO

Taxxi u drittijiet oħrajn

 

5062

FO

Taxxi fuq art u bini

 

5070

FO

Kera mħallsa, total

 

5071

FO

Kera mħallsa għall-art

 

5080

FO

Imgħax u ħlasijiet finanzjarji mħallsa

 

5090

FO

Spejjeż ġenerali oħrajn tal-biedja

 

Il-mezzi ta’ produzzjoni tal-azjendi agrikoli (spejjeż fi flus kontanti u in natura, u kwantitajiet ta’ mezzi ta’ produzzjoni magħżula) huma relatati mal-“konsum” ta’ riżorsi produttivi (inkluż l-użu fir-razzett ta’ mezzi ta’ produzzjoni prodotti fih innifsu) li jikkorrispondu għall-produzzjoni tar-razzett waqt is-sena ta’ kontabbiltà jew mal-“konsum” ta’ dawk ir-riżorsi waqt is-sena ta’ kontabbiltà. Meta ċertu użu jirreferi, f’parti minnu, għall-użu privat u, f’parti oħra, għall-użu mir-razzett (pereżempju elettriku, ilma, fjuwils għat-tisħin u fjuwils tal-mutur, eċċ.), hija biss din l-aħħar parti li għandha tkun inkluża fil-prospett tal-biedja. Għandu wkoll ikun inkluż il-proporzjon tal-użu tal-karozzi privati li jikkorrispondi għall-użu tagħhom għal skopijiet marbutin mar-razzett.

Meta jiġu kkalkulati l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni tas-sena ta’ kontabbiltà, ix-xiri u l-użu mir-razzett waqt is-sena għandhom jiġu aġġustati skont il-bidliet fil-valutazzjoni (inklużi bidliet fil-kultivazzjonijiet). Għal kull oġġett it-total ta’ spejjeż imħallsa u l-valur tal-użu mir-razzett għandhom jiġu rreġistrati separatament.

Meta l-ispejjeż indikati jkunu għall-“konsum” totali ta’ mezzi ta’ produzzjoni waqt is-sena ta’ kontabbiltà, imma ma jikkorrispondux għall-produzzjoni matul dik is-sena, il-bidliet fil-ħażniet ta’ mezzi ta’ produzzjoni (inklużi spejjeż akkumulanti ta’ wċuħ tar-raba’ li jkunu qegħdin jikbru) għandhom jiġu indikati taħt kodiċi adegwat relatat mal-kapital li jiċċirkola.

Meta r-riżorsi ta’ produzzjoni tal-azjenda (ħaddiema mħallsa jew mhux imħallsa, makkinarju jew tagħmir) jintużaw sabiex iżidu l-assi fissi (kostruzzjoni jew tiswijiet maġġuri ta’ makkinarju, kostruzzjoni, tiswijiet maġġuri jew saħansitra tiġrif ta’ bini, tħawwil jew qtugħ ta’ siġar tal-frott), l-ispejjeż korrispondenti – jew stima tagħhom — ma għandhomx jiġu inklużi fl-ispejjeż tal-operat tal-azjenda. F’kull każ, l-ispejjeż tax-xogħol u s-sigħat maħduma għall-produzzjoni ta’ assi fissi għandhom jiġu esklużi kemm mill-ispejjeż kif ukoll mill-informazzjoni dwar il-ħaddiema. F’każijiet eċċezzjonali, jekk ċerti spejjeż (apparti minn spejjeż ta’ xogħol) użati għall-produzzjoni ta’ assi fissi ma jkunux jistgħu jiġu kkalkulati separatament (pereżempju l-użu tat-trattur tal-azjenda) u jekk dan l-infiq jiġi mbagħad inkluż taħt l-ispejjeż, stima ta’ dawn l-ispejjeż kollha użati għall-produzzjoni ta’ assi fissi għandha tiddaħħal fit-Tabella I “UĊUĦ TAR-RABA’” mal-kategorija tal-kodiċi tal-uċuħ tar-raba’ 90900 (“Oħrajn”).

L-ispejjeż marbuta mal-“konsum” ta’ assi kapitali huma rrappreżentati mid-deprezzament, u b’hekk l-infiq fuq l-akkwist ta’ assi kapitali ma għandux jitqies bħala nfiq tar-razzett. Għal istruzzjonijiet rigward id-deprezzament ara t-Tabella D “ASSI”.

Infiq fuq oġġetti kkumpensati waqt is-sena ta’ kontabbiltà jew iktar tard (pereżempju tiswijiet fi trattur b’riżultat ta’ inċident kopert minn polza ta’ assigurazzjoni jew mir-responsabbiltà ta’ parti terza) ma għandux jitniżżel bħala spejjeż tar-razzett, u d-dħul korrispondenti ma għandux jiġi inkluż fil-kontijiet tar-razzett.

Id-dħul mill-bejgħ mill-ġdid ta’ provvisti mixtrija għandu jitnaqqas mill-mezzi ta’ produzzjoni korrispondenti.

Għotjiet u sussidji marbuta ma’ spejjeż ma għandhomx jitnaqqsu mill-oġġetti ta’ spejjeż korrispondenti, imma għandhom jitniżżlu taħt kodiċijiet adegwati mit-4100 sat-4900 fit-Tabella M “SUSSIDJI” (ara l-istruzzjonijiet rigward dawk il-kodiċijiet). Għotjiet u sussidji għal investimenti jidhru fit-Tabella D “ASSI”.

L-ispejjeż jinkludu wkoll kull infiq fuq xiri relatat ma’ kull oġġett ta’ spiża.

Il-mezzi ta’ produzzjoni huma kklassifikati kif ġej:

1010.   Spejjeż ta’ pagi u sigurtà soċjali għall-ħaddiema mħallsa

Din il-partita tinkludi dawn li ġejjin:

salarji u pagi attwalment imħallsa fi flus kontanti lil min jaqla’ paga irrispettivament mill-bażi tar-remunerazzjoni (xogħol bl-imqieta jew bis-siegħa), bi tnaqqis ta’ kull konċessjoni soċjali mħallsa lid-detentur, fil-kapaċità tiegħu bħala min iħaddem, bħala kumpens għall-ħlas ta’ salarju li ma jikkorrispondix għal xogħol li attwalment ikun sar (pereżempju assenza mix-xogħol minħabba inċident, taħriġ vokazzjonali, eċċ.),

salarji u pagi in natura (pereżempju akkomodazzjoni, ikel, abitazzjoni, prodotti tar-razzett, eċċ.),

bonusijiet għall-produttività jew għal kwalifiki, rigali, affarijiet b’xejn, qsim tal-qligħ,

infiq ieħor relatat mal-ħaddiema (spejjeż tar-reklutaġġ),

ħlasijiet tas-sigurtà soċjali li għandhom isiru minn min iħaddem u dawk imħallsa minnu f’isem u minflok l-impjegat,

assigurazzjoni kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol.

Il-ħlasijiet ta’ sigurtà soċjali personali tad-detentur u l-assigurazzjoni relatata u dawk tal-ħaddiema mhux imħallsa ma għandhomx jitqiesu bħala spejjeż tal-azjenda agrikola.

L-ammonti li jirċievu l-ħaddiema mhux imħallsa (li skont id-definizzjoni huma inqas minn paga normali – ara d-definizzjoni ta’ xogħol bla ħlas) ma għandhomx jidhru fil-prospett tal-biedja.

Konċessjonijiet (fi flus kontanti jew in natura) imħallsa lill-ħaddiema mħallsa rtirati u li ma għadhomx impjegati mal-azjenda ma għandhomx jidħlu taħt dan il-partita, imma taħt il-kodiċi “Spejjeż ġenerali u regolari oħrajn tal-biedja”.

1020.   Xogħol b’kuntratt u kiri ta’ makkinarju

Din il-partita tinkludi dawn li ġejjin:

nefqa totali fir-rigward tax-xogħol fir-razzett imwettaq minn kuntratturi agrikoli. Dan jinkludi ġeneralment il-prezz tal-użu ta’ tagħmir (inkluż il-fjuwil) u x-xogħol. Fil-każ li l-prezz tal-materjali użati, minbarra l-fjuwil (jiġifieri prodotti għall-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’, fertilizzanti u żrieragħ), ikun ukoll inkluż fil-kuntratt, il-prezz ta’ dawn il-materjali għandu jkun eskluż. Dan l-ammont (jekk meħtieġ issir stima) għandu jiddaħħal taħt il-prezz tal-prodott korrispondenti (pereżempju l-pestiċidi għandhom jiġu rreġistrati taħt il-kodiċi 3040 “Prodotti għall-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’”),

l-ispiża tal-kiri ta’ magni użati mill-ħaddiema tar-razzett. L-ispejjeż tal-fjuwil relatat mal-użu ta’ makkinarju mikri għandu jiġi rreġistrat taħt il-kodiċi 1040 “Fjuwils u lubrikanti tal-mutur”),

l-ispiża tal-kiri fit-tul (leasing) ta’ magni użati mill-ħaddiema tar-razzett. L-ispejjeż tal-fjuwil u tal-manutenzjoni ta’ magni mikrija għandhom jiġu rreġistrati taħt il-kodiċi rilevanti (kodiċi 1030 “Manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat” u 1040 “Fjuwils u lubrikanti tal-mutur”).

1030.   Manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat

L-ispiża tal-manutenzjoni ta’ makkinarju u tagħmir u ta’ tiswijiet żgħar li ma jaffettwawx il-valur fis-suq tal-apparat (ħlas tal-mekkanik, prezz tal-partijiet li jissostitwixxu dawk difettużi, eċċ.).

Dan il-punt jinkludi x-xiri ta’ tagħmir żgħir, l-ispejjeż ta’ oġġetti magħmulin minn sarraġġ u tax-xogħol tan-nagħal taż-żwiemel, ix-xiri ta’ tajers, oqfsa ta’ appoġġ, ħwejjeġ protettivi għal xogħol insanitarju, deterġenti għat-tindif ta’ tagħmir b'mod ġenerali, u l-proporzjon tal-ispejjeż tal-karrozzi privati li jikkorrispondu għall-użu tagħhom għal skopijiet tar-razzett (ara wkoll il-kodiċi 1050). Id-deterġenti użati għat-tindif ta’ tagħmir tal-bhejjem (pereżempju magni tal-ħalib) għandhom jiddaħħlu taħt il-kodiċi 2090 “Spejjeż speċifiċi oħrajn tal-bhejjem”.

Tiswijiet maġġuri li jżidu l-valur tat-tagħmir meta mqabbel mal-valur tiegħu qabel ma jsiru t-tiswijiet mhumiex inklużi taħt dan il-kodiċi (ara wkoll l-istruzzjonijiet dwar id-deprezzament fit-tabella D “ASSI”).

1040.   Fjuwils u lubrikanti tal-mutur

Din il-partita tinkludi wkoll il-proporzjon tal-ispejjeż tal-fjuwils u l-lubrikanti għall-karozzi privati li jikkorrispondi għall-użu tagħhom għal skopijiet tar-razzett (ara wkoll il-kodiċi 1050).

Fejn il-prodotti jintużaw kemm bħala fjuwil tal-mutur kif ukoll għat-tisħin, is-somma totali tinqasam f’żewġ kodiċijiet:

1040.

“Fjuwils u lubrikanti tal-mutur”

5030.

“Fjuwils għat-tisħin”.

1050.   Spejjeż tal-karozzi

Meta l-proporzjon tal-azjenda agrikola mill-ispiża fuq karrozzi privati jiġi kkalkulat b’mod arbitrarju (pereżempju ammont fiss għal kull kilometru), dawn l-ispejjeż jiġu indikati taħt dan il-kodiċi.

Għalf tal-bhejjem

L-għalf użat jinqasam f’dak mixtri u dak prodott fir-razzett.

L-għalf tal-bhejjem mixtri jinkludi supplimenti minerali, prodotti tal-ħalib (mixtrija jew irritornati lir-razzett) u prodotti għall-preservazzjoni u l-ħżin ta’ għalf tal-bhejjem, kif ukoll in-nefqa fuq ir-ragħa, fuq l-użu ta’ għelieqi u mergħat komuni mhux inklużi fl-EAU, u fuq il-kiri ta’ art għat-tkabbir tal-għalf mhux inkluża fl-EAU. Il-mifrex u t-tiben mixtrija huma inklużi wkoll mal-għalf tal-bhejjem mixtri.

L-għalf mixtri għall-bhejjem li jirgħaw huwa subdiviż f’għalf ikkonċentrat u għalf mhux ipproċessat (inklużi in-nefqa fuq ir-ragħa u l-użu ta’ għelieqi u mergħat komuni u artijiet għat-tkabbir tal-għalf mhux inklużi fl-EAU, u l-mifrex u t-tiben mixtrija).

Il-kodiċi 2010 “Għalf ikkonċentrat mixtri għal bhejjem li jirgħaw (ekwini, ruminanti)” jinkludi b’mod partikolari kejkijiet taż-żejt, għalf kompost, ċereali, ħaxix imnixxef, polpa mnixxfa tal-pitrava zokkrija, ħut mitħun, ħalib u prodotti tal-ħalib, minerali u prodotti għall-preservazzjoni u l-ħżin ta’ dan l-għalf tal-bhejjem.

In-nefqa fuq xogħol imwettaq minn kuntratturi agrikoli għall-produzzjoni ta’ għalf mhux ipproċessat, pereżempju ħżin ta’ ħaxix tal-għalf f’sajlo, għandu jitniżżel taħt il-kodiċi 1020 “Xogħol b’kuntratt u kiri ta’ makkinarju”.

L-għalf tal-bhejjem prodott u użat fir-razzett jinkludi prodotti tar-razzett użati bħala għalf tal-bhejjem li jistgħu jinbiegħu (inkluż ħalib u prodotti tal-ħalib, imma eskluż il-ħalib li jerdgħu l-għoġġiela, li ma għandux jitqies). Il-mifrex u t-tiben prodotti mill-azjenda huma inklużi biss jekk ikunu prodott li jista’ jinbiegħ fir-reġjun u fis-sena inkwistjoni.

Għandha tingħata l-analiżi ekonomika li ġejja:

 

Għalf mixtri:

 

2010 Għalf ikkonċentrat mixtri għal bhejjem li jirgħaw (ekwini, ruminanti)

 

2020 Għalf mhux irraffinat mixtri għal bhejjem li jirgħaw (ekwini, ruminanti)

 

2030 Għalf mixtri għall-majjali

 

2040 Għalf mixtri għat-tjur u annimali żgħar oħra

 

Għalf prodott fir-razzett li l-irziezet jużawh bħala:

 

2050 Għalf prodott fir-razzett għal bhejjem li jirgħaw (ekwini, ruminanti)

 

2060 Għalf prodott fir-razzett għall-majjali

 

2070 Għalf prodott fir-razzett għat-tjur u annimali żgħar oħra

2080.   Spejjeż veterinarji

L-ispejjeż tal-miżati tal-veterinarji u tal-mediċini.

2090.   Spejjeż speċifiċi oħrajn tal-bhejjem

In-nefqa kollha direttament relatata mal-produzzjoni tal-bhejjem li ma jaqgħu taħt ebda dispożizzjoni separata fil-kodiċijiet l-oħrajn tat-Tabella H: ħlasijiet għall-kiri taż-żwiemel tar-razza għat-tgħammir, inseminazzjoni artifiċjali, tiswija, testijiet tal-ħalib, abbonament u reġistrazzjoni fil-kotba tal-merħliet, deterġenti għat-tindif ta’ tagħmir tal-bhejjem (pereżempju magni tal-ħlib), materjali tal-ippakkjar għal prodotti tal-bhejjem, l-ispejjeż tal-ħżin u l-preparazzjoni għas-suq ta’ prodotti tal-bhejjem tar-razzett magħmula barra r-razzett, l-ispiża tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-bhejjem tar-razzett, l-ispejjeż tar-rimi tad-demel żejjed, eċċ. L-ispejjeż jinkludu wkoll il-kiri għal żmien qasir ta’ bini użat għaż-żamma ta’ annimali jew għall-ħżin ta’ prodotti konnessi magħhom. Ma jinkludux l-ispejjeż speċifiċi tal-ipproċessar ta’ prodotti tal-annimali kif irreġistrati taħt il-kodiċi mill-4030 sal-4070 tat-Tabella H.

3010.   Żerriegħa u nebbieta mixtrija

Iż-żerriegħa u n-nebbieta mixtrija kollha, inklużi basal, basal tal-qasab, u tuberi. L-ispejjeż ta’ siġar żgħar u buxxijiet għal tħawwil mill-ġdid jirrappreżentaw investiment u għandhom jidhru jew taħt il-kodiċi 2010 tat-Tabella D “Assi bijoloġiċi — pjanti” jew taħt il-kodiċi 5010 tat-Tabella D “Art tal-foresti, inkluż injam wieqaf”. Madankollu, l-ispejjeż tas-siġar żgħar u buxxijiet għal operazzjoni minuri ta’ tħawwil mill-ġdid għandhom jitqiesu bħala spejjeż għas-sena ta’ kontabbiltà u għandhom jiġu indikati taħt il-kodiċi preżenti ħlief għal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ foresti marbuta mal-azjenda agrikola, li għandhom jiġu rreġistrati taħt il-kodiċi 4010 “Spejjeż speċifiċi tal-forestrija u l-ipproċessar tal-injam”.

L-ispejjeż tal-ipproċessar taż-żerriegħa (tqassim diżinfettar) huma inklużi wkoll taħt dan il-kodiċi.

3020.   Żerriegħa u nebbieta mkabbra u użati fir-razzett

Iż-żerriegħa u n-nebbieta mixtrija kollha (inklużi basal, basal tal-qasab u tuberi) imkabbra u użati fir-razzett.

3030.   Fertilizzanti u sustanzi li jtejbu l-ħamrija

Il-fertilizzanti u s-sustanzi kollha mixtrija għat-titjib tal-ħamrija (pereżempju lumi aħdar), inklużi kompost, pit u demel (eskluż demel prodott fl-azjenda).

Il-fertilizzanti u s-sustanzi li jtejbu l-ħamrija użati għal foresti li jiffurmaw parti mill-azjenda agrikola għandhom jitniżżlu taħt il-kodiċi 4010 “Spejjeż speċifiċi tal-forestrija u l-ipproċessar tal-injam”.

3031.   Il-kwanitità ta’ nitroġenu (N) fil-fertilizzanti minerali użati

Il-kwantità totali (piż) ta’ nitroġenu f'termini ta’ N inkluż fil-fertilizzanti minerali użati, stmata abbażi tal-kwantità tal-fertilizzanti minerali u n-N li fihom.

3032.   Il-kwantità ta’ fosfru ((P2O5) fil-fertilizzanti minerali użati

Il-kwantità totali (piż) tal-fosfru f'termini ta’ P2O5 inkluż fil-fertilizzanti minerali użati, stmata abbażi tal-kwantità tal-fertilizzanti minerali u l-P2O5 li fihom.

3033.   Il-kwantità ta’ potassju (K2O) fil-fertilizzanti minerali użati

Il-kwantità totali (piż) tal-potassju f'termini ta’ K2O inkluż fil-fertilizzanti minerali użati, stmata abbażi tal-kwantità tal-fertilizzanti minerali u l-K2O li fihom.

3034.   Demel mixtri

Il-valur tad-demel mixtri.

3040.   Prodotti għall-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’

Il-materjal kollu għall-ħarsien ta’ wċuħ tar-raba’ u pjanti kontra organiżmi ta’ ħsara u mard, predaturi, temp ħażin, eċċ. (insettiċidi, fungiċidi, erbiċidi, lixki bil-velenu, affarijiet li jbeżżgħu l-għasafar, qxur kontra l-borra, ħarsien kontra l-ġelu, eċċ.). Jekk l-operazzjonijiet għall-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’ jitwettqu minn kuntrattur u jekk il-prezz tal-materjali ta’ protezzjoni użati ma jkunx magħruf separatament, it-total għandu jiddaħħal taħt il-kodiċi 1020 “Xogħol b’kuntratt u kiri ta’ makkinarju”.

Il-materjali protettivi użati għal foresti li jiffurmaw parti mill-azjenda agrikola għandhom jiġu rreġistrati taħt il-kodiċi 4010 “Spejjeż speċifiċi marbutin mal-forestrija u l-ipproċessar tal-injam”.

3090.   Spejjeż oħra speċifiċi relatati mal-uċuħ tar-raba’

L-ispejjeż kollha direttament relatati mal-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ (inklużi mergħat permanenti) li għalihom ma hemm l-ebda dispożizzjoni separata fl-oġġetti ta’ spejjeż l-oħrajn: materjali tal-ippakkjar u l-irbit, spagi u ħbula, l-ispejjeż ta’ analiżi tal-ħamrija, spejjeż tal-kompetizzjoni tal-uċuħ tar-raba’, kisi tal-plastik (pereżempju għat-tkabbir tal-frawli), provvisti għall-preservazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, ħżin u preparazzjoni għas-suq ta’ wċuħ tar-raba’ magħmula barra r-razzett, l-ispiża ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-uċuħ tar-raba’ tar-razzett, ammonti mħallsa għax-xiri ta’ wċuħ tar-raba’ weqfin li jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew għall-kiri ta’ art għal perjodu ta’ inqas minn sena għat-tkabbir ta’ wċuħ tar-raba’ li jistgħu jitqiegħdu fis-suq, provvisti tal-għeneb u ż-żebbuġ ipproċessati fl-azjenda, eċċ. Dawn l-ispejjeż ma jinkludux l-ispejjeż speċifiċi tal-ipproċessar tal-uċuħ tar-raba’ differenti mill-għeneb u ż-żebbuġ, li għandhom jiġu rreġistrati taħt il-kodiċi 4020. Huwa inkluż ukoll il-kiri għal żmien qasir ta’ bini użat għal uċuħ tar-raba’ li jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

4010.   Spejjeż speċifiċi marbutin mal-forestrija u l-ipproċessar tal-injam

Fertilizzanti, materjali protettivi, spejjeż speċifiċi mħalltin. Spejjeż ta’ ħaddiema, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ spejjeż.

4020.   Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-uċuħ tar-raba’

Ingredjenti, materjali mhux maħduma jew prodotti semiproċessati, tar-razzett stess jew mixtrija, u spejjeż speċifiċi oħra marbutin mal-ipproċessar tal-uċuħ tar-raba’ (pereżempju l-ispejjeż speċifiċi tal-ippakkjar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni). Spejjeż ta’ ħaddiema, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ spejjeż.

4030.   Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-prodotti tal-ħalib tal-baqar

Ingredjenti, materjali mhux maħduma jew prodotti semiproċessati, tar-razzett stess jew mixtrija, u spejjeż speċifiċi oħra marbutin mal-ipproċessar ta’ ħalib tal-baqra (pereżempju l-ispejjeż speċifiċi tal-ippakkjar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni). Spejjeż ta’ ħaddiema, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ spejjeż.

4040.   Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-ħalib tal-bufli

Ingredjenti, materjali mhux maħduma jew prodotti semiproċessati, tar-razzett stess jew mixtrija, u spejjeż speċifiċi oħra marbutin mal-ipproċessar ta’ ħalib tal-bufli (pereżempju l-ispejjeż speċifiċi tal-ippakkjar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni). Spejjeż ta’ ħaddiema, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ spejjeż.

4050.   Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-ħalib tan-nagħaġ

Ingredjenti, materjali mhux maħduma jew prodotti semiproċessati, tar-razzett stess jew mixtrija, u spejjeż speċifiċi oħra marbutin mal-ipproċessar ta’ ħalib tan-nagħaġ (pereżempju l-ispejjeż speċifiċi tal-ippakkjar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni). Spejjeż ta’ ħaddiema, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ spejjeż.

4060.   Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-prodotti tal-ħalib tal-mogħoż

Ingredjenti, materjali mhux maħduma jew prodotti semiproċessati, tar-razzett stess jew mixtrija, u spejjeż speċifiċi oħra marbutin mal-ipproċessar ta’ ħalib tal-mogħoż (pereżempju l-ispejjeż speċifiċi tal-ippakkjar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni). Spejjeż ta’ ħaddiema, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ spejjeż.

4070.   Spejjeż speċifiċi marbutin mal-ipproċessar tal-laħam u ta’ prodotti oħra tal-annimali

Ingredjenti, materjali mhux maħduma jew prodotti nofshom ipproċessati, tar-razzett stess jew mixtrija, u spejjeż speċifiċi oħra marbutin mal-laħam jew prodotti oħra tal-annimali mhux imsemmija taħt il-kodiċi mill-4030 sal-4060 (pereżempju l-ispejjeż speċifiċi tal-ippakkjar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni). Spejjeż ta’ ħaddiema, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ spejjeż.

4090.   Spejjeż speċifiċi oħra marbutin ma’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ

Materjali mhux maħduma, tar-razzett stess jew mixtrija, u spejjeż speċifiċi oħra ta’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ. Spejjeż ta’ ħaddiema, xogħol b’kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt il-kodiċijiet adegwati ta’ spejjeż.

5010.   Manutenzjoni kurrenti tat-titjib tal-art u l-bini

Manutenzjoni (tat-tip tal-inkwilin) ta’ bini u titjib tal-art inklużi serer, tipi ta’ oqfsa u appoġġi. Ix-xiri ta’ materjali tal-bini għall-manutenzjoni kurrenti ta’ bini għandu jiddaħħal taħt dan il-kodiċi.

Ix-xiri ta’ materjali tal-bini għal investimenti ġodda għandu jiddaħħal taħt il-kodiċi adegwati fil-grupp ta' informazzjoni “Investimenti/xiri” tat-Tabella D “ASSI”.

L-ispejjeż ta’ tiswijiet maġġuri fil-bini li jżidu l-valur tiegħu (manutenzjoni maġġuri) mhumiex inklużi taħt dan il-kodiċi. Dawn l-ispejjeż jidhru bħala investimenti taħt il-kodiċi 3030 tat-Tabella D “Binjiet fir-razzett”.

5020.   Elettriku

Il-konsum totali tal-elettriku għall-użu kummerċjali tar-razzett.

5030.   Fjuwils għat-tisħin

Konsum totali ta’ fjuwils għat-tisħin għal użu kummerċjali tar-razzett, inkluż it-tisħin ta’ serer.

5040.   Ilma

Spejjeż ta’ konnessjoni mal-mejns u konsum ta’ ilma għall-iskopijiet kollha tar-razzett, inkluża t-tisqija. L-ispejjeż għall-użu ta’ apparat tal-ilma tar-razzett għandhom jiddaħħlu taħt il-kodiċijiet xierqa: deprezzament ta’ makkinarju u apparat, manutenzjoni kurrenti ta’ makkinarju u apparat, fjuwils tal-muturi, elettriku.

5051.   Assigurazzjoni agrikola

L-ispejjeż tal-assigurazzjoni b’rabta mal-introjtu li ġej mill-produzzjoni agrikola jew kwalunkwe komponent tagħha, inkluża assigurazzjoni kontra l-mewt ta’ annimali u ħsara fl-uċuħ tar-raba’ eċċ.

5055.   Assigurazzjonijiet oħra tal-azjendi agrikoli

Il-primjums tal-assigurazzjoni kollha li jkopru r-riskji tar-razzett (għajr dawk agrikoli), bħar-responsabbiltà tad-detentur lejn partijiet terzi, nar, għargħar, għajr primjums tal-assigurazzjoni li jkopru inċidenti fuq il-post tax-xogħol, li jidhru taħt il-kodiċi 1010 ta’ din it-tabella. Huma inklużi l-primjums ta’ assigurazzjoni għall-bini.

5061.   Taxxi u drittijiet oħrajn marbuta mal-azjenda agrikola

It-taxxi u d-drittijiet l-oħrajn kollha relatati mal-kummerċ tal-azjenda agrikola, inklużi dawk imposti f’konnessjoni mal-miżuri ta’ ħarsien ambjentali, imma esklużi l-VAT u t-taxxi imposti fuq art, bini jew xogħol. Taxxi diretti fuq id-dħul tad-detentur ma għandhomx jingħaddu mal-ispejjeż tar-razzett.

5062.   Taxxi u ħlasijiet oħrajn fuq art u bini

Taxxi, rati u ħlasijiet oħrajn pagabbli fir-rigward ta’ titolu ta’ proprjetà ta’ art agrikola u bini okkupati mis-sid jew taħt skemi ta’ qsim tal-uċuħ tar-raba’.

5070.   Kera mħallsa

Kera mħallsa (fi flus kontanti jew in natura) għal art mikrija, bini, kwoti u drittijiet oħrajn għall-kummerċ tar-razzett. Għandha tiddaħħal biss il-parti kummerċjali tal-irziezet u ta’ bini ieħor mikri. Spejjeż ta’ kiri ta’ kwoti mhux marbuta mal-art għandhom jiddaħħlu wkoll fit-Tabella E.

5071.   Kera mħallsa għall-art

5080.   Imgħax u ħlasijiet finanzjarji mħallsa

Imgħaxijiet u ħlasijiet finanzjarji fuq kapital misluf (self) miksub għall-iskopijiet tar-razzett. Din l-informazzjoni hija obbligatorja.

Sussidji fuq interessi m’għandhomx jitnaqqsu, imma għandhom jiddaħħlu fit-Tabella M taħt il-kodiċi 3550.

5090.   Spejjeż ġenerali oħrajn tal-biedja

L-ispejjeż l-oħrajn kollha tal-biedja mhux imsemmija taħt il-kodiċi preċedenti (miżati ta’ kontabilisti, servizzi segretarjali u spejjeż tal-uffiċċju, spejjeż tat-telefown, kontribuzzjonijiet u abbonamenti mħalltin, eċċ.).

Tabella I.

Uċuħ tar-raba’

Struttura tat-tabella

Kategorija ta’ wċuħ tar-raba’

Kodiċi (*)

 

Tip ta’ wċuħ tar-raba’

Kodiċi (**)

Dejta nieqsa

Kodiċi (***)

Grupp ta’ informazzjoni

Kolonni

Erja totali

Parti msaqqija

Parti għat-tkabbir ta’ wċuħ għall-enerġija

Parti għall-OĠM

Kwantità

Valur

TA

IR

EN

GM

Q

V

A

Erja

 

 

 

 

OV

Valutazzjoni tal-ftuħ

 

CV

Valutazzjoni tal-għeluq

 

PR

Produzzjoni

 

SA

Bejgħ

 

 

FC

Awtokonsum u benefiċċji in natura

 

FU

Użu tar-razzett

 

Għall-kategorija ta’ wċuħ tar-raba’ għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

Ċereali għall-produzzjoni ta’ qmuħ (inklużi ż-żrieragħ)

10110

Qamħ komuni u spelt

10120

Qamħ durum

10130

Segala

10140

Xgħir

10150

Ħafur

10160

Żerriegħa tal-qamħirrun

10170

Ross

10190

Ċereali oħrajn għall-produzzjoni tal-qmuħ

Legumi mnixxfin kif ukoll uċuħ tar-raba’ mkabbra għall-proteini għall-produzzjoni ta’ qmuħ (inklużi żrieragħ u taħlitiet ta’ ċereali u legumi)

10210

Piżelli, favetta u lupini ħelwin

10220

Għads, ċiċri u ġulbiena

10290

Uċuħ tar-raba’ oħra mkabbra għall-proteini

10300

Patata (inkluża patata bikrija u żerriegħa)

10310

Patata għal-lamtu

10390

Patata oħra

10400

Pitravi żokkrija (eskluża ż-żerriegħa)

10500

Għeruq tal-għalf u brassika (eskluża ż-żerriegħa)

Pjanti industrijali

10601

Tabakk

10602

Ħops

10603

Qoton

10604

Lift u lift tan-nevew

10605

Ġirasol

10606

Soja

10607

Żerriegħa tal-kittien (kittien taż-żejt)

10608

Uċuħ tar-raba’ oħrajn b’żerriegħa taż-żejt

10609

Kittien

10610

Qanneb

10611

Pjanti oħra mkabbra għall-fibra

10612

Pjanti aromatiċi, mediċinali u tal-kċina

10613

Kannamiela

10690

Uċuħ tar-raba’ industrijali oħra mhux imsemmija xi mkien ieħor

Ħaxix frisk, bettieħ u frawli li minnhom:

Ħaxix frisk, bettieħ u frawli li minnhom - Fil-beraħ jew taħt għata protettiva baxxa (mhux aċċessibbli)

10711

Ħaxix frisk, bettieħ u frawli li minnhom - Fil-beraħ

10712

Ħaxix frisk, bettieħ u frawli li minnhom - Ġardinaġġ kummerċjali

10720

Ħaxix frisk, bettieħ u frawli li minnhom - Taħt il-ħġieġ jew taħt għata protettiva oħra (aċċessibbli)

Dettalji għas-subkategoriji kollha ta’ “Ħaxix frisk, bettieħ u frawli”:

10731

Pastard u brokkli

10732

Ħass

10733

Tadam

10734

Qamħirrum ħelu

10735

Basal

10736

Tewm

10737

Zunnarija

10738

Frawli

10739

Bettieħ

10790

Ħaxix ieħor

Fjuri u pjanti ornamentali (esklużi l-imxietel)

10810

Fjuri u pjanti ornamentali - Fil-beraħ jew taħt għata protettiva baxxa (mhux aċċessibbli)

10820

Fjuri u pjanti ornamentali - Taħt il-ħġieġ jew taħt għata protettiva oħra (aċċessibbli)

Dettalji għas-subkategoriji kollha ta’ “Fjuri u pjanti ornamentali (esklużi l-imxietel)”:

10830

Basal, basal tal-qasab u tuberi

10840

Fjuri maqtugħin u blanzuni

10850

Fjuri u pjanti ornamentali.

Pjanti li jinħasdu ħodor

10910

Ħaxix temporanju

Pjanti oħra li jinħasdu ħodor:

10921

Qamħirrum aħdar

10922

Pjanti leguminużi

10923

Pjanti oћrajn tal-ћsad bikri li m'humiex imsemmija band’ oħra

11000

Żerriegħa u nebbieta fuq art li tista’ tinħarat

11100

Uċuħ tar-raba’ oħra fuq art li tista’ tinħarat

Art mhux maħduma

11210

Art mhux maħduma mingħajr l-ebda sussidji

11220

Art mhux maħduma suġġetta għall-ħlas ta’ sussidji, mingħajr użu ekonomiku

11300

Art lesta għaż-żrigħ mikrija lil oħrajn, inkluża art li titpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ impjegati bħala benefiċċju in natura.

20000

Ġonna domestiċi

Bwar permanenti

30100

Mergħat, esklużi l-mergħat foqra

30200

Mergħat foqra

30300

Mergħat permamenti li ma għadhomx jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni u li jkunu eleġibbli għall- ħlas ta’ sussidji

Uċuħ tar-raba’ permanenti

Speċi ta’ frott, fosthom:

40111

Tuffieħ

40112

Lanġas

40113

Ħawħ u ċiprisk

40114

Frott ieħor taż-żoni bi klima moderata

40115

Frott taż-żoni subtropikali jew tropikali

40120

Speċi ta’ frott żgħir bla għadam

40130

Ġewż

Plantazzjonijiet taċ-ċitru

40210

Larinġ

40220

Mandolin, klementini u frott żgħir simili

40230

Lumi

40290

Frott taċ-ċitru ieħor

Plantazzjonijiet taż-żebbuġ

40310

Żebbuġ tal-mejda

40320

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt (mibjugħ f’għamla ta’ frott)

40330

Żejt taż-żebbuġa

40340

Prodotti sekondarji taż-żebbuġ

Vinji

40411

Inbid ta’ kwalità b’denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO)

40412

Inbid ta’ kwalità b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

40420

Inbejjed oħra

40430

Għeneb tal-mejda

40440

Żbib

40451

Għeneb għal inbid ta’ kwalità b’denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO)

40452

Għeneb għal inbid ta’ kwalità b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

40460

Għeneb għal inbejjed oħra

40470

Prodotti mixxellanji tad-dwieli: most tal-għeneb, meraq, brandi, ħall u oħrajn magħmula fir-razzett

40480

Prodotti sekondarji tad-dielja (karfa tal-għeneb, fond tal-inbid)

40500

Imxietel

40600

Uċuħ tar-raba’ permanenti oħra

40610

li minnhom Siġar tal-Milied

40700

Uċuħ tar-raba’ permanenti taħt il-ħġieġ

40800

Tkabbir ta’ pjantazzjonijiet żgħar

Artijiet oħra

50100

Art agrikola mhux utilizzata

50200

Imsaġar

50210

Li minnhom imsaġar ta’ newba qasira

50900

Artijiet oħra (artijiet okkupati minn bini, btieħi tal-irziezet, passaġġi, għadajjar, barrieri, art infertili, blat, eċċ.)

60000

Faqqiegħ

Prodotti u dħul ieħor

90100

Dħul mill-kiri ta’ artijiet agrikoli lil oħrajn

90200

Kumpens minn assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ mhux allokabbli lil uċuħ tar-raba’ speċifiċi

90300

Prodotti sekondarji ta’ wċuħ tar-raba’ differenti miż-żebbuġ u d-dielja

90310

Tiben

90320

Fjur tal-pitravi taz-zokkor

90330

Prodotti sekondarji oħrajn

90900

Oħrajn

Il-kodiċi tat-tipi ta’ wċuħ tar-raba’ għandhom jingħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi (**)

Deskrizzjoni

0

Mhux applikabbli: dan il-kodiċi għandu jintuża fil-każijiet ta’ prodotti pproċessati, ħażniet u prodotti sekondarji.

1

Uċuħ tal-għalqa – uċuħ tar-raba’ ewlenin, uċuħ tar-raba’ kkombinati: l-uċuħ tal-għalqa ewlenin u kkombinati jikkonsistu f’dawn li ġejjin:

uċuħ tar-raba’ waħdiena, jiġifieri li jkunu l-uniċi mkabbra f’żona partikolari matul is-sena ta’ kontabbiltà,

uċuħ tar-raba’ mħallta: uċuħ tar-raba’ miżrugħa, ikkultivati u maħsuda flimkien u li jipproduċu taħlita bħala l-prodott finali,

uċuħ tar-raba’ mkabbra suċċessivament matul is-sena ta’ kontabbiltà f’żona partikolari, il-wiċċ tar-raba’ li jdum l-aktar fl-art,

uċuħ tar-raba’ mkabbra għal xi żmien flimkien fl-istess art u li kull wieħed minnhom normalment jipproduċi ħsad distint waqt is-sena ta’ kontabbiltà. L-erja totali hija diviża bejn dawn l-uċuħ tar-raba’ fi proporzjon mal-erja li tkun fil-fatt okkupata minn kull wieħed,

ħaxix frisk, bettieħ u frawli- f'għelieqi fil-miftuħ

2

Uċuħ tal-għalqa – uċuħ tar-raba’ b’segwitu: l-uċuħ tal-għalqa b’segwitu jikkonsistu f’uċuħ tar-raba’ mkabbra wara xulxin matul is-sena ta’ kontabbiltà f’żona partikolari u mhux meqjusa bħala wċuħ tar-raba’ ewlenin.

3

Uċuħ tal-ġardinaġġ kummerċjali u fjuri mkabbra fil-miftuħ: l-uċuħ tal-ġardinaġġ kummerċjali u l-fjuri mkabbra fil-miftuħ jikkonsistu fi ħxejjex friski, bettieħ u frawli mkabbra f’ġonna kummerċjali fil-miftuħ u fjuri u pjanti ornamentali mkabbra fil-miftuħ.

4

Uċuħ tar-raba’ taħt kenn aċċessibbli: uċuħ tar-raba’ taħt kenn aċċessibbli jikkonsistu fi ħxejjex friski, bettieħ u frawli taħt kenn, fjuri u pjanti ornamentali (annwali jew perenni) taħt kenn, uċuħ tar-raba’ permanenti taħt kenn.

Il-kodiċijiet tad-dejta nieqsa għandhom jingħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi (***)

Deskrizzjoni

0

L-ebda dejta nieqsa

1

L-ebda entrata rigward l-erja: din il-kodiċi għandu jiddaħħal meta l-erja koperta mill-uċuħ tar-raba’ ma tkunx mogħtija, pereżempju fil-każ ta’ bejgħ ta’ prodotti ta’ wċuħ tar-raba’ li jistgħu jitqiegħdu fis-suq, mixtrija bħala wċuħ tar-raba’ weqfin jew li jiġu minn art mikrija għal perjodu ta’ inqas minn sena fuq bażi okkażjonali, u fil-każ ta’ produzzjoni miksuba minn ipproċessar ta’ prodotti tal-uċuħ tar-raba’.

2

L-ebda entrata rigward il-produzzjoni (taħt kuntratt): dan il-kodiċi għandu jiddaħħal għall-uċuħ tar-raba’ taħt kuntratt meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, il-produzzjoni attwali ma tistax tiġi dikjarata.

3

L-ebda entrata rigward il-produzzjoni (mhux taħt kuntratt): dan il-kodiċi għandu jiddaħħal meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, il-produzzjoni attwali ma tistax tiġi dikjarata u l-uċuħ tar-raba’ ma jkunux taħt kuntratt.

4

L-ebda entrata rigward l-erja u l-produzzjoni: dan il-kodiċi għandu jiddaħħal meta l-erja u l-produzzjoni attwali jkunu nieqsa.

L-informazzjoni dwar il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ matul is-sena ta’ kontabbiltà għandha tiġi rreġistrata fil-format tat-Tabella I “UĊUĦ TAR-RABA”. L-informazzjoni dwar kull wiċċ tar-raba’ għandha tiġi rreġistrata f’rekord separat. Il-kontenut tat-tabella huwa ddefinit billi jingħażlu l-kategorija ta’ kodiċi tal-wiċċ tar-raba’, it-tip ta’ kodiċi tal-wiċċ tar-raba’ u l-kodiċi tad-dejta nieqsa.

Informazzjoni ddettaljata rigward il-patata (kodiċijiet 10310, 10390), il-ħxejjex friski, il-bettieħ u l-frawli (kodiċijiet 10731, 10732, 10733, 10734, 10735, 10736, 10737, 10738, 10739, 10790), il-fjuri u l-pjanti ornamentali (kodiċijiet 10830, 10840, 10850) u l-prodotti sekondarji tal-uċuħ tar-raba' differenti miż-żebbuġ u d-dielja (kodiċijiet 90310, 90320, 90330) għandha tiġi pprovduta biss jekk id-dejta tkun disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda agrikola.

GRUPPI TA’ INFORMAZZJONI FIT-TABELLA I

It-Tabella I fiha seba’ ringieli, li fihom jidħlu l-gruppi ta’ informazzjoni li ġejjin: l-erja (A), il-valutazzjoni tal-ftuħ (OV), il-valutazzjoni tal-għeluq (CV), il-produzzjoni (PR), il-bejgħ (SA), il-konsum tar-razzett u l-benefiċċji in natura (FC) u l-użu tar-razzett (FU).

It-Tabella I fiha sitt kolonni, fejn għal kull wiċċ tar-raba’ għandhom jiġu rreġistrati l-erja totali (TA), l-erja li tissaqqa (IR), l-erja użata għal uċuħ tar-raba’ mkabbra għall-enerġija (EN), l-erja użata għall-produzzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ ġenetikament immodifikati (GM), il-kwanitità tal-produzzjoni u bejgħ (Q) u l-valur (V). Fil-parti li ġejja huwa deskritt liema kolonni għandhom jimtlew għal kull grupp ta’ informazzjoni:

I.A   Erja

Għall-grupp ta’ informazzjoni dwar l-erja (A), għandhom jiġu rreġistrati l-erja totali (TA), l-erja li tissaqqa (IR), l-erja użata għal uċuħ tar-raba’ mkabbra għall-enerġija (EN) u l-erja użata għall-produzzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ ġenetikament immodifikati (GM). F’kull wieħed mill-każijiet, l-erja għandha tingħata f’ares (100 ares = (1) ettaru), ħlief fil-każ tal-artijiet użati għat-tkabbir tal-faqqiegħ, fejn din tingħata f’metri kwadri.

I.OV   Valutazzjoni tal-ftuħ

Għall-grupp ta’ informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-ftuħ (OV), għandu jiġi rreġistrat il-valur (V) tal-prodotti maħżuna (ħażna) fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà. Il-prodotti għandhom ikunu vvalutati skont il-prezzijiet mogħtijin f’xatbet ir-razzett fil-jum tal-valutazzjoni.

I.CV   Valutazzjoni tal-għeluq

Għall-grupp ta’ informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-għeluq (CV), għandu jiġi rreġistrat il-valur (V) tal-prodotti maħżuna (ħażna) fi tmiem is-sena ta’ kontabbiltà. Il-prodotti għandhom ikunu vvalutati skont il-prezzijiet mogħtijin f’xatbet ir-razzett fil-jum tal-valutazzjoni.

I.PR   Produzzjoni

Għall-grupp ta’ informazzjoni dwar il-produzzjoni (PR), għandhom jiġu rreġistrati l-kwantitajiet ta’ wċuħ tar-raba’ prodotti (Q) matul is-sena ta’ kontabbiltà (eskluż kwalunkwe telf fl-għelieqi u fir-razzett). Dawn il-kwantitajiet huma indikati għall-prodotti prinċipali tal-azjenda (ħlief prodotti sekondarji).

Dawn il-kwantitajiet għandhom jingħataw fi qnatar (100 kg), bl-eċċezzjoni tal-inbid u l-prodotti relatati mal-inbid, li jingħataw f’ettolitri. Meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata l-produzzjoni attwali fi qnatar (ara l-bejgħ ta’ wċuħ tar-raba’ wieqfa u l-uċuħ tar-raba’ taħt kuntratt), għandu jiddaħħal il-kodiċi tad-dejta nieqsa 2 għall-uċuħ tar-raba’ taħt kuntratt, u l-kodiċi 3 għall-bqija tal-każijiet.

I.SA   Bejgħ totali

Għall-grupp ta’ informazzjoni dwar il-bejgħ totali (SA), għandhom jiġu rreġistrati l-kwantità tal-bejgħ (Q) u l-valur tal-bejgħ (V) tal-prodotti li kienu maħżuna fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà u ta’ dawk maħsuda matul is-sena. Meta l-ispejjeż ta’ kummerċjalizzazzjoni — jekk ikun hemm — ikunu magħrufa, m’għandhomx jitnaqqsu mit-total tal-bejgħ, iżda għandhom jitniżżlu fit-Tabella H “MEZZI TA’ PRODUZZJONI”.

I.FC   Awtokonsum u benefiċċji in natura

Għall-grupp ta’ informazzjoni dwar l-awtokonsum u l-benefiċċji in natura (FC), għandhom jiġu rreġistrati l-valur (V) tal-prodotti kkonsmati minn min joqgħod mad-detentur tal-unità domestika u/jew użati għall-ħlas in natura għal prodotti u servizzi (inkluża rimunerazzjoni in natura). Il-prodotti inkwistjoni huma vvalutati skont il-prezzijiet mogħtijin f’xatbet ir-razzett.

I.FU   Użu tar-razzett

Għall-grupp ta’ informazzjoni dwar l-użu tar-razzett (FU), għandhom jiġu rreġistrati l-valur (V) f’xatbet ir-razzett tal-prodotti tal-azjenda li kienu maħżuna (ħażna) fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà u/jew li ġew prodotti matulha, u li jkunu ntużaw bħala mezzi ta’ produzzjoni fl-azjenda matul is-sena. Dawn jinkludu:

għalf tal-bhejjem:

il-valur, skont il-prezzijiet mogħtijin f’xatbet ir-razzett, tal-prodotti tal-azjenda li jistgħu jinbiegħu (prodotti li bħalissa jistgħu jitqiegħdu fis-suq) u li matul is-sena ntużaw bħala għalf tal-annimali. It-tiben tal-azjenda użat fir-razzett (bħala għalf u friex) huwa vvalutat biss fil-każijiet fejn ikun prodott li jista’ jinbiegħ fir-reġjun u fis-sena inkunsiderazzjoni. Il-prodotti kkonċernati huma vvalutati bil-prezz tal-bejgħ “f’xatbet ir-razzett”:

żrieragħ:

il-valur, skont il-prezzijiet mogħtijin f’xatbet ir-razzett, tal-prodotti tal-azjenda agrikola li jistgħu jinbiegħu u li jkunu ntużaw bħala żrieragħ għall-uċuħ tar-raba’ matul is-sena,

użu ieħor tar-razzett (inklużi prodotti magħmula mill-azjenda użati biex jitħejja l-ikel għal persuni li jkunu qattgħu l-vaganzi tagħhom fir-razzett).

Tabella J.

Produzzjoni tal-bhejjem

Struttura tat-tabella

Kategorija ta’ bhejjem

Kodiċi (*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Għadd medju

Għadd

Valur

A

N

V

AN

Għadd medju

 

OV

Valutazzjoni tal-ftuħ

 

 

CV

Valutazzjoni tal-għeluq

 

 

PU

Xiri

 

 

SA

Bejgħ totali

 

 

SS

Bejgħ għall-qtil

 

 

SR

Bejgħ għat-trobbija/għat-tgħammir

 

 

SU

Bejgħ bi skop mhux magħruf

 

 

FC

Konsum tar-razzett

 

 

FU

Użu tar-razzett

 

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

100

Equidae

210

Annimali bovini ta’ inqas minn sena, irġiel u nisa

220

Annimali bovini fl-età ta’ bejn sena u sentejn, irġiel

230

Annimali bovini i fl-età ta’ bejn sena u sentejn, nisa

240

Annimali bovini rġiel fl-età ta’ mill-inqas sentejn

251

Erieħ għat-tgħammir

252

Erieħ għat-tismin

261

Baqar tal-ħalib

262

Bufli nisa

269

Baqar oħrajn

311

Nagħaġ, nisa għat-tgħammir

319

Nagħaġ oħra

321

Mogħoż, nisa għat-tgħammir

329

Mogħoż oħra

410

Frieħ tal-ħnieżer b’piż ħaj ta’ inqas minn 20 kg

420

Ħnieżer nisa tat-tgħammir ta’ 50 kg jew iżjed

491

Ħnieżer għat-tismin

499

Ħnieżer oħra

510

Tjur - kapuċċelli

520

Tiġieġ li jbidu

530

Tjur oħra

610

Fniek, nisa għat-tgħammir

699

Fniek oħra

700

Naħal

900

Annimali oħra

Kategoriji ta’ bhejjem

Wieħed għandu jiddistingwi bejn l-istokkijiet li ġejjin:

100.

Equidae

Jinkludu wkoll żwiemel tat-tlielaq u tal-irkib, ħmir, bgħula eċċ.

210.

Annimali bovini ta’ inqas minn sena, irġiel u nisa

220.

Annimali bovini fl-età ta’ bejn sena u sentejn, irġiel

230.

Annimali bovini fl-età ta’ bejn sena u sentejn, nisa

Huma esklużi l-annimali bovini nisa mħabbla.

240.

Bovini rġiel fl-età ta’ mill-inqas sentejn

251.

Erieħ għat-tgħammir

Annimali bovini nisa ta’ sentejn jew iżjed li jkunu għadhom ma welldux u li mhumiex intenzjonati għat-tgħammir.

252.

Erieħ għat-tismin

Annimali bovini nisa ta’ sentejn jew iżjed li jkunu għadhom ma welldux u li mhumiex intenzjonati għat-tgħammir.

261.

Baqar tal-ħalib

Annimali bovini nisa li jkunu welldu (inklużi dawk ta’ inqas minn sentejn) li jinżammu esklussivament jew primarjament għall-produzzjoni tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar fi prodotti tal-ħalib. Huma inklużi l-baqar tal-ħalib maqtula.

262.

Bufli nisa

Bufli li jkunu welldu (inklużi dawk ta’ inqas minn sentejn) li jinżammu esklussivament jew primarjament għall-produzzjoni tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar fi prodotti tal-ħalib. Huma inklużi l-bufli nisa maqtula.

269.

Baqar oħrajn

1.

Annimali bovini nisa li jkunu welldu (inklużi dawk ta’ inqas minn sentejn) li jinżammu esklussivament jew primarjament għall-produzzjoni tal-għoġġiela u li l-ħalib tagħhom ma jintużax għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar bħala prodotti tal-ħalib.

2.

Baqar għax-xogħol.

3.

Baqar mhux tal-ħalib maqtula (kemm jekk ikunu imsemmna qabel il-qtil u kemm jekk le).

Il-kategoriji mill-210 sal-252 u 269 jinkludu wkoll il-kategoriji korrispondenti ta’ bufli u bufli nisa.

311.

Nagħaġ, nisa għat-tgħammir

Nagħaġ ta’ sena jew iżjed intenzjonati għat-tgħammir.

319.

Nagħaġ oħra

Nagħaġ ta’ kull età, ħlief għan-nisa.

321.

Mogħoż, nisa għat-tgħammir

329.

Mogħoż oħra

Mogħoż apparti minn nisa għat-tgħammir.

410.

Frieħ tal-ħnieżer b’piż ħaj ta’ inqas minn 20 kg

Frieħ tal-ħnieżer b’piż ħaj ta’ inqas minn 20 kg.

420.

Ħnieżer nisa tat-tgħammir ta’ 50 kg jew iżjed

Ħnieżer nisa tat-tgħammir ta’ 50 kg jew iżjed ħlief għall-ħnieżer nisa maqtula (ara l-kategorija 499 “Ħnieżer oħra”).

491.

Ħnieżer għat-tismin

Ħnieżer għat-tismin b’piż ħaj ta’ 20 kg jew iżjed, esklużi ħnieżer nisa u rġiel maqtula (ara l-kategorija 499 “Ħnieżer oħra”).

499.

Ħnieżer oħra

Ħnieżer b’piż ħaj ta’ 20 kg jew iżjed, esklużi ħnieżer nisa għat-tgħammir (ara l-kategorija 420) u ħnieżer għat-tismin (ara l-kategorija 491).

510.

Tjur - kapuċċelli

Tiġieġ tal-mejda. Esklużi tiġieġ li jbidu u tiġieġ maqtula. Mhux inklużi flieles.

520.

Tiġieġ li jbidu

Inklużi għewietaq, tiġieġ li jbidu, tiġieġ maqtula u sriedaq għat-tgħammir għat-tiġieġ li jbidu. L-għewietaq huma tiġiġiet żgħar li jkunu għadhom ma bdewx ibidu. Mhux inklużi flieles.

530.

Tjur oħra

Inklużi papri, dundjani, wiżż, fargħuni, ngħam u rġiel għat-tgħammir (ħlief tiġieġ li jbidu). Jinkludu nisa għat-tgħammir. Mhux inklużi flieles.

610.

Fniek, nisa għat-tgħammir

699.

Fniek oħra

700.

Naħal

Għandu jiġi indikat skont l-għadd ta’ ġarar okkupati.

900.

Annimali oħra

Huma inklużi flieles, ċriev, biżonti u ħut. Inklużi poni u annimali oħrajn użati għat-turiżmu tal-farms. Esklużi prodotti ta’ annimali oħrajn (ara t-Tabella K, kategorija 900).

GRUPPI TA’ INFORMAZZJONI TAT-TABELLA J

J.AN.   Għadd medju (għandu jiġi rreġistrat biss għall-kolonna A)

Kull unità tirreferi għall-preżenza ta’ annimal wieħed fl-azjenda għal sena. L-annimali għandhom jingħaddu bi proporzjon skont it-tul ta’ żmien li jkunu għamlu fl-azjenda matul is-sena ta’ kontabbiltà.

L-għadd medju huwa ddeterminat permezz ta’ inventarji perjodiċi jew billi jitniżżlu l-wasliet u t-tluq. Dan jinkludi l-annimali kollha preżenti fl-azjenda, anki annimali mrobbija jew imsemmna taħt kuntratt (annimali li ma jappartjenux għall-kumpanija, li jitrabbew jew huma msemmna hemmhekk b’tali manjiera li l-attività tikkostitwixxi biss servizz mogħti mid-detentur, li ma jassumix ir-riskju finanzjarju normalment assoċjat mat-trobbija jew it-tismin ta’ dawn l-annimali) u annimali meħuda jew mogħtija għar-rigħi għall-perjodu tas-sena li matulu jkunu preżenti fl-azjenda.

Għadd medju (kolonna A)

L-għadd medju għandu jiġi espress sa żewġ punti deċimali.

Din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi pprovduta għall-annimali l-oħrajn (kategorija 900).

J.OV   Valutazzjoni tal-ftuħ

L-għadd ta’ bhejjem li jappartjenu għall-azjenda fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà, kemm jekk ikunu fl-azjenda u kemm jekk le f’dak il-ħin.

Għadd (kolonna N)

L-għadd ta’ bhejjem għandu jiġi indikat skont l-għadd ta’ rjus jew skont l-għadd ta’ ġarar tan-naħal, sa żewġ punti deċimali.

Din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi pprovduta għall-annimali l-oħrajn (kategorija 900).

Valur (kolonna V)

Il-valur tal-bhejjem għandu jiġi ddeterminat billi mill-valur ġust jitnaqqsu l-ispejjeż stmati fuq il-post tal-bejgħ f’jum il-valutazzjoni.

J.CV   Valutazzjoni tal-għeluq

L-għadd ta’ bhejjem li jappartjenu għall-azjenda fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà, kemm jekk ikunu fl-azjenda u kemm jekk le f’dak il-ħin.

Għadd (kolonna N)

L-għadd ta’ bhejjem għandu jiġi indikat skont l-għadd ta’ rjus jew skont l-għadd ta’ ġarar tan-naħal, sa żewġ punti deċimali.

Din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi pprovduta għall-annimali l-oħrajn (kategorija 900).

Valur (kolonna V)

Il-valur tal-bhejjem għandu jiġi ddeterminat billi mill-valur ġust jitnaqqsu l-ispejjeż stmati fuq il-post tal-bejgħ f’jum il-valutazzjoni.

J.PU   Xiri

Irriferi għat-total tal-bhejjem mixtrija matul is-sena ta’ kontabbiltà.

Għadd (kolonna N)

L-għadd ta’ bhejjem għandu jiġi indikat skont l-għadd ta’ rjus, sa żewġ punti deċimali. Din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi pprovduta għall-annimali l-oħrajn (kategorija 900).

Valur (kolonna V)

Il-valur tax-xiri jinkludi l-ispejjeż tax-xiri. L-għotjiet u s-sussidji relatati ma jitnaqqsux mit-total ta’ dan ix-xiri, iżda huma speċifikati fit-Tabella M “SUSSIDJI” fil-kategorija adegwata (kodiċijiet mill-5100 sal-5900).

J.SA   Bejgħ totali

Jirriferi għat-total tal-bhejjem mibjugħa matul is-sena ta’ kontabbiltà.

Jinkludi l-bejgħ lil konsumaturi, għall-konsum tagħhom stess, ta’ bhejjem jew ta’ laħam, kemm jekk l-annimali jinqatlu fir-razzett u kemm jekk le.

Għadd (kolonna N)

L-għadd ta’ bhejjem għandu jiġi indikat skont l-għadd ta’ rjus, sa żewġ punti deċimali. Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi pprovduta għall-annimali l-oħrajn (kategorija 900).

Valur (kolonna V)

Meta l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq — jekk ikun hemm — ikunu magħrufa, dawn ma jitnaqqsux mill-bejgħ totali, iżda dawn l-ispejjeż għandhom jingħataw taħt il-kodiċi 2090 (“Spejjeż speċifiċi oħra tal-bhejjem”). L-għotjiet u s-sussidji relatati mhumiex inklużi fil-bejgħ totali, iżda huma speċifikati fit-Tabella M “SUSSIDJI” fil-kategorija adegwata (kodiċijiet mill-2110 sal-2900).

J.SS   Bejgħ għall-qtil

Jirreferi għall-bhejjem mibjugħa għall-qtil matul is-sena ta’ kontabbiltà. Din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata għall-erieħ għat-tgħammir (kodiċi 251), in-naħal (kodiċi 700) u l-annimali l-oħrajn (kodiċi 900).

Għadd (kolonna N)

Ara Bejgħ totali

Valur (kolonna V)

Ara Bejgħ totali

J.SR   Bejgħ għat-trobbija/għat-tgħammir

Jirreferi għall-bhejjem mibjugħa għal trobbija ulterjuri jew għat-tgħammir matul is-sena ta’ kontabbiltà. Din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata għall-erieħ għat-tismin (kodiċi 252), in-naħal (kodiċi 700) u l-annimali l-oħrajn (kodiċi 900).

Għadd (kolonna N)

Ara Bejgħ totali

Valur (kolonna V)

Ara Bejgħ totali

J.SU   Bejgħ bi skop mhux magħruf

Jirreferi għall-bhejjem mibjugħa għal skop mhux magħruf matul is-sena ta’ kontabbiltà. Din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata għan-naħal (kodiċi 700) u l-annimali l-oħrajn (kodiċi 900).

Għadd (kolonna N)

Ara Bejgħ totali

Valur (kolonna V)

Ara Bejgħ totali

J.FC   Konsum tar-razzett u benefiċċji in natura

Jirreferi għall-bhejjem ikkonsmati min-nies li joqgħodu fir-razzett jew użati għal benefiċċji in natura matul is-sena ta’ kontabbiltà.

Għadd (kolonna N)

L-għadd ta’ bhejjem għandu jiġi indikat skont l-għadd ta’ rjus, sa żewġ punti deċimali. Din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi pprovduta għall-annimali l-oħrajn (kategorija 900).

Valur (kolonna V)

Il-valur tal-bhejjem għandu jiġi ddeterminat bil-valur ġust.

J.FU   Użu tar-razzett

Jirreferi għall-bhejjem użati fl-azjenda bħala mezzi ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ulterjuri fil-kuntest tal-attivitajiet l-oħrajn bi skop ta’ qligħ matul is-sena ta’ akkomodazzjoni. Huma inklużi bhejjem użati:

għall-kejtering, akkomodazzjoni għat-turisti

għall-ipproċessar ta’ bhejjem għall-immanifatturar ta’ prodotti tal-laħam u għalf

Huwa eskluż il-bejgħ ta’ bhejjem jew ta’ laħam, kemm jekk l-annimali jinqatlu fir-razzett u kemm jekk le (ara l-informazzjoni dwar il-bejgħ SA).

Dan il-valur jitniżżel ukoll fit-Tabella H, bħala spejjeż marbuta ma’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ, bl-użu tal-kodiċi 4070 (spejjeż speċifiċi għall-ipproċessar tal-laħam u ta’ prodotti oħra tal-annimali).

Għadd (kolonna N)

L-għadd ta’ bhejjem għandu jiġi indikat skont l-għadd ta’ rjus, sa żewġ punti deċimali. Din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi pprovduta għall-annimali l-oħrajn (kategorija 900).

Valur (kolonna V)

Il-valur tal-bhejjem għandu jiġi ddeterminat bil-valur ġust.

Tabella K.

Prodotti tal-annimali u servizzi relatati

Struttura tat-tabella

Kategorija ta’ prodotti tal-annimali jew ta’ servizzi

Kodiċi (*)

Dejta nieqsa

Kodiċi (**)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Kwantità

Valur

Q

V

OV

Valutazzjoni tal-ftuħ

 

 

CV

Valutazzjoni tal-għeluq

 

 

PR

Produzzjoni

 

SA

Bejgħ

 

 

FC

Konsum tar-razzett

 

 

FU

Użu tar-razzett

 

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

261

Ħalib tal-baqar

262

Ħalib tal-bufli

311

Ħalib tan-nagħaġ

321

Ħalib tal-mogħoż

330

Suf

531

Bajd għall-konsum mill-bniedem (mit-tjur kollha)

532

Bajd għat-tifqis (mit-tjur kollha)

700

Għasel u prodotti ġejjin miż-żamma tan-naħal

800

Demel

900

Prodotti oħra tal-annimali

1100

Trobbija bil-kuntratt

1120

Baqar taħt kuntratt

1130

Nagħaġ u/jew mogħoż taħt kuntratt

1140

Ħnieżer taħt kuntratt

1150

Tjur taħt kuntratt

1190

Annimali oħra taħt kuntratt

1200

Servizzi oħra relatati mal-annimali


Kodiċi (**)

Deskrizzjoni

0

Il-Kodiċi 0 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda dejta nieqsa.

 

 

2

Il-Kodiċi 2 għandu jiddaħħal għall-produzzjoni tal-annimali taħt kuntratt fil-każijiet meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tingħata l-produzzjoni attwali (kolonna Q).

3

Il-Kodiċi 3 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tingħata l-produzzjoni attwali (kolonna Q) u l-produzzjoni tal-annimali ma tkunx taħt kuntratt.

4

Il-Kodiċi 4 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta l-produzzjoni attwali tkun nieqsa.

Kategoriji ta’ prodotti tal-annimali u servizzi relatati

Wieħed għandu jiddistingwi bejn il-kategoriji ta’ prodotti tal-annimali u servizzi relatati li ġejjin:

261.

Ħalib tal-baqar

262.

Ħalib tal-baqar tal-bufli

311.

Ħalib tan-nagħaġ

321.

Ħalib tal-mogħoż

330.

Suf

531.

Bajd għall-konsum mill-bniedem (mit-tjur kollha)

532.

Bajd għat-tifqis (mit-tjur kollha)

700.

Għasel u prodotti ġejjin miż-żamma tan-naħal: għasel, idromel u prodotti kif ukoll prodotti sekondarji oħrajn miż-żamma tan-naħal.

800.

Demel

900.

Prodotti oħra tal-annimali (ħlasijiet għall-kiri ta’ żwiemel tar-razza għat-tgħammir, embriji, xema’, fwied tal-wiżż jew tal-papri, ħalib ta’ annimali oħra, eċċ.)

1100.

Trobbija bil-kuntratt

Ammont ta’ dħul minn trobbija b’kuntratt li jikkorrispondi primarjament għal ħlas għal servizzi mogħtija u meta d-detentur ma jassumix ir-riskju ekonomiku normalment involut fit-trobbija u s-simna ta’ dawn l-annimali.

Dettalji tal-kategorija 1100 “Trobbija bil-kuntratt”:

Id-dettalji għandhom jiddaħħlu jekk ikunu disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda.

1120.

Baqar taħt kuntratt

1130.

Nagħaġ u/jew mogħoż taħt kuntratt

1140.

Ħnieżer taħt kuntratt

1150.

Tjur taħt kuntratt

1190.

Annimali oħra taħt kuntratt

1200.

Servizzi oħra relatati mal-annimali

Dħul għal servizzi oħra relatati mal-annimali (ħlasijiet marbuta ma’ rigħi, eċċ.)

Kodiċi tad-dejta nieqsa

Għandhom jintużaw il-kodiċi li ġejjin għad-dejta nieqsa:

Kodiċi 0

:

Il-Kodiċi 0 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda dejta nieqsa.

Kodiċi 2

:

Il-Kodiċi 2 għandu jiddaħħal għall-produzzjoni tal-annimali taħt kuntratt fil-każijiet meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tingħata l-produzzjoni attwali (kolonna Q).

Kodiċi 3

:

Il-Kodiċi 3 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tingħata l-produzzjoni attwali (kolonna Q) u l-produzzjoni tal-annimali ma tkunx taħt kuntratt.

Kodiċi 4

:

Il-Kodiċi 4 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta l-produzzjoni attwali tkun nieqsa.

GRUPPI TA’ INFORMAZZJONI FIT-TABELLA K

Għad-demel (kodiċi 800) għandha tiġi pprovduta biss l-informazzjoni dwar il-bejgħ (SA) fil-kolonna valur (V).

Għall-prodotti l-oħra tal-annimali (kodiċi 900), l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bħala valur biss (fil-kolonna V) billi l-kwantità ma tistax tiġi pprovduta għal grupp magħmul minn prodotti eteroġeni.

Għal servizzi relatati mal-annimali bħat-trobbija bil-kuntratt (kodiċijiet mill-1100 sal-1190) u oħrajn (kodiċi 1200), l-unika informazzjoni li għandha tiġi pprovduta tirrigwarda d-dħul, li għandu jitniżżel taħt l-informazzjoni dwar il-bejgħ (SA) fil-kolonna tal-valur (V).

Kwantità (kolonna Q)

Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu indikati fi qnatar (100 kg), ħlief għall-każ tal-bajd (kodiċijiet 531 u 532), f’liema każ għandhom jingħataw f’eluf.

Fil-każ tal-għasel u l-prodotti l-oħra li ġejjin miż-żamma tan-naħal (kodiċi 700), il-kwantità hija espressa f’“ekwivalenti ta’ għasel”.

K.OV   Valutazzjoni tal-ftuħ

Il-prodotti maħżuna (ħażna) fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà, esklużi l-bhejjem.

Kwantità (kolonna Q)

Ara l-istruzzjonijiet għat-Tabella K.

Valur (kolonna V)

Il-prodotti għandhom ikunu vvalutati bil-valur ġust f’jum il-valutazzjoni.

K.CV   Valutazzjoni tal-għeluq

Il-prodotti maħżuna (ħażna) fi tmiem is-sena ta’ kontabbiltà, esklużi l-bhejjem.

Kwantità (kolonna Q)

Ara l-istruzzjonijiet għat-Tabella K.

Valur (kolonna V)

Il-prodotti għandhom ikunu vvalutati bil-valur ġust f’jum il-valutazzjoni.

K.PR   Produzzjoni matul is-sena ta’ kontabbiltà

Kwantità (kolonna Q)

Il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-annimali prodotti waqt is-sena ta’ kontabbiltà (eskluż kull telf). Dawn il-kwantitajiet huma indikati għall-prodotti prinċipali tal-azjenda (ħlief prodotti sekondarji). Hija inkluża l-produzzjoni użata għall-ipproċessar fil-qafas ta’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ relatati mal-azjenda.

Ħalib li jerdgħu l-għoġġiela mhuwiex inkluż fil-produzzjoni.

K.SA   Bejgħ

It-total tal-prodotti mibjugħa matul is-sena ta’ kontabbiltà, li kienu maħżuna fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà jew ġew prodotti matulha.

Kwantità (kolonna Q)

Ara l-istruzzjonijiet għat-Tabella K.

Valur (kolonna V)

Il-valur totali tal-bejgħ (irrispettivament jekk il-qligħ ikunx wasal matul is-sena ta’ kontabbiltà jew le) ta’ prodotti li kienu maħżuna fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà jew li ġew prodotti matulha.

It-total tal-prodotti mibjugħa jinkludi l-valur tal-prodotti rritornati lir-razzett (ħalib xkumat, eċċ.). Il-valur ta’ dawn tal-aħħar għandu jitniżżel ukoll taħt l-ispejjeż tar-razzett.

Kull ħlas ta’ kumpens (pereżempju ħlasijiet ta’ assigurazzjoni) waqt is-sena ta’ kontabbiltà għandu jiżdied ukoll mat-total għall-bejgħ tal-prodotti kkonċernati kull meta jkun jista’ jiġi allokat għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ din ix-xorta. Inkella għandu jiddaħħal taħt il-kodiċi 900 “Prodotti oħra tal-annimali”.

Għotjiet u sussidji riċevuti għal prodotti matul is-sena ta’ kontabbiltà mhumiex inklużi fit-total ta’ bejgħ; għandhom jiddaħħlu fit-Tabella M “SUSSIDJI” fil-kategorija adegwata (kodiċijiet bejn l-2110 u l-2900).

Meta l-ispejjeż ta' kummerċjalizzazjoni – jekk ikun hemm – ikunu magħrufa, ma għandhomx jitnaqqsu mit-total tal-bejgħ, iżda għandhom jitniżżlu fit-Tabella H taħt il-kodiċi 2090 “Spejjeż speċifiċi oħra tal-bhejjem”.

K.FC   Konsum tar-razzett u benefiċċji in natura

Prodotti kkonsmati mill-unità domestika tad-detentur u/jew użati għal ħlasijiet in natura ta’ oġġetti u servizzi (inkluża rimunerazzjoni in natura). Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi pprovduta għall-bajd għat-tifqis (kodiċi 532).

Kwantità (kolonna Q)

Ara l-istruzzjonijiet għat-Tabella K.

Valur (kolonna V)

Il-prodotti għandhom ikunu vvalutati bil-valur ġust.

K.FU   Użu tar-razzett

Prodotti tal-azjenda li kienu maħżuna (ħażna) fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà u/jew li ġew prodotti matulha, u li jkunu ntużaw bħala mezzi ta’ produzzjoni fl-azjenda matul is-sena. Dawn jinkludu:

għalf tal-bhejjem: il-prodotti tal-azjenda li jistgħu jinbiegħu (prodotti li bħalissa jistgħu jitqiegħdu fis-suq) u li matul is-sena ntużaw bħala għalf tal-annimali. Il-ħalib li jerdgħu l-għoġġiela mhuwiex inkluż fl-użu tar-razzett.

Prodotti użati fil-qafas tal-attivitajiet l-oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda agrikola:

kejtering, akkomodazzjoni ta’ turisti, eċċ.

għal ipproċessar ulterjuri (ħalib ipproċessat biex minnu jsiru butir, ġobon, eċċ.)

Kwantità (kolonna Q)

Ara l-istruzzjonijiet għat-Tabella K.

Valur (kolonna V)

Il-prodotti għandhom ikunu vvalutati bil-valur ġust. Dawn il-valuri għandhom jiddaħħlu wkoll taħt l-ispejjeż tar-razzett.

Tabella L.

Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda agrikola

Struttura tat-tabella

Kategorija ta’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ

Kodiċi (*)

Dejta nieqsa

Kodiċi (**)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Kwantità

Valur

Q

V

OV

Valutazzjoni tal-ftuħ

 

CV

Valutazzjoni tal-għeluq

 

PR

Produzzjoni

 

SA

Bejgħ

 

FC

Konsum tar-razzett

 

FU

Użu tar-razzett

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

261

L-ipproċessar tal-ħalib tal-baqar

262

L-ipproċessar tal-ħalib tal-bufli

311

L-ipproċessar tal-ħalib tan-nagħaġ

321

L-ipproċessar tal-ħalib tal-mogħoż

900

L-ipproċessar ta’ laħam jew prodotti oħra tal-annimali

1010

L-ipproċessar tal-uċuħ tar-raba'

1020

Forestrija u pproċessar tal-injam

2010

Xogħol b’kuntratt

2020

Turiżmu, akkomodazzjoni, kejtering u attivitajiet oħra relatati mal-ħin tal-mistrieħ

2030

Produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli

9000

“Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ” oħra direttament relatati mal-azjenda agrikola


Kodiċi (**)

Deskrizzjoni

0

Il-Kodiċi 0 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda dejta nieqsa.

1

Il-Kodiċi 1 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn il-produzzjoni ssir bl-ipproċessar ta’ prodotti tal-bhejjem jew tal-uċuħ tar-raba’ mixtrija.

2

Il-Kodiċi 2 għandu jiddaħħal għall-produzzjoni taħt kuntratt fil-każijiet meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tingħata l-produzzjoni attwali (kolonna Q).

3

Il-Kodiċi 3 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tingħata l-produzzjoni attwali (kolonna Q) u l-produzzjoni ma tkunx taħt kuntratt.

4

Il-Kodiċi 4 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta l-produzzjoni attwali tkun nieqsa.

Id-definizzjoni ta' “Attivitajiet Oħra bi Skop ta’ Qligħ” (OGA) hija l-istess bħal dik stabbilita fil-punt VI tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2009 (11) u fit-tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (l-Artikolu 4 u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1242/2008). Din id-definizzjoni ssegwi, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, il-Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE rev.2) u l-Manual of Economic Accounts for Agriculture and Forestry (il-Manwal tal-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura u l-Forestrija) EAA/EAF 97 rev.1.1.

L-OGA direttament relatati mal-azjenda agrikola jirreferu għall-attivitajiet mhux agrikoli li jkollhom impatt ekonomiku fuq l-azjenda u li jkunu qed jużaw ir-riżorsi agrikoli (mezzi ta’ produzzjoni jew prodotti) tal-azjenda.

F’dan il-kuntest, attivitajiet bi skop ta’ qligħ ifissru xogħol attiv; għaldaqstant, huma esklużi investimenti purament finanzjarji. Il-kiri ta’ artijiet jew riżorsi agrikoli oħra tar-razzett għal diversi attivitajiet mingħajr ma jkun hemm involviment ulterjuri f’dawn l-attivitajiet lanqas ma jitqiesx bħala attività oħra bi skop ta’ qligħ, iżda jitqies bħala parti mill-attività agrikola tal-azjenda.

Kull ipproċessar ta’ prodotti tar-razzett jitqies bħala attività oħra bi skop ta’ qligħ għajr f'każijiet fejn l-ipproċessar jitqies bħala parti mill-attività agrikola. Għaldaqstant, l-ipproċessar tal-inbid u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa huma esklużi jekk il-proporzjon mixtri ta’ nbid jew żejt taż-żebbuġa ma jkunx sinifikanti.

Kull ipproċessar ta’ prodott agrikolu primarju sabiex minnu jsir prodott sekondarju fl-azjenda, irrispettivament jekk il-materjal mhux maħdum huwiex prodott fl-azjenda jew mixtri minn barra, jitqies attività oħra bi skop ta’ qligħ. Dan jinkludi l-ipproċessar tal-laħam, il-produzzjoni ta’ ġobon, eċċ.

Kategoriji ta’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda agrikola

Wieħed għandu jiddistingwi l-kategoriji li ġejjin ta’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ:

261.

L-ipproċessar tal-ħalib tal-baqar

262.

L-ipproċessar tal-ħalib tal-bufli

311.

L-ipproċessar tal-ħalib tan-nagħaġ

321.

L-ipproċessar tal-ħalib tal-mogħoż

900.

L-ipproċessar ta’ laħam jew prodotti oħra tal-annimali

1010.

L-ipproċessar ta’ prodotti tal-uċuħ tar-raba’, ħlief inbid u żejt taż-żebbuġa. Hija inkluża l-produzzjoni tal-alkoħol li mhux ġej mill-għeneb, ċidru jew perri

1020.

Forestrija u pproċessar tal-injam. Huwa kopert il-bejgħ ta’ injam maqtugħ u wieqaf, ta’ prodotti tal-forestrija apparti mill-injam (sufra, raża tal-arżnu, eċċ.). u l-injam ipproċessat matul is-sena ta’ kontabbiltà.

2010.

Xogħol b’kuntratt għal ħaddieħor. Il-kiri ta’ tagħmir tal-azjenda mingħajr ħaddiema tar-razzett jew l-użu ta’ ħaddiema tar-razzett biss f’xogħol b’kuntratt ma jitqisux bħala attività oħra bi skop ta’ qligħ, iżda bħala parti mill-attività agrikola.

2020.

Turiżmu, akkomodazzjoni, kejtering u attivitajiet oħra relatati mal-ħin tal-mistrieħ. Dawn jinkludu l-kera ġġenerata mit-turiżmu (siti ta’ kampeġġ, djar fil-kampanja, faċilitajiet ta’ rkib, kaċċa, sajd, eċċ.).

2030.

Produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli. Tkopri l-produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli għas-suq, inklużi l-bijogass, il-bijofjuwils jew l-elettriku, permezz ta’ turbini tar-riħ jew tagħmir ieħor jew minn materja prima agrikola. Teskludi dawn li ġejjin billi jitqiesu bħala parti mill-attività agrikola tal-azjenda:

il-produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli li jintużaw biss mid-detentur tal-azjenda stess

il-kiri ta’ artijiet jew ta’ bjut purament għal skopijiet ta’ stallazzjoni bħal irdieden tar-riħ jew pannelli fotovoltajċi.

il-bejgħ ta’ materjal mhux maħdum lil impriża oħra għall-produzzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli.

9000.

“Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ” oħra direttament relatati mal-azjenda. Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda mhux imsemmija xi mkien ieħor.

Kodiċi tad-dejta nieqsa

Għandhom jintużaw il-kodiċi li ġejjin għad-dejta nieqsa:

Kodiċi 0

:

Il-Kodiċi 0 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda dejta nieqsa.

Kodiċi 1

:

Il-Kodiċi 1 għandu jiddaħħal fil-każijiet fejn il-produzzjoni ssir bl-ipproċessar ta’ prodotti tal-bhejjem jew tal-uċuħ tar-raba’ mixtrija.

Kodiċi 2

:

Il-Kodiċi 2 għandu jiddaħħal għall-produzzjoni taħt kuntratt fil-każijiet meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tingħata l-produzzjoni attwali (kolonna Q).

Kodiċi 3

:

Il-Kodiċi 3 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, ma tkunx tista’ tingħata l-produzzjoni attwali (kolonna Q) u l-produzzjoni ma tkunx taħt kuntratt.

Kodiċi 4

:

Il-Kodiċi 4 għandu jiddaħħal fil-każijiet meta l-produzzjoni attwali tkun nieqsa.

GRUPPI TA’ INFORMAZZJONI FIT-TABELLA L

Kwantità (kolonna Q)

Dawn il-kwantitajiet għandhom jingħataw fi qnatar (100 kg).

Fil-każ tal-prodotti pproċessati mill-ħalib (kodiċijiet 261, 262, 311 u 321), hija indikata l-kwantità ta’ ħalib likwidu irrispettivament mill-għamla li fiha jinbiegħ, jiġi kkonsmat fir-razzett jew jintuża għal benefiċċji in natura jew għall-finijiet tar-razzett (krema, butir, ġobon, eċċ.).

L.OV   Valutazzjoni tal-ftuħ

Il-prodotti li kienu maħżuna (ħażna) fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà.

Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi pprovduta għax-xogħol b’kuntratt (kodiċi 2010), l-attivitajiet turistiċi (kodiċi 2020), il-produzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli (kodiċi 2030) u “Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ” oħra direttament relatati mal-azjenda (kodiċi 9000).

Valur (kolonna V)

Il-valur tal-prodotti għandu jiġi ddeterminat billi mill-valur ġust jitnaqqsu l-ispejjeż stmati fuq il-post tal-bejgħ f’jum il-valutazzjoni.

L.CV   Valutazzjoni tal-għeluq

Il-prodotti li kienu maħżuna (ħażna) fi tmiem is-sena ta’ kontabbiltà.

Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi pprovduta għax-xogħol b’kuntratt (kodiċi 2010), l-attivitajiet turistiċi (kodiċi 2020), il-produzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli (kodiċi 2030) u “Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ” oħra direttament relatati mal-azjenda (kodiċi 9000).

Valur (kolonna V)

Il-valur tal-prodotti għandu jiġi ddeterminat billi mill-valur ġust jitnaqqsu l-ispejjeż stmati fuq il-post tal-bejgħ f’jum il-valutazzjoni.

L.PR   Produzzjoni għas-sena ta’ kontabbiltà

Kwantità (kolonna Q)

Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss għall-kategoriji li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-ħalib (kodiċi mill-261 sat-321).

Tikkorrispondi għall-kwantità ta’ ħalib likwidu prodott fir-razzett matul is-sena ta’ kontabbiltà u użat għall-produzzjoni ta’ prodotti pproċessati.

L.SA   Bejgħ

It-total tal-prodotti mibjugħa matul is-sena ta’ kontabbiltà, li kienu maħżuna fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà jew li ġew prodotti matulha kif ukoll id-dħul mill-attivitajiet l-oħra bi skop ta’ qligħ.

Valur (kolonna V)

Il-valur totali tal-bejgħ (irrispettivament jekk il-qligħ ikunx wasal matul is-sena ta’ kontabbiltà jew le) ta’ prodotti li kienu maħżuna fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà jew li ġew prodotti matulha.

Kull ħlas ta’ kumpens (pereżempju ħlasijiet ta’ assigurazzjoni) waqt is-sena ta’ kontabbiltà għandu jiżdied ukoll mat-total għall-bejgħ tal-prodotti kkonċernati kull meta jkun jista’ jiġi allokat għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ din ix-xorta. Inkella għandu jiddaħħal fit-Tabella I “UĊUĦ TAR-RABA’” taħt il-kodiċi 90900 “Oħrajn”.

Għotjiet u sussidji riċevuti għal prodotti matul is-sena ta’ kontabbiltà mhumiex inklużi fit-total ta’ bejgħ; għandhom jiddaħħlu fit-Tabella M “SUSSIDJI” fil-kategorija adegwata (kodiċijiet bejn l-2110 u l-2900). Meta l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq — jekk ikun hemm — ikunu magħrufa, m’għandhomx jitnaqqsu mit-total tal-bejgħ, iżda għandhom jitniżżlu fit-Tabella H “MEZZI TA’ PRODUZZJONI” fil-kategorija adegwata ta’ spejjeż speċifiċi ta’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ (kodiċijiet mill-4010 sal-4090).

L.FC   Konsum tar-razzett u benefiċċji in natura

Prodotti kkonsmati mill-unità domestika tad-detentur u/jew użati għal ħlasijiet in natura ta’ oġġetti u servizzi (inkluża rimunerazzjoni in natura).

Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi pprovduta għax-xogħol b’kuntratt (kodiċi 2010), l-attivitajiet turistiċi (kodiċi 2020) u l-produzzjoni ta' enerġiji rinnovabbli (kodiċi 2030).

Valur (kolonna V)

Il-prodotti għandhom ikunu vvalutati bil-valur ġust.

L.FU   Użu tar-razzett

Prodotti tal-azjenda li kienu maħżuna (ħażna) fil-bidu tas-sena ta’ kontabbiltà u/jew li ġew prodotti matulha, u li jkunu ntużaw bħala mezzi ta’ produzzjoni fl-azjenda matul is-sena. Huma inklużi prodotti pproċessati fir-razzett (ħalib ipproċessat biex minnu jsir ġobon, ċereali pproċessati għall-ħobż, laħam li minnu sar perżut, eċċ.) li jkunu ntużaw bħala mezzi ta’ produzzjoni għall-kejtering jew akkomodazzjoni turistika.

Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi pprovduta għax-xogħol b’kuntratt (kodiċi 2010), l-attivitajiet turistiċi (kodiċi 2020) u l-produzzjoni ta' enerġiji rinnovabbli (kodiċi 2030).

Valur (kolonna V)

Il-prodotti għandhom ikunu vvalutati bil-valur ġust.

Tabella M.

Sussidji

Struttura tat-tabella

Kategorija ta’ sussidju

Kodiċi (*)

 

Finanzjament

Kodiċi (**)

Unità bażika

Kodiċi (***)

Grupp ta’ informazzjoni

Kolonni

Għadd ta’ unitajiet bażiċi

Valur

N

V

S

Sussidju

 

 

Il-kategoriji tal-kodiċijiet tas-sussidji għandhom jingħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kategorija ta’ kodiċijiet ta’ sussidji:

Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

SPU (Skema ta' pagament uniku)

1110

SPU “normali”

1120

SPU mergħat

1130

SPU b’intitolament speċjali

1200

SPUE (Skema ta' pagament uniku skont l-erja)

Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 73/2009  (12)

2110

Appoġġ lis-settur tal-prodotti tal-ħalib

2120

Appoġġ lis-settur tal-laħam taċ-ċanga

2130

Appoġġ lis-settur tan-nagħaġ u l-mogħoż

2140

Appoġġ lis-settur tar-ross

2150

Appoġġ lil uċuħ tar-raba’ oħra

2160

Appoġġ lil annimali oħra

2170

Appoġġ ieħor skont l-Artikolu 68 ħlief appoġġ għall-ispejjeż

Pagamenti diretti akkoppjati tal-UE magħżula

2210

Primjums għall-baqar li jreddgħu

2220

Primjums addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

2230

Primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż

2240

Primjums addizzjonali għan-nagħaġ u l-mogħoż

2250

Qoton

2270

Frott u ħaxix

Pagamenti diretti akkoppjati oħra għal attivitajiet speċifiċi

Uċuħ tar-raba’ fuq art li tista’ tinħarat

2311

COP (Ċereali, żrieragħ taż-żejt u wċuħ tar-raba’ tal-proteini speċjalizzati)

2312

Patata

2313

Pitravi zokkrija

2314

Pjanti industrijali

2315

Ħxejjex

2316

Art mhux maħduma

2319

Uċuħ tar-raba’ fuq art li tista’ tinħarat mhux iddefiniti

2320

Bwar permanenti

Uċuħ tar-raba’ permanenti

2331

Frott tal-bosk u u ġewż

2332

Frott b’karpelli fin-nofs u frott bl-għadma

2333

Plantazzjonijiet taċ-ċitru

2334

Plantazzjonijiet taż-żebbuġ

2335

Vinji

2339

Uċuħ tar-raba’ permanenti mhux iddefiniti

Annimali

2341

Prodotti tal-ħalib

2342

Ċanga

2343

Ifrat/baqar mhux iddefiniti

2344

Nagħaġ u mogħoż

2345

Majjali u tjur

2349

Annimali mhux iddefiniti

Għotjiet u sussidji ta’ karattru eċċezzjonali

2810

Ħlasijiet għal diżastri

2890

Għotjiet u sussidji oħra ta’ karattru eċċezzjonali

2900

Sussidji li ma jistgħux jiġu allokati lil xi attività jew ma jistgħux jiġu rreġistrati taħt xi wieħed mill-kodiċijiet ta’ hawn fuq

Żvilupp Rurali

3100

Sussidji fuq investimenti

3200

Oħrajn Assi 1

3300

Ħlasijiet agroambjent u l-benesseri tal-annimali

3400

Ħlasijiet tan-Natura 2000 ħlief għall-forestrija

3500

Ħlasijiet ta’ defiċjenzi naturali f’żoni tal-muntanja u ħlasijiet f’żoni oħra b’defiċjenzi

3600

Forestrija, inklużi ħlasijiet tan-Natura 2000 għall-forestrija

3700

Oħrajn Assi 2

3900

Ħlasijiet oħra għall-iżvilupp rurali

Għotjiet u sussidji fuq spejjeż

4100

Pagi u sigurtà soċjali

4200

Fjuwils tal-muturi

Bhejjem

4310

Għalf għal annimali li jirgħaw

4320

Għalf għall-majjali u t-tjur

4330

Spejjeż oħra relatati mal-bhejjem

Uċuħ tar-raba’

4410

Żrieragħ

4420

Fertilizzanti

4430

Ħarsien tal-uċuħ tar-raba’

4440

Spejjeż oħra speċifiċi relatati mal-uċuħ tar-raba’

Spejjeż ġenerali u regolari tal-irziezet

4510

Elettriku

4520

Fjuwils għat-tisħin

4530

Ilma

4540

Assigurazzjoni

4550

Imgħaxijiet

4600

Spejjeż relatati ma’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ

4800

Spejjeż oħra

4900

Sussidji fuq spejjeż abbażi tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Għotjiet u sussidji fuq ix-xiri ta’ bhejjem

5100

Xiri ta' prodotti tal-ħalib

5200

Xiri ta' ċanga

5300

Xiri ta' nagħaġ u mogħoż

5400

Xiri ta' majjali u tjur

5900

Annimali oħra

9000

Differenzi minn snin preċedenti ta’ kontabbiltà

Il-kodiċijiet li jiddeskrivu kif inhu ffinanzjat is-sussidju għandhom jingħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi (**)

Deskrizzjoni

1

Is-sussidju huwa ffinanzjat mill-baġit tal-UE biss.

2

Il-miżura hija kkofinanzjata mill-UE u l-Istat Membru.

3

Il-miżuri mhijiex iffinanzjata mill-baġit tal-UE, iżda minn sorsi pubbliċi oħra.

Il-kodiċijiet li jiddefinixxu l-unitajiet bażiċi għandhom jingħażlu mil-lista ta’ hawn taħt:

Kodiċi (***)

Deskrizzjoni

1

Is-sussidju jingħata skont l-għadd ta’ bhejjem.

2

Is-sussidju jingħata skont l-għadd ta’ ettari.

3

Is-sussidju jingħata skont l-għadd ta’ tunnellati.

4

Razzett/oħra: is-sussidju jingħata għar-razzett kollu jew b’mod li ma jaqax taħt il-kategoriji l-oħra.

It-tabella M “SUSSIDJI” tkopri l-għotjiet u s-sussidji li l-azjendi agrikoli jkunu rċevew minn korpi pubbliċi, kemm Nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, ħlief għotjiet u sussidji fuq investimenti (dawn għandhom jiġu rreġistrati fit-Tabella D “ASSI”).

Bħala regola ġenerali, l-għotjiet u s-sussidji rreġistrati fit-Tabella M jikkorisspondu għas-sena ta’ kontabbiltà kurrenti, irrispettivament minn meta jiġi riċevut il-ħlas (is-sena ta' kontabbiltà hija l-istess bħas-sena ta' talba). Il-ħlasijiet rurali, minbarra l-ħlasijiet LFA jikkostitwixxu eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali, peress li l-ammonti rreġistrati għandhom jirreferu għall-ħlasijiet li verament ġew riċevuti matul is-sena ta’ kontabbiltà (is-sena ta' kontabbiltà hija l-istess bħas-sena ta' ħlas).

L-għotjiet u s-sussidji huma ddefiniti skont it-tip ta’ sussidju, il-finanzjament u l-unità bażika. Għal kull entrata, it-Tabella M tagħti l-għadd ta' unitajiet bażiċi (N) u l-ammont riċevut (V). Jista’ jkun hemm diversi rekords għal kull kategorija ta’ sussidju, hekk kif l-unitajiet bażiċi u/jew l-oriġini tal-finanzjament jistgħu jkunu differenti.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 tat-18 ta' Diċembru 2009 li jikkonċerna l-għażlatal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu ta-azjendi agrikoli (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 14).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 3).

(4)  ANNESS III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(10)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-farms u l-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-koeffiċjenti ta' unitajiet tal-bhejjem u d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi (ĠU L 329, 15.12.2009, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).


12.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/54


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1321/2013

tal-10 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 jipprevedi għall-istabbiliment inizjali ta’ lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “prodotti primarji”). Dik il-lista għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessi mill-operaturi tan-negozju u l-opinjoni maħruġa mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) dwar il-prodott primarju rilevanti.

(2)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, l-Awtorità rċeviet 14-il applikazzjonijiet validi għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti primarji qabel is-16 ta’ Ġunju 2005. Tliet applikazzjonijiet ġew irtirati. Għalhekk l-Awtorità vvalutat b’kollox 11-il prodott primarju. Applikazzjoni minnhom evalwata ġiet irtirata wara li tlestiet l-evalwazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 l-awtorizzazzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni tista’ tkun soġġetta għal kondizzjonijiet speċifiċi ta’ użu u skont l-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal 10 snin, li jiġġeddu skont l-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Prodotti primarji u taħwir bl-affumikazzjoni derivat jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel biex jagħtuh togħma affumikata jew biex jikkumplimentaw aroma oħra mingħajr ma jagħtu togħma affumikata. Dawn jintużaw ukoll biex jaffumikaw il-laħam, il-ħut u l-prodotti tal-ħalib. Studju ta’ esponiment raffinat li sar minn Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM) (2) juri li minkejja l-metodu ta’ kalkolu tal-esponiment użat, il-kontributuri ewlenin għall-konsum għoli huma fil-biċċa l-kbira ikel li tradizzjonalment kien ikun affumikat, bħaz-zalzett u l-bejken imsajra u affumikati. Il-gruppi tal-ikel li mhumiex tradizzjonalment affumikati, bħal crisps, sopop u zlazi, ma jaffettwawx l-esponiment b’mod sinifikanti. Minħabba li l-prodotti primarji huma prodotti minn duħħan li huwa soġġett għal proċessi ta’ frazzjonament u purifikazzjoni, l-użu ta’ taħwir bl-affumikazzjoni ġeneralment huwa kkunsidrat li jikkawża anqas tħassib għas-saħħa milli l-użu ta’ duħħan li huwa prodott minn injam li jkun qed jaqbad jew billi jissaħħnu s-serratura tal-injam jew biċċiet tal-injam żgħar (3).

(5)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Scansmoke PB1110, adottata fis-26 ta’ Marzu 2009 (4), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju Scansmoke PB1110 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(6)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju tad-duħħan Kodiċi Zesti (Zesti Smoke Code) 10, adottata fid-29 ta’ Jannar 2009 (5) u fis-6 ta’ Lulju 2011 (6), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju Zesti Smoke Code 10 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(7)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Smoke Concentrate 809045, adottata fid-29 ta’ Jannar 2009 (7), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. L-użi u l-livelli ta’ użu kif proposti mill-applikant ma jagħtux lok għal tħassib ta’ sikurezza. Il-prodott primarju Smoke Concentrate 809045 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(8)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Scansmoke SEF 7525, adottata fl-14 ta’ Mejju 2009 (8), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. L-użi u l-livelli ta’ użu kif proposti mill-applikant ma jagħtux lok għal tħassib ta’ sikurezza. Il-prodott primarju Scansmoke SEF 7525 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(9)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju SmokEz C-10, adottata fl-14 ta’ Mejju 2009 (9) u fl-4 ta’ Lulju 2012 (10), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju SmokEz C-10 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(10)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju SmokEz Enviro-23, adottata fl-14 ta’ Mejju 2009 (11) u fl-4 ta’ Lulju 2012 (12), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju SmokEz Enviro-23 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(11)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju TradismokeTM A MAX, adottata fis-26 ta’ Novembru 2009 (13), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju TradismokeTM A MAX għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(12)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Scansmoke R909, adottata fis-26 ta’ Novembru 2009 (14), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Fis-26 ta’ Novembru 2012 l-applikant innotifika lill-Kummissjoni li l-isem tal-prodott primarju kien inbidel għal proFagus-Smoke R709. Il-prodott primarju proFagus-Smoke R709 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(13)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju Fumokomp, adottata fl-24 ta’ Settembru 2009 (15) u fis-6 ta’ Lulju 2011 (16), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. L-użi u l-livelli ta’ użu kif proposti mill-applikant ma jagħtux lok għal tħassib ta’ sikurezza. Il-prodott primarju Fumokomp għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(14)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-Awtorità dwar il-prodott primarju AM 01, adottata fis-26 ta’ Novembru 2009 (17) u fit-2 ta’ Frar 2012 (18), tikkonkludi li d-dejta pprovduta mill-applikant hija biżżejjed biex telimina t-tħassib dwar il-ġenotossiċità tagħha. Madankollu, l-użi u l-livelli ta’ użu kif oriġinarjament proposti mill-applikant jipprovdu marġini ta’ sikurezza insuffiċjenti. L-użi u l-livelli ta’ użu ġew riveduti biex jikkunsidraw din l-opinjoni. Il-prodott primarju AM 01 għandu għalhekk jiġi awtorizzat bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu.

(15)

Fir-rigward ta’ kull prodott primarju awtorizzat, il-lista tal-Unjoni għandha tagħti kodiċi uniku tal-prodott, l-isem tal-prodott, l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott, il-kondizzjonijiet għall-użu tiegħu fi jew fuq ikel jew kategoriji tal-ikel speċifiċi, id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat u d-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji tal-ikel kif stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (19), għandhom jiġu kkonsultati.

(16)

Il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ prodotti primarji huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 inkluż il-kontenut massimu ta’ idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi.

(17)

Meta t-taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzati huma użati fl-ikel jew fuq l-ikel, l-użu tagħhom għandu jkun skont il-kondizzjonijiet tal-użu, inklużi l-livelli massimi, stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Meta t-taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzati jintużaw flimkien, il-livelli individwali għandhom jitnaqqsu proporzjonalment.

(18)

L-affumikazzjoni permezz ta’ duħħan iġġenerat mill-ġdid hija proċess ta’ trattament tal-ikel permezz tal-esponiment tiegħu għad-duħħan li huwa ġġenerat mill-ġdid bl-atomizzazzjoni tat-taħwir bl-affumikazzjoni f’kamra tal-affumikazzjoni bil-kundizzjonijiet tat-temperatura u żmien simili għal dawk tal-affumikazzjoni sħuna jew kiesħa. F’dak il-każ huwa diffiċli li wieħed jagħmel stima ta’ kemm it-taħwir bl-affumikazzjoni se jkunu preżenti fl-ikel finali kif ikkummerċjalizzat minħabba telf tat-taħwir bl-affumikazzjoni matul l-affumikazzjoni. Għalhekk, l-użu għandu jkun konformi ma’ prattiki tajba ta’ manifattura.

(19)

Sakemm mhux soġġett għal aktar restrizzjonijiet, taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzat jista’ jkun preżenti fl-ikel, għajr għal addizzjoni diretta, bħala riżultat ta’ riport minn ingredjent li fih kien permess it-taħwir bl-affumikazzjoni, sakemm il-livell tat-taħwir bl-affumikazzjoni fl-ikel finali m’huwiex akbar minn dak li kieku kien jiġi introdott bl-użu tal-ingredjent taħt kondizzjonijiet teknoloġiċi xierqa u prattika tajba ta’ manifattura.

(20)

Il-lista tal-Unjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur.

(21)

Billi t-taħwir bl-affumikazzjoni jinsab diġà fis-suq fl-Istati Membri, ġew stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni ssir bla tfixkil. Għal dan l-għan ġew stabbiliti perjodi tranżitorji fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003.

(22)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jerġgħu jiġġeddu għal perjodi ta’ 10 snin, fuq applikazzjoni lill-Kummissjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bid-dokumenti elenkati fl-Artikolu 12(2) ta’ dak ir-Regolament. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu kull informazzjoni disponibbli dwar dejta tossikoloġika wara l-parir tal-Awtorità mogħti fid-dokument ta’ gwida tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2004 jew l-aġġornament tiegħu l-aktar reċenti.

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni bl-esklużjoni tal-oħrajn kollha fl-Unjoni għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-lista ta’ taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzati hija stabbilita b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.

(2)  “Refined exposure assessment of smoke flavouring primary products with use levels provided by the industry. A pilot study into data collection of use levels.”(Valutazzjoni ta’ esponiment raffinat ta’ prodotti primarji ta’ taħwir bl-affumikazzjoni b’livelli ta’ użu mogħtija mill-industrija. Studju pilota tal-kollezzjoni tad-dejta tal-livelli ta’ użu.) Rapport Ittra RIVM 320026003.

(3)  The EFSA Journal (2008) 724, p. 1-114.

(4)  The EFSA Journal (2009) ON-1056, p. 1-23.

(5)  The EFSA Journal (2009) ON-982, p. 1-24.

(6)  EFSA Journal 2011; 9 (7):2307.

(7)  The EFSA Journal (2009) ON-981, p. 1-19.

(8)  The EFSA Journal (2009) 1224, p. 1-24.

(9)  The EFSA Journal (2009) 1225, p. 1-28.

(10)  EFSA Journal 2012; 10(7)2830.

(11)  The EFSA Journal (2009) 1226, p. 1-26.

(12)  EFSA Journal 2012; 10(7)2829.

(13)  The EFSA Journal 2010; 8(1):1394.

(14)  The EFSA Journal 2010; 8 (1):1395.

(15)  The EFSA Journal 2009; 7 (9):1343.

(16)  EFSA Journal 2011; 9 (7):2308.

(17)  The EFSA Journal 2010; 8 (1):1396.

(18)  EFSA Journal 2012; 10 (2):2580.

(19)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


ANNESS

Lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji awtorizzati ta’ taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivati

Nota 1:

Il-livelli massimi jirreferu għal-livelli fl-ikel jew fuq l-ikel kif kummerċjalizzat. B’deroga minn dan il-prinċipju, għall-ikel imnixxef u/jew ikkonċentrat li jeħtieġ jiġi rikostitwit għandhom japplikaw il-livelli massimi għall-ikel kif rikostitwit skont l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta, b’kont meħud tal-fattur ta’ dilwizzjoni minima. Jekk il-prodotti primarji jiġu użati għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivat, il-livelli massimi għandhom jiġu aġġustati skont dan.

Nota 2:

Meta kombinazzjonijiet ta’ taħwir bl-affumikazzjoni jintużaw fl-ikel jew fuq l-oġġetti tal-ikel, il-livelli individwali għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonali.

Nota 3:

F’każ li t-taħwir bl-affumikazzjoni huma permessi li jintużaw f’laħam ipproċessat (il-kategorija tal-ikel 8.2) jew f’ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati (il-kategorija tal-ikel 9.2) u dan l-ikel huwa affumikat f’kamra tal-affumikazzjoni li tiġġenera mill-ġdid id-duħħan billi jintuża dan it-taħwir bl-affumikazzjoni li huwa permess, l-użu għandu jkun konformi ma’ prattiki tajba ta’ manifattura.

Nota 4:

Il-preżenza ta’ aromattizzant tal-affumikazzjoni għandha tkun permessa:

(a)

f’ikel kompost għajr kif jissemma fl-Anness, fejn il-prodott primarju huwa permess f’wieħed mill-ingredjenti tal-ikel kompost;

(b)

f’ikel li se jintuża biss fil-preparazzjoni ta’ ikel kompost u sakemm l-ikel kompost ikun konformi ma’ dan ir-Regolament.

Dan m’għandux japplika għall-formuli tat-trabi, għal formuli tal-prosegwiment, għal ikel proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għal ikel tat-trabi u għal ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif imsemmi fid-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (1).

Kodiċi uniku

SF-001

Isem il-prodott

Scansmoke PB 1110

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Azelis Denmark aA/S

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Lundtoftegaardsvej 95

2800 Lyngby

ID-DANIMARKA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

90 % fagu (Fagus sylvatica), 10 % ballut (Quercus alba)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,1–2,9

Ilma: 47,0–56,0 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 8–12 %

Komposti tal-Karbonil: 17–25 %

Fenoli (bħala syringol, mg/g): 10,5–20,1

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

2,0

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,002

3.

Silġ li jittiekel

0,005

5.

Ħlewwiet

0,05

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

2,0

8.2.

Laħam ipproċessat

2,0

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,0

9.3.

Bajd tal-ħut

2,0

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

2,3

12.5.

Sopop u brodijiet

0,23

12.6.

Zlazi

1,0

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

0,23

14.1.

Xorb mhux alkoħoliku

0,02

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,02

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

2,0

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-002

Isem il-prodott

Zesti Smoke Code 10

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Mastertaste

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Mtieħen Draycott

Cam

Dursley

Gloucestershire gl11 5na

IR-RENJU UNIT

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

50–60 % tas-siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata), 40–50 % ballut (Quercus alba)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,0–2,5

Ilma: 62,3–65,7 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 10,5–11

Komposti tal-Karbonil (g/100 ml): 15–25

Fenoli (mg/ml): 12–22

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

0,50

1.8.

Analogi ta’ prodotti tal-ħalib, inklużi aġenti li jbajdu x-xorb

0,50

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,30

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

2,5

8.2.

Laħam ipproċessat

2,5

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,0

9.3.

Bajd tal-ħut

2,0

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

3,0

12.5.

Sopop u brodijiet

0,30

12.6.

Zlazi

1,0

12.9.

Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8

1,0

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

3,0

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-003

Isem il-prodott

Smoke Concentrate 809045

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Symrise AG

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Mühlenfeldstraße 1

37603 Holzminden

IL-ĠERMANJA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

Fagu (Fagus sylvatica)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2–3

Ilma: 5–15 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 8–15 %

Komposti tal-Karbonil: 10–20 %

Fenoli: 0,2–0,6 %

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5 mg/kg

Arseniku: < 3 mg/kg

Kadmju: < 1 mg/kg

Merkurju: < 1 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.

Prodotti tal-ħalib u analogi

0,50

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,30

6.4.5.

Mili ta’ għaġin mimli (ravjul u simili)

1,0

7.1.

Ħobż u bziezen

0,60

7.2.

Prodotti fini tal-forn

0,60

8.

Laħam

0,60

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

0,60

9.3.

Bajd tal-ħut

0,60

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

3,0

12.5.

Sopop u brodijiet

0,60

12.6.

Zlazi

4,0

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

1,0

12.9.

Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8

1,0

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

3,0

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-004

Isem il-prodott

Scansmoke SEF 7525

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Azelis Denmark A/S

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Lundtoftegaardsvej 95

2800 Lyngby

ID-DANIMARKA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

35 % balluta ħamra (Quercus rubra), 35 % ballut abjad (Quercus alba), 10 % aġġru taz-zokkor(Acer saccharum), 10 % fagu (Fagus grandifolia) u 10 % siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata).

2.

Speċifikazzjonijiet:

Ilma: 0,3–0,9 wt %

Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 0,09–0,25 meq/g

Komposti tal-Karbonil: 1,2–3,0 wt %

Fenoli: 8 – 12 wt %

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.

Prodotti tal-ħalib u analogi

0,16

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,05

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,05

5.

Ħlewwiet

0,08

6.

Ċereali u prodotti taċ-ċereali

0,05

7.1.

Ħobż u bziezen

0,08

7.2.

Prodotti fini tal-forn

0,08

8.

Laħam

0,16

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

0,16

9.3.

Bajd tal-ħut

0,16

10.2.

Bajd ipproċessat u prodotti tal-bajd

0,05

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

0,18

12.5.

Sopop u brodijiet

0,05

12.6.

Zlazi

0,05

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

0,05

12.9.

Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8

0,05

14.1.

Xorb mhux alkoħoliku

0,05

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,05

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

0,08

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-005

Isem il-prodott

SmokEz C-10

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Red Arrow Products Company LLC

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

P.O. Box 1537

633 South 20th street

Manitowoc, WI 54221-1537

L-Istati Uniti tal-Amerika

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

 

Aġġru taz-zokkor(Acer saccharum): 25–60 %

 

Ballut (Quercus alba): 10–40 %

 

Siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata): 10–25 %

 

Fraxxnu (Fraxinus americana), betula (Betula papyrifera u Betula alleghanisensis), ċirasa (Prunus serotina), fagu (Facus grandifolia): 0–15 % (b’kollox)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,15–2,6

Ilma: 60,7–65,1 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 10,5–12,0 wt %

Komposti tal-Karbonil: 12,0–17,0 wt %

Fenoli: 10,0–15,0 mg/ml

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

0,20

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

2,5

8.2.

Laħam ipproċessat

2,5

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,0

9.3.

Bajd tal-ħut

2,0

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir u kondimenti

3,0

12.6.

Zlazi u prodotti simili

3,0

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

3,0

Id-data minn meta l-prodott ikun awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-006

Isem il-prodott

SmokEz Enviro-23

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Red Arrow Products Company LLC

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

P.O. Box 1537

633 South 20th street

Manitowoc, WI 54221-1537

L-Istati Uniti tal-Amerika

Deskrizzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

 

Aġġru taz-zokkor(Acer saccharum): 25–65 %

 

Ballut (Quercus alba): 20–75 %

 

Siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata), fraxxnu (Fraxinus americana), betula (Betula papyrifera u Betula alleghanisensis), ċirasa (Prunus serotina), fagu (Facus grandifolia): 0–15 % (b’kollox)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,8–3,2

Ilma: 57,0–64,4 %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 6,0–7,0 wt %

Komposti tal-Karbonil: 16,0–24,0 wt %

Fenoli: 10,0–16,0 mg/ml

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

2,0

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

5,0

8.2.

Laħam ipproċessat

5,0

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,0

9.3.

Bajd tal-ħut

2,0

Id-data minn meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-007

Isem il-prodott

TradismokeTM A MAX

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Nactis

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

36, rue Gutenberg — ZI La Marinière

91070 bondoufle

FRANZA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

Fagu (Fagus grandifolia)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 1,5–2,5

Ilma: 50–58 wt %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 13–16 wt %

Komposti tal-Karbonil: 17–22 wt %

Fenoli: 30–45 mg/ml

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.4.

Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

1,0

1.6.3.

Kremi oħra

1,0

1.7.3.

Qoxra tal-ġobon li tittiekel

1,0

1.7.5.

Ġobnijiet ipproċessati

1,0

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

1,0

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

4,0

8.2.

Laħam ipproċessat

4,0

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

4,0

9.3.

Bajd tal-ħut

4,0

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

1,0

12.5.

Sopop u brodijiet

0,50

12.6.

Zlazi

1,0

14.1.

Xorb mhux alkoħoliku

0,10

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,10

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

1,0

Id-data minn meta l-prodott ikun awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-008

Isem il-prodott

proFagus-Smoke R709

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Profagus GmbH

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Uslarer Strasse 30

Bodenfelde 37194

IL-ĠERMANJA

Deskrizzjoni u karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

90 % fagu (Fagus sylvatica), 10 % ballut (Quercus alba)

2.

Speċifikazzjonijiet:

pH: 2,0–2,5

Ilma: 76,7–83,5 %

Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 10,5–12,5 meq/g

Komposti tal-Karbonil: 5–10 wt %

Fenoli: 5–10 wt %

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

2,5

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,002

3.

Silġ li jittiekel

0,005

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,55

5.

Ħlewwiet

0,10

8.1.2.

Preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

2,5

8.2.

Laħam ipproċessat

2,5

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

2,5

9.3.

Bajd tal-ħut

2,5

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

4,0

12.4.

Mustarda

0,10

12.5.

Sopop u brodijiet

0,28

12.6.

Zlazi

1,5

12.7.

Insalati u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ ikel mielaħ

0,40

14.1.

Xorb mhux alkoħoliku

0,10

14.2.

Xorb alkoħoliku, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

0,02

15.

Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

2,5

Id-data minn meta l-prodott ikun awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2014

Id-data sa meta l-prodott huwa awtorizzat

l-1 ta’ Jannar 2024


Kodiċi uniku

SF-009

Isem il-prodott

Fumokomp

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Kompozíció Kft

L-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Kompozíció Kft

2053 Herceghalom

L-UNGERIJA

Deskrizzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-prodott

1.

Materjali tas-sors:

85 % fagu (Fagus sylvatica), 15 % karpin (Carpinus betulus)

2.

Speċifikazzjonijiet:

Kontenut tal-ilma: < 2 w/w %

% tal-Aċidità (espressa bħala aċidu aċetiku): 1–8 w/w %

Komposti tal-Karbonil: 25–30 w/w%

Fenoli: 15–60 w/w%

3.

Kriterji ta’ purità:

Ċomb: < 5,0 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

Merkurju: < 1,0 mg/kg

Kundizzjonijiet tal-użu

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu g/kg

1.4.

Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

0,06

1.6.3.

Kremi oħra

0,06

1.7.

Ġobon u prodotti tal-ġobon

0,06

1.8.

Analogi ta’ prodotti tal-ħalib, inklużi aġenti li jbajjdu x-xorb

0,06

2.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

0,06

3.

Silġ li jittiekel

0,06

4.2.

Frott u ħxejjex ipproċessati

0,06

5.

Ħlewwiet

0,06

6.3.

Ċereali tal-kolazzjon

0,06

6.4.5.

Mili ta’ għaġin mimli (ravjul u simili)

0,06

6.5.

Taljarini

0,06

6.6.

Panura

0,06

6.7.

Ċereali msajra minn qabel jew ipproċessati

0,06

7.1.

Ħobż u bziezen

0,06

7.2.

Prodotti fini tal-forn

0,06

8.

Laħam

0,06

9.2.

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

0,06

9.3.

Bajd tal-ħut

0,06

10.2.

Bajd ipproċessat u prodotti tal-bajd

0,06

12.2.

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir

0,06

12.3.

Ħall