ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.330.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
10.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Novembru 2013
dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Il-bastimenti li jikkostitwixxu skart u li huma soġġetti għal moviment transkonfinali għar-riċiklaġġ huma rregolati bil-Konvenzjoni ta’ Basel tat-22 ta’ Marzu 1989 dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (“il-Konvenzjoni ta’ Basel”) u bir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Basel kif ukoll emenda waħda (4) għal dik il-Konvenzjoni adottata l-1995 li għadha ma daħlitx fis-seħħ fil-livell internazzjonali u li tistabbilixxi projbizzjoni fuq esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż lejn pajjiżi li mhumiex membri tal-Organizzazzjoni għall-Ko-operazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD). Tali bastimenti ġeneralment huma kklassifikati bħala skart perikoluż u huma projbiti milli jkunu esportati mill-Unjoni għar-riċiklaġġ f’faċilitajiet li jinsabu f’pajjiżi li mhumiex membri tal-OECD. |
(2) |
Il-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni u għall-infurzar tad-dritt attwali tal-Unjoni u dak internazzjonali u mhumiex adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-bastimenti u t-trasportazzjoni internazzjonali. L-isforzi li jinvolvu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u s-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basilea kienu ta’ suċċess fl-ilħuq ta’ ftehim dwar l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti obbligatorji, fil-livell globali, mmirati li jiżguraw soluzzjoni effiċjenti u effettiva għal prattiki ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li mhumiex sikuri u adegwati fil-forma tal-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Ħong Kong dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent (“il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong”). |
(3) |
Il-kapaċità attwali għar-riċiklaġġ tal-bastimenti fil-pajjiżi tal-OECD li hija legalment aċċessibbli għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru mhijiex suffiċjenti. Il-kapaċità attwali għar-riċiklaġġ tal-bastimenti sikura u li tħares l-ambjent fil-pajjiżi li mhumiex membri tal-OECD hija suffiċjenti biex titratta l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru u hija mistennija li tiżdied aktar sal-2015 bħala riżultat tal-azzjonijiet meħuda mill-pajjiżi li jirriċiklaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong. |
(4) |
Il-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong ġiet adottata fil-15 ta’ Mejju 2009 taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Il-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong ser tidħol fis-seħħ biss 24 xahar wara d-data ta’ ratifika minn tal-inqas 15-il stat li jirrappreżentaw flotta merkantili kkombinata ta’ mill-inqas 40 % tat-tunnellaġġ gross tat-trasportazzjoni merkantili dinjija u li l-volum annwali massimu tar-riċiklaġġ tal-bastimenti matul l-10 snin preċedenti jikkostitwixxi mhux inqas minn tlieta fil-mija tat-tunnellaġġ gross tat-trasportazzjoni merkantili kkombinata tal-istess stati.. Dik il-Konvenzjoni tkopri d-disinn, il-kostruzzjoni, l-operat u l-preparazzjoni ta’ bastimenti bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ sikur u li jħares l-ambjent mingħajr ma tikkomprometti s-sikurezza u l-effiċjenza operattiva. Hija tkopri wkoll it-tħaddim tal-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti b’mod sikur u li jħarsu l-ambjent u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ infurzar xieraq għar-riċiklaġġ tal-bastimenti. |
(5) |
Dan ir-Regolament huwa mmirat biexjiffaċilita r-ratifika bikrija tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi billi japplika kontrolli proporzjonati għall-bastimenti u l-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti fuq il-bażita’ dik il-Konvenzjoni. |
(6) |
Il-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong tipprevedi espliċitament li l-Partijiet tagħha jieħdu miżuri aktar stretti konsistenti mal-liġi internazzjonali fir-rigward ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jkun sikur u li jħares l-ambjent, li jevita, jnaqqas jew jimminimizza kwalunkwe impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Filwaqt li dan jittieħed in konsidereazzjoni, dan ir-Regolament għandu jipprovdi protezzjoni mill-effetti avversi possibbli ta’ materjali perikolużi abbord il-bastimenti kollha li jidħlu f’port jew ankraġġ ta’ Stat Membru filwaqt li jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għal dawk il-materjali taħt id-dritt internazzjonali. Sabiex ikun żgurat il-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti marbutin ma’ materjali perikolużi skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali biex jimplimentaw id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (5) l. Attwalment, l-ispetturi tal-kontroll tal-istat tal-port għandhom il-kompitu tal-ispezzjoni taċ-ċertifikazzjoni u tal-ittestjar attiv għall-materjali perikolużi, inkluż l-asbestos, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (“SOLAS”). Il-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port jipprevedi approċċ armonizzat għal dawk l-attivitajiet. |
(7) |
L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa wkoll li jnaqqas id-differenzi bejn l-operaturi fl-Unjoni, fil-pajjiżi tal-OECD u fil-pajjiżi terzi rilevanti f’termini ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-istandards ambjentali u biex bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru jiġu orjentati lejn faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jipprattikaw metodi sikuri u li jħarsu l-ambjent ta’ żarmar ta’ bastimenti minflok jidderiġuhom lejn siti substandard kif inhi l-prattika bħalissa. B’dan il-mod tiżdied ukoll il-kompetittività tar-riċiklaġġ u t-trattament ta’ bastimenti sikuri u li jħarsu l-ambjent f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru. L-istabbiliment ta’ Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (“il-Lista Ewropea”) li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkontribwixxi għal dawk l-objettivi kif ukoll għall-infurzar aħjar billi jkun iffaċilitat il-kontroll tal-bastimenti li jmorru għar-riċiklaġġ mill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera. Dawk ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong. F’dan ir-rigward, il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti approvati skont dan ir-Regolament għandhom jilħqu r-rekwiżiti meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart miġbur minn bastimenti riċiklati. Għal faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz, ir-rekwiżiti għandhom jilħqu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li jkunu ġeneralment ugwali għal dawk fl-Unjoni. Faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li ma jissodisfawx dawk ir-rekwiżiti minimi għalhekk m’għandhomx ikunu inklużi fil-Lista Ewropea. |
(8) |
Il-prinċipju tal-ugwaljanza fid-dritt tal-Unjoni għandu jkun applikat u l-applikazzjoni tiegħu mmonitorjata, b’mod partikolari meta tkun qed tiġi stabbilita u aġġornata l-Lista Ewropea fir-rigward ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru u faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz li jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(9) |
L-Istati Membri huma inkoraġġuti jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw li bastimenti esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jaġixxu b’mod li jkun konsistenti ma’ dan ir-Regolament, sa fejn huwa raġonevoli u prattiku. |
(10) |
Sabiexjtiġi evitata d-duplikazzjoni, huwa meħtieġ li jiġu esklużi bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) rispettivament. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika għall-vjaġġi ta’ skart mill-Unjoni, soġġett għal esklużjonijiet għal ċerti kategoriji ta’ skart fejn ikun japplika reġim alternattiv. Dan ir-Regolament jagħmel il-bastimenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu soġġetti għall-kontrolli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u għandu l-għan li jiżgura riċiklaġġ li jħares l-ambjent għal dawk il-bastimenti. Huwa għalhekk xieraq li jiġi speċifikat li bastiment li jkun soġġett għal reġim alternattiv ta’ kontrolli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu taħt dan ir-Regolament m’għandux ikun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Bastimenti li la huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u lanqas minn dan ir-Regolament, u kwalunkwe skart abbord ta’ bastiment li mhux skart iġġenerat mill-operat, għandhom ikomplu jkunu suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u għad-Direttivi 2008/98/KE u 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), rispettivament. |
(11) |
Huwa wkoll rikonoxxut li bastimenti jkomplu jkunu soġġetti għal konvenzjonijiet internazzjonali oħra biex jiġi żgurat l-operat sigur tagħhom fil-baħar matul il-parti operattiva taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u għalkemm jistgħu jeżerċitaw ċerti drittijiet u libertajiet navigazzjonali, il-bastimenti huma obbligati li javżaw minn qabel bid-dħul tagħhom fil-portijiet. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li japplikaw aktar kontrolli f’konformità ma’ trattati internazzjonali oħra. Għaldaqstant kontrolli addizzjonali ta’ transitu mhumiex meqjusa meħtieġa taħt dan ir-Regolament. |
(12) |
Fl-interpretazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata kunsiderazzjoni għal-linji gwida żviluppati mill-OMI (“linji gwida tal-OMI”) bħala appoġġ għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong. |
(13) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “riċiklaġġ” ma għandux ikollu l-istess tifsira tad-definizzjoni fid-Direttiva 2008/98/KE. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jintroduċi definizzjoni speċifika għat-terminu”riċiklaġġ tal-bastimenti”. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jimplimenta fil-livell tal-Unjoni s-Sistema Globalment Armonizzata għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi kimiċi. Dak ir-Regolament, flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (9) u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), jipprovdi gwida utli biex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi materjal perikoluż. |
(15) |
Iż-żamma ta’ inventarju ta’ materjali perikolużi abbord ta’ bastiment matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu huwa rekwiżit ewlieni stipulat fil-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u f’dan ir-Regolament. Skont ir-Regolament 8(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong, bastiment li ser jiġi riċiklat għandu jimminimizza l-ammonti ta’ skart ġġenerat mill-operat fil-perijodu ta’ qabel jidħol fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. Jekk hemm l-intenzjoni li l-iskart iġġenerat mill-operat jintbagħat mal-bastiment f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, il-kwantitajiet approssimattivi u l-postijiet ta’ dak l-iskart għandhom jiġu elenkati fil-Parti II tal-inventarju. |
(16) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jevitaw l-evażjoni tar-regoli dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u biex isaħħu t-trasparenza tar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Kif previst fil-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar bastimenti li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-inventarju, bastimenti li għalihom tkun waslet dikjarazzjoni ta’ tlestija u informazzjoni dwar riċiklaġġ tal-bastimenti illegali u azzjonijiet ta’ segwitu li jkunu wettqu. |
(17) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawk il-penali jkunu applikati. Il-penali, li jistgħu jkunu ta’ natura ċivili jew amministrattiva, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(18) |
F’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qrati tal-Istati Membri huma mitluba jinterpretaw, sa fejn hu l-aktar possibbli, ir-regoli proċedurali marbuta mal-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu sabiex il-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji ikunu f’konformità mal-objettivi tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. |
(19) |
Fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u wara li tikkunsidra l-prinċipju “min iniġġes iħallas”, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-fattibilità tat-twaqqif ta’ mekkaniżmu finanzjarju applikabbli għall-vapuri kollha li jżuru port jew ankraġġ ta’ Stat Membru, irrispettivament mill-bandiera li huma jtajru, biex jiġu ġġenerati riżorsi li jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ u t-trattament tal-vapuri li jħarsu l-ambjent mingħajr ma jinħoloq inċentiv biex itajru bandiera oħra. |
(20) |
Sabiex ikunu kkunsidrati żviluppi rigward il-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong, is-setgħa li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament tal-Annessi I u II għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(21) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(22) |
Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkunu evitati, imnaqqsa jew eliminati impatti negattivi minn fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ikkawżati mir-riċiklaġġ, l-operat u l-manutenzjoni ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-karattru internazzjonali tat-trasportazzjoni bil-baħar u r-riċiklaġġ tal-bastimenti, iżda jista’ minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif jinsab fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif jinsab f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jikseb dak l-objettiv, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jevita, inaqqas, jimminimizza u sa fejn huwa prattikabbli jelimina aċċidenti, danni u impatti negattivi oħra fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ikkawżati mir-riċiklaġġ tal-bastimenti. L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li saħħaħ is-sigurtà, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent marittimu tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bastiment, b’mod partikolari biex jiżgura li l-iskart perikoluż minn dan ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ikun soġġett għal ġestjoni li tħares l-ambjent.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli biex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tal-materjali perikolużi fuq il-bastimenti.
Dan ir-Regolament għandu wkoll l-għan li jiffaċilita r-ratifika tal-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Ħong Kong dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent (“il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong”).
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 12, għandu japplika għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru.
L-Artikolu 12 għandu japplika għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz li jkunu deħlin f’port jew ankraġġ ta’ Stat Membru.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a) |
kwalunkwe bastiment tal-gwerra, awżiljarju navali jew bastiment ieħor proprjetà ta’ jew operat minn stat u użat f’dak iż-żmien, għal servizz mhux kummerċjali governattiv biss; |
(b) |
bastimenti ta’ inqas minn 500 tunellaġġ gross (GT); |
(c) |
bastimenti li joperaw tul il-ħajja tagħhom f’ilmijiet suġġetti għas-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li l-bastiment jtajjar il-bandiera tiegħu. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“bastiment” ifisser vapur ta’ kull tip li jopera jew li kien jopera fl-ambjent marittimu u jinkludi sommersibbli, inġenji tal-baħar galleġġjanti, pjattaformi li ma jegħrqux, pjattaformi awtoelevati, unitajiet galleġġjanti tal-ħażna (Floating Storage Units (FSUs)) u unitajiet galleġġjanti tal-produzzjoni tal-ħażna u tal-ħatt (Floating Production Storage and Offloading Units (FSPOs)), kif ukoll vapur żarmat mit-tagħmir jew li jkun qed jiġi rmunkat; |
(2) |
“bastiment ġdid” ifisser bastiment li għalih:
|
(3) |
“tanker” ifisser tanker taż-żejt kif definit fl-Anness I għall-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (il-“Konvenzjoni MARPOL”) jew tanker ta’ Sustanzi Likwidi Noċivi (NLS) kif definit fl-Anness II għal dik il-Konvenzjoni; |
(4) |
“materjal perikoluż” ifisser kwalunkwe materjal jew sustanza li jista’ joħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent; |
(5) |
“skart iġġenerat mill-operat “ ifisser ilma mormi u residwi ġġenerati minn operazzjoni normali tal-bastimenti suġġetti għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni MARPOL; |
(6) |
“riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser attività ta’ żarmar komplet jew parzjali ta’ bastiment f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti sabiex ikunu rkuprati komponenti u materjali għall-ipproċessar mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew għall-użu mill-ġdid filwaqt li tiġi żgurata l-ġestjoni tal-materjali perikolużi u oħrajn, u tinkludi operazzjonijiet assoċjati bħall-ħżin u t-trattament ta’ komponenti u materjali fuq is-sit iżda mhux l-ipproċessar ulterjuri tagħhom jew ir-rimi f’faċilitajiet separati; |
(7) |
“faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser żona definita li hija tarzna jew faċilità mibnija li tinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u użata għar-riċiklaġġ tal-bastimenti; |
(8) |
“kumpannija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser, is-sid tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra li tkun ħadet ir-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-attività tar-riċiklaġġ tal-bastiment mis-sid tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti; |
(9) |
“amministrazzjoni” ifisser awtorità governattiva nominata minn Stat Membru bħala responsabbli għal kompiti relatati ma’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew għal bastimenti li joperaw taħt l-awtorità tagħha; |
(10) |
“organizzazzjoni rikonoxxuta” ifisser organizzazzjoni rikonoxxuta skont ir- Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12); |
(11) |
“awtorità kompetenti” ifisser awtorità jew awtoritajiet governattiva(i) nominata(i) minn Stat Membru jew pajjiż terz bħala responsabbli għal faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, f’żona ġeografika speċifikata jew f’qasam espert, relatati mal-operazzjonijiet kollha fil-ġurisdizzjoni ta’ dak l-istat; |
(12) |
“tunnellaġġ gross” ifisser it-tunnellaġġ gross (gross tonnage (GT)) ikkalkulat skont ir-regolamenti dwar il-kejl tat-tunnellaġġ li jinsabu fl-Anness I għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti, 1969 jew kwalunkwe konvenzjoni suċċessiva; |
(13) |
“persuna kompetenti” ifisser persuna li għandha kwalifiki u taħriġ adegwati u għarfien, esperjenza u ħila suffiċjenti, sabiex tagħmel ix-xogħol speċifiku; |
(14) |
“sid ta’ bastiment” ifisser persuna naturali jew legali rreġistrata bħala s-sid tal-bastiment inkluża persuna naturali jew legali li għandha s-sjieda tal-bastiment għal perijodu limitat sakemm jinbiegħ jew jittieħed f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, jew fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni, il-persuna naturali jew legali li hija s-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-amministratur jew in-nolleġġatur tal-bareboat, li ħadet ir-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mis-sid tal-bastiment, u l-persuna legali li topera bastiment proprjetà tal-Istat; |
(15) |
“installazzjoni ġdida” ifisser l-installazzjoni ta’ sistemi, tagħmir, iżolazzjoni jew materjal ieħor fuq bastiment wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(16) |
“pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser pjan żviluppat mill-operatur ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għal kull bastiment speċifiku li jkun riċiklat taħt ir-responsabbiltà tiegħu b’kont meħud tal-linji gwida u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal- OMI; |
(17) |
“pjan għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser pjan ippreparat mill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u adottat mill-bord jew mill-korp governattiv xieraq tal-kumpannija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jiddeskrivi l-proċessi u proċeduri operattivi involuti fir-riċiklaġġ tal-bastimenti fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u li jkopri b’mod partikolari s-sigurtà u t-taħriġ tal-ħaddiema, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal, it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenza u s-sistemi ta’ monitoraġġ, rappurtar u ż-żamma ta’ reġistri, filwaqt li jieħu kont tal-linji gwida u riżoluzzjonijiet rilevanti tal-OMI; |
(18) |
“sikur għad-dħul” iffisser spazju li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
|
(19) |
“sikur għal xogħol f’temperatura għolja” iffisser spazju li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
|
(20) |
“dikjarazzjoni ta’ tlestija” ifisser dikjarazzjoni ta’ konferma maħruġa mill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li r-riċiklaġġ tal-bastiment tlesta f’konformità ma’ dan ir-Regolament; |
(21) |
“ċertifikat tal-inventarju” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastimenti li jinħareg lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, li jkun konformi mal-Artikolu 9 u li jkun supplimentat b’inventarju ta’ materjali perikolużi skont l-Artikolu 5; |
(22) |
“ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastiment li jinħareġ lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, li jkun konformi mal-Artikolu 9(9) u li jkun supplimentat b’inventarju tal-materjali perikolużi f’konformità mal-Artikolu 5(7) u l-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti approvat f’konformità mal-Artikolu 7; |
(23) |
“ċertifikat ta’ konformità” ifisser ċertifikat speċifiku għal bastiment li jinħareg lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz u li jkun supplimentat b’inventarju ta’ materjali perikolużi skont mal-Artikolu 12; |
(24) |
“tunnellati ta’ spostament ħafif (Light Displacement Tonnes (LDT))” ifisser il-piż ta’ bastiment f’tunnellati mingħajr merkanzija, karburant, żejt lubrifikanti fit-tankijiet tal-ħażna, ilma tas-saborra, ilma ħelu, ilma ta’ alimentazzjoni, ħażniet għall-ikkunsmar, passiġġieri u l-ekwipaġġ u l-affarijiet tagħhom u huwa t-total tal-piż tal-buq, l-istruttura, il-makkinarju, it-tagħmir u l-fittings tal-bastiment. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 7(2)(d) u l-Artikoli 13, 15 u 16:
(a) |
“skart”, “skart perikoluż”, “trattament” u “maniġġar tal-iskart” għandhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(b) |
“spezzjoni tas-sit” ifisser spezzjoni tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet fis-sit ikunux konsistenti ma’ dawk deskritti fid-dokumentazzjoni rilevanti provduta; |
(c) |
“ħaddiem” ifisser kwalunkwe persuna li tagħmel xogħol, kemm jekk b’mod regolari kif ukoll b’mod temporanju, fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg inkluż il-persunal li jaħdem għal kuntratturi u sottokuntratturi; |
(d) |
“ġestjoni li tħares l-ambjent” ifisser li jittieħdu l-passi prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat li l-iskart u l-materjali perikolużi jkunu ġestiti b’mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kontra effetti ħżiena li jistgħu jirriżultaw minn tali materjali u skart. |
3. Għall-finijiet tal-punt 13 tal-paragrafu 1, persuna kompetenti tista’ tkun ħaddiem imħarreġ jew ħaddiem maniġerjali li huwa kapaċi jirrikonoxxi u jevalwa perikli fuq il-post tax-xogħol, riskji u l-esponiment tal-ħaddiema għal materjali perikolużi potenzjali jew kundizzjonijiet mhux sikuri f’faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u li tkun kapaċi tispeċifika l-protezzjoni neċessarja u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu biex ikunu eliminati jew imnaqqsa dawk il-perikli, riskji jew dik l-esposizzjoni.
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), l-awtorità kompetenti tista’ tiddefinixxi kriterji xierqa għan-nomina ta’ dawn il-persuni u tista’ tiddetermina l-kompiti li għandhom ikunu assenjati lilhom.
TITOLU II
BASTIMENTI
Artikolu 4
Kontroll ta’ materjali perikolużi
L-installazzjoni jew l-użu ta’ materjali perikolużi msemmija fl-Anness I dwar il-bastimenti għandhom ikunu projbiti jew restritti kif speċifikat fl-Anness I, mingħajr preġudizzjoni għal rekwiżiti oħra rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jirrikedu miżuri ulterjuri.
Artikolu 5
Inventarju ta’ materjali perikolużi
1. Kull bastiment ġdid għandu jkollu abbord inventarju ta’ materjali perikolużi, li għandhom jidentifikaw għall-inqas il-materjali perikolużi msemmija fl-Anness II u li jkunu jinsabu fl-istruttura jew tagħmir tal-bastiment, il-post u approssimattivament il-kwantitajiet.
2. Soġġett għall-punt (b) tal-Artikolu 32(2), il-bastimenti eżistenti għandhom jikkonformaw, sa fejn hu prattikabbli, mal-paragrafu 1.
Fil-każ tal-bastimenti li jkunu sejrin għar-riċiklaġġ, dawn għandhom ikunu konformi, sa fejn hu prattikabbli, mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (“il-Lista Ewropea”) kif stipulat fl-Artikolu 16(2).
Soġġett għall-punt (b) tal-Artikolu 32(2)„ meta l-inventarju ta’ materjali perikolużi ikun żviluppat, dan għandu jidentifika, mill-inqas, il-materjali perikolużi elenkati fl-Anness I.
3. L-inventarju tal-materjali perikolużi għandu:
(a) |
ikun speċifiku għal kull bastiment; |
(b) |
jipprovdi evidenza li l-bastiment jikkonforma mal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni fuq l-installazzjoni jew l-użu ta’ materjali perikolużi skont l-Artikolu 4; |
(c) |
jiġi kkumpilat filwaqt li jqis il-linji gwida rilevanti tal-OMI; |
(d) |
jiġi vverifikat mill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha. |
4. Minbarra l-paragrafu 3, għandu jitħejja pjan għall-bastimenti eżistenti li jiddeskrivi l-verifika viżwali jew b’kampjun li permezz tiegħu jiġi żviluppat l-inventarju tal-materjali perikolużi u li jieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI.
5. L-inventarju tal-materjali perikolużi għandu jikkonsisti fi tliet partijiet:
(a) |
lista ta’ materjali perikolużi elenkati fl-Annessi I u II, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u li jkunu jinsabu fl-istruttura jew it-tagħmir tal-bastiment, b’indikazzjoni tal-lokalità u l-kwantitajiet approssimattivi tagħhom (Parti I); |
(b) |
lista tal-iskart iġġenerat mill-operat preżenti abbord il-bastiment (Parti II); |
(c) |
lista ta’ mħażen abbord il-bastiment (Parti III). |
6. Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi għandha tkun miżmuma u aġġornata kif xieraq matul il-ħajja operattiva tal-bastiment, għandha tirrifletti l-installazzjonijiet ġodda li jkun fihom materjali perikolużi elenkati fl-Anness II u tibdiliet rilevanti fl-istruttura u t-tagħmir tal-bastiment.
7. Qabel ir-riċiklaġġ, u b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI, l-inventarju ta’ materjali perikolużi għandu, apparti l-Parti I miżmuma u aġġornata kif xieraq, jinkorpora l-Parti II dwar skart iġġenerat mill-operat u l-Parti III dwar l-imħażen, u għandu jkun ivverifikat mill-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha.
8. Il-Kummissjoni għandu jingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 dwar l-aġġornament tal-lista ta’ oġġetti għall-inventarju tal-materjali perikolużi fl-Annessi I u II biex tiżgura li l-listi jinkludu għall-inqas is-sustanzi elenkati fl-Appendiċi I u II tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta’ kull sustanza li tkun ser tiżdied jew titneħħa mill-Annessi I jew II.
Artikolu 6
Rekwiżiti ġenerali għas-sidien tal-bastimenti
1. Meta jkunu qed iħejju biex jibagħtu bastiment għar-riċiklaġġ, is-sidien ta’ bastiment għandhom:
(a) |
jipprovdu lill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-bastiment li tkun meħtieġa għall-iżvilupp tal-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment stipulat fl-Artikolu 7; |
(b) |
jinnotifikaw bil-miktub lill-amministrazzjoni rilevanti, f’qafas ta’ żmien stipulat minn dik l- amministrazzjoni, bl-intenzjoni li jirriċiklaw il-bastiment f’faċilità jew faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti speċifiċi. In-notifika għandha mill-anqas tinkludi:
|
2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jkunu ser jiġi rriċiklati:
(a) |
ikunu riċiklati biss f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi fil-Lista Ewropea; |
(b) |
iwettqu operazzjonijiet, fil-perijodu qabel id-dħul fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, b’tali mod li jkun imminimizzat l-ammont ta’ residwi ta’ merkanzija, iż-żejt mhux maħdum li jkun għad fadal u l-iskart iġġenerat tal-bastiment li jkun baqa’ abbord; |
(c) |
ikollhom ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ mill-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha qabel kwalunkwe riċiklaġġ tal-bastiment u wara li jkunu rċevew il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti approvat f’konformità mal-Artikolu 7(3). |
3. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jiżguraw li tankers jaslu fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti bit-tankijiet tal-kargo u l-kmamar tal-magni f’kundizzjoni li jkunu lesti għaċ-ċertifikazzjoni bħala sikuri għal xogħol f’temperatura għolja.
4. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jipprovdu lill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti b’kopja taċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ skont l-Artikolu 9.
5. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu responsabbli mill-bastiment u għandhom jagħmlu l-arranġamenti biex iżommu lil dak il-bastiment f’konformità mar-rekwiżiti tal-amministrazzjoni tal-Istat Membru li tiegħu il-bastiment itajjar il-bandiera sa meta l-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jaċċetta r-responsabbiltà għal dak il-bastiment. L-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jista’ jirrifjuta li jaċċetta l-bastiment għar-riċiklaġġ jekk il-kundizzjoni tal-bastiment ma tikkorispondix sostanzjalment mal-partikularitajiet taċ-ċertifikat tal-inventarju, inkluż fejn il-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi ma tkunx ġiet miżmuma u aġġornata tajjeb, biex tirrifletti l-bidliet fl-istrutturi u t-tagħmir tal-bastiment. F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sid tal-bastiment għandu jerfa’ r-responsabbiltà għal dak il-bastiment u għandu jinforma lill-amministrazzjoni ta’ hemmhekk mingħajr dewmien.
Artikolu 7
Pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti
1. Pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jkun speċifiku għall-bastimenti għandu jkun żviluppat qabel kwalunkwe riċiklaġġ ta’ bastiment. Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment għandu jindirizza kwalunkwe kunsiderazzjoni li mhijiex koperta fil-pjan tal-faċilità tar-riċiklaġġ tal-bastimenti jew li teħtieġ proċeduri speċjali.
2. Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu:
(a) |
ikun żviluppat mill-operatur tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u li jieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI u tal-informazzjoni rilevanti għall-bastiment provvduta mis-sid tal-bastiment skont l-Artikolu 6(1)(a) sabiex il-kontenut tiegħu ikun konsistenti mal-informazzjoni miżmuma fl-inventarju ta’ materjali perikolużi; |
(b) |
jikkjarifika jekk u sa liema punt kwalunkwe xogħol preparatorju, bħall-pretrattament, identifikazzjoni ta’ perikli potenzjali u t-tneħħija ta’ ħażniet, ikunx se jseħħ f’post li mhuwiex il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti identifikata fil-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment. Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu jinkludi l-post fejn ser jitqiegħed il-bastiment matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ u pjan konċiż għall-wasla u t-tqegħid sikur ta’ bastiment speċifiku li jkun ser jiġi riċiklat; |
(c) |
jinkludi informazzjoni dwar l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet sikuri għad-dħul u sikuri għal xogħol f’temperatura għolja ta’ bastiment speċifiku, filwaqt li jieħu kont ta’ aspetti bħall-istruttura, il-konfigurazzjoni u l-merkanzija preċedenti tiegħu, u informazzjoni neċessarja oħra dwar kif il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment għandu jiġi implimentat; |
(d) |
jinkludi informazzjoni dwar it-tip u l-ammont ta’ materjali u ta’ skart perikolużi li ser jiġu ġġenerati mir-riċiklaġġ tal-bastiment speċifiku, inklużi l-materjali u l-iskart identifikati fl-inventarju ta’ materjali perikolużi u kif dawn ser ikunu ttrattati u maħżuna fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif ukoll f’faċilitajiet sussegwenti; u |
(e) |
ikun ippreparat b’mod separat, fil-prinċipju, għal kull faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti involuti meta tkun ser tintuża aktar minn faċilità waħda, u jidentifika l-ordni ta’ użu u l-attivitajiet awtorizzati li ser iseħħu f’dawk il-faċilitajiet. |
3. Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment għandu jkun taċitament jew espliċitament approvat mill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-Istat fejn tkun tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti, fejn applikabbli.
Għandha tingħata approvazzjoni espliċita meta l-awtorità kompetenti tibgħat notifika bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha dwar il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti lill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, lis-sid tal-bastiment u lill-amministrazzjoni.
Għandha titqies li ngħatat approvazzjoni taċita jekk ma tkun ikkomunikata l-ebda oġġezzjoni bil-miktub għall-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti lill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, is-sid tal-bastiment u l-amministrazzjoni f’perijodu ta’ rieżami stabbilit f’konformità mar-rekwiżiti tal-Istat fejn tkun tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti, fejn applikabbli, u nnotifikat skont l-Artikolu 15(2)(b).
4. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-amministrazzjoni tagħhom biex tibgħat lill-awtorità kompetenti tal-istat fejn tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti l-informazzjoni pprovduta mis-sid tal-bastiment skont l-Artikolu 6(1)(b) u d-dettalji li ġejjin:
(i) |
id-data li fiha ġie rreġistrat il-bastiment fl-Istat li tiegħu itajjar il-bandiera; |
(ii) |
in-numru tal-identifikazzjoni tal-bastiment (in-numru OMI); |
(iii) |
in-numru tal-buq mal-kunsinna tal-bini l-ġdid; |
(iv) |
l-isem u t-tip tal-bastiment; |
(v) |
il-port li fih il-bastiment huwa rreġistrat; |
(vi) |
l-isem u l-indirizz ta’ sid il-bastiment kif ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni OMI tas-sid irreġistrat; |
(vii) |
l-isem u l-indirizz tal-kumpannija; |
(viii) |
l-isem ta’ kwalunkwe soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni li magħhom il-bastiment ikun ikklassifikat; |
(ix) |
il-karatteristiċi ewlenin tal-bastiment (Tul kumplessiv (LOA), Wisa’ (Iffurmata), Fond (Iffurmat), LDT, Tunnellaġġ gross u nett, tip ta’ magna u klassifikazzjoni); |
Artikolu 8
Kontrolli
1. Il-kontrolli tal-bastimenti għandhom isiru minn uffiċjali tal-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI.
2. Meta l-amministrazzjoni tuża organizzazzjonijiet rikonoxxuti għat-twettiq tal-kontrolli, kif deskritt fil-paragrafu 1, hija għandha, bħala minimu tagħti s-setgħa lil tali organizzazzjonijiet rikonoxxuti biex:
— |
jirrikedu li bastiment li jagħmlu kontrolli fuqu jkun konformi ma’ dan ir-Regolament; u |
— |
iwettqu kontrollijekk mitluba mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru. |
3. Il-bastimenti għandhom ikunu suġġetti għall-kontrolli li ġejjin:
(a) |
kontroll inizjali; |
(b) |
kontroll ta’ tiġdid; |
(c) |
kontroll addizzjonali; |
(d) |
kontroll finali. |
4. Il-kontroll inizjali ta’ bastiment ġdid għandu jitwettaq qabel il-bastiment jibda s-servizz jew qabel jinħareġ iċ-ċertifikat tal-inventarju. Għal bastimenti eżistenti, għandu jitwettaq kontroll inizjali sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-kontroll għandu jivverifika li Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-kontroll ta’ tiġdid għandu jitwettaq f’intervalli speċifikati mill-amministrazzjoni li ma għandhomx jaqbżu l-ħames snin. Il-kontroll ta’ tiġdid għandu jivverifika li Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
6. Il-kontroll addizzjonali, kemm ġenerali jew parzjali skont iċ-ċirkustanzi, għandu jitwettaq jekk mitlub mis-sid tal-bastiment wara li jsir tibdil, sostituzzjoni jew tiswija sinifikanti tal-istruttura, tat-tagħmir, tas-sistemi, tal-fittings, tal-arranġamenti u l-materjal, li jkollu impatt fuq l-inventorju ta’ materjali perikolużi. Il-kontroll għandu jkun b’mod li jiżgura li kwalunkwe bidla, sostituzzjoni jew tiswija sinifikanti tkun saret b’mod li li jiżgura li l-bastiment jibqa’ jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u li Parti I tal-inventarju ta’ materjali perikolużi huwa emendata kif meħtieġ.
7. Il-kontroll finali għandu jitwettaq qabel ma l-bastiment jitwaqqaf mis-servizz u qabel ma jibda r-riċklaġġ tal-bastiment.
Dak il-kontroll għandu jivverifika li:
(a) |
l-inventarju tal-materjali perikolużi huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5; |
(b) |
il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment jirrifletti sew l-informazzjoni inkluża fl-inventarju tal-materjali perikolużi u huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7; |
(c) |
il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastiment fejn il-bastiment għandu jkun riċiklat hija inkluża fil-Lista Ewropea. |
8. Għall-bastimenti eżistenti maħsuba biex jiġu riċiklati, il-kontroll inizjali u l-kontroll finali jistgħu jitwettqu fl-istess ħin.
Artikolu 9
Ħruġ u approvazzjoni ta’ ċertifikati
1. Wara t-tlestija b’suċċess ta’ kontroll inizjali jew kontroll ta’ tiġdid, l-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta jew awtorizzata minnha għandha toħroġ ċertifikat ta’ inventorju. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun issupplimentat bil-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi, imsemmi fl-Artikolu 5(5)(a).
Meta il-kontroll inizjali u l-kontroll finali jitwettqu fl-istess żmien kif previst fl-Artikolu 8(8), għandu jinħareġ biss iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ imsemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi il-format taċ-ċertifikat ta’ inventorju biex tiżgura li huwa konsistenti mal-Appendiċi 3 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament.
2. Ċertifikat ta’ inventorju għandu jiġi approvat fuq talba tas-sid tal-bastimentmill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha wara t-tlestija b’suċċess ta’ kontroll addizzjonali mwettaq f’konformità mal-Artikolu 8(6).
3. Soġġett għall-paragrafu 4, l-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha għandha toħroġ jew tapprova, kif xieraq, ċertifikat tal-inventarju, meta l-kontroll ta’ tiġdid jitlesta b’suċċess:
(a) |
fil-perjodu ta’ tliet xhur qabel id-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-inventarju eżistenti, u ċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkun validu mid-data tat-tlestija ta l-kontroll ta’ tiġdid sa data li ma taqbiżx il-ħames snin mid-data ta’ skadenza ta’ dak eżistenti; |
(b) |
wara d-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-inventarju eżistenti, u ċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkun validu mid-data tat-tlestija ta l-kontroll ta’ tiġdid sa data li ma taqbiżx il-ħames snin mid-data ta’ skadenza ta’ dak eżistenti; |
(c) |
aktar minn tliet xhur qabel id-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-inventarju eżistenti, u ċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkun validu mid-data tat-tlestija ta l-kontroll ta’ tiġdid sa data li ma taqbiżx il-ħames snin mid-data ta’ tlestija tal-kontroll ta’ tiġdid. |
4. Meta l-kontroll ta’ tiġdid ikun tlesta b’suċċess, u ċertifikat tal-inventarju ġdid ma jistax jinħareġ jew jittella’ abbord, qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti, l-amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha għandha tapprova ċ-ċertifikat eżistenti u tali ċertifikat għandu jiġi aċċettat bħala validu għal perijodu ulterjuri li ma għandux jiżboq il-ħames xhur mid-data ta’ skadenza.
5. F’każ ta’ ċertifikat ta’ inventorju maħruġ għal perijodu ta’ inqas minn ħames snin, l-amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha tista’ testendi l-validità taċ-ċertifikat eżistenti għal perjodu ulterjuri li ma għandux jiżboq il-ħames snin.
6. F’ċirkostanzi speċjali kif iddeterminat mill-amministrazzjoni, mhux meħtieġ li ċertifikat tal-inventarju ġdid kun datat mid-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti kif mitlub mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 u l-paragrafi 7 u 8. F’dawk iċ-ċirkustanzi, iċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkun ivvalidat għal perjodu li ma jiżboqx il-ħames snin mid-data ta’ tlestija tal-kontroll ta’ tiġdid.
7. Meta bastiment ma jkunx fil-port jew fl-ankraġġ fejn ikun ser isirlu l-kontroll meta jiskadi ċ-ċertifikat tal-inventarju, l-amministrazzjoni tista’, jekk ikun xieraq li tagħmel hekk, testendi l-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat tal-inventarju għal perijodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur biex tippermetti lill-bastiment ilesti l-vjaġġ tiegħu sal-port fejn ikun ser isirlu l-kontroll. Kwalunkwe tali estensjoni mogħtija għandha tkun b’kundizzjoni li l-kontroll jitlesta fil-port qabel jitlaq il-bastiment. Bastiment li jkun ingħata estensjoni ma għandux, mad-dħul tiegħu fil-port li jkun ser isirlu l-kontroll, ikun intitolat, bis-saħħa tal-imsemmija estensjoni, li jitlaq mill-port mingħajr ċertifikat ġdid. Meta l-kontroll ta’ tiġdid jitlesta, iċ-ċertifikat tal-inventarju ġdid għandu jkun validu għal perjodu li ma jiżboqx il-ħames snin mid-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti qabel ma tkun ingħatat l-estensjoni.
8. Ċertifikat ta’ inventorju għal bastiment involut fi vjaġġi qosra u li ma jkunx ġie estiż taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 jista’ jiġi estiż mill-amministrazzjoni għal perijodu ta’ konċessjoni ta’ mhux aktar minn xahar mill-iskadenza tiegħu. Meta l-kontroll ta’ tiġdid jitlesta, iċ-ċertifikat tal-inventarju ġdid għandu jkun validu għal perijodu li ma jaqbiżx il-ħames snin mid-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat eżistenti qabel ma tkun ingħatat l-estensjoni.
9. Wara t-tlestija b’suċċess tal-kontroll finali, f’konformità mal-Artikolu 8(7), l-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta jew awtorizzata minnha għandha toħroġ ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ.. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun issupplimentat b’inventarju tal-materjali perikolużi u l-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi il-format taċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ biex tiżgura li hija konsistenti mal-Appendiċi 4 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament. Ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ wara kontroll finali skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu preċedenti għandu jkun aċċettat mill-Istati Membri l-oħra u għandu jitqies għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament bħala li għandu l-istess validità ta’ ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ minhom.
Artikolu 10
Durata u validità ta’ ċertifikati
1. Soġġett għall-Artikolu 9, ċertifikat ta’ inventarju għandu jinħareġ għal perijodu speċifikat mill-amministrazzjoni, li ma għandux jaqbeż il-ħames snin.
2. Ċertifikat ta’ inventarju maħruġ jew approvat skont l-Artikolu 9 ma għandux jibqa’ validu fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
jekk l-kundizzjoni tal-bastiment ma tikkorrispondix b’mod sostanzjali mad-dettalji ta’ dak iċ-ċertifikat tal-inventarju, inkluż meta l-Parti I tal-inventarju ta’ materjali perikolużi ma tkunx inżammet u ġiet aġġornata kif xieraq, biex tirrifletti l-bidliet fl-istruttura u t-tagħmir tal-bastiment, b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI; |
(b) |
meta l-kontroll ta’ tiġdid ma jitlestiex fl-intervalli speċifikati fl-Artikolu 8(5). |
3. Ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ għandu jinħareġ mill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha għal perijodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur.
4. Ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ skont l-Artikolu 9(9) ma għandux jibqa’ validu jekk il-kundizzjoni tal-bastiment ma tikkorrespondix sostanzjalment mad-dettalji taċ-ċertifikat tal-inventarju.
5. B’deroga mill-paragrafu 2a, iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ jista’ jiġi estiż mill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha għal vjeġġ uniku minn punt sa punt lejn il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti.
Artikolu 11
Kontroll tal-Istat tal-port
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw dispożizzjonijiet ta’ kontroll għall-bastimenti f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom wara li jikkunsidraw id-Direttiva 2009/16/KE. Suġġett għall-paragrafu 2, kull spezzjoni bħal din għandha tkun limitata għall-kontroll li ċertifikat tal-inventarju jew ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ jinżamm abbord, li, jekk ikun validu, għandu jitqies biżżejjed biex l-ispezzjoni tiġi approvata.
2. Tista’ titwettaq spezzjoni ddettaljata mill-awtorità rilevanti involuta fl-attivitajiet ta’ kontroll tal-Istat tal-port, li tieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI, meta bastiment ma jkollux ċertifikat validu jew ikun hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li:
(a) |
il-kundizzjoni tal-bastiment jew tat-tagħmir tiegħu ma tkunx tikkorrispondi sostanzjalment mal-partikolaritajiet ta’ dak iċ-ċertifikat, mal-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi, jew mat-tnejn; jew |
(b) |
ma jkun hemm l-ebda proċedura implimentata abbord il-bastiment għaż-żamma tal-Parti I tal-inventarju tal-Materjali Perikolużi. |
3. Bastiment jista’ jiġi mwissi, miżmum, miċħud jew eskluż mill-portijiet jew minn xi terminal ‘il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru f’każ li dan jonqos milli jippreżenta lill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru kopja taċ-ċertifikat tal-inventarju jew iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ, kif ikun xieraq u fuq talba ta’ dawk l-awtoritajiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9. Stat Membru li jieħu tali azzjoni għandu jinforma minnufih l-amministrazzjoni kkonċernata. In-nuqqas li jiġi aġġornat l-inventarju tal-materjali perikolużi ma jikkostitwixxix nuqqas li jista’ jikkawża detenzjoni, iżda kwalunkwe inkonsistenza fl-inventarju ta’ materjali perikolużi għandha tiġu rrappurtata lill-amministrazzjoni kkonċernata u għandha tiġu rimedjata fi żmien il-kontrollli jkun imiss.
4. L-aċċess għal port jew ankraġġ speċifiku jista’ jiġi permess mill-awtorità rilevanti ta’ Stat Membru fil-każ ta’ forza maġġuri jew kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ tniġġis jew jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet, sakemm ikunu ġew implimentati miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità rilevanti ta’ dak l-Istat Membru mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-bastiment biex jiġi żgurat dħul sikur.
Artikolu 12
Rekwiżiti għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz
1. Soġġett għall-punt (b) tal-Artikolu 32(2), meta bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz ikun dieħel f’port jew ankraġġ ta’ Stat Membru, hu għandu jkollu abbord inventarju tal-materjali perikolużi li jkun konformi mal-Artikolu 5(2).
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-aċċess għal port jew ankraġġ speċifiku jista’ jiġi permess mill-awtorità rilevanti ta’ Stat Membru fil-każ ta’ forza maġġuri jew kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ tniġġis jew biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet, sakemm ikunu ġew implimentati miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità rilevanti ta’ dak l-Istat Membru mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-bastiment biex jiġi żgurat dħul sikur.
2. L-installazzjoni ta’ materjali perikolużi msemmija fl-Anness I fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz, waqt li jkunu f’port jew ankraġġ ta’ Stat Membru, għandu jkun ipprojbit jew ristrett kif speċifikat fl-Anness I.
L-użu ta’ materjali perikolużi msemmija fl-Anness I fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz, waqt li jkunu f’port jew ankraġġ ta’ Stat Membru, għandu jkun ipprojbit jew ristrett kif speċifikat fl-Anness I, mingħajr preġudizzjoni għall-eżenzjonijiet u l-arranġamenti transizzjonali applikabbli għal dawk il-materjali taħt il-liġi internazzjonali.
3. L-inventarju tal-materjali perikolużi għandu jkun speċifiku għal kull bastiment, jiġi kkompilat b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI u jservi biex jikkjarifika li l-bastiment huwa konformi mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-inventarju tal-materjali perikolużi ikun żviluppat, dan għandu jidentifika, mill-inqas, il-materjali perikolużi elenkati fl-Anness I. Għandu jiġi stabbilit pjan mill-bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz li jiddeskrivi l-verifika viżwali/kampjun li permezz tiegħu jiġi żviluppat l-inventarju tal-materjali perikolużi li jieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI.
4. L-inventarju tal-materjali perikolużi għandu jkun miżmum tajjeb u aġġornat matul il-ħajja operattiva tal-bastiment, u jirrifletti l-installazzjonijiet ġodda li jkun fihom materjali perikolużi msemmija fl-Anness II u l-bidliet rilevanti fl-istruttura u t-tagħmir tal-bastiment, filwaqt li jieħu kont tal-eżenzjonijiet u l-arranġamenti transizzjonali applikabbli għal dawk il-materjali taħt id-dritt internazzjonali.
5. Bastiment li jtajjar bandiera ta’ pajjiż terz jista’ jiġi mwissi, miżmum, miċħud jew eskluż mill-portijiet jew minn xi terminal ‘il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru f’każ li dan jonqos milli jippreżenta lill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru kopja ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità skont il-paragrafi 6 u 7, flimkien mal-inventarju tal-materjali perikolużi, kif xieraq u fuq talba minn dawk l-awtoritajiet. Stat Membru li jieħu tali azzjoni għandu jinforma minnufih l- awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera. In-nuqqas ta’ aġġornament tal-inventarju tal-materjali perikolużi ma għandux jikkostitwixxi nuqqas li jista’ jikkawża detenzjoni, iżda kwalunkwe inkonsistenza fl-inventarju tal-materjali perikolużi għandha tiġi rrappurtata lill- awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera.
6. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tinħareġ wara verifika tal-inventarju tal-materjali perikolużi mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terzli tiegħu l-bastiment jkun itajjar il-bandiera jew minn organizzazzjoni awtorizzata minnhom, f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkun immudellata abbażi tal-Appendiċi 3 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong.
7. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità u l-inventarju tal-materjali perikolużi għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz emittenti li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera u fejn il-lingwa użata mhix l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, it-test għandu jinkludi traduzzjoni f’waħda minn dawk il-lingwi.
8. Soġġett għall-punt (b) tal-Artikolu 32(2), bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz li jkunu qed japplikaw biex jiġu rreġistrati taħt il-bandiera ta’ Stat Membru għandhom jiżguraw li jinżamm abbord inventarju tal-materjali perikolużi kif previst mill-Artikolu 5(2) jew ikun stabbilit fi żmien sitt xhur mir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew matul kwalunkwe wieħed mill-kontrolli li jkun imiss skont l-Artikolu 8(3), skont liema jiġi l-ewwel.
TITOLU III
FAĊILITAJIET TA’ RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI
Artikolu 13
Rekwiżiti meħtieġa sabiex faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jiġu inklużi fil-Lista Ewropea
1. Sabiex tkun inkluża fil-Lista Ewropea, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI, l-ILO, il-Konvenzjoni ta’ Basilea u l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes u ta’ linji gwida oħra internazzjonali:
(a) |
tkun awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tagħha biex twettaq operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti; |
(b) |
tkun iddisinjata, mibnija u operata b’mod sikur u li jħares l-ambjent; |
(c) |
tkun topera minn strutturi mibnija; |
(d) |
tistabbilixxi sistemi ta’ mmaniġġjar u monitoraġġ, proċeduri u tekniki li jkollhom l-għan li jipprevjenu, inaqqsu, jimminimizzaw u sal-limitu prattikabbli jeliminaw:
|
(e) |
tipprepara pjan għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti; |
(f) |
tevita impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, inkluż il-wirja tal-kontroll ta’ kwalunkwe tnixxija b’mod partikolari fiż-żoni intermareali; |
(g) |
tiżgura ġestjoni sikura u li tħares l-ambjent u ħżin ta’ materjali u skart perikolużi, inklużi:
|
(h) |
tistabbilixxi u żżomm pjan ta’ tħejjija u reazzjoni f’każ ta’ emerġenza; tiżgura aċċess rapidu għal tagħmir ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza, bħal tagħmir u vetturi għat-tifi tan-nar, ambulanzi u cranes, għall-bastimenti u fiż-żoni kollha tal-faċilità ta’ riċikliġġ tal-bastimenti; |
(i) |
tipprovdi s-sikurezza u t-taħriġ tal-ħaddiema, inkluż li tiżgura l-użu ta’ tagħmir protettiv personali għall-operazzjonijiet li jirrikjedu dan l-użu; |
(j) |
tistabbilixxi rekords dwar inċidenti, aċċidenti, mard jew effetti kroniċi relatati mal-post tax-xogħol u, jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta kwalunkwe inċident, aċċident, mard jew effetti kroniċi relatati mal-post tax-xogħol li jikkawżaw jew li għandhom potenzjal li jikkawżaw riskji għas-sikurezza tal-ħaddiema, għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent; |
(k) |
taqbel li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2. |
2. L-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għandu:
(a) |
jibgħat il-pjan tar-riċiklaġġ tal-bastiment, ladarba jkun approvat f’konformità mal-Artikolu 7(3), lis-sid tal-bastiment u lill-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha; |
(b) |
jirrapporta lill-amministrazzjoni li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija lesta minn kull aspett biex tibda r-riċiklaġġ tal-bastiment; |
(c) |
meta r-riċiklaġġ totali jew parzjali ta’ bastiment ikun tlesta f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fi żmien 14-il ġurnata mir-riċiklaġġ totali jew parzjali skont il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment, jibgħat dikjarazzjoni tat-tlestija lill-amministrazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ rigward il-bastiment. Id-dikjarazzjoni tat-tlestija għandha tinkludi rapport dwar l-inċidenti u l-aċċidenti li għamlu dannu għas-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent, jekk ikun hemm. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format ta’:
(a) |
ir-rapport rikjest mill-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex tiżgura li jkun konsistenti mal-Appendiċi 6 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong; u |
(b) |
id-dikjarazzjoni mitluba mill-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex tiżgura li tkun konsistenti mal-Appendiċi 7 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Awtorizzazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru
1. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fit-territorju tagħhom u li jikkonformaw mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 13 biex iwettqu r-riċiklaġġ ta’ bastimenti. L-awtorizzazzjoni tista’ tingħata lill-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti rispettivi għal perijodu massimu ta’ ħames snin u mġedded skont il-każ.
Sakemm ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, kwalunkwe permess maħruġ skont dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jista’ jingħaqad mal-awtorizzazzjoni taħt dan l-Artikolu biex jifforma permess uniku, fejn tali format jippermetti li jiġu evitati d-duplikazzjoni mhux neċessarja ta’ informazzjoni u d-duplikazzjoni ta’ xogħol mill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew mill-kumpannija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jew mill-awtorità kompetenti. F’dawk il-każijiet l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi estiża f’konformità mar-reġim tal-permessi msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda li ma taqbiżx il-perijodu massimu ta’ ħames snin.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw lista tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jkunu awtorizzaw skont il-paragrafu 1.
3. Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.
4. Meta faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti kif jinsabu fl-Artikolu 13, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti għandu jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni mogħtija lilha jew jitlob azzjonijiet ta’ korrezzjoni mill-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastiment kkonċernata u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien.
5. Meta faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tkun ġiet awtorizzata skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien.
Artikolu 15
Faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz
1. Kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li tkun sid ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f’pajjiż terz u li għandha l-intenzjoni li tirriċikla bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandha tippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-inklużjoni ta’ dik il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti fil-Lista Ewropea.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kkonċernata hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 sabiex twettaq riċiklaġġ tal-bastimenti u biex tkun inkluża fil-Lista Ewropea skont l-Artikolu 16.
B’mod partikolari, il-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha:
(a) |
tidentifika l-permess, il-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tagħha biex twettaq riċiklaġġ ta’ bastimenti u, fejn rilevanti, il-permess, liċenzja jew awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti lill-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha tagħha direttament involuti fil-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti u tispeċifika l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 16(2); |
(b) |
tindika jekk il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment hux ser ikun approvat mill-awtorità kompetenti permezz ta’ proċedura taċita jew espliċita, u tispeċifika l-perijodu ta’ rieżami marbut mal-approvazzjoni taċita, f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali, fejn applikabbli; |
(c) |
tikkonferma li hija taċċetta biss bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru f’konformità ma’ dan ir-Regolament; |
(d) |
tipprovdi evidenza li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija kapaċi tistabbilixxi, żżomm u tissorvelja l-kriterji ta’ sikur għal xogħol f’temperatura għolja u sikur għad-dħul, matul il-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti; |
(e) |
tehmeż mappa tal-konfini tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti u l-imkien tal-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti fiha; |
(f) |
għal kull materjal perikoluż imsemmi fl-Anness I u l-materjal perikoluż addizzjonali li jista’ jkun parti mill-istruttura ta’ bastiment, tispeċifika:
|
(g) |
tikkonferma li l-kumpannija adottat il-pjan għal faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI; |
(h) |
tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tidentifika l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadottaatti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-format tal-informazzjoni rikjesti biex tidentifika faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastiemnti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25.
4. Sabiex ikunu inklużi fil-Lista Ewropea, il-konformità tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 13 għandha tiġi ċċertifika wara spezzjoni fuq is-sit minn verifikatur indipendenti bil-kwalifiki xierqa. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-kumpannija għar-riċiklaġġ tal-bastimenti meta tkun qed tapplika għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea u, kull ħames snin, wara t-tiġdid tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea. L-inklużjoni inizjali fuq il-lista u t-tiġdid tagħha għandu jiġi ssuplementat minn rieażami ta’ nofs it-terminu biex tiġi konfermata l-konformità mar-rekwiżiti kif jinsabu fl-Artikolu 13.
Billi ssir applikazzjoni għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea, il-kumpanniji tar-riċiklaġġ tal-bastimenti jaċċettaw il-possibbiltà li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kkonċernata tkun suġġetta għal spezzjonijiet fuq is-sit mill-Kummissjoni jew aġenti li jaġixxu f’isimha qabel jew wara l-inklużjoni tagħhom fil-Lista Ewropea sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 13. Il-verifikatur indipendenti, il-Kummissjoni jew l-aġenti li qed jaġixxu f’isimha għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz fejn il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tkun tinsab sabiex iwettqu dawk l-ispezzjonijiet fuq is-sit.
Il-Kummissjoni tista’ toħroġ noti ta’ gwida teknika sabiex tiffaċilita din iċ-ċertifikazzjoni.
5. Għall-finijiet tal-Artikolu 13, fir-rigward tal-operazzjoni ta’ rkupru jew rimi tal-iskart ikkonċernat, jista’ jiġi assunt li hemm ġestjoni li tħares l-ambjent biss kemm-il darba l-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti tista’ turi li l-faċilità tal-ġestjoni tal-iskart li tirċievi l-iskart ser topera skont l-istandards ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li huma ġeneralment ekwivalenti għall-istandards rilevanti internazzjonali u tal-Unjoni.
6. Il-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha tipprovdi evidenza aġġornata mingħajr dewmien f’każ ta’ kwalunkwe bidliet għall-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni u għandha, fi kwalunkwe każ, tliet xhur qabel l-iskadenza ta’ kull perijodu ta’ ħames snin ta’ inklużjoni fil-Lista Ewropea tiddikjara li:
(a) |
l-evidenza li pprovdiet hija kompluta u aġġornata; |
(b) |
il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għadha u ser tibqa’ konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13. |
Artikolu 16
Stabbiliment u aġġornament tal-Lista Ewropea
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi Lista Ewropea ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li:
(a) |
jinsabu fl-Unjoni u li kienu nnotifikati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14(3); |
(b) |
jinsabu f’pajjiż terz u li l-inklużjoni tagħhom hija msejjsa fuq valutazzjoni tal-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn li tingħata jew tinġabar skont l-Artikolu 15. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25.
2. Il-Lista Ewropea għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016. Hija għandha tinqasam f’żewġ sottolisti li jindikaw il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru u l-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz.
Il-Lista Ewropea għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja dwar il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti:
(a) |
il-metodu ta’ riċiklaġġ; |
(b) |
it-tip u d-daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati; |
(c) |
kwalunkwe limitazzjoni u kundizzjoni li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti topera taħtha, inkluż rigward l-immaniġġjar tal-iskart perikoluż; |
(d) |
dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita kif imsemmi fl-Artikolu 7(3), għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti; |
(e) |
l-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. |
3. Il-Lista Ewropea għandha tindika d-data tal-iskadenza tal-inklużjoni tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. Inklużjoni għandha tkun valida għal perijodu massimu ta’ ħames snin u għandha tkun tista’ tiġġedded.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex b’mod regolari taġġorna l-Lista Ewropea, sabiex:
(a) |
tiġi inkluża faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti fil-Lista Ewropea fejn:
|
(b) |
biex titneħħa faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-Lista Ewropea fejn:
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25
5. Fl-istabbiliment u l-aġġornament tal-Lista Ewropea, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’konformità mal-prinċipji mnaqqxa fit-Trattati u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tista’ tkun rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament tal-Lista Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tressaq l-informazzjoni rilevanti kollha lill-Istati Membri l-oħra.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ĠENERALI
Artikolu 17
Il-lingwa
1. Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti msemmi fl-Artikolu 7 għandu jiġi żviluppat f’lingwa aċċettata mill-istat li jawtorizza l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. Fejn il-lingwa użata mhijiex l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu jiġi tradott f’waħda minn dawk il-lingwi, ħlief fejn l-amministrazzjoni tkun soddisfatta li dak ma jkunx meħtieġ.
2. Iċ-ċertifikat ta’ inventarju u ċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġin skont l-Artikolu 9 għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-amministrazzjoni li qed toħroġhom. Fejn il-lingwa użata ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, it-test għandu jinkludi traduzzjoni għal waħda minn dawk il-lingwi.
Artikolu 18
Nomina ta’ awtoritajiet u amministrazzjonijiet kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-amministrazzjonijiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk in- nomini. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil f’tali l-informazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha listi tal-awtoritajiet u l-amministrazzjonijiet kompetenti nominati u għandha taġġorna dawk il-listi kif xieraq.
Artikolu 19
Nomina ta’ persuni ta’ kuntatt
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom kull wieħed jinnominaw persuna ta’ kuntatt waħda jew aktar responsabbli biex tinforma jew toffri konsulenza lill-persuni naturali jew legali li jkunu qed jagħmlu l-mistoqsijiet. Il-persuna ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandha tressaq lill-persuni ta’ kuntatt tal-Istati Membri kwalunkwe mistoqsija li tkun waslet għandhom li tikkonċerna lil dawn tal-aħħar u viċi versa.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar in-nomina ta’ persuni ta’ kuntatt. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha listi tal-persuni ta’ kuntatt nominati u għandha taġġorna dawk il-listi kif xieraq.
Artikolu 20
Laqgħat tal-persuni ta’ kuntatt
Il-Kummissjoni għandha, jekk tintalab mill-Istati Membri u meta tqis li huwa xieraq, perjodikament torganizza laqgħa tal-persuni ta’ kuntatt biex tiddiskuti kwistjonijiet imqajma bl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-atturi rilevanti għandhom jiġu mistiedna għal dawn il-laqgħat, jew għal partijiet minn dawn il-laqgħat, fejn l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni jaqblu li jkun xieraq li jsir dan.
TITOLU V
RAPPURTAR U INFURZAR
Artikolu 21
Rappurtar mill-Istati Membri
1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport li jinkludi dan li ġej:
(a) |
lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom inħareġ ċertikat ta’ bastiment li lest għar-riċiklaġġ u l-isem tal-kumpannija tar-riċiklaġġ tal-bastimenti u l-imkien tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif jidher fiċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ; |
(b) |
lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom tkun waslet dikjarazzjoni ta’ tlestija; |
(c) |
informazzjoni dwar riċiklaġġ tal-bastimenti illegali, penali u azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa mill-Istat Membru. |
2. Kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu b’mod elettroniku r-rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta’ tliet snin li hu jkopri.
L-ewwel rapport elettroniku għandu jkopri l-perijodu mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa tmiem l-ewwel perijodu regolari ta’ rappurtar ta’ tliet snin, speċifikat fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (14), li jaqa’ wara d-data tal-bidu tal-ewwel perijodu ta’ rappurtar.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara li tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni għandha ddaħħal din l-informazzjoni f’bażi tad-data elettronika li tkun aċċessibbli b’mod permanenti mill-pubbliku.
Artikolu 22
Infurzar fl-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw b’mod bilaterali jew multilaterali ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ ċirkumvenzjoni potenzjali jew ksur ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jinnominaw dawk il-membri tal-persunal permanenti tagħhom responsabbli għall-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, li għandha tqassam lista kkompilata lil dawk il-membri.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħhom relatati mal-infurzar ta’ dan ir-Regolament u l-penali applikabbli.
Artikolu 23
Talba għal azzjoni
1. Persuni naturali jew legali affettwati jew li probabbilment jiġu affettwati minn ksur tal-Artikolu 13 flimkien mal-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, jew li għandhom interess suffiċjenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward l-ambjent dwar il-ksur tal-Artikolu 13 flimkien mal-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(1)(b) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati biex jitolbu lill-Kummissjoni tieħu azzjoni skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ ksur jew theddida imminenti ta’ dan it-tip ta’ ksur.
L-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għandu jkun meqjus suffiċjenti għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu.
2. It-talba għal azzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-data rilevanti li jsostnu dik it-t-talba.
3. Meta t-talba għal azzjoni u l-informazzjoni u d-data li jakkumpanjawha juru b’mod plawsibbli li kien hemm ksur tal-Artikolu 13 flimkien mal-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(1)(b), jew li hemm theddida imminenti ta’ tali ksur, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe tali talba għal azzjoni u informazzjoni u data. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-kumpannija tar-riċiklaġġ ta’ bastimenti kkonċernata l-opportunità li tagħmel l-opinjonijiet tagħha magħrufa fir-rigward tat-talba għal azzjoni u l-informazzjoni u d-data li jakkumpanjawha.
4. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, tinforma lill-persuni li ressqu talba skont il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni tagħha li taċċetta jew tirrifjuta t-talba għal azzjoni u għandha tipprovdi r-raġunijiet għaliha.
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 24
Eżerċizzju tad-delegazzjoni
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 5(8) għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-30 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(8) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data wara speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jesprimu ebda oġġezzjoni fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 25
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 26
Dispożizzjoni transizzjonali
Mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Lista Ewropea, l-Istati Membri jistgħu, qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jawtorizzaw ir-riċiklaġġ tal-bastimenti fil-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti inklużi fil-Lista Ewropea. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 m’għandux japplika.
Artikolu 27
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006
Fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, jinżied il-punt li ġej:
“(i) |
bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar- Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) . |
Artikolu 28
Emenda għad-Direttiva 2009/16/KE
Fl-Anness IV, jinżied il-punt li ġej:
“49. |
Ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi jew dikjarazzjoni ta’ konformità kif applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*2) |
Artikolu 29
Inċentiv finanzjarju
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2016 tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-fattibbiltà ta’ srtument finanzjarju li jiffaċilita r-riċiklaġġ sikur u adegwat u għandha, jekk xieraq, takkumpanjah bi proposta leġislattiva.
Artikolu 30
Reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta liema ksur ta’ dan ir-Regolament għandu jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE biex tikseb l-ekwivalenza tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ksur bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konklużjonijiet tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2014 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk xieraq, takkumpanjahom bi proposta leġislattiva.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u, fl-istess waqt, tippreżenta, jekk xieraq, proposti leġislattivi adegwati għal dak l-iskop. Din ir-reviżjoni għandha tqis l-inklużjoni ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti awtorizzati taħt il-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong fil-Lista Ewropea sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol u tal-piż amministrattiv.
3. Il-Kummissjoni għandha żżomm dan ir-Regolament taħt reviżjoni u, jekk xieraq, tagħmel proposti f’waqthom biex tindirizza żviluppi marbuta mal-Konvenzjonijiet internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni ta’ Basel, jekk jirriżulta li jkun meħtieġ.
4. Minkejja l-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, sa ħames snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, akkompanjat, jekk xieraq, minn proposti leġislattivi biex tiżgura li l-objettivi tiegħu jkunu qed jintlaħqu u l-impatt tiegħu żgurat u ġustifikat.
Artikolu 31
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 32
Applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data l-aktar kmieni miż-żewġ dati, iżda mhux qabel il-31 ta’ Diċembru 2015;
(a) |
sitt xhur wara d-data li t-total tal-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastiment inkluż fil-Lista Ewropea jkun inqas minn 2,5 miljun tunnellati ta’ spostament ħafif (LDT). L-ammont annwali ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huwa kkalkulat bħala t-total tal-piż tal-bastimenti espressa f’LDT li tkun ġiet riċiklata f’sena partikolari f’dik il-faċilità. L-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huwa ddeterminat mill-għażla tal-ogħla ċifra fl-aħħar perijodu ta’ għaxar snin għal kull faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, jew, fil-każ ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tkun għadha kif ġiet awtorizzata, l-ogħla ċifra annwali li tkun intlaħqet f’dik il-faċilità; jew |
(b) |
fil-31 ta’ Diċembru 2018. |
2. Madankollu, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw id-dati ta’ applikazzjoni li ġejjin:
(a) |
l-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2), l-Artikoli 13, 14, 15, 16, 25 u 26 mill-31 ta’ Diċembru 2014, |
(b) |
l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 12(1) u (8) mill-31 ta’ Diċembru 2020; |
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż dwar id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
4. Jekk Stat Membru jkun għalaq ir-reġistru nazzjonali tal-bastimenti tiegħu jew, matul perijodu ta’ tliet snin, ma kellu l-ebda bastiment irreġistrat taħt il-bandiera tiegħu, u sakemm l-ebda bastiment mhu rreġistrat taħt il-bandiera tiegħu, dak l-Istat Membru jista’ jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikoli 4, 5, 11, 12, 13, 14, 16(6), 18, 19, 20, 21 u 22. Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jibbenefika minn din id-deroga, hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe bidla sussegwenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsilll
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) ĠU C 299, 4.10.2012, p. 158.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013
(3) Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
(4) Emenda għall-Konvenzjoni ta’ Basel (“Emenda ta’ projbizzjoni”) adottata bid-Deċiżjoni III/1 tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel.
(5) Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(6) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(7) Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
(8) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(9) Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(10) Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).
(11) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11).
(13) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
(14) Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fuq l-ambjent (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).
(15) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
ANNESS I
KONTROLL TA’ MATERJALI PERIKOLUŻI
Materjal Perikoluż |
Definizzjonijiet |
Miżuri ta’ kontroll |
||||||||||||||||||||
Asbestos |
Materjali li fihom l-asbestos |
Għall-bastimenti kollha, installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos għandha tkun ipprojbita. |
||||||||||||||||||||
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu |
Sustanzi kkontrollati definiti fl-Artikolu 1(4) tal-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, 1987, elenkati fl-Annessi A, B, C jew E għal dak il-Protokoll fis-seħħ imsemmi fiż-żmien tal-applikazzjoni jew interpretazzjoni ta’ dan l-Anness. Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jistgħu jinstabu abbord bastiment, iżda mhumiex limitati għal:
|
Installazzjonijiet ġodda li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom ikunu pprojbiti fuq il-bastimenti kollha. |
||||||||||||||||||||
Poliklorobifenil (PCB) |
“Poliklorobifenil” ifisser komposti aromatiċi ffurmati b’mod li l-atomi tal-idroġenu fuq il-molekula tal-bifenil (żewġ ċrieki benżen magħquda flimkien minn rabta tal-karbonju-karbonju) jistgħu jinbidlu minn sa għaxar atomi tal-klorin |
Għall-bastimenti kollha, installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom il-Poliklorobifenil għandha tkun projbita. |
||||||||||||||||||||
Aċidu sulfoniku tal-perfluworooktan(PFOS) (1) |
“Aċidu sulfoniku tal-perluworooktan” (PFOS) ifisser aċidu sulfoniku tal-perluworooktan u d-derivati tiegħu |
Installazzjonijiet ġodda li fihom l-aċidu sulfoniku tal-perluworooktan (PFOS) u d-derivati tiegħu għandhom ikunu projbiti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
||||||||||||||||||||
Komposti anti-fouling u sistemi |
Komposti anti-fouling u sistemi rregolati skont l-Anness I għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll ta’ Sistemi Anti-fouling Perikolużi fuq Bastimenti, 2001 (il-Konvenzjoni AFS) fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan l-Anness. |
|
(1) Mhux applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz.
(2) Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).
ANNESS II
LISTA TA’ OĠĠETTI GĦALL-INVENTARJU TA’ MATERJALI PERIKOLUŻI
1. |
Kwalunkwe materjal perikoluż elenkat fl-Anness I |
2. |
Kadmju u Komposti tal-Kadmju |
3. |
Kromju Eżavalenti u Komposti tal-Kromju Eżavalenti |
4. |
Ċomb u Komposti taċ-Ċomb |
5. |
Merkurju u Komposti tal-Merkurju |
6. |
Bifenil Polibromurat (PBBs) |
7. |
Eteri tad-Difenil Polibromurati (PBDEs) |
8. |
Naftalini Poliklorinati (aktar minn 3 atomi tal-kloru) |
9. |
Sustanzi radjoattivi |
10. |
Ċerti Paraffini Klorinati short-chain (Alkani, C10-C13, kloro) |
11. |
Ritardanti tal-fjammi bbrominati (HBCDD) |
10.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/21 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1258/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni adottat rapport skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga. |
(2) |
F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni rrakkomandat it-tkomplija tal-analiżi tal-modi kif jissaħħaħ il-kontroll tal-kummerċ tal-anidride aċetiku, sustanza skedata fil-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004, skont l-Artikolu 2(a) ta’ dak ir-Regolament, sabiex ikun hemm prevenzjoni aħjar tad-dirottament tal-anidride aċetiku għall-produzzjoni illeċita tal-eroina. |
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-prekursuri tad-droga, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi emendi leġislattivi wara li tivvaluta bir-reqqa l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi. |
(4) |
Dan ir-Regolament jikkjarifika d-definizzjoni ta’ sustanza skedata: f’dan ir-rigward, it-terminu “preparazzjoni farmaċewtika”, li joħroġ mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi adottata fi Vjenna fid-19 ta’ Diċembru 1988, huwa mħassar peress li hu diġà kopert mit-terminoloġija rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, l-atti legali jiġifieri “prodotti mediċinali”. Barra minn hekk, it-terminu “preparazzjonijiet oħrajn” għandu jitħassar peress li jiddupplika t-terminu “taħlitiet” li diġà jintuża f’dik id-definizzjoni. |
(5) |
Għandha tiġi introdotta definizzjoni tat-terminu “utent” għal persuni li jkollhom sustanzi għall-iskopijiet apparti mit-tqegħid tagħhom fis-suq u għandu jiġi ċċarat li l-persuni li jużaw is-sustanzi skedati fil-kategorija 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 għal skopijiet oħrajn apparti mit-tqegħid tagħhom fis-suq, huma obbligati li jiksbu liċenzja. |
(6) |
Regoli aktar dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni għandhom ikunu introdotti biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ reġistrazzjoni fl-Istati Membri kollha għal sustanzi skedati fil-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004. Għal sustanzi skedati f’sottokategorija ġdida 2 A tal-Anness I għal dak ir-Regolament, apparti l-operaturi, l-utenti għandhom ikunu wkoll soġġetti għal rekwiżit ta’ reġistrazzjoni. |
(7) |
Fejn jiġu imposti miżati biex tinkiseb liċenzja jew reġistrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jaġġustaw miżati bħal dawn sabiex jissalvagwardjaw il-kompetittività tal-mikrointrapriżi. |
(8) |
Għandu jingħad b’mod ċar li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jaġixxu fir-rigward ta’ transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu aktar malajr fir-rigward ta’ xejriet ġodda tal-produzzjoni illeċita ta’ drogi. |
(9) |
Għandha tinħoloq database Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga (“id-database Ewropea”) biex l-irrappurtar mill-Istati Membri rigward is-sekwestri u l-kunsinni bil-baħar imwaqqfa jiġi ssimplifikat, fejn possibbli b’mod aggregat u anonimu u bl-inqas mod intrużiv possibbli fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, waqt li jitqiesu l-aktar teknoloġija avvanzata fir-rigward tat-teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza u l-prinċipju tal-limitazzjoni tad-data. Id-database Ewropea għandha sservi wkoll bħala reġistru Ewropew tal-operaturi u l-utenti li jippossjedu liċenzja jew reġistrazzjoni li tiffaċilita l-verifika tal-leġittimità ta’ transazzjonijiet kummerċjali li jinvolvu sustanzi skedati, u għandha tippermetti lill-operaturi biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar transazzjonijiet tagħhom li jinvolvu sustanzi skedati. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004, kif emendat b’dan ir-Regolament, jipprevedi l-ipproċessar tal-informazzjoni, inkluż l-ipproċessar ta’ data personali, bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw it-tqegħid fis-suq tal-prekursuri tad-droga u għall-prevenzjoni ta’ dirottament ta’ sustanzi skedati. L-ipproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq b’mod li jkun kompatibbli mal-għan ta’ dak ir-Regolament u f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u, b’mod partikolari, ma’ rekwiżiti tal-Unjoni marbuta mal-kwalità tad-data, il-proporzjonalità, il-limitazzjoni tal-iskop, u d-drittijiet għal informazzjoni, aċċess, rettifika tad-data, tħassir u mblokkar, miżuri organizzativi u tekniċi u trasferimenti internazzjonali ta’ data personali. |
(11) |
L-ipproċessar ta’ data personali għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe att iddelegat u ta’ implimentazzjoni adottat skont dan għandu jirrispetta d-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (kif ukoll id-drittijiet għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ggarantitimill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea). L-atti delegati u ta’ implimentazzjoni għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe proċessar ta’ data personali għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
(12) |
L-anidride aċetiku, attwalment skedat fil-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004, għandu jiġi inkluż f’sottokategorija ġdida 2 A tal-Anness I tiegħu biex ikun jista’ jsir kontroll akbar tal-kummerċ tiegħu. Il-bqija tas-sustanzi fil-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 għandhom jitniżżlu bħala sottokategorija 2B tal-Anness I tiegħu. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, biex jiġu eżerċitati skont il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (6). |
(14) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, dawk is-setgħat għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(15) |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-liċenzja u r-reġistrazzjoni, għall-elenkar fid-database Ewropea tal-operaturi u l-utenti li jkunu kisbu liċenzja jew reġistrazzjoni, għall-kisba u l-użu ta’ dikjarazzjonijiet tal-konsumatur, għad-dokumentazzjoni u l-ittikkettjar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati, għall-għoti ta’ informazzjoni mill-operaturi fuq transazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati u għal informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ monitoraġġ stipulati f’dan ir-Regolament (KE) Nru 273/2004, u sabiex jiġu emendati l-Annessi biex jirrifletti dan. Tali atti ddelegati għandhom ukoll jiddeterminaw il-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jiġu pproċessati mill-Istati Membri u l-operaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jinħażnu fid-database Ewropew u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ data personali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(16) |
Huwa wkoll importanti li l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta tħejji atti ddelegati marbuta mal-ipproċessar ta’ data personali. |
(17) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti dettalji dwar kif id-dikjarazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu pprovduti f’forma elettronika u dwar kif tiġi pprovduta informazzjoni dwar transazzjonijiet ta’ operaturi b’sustanzi skedati għal database Ewropea. |
(18) |
Ladarba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jissaħħu r-regoli għar-reġistrazzjoni tal-operaturi li jqiegħdu fuq is-suq jew li jkollhom fil-pussess tagħhom sustanzi skedati tal-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004, partikolarment l-anidride aċetiku, sabiex jiġi ostakolat id-dirottament tiegħu lejn il-produzzjoni illeċita ta’ drogi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li t-traffikanti japprofittaw ruħhom mid-differenzi nazzjonali ta’ reġistrazzjoni u jmexxu n-negozju illeċitu tagħhom fejn huwa l-iktar faċli biex il-prekursuri tad-droga jiġu dirottati, imma jista’ jkun, li minħabba raġunijiet ta’ skala u effetti tal-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif dikjarat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(19) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-18 ta’ Jannar 2013 (8). |
(20) |
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Ambitu u għanijiet Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri armonizzati għall-kontroll u l-monitoraġġ intra-Unjoni ta’ ċerti sustanzi użati ta’ sikwit għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi bil-ħsieb li jiġi impedut id-direttament ta’ dawn is-sustanzi.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 2:
|
(3) |
Fl-Artikolu 3:
|
(4) |
Fl-Artikolu 4:
|
(5) |
Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għad-dokumentazzjoni ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati”. |
(6) |
Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-ittikkettjar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati.”. |
(7) |
L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 Notifika lill-awtoritajiet kompetenti 1. L-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti immedjatament b’kull ċirkostanza, bħal ma huma ordnijiet jew transazzjonijiet mhux tas-soltu li jinvolvu t-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi skedati, li tissuġġerixxi li dawn is-sustanzi tista’ tinbidlilhom ir-rotta għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. Għal dak il-għan, l-operaturi għandhom jipprovdu kull informazzjoni disponibbli li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-leġittimità ta’ ordni jew transazzjoni rilevanti. 2. L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti fil-qosor dwar it-transazzjonijiet tagħhom li jinvolvu sustanzi skedati. 3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet biex l-operaturi jipprovdu l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inklużi fejn rilevanti, il-kategoriji ta’ data personali li għandha tiġi pproċessata għal dak il-għan u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ tali data personali. 4. L-operaturi m’għandhom jiddivulgaw l-ebda data personali miġbura skont dan ir-Regolament ħlief lill-awtoritajiet kompetenti.”. |
(8) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tfassal, u żżomm aġġornati, linji gwida sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi, u l-industrija tal-kimika, b’mod partikolari rigward sustanzi mhux skedati.”. |
(9) |
Fl-Artikolu 10:
|
(10) |
L-Artikoli 13 sa 16 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 13 Komunikazzjoni mill-Istati Membri 1. Biex jiġu permessi kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa fl-arranġamenti għall-monitoraġġ ta’ kummerċ ta’ sustanzi skedati u sustanzi mhux skedati, l-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni f’forma elettronika permezz tad-database Ewropea msemmija fl-Artikolu 13a f’waqtha, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward sustanzi wżati għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi u metodi ta’ dirottament u fabbrikazzjoni illeċita, u l-kummerċ legali tagħhom. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a sabiex jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarju tal-komunikazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-Bord ta’ Kontroll Internazzjonali tan-Narkotiċi skont l-Artikolu 12(12) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri. Artikolu 13a Database Ewropea dwar prekursuri tad-droga 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi database Ewropea dwar prekursuri tad-droga bil-funzjonijiet li ġejjin:
Data personali għandha tiġi inkluża fid-database Ewropea biss wara l-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 3(8) u l-Artikolu 8(3). 2. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-preċiżjoni tad-data personali li jkun hemm fid-database Ewropea u biex jiżguraw li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jkunu protetti skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). 3. L-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament, inkluża data personali, għandha tintuża skont il-liġi applikabbli rigward il-protezzjoni tad-data personali u m’għandhiex tinżamm għal żmien itwal milli jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu jkun ipprojbit. 4. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni li tkun ċara, komprensiva u li tinftiehem rigward id-database Ewropea f’konformità mal-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Artikolu 13b Protezzjoni tad-data 1. L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jsir f’konformità mal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità superviżorja tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE, id-data personali li tinkiseb jew tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan tal-prevenzjoni tad-dirottament ta’ sustanzi skedati. 3. L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni, inkluż għall-fini tad-database Ewropea, għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. 4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni m’għandhomx jipproċessaw data personali b’mod li ma jkunx kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 13a. Artikolu 14 Atti ta’ Implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2). Artikolu 14a Proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prekursuri tad-Droga stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (*6). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 15 Adattament tal-Annessi Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a sabiex tadatta l-Annessi I, II u III għal xejriet ġodda fid-dirottament tal-prekursuri tad-droga u biex issegwi kwalunkwe emenda għat-tabelli fl-Anness mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Artikolu 15a Eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(8), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(7), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, fl-Artikolu (8)(3) u fl-Artikolu 15 għal perijodu ta’ ħames snin mit-30 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(8), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(7), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, fl-Artikolu 8(3), fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att ddelegat diġà fis-seħħ. 4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(7), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 13 (2) jew l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jittawwal b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 16 Informazzjoni dwar miżuri adottati mill-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li huma jadottaw skont dan ir-Regolament, u b’mod partikolari bil-miżuri adottati skont l-Artikoli 10 u 12. Huma għandhom jgħarrfuha wkoll b’kull emenda sussegwenti għalihom. 2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. 3. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2019, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dwar il-ħtieġa possibbli għal aktar azzjoni għall-monitoraġġ u l-kontroll ta’ transazzjonijiet suspettużi b’sustanzi mhux skedati (*5) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)." (*6) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1)." (*7) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”." |
(11) |
Fl-Anness I:
|
(12) |
Fl-Anness III, it-test “awtorizzazzjoni/” għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) ĠU C 76, 14.3.2013, p. 54.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013.
(3) Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1).
(4) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(5) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
(7) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
KATEGORIJA 2
SOTTOKATEGORIJA 2A
Sustanza |
Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM (1) |
Nru CAS (2) |
Anidride aċetiku |
|
2915 24 00 |
108-24-7 |
L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli. |
SOTTOKATEGORIJA 2B
Sustanza |
Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM (1) |
Nru CAS (2) |
Phenylacetic acid |
|
2916 34 00 |
103-82-2 |
Aċidu antraniliku |
|
2922 43 00 |
118-92-3 |
Piperidina |
|
2933 32 00 |
110-89-4 |
Permanganat tal-potassju |
|
2841 61 00 |
7722-64-7 |
L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli. |
(1) ĠU L 290, 28.10.2002, p. 1.
(2) In-Nru CAS “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta’ identifikazzjoni uniku speċifiku għal kull sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru CAS huwa speċifiku għal kull iżomeru u għal kull melħ ta’ kull iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija.
10.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/30 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1259/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-kummerċ fil-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni adottat rapport skont l-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (2) dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ tal-prekursuri tad-drogi. |
(2) |
Il-kummerċ ta’ prodotti mediċinali mhuwiex ikkontrollat fis-sistema ta’ kontroll eżistenti tal-Unjoni għall-prekursuri tad-droga, peress li bħalissa huma esklużi mid-definizzjoni ta’ sustanzi skedati. |
(3) |
Ir-rapport tal-Kummissjoni indika li prodotti mediċinali li fihom l-efedrina u l-psewdoefedrina kienu ddevjati lejn il-manifattura illeċita tad-droga barra mill-Unjoni, bħala sostitut għall-efedrina u l-psewdoefedrina li huma kkontrollati internazzjonalment. Il-Kummissjoni għaldaqstant irrakkomandat it-tisħiħ tal-kontroll tal-kummerċ internazzjonali ta’ prodotti mediċinali li fihom l-efedrina jew il-psewdofedrina esportati minn jew jgħaddu minn territorju doganali tal-Unjoni sabiex tipprevjeni d-devjazzjoni tagħhom għall-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. |
(4) |
Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni tal-UE dwar il-prekursuri tad-droga, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi emendi leġislattivi wara li tivverifika bir-reqqa l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi. |
(5) |
Dan ir-Regolament jiċċara d-definizzjoni ta’ sustanzi skedati tiġi kkjarifikata: f’dan ir-rigward, it-terminu ‘preparazzjoni farmaċewtika’, li joħroġ mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi adottata fi Vjenna fid-19 ta’ Diċembru 1988, (il-“Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti”), jitħassar minħabba li huwa diġà kopert mit-terminoloġija tal-atti legali tal-Unjoni, jiġifieri ‘prodotti mediċinali’. Barra minn hekk, it-terminu ‘preparazzjonijiet oħrajn’ jitħassar peress li jiddupplika t-terminu ‘taħlitiet’ li diġà jintuża f’dik id-definizzjoni. |
(6) |
Regoli dwar is-sospensjoni jew ir-revoka tar-reġistrazzjoni ta’ operatur għandhom jiġu introdotti sabiex ikunu allinejati mar-regoli eżistenti għas-sospensjoni jew ir-revoka ta’ liċenzja. |
(7) |
Prodotti mediċinali u prodotti mediċinali veterinarji (“prodotti mediċinali”) li fihom l-efedrina jew il-psewdofedrina għandhom jiġu kkontrollati mingħajr ma jitfixkel il-kummerċ leġittimu tagħhom. Għal dak il-għan, fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandha tiżdied kategorija ġdida (Kategorija 4) b’elenku ta’ prodotti mediċinali li jkun fihom ċerti sustanzi skedati. |
(8) |
L-esportazzjoni ta’ prodotti mediċinali elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat b’dan ir-Regolament, għandha tkun preċeduta minn awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni u notifika ta’ qabel l-esportazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ destinazzjoni. |
(9) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jingħataw il-poteri li jwaqqfu jew jissekwestraw dawk il-prodotti mediċinali meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jissuspetta li dawn ikunu intiżi għall-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, meta jkunu esportati, impurtati jew fi transitu. |
(10) |
Bil-ħsieb li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirreaġixxu aktar malajr fir-rigward tax-xejriet ġodda tad-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga, il-possibilitajiet tagħhom biex jaġixxu f’każijiet ta’ transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati għandhom jiġu ċċarati. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe ordni għal, jew operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi mhux skedati, jew biex jidħlu fil-bini tan-negozju biex jiksbu evidenza ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li jinvolvu tali sustanzi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprevjenu d-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni, jew it-tluq minnu, ta’ sustanzi mhux skedati, fejn jista’ jintwera li dawn is-sustanzi ser jintużaw fil-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. Sustanzi mhux skedati bħal dawn għandhom jiġu kkunsidrati kif propost għall-inklużjoni fil-lista ta’ monitoraġġ volontarju ta’ sustanzi mhux skedati. |
(11) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkondividu bejniethom u mal-Kummissjoni, permezz tad-database Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga (“id-database Ewropea”), stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), informazzjoni dwar is-sekwestri u l-vjeġġi mwaqqfa sabiex jittejjeb il-livell ġenerali ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ tal-prekursuri tad-droga, inklużi prodotti mediċinali. Id-database Ewropea għandha tintuża biex jiġi ssimplifikat ir-rappurtar mill-Istati Membri rigward is-sekwestri u l-vjeġġi mwaqqfa. Hija għandha sservi wkoll bħala reġistru Ewropew ta’ operaturi li huma detenturi ta’ liċenzja jew reġistrazzjoni li ser jiffaċilita l-verifika tal-leġittimità tat-transazzjonijiet tagħhom li jkunu jinvolvu sustanzi skedati u għandha tippermetti lill-operaturi li jkunu jistgħu jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ esportazzjoni, importazzjoni jew intermedjarji tagħhom li jkunu jinvolvu sustanzi skedati. Dak ir-reġistru Ewropew għandu jiġi aġġornat regolarment u l-informazzjoni li jkun fih għandha tintuża mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss għall-għan tal-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga lejn is-suq illegali. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 111/2005 jipprevedi l-ipproċessar tad-data. Dan l-ipproċessar jista’ jkopri wkoll id-data personali u għandu jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni. |
(13) |
L-ipproċessar ta’ data personali għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat minn dan ir-Regolament, u kwalunkwe att iddelegat u ta’ implimentazzjoni adottat skontu għandu jirrispetta d-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u familjari rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali kif ukoll id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari, u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali rikonoxxuti, rispettivament, mill-Artikolu 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(14) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipproċessaw data personali biss b’mod li jkun kompatibbli mal-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat b’dan ir-Regolament, u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skontu. Dik id-data għandha tiġi pproċessata skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni rigward il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, b’mod partikolari id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(15) |
Ir-Regolament (KE) Nru 111/2005 jikkonferixxi setgħat fuq il-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, biex jiġu eżerċitati skont il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (6). |
(16) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, dawk is-setgħat għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(17) |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat b’dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzji u r-reġistrazzjoni biex tiddetermina l-każijiet fejn liċenzja jew reġistrazzjoni ma tkunx meħtieġa, biex tistabbilixxi l-kriterji li jiddeterminaw kif il-għanijiet leċiti tat-transazzjoni jistgħu jintwerew bil-provi, biex tiddetermina l-informazzjoni li hija meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti u mill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ esportazzjoni, importazzjoni jew intermedjarji ta’ operaturi, biex tiddetermina l-listi tal-pajjiżi ta’ destinazzjoni li lejhom l-esportazzjonijiet ta’ sustanzi skedati tal-Kategoriji 2 u 3 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandhom jiġu preċeduti minn notifika ta’ qabel l-esportazzjoni„ biex jiġu determinati proċeduri simplifikati ta’ notifika ta’ qabel l-esportazzjoni u biex jiġu stabbiliti l-kriterji komuni li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti, biex tiddetermina proċeduri simplifikati ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni u biex tistabbilixxi l-kriterji komuni li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti,u biex tadatta l-Anness għar-Regolment (KE) Nru 111/2005 sabiex ikun hemm reazzjoni għal xejriet ġodda tad-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga u biex issegwi kwalunkwe emenda għat-tabelli fl-Anness għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(18) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat minn dan ir-Regolament, setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni, jiġifieri biex tistabbilixxi mudell għal-liċenzji, ir-regoli proċedurali dwar l-għoti ta’ informazzjoni li hija meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw l-attivitajiet ta’ esportazzjoni, importazzjoni jew intermedjarji tal-operaturi, u l-miżuri biex jiżguraw il-monitoraġġ effettiv tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tad-disinn u l-użu ta’ formoli ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni u l-importazzjoni, għall-għan tal-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga,. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(19) |
L-atti delegati u ta’ implimentzzjoni adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat minn dan ir-Regolament, għandhom jiggarantixxu kontroll u monitoraġġ sistematiċi u konsistenti tal-operaturi. |
(20) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-18 ta’ Jannar 2013 (8). |
(21) |
Ir-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 111/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-titolu tar-Regolament u fl-Artikolu 1, fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 2, fl-Artikolu 10(1), fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u fl-Artikolu 25 in-nom “Komunità” huwa sostitwit min-nom “Unjoni”. Fil-punt (e) tal-Artikolu 2, fil-punt (d) tal-Artikolu 13(1), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 18 u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22, it-terminu ‘territorju doganali tal-Komunità’ huwa sostitwit bit-terminu ‘territorju doganali tal-Unjoni’. Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1), it-terminu “mit-territorju doganali tal-Komunità” huwa sostitwit bit-terminu ‘mit-territorju doganali tal-Unjoni’. |
(2) |
Fl-Artikolu 2:
|
(3) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u l-attivitajiet kollha intermedjarji li jinvolvu sustanzi skedati, bl-eċċezzjoni ta’ sustanzi elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness, għandhom jiġu dokumentati mill-operatur permezz ta’ dokumenti doganali u kummerċjali, bħal dikjarazzjonijiet sommarji, dikjarazzjonijiet doganali, fatturi, manifesti ta’ merkanzija, dokumenti ta’ trasport u dokumenti oħra tal-vjeġġi.”. |
(4) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 L-operaturi għandhom jiżguraw li tikketti jitwaħħlu fuq kwalunkwe imballaġġ li fih sustanzi skedati, ħlief sustanzi elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness, bl-indikazzjoni ta’ isimhom kif iddikjarati fl-Anness, jew, fil-każ ta’ taħlita jew prodott naturali, isimha u l-isem ta’ kwalunkwe sustanza skedata, ħlief sustanzi elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness, kif iddikjarat fl-Anness, li jinsabu fit-taħlita jew fil-prodott naturali. L-operaturi jistgħu, barra minn hekk, iwaħħlu t-tikketti tradizzjonali tagħhom.”. |
(5) |
Fl-Artikolu 6:
|
(6) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 1. Sakemm mhux previst mod ieħor, operaturi stabbiliti fl-Unjoni, ħlief għal aġenti doganali u trasportaturi meta jaġixxu unikament f’dik il-kapaċità, impenjati f’attivitajiet ta’ importazzjoni, esportazzjoni jew intermedjarji li jinvolvu sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 2 tal-Anness, jew l-esportazzjoni ta’ sustanzi elenkati fil-Kategorija 3 tal-Anness, għandhom ikunu rreġistrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-operatur għandha toħroġ ir-reġistrazzjoni. Meta tikkunsidra jekk tagħtix reġistrazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-kompetenza u l-integrità tal-applikant, b’mod partikolari li ma jkun hemm ebda ksur serju jew ksur ripetuttal-leġislazzjoni fil-qasam tal-prekursuri tad-droga u ebda rekord ta’ kwalunkwe reat kriminali gravi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ reġistrazzjonijiet u biex tiddetermina każijiet fejn reġistrazzjoni ma tkunx meħtieġa. 2. L-awtorità kompetenti tista’ tissospendi jew tirrevoka r-reġistrazzjoni meta l-kundizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet ir-reġistrazzjoni ma jibqgħux sodisfatti aktar jew fejn hemm raġunijiet tajba biex ikun suspettat li hemm riskju ta’ devjazzjoni ta’ sustanzi skedati.”. |
(7) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. Meta s-sustanzi skedati jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-ħatt jew għat-trasbord, għall-ħażna temporanja, għall-ħażna tagħhom f’żona ħielsa taħt tip ta’ kontroll I jew maħżen ħieles, jew għat-tqegħid tagħhom taħt il-proċedura ta’ transitu estern tal-Unjoni, l-għanijiet leċiti għandhom ikunu murija mill-operatur wara talba mill-awtoritajiet kompetenti. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b biex tistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ kif jistgħu jintwerew l-għanijiet leċiti tat-transazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-movimenti kollha ta’ sustanzi skedati fit-territorju doganali tal-Unjoni jistgħu jiġu ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti u r-riskju ta’ devjazzjoni jiġi minimizzat.”. |
(8) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 1. Operaturi stabbiliti fl-Unjoni għandhom immedjatament jinnotifkaw lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe ċirkostanza, bħal ordnijiet mhux tas-soltu u transazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati, li tissuġġerixxi li tali sustanzi maħsuba għal importazzjoni, esportazzjoni jew attivitajiet intermedjarji jistgħu jiġu ddevjati għall-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. Għal dak il-għan, l-operaturi għandhom jipprovdu kull informazzjoni disponibbli, bħal:
Dik l-informazzjoni għandha tinġabar biss għall-għanijiet ta’ prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ sustanzi skedati. 2. L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni f’forma sommarja dwar l-attivitajiet ta’ esportazzjoni, importazzjoni jew intrermedjarji tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b biex tiddetermina l-informazzjoni li hija meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw dawk l-attivitajiet. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali dwar l-għoti ta’ tali informazzjoni, inkluż, fejn xieraq, fil-forma elettronika lid-Database Ewropea dwar prekursuri tad-droga stabbilita taħt ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) (“id-Database Ewropea”). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). (*5) Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1).”." |
(9) |
Fl-Artikolu 10, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. Sabiex jirreaġixxu rapidament għal xejriet ġodda ta’ devjazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jipproponu li tiżdied sustanza mhux skedata mal-lista msemmija fil-paragrafu 2(b) sabiex temporanjament jimmonitorjaw il-kummerċ tagħha. Arranġamenti u kriterji dettaljati għall-inklużjoni jew it-tħassir minn dik il-lista għandhom jiġu speċifikati fil-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1. 5. Jekk il-monitoraġġ volontarju mill-industrija huwa kkunsidrat insuffiċjenti biex jipprevjeni l-użu ta’ sustanza mhux skedata għall-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni tista’ żżid is-sustanza mhux skedata fl-Anness permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 30b.”. |
(10) |
Fl-Artikolu 11:
|
(11) |
Fl-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, l-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 tal-Anness għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni biss fejn notifiki ta’ qabel l-esportazzjoni huma meħtieġa.”. |
(12) |
Fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness għandu jkun fiha l-informazzjoni li tinsab fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu.”. |
(13) |
L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 19 Proċeduri ssimplifikati biex tingħata awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fejn huma jkunu sodisfatti li dan mhux ser jirriżulta f’xi riskju ta’ devjazzjoni ta’ sustanzi skedati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b biex tiddetermina tali proċeduri u tistabbilixxi l-kriterji komuni li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti.”. |
(14) |
Fl-Artikolu 20, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, fejn is-sustanzi msemmija fl-ewwel paragrafu 1 jinħattu jew jiġu trasbordati, f’ħażna temporanja, jinħażnu f’żona ħielsa tat-tip ta’ kontroll I jew f’maħżen ħieles, jew mqiegħda taħt il-proċedura ta’ transitu estern tal-Unjoni, tali awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni ma tkunx meħtieġa.”. |
(15) |
Fl-Artikolu 26:
|
(16) |
It-titolu tal-Kapitolu V huwa sostitwit b’dan li ġej: “ATTI DDELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI”. |
(17) |
L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 28 B’żieda mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 26, il-Kummmissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, fejn meħtieġ, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri biex tiżgura l-monitoraġġ effettiv ta’ kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tad-disinn u l-użu ta’ formoli għall-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni u l-importazzjoni, għall-għan tal-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).”. |
(18) |
L-Artikolu 29 għandu jitħassar. |
(19) |
L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 30 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Prekursuri tad-Drogi’. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*6) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”." |
(20) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 30a Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b ta’ dan ir-Regolament sabiex tadatta l-Anness tiegħu għal xejriet ġodda fid-devjazzjoni tal-prekursuri tad-drogi, b’mod partikolari sustanzi li jistgħu faċilment jiġu ttrasformati f’sustanzi skedati, u biex issegwi kwalunkwe emenda għat-tabelli fl-Anness għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Artikolu 30b 1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(1) u (3), l-Artikoli 19 u 30a u l-Artikolu 32(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-30 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi bl-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(1) u (3), l-Artikoli 19 u 30a u l-Artikolu 32(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti ddelegati diġà fis-seħħ. 4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(1) u (3), l-Artikoli 19 u 30a u l-Artikolu 32(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie nnotifikat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jitwal b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”. |
(21) |
L-Artikolu 32 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 32 1. L-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw fil-ħin lill-Kummissjoni f’forma elettronika permezz tad-Database Ewropea l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament, partikolarment rigward sustanzi użati għall-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi u metodi ta’ devjazzjoni u manifattura illeċita, u l-kummerċ leċitu tagħhom. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, tevalwa l-effettività ta’ dan ir-Regolament u, skont l-Artikolu 12 (12) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, tfassal rapport annwali li għandu jiġi ppreżentat lill-Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi. 4. Il-Kummissjoni għandha tissottometti sal-31 ta’ Diċembru 2019 rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dwar il-possibilità tal-ħtieġa ta’ attività addizzjonali biex jiġu immonitorjati u kkontrollati transazzjonijiet suspettużi b’sustanzi mhux skedati”. |
(22) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 32a L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jużaw id-database Ewropea skont il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha għall-funzjonijiet li ġejjin:
|
(23) |
L-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 33 1. L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandu jsir skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) u taħt is-superviżjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva. 2. L-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, inkluż għall-fini tad-database Ewropea, għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. 3. L-ebda kategorija speċjali ta’ data fit-tifsira tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE m’għandha tiġi pproċessata għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. 4. Id-data personali miġbura għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tkun ipproċessata ulterjorment b’mod inkonsistenti mad-Direttiva 95/46/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u m’għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ għall-għanijiet li għalihom kienet miġbura. 5. L-Istati Membri u l-Kummissjoni ma għandhomx jipproċessaw data personali b’mod li ma jkunx kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 32a. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE, id-data personali li tinkiseb jew tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament għandha tintuża għall-fini tal-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ sustanzi skedati. (*7) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31)." (*8) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).”." |
(24) |
Fl-Anness:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2013 għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1).
(4) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(5) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
(7) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
10.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/39 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1260/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Novembru 2013
dwar statistika demografika Ewropea
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mill-1 ta’ Novembru 2014 ‘il quddiem, maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill għandha tkun definita inter alia fuq il-bażi tal-popolazzjoni tal-Istati Membri. |
(2) |
Il-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji regolarment jagħti mandat lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika biex jevalwa s-sostenibbiltà għat-terminu twil u l-kwalità tal-finanzi pubbliċi fuq il-bażi tat-tbassir dwar il-popolazzjonijiet ippreżentat mill-Eurostat. |
(3) |
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-istatistika kollha mill-Istati Membri trażmessa lill-Kummissjoni li hija mqassma skont unitajiet territorjali għandha tuża l-klassifika NUTS. Għaldaqstant, biex tiġi stabbilita statistika reġjonali li tista’ tiġi kumparata, l-unitajiet territorjali għandhom jiġu definiti skont il-klassifika NUTS. |
(4) |
F’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni kull tliet snin dwar il-progress li jkun sar fil-qasam tal-ksib tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Id-dejta annwali reġjonali f’livell reġjonali NUTS 3 hija neċessarja għall-preparazzjoni ta’ dawk ir-rapporti u għall-monitoraġġ regolari ta’ żviluppi demografiċi u tal-isfidi demografiċi possibbli fil-futur fir-reġjuni tal-Unjoni, inklużi tipi differenti ta’ reġjuni bħal reġjuni tal-fruntiera, reġjuni metropolitani, reġjuni rurali u reġjuni muntanjużi u gżejjer. Billi l-maturazzjoni demografika tesibixxi differenzi reġjonali qawwija, il-Eurostat hija meħtieġa tħejji tbassir reġjonali fuq bażi regolari biex tikkomplementa l-qagħda demografika tar-reġjuni NUTS 2 fl-Unjoni. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 159 TFUE, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport kull sena dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-għanijiet tal-Artikolu 151 TFUE, inkluża l-qagħda demografika fl-Unjoni. |
(6) |
Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2009 intitolata “Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa fl-UE”, appoġġat żvilupp ulterjuri fir-rigward tal-ġbir tad-dejta u l-indikaturi tas-saħħa skont l-età, is-sess, l-istatus soċjoekonomiku u d-dimensjonijiet ġeografiċi. |
(7) |
L-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-Unjoni, imnedija mill-Kunsill Ewropew f’Gotenburg fl-2001 u mġedda f’Ġunju 2006, għandha bħala l-għan tagħha t-titjib kontinwu tal-kwalità tal-ħajja għal ġenerazzjonijiet ta’ bħalissa u futuri. Ir-rapport ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni (l-Eurostat), li jiġi ppubblikat kull sentejn, jipprovdi stampa statistika oġġettiva tal-progress, imsejsa fuq ġabra tal-indikaturi ta’ żvilupp sostenibbli tal-Unjoni. |
(8) |
L-istatistika demografika annwali hija fundamentali għall-istudju u d-definizzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ linji politiċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet soċjali u ekonomiċi, fil-livell nazzjonali u dak reġjonali. L-istatistika dwar il-popolazzjoni hija denominatur importanti għal medda wiesgħa ta’ indikaturi. |
(9) |
L-objettiv strateġiku H.3 tal-Kapitolu IV tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Bejġing (1995) jipprovdi qafas ta’ referenza għall-ġenerazzjoni u t-tixrid ta’ dejta u informazzjoni diżaggregati skont is-sess, għal raġunijiet ta’ ppjanar u evalwazzjoni tal-politika. |
(10) |
L-istatistika demografika hija komponent essenzjali għall-istima tat-total tal-popolazzjoni fil-qafas tas-Sistema Ewropea tal-Kontabbiltà (ESA). Huwa importanti li d-dejta tiġi aġġornata u riveduta meta tiġi stabbilita statistika fil-livell Ewropew. |
(11) |
Sabiex tkun żgurata l-kwalità, u b’mod partikolari l-komparabbiltà, tad-dejta provduta mill-Istati Membri u biex ikunu jistgħu jinġabru deskrizzjonijiet ġeneriċi ta’ min jafdahom fil-livell tal-Unjoni, id-dejta użata għandha tkun imsejsa fuq l-istess kunċetti, u għandha tirriferi għall-istess data jew perjodu ta’ referenza. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdi qafas ta’ referenza għall-istatistika demografika Ewropea. B’mod partikolari, dan jirrikjedi konformità mal-prinċipji ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, kunfidenzjalità tal-istatistika u effettività fl-infiq. |
(13) |
L-informazzjoni dwar id-demografija għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni rilevanti miġbura skont ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Għal dan il-għan għandhom jiġu evalwati metodi ta’ stima statistika b’bażi xjentifika u ddokumentati sew u l-użu tagħhom għandu jitħeġġeġ. |
(14) |
Meta jiżviluppaw, jipproduċu u jiddisseminaw statistika Ewropea, l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u dawk Ewropej, u meta applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali rilevanti oħra, għandhom iqisu l-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea kif rivedut u aġġornat mill-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika fit-28 ta’ Settembru 2011. |
(15) |
Dan ir-Regolament jiggarantixxi d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-familja u l-ħarsien tad-dejta personali, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(16) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament (UE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) japplikaw fir-rigward tal-iproċessar tad-dejta personali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. |
(17) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas legali komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika demografika Ewropea fl-Istati Membri, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni Ewropea tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
(18) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-avvenimenti vitali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“nazzjonali” tirriferi għat-territorju ta’ Stat Membru fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 applikabbli fiż-żmien ta’ referenza; |
(b) |
“reġjonali” tfisser NUTS livell 1, NUTS livell 2 jew NUTS livell 3 fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 applikabbli fiż-żmien ta’ referenza; fejn dan it-terminu huwa użat f’ konnessjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri fl-Unjoni, “reġjonali” tfisser reġjuni statistiċi fil-livell 1, 2 jew 3 kif miftiehem bejn dawk il-pajjiżi u l-Kummissjoni (l-Eurostat), fiż-żmien ta’ referenza; |
(c) |
“popolazzjoni solitament residenti” tfisser il-persuni kollha li għandhom ir-residenza solita tagħhom fi Stat Membru fiż-żmien ta’ referenza; |
(d) |
“residenza solita” tfisser il-post fejn persuna solitament tqattal-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għall-finijiet ta’ rikreazzjoni, ta’ vakanzi, ta’ żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, ta’ negozju, ta’ kura medika jew ta’ pellegrinaġġ reliġjuż. Il-persuni li ġejjin biss għandhom jitqiesu bħala residenti soliti taż-żona ġeografika kkonċernata:
Fejn iċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt (i) jew (ii) ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti, “ir-residenza solita” għandha tfisser il-post ta’ residenza legali jew reġistrata, ħlief għall-finijiet tal-Artikolu 4. Fl-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ “residenza solita”, l-Istati Membri għandhom jittrattaw każijiet speċjali f’konformità mal–Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009 (9); |
(e) |
“twelid ħaj” tfisser twelid ta’ tarbija li tkun qed tieħu n-nifs jew li turi kwalunkwe evidenza oħra tal-ħajja, bħat-taħbit tal-qalb, il-pulsjoni tal-kurdun taż-żokra jew moviment definit tal-muskoli volontarji, tkun xi tkun l-età tat-tqala; |
(f) |
“mewt” tfisser l-għajbien permanenti ta’ kull evidenza ta’ ħajja fi kwalunkwe żmien wara li jkun seħħ twelid ħaj (il-waqfien tal-funzjonijiet vitali wara t-twelid mingħajr kapaċita ta’ qawmien mill-mewt); |
(g) |
“avvenimenti vitali” tfisser twelid u mwiet kif definiti fil-punti (e) u (f). |
Artikolu 3
Dejta dwar il-popolazzjoni u dwar avvenimenti vitali
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dejta dwar il-popolazzjoni solitament residenti tagħhom fiż-żmien ta’ referenza. Id-dejta statistika provduta għandha tkopri l-popolazzjoni skont l-età, is-sess u r-reġjun tar-residenza.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dejta dwar l-avvenimenti vitali tagħhom li seħħu matul il-perjodu ta’ referenza. L-Istati Membri għandhom jużaw l-istess definizzjoni ta’ popolazzjoni li huma jużaw għad-dejta msemmija fil-paragrafu 1. Id-dejta statistika provduta għandha tkopri l-fatturi varjabbli li ġejjin:
(a) |
it-twelid ħaj skont is-sess, ix-xahar tal-okkorrenza, l-ordni tat-twelid ħaj, l-età tal-omm, is-sena tat-twelid tal-omm, il-pajjiż tat-twelid tal-omm, il-pajjiż taċ-ċittadinanza tal-omm u r-reġjun tar-residenza tal-omm; |
(b) |
l-imwiet skont l-età, is-sess, is-sena tat-twelid, ir-reġjun tar-residenza, il-pajjiż tat-twelid, il-pajjiż taċ-ċittadinanza u x-xahar tal-okkorrenza. |
3. L-Istati Membri għandhom jużaw l-istess definizzjoni ta’ popolazzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali kollha kif definita minn dan ir-Regolament.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li jistipulaw kundizzjonijiet uniformi għall-analiżi tad-dejta msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għall-iskadenzi u għar-reviżjonijiet tad-dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 4
Total tal-popolazzjoni għal finijiet speċifiċi tal-Unjoni
1. Għall-għanijiet tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dejta dwar it-total tal-popolazzjoni fil-livell nazzjonali fiż-żmien ta’ referenza, skont l-Artikolu 2(c), fi żmien tmien xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
2. L-Istati Membri jistgħu jistmaw il-popolazzjoni totali msemmija fil-paragrafu 1 mill-popolazzjoni legalment residenti jew reġistrata permezz ta’ metodi ta’ stima statistika b’bażi xjentifika, dokumentati sew u disponibbli pubblikament.
Artikolu 5
Frekwenza u żmien ta’ referenza
1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) dejta dwar il-popolazzjoni tagħhom u dwar avvenimenti vitali tagħhom għas-sena preċedenti msemmija fl-Artikolu 3(1) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2).
2. Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) id-dejta dwar il-popolazzjoni totali fil-livell nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4.
3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iż-żmien ta’ referenza għandu jfisser jew id-data ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 4 jew il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 5, kif xieraq.
4. Id-data ta’ referenza għad-dejta dwar il-popolazzjoni għandu jkun it-tmiem tal-perjodu ta’ referenza (nofsillejl tal-31 ta’ Diċembru). L-ewwel data ta’ referenza għandha tkun fl-2013 u l-aħħar data ta’ referenza għandha tkun fl-2027.
5. Il-perjodu ta’ referenza għal avvenimenti vitali għandu jkun is-sena kalendarja li fiha seħħew l-avvenimenti. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jkun l-2013 u l-aħħar perjodu ta’ referenza għandu jkun l-2027.
Artikolu 6
Provvediment ta’ dejta u metadejta
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni (l-Eurostat) id-dejta u l-metadejta mitluba minn dan ir-Regolament b’konformità mal-istandards ta’ skambju ta’ dejta u metadejta speċifikati mill-Kummissjoni (l-Eurostat). L-Istati Membri għandhom jipprovdu dik id-dejta u metadejta permezz tas-servizz tal-Punt Uniku ta’ Kuntatt sabiex il-Kummissjoni (l-Eurostat) tkun tista’ taċċessahom jew għandhom jittrażmettuhom permezz tas-servizz tal-Punt Uniku ta’ Kuntatt.
Artikolu 7
Sorsi ta’ dejta
Id-dejta għandha tkun imsejsa fuq is-sorsi ta’ dejta magħżula mill-Istat Membru f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali. Għandhom jintużaw metodi ta’ stima statistika b’bażi xjentifika u dokumentati sew meta jkun xieraq.
Artikolu 8
Studji tal-fattibbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu studji tal-fattibbiltà dwar l-użu tad-definizzjoni ta’ ‘residenza solita’ għall-popolazzjoni u l-avvenimenti vitali kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2).
2. Ir-riżultati tal-istudji tal-fattibilità msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.
3. Sabiex ikun iffaċilitat it-twettiq tal-istudji tal-fattibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Unjoni tista’ tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lill-awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Article 9
Rekwiżiti tal-kwalità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-dejta trażmessa.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-dejta li trid tiġi trażmessa.
3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dwar il-metadejta ta’ referenza permezz tal-istandards tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, u b’ mod partikolari dwar is-sorsi tad-dejta, id-definizzjonijiet u l-metodi ta’ stima użati għall-ewwel sena ta’ referenza u l-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) infurmata dwar kwalunkwe tibdil li jsirilhom.
4. Fuq talba tal-Kummissjoni (il-Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdulha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tevalwa l-kwalità tal-informazzjoni statistika.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta dwar il-popolazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament tkun konsistenti ma’ dik meħtieġa taħt il-punt (c) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007.
Artikolu 10
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 11
Klawsola ta’ reviżjoni
(1) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-ewwel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2018, u t-tieni rapport sal-31 ta’ Diċembru 2023. F’dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni rilevanti provduta mill-Istati Membri u għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta trażmessa, il-metodi użati għall-ġbir tad-dejta, il-piż addizzjonali impost fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu, u l-kumparabbiltà ta’ dik l-istatistika. Dawk ir-rapporti għandhom jivvalutaw l-użu ta’ metodi ta’ stima statistika b’bażi xjentifika, dokumentati sew, għall-istima tal-‘popolazzjoni solitament residenti’ mill-popolazzjoni legalment residenti jew reġistrata. L-ewwel rapport għandu jkopri wkoll ir-riżultati tal-istudji tal-fattibbiltà msemmija fl-Artikolu 8.
(2) Jekk ikun xieraq, dawk ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti mfassla biex itejbu aktar il-qafas legali komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u avvenimenti vitali taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament m’għandux jibqa’ japplika mill-31 ta’ Awwissu 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013
(2) Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(3) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(4) Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).
(5) Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14).
(6) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(7) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 329, 15.12.2009, p. 29).