ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.315.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 315

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
26 ta' Novembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (Gwatemala)

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2013 tat-22 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva tijosulfat tal-fidda u s-sodju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

27

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1196/2013 tat-22 ta’ Novembru 2013 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Stakliškės (IĠP)]

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li ttemm il-proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u fl-Indoneżja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 330/2013 li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni

67

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1199/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva klorantraniliprol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

69

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1200/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cozza di Scardovari (DPO)]

74

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1201/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

76

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/673/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2013 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lejn il-programm ta’ kontroll tas-sajd tal-Kroazja għall-2013 (notifikata bid-dokument C(2013) 6606)

78

 

 

2013/674/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar il-Linji Gwida għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

82

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/675/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2013 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu Komuni tas-7 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

106

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/1


Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (Gwatemala)

Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, iffirmat f’Tegucigalpa fid-29 ta’ Ġunju 2012, il-Parti IV tiegħu rigward kwistjonijiet kummerċjali għandha, f’konformità mal-Artikolu 353(4) tiegħu, tiġi applikata fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gwatemala mill-1 ta’ Diċembru 2013. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE (1) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 271 m’għandux jiġi applikat proviżorjament.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1).


REGOLAMENTI

26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1194/2013

tad-19 ta’ Novembru 2013

li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri provviżorji

(1)

Fis-27 ta’ Mejju 2013 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) iddeċidiet li timponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja (“il-pajjiżi kkonċernati”) bir-Regolament (UE) Nru 490/2013 (2) (“ir-Regolament provviżorju”).

(2)

Il-proċediment beda wara lment li ġie ppreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2012 (3) f’isem il-produtturi tal-UE (“il-kwerelanti”), li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-bijodiżil.

(3)

Kif stipulat fil-premessa (5) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sa tmiem il-PI (il-“perjodu kkunsidrat”).

2.   Il-proċedura sussegwenti

(4)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbazi tagħhom ġie deċiż li jkun impost dazju provviżorju tal-antidumping (“żvelar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom urew il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan.

(6)

Sussegwentement, il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie intiż li tiġi rrikmandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina u l-Indoneżja u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (“l-iżvelar definittiv”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar l-iżvelar finali.

(7)

Il-kummenti kollha ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u indirizzati fejn kien xieraq.

B.   IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

(8)

Fin-nuqqas ta’ kummenti li jindirizzaw il-kampjun tal-produtturi esportaturi mill-Arġentina u mill-Indoneżja, is-sejbiet provviżorji fil-premessi minn (10) sa (14) u minn (16) sa (20) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(9)

Parti interessata talbet aktar informazzjoni dwar kemm il-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni huwa rappreżentattiv, kemm fl-istadju ta’ għażla provviżorja kif stipulat fil-premessa (23) tar-Regolament provviżorju kif ukoll fl-istadju ta’ għażla finali kif stipulat fil-premessa (83) tar-Regolament provviżorju.

(10)

Il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni magħżul b’mod provviżorju kien jikkonsisti minn 32,5 % tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Unjoni matul il-PI. Wara l-bidliet spjegati fil-premessa (24) tar-Regolament provviżorju l-kampjun finali kien jikkonsisti minn tmien kumpaniji li jkopru 27 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, il-kampjun xorta kien ikkunsidrat bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(11)

Parti interessata waħda ddikjarat li żewġ produtturi tal-Unjoni li ġew magħżula għandhhom jitneħħew mill-kampjun minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-produtturi esportaturi Arġentini. L-allegata rabta kienet eżaminata qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni kienu diġà ppubblikati fil-premessa (82) tar-Regolament provviżorju.

(12)

Ir-rabtiet allegati kollha bejn il-produtturi esportaturi Arġentini u ż-żewġ kumpaniji fil-kampjun imsemmija hawn fuq ġew eżaminati mill-ġdid, u ma nstabet l-ebda rabta diretta bejniethom tali li kwalunkwe wieħed mill-produttur tal-Unjoni għandu jitneħħa mill-kampjun. Il-kampjun għalhekk baqa’ ma nbidilx.

(13)

Parti interessata oħra affermat li l-proċedura tal-Kummissjoni għall-għażla ta’ kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kienet difettuża, għaliex il-Kummissjoni pproponiet kampjun qabel il-bidu tal-investigazzjoni.

(14)

Dik il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. Kien wara l-bidu tal-investigazzjoni li l-Kummissjoni għażlet il-kampjun finali, u f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku.

(15)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe pretensjoni jew kummenti oħra, il-kontenut tal-premessi minn (22) sa (25) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

C.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Introduzzjoni

(16)

Kif stabbilit fil-premessa (29) tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat kif definit b’mod provviżorju huma l-esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, f’forma pura jew kif inklużi f’taħlita li toriġina mill-Arġentina u mill-Indoneżja, prodott li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 95, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 90 97, 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (“il-prodott ikkonċernat”, magħruf komunement bħala “bijodiżil”).

2.   Il-pretensjonijiet

(17)

Produttur esportatur Indoneżjan afferma li bil-maqlub ta’ dak li ġie mistqarr fil-premessa (34) tar-Regolament provviżorju, l-ester tal-metil tal-Palm (PME) prodott fl-Indoneżja ma kienx prodott li jixxiebah mal-ester tal-metil taż-żerriegħa tal-kolza (RME) u bijodiżils oħrajn prodotti fl-Unjoni, jew l-ester tal-metil tas-soja (SME) prodott fl-Arġentina minħabba s-CFPP ħafna ogħla tal-PME li jfisser li għandu jitħallat qabel l-użu fl-Unjoni.

(18)

Din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. Il-PME prodott fl-Indoneżja huwa f’kompetizzjoni ma’ bijodiżil prodott fl-Unjoni, li mhux biss RME iżda wkoll bijodiżil magħmul minn żejt tal-palm u materja prima oħra. Il-PME jista’ jintuża fl-Unjoni kollha matul is-sena, billi jitħallat ma bijodiżils oħra qabel l-użu, bl-istess mod bħall-RME u l-SME. Il-PME għalhekk huwa interskambjabbli ma’ bijodiżil magħmul fl-Unjoni u għalhekk huwa prodott simili.

(19)

Il-premessa (35) tar-Regolament provviżorju tiddikjara l-pretensjoni ta’ produttur Indoneżjan li l-esteri tal-metil frazzjonati għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta’ dan il-proċediment. L-istess produttur saħaq din it-talba fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar provviżorju billi ddikjara mill-ġdid l-argument tiegħu minn qabel l-iżvelar provviżorju.

(20)

L-industrija tal-Unjoni madankollu kkontestat din l-affermazzjoni billi qalet li l-esteri tal-metil frazzjonati kienu bijodiżil u għandhom jibqgħu fl-ambitu tal-prodott.

(21)

Wara l-kummenti li waslu wara l-istadju provviżorju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (36) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. Minkejja li diversi esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin għandhom numru tal-indiċi tal-Chemical Abstracts Service (“CAS”) differenti, minkejja li jintużaw proċeduri differenti sabiex jiġu prodotti dawk l-esteri u li jista’ jkun li għandhom użi differenti, l-esteri metiliċi frazzjonati xorta jibqgħu esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin, u xorta jistgħu jintużaw bħala fjuwil. Minħabba d-diffikultajiet sabiex ester metiliku tal-aċidi xaħmin jintgħaraf minn ieħor mingħajr analiżi kimika fil-post tal-importazzjoni, u l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tad-dazji bħala riżultat, bid-dikjarazzjoni li l-bijodiżil PME huwa ester metiliku frazzjonat magħmul miż-żejt tal-palm, il-pretensjoni tibqa’ ma tintlaqax.

(22)

Fil-premessa (37) tar-Regolament provviżorju, ġie msemmi li importatur Ewropew tal-ester metiliku tal-aċidi xaħmin miż-żejt tal-qalba tal-palm (“PKE”) talab li l-importazzjonijiet ta’ dan il-prodott ikunu soġġetti għal eżenzjoni skont l-użu aħħari, jew inkella jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott f’dan il-proċediment.

(23)

L-industrija tal-Unjoni kkummentat wara l-iżvelar provviżorju dwar l-użu tal-eżenzjoni skont l-użu aħħari għal importazzjonijiet tal-PKE u l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tad-dazji proposti. Hija opponiet li l-Kummissjoni tawtorizza l-użu ta’ din l-iskema biex id-dazju antidumping jiġi eżentat, minħabba li l-bijodiżil għandu natura interkambjabbli, il-bijodiżil iddikjarat mhux bħala fjuwil jista’ jintuża bħala fjuwil ġaladarba għandu l-istess propjetajiet fiżiċi. Il-PKE jista’ jintuża bħala fjuwil; l-alkoħol xaħmi mhux saturat li jsir mill-PKE jista’ wkoll jiġi ulterjorment ipproċessat f’bijodiżil; u l-kontolli li d-Dwana tista’ tapplika fuq l-importazzjonijiet fl-iskema ta’ Eżenzjoni skont l-Użu Aħħari huma limitati, u l-piż ekonomiku li jirriżulta mill-użu ta’ din l-iskema huwa sinifikanti.

(24)

Wara konsultazzjonijiet dwar din il-kwistjoni u fid-dawl tal-fatt li l-bijodiżil iddikjarat li mhux għall-użu bħala fjuwil għandu l-istess proprjetajiet fiżiċi bħala bijodiżil għal-użu bħala fjuwil, mhuwiex xieraq li tkun permessal-Eżenzjoni skont l-Użu Aħħari għal importazzjonijiet tal-PKE fil-każ preżenti.

(25)

Importatur Ġermaniż tenna t-talba tiegħu sabiex il-prodott jiġi eskluż u/jew ikun hemm Eżenzjoni skont l-Użu Aħħari għal ester metiliku partikolari tal-aċidi xaħmin manifatturat minn żejt tal-qalba tal-palm (PKE) li kien maħsub għal użu ieħor fl-UE u mhux bħala fjuwil. Il-kummenti magħmula jiddikjaraw mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu, li kienet ġiet miċħuda fl-istadju provviżorju, u ma ngħatat l-ebda evidenza ġdida sabiex isir tibdil fil-konklużjoni biex ma tingħatax Eżenzjoni skont l-Użu Aħħari, u li l-PKE għandu jibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott.

(26)

Produttur esportatur Indoneżjan irrefera wkoll għall-pretensjoni tiegħu għal Eżenzjoni skont l-Użu Aħħari tal-esteri metiliċi frazzjonati, u talab Eżenzjoni skont l-Użu Aħħari għal dawn l-importazzjonijiet sabiex jiġi mmanifatturat l-alkoħol saturat xaħmi. Kif stabbilit hawn fuq, it-talbiet kollha għal Eżenzjoni skont l-Użu Aħħari ġew miċħuda, u l-argumenti stipulati minn din il-parti interessata ma biddlux dik il-konklużjoni.

3.   Konklużjoni

(27)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi minn (29) sa (39) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

D.   ID-DUMPING

1.   Rimarki introduttorji

(28)

Il-premessi (44) u (64) tar-Regolament provviżorju spjegaw li s-swieq tal-bijodiżil tal-Arġentina u tal-Indoneżja huma rregolati ħafna mill-Istat u għalhekk il-bejgħ domestiku ma kienx kkunsidrat bħala magħmul fil-kors ordinarju tal-kummerċ. Bħala konsegwenza, il-valur normali tal-prodott simili kellu jinħadem skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. Dik is-sejba ma ġiet ikkontestata minn ebda parti interessata u għalhekk hija kkonfermata.

(29)

Kemm għall-Arġentina kif ukoll għall-Indoneżja l-valur normali kostrutt fl-istadju provviżorju kien ikkalkulat abbażi tal-ispejjeż ta’ produzzjoni reali (u rreġistrati) tal-istess kumpaniji matul il-PI, il-bejgħ, u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) li kellhom u l-marġini raġonevoli ta’ profitt. Il-premessi (45) u (63) tar-Regolament provviżorju nnutaw b’mod partikolari li l-Kummissjoni se teżamina ulterjorment il-pretensjoni li s-sistemi ta’ Taxxa fuq l-Esportazzjoni Differenzjaat (“DET”) fl-Arġentina u l-Indoneżja joħolqu distorsjoni fil-prezzijiet tal-materja prima u li, għalhekk, l-ispejjeż irreġistrati tal-produzzjoni ma kenux jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott konċernat.

(30)

L-investigazzjoni ulterjuri wriet li s-sistemi ta’ DET tabilħaqq baxxew il-prezzijiet domestiċi tal-materja prima ewlenija fl-Arġentina u l-Indoneżja għal livell artifiċjalment baxx, kif spjegat hawn taħt mill-premessa (35) ‘l quddiem għall-Arġentina u l-premessa (66) għall-Indoneżja u, bħala konsegwenza, jaffettwaw l-ispejjeż tal-produtturi tal-bijodiżil fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Fid-dawl ta’ din is-sejba huwa meqjus xieraq li din id-distorsjoni fl-ispiża tal-materja prima ewlenija għandha tiġi kkunsidrata meta jkun stabbilit il-valuri normali fiż-żewġ pajjiżi, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq li tixref kemm fl-Arġentina kif ukoll fl-Indoneżja.

(31)

Il-Qorti Ġenerali kkonfermat (4) li meta l-prezzijiet tal-materja prima jkunu rregolati b’tali mod li jkunu artifiċjalment baxxi fis-suq domestiku, jista’ jkun preżunt li l-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat tkun affettwata minn distorsjoni. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li f’ċirkustanzi bħal dawn, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma intitolati li jikkonkludu li wieħed mill-partiti fir-reġistri ma jistax jitqies bħala raġonevoli u li, konsegwentement, din il-partita tista’ tiġi aġġustata.

(32)

Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet ukoll li mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku jidher li r-reġistri tal-Parti kkonċernata ma jservux bħala bażi biex jiġi kkalkolat il-valur normali jekk l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mhumiex riflessi f’dawn ir-reġistri. F’dak il-każ, it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tistipula li l-ispejjeż għandhom jiġu aġġustati jew stabbiliti fuq il-bażi ta’ sorsi ta’ informazzjoni oħra apparti dawn ir-reġistri. Dik l-informazzjoni tista’ tittieħed mill-ispejjeż imġarrba minn produtturi jew esportaturi oħra jew, meta dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tistax tintuża, kull sors ta’ informazzjoni raġonevoli ieħor, inkluża informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħrajn.

(33)

Fil-kalkoli provviżorji, il-prezz tax-xiri domestiku reali tal-fażola tas-soja u l-ispiża reali rreġistrata għaż-żejt tal-palm mhux raffinat kienet użata meta nħadmet l-ispiża tal-produzzjoni rispettivament għall-esportaturi produtturi Arġentini u Indoneżjani.

(34)

Minħabba li ċerti spejjeż ta’ produzzjoni, jiġifieri l-ispejjeż tal-materja prima ewlenija (iż-żejt tas-soja u l-fażola tas-soja fl-Arġentina u ż-żejt tal-palm mhux raffinat fl-Indoneżja), instabu li kienu qed isofru minn distorsjoni, dawn ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet ta’ referenza ppubblikati mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi kkonċernati. Dawn il-prezzijiet jirriflettu l-livell tal-prezzijiet internazzjonali.

2.   L-Arġentina

2.1.   Il-valur normali

(35)

Kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni issa waslet għall-konklużjoni li s-sistema ta’ DET fl-Arġentina toħloq distorsjoni fl-ispejjeż ta’ produzzjoni għall-produtturi tal-bijodiżil f’dan il-pajjiż. L-investigazzjoni stabbilixxiet li tul il-PI t-taxxi fuq l-esportazzjoni fuq materja prima (35 % fuq il-fażola tas-soja u 32 % fuq iż-żejt tas-soja) kienu ogħla mit-taxxi fuq l-esportazzjoni fuq il-prodott lest b’mod sinifikanti (rata nominali ta’ 20 % fuq il-bijodiżil, b’rata effettiva ta’ 14,58 % meta titqies rifużjoni ta’ taxxa). Bħala fatt, id-differenza bejn it-taxxa fuq l-esportazzjoni fuq il-fażola tas-soja u l-bijodiżil kienet ta’ 20,42 punt perċentwali, u bejn iż-żejt tas-soja u l-bijodiżil kienet ta’ 17,42 punt perċentwali matul il-PI.

(36)

Biex ikun iddeterminat il-livell ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni għall-fażola tas-soja u għaż-żejt tal-fażola tas-soja, il-Ministeru Arġentin għall-Agrikoltura, il-Bhejjem u s-Sajd jippubblika fuq bażi ta’ kuljum il-prezz FOB għall-fażola tas-soja u għaż-żejt tal-fażola tas-soja – “il-prezz ta’ referenza” (5). Dan il-prezz ta’ referenza jirrifletti l-livell tal-prezzijiet internazzjonali (6) u jintuża biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni li jrid jitħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa.

(37)

Il-prezzijiet domestiċi jsegwu t-tendenzi tal-prezzijiet internazzjonali. L-investigazzjoni stabbilixxiet li d-differenza bejn il-prezz internazzjonali u dak domestiku tal-fażola tas-soja u ż-żejt tal-fażola tas-soja huwa t-taxxa tal-esportazzjoni fuq il-prodott u spejjeż oħra li jsiru biex ikun esportat. Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-Fażola tas-soja u taż-żejt tal-fażola tas-soja huma ppubblikati wkoll mill-Ministeru Arġentin tal-Agrikoltura bħala l-“prezz teoretiku FAS” (7). Il-produtturi tal-fażola tas-soja u taż-żejt tal-fażola tas-soja għalhekk jiksbu l-istess prezz nett irrispettivament jekk ibigħux għall-esportazzjoni jew domestikament.

(38)

Bħala konklużjoni, il-prezzijiet domestiċi tal-materja prima ewlenija li jużaw il-produtturi tal-bijodiżil fl-Arġentina nstabu li kienu b’mod artifiċjali aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali minħabba d-distorsjoni maħluqa mis-sistema Arġentina tat-taxxa fuq l-esportazzjoni u, konsegwentement, l-ispejjeż tal-materja prima ewlenija ma kienux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri miżmuma mill-produtturi Arġentini investigati skont it-tifsira tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku kif interpretat mill-Qorti Ġenerali, kif spjegat hawn fuq.

(39)

Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tirrevedi l-premessa (63) tar-Regolament provviżorju u tinjora l-ispejjeż reali tal-fażola tas-soja (il-materja prima ewlenija mixtrija u użata fil-produzzjoni tal-bijodiżil) kif irreġistrati mill-kumpaniji kkonċernati fil-kontijiet tagħhom u li tissostitwixxihom bil-prezz li bih dawk il-kumpaniji kienu jixtru s-soja fin-nuqqas ta’ tali distorsjoni kif spjegat hawn taħt.

(40)

Sabiex tiġi stabbilita l-ispiża li biha l-kumpaniji kkonċernati kieku kienu jixtru l-fażola tas-soja fin-nuqqas ta’ din it-tip ta’ distorsjoni, il-Kummissjoni ħadet il-medja tal-prezzijiet ta’ referenza tal-fażola tas-soja ppubblikati mill-Ministeru Arġentin tal-Agrikoltura għall-esportazzjoni FOB tal-Arġentina matul il-PI (8).

(41)

L-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Arġentini (CARBO) u l-Awtoritajiet Arġentini stqarrew li aġġustament għall-ispejjeż li sofrewh il-kumpaniji skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku huwa possibbli biss meta r-reġistri, u mhux l-ispejjeż li refgħu l-kumpaniji, ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Huma ddikjaraw li fil-prattika l-Kummissjoni żiedet it-taxxi ta’ esportazzjoni mal-prezz imħallas mill-kumpaniji meta xtraw il-fażola tas-soja, biex b’hekk inkludiet l-ispejjeż tal-produzzjoni bħala element li mhuwiex assoċjat mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Huma żiedu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali “Acron” ikkwotata fid-dokument finali (9) hija bbażata fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-Antidumping tad-WTO (ADA), attwalment qiegħda tkun appellata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u fi kwalunkwe każ il-kunsiderazzjonijiet fattwali huma differenti minn dawk fil-każ preżenti ġaladarba l-prezzijiet tal-materja prima fl-Arġentina mhumiex “irregolati” bħalma hu l-prezz tal-gass fir-Russja, u mhumiex distorti iżda huma ddeterminati liberament mingħajr l-ebda intervent tal-Istat, u għalhekk ma hemm l-ebda sitwazzjoni partikolari fis-suq tal-Arġentina li tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Huma ddikjaraw li s-sistema ta’ DET fl-Arġentina mhijiex inkompatibbli ma’ xi regola tal-kummerċ. Barra minn hekk, CARBIO ddikjarat li billi t-taxxi tal-esportazzjoni ma ġewx ikkunsidrati meta ġie stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni ma għamlitx paragun ġust bejn il-valur normali maħdum (li jqis it-taxxi fuq l-esportazzjoni) u l-prezz tal-esportazzjoni (li ma jinkludix it-taxxi tal-esportazzjoni). Barra minn hekk, hija saħqet li meta saret referenza għall-prezzijiet internazzjonali tal-fażola tas-soja kif stabbilit fiċ-Chicago Board of Trade (CBOT) meta ġie ddeterminat il-valur normali u ma ngħata l-ebda każ għall-qligħ jew għat-telf marbut mal-attivitajiet ta’ hedging fis CBOT meta ġie stabbilit il-prezz għall-esportazzjoni (ara hawn taħt), għal darb’oħra l-Kummissjoni ma għamlitx paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, CARBIO sostniet li bis-sempliċi sostituzzjoni tal-ispejjeż irreġistrati mill-kumpaniji investigati bi prezz internazzjonali, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-vantaġġ kompetittiv naturali tal-produtturi Arġentini. Fl-aħħar nett, CARBIO lmentat li l-Kummissjoni ma kkunsidratx li fl-assenza ta’ DET fl-Arġentina, tal-prezzijiet CBOT tal-fażola tas-soja kienu se jkunu ħafna inqas.

(42)

Dawn il-pretensjonijiet ma jintlaqgħux. Anki jekk il-fatti fil-kawża “Acron” mhumiex l-istess bħal l-fatti f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali madankollu stabbilixxiet il-prinċipju fil-liġi li jekk l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat ma jkunux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri tal-kumpaniji, ma jistgħux iservu bħala bażi għall-kalkolu tal-valur normali. Fil-kawża “Acron” l-ispejjeż ma kinux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri tal-kumpanija kkonċernata minħabba li l-prezz tal-gass kien irregolat. Fil-każ preżenti ġie stabbilit li spejjeż assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mhumiex riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri tal-kumpaniji kkonċernati għax huma baxxi b’mod artifiċjali minħabba distorsjoni kkawżata mis-sistema ta’ DET Arġentina. Dan jgħodd irrispettivament minn jekk is-sistemi ta’ DET b’mod ġenerali jkunux kontra l-Ftehim tad-WTO u kemm jekk le. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq l-interpretazzjoni korretta tal-ADA. Fil-każ China – Broilers, (10) il-bord sab ligħalkemm l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA jistabbilixxi s-suppożizzjoni li l-kotba u r-reġistri tal-konvenut normalment jintużaw biex jiġu kkalkolati l-ispejjeż tal-produzzjoni, l-awtorità investigattiva żżomm id-dritt li tirrifjuta li tuża dawn il-kotba jekk hi tiddetermina li huma jew (i) inkonsistenti mal-GAAP jew, (ii) ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott inkonsiderazzjoni. Madankollu, meta l-awtorità investigattiva tiddeċiedi li tidderoga min-norma, għandha tistipula r-raġunijiet għaliex għamlet hekk. Konsistenti ma’ din l-interpretazzjoni, minħabba d-distorsjoni maħluqa mis-sistema ta’ DET, li toħloq sitwazzjoni partikolari tas-suq, il-Kummissjoni ssostitwixxiet l-ispejjeż imniżżlin mill-kumpaniji kkonċernati għax-xiri tal-materja prima ewlenija fl-Arġentina mal-prezz li kieku kien jitħallas fin-nuqqas tad-distorsjoni stabbilita. Il-fatt li minn perspettiva purament numerika r-riżultat huwa simili ma jfissirx li l-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni kienet tikkonsisti sempliċiment fiż-żieda tat-taxxi tal-esportazzjoni mal-ispejjeż tal-materja prima. Il-prezzijiet internazzjonali tal-kommoditajiet huma stabbiliti fuq il-provvista u tad-domanda, u ma hemm l-ebda evidenza li s-sistema ta’ DET fl-Arġentina taffettwa l-prezzijiet tas-CBOT. Għaldaqstant il-pretensjonijiet u l-allegazzjonijiet kollha, li skonthom il-Kummissjoni bl-użu tal-prezz internazzjonali ma għamlitx paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, huma bla bażi. L-istess jgħodd għall-pretensjoni li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-vantaġġ kompetittiv naturali tal-produtturi Arġentini, minħabba li s-sostituzzjoni tal-ispejjeż irreġistrati mill-kumpaniji saret minħabba l-prezz baxx b’mod mhux normali tal-materja prima fis-suq domestiku, aktar milli minħabba xi vantaġġ komparattiv.

(43)

Fil-premessa (45) tar-Regolament provviżorju, ġie spjegat li peress li l-bejgħ domestiku ma tqisx bħala magħmul fl-andament ordinarju tal-kummerċ, il-valur normali kellu jkun kostrutt bl-użu ta’ ammont raġonevoli ta’ profitt ta’ 15 % skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Xi produtturi esportaturi qalu li l-perċentwali użat mill-Kummissjoni bħala profitt raġonevoli (15 %) fil-kalkolu tal-valur normali kienet għolja żżejjed u bidla radikali fil-prattika stabbilita f’għadd ta’ investigazzjonijiet oħra fi swieq tal-prodotti bażiċi simili (jiġifieri fejn il-profitt użat ikun ta’ madwar 5 %).

(44)

Din il-pretensjoni ma tintlaqax. L-ewwel nett, mhuwiex korrett li l-Kummissjoni tuża sistematikament marġini ta’ profitt ta’ 5 % meta tikkalkula l-valur normali. Kull sitwazzjoni hija stmata fuq il-merti tagħha stess filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Pereżempju, fil-każ tal-bijodiżil tal-2009 kontra l-Istati Uniti, diversi livelli ta’ profitt differenti ntużaw bil-profitt medju peżat li kien ogħla sew minn 15 %. It-tieni, il-Kummissjoni eżaminat ukoll f’terminu qasir u medju r-rata tas-self fl-Arġentina li hija madwar 14 % skont id-dejta tal-Bank Dinji. Ċertament li huwa kkunsidrat raġonevoli li wieħed jistenna li jinkiseb marġini ta’ profitt ogħla meta jsir negozju fis-swieq domestiċi tal-bijodiżil milli mill-ispiża ta’ self ta’ kapital. Barra minn hekk, dan il-profitt huwa saħansitra inqas mill-profitt magħmul matul il-PI mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat, għalkemm dak il-livell jirriżulta minn distorsjonijiet fl-ispejjeż b’riżultat tad-DET u tal-prezzijiet domestiki tal-bijodiżil irregolati mill-Istat. Għalhekk, u għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, huwa sostnut li 15 % profitt huwa ammont raġonevoli li jista’ jinkiseb minn industrija relattiviment ġdida u intesiva fil-kapital fl-Arġentina.

(45)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, CARBIO u l-Awtoritajiet Arġentini ddikjaraw li (i) ir-referenza għal-livelli ta’ profitt fil-każ tal-Istati Uniti ma kinitx ġustifikata; (ii) ir-referenza għar-rata ta’ self fuq terminu medju ta’ żmien ma kinitx loġika, qatt ma ntużat fl-imgħoddi, u jekk dan il-valur referenzjarju għandu jintuża, ma għandux ikun tal-Arġentina, għaliex l-investimenti saru bid-dollaru Amerikan flimkien ma’ entitajiet barranin; (iii) il-profitt li realment qalgħu l-produturi Arġentini ma setax jitqies minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq; u (iv) apparagun, il-profitt fil-mira tal-industrija tal-Unjoni kien previst għal 11 %.

(46)

Dawn il-pretensjonijiet ma jintlaqgħux. Il-Kummissjoni kkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 15 % kien raġonevoli għall-industrija tal-bijodiżil fl-Arġentina, ġaladarba f’dan il-pajjiż l-industrija kienet għadha żagħżugħa u b’kapital intensiv matul il-PI. Ir-referenza għall-marġini ta’ profitt fil-każ tal-Istati Uniti saret biex tiġi kkuntestata l-pretensjoni li l-Kummissjoni tuża sistematikament marġini ta’ profitt ta’ 5 % meta taħdem il-valur normali. Ukoll, ir-referenza għar-rata tas-self għal perjodu ta’ terminu medju ta’ żmien ma kinitx intenzjonata li tiffissa valur referenzjarju, iżda biex tittestja kemm kienu raġonevoli l-marġini użati. L-istess japplika għall-profitt li għamlu realment il-kumpaniji fil-kampjun. Min-naħa l-oħra, minħabba li l-iskop tal-valur normali maħdum huwa differenti mill-kalkolu tal-profitt fil-mira għall-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped, kull paragun bejn it-tnejn huwa irrelevanti. Għalhekk, il-premessa (46) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

(47)

Produttur esportatur jimanifattura l-bijodiżil parzjalment fl-impjanti tiegħu stess u parzjalment permezz ta’ ftehim ta’ ħlas ta’ nollijiet ma’ produttur indipendenti. Dan il-produttur esportatur talab li l-ispiża tal-produzzjoni tiegħu tiġi kkalkulata mill-ġdid bl-użu ta’ medja peżata differenti tal-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu u tal-ispiża tal-produzzjoni ta’ dik imħallsa għal din il-produzzjoni minn dik użata mill-Kummissjoni fl-istadju provviżorju. Din it-talba kienet analizzata u nstabet li kienet ġustifikata u l-ispiża tal-produzzjoni għall-kumpanija kkonċernata ġiet ikkalkolata mill-ġdid skont dan.

(48)

Il-Kummissjoni rċeviet pretensjonijiet speċifiċi minn kumpaniji minuri oħra iżda saru irrilevanti wara l-bidla fil-metodoloġija li biha jinħadem il-valur normali kif spjegat hawn fuq. Is-sejbiet fil-premessi minn (40) sa (46) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati, bil-modifiki spjegati hawn fuq.

2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(49)

Fil-premessa (49) tar-Regolament provviżorju, ġie spjegat li meta l-bejgħ tal-esportazzjoni sar permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati li jinsabu fl-Unjoni, saru aġġustamenti għall-prezz tal-esportazzjoni, inkluż għall-akkumulazzjoni tal-profitt lill-kummerċjant relatat skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, livell ta’ profitt ta’ 5 % għan-negozjant relatat fl-Unjoni kien ikkunsidrat raġonevoli. Żewġ produtturi esportaturi affermaw li marġini ta’ profitt ta’ 5 % għan-negozjant relatat fl-Unjoni kien għoli wisq f’negozju ta’ kummerċ fil-kommoditajiet u li jew ma għandu jintuża l-ebda profitt, inkella għandu jintuża perċentwal iżgħar (sa 2 % jiddependi fuq il-kumpaniji).

(50)

L-ebda evidenza ma ġiet ipprovduta biex issostni din l-affermazzjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-livell ta’ profitt ta’ 5 % għall-kummerċjanti relatati fl-UE huwa kkonfermat.

(51)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, CARBIO saħqet li l-marġini tal-profitt ta’ 5 % kien għoli wisq f’negozju li jagħmel kummerċ fil-kommoditajiet, u għamlet referenza għal studju mħejji mill-KPMG speċifikament għal dan l-iskop, u mressaq quddiem il-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 2013 wara l-konklużjonijiet tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sejbiet tal-istudju ma setgħux jitqiesu bħala kredibbli minħabba limitazzjonijiet fl-analiżi msemmija fl-istudju stess, limitazzjonijiet li wasslu sabiex jiġi magħżul għadd limitat ta’ kumpaniji fil-kummerċ, li nofshom ma kinux qed ibigħu prodotti agrikoli. Għalhekk, l-evidenza pprovduta mhix meqjusa konklussiva. Bħala konsegwenza, il-marġini ta’ profitt ta’ 5 % għall-kummerċjanti relatati fl-UE hija kkonfermata.

(52)

Produttur esportatur ilmenta li meta stabbilixxiet il-prezz għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni ma qisitx l-hekk imsejħa “riżultati tal-hedging”, jiġifieri qligħ jew telf li jagħmel il-produttur meta jbigħ jew jixtri kuntratti futuri ta’ żejt tas-soja fiċ-Chicago Board of Trade (CBOT). Il-kumpanija saħqet li l-hedging huwa element neċessarju fin-negozju tal-bijodiżil minħabba l-volatilità tal-prezzijiet tal-materja prima, u li d-dħul nett għall-bejjiegħ tal-bijodiżil ma jkunx biss il-prezz imħallas mix-xerrej, iżda wkoll il-profitt (jew telf) mill-operazzjonijiet tal-hedging sottostanti.

(53)

Dik l-affermazzjoni ma tintlaqax għaliex l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku b’mod ċar jipprevedi li l-prezz tal-esportazzjoni jkun il-prezz realment imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott meta jinbiegħ għall-esportazzjoni, indipendentement mill-qligħ jew mit-telf marbut mal-prattiki ta’ hedging, – għalkemm huma relatati –.

(54)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri dwar il-prezzijiet ta’ esportazzjoni, il-premessi minn (47) sa (49) tar-Regolament provviżorju, huma b’dan ikkonfermati bil-bidliet imsemmija hawn fuq.

2.3.   Il-paragun

(55)

Fil-premessa (53) tar-Regolament provviżorju, ġie spjegat li meta l-bejgħ bl-esportazzjoni sar permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati li jinsabu barra l-UE, il-Kummissjoni eżaminat jekk in-negozjant relatat għandux ikun ittrattat bħala aġent li jaħdem abbażi ta’ kummissjoni u, jekk iva, sarx aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku sabiex titqies iż-żieda nozzjonali fil-valur li rċieva l-kummerċjant.

(56)

Kumpanija waħda sostniet li l-marġini ta’ profitt użat mill-Kummissjoni għall-kummerċjant relatat barra mill-UE bħala żieda ipotetika kien għoli wisq u li marġini ta’ profitt aktar baxx ikun aktar raġonevoli.

(57)

Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-argumenti mressqa mill-produttur esportatur, iżda kkonkludiet li fid-dawl tal-attivitajiet estensivi mwettqa mill-kummerċjanti relatati, marġini ta’ profitt ta’ 5 % kien meqjus bħala raġonevoli. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma tintlaqax.

(58)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-paragun, il-premessi minn (50) sa (55) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.4.   Il-marġini ta’ dumping

(59)

Il-produtturi esportaturi Arġentini kollha li kkooperaw talbu li jekk dazju antidumping kellu jkun impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina, għandu jkun hemm dazju wieħed għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw, ibbażat fuq il-medja peżata tad-dazji antidumping tal-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun. Huma sostnew din it-talba billi qalu li l-produtturi fil-kampjun kollha għandhom rabtiet kummerċjali jew ta’ tip ieħor bejniethom, dawn jipproduċu, ibigħu, jisssellfu jew ipartu bijodiżil lil xulxin u ħafna drabi l-prodott ta’ diversi kumpaniji jitgħabba flimkien fl-istess bastiment tal-oċean u jintbagħat lejn l-UE u ma jibqax possibbli għall-awtoritajiet doganali li jidentifikaw u jiddistingwu l-prodott ta’ produtturi differenti. Dawn ċirkostanzi partikolari wasslu biex l-impożizzjoni ta’ dazji individwali tkun imprattikabbli.

(60)

Minkejja li t-talba ġejja mill-produtturi esportaturi kollha, inklużi dawk b’limitu inferjuri ta’ marġini ta’ dumping individwali mill-marġini medju peżat, u minkejja s-simplifikazzjoni potenzjali għall-awtoritajiet doganali, din it-talba għandha tiġi miċħuda. Tabilħaqq, diffikultajiet prattiċi allegati ma għandhomx jintużaw bħala skuża biex jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku sakemm ma jkunx inevitabbli. F’dan il-każ, il-prattika tal-kumpaniji li jpartu, jissellfu jew iħalltu b’xi mod ieħor l-prodott ikkonċernat ma jwassalx, fih innifsu, biex l-impożizzjoni ta’ dazji individwali tkun imprattikabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(61)

Tliet kumpaniji talbu li isimhom ikun inkluż fil-lista ta’ produtturi esportaturi li qed jikkooperaw sabiex jibbenefikaw mir-rata ta’ dazju antidumping ta’ dawk il-kumpaniji li kkooperaw imma ma kienux magħżula għall-kampjun minflok id-dazju residwu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(62)

Tnejn mit-tliet kumpaniji kienu diġà qed jimmanifatturaw bijodiżil għas-suq domestiku jew skont ftehimiet ta’ tolling għal produtturi esportaturi oħra matul il-PI, iżda dawn ma kinux qed jesportaw lejn l-Unjoni. It-tielet kumpanija ma kinitx qed tipproduċi bijodiżil matul il-PI billi l-impjant tagħha kien għadu qed jinbena f’dak iż-żmien.

(63)

Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet sabiex kumpanija titqies bħala produttur esportatur li kkoopera ma jintlaħqux fil-każijiet tat-tliet kumpaniji msemmija hawn fuq. Dan japplika mhux biss għall-kumpanija li ma kinitx qed tipproduċi l-bijodiżil waqt il-PI, iżda wkoll għall-kumpaniji li kkoperaw fl-investigazzjoni billi ssottomettew formula tat-teħid tal-kampjuni, minħabba li fit-tweġiba tagħhom għat-teħid tal-kampjun, huma għamluha ċara li kienu qed jipproduċu għas-suq domestiku jew għall-partijiet terzi imma dawn ma kinux qed jesportaw il-bijodiżil għall-UE f’isimhom stess.

(64)

Din il-pretensjoni għalhekk ma tintlaqax u d-dazju antidumping “residwali” għandu japplika għat-tliet kumpaniji inkwestjoni.

(65)

Filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti li saru fuq il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kummenti ulterjuri, it-tabella fil-premessa (59) tar-Regolament provviżorju hija sostitwita b’dan li ġej u l-marġini ta’ dumping definittivi, espressi bħala perċentwali tal-prezz tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Il-kumpanija

Il-marġini ta’ dumping

Louis Dreyfus Commodities S.A.

46,7  %

Grupp “Renova” (Molinos Río de la Plata S.A., Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A. u Vicentin S.A.I.C.)

49,2  %

Grupp “T6” (Aceitera General Deheza S.A., Bunge Argentina S.A.)

41,9  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

46,8  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

49,2  %

3.   L-Indoneżja

3.1.   Il-valur normali

(66)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessi minn (28) sa (34), il-Kummissjoni issa waslet għall-konklużjoni li s-sistema ta’ DET fl-Indoneżja toħloq distorsjoni tal-ispejjeż fil-produzzjoni tal-produtturi tal-bijodiżil f’dan il-pajjiż, u li għalhekk l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat mhumiex riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri miżmuma mill-produtturi Indoneżjani li qed jiġu investigati.

(67)

Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tirrevedi l-premessa (63) tar-Regolament provviżorju u tinjora l-ispejjeż reali taż-żejt tal-palm mhux raffinat (CPO), il-materja prima ewlenija mixtrija u użata fil-produzzjoni tal-bijodiżil, kif irreġistrat mill-kumpaniji kkonċernati fil-kontijiet tagħhom u li tissostitwixxihom bil-prezz li bih dawk il-kumpaniji kienu jixtru s-CPO fin-nuqqas ta’ din it-tip ta’ distorsjoni.

(68)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-livell tal-prezz tas-CPO kummerċjalizzat domestikament huwa sinifikattivament baxx meta mqabbel mal-prezz ta’ referenza “internazzjonali”, id-differenza hija qrib ħafna tat-taxxa fuq l-esportazzjoni applikata għas-CPO. Peress li sistema DET tillimita l-possibbiltajiet għall-esportazzjoni tas-CPO, din twassal għal kwantitajiet akbar ta’ CPO disponibbli fis-suq domestiku, b’hekk toħloq pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet tas-CPO domestiċi. Dan jikkostitwixxi sitwazzjoni partikolari fis-suq.

(69)

Matul il-PI esportazzjonijiet ta’ bijodiżil kellhom rata ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni bejn it-2 u l-5 %. Matul l-istess perjodu l-esprotazzjonijiet tas-CPO kellhom rata ta’ taxxa ta’ esportazzjoni li tvarja bejn il-15 u l-20 % filwaqt li t-taxxa tal-esportazzjoni għar-RBDPO kienet tvarja minn 5 sa 18,5 %. Ir-rati tariffarjii differenti japplikaw skont il-firxa korrispondenti tal-prezzijiet ta’ referenza (li jsegwu x-xejriet tas-suq internazzjonali u ma għandhom xejn x’jaqsmu ma’ differenzi fil-kwalità). It-taxxa fuq l-esportazzjoni għall-frott tal-palm hija stipulata b’rata fissa ta’ 40 %.

(70)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-premessa (63) tar-Regolament provviżorju hija riveduta u l-ispiża tal-materja prima ewlenija (CPO) irreġistrata mill-kumpaniji kkonċernati, skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, ġiet sostitwita bil-prezz ta’ referenza tal-esportazzjoni (HPE) (11) għas-CPO ppubblikat mill-awtoritajiet Indoneżjani li huwa mbagħad ibbażat fuq il-prezzijiet internazzjonali ppubblikati (Rotterdam, il-Malasja u l-Indoneżja). Dan l-aġġustament isir fir-rigward tas-CPO li nxtara minn kumpaniji kemm relatati kif ukoll li mhumiex. L-ispiża tas-CPO ta’ produzzjoni proprja fl-istess entità ġuridika hija aċċettata minħabba li ma nstabet ebda evidenza li l-ispiża tas-CPO ta’ produzzjoni proprja fl-istess entità ġuridika hija affettwata mid-distorsjoni.

(71)

Il-produtturi esportaturi kollha mill-Indoneżja kif ukoll il-Gvern tal-Indoneżja jiddikjaraw li s-sostituzzjoni tal-ispejjeż tas-CPO, kif irreġistrati mill-kumpaniji, bil-prezz tal-esportazzjoni Indoneżjan bħala referenza għas-CPO la huwa permissibbli skont ir-regoli tad-WTO u lanqas skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, u għalhekk hija illegali. F’dan ir-rigward il-Gvern Indoneżjan sostna li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ttrattat lir-Repubblika tal-Indoneżja bħala ekonomija mhux tas-suq. L-argumenti mressqa mill-kumpaniji jistgħu jitqassru kif ġej. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma wrietx xi raġuni biex titbiegħed mill-ispejjeż reali rreġistrati, jew li dawn l-ispejjeż ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, iżda sempliċiment iddikjarat li l-ispejjeż irreġistrati huma artifiċjalment baxxi meta mqabblin mal-prezzijiet internazzjonali, u għalhekk għandhom jiġu sostitwiti.

Dan imur kontra r-regoli tad-WTO, li skont dawn it-test sabiex jiġi ddeterminat jekk spiża partikolari tistax tintuża sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż tal-produzzjoni huwa jekk din l-ispiża hijiex assoċjata mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott, u mhux jekk din l-ispiża tirriflettix b’mod raġonevoli l-valur tas-suq. It-tieni, anki jekk l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku jidher li jippermetti li jista’ jsir aġġustament, l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal sitwazzjonijiet fejn l-Istat jinterferixxi direttament fis-suq billi jistabbilixxi jew jirregola l-prezzijiet f’livell artifiċjalment baxx. Madankollu, f’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni tallega li l-prezz domestiku tas-CPO huwa artifiċjalment baxx mhux għax huwa rregolat mill-Istat, iżda sempliċiment minħabba t-taxxa tal-esportazzjoni imposta fuq is-CPO. Anki kieku dan kellu jkun il-każ, kwalunkwe effett fuq il-prezz domestiku għandu jitqies bħala aċċidentali jew sempliċiment effett kollaterali mis-sistema tat-taxxa fuq l-esportazzjoni. It-tielet, il-Kummissjoni b’mod żbaljat toqgħod fuq is-sentenza ta’ Acron sabiex tiġġustifika l-legalità tal-aġġustament tas-CPO. Din is-sentenza hija attwalment taħt appell u għalhekk ma tistax tiġi kkunsidrata bħala preċedent. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċirkustanza fattwali f’Acron kienet differenti minħabba li tirreferi għal sitwazzjoni fejn, għall-kuntrarju tal-prezzijiet tas-CPO fl-Indoneżja li huma stabbiliti b’mod liberu fis-suq, il-prezzijiet tal-gass kienu rregolati mill-Istat. Fl-aħħar nett, il-Gvern tal-Indoneżja sostna li l-aġġustament fl-Artikolu 2(5) sar biss sabiex jiżdiedu l-marġini tad-dumping permezz ta’ differenzi fit-tassazzjoni.

(72)

Il-pretensjoni li l-aġġustament skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku huwa illegali skont id-WTO u/jew ir-regoli tal-Unjoni ma tintlaqax. Ir-Regolament bażiku ttraspona l-Ftehim Antidumping tad-WTO (ADA), u għalhekk id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 2(5), huma kkunsidrati bħala konformi mal-obbligi tal-Unjoni skont l-ADA. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli b’mod ugwali kemm għall-ekonomiji tas-suq kif ukoll għall-ekonomiji mhux tas-suq. Kif imsemmi hawn fuq (il-premessa 42), il-Qorti Ġenerali, fil-kawża ta’ Acron, stabbilixxiet l-istat tad-dritt li jekk l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat ma jkunux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri tal-kumpaniji, ma jservux bħala bażi biex jiġi kkalkulat il-valur normali, u li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu sostitwiti bi spejjeż li jirriflettu prezz stabbilit mill-forzi tas-suq skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Il-fatt li l-kawża ta’ Acron kellha x’taqsam ma’ prezzijiet li kienu rregolati mill-Istat, ma jistax jiġi interpretat madankollu li jfisser li l-Kummissjoni mhijiex awtorizzata tapplika l-Artikolu 2(5) għal forom oħra ta’ intervent mill-Istat li jgħawweġ, direttament jew indirettament suq partikolari billi jniżżel l-prezzijiet għal livell artifiċjalment baxx. Il-Bord fil-każ China – Broilers reċentement wasal għal konklużjoni simili fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA. Fil-każ preżenti l-Kummissjoni sabet li l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mhumiex riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri tal-kumpaniji kkonċernati għax huma baxxi b’mod artifiċjali mis-sistema ta’ DET Indoneżjana. Għalhekk il-Kummissjoni kienet kompletament iġġustifikata meta aġġustat l-ispejjeż għas-COP skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-pretensjoni mill-Gvern Indoneżjan, ta’ min jinnota li l-aġġustament tal-Artikolu 2(5) huwa bbażat fuq id-differenza li hemm bejn il-prezzijiet domestiċi u internazzjonali tas-CPO, u mhux fuq xi differenzi fit-tassazzjoni.

(73)

Żewġ produtturi esportaturi fl-Indoneżja sostnew li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-prezz domestiku Indoneżjan tas-CPO huwa distort. Huma jargumentaw li l-ipoteżi bażika tal-Kummissjoni li d-DET tillimita l-possibbiltà li s-CPO jiġi esportat, u twassal biex kwantitajiet akbar ta’ CPO jkunu disponibbli fis-suq domestiku u b’hekk jonqsu l-prezzijiet domestiċi tas-CPO hija fattwalment inkorretta ġaladarba s-CPO jiġi esportat fi kwantitajiet kbar (70 % tal-produzzjoni kollha). Fi kwalunkwe każ, anki li kieku s-suq domestiku tas-CPO jiġi kkunsidrat mgħawweġ minħabba d-DET, il-prezz tal-HPE jkun ukoll mgħawweġ peress li huwa bbażat fuq il-prezzijiet internazzjonali tal-esportazzjoni, li jinkludu t-taxxa tal-esportazzjoni. Għalhekk, il-prezz tal-HPE għas-CPO ma jistax jintuża bħala l-prezz referenzjarju xieraq għal aġġustament fl-ispiża tas-CPO.

(74)

Minkejja li s-CPO huwa esportat mill-Indoneżja fi kwantitajiet kbar, l-investigazzjoni wriet li l-prezz domestiku tas-CPO għadu artifiċjalment baxx meta mqabbel mal-prezzijiet internazzjonali. Barra minn hekk, id-differenza li nstabet fil-prezz, hija qrib it-taxxa tal-esportazzjoni imposta mid-DET. Għalhekk tajjeb li jiġi konkluż li l-livell baxx tal-prezzijiet huwa r-riżultat ta’ distorsjoni pprovokata mid-DET. Barra minn hekk, il-prezzijiet internazzjonali tal-kommoditajiet, inkluż is-CPO, huma ddeterminati abbażi tal-provvista u d-domanda, li jirriflettu d-dinamika tal-forzi tas-suq. Ma ġiet ippreżentata l-ebda prova li tindika li dawn il-forzi tas-suq tgħawġu minħabba d-DET Indoneżjana. Il-pretensjoni li l-HPE huwa valur referenzjarju mhux adegwat hija għalhekk ma tintlaqax.

(75)

Produttur esportatur wieħed, li nstab li ma kellux bejgћ domestiku rappreżentattiv (il-premessa (60) tar-Regolament provviżorju) stqarr li l-Kummissjoni kienet żbaljat meta għamlet it-test ta’ rappreżentazzjoni fuq il-bażi tal-bejgħ minn kumpaniji relatati individwalment minflok il-bejgħ globali tal-kumpaniji kollha fil-grupp. Madanakollu huwa xorta waħda jirrikonoxxi li dan l-allegat żball ma kellu l-ebda impatt fuq is-sejba provviżorja f’dan ir-rigward. Ta’ min ifakkar li fir-rigward ta’ dan il-produttur esportatur il-kumpaniji kollha relatati fallew individwalment mit-test ta’ rappreżentazzjoni. Għalhekk, anki jekk din l-istqarrija kellha tkun fondata huwa ċar li t-test ta’ rappreżentazzjoni fuq il-bażi tal-ammont totali ta’ bejgħ domestiku tal-kumpaniji relatati kollha ma setax, kif rikonoxxut mill-produttur esportatur, ikollu impatt fuq is-sejbiet provviżorji. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn (60) sa (62) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(76)

Parti waħda sostniet li fir-rigward tal-premessa (63) tar-Regolament provviżorju, SG&A esaġerat intuża għal dik il-parti. Wara li ġiet eżaminata din l-affermazzjoni, deher li l-SG&A kemm għall-bejgħ domestiku kif ukoll dak għall-esportazzjoni kienet inkluża fil-kostruzzjoni tal-valur normali. Għalhekk saru l-korrezzjonijiet neċessarji biex l-SG&A tintuża biss għall-bejgħ domestiku.

(77)

Parti waħda ddubitat il-kostruzzjoni tal-valur normali u b’mod partikolari l-għażla tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6) kif iddikjarat fil-premessa (65) tar-Regolament provviżorju. L-Artikolu 2(6) jipprevedi għal tliet metodoloġiji alternattivi biex jiġi stabbilit l-SG&A u l-profitt f’każ li d-dejta reali tal-kumpanija ma tistax tintuża. Din il-parti ddikjarat li dawn it-tliet metodoloġiji għandhom ikunu konsidrati fl-ordni li huma ppreżentati u li għalhekk l-Artikolu 2(6)(a) u l-Artikolu 2(6)(b) għandhom jitqiesu li għandhom jiġu applikati l-ewwel.

(78)

Waqt li r-Regolament provviżorju deher li jindirizza biss l-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6)(c), il-premessi li ġejjin jelaboraw għaliex l-Artikolu 2(6)(a) u l-Artikolu 2(6)(b) ma japplikawx f’dan il-każ.

(79)

L-Artikolu 2(6)(a) mhuwiex applikabbli peress li l-ebda ammonti reali ma kienu stabbiliti għall-ebda waħda mill-kumpaniji Indoneżjani (u Arġentini) magħżula minħabba li huma ma kellhom l-ebda bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ. Għalhekk, l-ebda dejta dwar l-ammonti reali ta’ kwalunkwe esportatur jew produttur (fil-kampjun) ma hi disponibbli biex ikun applikat l-Artikolu 2(6)(a).

(80)

L-Artikolu 2(6)(b) mhuwiex applikabbli minħabba li l-kumpaniji Indoneżjani (u Arġentini) kollha fil-kampjun ma għandhomx il-bejgћ tal-prodotti mill-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti li jsir fl-andament normali tal-kummerċ.

(81)

Fir-rigward tal-Artikolu 2(6)(b), din il-parti argumentat wkoll li r-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mar-Regolament tad-WTO sal-punt li fl-Artikolu 2(6)(b) fih ir-rekwiżit li l-bejgħ għandu jsir fl-andament ordinarju tal-kummerċ. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (72) hawn fuq, ir-Regolament bażiku ttraspona l-Ftehim Antidumping tad-WTO (ADA) u għalhekk huwa kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 2(6), huma konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont l-ADA, u li l-bejgħ fil-kors normali tal-kummerċ huwa kollu kemm hu konformi. ..

(82)

Għalhekk, l-għażla tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6)(c) fl-użu ta’ kwalunkwe metodu ieħor raġonevoli sabiex ikun iddeterminat il-marġini ta’ profitt huwa kkonfermat.

(83)

Barra minn hekk, diversi partijiet qiesu li l-marġini ta’ profitt ta’ 15 % użat meta ġie kostrutt il-valur normali kien eċċessiv. Huma jsostnu li r-Regolament provviżorju ma jispjegax kif il-Kummissjoni kkalkulat il-15 % u għalhekk jassumu li l-Kummissjoni ħadet il-15 % mill-marġini ta’ profitt użat fil-kalkoli tad-dannu. Huma sostnew li f’bosta każijiet oħra li jikkonċernaw kommoditajiet il-Kummissjoni użat marġini ta’ profitt ta’ madwar 5 %. Bosta partijiet issuġġerixxew li jintuża l-marġini tal-profitt tal-każ tal-bijoetanol mill-Istati Uniti. Parti minnhom ssuġġerixxiet ukoll li jintuża marġini ta’ profitt aktar baxx għall-bejgħ tagħha ta’ taħlita ta’ bijodiżil ma’ diżil minerali. Barra minn hekk, il-Gvern tal-Indoneżja sostna li s-sostituzzjoni tal-ispiżat tas-CPO hija xogħol doppju skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku meta fl-istess ħin jintuża l-marġini ta’ profitt ta’ 15 % skont l-Artikolu 2(6)(c) li jirrifletti l-marġni ta’ profitt ta’ suq mhux distort..

(84)

L-ewwel nett, mhuwiex korrett li l-Kummissjoni sistematikament tuża marġini ta’ profitt ta’ 5 % meta tikkalkula l-valur normali. Kull sitwazzjoni hija stmata fuq il-merti tagħha stess filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Pereżempju, fil-proċediment tal-bijodiżil tal-2009 kontra l-Istati Uniti, diversi livelli ta’ profitt differenti ntużaw bil-profitt medju peżat li kien ogħla sew minn 15 %. It-tieni, minħabba li rata tas-self fuq terminu qasir u medju ta’ żmien fl-Indoneżja hija ta’ madwar 12 % skont id-dejta tal-Bank Dinji, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li l-marġini ta’ profitt fit-twettiq tan-negozju fis-suq tal-bijodiżil domestiku jkun ogħla mill-ispiża tas-self tal-kapital. Ir-referenza għar-rata ta’ self fuq terminu medju mhijiex intiża bħala punt ta’ referenza iżda sabiex tittestja r-raġonevolezza tal-marġini wżat. It-tielet, kemm jekk il-bejgħ ta’ taħlita ta’ bijodiżil ma’ diżil minerali jkun fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, jew le, l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku jistipula, kif diġà ssemma fil-premessa (80) hawn fuq, li bejgħ bħal dan għandu jsir fl-andament normali tal-kummerċ. Minħabba li l-bejgħ domestiku tal-bijodiżil mhux fl-andament normali tal-kummerċ, il-bejgħ ta’ taħlita ta’ bijodiżil ma’ diżil minerali mhux, mutatis mutandis, meqjus li sar fl-andament normali tal-kummerċ. Għalhekk, u għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, 15 % profitt huwa ammont raġonevoli li jista’ jinkiseb minn industrija relattivament ġdida, b’kapital intensiv fl-Indoneżja. L-argument tal-Gvern tal-Indoneżja dwar l-effett doppju ma jistax jiġi aċċettat ġaladarba l-aġġustamenti fl-ispiża skont l-Artikolu 2(5) kif ukoll il-profitt raġonevoli skont l-Artikolu 2(6)(c) huma żewġ kwistjonijiet distinti b’mod ċar. Il-premessa (65) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

(85)

Parti stqarret li peress li l-prezz HPE għas-CPO għadu jinkludi l-ispejjeż internazzjonali tat-trasport, u billi l-iskop tal-aġġustament tal-prezz domestiku tas-CPO għal-livell tal-prezz internazzjonali tas-CPO għadu l-iskop li jistabbilixxi prezz mhux distort tas-CPO domestiku, il-prezz HPE għas-CPO għandu jiġi aġġustat ‘l isfel biex jeskludu l-ispejjeż tat-trasport.

(86)

Dik il-pretensjoni ma tintlaqax. Il-Kummissjoni kienet qed tikkunsidra għadd ta’ alternattivi għall-għażla ta’ prezz mill-aktar xieraq li għandu jintuża bħala prezz ta’ referenza internazzjonali. Għandu jiġi mfakkar li l-awtoritajiet Indoneżjani nfushom jużaw il-prezz HPE bħala valur referenzjarju sabiex jikkalkulaw ta’ kull xahar il-livell tad-dazji fuq l-esportazzjoni. Il-prezz HPE kif definit mill-awtoritajiet Indoneżjani kien għalhekk meqjus bħala l-aktar prezz ta’ referenza internazzjonali adattat li għandu jintuża bħala valur referenzjarju sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ distorsjoni fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Indoneżja.

(87)

Iż-żewġ partijiet stipulaw li l-Kummissjoni naqset milli tqis li huma jimmanifatturaw il-bijodiżil minn materja prima, li hija differenti mis-CPO, jiġifieri d-distillat tal-aċidi xaħmin tal-palma (“PFAD”), iż-żejt tal-palm raffinat (“RPO”) jew l-isterina tal-palm raffinata (“RST”). L-aġġustament tas-CPO (kif deskritt fil-premessa (70)), meta ma kkunsidrax kemm il-partijiet użaw realment materja prima fil-produzzjoni tal-bijodiżil tagħhom, kien applikat fuq materja prima mhux suppost ntużat, u dan għalhekk wassal għal livell mhux korrett fil-valur normali maħdum.

(88)

Dawk il-pretensjonijiet ma jintlaqgħux. Għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni biddlet biss l-ispiża tas-CPO mixtri minn fornituri relatati u mhux relatati, għall-produzzjoni tal-bijodiżil. Rigward il-prodotti sekondarji bħall-PFAD, l-RPO u l-RST li jirriżultaw mill-ipproċessar tas-CPO mixtri, u li huma pproċessati ulterjorment sabiex jipproduċu l-bijodiżil, ma sar l-ebda aġġustament.

(89)

It-tliet partijiet sostnew li l-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi li x-xiri tagħhom tas-CPO minn kumpaniji relatati għandu jiġu ttrattat bħall-produzzjoni interna, bl-istess mod, u għalhekk l-ebda aġġustament skont l-Artikolu 2(5) ma għandu japplika [kif spjegat fil-premessa (70) ta’ hawn fuq). Il-partijiet jgħidu li t-tranżazzjonijiet fil-grupp twettqu skont il-prinċipju tad-distakkament u għalhekk ma għandhomx jiġu aġġustati u sostitwiti minn prezz internazzjonali. Barra minn hekk, produttur esportatur sostna li l-valur normali maħdum għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kull xahar matul il-PI.

(90)

Ladarba l-prezz ta’ trasferiment intern ma jistax jitqies kredibbli, hija prattika standard tal-Kummissjoni li tivverifika jekk it-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati twettqux skont il-prinċipju tad-distakkament. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni tqabbel il-prezz ta’ bejn il-kumpaniji relatati mal-prezz tas-suq sottostanti. Ladarba l-prezz sottostanti tas-suq domestiku huwa distort, il-Kummissjoni ma tistax tagħmel din il-verifika. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tibdel dan il-prezz mhux kredibbli bi prezz raġonevoli li jista’ jiġi applikat f’kundizzjonijiet normali tas-suq skont il-prinċipju tad-distakkament. F’dan il-każ, il-prezz internazzjonali. Rigward il-pretensjoni biex il-valur normali maħdum ikollu kalkolu ta’ kull xahar, l-informazzjoni pprovduta u vverifikata ma kienx fiha informazzjoni ddettaljata biżżejjed biex tippermetti kalkolu ta’ din ix-xorta. Għaldaqstant iż-żewġ pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(91)

L-industrija tal-Unjoni sostniet li l-ispiża tas-CPO prodott minnhom stess fl-istess entità ġuridika għandha wkoll tiġi aġġustata skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku billi huwa wkoll affettwat bid-distorsjoni li nħolqot mid-DET.

(92)

Dik il-pretensjoni ma tintlaqax. Fil-proċess tal-produzzjoni tal-bijodiżil, il-materja prima tgħaddi minn diversi stadji ta’ raffinar/pproċessar, l-ispejjeż ta’ dawn l-istadji ta’ produzzjoni jistgħu jitqiesu kredibbli peress li qegħdin isiru fl-istess entità ġuridika, u l-problema tal-prezzijiet ta’ trasferiment mhux kredibbli kif deskritti hawn fuq ma sseħħx.

(93)

Produttur esportatur sostna li l-Kummissjoni kellha tnaqqas l-hekk imsejjaħ aġġustament fil-prezzijiet mill-valur normali maħdum. Dik il-pretensjoni ma tistax tiġi aċċettata. Il-valur normali maħdum ġie stabbilit abbażi tal-ispejjeż. Għalhekk ma jkunx xieraq li jsiru xi aġġustamenti abbażi ta’ konsiderazzjonijiet dwar il-prezz.

3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(94)

Parti ddubitat l-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni, billi qalet li kemm il-gwadann tal-hedging u kif ukoll it-telf minnu għandhom jitqiesu, u allegat li hemm trattament kontabilistiku inkonsistenti tal-gwadann u tat-telf mill-hedging tal-bijodiżil.

(95)

Il-pretensjoni li kemm il-gwadann u kif ukoll it-telf mill-hedging għandhom jitqiesu għandha tiġi miċħuda. L-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku b’mod ċar jipprevedi li l-prezz tal-esportazzjoni jkun il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni, indipendentement mill-qligħ jew it-telf separati, – għalkemm relatati, – li għandhom x’jaqsmu ma’ prattiki ta’ hedging. Għalhekk, il-metodoloġija fil-premessi (66) u (67) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

(96)

Il-Kummissjoni tagħraf li trattament kontabilistiku inkonsistenti tal-gwadann u t-telf mill-hedging tal-bijodiżil ta’ parti waħda seħħ fl-istadju provviżorju. Din il-pretensjoni ġiet aċċettata u saru l-korrezzjonijiet neċessarji.

(97)

Fir-rigward tal-premessa (68) tar-Regolament provviżorju, parti waħda sostniet li l-marġini ta’ profitt ta’ 5 % użat għall-kumpaniji kummerċjali relatati li jinsabu fl-Unjoni jirriżulta f’redditu eċċessiv fuq il-kapital u jesaġera l-profitt li huwa normalment miksub fuq il-bejgħ tal-bijodiżil minn kummerċjanti mhux relatati. Hija tiddikjara li redditu tipiku fuq il-kapital jikkorrispondi għal marġini ta’ profitt ta’ 1,3 % - 1,8 %.

(98)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati u minħabba li kumpaniji ta’ kummerċ huma negozji ta’ servizzi mingħajr investimenti kapitali sinifikanti li jrendu r-redditu fuq il-kapital imsemmi hawn fuq irrilevanti, il-Kummissjoni tiċħad il-pretensjoni ta’ hawn fuq u tqis l-marġini ta’ profitt ta’ 5 % bħala raġonevoli f’dan il-każ. Il-premessa (68) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

(99)

Fir-rigward tal-premessa (69) tar-Regolament provviżorju, parti waħda sostniet li l-primjum għall-għadd doppju tal-bijodiżil għandu jiżdied mal-prezz tal-esportazzjoni, minħabba li din hija biss l-implimentazzjoni tal-liġi Taljana.

(100)

Anki jekk il-Kummissjoni taċċetta din il-pretensjoni u żżid l-primjums għall-prezz tal-esportazzjoni, il-primjums ikollhom jerġgħu jitnaqqsu skont l-Artikolu 2(10)(k) sabiex jitqabbel il-prezz tal-esportazzjoni mal-istess valur normali b’kunsiderazzjoni dovuta tad-differenzi li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet. Minħabba li fl-Indoneżja ma hemm l-ebda primjum għal għadd doppju tal-bijodiżil, il-prezz ogħla għall-esportazzjoni fl-Italja għalhekk ma jkunx direttament komparabbli. Għaldaqstant, dak l-argument huwa miċħud u l-premessa (69) tar-Regolament provviżorju hija permezz ta’ dan ikkonfermata.

(101)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, dik il-parti sostniet il-pretensjoni tagħha. Madankollu ma tressaq l-ebda argument addizzjonali sostanzjali li jista’ jibdel il-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-premessa (69) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

(102)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, bosta produtturi esportaturi ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar żbalji klerikali li allegatament kienu fil-kalkoli tad-dumping. Dawk il-pretensjonijiet ġew eżaminati, u fejn ikun iġġustifikat saru l-korrezzjonijiet fil-kalkoli.

3.3.   Il-paragun

(103)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-paragum, il-premessi minn (70) sa (75) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.4.   Il-marġini ta’ dumping

(104)

Filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti tal-valur normali tal-prezz tal-esportazzjoni, kif stabbilit fil-premessi hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-marġini ta’ dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Il-kumpanija

Il-marġini ta’ dumping

PT. Ciliandra Perkasa, Jakarta

8,8  %

PT. Musim Mas, Medan

18,3  %

PT. Pelita Agung Agrindustri, Medan

16,8  %

PT. Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan and PT. Wilmar Nabati Indonesia, Medan

23,3  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

20,1  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

23,3  %

E.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(105)

Ir-Regolament provviżorju, fil-premessi minn (80) sa (82), iddefinixxa l-industrija tal-Unjoni u kkonferma li tliet kumpaniji kienu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, jiġifieri li huma importaw b’mod sinifikanti aktar bijodiżil mill-pajjiżi kkonċernati milli pproduċew.

(106)

Żewġ kumpaniji oħra kienu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba li dawn ma kinux ipproduċew bijodizil matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(107)

Kienu riċevuti kummenti wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju li kumpaniji oħra għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-importazzjoni ta’ bijodiżil mill-pajjiżi kkonċernati, u wkoll minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-produtturi esportaturi fl-Arġentina u l-Indoneżja, li b’hekk jipproteġu ruħhom mill-konsegwenzi negattivi tad-dumping.

(108)

Dawk il-kummenti ma ntlaqgħux. Wara li ġiet analizzata l-pretensjoni b’rabta ma’ relazzjonijiet bejn il-produtturi esportaturi u l-industrija tal-Unjoni nstab li kumpanija azzjonarja kellha ishma kemm ta’ produttur esportatur tal-Arġentina kif ukoll ta’ produttur tal-Unjoni.

(109)

L-ewwel nett, dawk il-kumpaniji nstabu li kienu qed jikkompetu apertament ma’ xulxin għall-istess klijenti fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk urew li r-relazzjoni tagħhom ma kellha l-ebda impatt fuq il-prattiki tan-negozju tal-produttur esportatur Arġentin jew dak tal-Unjoni.

(110)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, parti interessata talbet informazzjoni b’rabta mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar li l-esportaturi Arġentini u l-industrija tal-Unjoni kienu qed jikkompetu għall-istess klijenti fis-suq Ewropew. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, u l-investigazzjoni tal-esportaturi Arġentini, urew dan il-fatt, u ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li tissostanzja l-allegazzjoni li l-esportaturi Arġentini u l-produtturi tal-Unjoni kienu qablu li ma jikkompetux fil-bejgħ ta’ bijodiżil lill-utenti finali. L-għadd ta’ utenti finali huwa relattivament żgħir u magħmul fil-biċċa l-kbira minn raffineriji taż-żejt li jixtru kemm mingħand produtturi kif ukoll importaturi tal-Unjoni.

(111)

It-tieni, l-interess prinċipali tal-produttur tal-Unjoni msemmi fil-premessa (108) ta’ hawn fuq nstab li kien fl-Unjoni, b’mod partikolari l-produzzjoni tiegħu u l-attivitajiet ta’ bejgħ relatati, kif ukoll attivitajiet ta’ riċerka. B’riżultat ta’ dan, il-konklużjoni kienet li r-relazzjoni ma kinitx raġuni biex tiġi eskluża din il-kumpanija mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament bażiku.

(112)

Il-fatt li xi wħud mill-industrija tal-Unjoni kienu qed jimportaw il-bijodiżil mill-pajjiżi kkonċernati huwa fih innifsu mhux biżżejjed biex ibiddel id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif spjegat fir-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati saru għad-difiża proprja. Barra minn hekk, instab li l-interess prinċipali ta’ xi produtturi tal-Unjoni li importaw mill-pajjiżi kkonċernati baqa’ fl-Unjoni, – dawn il-kumpaniji kienu qed jipproduċu aktar f’termini ta’ volum milli kienu qed jimportaw u l-funzjonijiet ta’ riċerka tagħhom twettqu fl-Unjoni.

(113)

Parti waħda interessata allegat li l-industrija tal-Unjoni għandu jkun fiha wkoll dawk il-kumpaniji li kienu qed jixtru l-bijodiżil u qed iħalltuh b’diżil minerali, minħabba li dawn it-taħlitiet kienu wkoll il-prodott ikkonċernat. Din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. Il-prodott ikkonċernat huwa l-bijodiżil, f’forma pura jew inkella f’taħlita. Għaldaqstant il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma produtturi tal-bijodiżil u mhux il-kumpaniji li jħalltu l-bijodiżil mad-diżil minerali.

(114)

Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif stabbilita fil-premessi minn (80) sa (82) tar-Regolament provviżorju hija għalhekk ikkonfermata, flimkien mal-volum tal-produzzjoni waqt il-PI kif stabbilit fil-premessa (83) tar-Regolament provviżorju.

2.   Il-konsum mill-Unjoni

(115)

Wara l-iżvelar provviżorju l-industrija tal-Unjoni għamlet korrezzjoni żgħira tal-bejgħ tagħhom għall-2009, biex b’hekk aġġustaw il-konsum tal-Unjoni għal dik is-sena. Din il-korrezzjoni ma tibdilx it-tendenza jew il-konklużjonijiet misluta mid-dejta fir-Regolament provviżorju. It-Tabella 1 hija kkoreġuta hawn taħt. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi minn (84) sa (86) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

Il-konsum mill-Unjoni

2009

2010

2011

IP

Tunnellati

11 151 172

11 538 511

11 159 706

11 728 400

Indiċi 2009 = 100

100

103

100

105

Sors: Eurostat, dejta mill-industrija tal-Unjoni

3.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(116)

Fil-premessi minn (88) sa (90) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddeterminat li l-kundizzjonijiet kienu sodisfatti għal valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-Arġentina u l-Indoneżja. Dan kien ikkontestat minn parti interessata li allegat li l-PME mill-Indoneżja ma kienx qiegħed jikkompeti ma’ bijodiżil magħmul fl-Unjoni fuq l-istess bażi bħall-SME mill-Arġentina, u li l-PME tal-Unjoni kien orħos mill-bijodiżil prodott minħabba li l-materja mhux raffinata (jew “il-materja prima”) kienet irħas mill-materja prima disponibbli fl-Unjoni.

(117)

Dawk l-argumenti ma ntlaqgħux. Kemm l-SMEs u l-PME huma importati fl-Unjoni, u huma wkoll manifatturati fl-Unjoni, u huma mħallta ma’ RME u bijodiżils oħrajn immanifatturat fl-Unjoni qabel jinbiegħu jew jitħalltu ma’ diżil minerali. Dawk li jħalltu jkollhom l-għażla ta’ xiri ta’ bijodiżil minn materja prima differenti u oriġini differenti biex jipproduċu prodott finali, ibbażat fuq is-suq u l-kundizzjonijiet klimatiċi matul is-sena. Il-PME jinbiegħ fi kwantitajiet akbar matul ix-xhur tas-sajf u kwantitajiet iżgħar matul ix-xhur tax-xitwa, iżda għadu f’kompetizzjoni mal-RME u l-bijodiżil magħmul fl-Unjoni kif ukoll l-SME mill-Arġentina.

(118)

Il-premessa (90) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

4.   Il-volum, il-prezz u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati

(119)

Parti interessata partikolari kkuntestat id-dejta tal-importazzjoni stabbilita fit-Tabella 2 tar-Regolament provviżorju, għax qalet li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu ħafna inqas minn dawk ippreżentati fit-tabella. Id-dejta tal-importazzjoni fit-Tabella 2 kienet ibbażata fuq id-dejta tal-Eurostat, li kienet verifikata bir-reqqa u nstab li hija korretta, u skont id-dejta miġbura mingħand l-esportaturi Indoneżjani. Il-bijodiżil huwa prodott relattivament riċenti, u l-kodiċijiet doganali applikabbli għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil inbidlu ta’ spiss matul dawn l-aħħar snin. Għalhekk, meta tkun qed tiġi estratta dejta minn Eurostat, il-kodiċijiet applikabbli dak iż-żmien għandhom jintużaw sabiex jiżguraw li d-dejta hija akkurata. Dan jispjega għaliex l-estrazzjoni tad-dejta tal-parti interessata mhix kompluta u dan juri inqas importazzjonijiet mid-dejta sħiħa ppreżentati fit-Tabella 2.

(120)

Minħabba bidla żgħira fil-konsum tal-Unjoni fit-Tabella 1, is-sehem tas-suq għall-Arġentina għall-2009 fit-Tabella 2 ukoll inbidel xi ftit, waqt li għall-Indoneżja ma kien hemm l-ebda bidla. Din ma tbiddilx it-tradizzjoniet tad-dejta jew il-konklużjonijiet stabbiliti minnhom. Is-sehem tas-suq huwa kkoreġut hawn taħt.

 

2009

2010

2011

PI

Importazzjonijiet mill-Arġentina

 

 

 

 

Sehem mis-suq

7,7  %

10,2  %

12,7  %

10,8  %

Indiċi 2009 = 100

100

135

167

141

Sors: Il-Eurostat

5.   Twaqqigħ tal-prezz

(121)

Kif stipulat fil-premessi minn (94) sa (96) tar-Regolament provviżorju, sabiex jiġi stabbilit it-twaqqigħ fil-prezz, il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Arġentina u l-Indoneżja tqabbel mal-prezz ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, bl-użu ta’ dejta minn kumpaniji fil-kampjun. F’dan it-tqabbil, il-bijodiżil importat mill-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ mill-ġdid ġie eskluż mill-kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezz.

(122)

Partijiet interessati nnutaw li l-metodoloġija użata, minħabba li hija paragun tal-Punt Limitu tal-Filtrabbiltà fil-Ksieħ (“CFPP”), ma kinitx l-istess bħal dik użata f’investigazzjoni kontra d-dumping preċedenti li kient tinvolv bijodiżil mill-Istati Uniti, fejn il-paragun sar fuq il-materja prima.

(123)

Għall-kuntrarju tal-produtturi esportaturi fl-Arġentina u l-Indoneżja, l-industrija tal-Unjoni ma tbigħx bijodiżil magħmul minn materja prima waħda, iżda tħallat bosta materji primi biex tipproduċu l-bijodiżil finali li jinbiegħ. Il-klijent aħħari ma jkunx konxju, u lanqas tirrigwardah, il-kompożizzjoni ta’ dak li jkun qiegħed jixtri ladarba l-prodott jissodisfa s-CFPP meħtieġ. Dak li jimporta għall-klijent huwa s-CFPP irrispettivament liema materja prima tiġi użata. F’dawn iċ-ċirkostanzi, instab li jkun xierqa li f’dan il-proċediment isir paragun tal-prezzijiet abbażi tas-CFPP.

(124)

Għal importazzjonijiet mill-Indoneżja, li jinsabu f’CFPP ta’ 13 jew aktar, sar aġġustament, li huwa d-differenza fil-prezz bejn il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ CFPP 13 u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ CFPP 0, sabiex ikun ipparagunat is-CFPP 13 jew iktar mill-Indoneżja mas-CFPP 0 manifatturat u mħallat fl-Unjoni. Produttur esportatur Indoneżjan osserva li minħabba li l-bejgħ tas-CFPP 13 mill-industrija tal-Unjoni seħħ fi kwantitajiet żgħar għal kull tranżazzjoni, dawn il-prezzijiet għandhom jitqabblu ma’ tranżazzjonijiet CFPP 0 ta’ daqs simili. Dwar l-ispezzjoni ta’ tranżazzjonijiet tas-CFPP 0 ta’ kwantita simili għal kull tranżazzjoni, id-differenza fil-prezz li nstabet kienet skont id-differenza bl-użu t-tranżazzjonijiet kollha tas-CFPP 0, b’differenzi fil-prezz kemm iktar ‘il fuq u kemm taħt il-medja tad-differenza fil-prezz. Bħala riżultat ma kien hemm l-ebda tibdil fil-livell ta’ bejgħ taħt il-prezz misjub fir-Regolament provviżorju fil-premessa (97).

(125)

Produttur esportatur Indoneżjan talab li l-Kummissjoni tagħti n-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”) kollu tat-taħlitiet mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni – il-perċentwali ta’ kull materja prima li tkun fil-bejgħ magħmul mill-industrija tal-Unjoni tal-produzzjoni tagħha stess. Minħabba li l-paragun li sar bl-iskop li tiġi ddeterminata l-ħsara kien biss abbażi tas-CFPP, din il-pretensjoni ma ntlaqitx.

(126)

Parti interessata waħda ddikjarat li kien hemm differenza fil-prezz bejn il-bijodiżil li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli (“Iċċertifikat RED”) u l-bijodiżil li ma jissodisfax dawn il-kriterji. Hija sostniet li ladarba l-importazzjonijiet mill-Indoneżja ma kinux iċċertifikati RED, u li l-prezz ikkwotat għall-bijodiżil iċċertifikat RED kien ogħla, għandu jsir aġġustament.

(127)

Dik il-pretensjoni ma ġietx aċċettata. Kważi l-importazzjonijiet kollha mill-Indoneżja matul il-PI kienu ċċertifikat RED. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri implimentaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà stipulati fir-RED fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biss matul il-kors tal-2012, għaldaqstant matul ħafna mill-PI kemm jekk il-bijodiżil kien iċċertifikat RED jew le ma kellu l-ebda effett.

(128)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, produttur esportatur Indoneżjan ikkummenta dwar il-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, u ddikjara li l-importazzjonijiet tal-PME mill-Indoneżja għandhom jitqabblu mal-bejgħ kollu tal-industrija tal-Unjoni. Il-kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz sar biex jitqabbel il-bejgħ tal-PME mill-Indoneżja mal-bejgħ kollu tal-industrija tal-Unjoni bis-CFPP 0, billi jkun hemm żieda fil-prezz tal-importazzjonijiet Indoneżjani tal-PME b’fattur fil-prezz kkalkulat billi jitqabbel il-bejgħ tas-CFPP 0 tal-industrija tal-Unjoni mal-bejgħ tas-CFPP 13tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant il-pretensjoni ma tintlaqax. Il-pretensjoni tal-istess parti, li skont hija l-kalkoli tal-ħsara inkludew prodott importat, mhix fattwalment korretta u għalhekk ma tintlaqax. Fi kwalunkwe każ, il-bijodiżil importat u l-bijodiżil prodott fl-UE ġew imħallta flimkien u mibjugħa bl-istess prezz bħal ta’ taħlitiet li ma inkludew l-ebda bijodiżil importat.

(129)

Produttur esportatur Indoneżjan ikkuntesta wkoll il-kalkolu tal-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Madankollu, dawk l-ispejjeż kienu vverifikati bħala l-ispejjeż reali għall-importazzjoni tal-bijodiżil nieqsal-ispejjeż tal-konsenja għad-destinazzjoni finali, u mhija meħtieġa l-ebda bidla.

6.   Indikaturi makroekonomiċi

(130)

Kif stipulat fil-premessa (101) tar-Regolament provviżorju, l-indikaturi makroekonomiċi li ġejjin kienu analizzati abbażi tad-dejta riċevuta li tkopri l-industrija tal-Unjoni kollha: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, sehem is-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġini ta’ dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti.

(131)

Wara konklużjonijiet provviżorji, l-industrija tal-Unjoni osservat li d-dejta dwar il-kapaċità li kienet intużat fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju inkludiet il-kapaċità li ma kinitx żarmata, li madankollu ma kinitx fi stat li tkun disponibbli għall-użu matul il-PI jew is-snin preċedenti sabiex timmanifattura l-bijodiżil. Huma identifikaw separatament din il-kapaċità bħala “kapaċità wieqfa” li ma għandhiex tingħadd bħala kapaċità disponibbli għall-użu. Iċ-ċifri tal-użu tal-kapaċità fit-Tabella 4 għalhekk kienu iżjed baxxi milli suppost. Wara skrutinju dettaljat ta’ din id-dejta sottomessa mill-ġdid, din kienet aċċettata u t-Tabella 4 hija mtennija hawn taħt. Ir-rata tal-użu tal-kapaċità li kienet minn 43 % sa 41 % fir-Regolament provviżorju, issa jsir minn 46 % sa 55 %. L-industrija tal-Unjoni kkoreġiet ukoll id-dejta tal-produzzjoni għall-2009, sabiex toħloq it-tabella ta’ hawn taħt:

 

2009

2010

2011

PI

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

18 856 000

18 583 000

16 017 000

16 329 500

Indiċi 2009 = 100

100

99

85

87

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

8 729 493

9 367 183

8 536 884

9 052 871

Indiċi 2009 = 100

100

107

98

104

Użu tal-kapaċità

46  %

50  %

53  %

55  %

Indiċi 2009 = 100

100

109

115

120

(132)

Il-premessa (103) tar-Regolament provviżorju analizzat id-dejta preċedenti dwar l-użu tal-kapaċità, filwaqt li nnutat li l-produzzjoni żdiedet filwaqt li l-kapaċità baqgħet stabbli. Bid-dejta riveduta l-produzzjoni xorta żdiedet, iżda l-kapaċità utilizzabbli naqset matul l-istess perjodu. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tnaqqas il-kapaċità disponibbli fid-dawl ta’ żieda fl-importazzjonijiet mill-Arġentina u l-Indoneżja u b’hekk tirreaġixxi għas-sinjali tas-suq. Id-dejta riveduta issa hija aktar skont id-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-industrija tal-Unjoni u l-produtturi tal-Unjoni, billi tiddikjara li matul il-perjodu kkunsidrat il-produzzjoni kienet waqfet f’diversi impjanti u li l-kapaċità li ġiet installata ma kinitx disponibbli minnufih għall-użu, jew disponibbli biss għall-użu b’reinvestiment sinifikanti.

(133)

Diversi partijiet interessati ddubitaw mill-kapaċita riveduta u mid-dejta dwar l-użu tal-kapaċità. Madankollu, l-ebda alternattiva ma ngħatat mill-ebda parti interessata. Ir-reviżjoni hija bbażata fuq id-dejta riveduta dwar il-kapaċità mogħtija mill-ilmentatur, u tkopri l-industrija tal-Unjoni kollha. Id-dejta disponibbli pubblikament li b’mod partikolari tirrigwarda l-kapaċità wieqfa kif ukoll il-kapaċità tal-produtturi li waqfu joperaw minħabba diffikultajiet finanzjarji ntużat bħala kontroreferenza għad-dejta riveduta. Kif spjegat hawn fuq fit-taqsima 6 “Indikaturi makroekonomiċi”, id-dejta riveduta tipprovdi ġabra ta’ dejta aktar preċiża tal-kapaċità disponibbli għall-produzzjoni tal-bijodiżil matul il-perjodu eżaminat milli mill-ġabra ta’ dejta pprovduta oriġinarjament u ppubblikata fir-Regolament provviżorju.

(134)

Parti interessata waħda ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni ma saritilhiex ħsara, hekk kif il-volumi tal-produzzjoni tela’ b’konformità mal-konsum. Dan l-argument huwa miċħud, minħabba li indikaturi importanti oħrajn jippuntaw b’mod ċar lejn l-eżistenza ta’ ħsara, b’mod partikolari telf ta’ sehem mis-suq għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u x-xejra ta’ profittabbiltà mnaqqsa li twassal għal telf.

(135)

Parti oħra interessata argumentat li l-industrija tal-Unjoni ma saritilhiex ħsara jekk wieħed iqabbel biss ix-xejriet bejn l-2011 u l-PI għall kuntrarju ta’ li wieħed iqabbel ix-xejriet matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2009 sa tmiem il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”). Minħabba li l-PI jkopri nofs l-2011, tqabbil bejn l-2011 u PI mhux preċiż. Barra minn hekk, biex paragun ikun sinifikanti huwa meħtieġ l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara matul perjodu li huwa twil biżżejjed kif kien sar fil-każ preżenti. Għaldaqstant din il-pretensjoni ma tintlaqax.

(136)

L-istess parti interessata nnutat li l-Kummissjoni ma kinitx ippubblikat il-valur totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fir-Regolament provviżorju u talbet li din iċ-ċifra tiġi ppubblikata. Madankollu, il-fatturi rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ġew eżaminati, biex b’hekk jippermettu valutazzjoni sħiħa ta’ ħsara. Il-valur tal-bejgħ ġie miġbur, u vverifikat, minn kumpaniji inklużi fil-kampjun, li kienu jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa.

(137)

L-istess parti nnotat ukoll li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid l-impjiegi u għalhekk ma kien hemm l-ebda effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(138)

Madankollu, kif spjegat fil-premessa (106) tar-Regolament provviżorju, impjieg f’din l-industrija b’kapital intensiv huwa relattivament baxx. Għaldaqstant, varjazzjonijiet żgħar fiċ-ċifri jistgħu jikkawżaw ċertu moviment fid-dejta indiċjata. Iż-żieda fl-għadd totali ta’ impjiegi ma tikkanċellax il-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kif muri minn indikaturi oħra.

(139)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (103) sa (110) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.   Indikaturi mikroekonomiċi

(140)

Kif stabbilit fil-premessa (102) tar-Regolament provviżorju, dawn l-indikaturi mikroekonomiċi ġew analizzati, u bbażati fuq dejta verifikata dwar il-produtturi tal-Unjoni li kienu fil-kampjun: il-prezzijiet medji ta’ unità, l-ispiża unitarja, l-ispejjeż tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital.

(141)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rilevanti, il-premessi minn (111) sa (117) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

8.   Konklużjoni dwar id-dannu

(142)

Diversi partijiet ikkontestaw il-konklużjoni dwar il-ħsara mressqa fir-Regolament provviżorju fuq il-bażi li bejn is-sena 2011 u l-PI xi indikaturi kienu jidhru li marru għall-aħjar. Filwaqt li huwa minnu li xi indikaturi wrew xejra ‘l fuq bejn l-2011 u l-PI (pereż., il-produzzjoni u l-bejgħ), l-industrija ma kinitx f’pożizzjoni li tgħaddi ż-żidiet fl-ispejjeż matul dan il-perjodu kif innutat fil-premessa (111) tar-Regolament provviżorju. Dan wassal biex il-pożizzjoni tal-industrija tmur għall-agħar minn telf ta’ 0,2 % fl-2011 għal telf ta’ 2,5 % fil-PI. Għalhekk, huwa meqjus li, anki jekk l-analiżi tad-danni kellha tiġi limitata għall-perjodu 2011sal-PI, l-industrija xorta tinstab li ġarrbet ħsara materjali.

(143)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn 118 sa 120 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

F.   KAWŻALITÀ

1.   L-effett tal-importazzjonijiet iddampjati

(144)

Parti waħda interessata qalet li l-importazzjonijiet mill-Arġentina ma setgħux ikun kawża ta’ dannu, għax il-volumi ta’ importazzjoni baqgħu stabbli mill-2010 sal-aħħar tal-PI, naqsu biss ftit mill-2011 sal-aħħar tal-PI.

(145)

Din id-dejta ġiet meħuda mit-Tabella 2 tar-Regolament provviżorju u hija akkurata. Madankollu l-analiżi tal-Kummissjoni tibda minn meta jibda l-perjodu meqjus sa tmiem il-PI u, fuq dik il-bażi, l-importazzjonijiet żdiedu bi 48 %, b’żieda ta’ 41 % f’sehem mis-suq. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (90) tar-Regolament provviżorju, mhux biss l-importazzjonijiet mill-Arġentina iżda wkoll l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu kkunsidrati.

(146)

Waqt li ħadet il-paragun tal-prezz minn sena għall-oħra, l-istess parti interessata nnotat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Arġentina żdiedu b’pass aktar mgħaġġel mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Arġentina xorta huma inqas mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni, u dan jispjega għala l-prezzijiet tal-Unjoni ma setgħux jiżdiedu daqshekk malajr.

(147)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor rigward l-effetti tal-importazzjonijiet iddampjati, il-premessi minn 123 sa 128 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   Effett ta’ fatturi oħra

2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi kkonċernati

(148)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-konklużjoni li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ma kkawżawx ħsara, kif stabbilit fil-premessa (129) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

2.2.   Importazzjonijiet li ma kinux iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati

(149)

Wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) kif imsemmi fil-premessi (38) u (70) hawn fuq, ma nstabu l-ebda importazzjonijiet mhux iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, il-premessa (130) tar-Regolament provviżorju rreveduta skont dan.

2.3.   Produtturi oħra tal-Unjoni

(150)

Fin-nuqqas ta’ kull kumment ieħor, il-premessa (131) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

2.4.   Importazzjonijiet magħmula mill-industrija tal-Unjoni

(151)

Kif stabbilit fil-premessi minn (132) sa (136) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Unjoni importat kwantitajiet sinifikanti ta’ bijodiżil mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu eżaminat, sa 60 % tal-importazzjonijiet kollha saru minn dawn il-pajjiżi fil-PI.

(152)

Parti waħda interessata allegat li dawn l-importazzjonijiet, lil ma sarux biex tipproteġi lilha nfisha, kienu parti minn “strateġija fuq terminu twil żviluppata bir-reqqa” mill-industrija tal-Unjoni, sabiex tinvesti fl-Arġentina u ġġib il-bijodiżil minn dan il-pajjiż.

(153)

Dawn jallegaw ukoll li qatt ma kien hemm razzjonal ekonomiku li jkun importat iż-żejt tas-soja fl-Unjoni u li jkun ipproċessat f’bijodiżil fl-Unjoni, u li huwa biss ekonomikament fattibbli li ż-żejt tas-soja jkun proċessat fl-Arġentina u li jkun esportat il-bijodiżil li jirriżulta.

(154)

Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu miċħuda. L-ebda evidenza ta’ tali “strateġija fit-tul” ma ġiet ipprovduta u dan ġie miċħud mill-industrija tal-Unjoni. Ovvjament jekk l-istrateġija tal-industrija tal-Unjoni kienet li jissupplimentaw il-produzzjoni tal-bijodiżil tagħhom billi jipproduċu fl-Arġentina u jimportaw il-prodott lest, ma jagħmilx sens u huwa illoġiku li mbagħad tniedi ilment kontra importazzjonijiet ta’ din ix-xorta.

(155)

Parti interessata tenniet li l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-industrija tal-Unjoni, li saru sabiex tipproteġi lilha nfisha, kienu magħmula bħala parti minn strateġija kummerċjali fuq terminu twil ta’ żmien. Din l-allegazzjoni, li ma kinitx sostanzjata, ġiet miċħuda. Ma ngħatat l-ebda prova, apparti s-sempliċi allegazzjoni ta’ strateġija bħal din. Barra minn hekk, mhux loġiku għall-produtturi tal-Unjoni kkonċernati li jappoġġaw l-ilment u, f’xi każijiet, jżidu l-kapaċità tagħhom fl-Unjoni filwaqt li fl-istess ħin jkollhom strateġija sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-produzzjoni minn importazzjonijiet.

(156)

L-istess parti interessata argumentat ukoll li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni għandu jiġi kkalkulat billi jiġu inklużi l-importazzjonijiet tagħha magħmula sabiex tipproteġi lilha nnifisha. Din is-sottomissjoni ġiet miċħuda għax il-kalkoli ta’ sehem is-suq għandhom jirriflettu l-bejgħ ta’ prodotti tal-industrija tal-Unjoni li hija stess ipproduċiet u mhux l-attivitajiet kummerċjali tagħha bil-prodott lest, li jsiru sabiex tirrispondi għall-volumi dejjem akbar ta’ importazzjonijiet iddampjati.

(157)

L-industrija tal-Unjoni wriet ukoll li fis-snin preċedenti l-importazzjoni taż-żejt tas-soja – u ż-żejt tal-palm – għall-ipproċessar f’bijodiżil kienet ekonomikament vijabbli. L-ebda evidenza tal-kuntrarju ma ġiet ipprovduta mill-parti interessata. Huwa biss permezz tal-effett distorsiv kkawżat mit-taxxa differenzjata li jġib l-esportazzjoni tal-bijodiżil irħas mill-materja prima, meta ssir ekonomikament raġonevoli l-importazzjoni tal-prodott lest.

(158)

Parti waħda interessata allegat li dawk l-importazzjonijiet kienu kawża ta’ ħsara għax hija biss l-industrija tal-Unjoni li kellha l-kapaċità li tħallat l-SME mill-Arġentina u l-PME mill-Indoneżja mal-bijodiżil prodott mill-Unjoni għal bejgħ mill-ġdid lil raffinaturi tad-diżil. Dik l-allegazzjoni hija żbaljata. It-taħlit huwa operazzjoni sempliċi li ħafna kumpaniji kummerċjali huma kapaċi jagħmlu fit-tankijiet ta’ ħażna tagħhom. Ma ġiet ipprovduta l-ebda prova li l-produtturi tal-Unjoni biss huma kapaċi għal din it-taħlita, u għalhekk l-allegazzjoni ġiet miċħuda.

(159)

Produttur esportatur Indoneżjan sostna wkoll li l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni ma kinux saru biex tipproteġi lilha nnifisha, u qabbel id-dejta tas-sena 2011 ma’ dejta mill-PI, li fih sitt xhur mill-istess sena. Paragun bejn dawn it-tnejn għalhekk mhux preċiż jekk il-PI ma jkunx jista’ jinqasam f’żewġ nofsijiet. Għaldaqstant dan l-argument ġie miċħud.

(160)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn (132) sa (136) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.5.   Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni

(161)

Il-premessi minn (137) sa (140) tar-Regolament provviżorju osservaw li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqa’ baxx matul il-perjodu kkunsidrat, iżda tul dan il-perjodu s-sitwazzjoni tal-kumpaniji fil-kampjun marret għall-agħar, filwaqt li l-użu tal-kapaċità tagħhom ma naqasx bl-istess ammont.

(162)

Il-konklużjoni provviżorja kienet għalhekk li r-rata baxxa tal-użu tal-kapaċità, bħala fattur kostanti, ma kinitx responsabbli għall-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni.

(163)

Waħda mill-partijiet interessati kkumentat fuq id-dejta fir-Regolament provviżorju, billi ġibdet l-attenzjoni li anki fin-nuqqas ta’ kwalunkwe importazzjoni l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni ma kienx se jkun iktar minn 53 % matul il-PI. Hija ssemmi wkoll iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni mill-2009 sal-aħħar tal-PI li wasslet għal tnaqqis fl-użu tal-kapaċità waqt il-perjodu kkunsidrat.

(164)

Madankollu, il-parti interssata ma pprovdiet l-ebda evidenza biex turi li dan l-użu baxx tal-kapaċità kien li kkaġuna ħsara sa tali punt li kiser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-ispejjeż fissi jirrappreżentaw biss proporzjon żgħir (madwar 5 %) tal-ispejjeżt totali tal-produzzjoni, li juri li l-użu baxx tal-kapaċità kien biss fattur wieħed tal-ħsara, iżda mhux wieħed deċiżiv. Barra minn hekk, waħda mir-raġunijiet għal din ir-rata baxxa tal-użu tal-kapaċità hija l-fatt li l-industrija tal-Unjoni, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq, importat il-prodott lest innifsu.

(165)

Barra minn hekk, wara l-inklużjoni tad-dejta riveduta dwar il-kapaċità u l-utilizzazzjoni, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità matul il-perjodu kkunsidrat, u żiedet l-użu tal-kapaċità, minn 46 % sa 55 %. Dan juri li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni jkun sostanzjalment ogħla mit-53 % imsemmi hawn fuq li kieku ma jkunx hemm l-importazzjonijiet iddampjati.

(166)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, bosta partijiet interessati tefgħu dubju dwar il-konklużjoni li l-użu baxx tal-kapaċità ma kinitx il-fattur deċiżiv li kkawża dannu. Ġie allegat li l-ispejjeż fissi fl-industrija tal-bijodiżil kienu ferm ogħla mill-proporzjon żgħir li ngħata hawn fuq. Madankollu ma taw l-ebda prova biex issostnu din l-allegazzjoni u għalhekk ġiet miċħuda. Fi kwalunkwe każ l-ispejjeż fissi ma għandhomx x’jaqsmu mar-rati tal-użu tal-kapaċità. Mill-verifika tal-kumpaniji fil-kampjun ħareġ li l-ispiża fissa apparagun mal-ispiża totali tal-proporzjon tal-produzzjoni kienet bejn it-3 % u l-10 % matul il-PI.

(167)

Kien ukoll allegat f’dan ir-rigward li l-kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni kienet tant għolja, li anki fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet, ma kinitx tkun profittabbli b’mod adegwat. Ma ngħatat l-ebda prova għal din l-allegazzjoni, u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni għamlet profitt fl-2009 b’użu baxx tal-kapaċità jissuġġerixxi li fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet iddampjati, il-profitabbiltà tagħha tkun saħansitra ogħla.

(168)

Barra minn hekk, kien argumentat li t-tnaqqis fil-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien fih nnifsu kawża ta’ dannu minħabba l-ispejjeż għall-għeluq tal-impjanti u t-tnaqqis fil-kapaċità tal-impjanti li komplew joperaw. Din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata u ma ġiet imressqa l-ebda prova li turi li l-ispejjeż għat-tnaqqis tal-kapaċità, jew għall-għeluq ta’ impjanti jew kumpaniji sħaħ, kienu jirrigwardaw ammonti sinifikanti.

(169)

Fl-aħħar nett ġie allegat, rigward il-kapaċità, li kwalunkwe kumpanija li żżid il-kapaċità fil-produzzjoni tal-bijodiżil matul il-perjodu kkunsidrat, tkun qed tieħu deċiżjoni kummerċjali irresponsabbli. Ma ġiet ipprovduta l-ebda prova għal din l-allegazzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li xi kumpaniji kienu kapaċi jżidu l-kapaċità tagħhom anki meta kien hemm żieda fl-importazzjonijiet tal-bijodiżil iddampjat mill-Arġentina u mill-Indoneżja, juri d-domanda fis-suq għal prodotti partikolari tagħhom.

(170)

L-indikaturi makroekonomiċi riveduti juru wkoll li matul il-perjodu l-kumpaniji kienu qed iwarrbu l-kapaċità minn użu possibbli, u eqreb lejn tmiem il-PI kienu li qed jibdew proċess li jagħlqu l-impjanti li ma kinux għadhom vijabbli. Barra minn dan, żidiet fil-kapaċità fuq livell ta’ kumpaniji individwali huma l-aktar dovuti għall-espansjoni tal-hekk imsejħa “tieni ġenerazzjoni” tal-impjanti tal-bijodiżil, il-manifattura minn żjut għar-rimi jew żejt veġetali idroġenati (“HVO”). Għalhekk l-industrija tal-Unjoni kienet, u għadha, fil-proċess li tirrazzjonalizza l-kapaċità tagħha biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-Unjoni.

(171)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn (137) sa (140) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.6.   In-nuqqas ta’ aċċess għall-materja prima u l-integrazzjoni vertikali

(172)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra ġodda dwar l-aċċess għal materjali ġodda, il-premessi minn (141) sa (142) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.7.   Għadd doppju

(173)

Il-premessi minn (143) sa (146) tar-Regolament provviżorju trattaw l-allegazzjoni li s-sistema ta’ “għadd doppju”, fejn bijodiżil magħmul minn żjut għar-rimi jgħodd darbtejn lejn il-mandati ta’ taħlit f’xi Stati Membri, ikkawżat ħsara lill-industrija tal-Unjoni, jew għallinqas lil dawk il-produtturi tal-Unjoni li jimmanifatturaw il-bijodiżil minn żjut verġni.

(174)

Parti interessata semmiet kumment minn produttur tal-Unjoni li matul l-2011 huwa tilef bejgħ għal produtturi oħrajn li mmanifatturaw bijodiżil eliġibbli għal għadd doppju.

(175)

L-impatt negattiv fuq dan il-produttur kien madankollu limitat, temporanju, u rilevanti biss għal parti tal-perjodu ta’ investigazzjoni, ladarba l-iskema tal-għadd doppju ġiet adottata biss f’Settembru 2011 fl-Istat Membru ta’ fejn il-kumpanija tinsab. Minħabba li l-prestazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji fil-kampjun naqset wara Settembru 2011, u din il-kumpanija kienet inkluża fil-kampjun, l-għadd doppju ma jistax jiġi kkunsidrat bħala sors ta’ ħsara.

(176)

Billi l-industrija tal-Unjoni hija magħmula kemm minn kumpaniji li jipproduċu bijodiżil miż-żjut għar-rimi u li jibbenefikaw minn għadd doppju f’xi Stati Membri, u wkoll minn kumpaniji li jipproduċu l-bijodiżil minn żjut verġni, il-moviment fid-domanda jibqa’ fl-industrija tal-Unjoni. Minħabba provvista li tispiċċa ta’ żjut użati, li huma meħtieġa għall-manifattura ta’ bijodiżil b’għadd doppju, żieda kbira fil-produzzjoni ta’ bijodiżil b’għadd doppju hija diffiċli. Għalhekk, għad hemm talba qawwija għall-bijodiżil tal-ewwel ġenerazzjoni. L-ebda importazzjonijiet sinifikanti ta’ bijodiżil eliġibbli għal għadd doppju ma nstabu matul il-perjodu tal-investigazzjoni, u għalhekk ġie kkonfermat li l-għadd doppju qiegħda jbiddel id-domanda fl-industrija tal-Unjoni u mhux joħloq d-domanda għall-importazzjonijiet. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dejta mill-parti interessata li turi li l-bijodiżil b’għadd doppju kien ikkawża l-waqgħa fil-prezz tal-bijodiżil minn żejt verġni matul il-perjodu kkunsidrat. Id-dejta turi li l-bijodiżil b’għadd doppju għandu primjum ta’ prezz baxx fuq il-bijodiżil verġni, li l-prezz tiegħu huwa marbut mad-diżil minerali.

(177)

It-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li hija magħmula minn żewġ tipi ta’ produtturi, ma jistax jiġi attribwit għar-reġim ta’ għadd doppju fis-seħħ f’xi Stati Membri. B’mod partikolari, il-fatt li kumpaniji fil-kampjun li jipproduċu bijodiżil magħdud doppju qed juru wkoll tnaqqis fil-prestazzjoni, kif imsemmi fil-premessa (145) tar-Regolament provviżorju, juri li l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati qed tiġġarrab fl-industrija kollha.

(178)

Bosta partijiet interessati argumentaw wara l-konklużjonijiet definittivi, li l-ammonti tal-bijodiżil magħdud doppju kienu ssottovalutati. Madankollu, l-ammonti ta’ bijodiżil magħdud doppju disponibbli fis-suq tal-Unjoni kienu limitati apparagun mal-bejgħ totali tal-bijodiżil matul il-perjodu investigat. Barra minn hekk, jekk Stat Membru jkollu l-għadd doppju fis-seħħ, il-bijodiżil li jkun konformi sabiex jingħadd għal darbtejn jiġi prodott fl-Unjoni, u għaldaqstant id-domanda tibqa’ fl-industrija tal-Unjoni. Ma kienet ippreżentat l-ebda prova ġdida li tista’ tbiddel din il-konklużjoni.

(179)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra ġodda dwar fatturi regolatorji tal-Unjoni, il-premessi minn (143) sa (146) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.8.   Fatturi regolatorji oħra

(180)

Il-premessi minn (147) sa (153) tar-Regolament provviżorju jindirizzaw l-allegazzjonijiet mill-partijiet interessati li r-restrizzjonijiet fl-Istati Membri, bħalma huma sistemi ta’ kwoti u sistemi tat-taxxa, kienu mfassla biex jirrestrinġu l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li jfisser li kwalunkwe ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari f’xi Stati Membri, ma setgħetx tkun minħabba l-importazzjonijiet.

(181)

Dawn l-argumenti ġew miċħuda b’mod provviżorju, fost affarijiet oħra minħabba li l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati huma preżenti f’bosta Stati Membri. Barra minn hekk, wara li jkun importati fi Stat Membru wieħed, dawn l-importazzjonijiet jistgħu jinġarru u jinbiegħu fi Stati Membri oħra wkoll.

(182)

Parti interessata nnutat l-ammont żgħir ta’ bijodiżil Arġentin irrilaxxat mill-kontrolli doganali Franċiżi fl-2011, u wkoll l-ammont żgħir iddikjarat bħala importat lejn il-Ġermanja fl-istess perjodu.

(183)

L-ewwel nett, kif spjegat hawn fuq, il-bijodiżil rilaxxat mid-dwana fi Stat Membru jista’ jinbiegħ fi Stat Membru ieħor, u dan irendi tali dejta mhux kredibbli. It-tieni, il-kumpaniji fil-kampjun fi Franza u l-Ġermanja t-tnejn kienu kapaċi juru l-kompetizzjoni tal-prezz bejn il-produzzjoni tagħhom u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, u l-ħsara li dawn kienu qed ibatu b’riżultat ta’ dan.

(184)

Parti interessata oħra ddikjarat li l-irtirar ta’ skemi mfassla li minnhom tibbenefika l-industrija tal-bijodiżil f’ħafna Stati Membri baxxew id-dħul tal-kumpaniji tal-bijodiżil matul il-perjodu kkunsidrat, u dan wassal għal dannu. Huma jindikaw b’mod partikolari l-irtirar gradwali tal-inċentivi tat-taxxa fi Franza, u tat-taxxi fuq “il-fjuwils ekoloġiċi” fil-Ġermanja.

(185)

Madankollu, ma hemm l-ebda koinċidenza ċara fiż-żmien bejn dawn il-bidliet u d-deterjorament fil-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Ħafna minn dawn l-inċentivi kienu diretti lejn l-utenti tal-bijodiżil, mhux il-manifatturi, u ħafna minnhom kienu għadhom fis-seħħ matul il-PI. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li l-bidliet fil-politika tal-Istati Membri, li jimxu lejn rekwiżiti mandatorji ta’ taħlit, ikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(186)

Produttur esportatur Indoneżjan osserva l-investigazzjoni li għaddejja tad-DĠ Kompetizzjoni dwar l-allegata sottomissjoni ta’ prezzijiet distorti minn kontributuri fil-valuazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti ta’ żejt u ta’ bijofjuwils ta’ Platts, u talab li s-suġġett ta’ din l-investigazzjoni jkun ikkunsidrat bħala kawża possibbli ta’ dannu. Din il-pretensjoni ġiet miċħuda minħabba li l-investigazzjoni għadha għaddejja, u l-ebda sejba ma ġiet ippubblikata.

(187)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ġdid rigward il-politiki tal-Istati Membri, il-premessi minn (147) sa (153) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(188)

L-importazzjonijiet tal-prodott konċernat mill-pajjiżi konċernati kienu ddampjati matul il-PI u waqqgħu l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet iddampjati u d-deterjorament tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet iddampjati kienu f’kompetizzjoni diretta mal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u bħala riżultat l-industrija tal-Unjoni tilfet il-profittabilità u sehem mis-suq matul il-perjodu meqjus. Billi huwa possibbli li fatturi oħra li jissemmew hawn fuq affettwaw il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni sa ċertu punt, jibqa’ l-fatt li l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati qegħdin jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(189)

Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza ġdida li tista’ tbiddel il-konklużjoni li l-effett ta’ fatturi oħra, ikkunsidrati waħidhom jew kollettivament, ma kienux tali li jxejjnu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-konklużjoni dwar il-kawżalità, il-premessi minn (154) sa (157) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(190)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor rigward il-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn (159) sa (161) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   L-interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati

(191)

Produttur esportataur Indoneżjan allega li d-dazji proposti jkollhom impatt negattiv fuq l-importaturi u l-kummerċjanti, iżda ma pprovda ebda evidenza għall-allegazzjoni tiegħu. Il-pretensjoni tagħhom iddikjarat il-kuntrarju, jiġifieri li d-dazju jista’ jingħadda lill-utenti u l-konsumaturi fi prezzijiet ogħla li x’aktarx ma jwassal għall-ebda impatt fuq l-importaturi u l-kummerċjanti.

(192)

L-ebda kummenti ma kienu rċevuti minn xi importaturi u kummerċjanti tal-bijodiżil wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

(193)

Fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda oħra fir-rigward tal-interess tal-importaturi. kummerċjanti mhux relatati, il-premessi minn (162) sa (163) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   L-interess tal-utenti u tal-konsumaturi

(194)

Produttur esportatur Indoneżjan allega li d-dazji proposti se jżidu l-prezz tal-bijodiżil, u għalhekk inaqqsu l-inċentiv għall-konsumaturi biex jixtru vetturi li joperaw fuq il-bijofjuwils.

(195)

Dik l-allegazzjoni hija miċħuda. L-applikazzjoni ewlenija tal-bijodiżil hija biex jitħallat fid-diżil minerali għall-bejgħ lill-konsumaturi bil-konsegwenza li ma għandhomx bżonn jixtru vettura speċjali li tista’ taħdem b’bijokarburanti puri.

(196)

Għalkemm il-prezz tal-element tal-bijodiżil jogħla, kieku dan il-bijodiżil jiġi importat mill-Arġentina jew l-Indoneżja, kif iddikjarat fir-Regolament provviżorju, ladarba l-proporzjon tal-bijodiżil fid-diżil mibjugħ lill-konsumaturi huwa żgħir, iż-żieda fil-prezz hija wkoll żgħira u mhux notevoli għall-konsumatur.

(197)

L-effett possibbli tal-miżuri fuq il-prezz finali tad-diżil lill-konsumatur, li huwa mistenni li jkun żgħir, kif stabbilit hawn fuq, mhux se jikkomprometti l-objettivi tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (“RED”).

(198)

L-ebda utent jew konsumatur, jew grupp jew assoċjazzjoni li jirrappreżentaw lill-utenti jew lill-konsumaturi, ma kkummentaw dwar ir-Regolament provviżorju.

(199)

Fin-nuqqas ta’ kummenti addizzjonali oħra fir-rigward tal-interess ta’ konsumaturi, il-premessi minn (164) sa (166) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.   L-interess tal-fornituri tal-materja prima

(200)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-interess tal-fornituri ta’ materja prima, il-premessi minn (167) sa (169) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(201)

Ma waslu l-ebda kummenti li jibdlu l-analiżi tal-interess tal-Unjoni kif stipulat fir-Regolament provviżorju, u għalhekk xorta huwa fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti l-miżuri. Għalhekk, il-premessi minn (170) sa (171) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

H.   IL-MIŻURI DEFINITTIVI TA’ ANTIDUMPING

1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(202)

Bosta partijiet interessati kkontestaw l-użu ta’ 15 % bħala l-profitt fil-mira għall-industrija tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (175) tar-Regolament provviżorju, waqt li stqarru li ma kienx realistiku li l-industrija tal-Unjoni tal-bijodiżil tistenna profitt daqshekk għoli.

(203)

Madankollu ħafna minn dawn il-partijiet interessati mbagħad issuġġerew li l-profitt fil-mira ta’ 15 % jkun sostitwit b’dejta oħra minn perjodi ta’ żmien oħra, jew minn investigazzjonijiet oħra, mingħajr spjegazzjoni għaliex perjodu ta’ żmien wieħed, jew investigazzjoni waħda, kien iktar xieraq minn ieħor.

(204)

Kif spjegat fir-Regolament provviżorju, il-marġini ta’ profitt ta’ 15 % kien il-profitt, espress bħala perċentwal tad-dħul, li l-industrija tal-Unjoni kisbet fin-nuqqas ta’ esportazzjonijiet iddampjati bejn l-2004 u l-2006. Dan kien l-aħħar perjodu meta l-profitt magħmul fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet iddampjati minħabba li mill-2006 l-importazzjonijiet iddampjati minn dejjem kienu preżenti fis-suq tal-Unjoni, l-ewwel mill-Istati Uniti u mbagħad mill-Arġentina u l-Indoneżja.

(205)

Madankollu, is-suq tal-bijodiżil tal-Unjoni mmatura b’mod sinifikanti mill-2004-2006 f’bosta aspetti. Bejn l-2004 u l-2006, l-importazzjonijiet iddampjati kellhom sehem negliġibbli mis-suq u importazzjonijiet oħra kienu wkoll baxxa. Matul il-PI l-importazzjonijiet iddampjati kellhom sehem mis-suq ta’ 19 %. Matul il-perjodu 2004-2006 l-industrija tal-Unjoni kkonsistiet minn 40 kumpanija, u issa dan kiber għal aktar minn 200, li żied il-livell tal-kompetizzjoni.

(206)

Bejn l-2004 u l-2006, il-konsum żdied b’mod drammatiku minn 2 miljun MT għal 5 miljun MT, billi fil-perjodu li qed jiġi kkunsidrat il-konsum żdied biss bi ftit, u l-użu tal-kapaċità, li kien 90 % bejn l-2004 u l-2006, kien 55 % fil-PI.

(207)

B’konsegwenza ta’ dan, huwa meqjus xieraq li jitqiesu l-iżviluppi fis-suq deskritti hawn fuq u li jkun aġġustat il-profitt fil-mira kif jixraq biex jirriflettu l-profitt li l-industrija tal-Unjoni tista’ tistenna li tikseb taħt il-kundizzjonijiet attwali tas-suq.

(208)

Għalhekk pjuttost milli jittieħed il-perċentwali tal-profitt, kien ikkalkolat il-profitt attwali għal dawn it-tliet snin f’EUR għal kull MT mibjugħa. Għal kull sena dan ġie meħud li jirrifletti prezzijiet tal-2011 u mbagħad ittieħdet il-medja. Meta espress bħala perċentwal tal-fatturat, il-profitt fil-mira għall-industrija tal-Unjoni fil-PI huwa ta’ 11,0 %.

(209)

Il-marġini biex tkun eliminata l-ħsara għalhekk ġie kkalkulat mill-ġdid fuq din il-bażi.

(210)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, fir-rigward tal-kalkolu tal-marġini ta’ ħsara, parti interessata argumentat li d-dazju tal-importazzjoni ta’ 5,1 % applikat fuq iż-żejt tal-palm RBD impurtat fl-UE, għandu jitneħħa mill-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi tal-UE. Dan l-argument ma jintlaqax billi dan id-dazju jirrappreżenta spiża għall-produtturi tal-Unjoni li jimpurtaw iż-żejt tal-palm, u għalhekk għandu jittieħed inkonsiderazzjoni.

(211)

Produttur esportatur Indoneżjan kkontesta l-kalkolu tal-qligħ fil-mira tal-industrija tal-Unjoni u l-użu ta’ dejta mill-2004 sal-2006, u wara ssuġġerixxa li tintuża biss is-sena 2004 għall-kalkolu tal-profitt fil-mira. Madankollu, l-investigazzjoni preċedenti kontra l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ddeterminat li l-medja tat-tliet snin kienet aktar preċiża milli kieku kellha tintuża l-2004 biss. Ma ġie ppreżentat l-ebda argument li jista’ jwassal għal konklużjoni differenti.

(212)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, l-ilmentaturi argumentaw li l-profitt fil-mira ta’ 15 % kif propost fl-istadju provviżorju għandu jinżamm. Madankollu dawn l-argumenti adottati mill-ilmentaturi m’għandhomx x’jaqsmu mal-objettiv li għalih għandu jiġi stabbilit profitt fil-mira, jiġifieri profitt li setgħet tagħmlu l-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet iddampjati. Dan l-argument għalhekk ma jintlaqax.

(213)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tad-dannu, il-metodoloġija deskritta fil-premessi minn (176) sa (177) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

2.   Miżuri definittivi

(214)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji definitivi antidumping fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġini aktar baxxi ta’ dumping u ħsara, skont ir-regola tal-anqas dazju.

(215)

Ir-rati tad-dazju antidumping ġew stabbiliti billi ġew ipparagunati l-marġini tal-eliminazzjoni tad-dannu mal-marġini tad-dumping. Għalhekk, ir-rati tad-dazju antidumping definittivi, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, bħala dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Il-marġini ta’ dumping

Marġini ta’ dannu

Rata tad-Dazju Antidumping

L-Arġentina

Aceitera General Deheza S.A., General Deheza, Rosario; Bunge Argentina S.A., Buenos Aires

41,9  %

22,0  %

22,0 %

(EUR 216,64)

 

Louis Dreyfus Commodities S.A., Buenos Aires

46,7  %

24,9  %

24,9 %

(EUR 239,35)

 

Molinos Río de la Plata S.A., Buenos Aires; Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A., Bahia Blanca; Vicentin S.A.I.C., Avellaneda

49,2  %

25,7  %

25,7 %

(EUR 245,67)

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw

46,8  %

24,6  %

24,6 %

(EUR 237,05)

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

49,2  %

25,7  %

25,7 %

(EUR 245,67)

L-Indoneżja

PT. Ciliandra Perkasa, Jakarta

8,8  %

19,7  %

8,8 %

(EUR 76,94)

 

PT. Musim Mas, Medan

18,3  %

16,9  %

16,9 %

(EUR 151,32)

 

PT. Pelita Agung Agrindustri, Medan

16,8  %

20,5  %

16,8 %

(EUR 145,14)

 

PT Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan; PT Wilmar Nabati Indonesia, Medan

23,3  %

20,0  %

20,0 %

(EUR 174,91)

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw

20,1  %

18,9  %

18,9 %

(EUR 166,95)

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

23,3  %

20,5  %

20,5 %

(EUR 178,85)

(216)

Madankollu, billi d-dazju antidumping se jkun japplika wkoll għal taħlitiet li jinkludu l-bijodiżil (b’mod proporzjonat għall-kontenut ta’ bijodiżil li jkollhom, skont il-piż), kif ukoll għall-bijodiżil pur, ikun aktar preċiż, u aktar xieraq għall-implimentazzjoni korretta tad-dazju mill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri, li d-dazju jiġi espress bħala ammont fiss f’Euro għal kull tunnellata netta u dan jiġi applikat għall-bijodiżil pur importat, jew għall-proporzjon ta’ bijodiżil fil-prodott imħallat.

(217)

Il-premessa (183) tar-Regolament provviżorju nnutat li l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-pajjiżi kkonċernati kienet suġġetta għal reġistrazzjoni, sabiex jekk meħtieġ dazji jkunu jistgħu jinġabru sa 90 jum qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji.

(218)

Dan il-ġbir ta’ dazji fuq prodotti reġistrati huwa possibbli biss jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku jkunu sodisfatti. Wara li kienet ivverifikata l-istatistika tal-importazzjoni għal importazzjonijiet magħmula wara r-reġistrazzjoni, aktar milli jaraw żjieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, l-importazzjonijiet waqgħu b’mod sinifikanti. Il-kundizzjonijiet huma għalhekk mhux sodisfati u għalhekk l-ebda dazji ma huma se jinġabru fuq l-importazzjonijiet irreġistrati.

(219)

Ir-rati tad-dazju antidumping għal kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni attwali. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma b’hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u manifatturat mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(220)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanija individwali (pereż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitatjiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (12) flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u ma’ dak għall-esportazzjoni, li jkunu assoċjati pereżempju ma’ din il-bidla fl-isem, jew din il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(221)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie intiż li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja kif ukoll il-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (“il-konklużjonijiet definittivi”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħom dwar il-konklużjonijiet definittivi.

(222)

Il-kummenti orali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq.

3.   Impenji

(223)

Żewġ produtturi esportaturi mill-Indoneżja offrew impenji simili fil-prezzijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Ġie nnutat li fid-dawl tal-varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezz tal-materja prima, il-prodott ma jitqiesx li huwa adatt sabiex jittieħed l-impenn ta’ prezz fiss. F’dan il-kuntest iż-żewġ kumpaniji pproponew li l-prezzijiet minimi tal-importazzjoni (MIPs) jiġu indiċjati regolarment skont il-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet taż-żejt tal-palm mhux raffinat (CPO), billi jiġi applikat koeffiċjent fuq l-ispiża ta’ din il-materja prima.

(224)

Rigward l-offerti ta’ żewġ produtturi esportaturi, ta’ min jinnota li sabiex jiġi stabbilit MIP indiċjat, dan għandu jqis id-diversi parametri addizzjonali li għandhom rwol sinifikanti u jirrifletti l-volatilità tas-suq tal-bijodiżil. Is-suq tal-bijodiżil huwa volatili ħafna u n-negozju tal-bijodiżil huwa influwenzat minn diversi fatturi oħrajn bħall-kumplessità tas-sistema ta’ kummerċ tal-bijodiżil, id-differenza fil-prezz bejn iż-żejt tal-gass u l-bijodiżil, il-volatilità u l-evoluzzjoni tas-swieq taż-żjut veġetali u l-interdipendenza tad-diversi tipi ta’ żjut veġetali, kif ukoll l-evoluzzjoni tar-rata tal-kambju USD/EUR. Dawn il-fatturi jkunu jeħtieġu indiċjar multiplu kumpless ħafna li sabiex ikun kif suppost jeħtieġ li jsir ta’ kuljum. Għalhekk is-sempliċi indiċjar ta’ kull xahar fuq il-prezzijiet tas-CPO biss, kif offrut, mhux meqjus adegwat u mhux se jilħaq ir-riżultat mixtieq.

(225)

Barra minn hekk, ġew identifikati riskji ta’ kontrokumpens importanti fir-rigward ta’ dawn l-esportaturi Indoneżjani u l-klijenti tagħhom, ġaladarba prodotti oħra, apparti l-bijodiżil, huma esportati wkoll lejn l-Unjoni, kif ukoll minħabba l-prattika komuni f’dan in-negozju li tipprevedi s-self u t-tpartit, bejn il-kumpaniji, ta’ bijodiżil, ta’ CPO jew tabilħaqq ta’ prodotti.

(226)

Għalhekk il-fatturi msemmija hawn fuq jagħmlu l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ effettivi tal-impenji estremament diffiċli, jekk mhux ukoll imprattikabbli. Konsegwentement minħabba r-raġunijiet imsemmija hawn fuq, dawn l-offerti ta’ impenn ma jistgħux jiġu aċċettati.

4.   Il-ġbir definittiv ta’ dazji antidumping provviżorji

(227)

Wara l-konklużjonijiet definittivi, parti interessata sostniet li fl-istadju provviżorju seħħew xi żbalji klerikali fil-kalkolu tal-marġini ta’ dumping, u li mingħajr dawn l-żbalji, il-marġini ta’ dumping kien ikun de minimis. Bħala konsegwenza, din il-parti interessata talbet li l-ebda dazju antidumping provviżorju ma għandu jinġabar. Din il-pretensjoni ma tintlaqax għax id-dazju definittiv antidumping huwa b’mod ċar ogħla mid-dazju provviżorju.

(228)

Minħabba l-marġnijiet ta’ dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkważata lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju impost bir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru definittivament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Bil-preżenti qiegħed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew ta’ żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew f’taħlita, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (Kodiċi TARIC 1516209821, 1516209829 u 1516209830), ex 1518 00 91 (Kodiċi TARIC 1518009121, 1518009129 u 1518009130), ex 1518 00 95 (Kodiċi TARIC 1518009510), ex 1518 00 99 (Kodiċi TARIC 1518009921, 1518009929 u 1518009930), ex 2710 19 43 (Kodiċi TARIC 2710194321, 2710194329 u 2710194330), ex 2710 19 46 (Kodiċi TARIC 2710194621, 2710194629 u 2710194630), ex 2710 19 47 (Kodiċi TARIC 2710194721, 2710194729 u 2710194730), 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 90 97 (Kodiċi TARIC 3824909701, 3824909703 u 3824909704), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (Kodiċi TARIC 3826009011, 3826009019 u 3826009030), u li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, tkun kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Rata tad-dazju euro għal kull tunnellata netta

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Arġentina

Aceitera General Deheza S.A., General Deheza, Rosario; Bunge Argentina S.A., Buenos Aires

(EUR 216,64 )

B782

 

Louis Dreyfus Commodities S.A., Buenos Aires

(EUR 239,35 )

B783

 

Molinos Río de la Plata S.A., Buenos Aires; Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A., Bahia Blanca; Vicentin S.A.I.C., Avellaneda

EUR 245,67

B784

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw:

Cargill S.A.C.I., Buenos Aires; Unitec Bio S.A., Buenos Aires; Viluco S.A., Tucuman

EUR 237,05

B785

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

EUR 245,67

B999

L-Indoneżja

PT Ciliandra Perkasa, Ġakarta

EUR 76,94

B786

 

PT Musim Mas, Medan

EUR 151,32

B787

 

PT Pelita Agung Agrindustri, Medan

EUR 145,14

B788

 

PT Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan; PT Wilmar Nabati Indonesia, Medan

EUR 174,91

B789

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw:

PT Cermerlang Energi Perkasa, Ġakarta

EUR 166,95

B790

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

EUR 178,85

B999

3.   Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli skont il-proporzjon fit-taħlita, skont il-piż tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u taż-żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).

4.   F’każijiet fejn il-prodotti jkunu ġarrbu ħsara qabel ma jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għaldaqstant, il-prezz li tħallas realment jew li għandu jitħallas ikun ikkalkulat proporzjonalment għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (13), l-ammont ta’ dazju antidumping maħdum fuq l-ammonti stabbiliti hawn fuq jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għal tnaqqis proporzjonali fil-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazju doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 490/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja jinġabru definittivament.

Artikolu 3

Fejn kull produttur esportatur ġdid fl-Arġentina u fl-Indoneżja jipprovdi evidenza biżżejjed lill-Kummisjoni li:

huwa ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012),

huwa mhux relatat ma’ xi produtturi jew esportaturi fl-Arġentina jew fl-Indoneżja li huma suġġetti għall-miżuri imposti permezz ta’ dan ir-Regolament,

huwa jkun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, u għalhekk huma soġġetti għar-rata tad-dazju medja peżata tal-pajjiż ikkonċernat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 141, 28.5.2013, p. 6.

(3)  ĠU C 260, 29.8.2012, p. 8.

(4)  Ara pereżempju s-sentenza T-235/08 tas-7 ta’ Frar 2013 (Acron OAO u Dorogobuzh OAO kontra l-Kunsill).

(5)  Ir-Riżoluzzjoni 331/2001 tal-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Bhejjem u s-Sajd.

(6)  Is-suq ewlieni li huwa kkunsidrat li jiddetermina l-livell tal-prezz internazzjonali tal-fażola tas-soja u taż-żejt tal-fażola tas-soja huwa ċ-Chicago Board of Trade.

(7)  Il-prezz teoretiku FAS huwa kkalkulat billi jiġu skontati l-ispejjeż kollha inklużi fil-proċess ta’ esportazzjoni mill-valur uffiċjali FOB.

(8)  http://64.76.123.202/site/agricultura/precios_fob_-_exportaciones/index.php

(9)  Is-sentenza T-235/08 tas-7 ta’ Frar 2013 (Acron OAO u Dorogobuzh OAO kontra l-Kunsill)

(10)  Rapport tal-Panel, China – Anti-Dumping and Countervailing Duty Measures on Broiler Products from the United States (WT/DS427/R, adottat fil-25 ta’ Settembru 2013), para. 7.164.

(11)  Il-prezz HPE huwa stabbilit kull xahar mill-awtoritajiet Indoneżjani minn Settembru 2011 u jieħu l-medja tal-informazzjoni dwar il-prezz tax-xahar ta’ qabel minn tliet sorsi differenti (i) CIF Rotterdam, (ii) CIF Malasja, u (iii) tas-suq tal-iskambju ta’ kommoditajiet Indoneżjan. Il-prezz HPE huwa stabbilit abbażi tal-istess sorsi iżda fuq bażi tal-FOB. Għal dik il-parti tal-PI ta’ qabel Settembru 2011 (Lulju – Awwissu 2011) intuża biss il-prezz ta’ Rotterdam bħala l-valur referenzjarju biex ikun stabbilit l-HPE għas-CPO.

(12)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1195/2013

tat-22 ta’ Novembru 2013

li japprova s-sustanza attiva tijosulfat tal-fidda u s-sodju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għat-tijosulfat tal-fidda u s-sodju, li jissemma fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/850/KE (3) bħala t-tijosulfat tal-fidda, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tilħaqhom dik id-Deċiżjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fis-27 ta’ Jannar 2003 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand Enhold B.V biex is-sustanza attiva tijosulfat tal-fidda u s-sodju tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2003/850/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew valutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fl-4 ta’ Lulju 2005. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4) fl-1 ta’ Frar 2012 l-applikant talab informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mill-Pajjiżi l-Baxxi tressqet fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni f’Novembru 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni analizzawh l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”). Fl-1 ta’ Marzu 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni (5) dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tijosulfat tal-fidda u s-sodju. L-abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità analizzawhom l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fit-3 ta’ Ottubru 2013 ġew iffinalizzati fil-format ta’ rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għat-tijosulfat tal-fidda u s-sodju.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu t-tijosulfat tal-fidda u s-sodju huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li t-tijosulfat tal-fidda u s-sodju tiġi approvata.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(7)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijosulfat tal-fidda u s-sodju. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(8)

L-esperjenza tal-inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi valutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw sustanzi attivi.

(9)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Kif jispeċifika l-Anness I, is-sustanza attiva tijosulfat tal-fidda u s-sodju hi approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijosulfat tal-fidda u s-sodju bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Ottubru 2014.

Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-Parti B tal-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għalih, li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih it-tijosulfat tal-fidda u s-sodju bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2014 l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li titqies il-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Skont dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Meta dan ikun stabbilit:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-tijosulfat tal-fidda u s-sodju bħala l-unika sustanza attiva, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-tijosulfat tal-fidda u s-sodju bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att/i rispettivi li żiedu s-sustanza/i rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza/i, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/850/KE tal-4 ta’ Diċembru 2003 tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija tad-dossiers imressqa għal eżami dettaljat bil-ħsieb tad-dħul possibbli tal-BAS 670H u t-tijosulfat tal-fidda fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 322, 9.12.2003, p. 28).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  L-EFSA Journal 2013; 11(3):3136. Jista’ jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Tijosulfat tal-fidda u s-sodju

Nru CAS mhux allokat

Nru CIPAC 762

mhux applikabbli

≥ 10,0 g Ag/kg

espress f’fidda (Ag)

fl-1 ta’ Mejju 2014.

fit-30 ta’ April 2024.

PARTI A

Għandhom jiġu awtorizzati biss għall-użi fuq ġewwa f’għelejjel li ma jittiklux.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar it-tijosulfat tal-fidda u s-sodju, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema;

(b)

il-limitazzjoni ta’ rilaxx possibbli ta’ joni tal-fidda mir-rimi tas-soluzzjoni użati;

(c)

ir-riskju ta’ vertebrati terrestri u invertebrati tal-ħamrija mill-użu ta’ ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“63

Tijosulfat tal-fidda u s-sodju

Nru CAS mhux allokat

Nru CIPAC 762

mhux applikabbli

≥ 10,0 g Ag/kg

espress f’fidda (Ag)

fl-1 ta’ Mejju 2014.

fit-30 ta’ April 2024.

PARTI A

Għandhom jiġu awtorizzati biss għall-użi fuq ġewwa f’għelejjel li ma jittiklux.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar it-tijosulfat tal-fidda u s-sodju, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema;

(b)

il-limitazzjoni ta’ rilaxx possibbli ta’ joni tal-fidda mir-rimi tas-soluzzjoni użati;

(c)

ir-riskju ta’ vertebrati terrestri u invertebrati tal-ħamrija mill-użu ta’ ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1196/2013

tat-22 ta’ Novembru 2013

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Stakliškės (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni Litwana għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni "Stakliškės" ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni "Stakliškės" għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 166, 12.6.2013, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

IL-LITWANJA

Stakliškės (IĠP)


26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1197/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti li Mhumiex tal-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi, li wara nbidel għall-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (“SCCP”), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta’ Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta’ tħassib. L-SCCP fl-opinjonijiet tiegħu, irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni ġenerali dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar tas-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar li, skontha, l-industrija ntalbet tippreżenta fajls bid-dejta xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji.

(4)

L-SCCP, li wara nbidel għall-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (“SCCS”) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali li għalihom tressqu fajls aġġornati mill-industrija.

(5)

Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta-riskji possibbli għas-saħħa tal-konsumatur minn prodotti ta' reazzjoni fformati minn sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar fil-proċess tat-tiżbigħ tax-xagħar, abbażi tad-dejta li għadha mhix disponibbli, l-SCCS, fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010, ma qajjem l-ebda tħassib ewlieni fir-rigward tal-ġenotossicità u l-karċinoġeniċità taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti ta' reazzjoni tagħhom użati bħalissa fl-Unjoni.

(6)

Sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għas-saħħa umana huwa xieraq li jiġu ristretti l-konċentrazzjonijiet massimi ta' 21 sustanza ta' żebgħa tax-xagħar valutati u jiġu inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, billi jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom.

(7)

Wara il-valutazzjoni mill-SCCS li tikkonċerna s-sustanza Toluwen-2,5-diammina, elenkata fl-entrata 9a tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, huwa xieraq li jinbidlu l-konċentrazzjonijiet massimi awtorizzati tiegħu fil-prodott kożmetiku finalizzat.

(8)

Id-definizzjoni ta' prodott tax-xagħar fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 eskludiet l-applikazzjoni tagħha fuq xagħar l-għajnejn. Din l-esklużjoni kienet motivata mill-fatt li l-livell ta' riskju huwa differenti meta l-prodotti kożmetiċi huma applikati fuq ix-xagħar tar-ras u fuq xagħar l-għajnejn rispettivament. Għalhekk kien hemm bżonn ta' valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq xagħar l-għajnejn.

(9)

L-SCCS, fl-opinjoni tiegħu dwar is-sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar u l-perossidu tal-idroġenu użati fil-prodotti li jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn tat-12 ta' Ottubru 2012, ikkonkluda li s-sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar p-Phenylenediamine, Resorcinol, 6-Methoxy-2-Methlyamino-3-Aminopyridine HCl, m-Aminophenol, 2-Methyl-5-Hydroxyethyl Aminophenol, 4-Amino-2-Hydroxytoluene, 2,4-Diaminophenoxyethanol HCl, 4-Amino-m-Cresol, 2-Amino-4-Hydroxyethylaminoanisole u 2,6-Diaminopyridine, elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u misjuba sikuri għall-użu fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, jistgħu jintużaw b'mod sikur mill-professjonisti fil-prodotti intiżi biex jagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn. Barra minn hekk, l-SCCS ikkonkluda li sa 2 % tal-perossidu tal-idroġenu, li hu elenkat fl-entrata 12 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, jista' jkun ikkunsidrat sikur għall-konsumaturi meta applikat fuq ix-xagħar tal-għajnejn

(10)

Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika ta' dawk is-sustanzi, l-użu tagħhom għandu jkun permess fi prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn fl-istess konċentrazzjonijiet bħal tal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar. Madankollu, sabiex ikun evitat kwalunkwe riskju konness mal-applikazzjoni tal-prodotti intiżi biex jagħtu kulur lil xagħar l-għajnejn mill-konsumaturi stess, dawn għandhom jitħallew biss għall-użu professjonali. Sabiex il-professjonist jkunu jistgħu jinformaw lill-konsumaturi dwar l-effetti negattivi possibbli tal-kolorant tax-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti, għandhom jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(12)

Sabiex tkun evitata interruzzjoni fis-suq minħabba t-tranżizzjoni mid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar il-prodotti kożmetiċi (4) għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(13)

Għandu jingħata perjodu suffiċjenti ta' tranżizzjoni lill-operaturi ekonomiċi sabiex jikkonformaw mat-twissijiet il-ġodda għall-prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-11 ta’ Lulju 2013.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2014:

(a)

id-dispożizzjonijiet fil-kolonna “i” tal-punt 1 u tal-punti 3 sa 9 marbuta mal-użu tas-sustanzi fil-prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn;

(b)

il-punti 2 u 10;

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.

(3)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.

(4)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

tiddaħħal l-entrata 8b li ġejja:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“8b

p-Phenylenediamine u l-melħ tiegħu

p-Phenylenediamine;

p-Phenylenediamine HCl;

p-Phenylenediamine Sulphate

106-50-3/624-18-0/16245-77-5

203-404-7/210-834-9/240-357-1

Prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

 

Wara li jsir taħlit f’kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar tal-għajnejn ma għandhiex taqbeż it-2 % kkalkulata bħala bażi libera

Għal użu professjonali biss.

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

‘Għal użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

jekk qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.

Fih il-phenylenediamines.

Ilbes ingwanti xierqa.’ ”

(2)

l-entrata 9a tinbidel b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“9a)

1,4-Benzenediamine, 2-methyl-

2,5-Diaminotoluene sulphate

Toluene-2,5-Diamine

Toluene-2,5-Diamine sulfate(1)

95-70-5

615-50-9

202-442-1

210-431-8

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

a)

Użu ġenerali

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda.

Fih il-phenylenediamines (toluenediamines).

Tużahx biex tagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn jew il-ħuġbejn.’

(b)

Użu professjonali

Għal (a) u (b): Wara taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2 % (ikkalkulata bħala bażi libera) jew 3,6 % (ikkalkulata bħala melħ tas-sulfat).

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

‘Għall-użu professjonali biss

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda.

Fih il-phenylenediamines (toluenediamines).

Ilbes ingwanti xierqa.’ ”

(3)

l-entrata 12 tinbidel b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“12

Il-perossidu tal-idroġenu u komposti jew taħlitiet oħra li jirrilaxxaw il-perossidu tal-idroġenu, inklużi l-perossidu tal-karbamid u l-perossidu taż-żingu

Il-perossidu tal-idroġenu

7722-84-1

231-765-0

(a)

Prodotti tax-xagħar

(a)

12 % tal-H2O2 (40 volumi), preżenti jew rilaxxati

 

Għal (a) u (f): Ilbes ingwanti adatti

Għal (a) (b) (c) u (e):

Fih il-perossidu tal-idroġenu.

Evita kuntatt mal-għajnejn.

Laħlaħ minnufih l-għajnejn jekk il-prodott jiġi f’kuntatt magħhom.

(b)

Prodotti tal-ġilda

(b)

4 % tal-H2O2, preżenti jew rilaxxati

(c)

Prodotti li jsaħħu d-dwiefer

(c)

2 % tal-H2O2, preżenti jew rilaxxati

(d)

Prodotti orali, inkluż għat-tlaħliħ tal-ħalq, toothpaste u prodotti tat-tibjid jew l-ibbliċċjar tas-snien

(d)

≤ 0,1 % tal-H2O2, preżenti jew rilaxxati

(e)

Prodotti għat-tibjid jew l-ibbliċċjar tas-snien

(e)

> 0,1 % ≤ 6 % tal-H2O2, preżenti jew rilaxxati

(e)

Jinbiegħ biss lill-prattikanti tad-dentistrija.

Għal kull ċiklu ta’ użu, l-ewwel użu għandu jkun mill-prattikanti tad-dentistrija kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE (5) jew bis-superviżjoni diretta tagħhom jekk ikun żgurat livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Wara għandu jingħata lill-konsumatur biex jiġi kkompletat iċ-ċiklu tal-użu.

Ma għandux jintuża fuq persuni taħt it-18-il sena.

(e)

Konċentrazzjoni tal-H2O2 preżenti jew rilaxxati indikata f'persentaġġ.

Ma għandux jintuża fuq persuni taħt it-18-il sena.

Jinbiegħ biss lill-prattikanti tad-dentistrija. Għal kull ċiklu ta’ użu, l-ewwel użu għandu jkun biss minn prattikanti tad-dentistrija jew bis-superviżjoni diretta tagħhom jekk ikun żgurat livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Wara għandu jingħata lill-konsumatur biex jiġi kkompletat iċ-ċiklu tal-użu.

(f)

Prodotti intiżi għax-xagħar tal-għajnejn

(f)

2 % tal-H2O2, preżenti jew rilaxxati

(f)

Għal użu professjonali biss

(f)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

“Għall-użu professjonali biss

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.

Fih il-perossidu tal-idroġenu.”

(4)

l-entrata 22 tinbidel b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“22

1,3-benzenediol

Resorcinol

108-46-3

203-585-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (b):

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,25 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

Fih ir-resorcinol.

Laħlaħ ix-xagħar tajjeb wara l-użu.

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.

Tużahx biex tagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn jew lill-ħuġbejn.’

(b)

Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

(b)

Għall-użu professjonali biss

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

‘Għall-użu professjonali biss.

Fih ir-resorcinol.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’ jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-‘ħenna sewda’.

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’

(c)

Lozzjonijiet u xampujiet tax-xagħar

(c)

0.5 %

 

(c)

Fih ir-resorcinol”

(5)

l-entrata 203 tinbidel b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“203

6-Methoxy-N2-methyl-2,3-pyridinediamine hydrochloride u melħ tad-dihydrochloride (17)

6-Methoxy-2-Methylamino-3-Aminopyridine HCl

90817-34-8/83732-72-3

/ 280-622-9

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (c): Wara taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż iż-0,68 % ikkalkulata bħala bażi libera (1,0 % bħala dihydrochloride).

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".’

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

0,68 % bħala bażi libera (1,0 % bħala dihydrochloride)

Għal (a) (b) u (b):

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg /kg

Żomm f'kontenituri ħielsa minn nitriti

(b)

Tista' tkkawża reazzjoni allerġika

(c)

Prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

 

(c)

Għall-użu professjonali biss

(c)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

‘Għall-użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”

Laħlaħ l-għajnejn mill-ewwel jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’ ”

(6)

l-entrata 217 tinbidel b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“217

m-Amminofenol u l-melħ tiegħu

m-Aminophenol

m-Aminophenol HCl

m-Aminophenol sulfate

591-27-5/51-81-0/68239-81-6 /38171-54-9

209-711-2/200-125-2/269-475-1

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (b): Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,2 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda” ’.

(b)

Prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

(b)

Għall-użu professjonali biss

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

‘Għall-użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”

Laħlaħ l-għajnejn mill-ewwel jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’ ”

(7)

l-entrata 229 tinbidel b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“229

5-[(2-Hydroxyethyl)amino]-o-cresol

2-Methyl-5-Hydroxyethyl Aminophenol

55302-96-0

259-583-7

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (b): Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg /kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda” ’.

(b)

Prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

(b)

Għall-użu professjonali biss

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

‘Għall-użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’ ”

(8)

l-entrati 241 u 242 jinbidlu b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“241

5-Amino-o-cresol

4-Amino-2-Hydroxytoluene

2835-95-2

220-618-6

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (b): Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda" ’.

(b)

Prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

b)

Għall-użu professjonali biss

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

‘Għall-użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’

242

2,4-Diaminophenoxyethanol, il-kloridrat tiegħu u s-sulfat tiegħu

2,4-Diaminophenoxyethanol HCl

2,4-Diaminophenoxyethanol sulfate

70643-19-5/ 66422-95-5/70643-20-8

/ 266-357-1 / 274-713-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (b): Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 % (bħala hydrochloride).

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".’

(b)

Prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

(b)

Għall-użu professjonali biss

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

"Għall-użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom." ”

(9)

l-entrati 244 u 245 jinbidlu b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“244

4-Amino-m-cresol

4-Amino-m-Cresol

2835-99-6

220-621-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (b): Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".’

(b)

Prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

(b)

Għall-użu professjonali biss

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

‘Għall-użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’

245

2-[(3amino-4-methoxyphenyl) amino]ethanol and its sulphate

2-Amino-4-Hydroxyethylaminoanisole

2-Amino-4-Hydroxyethylaminoanisole sulfate

83763-47-7 /

83763-48-8

280-733-2 /

280-734-8

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (b): Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-1,5 % (bħala sulfat).

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosamine: 50 μg /kg

Żomm f'kontenituri ħielsa minn nitriti

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".’

(b)

Prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

(b)

Għall-użu professjonali biss

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

"Għall-użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom." ”

(10)

jizdiedu l-punti 265 sa 285 li ġejjin:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“265

1,4-Diaminoanthraquinone

Disperse Violet 1

128-95-0

204-922-6

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,5  %

L-impurità tad-Disperse Red 15 fid-Disperse Violet 1 għall-formulazzjonijiet taż-żebgħa tax-xagħar għandha tkun <1 % (w/w)

 

266

Ethanol, 2-((4-amino-2-nitrophenyl)amino)-

HC Red No 3

2871-01-4

220-701-7

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,45 %.

Għal (a) Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

3,0 %

Għal (a) u (b)

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosamine: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

Għal (a) u (b):

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet. Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

267

[7-Hydroxy-8-[(2-methoxyphenyl)azo]-2-naphthyl]trimethylammonium chloride

Basic Red 76

68391-30-0

269-941-4

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

2,0  %

 

 

268

2-[[4-(Dimethylamino)phenyl]azo]-1,3-dimethyl-1H-imidazolium chloride

Basic Red 51

77061-58-6

278-601-4

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,5 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

1,0 %

 

 

269

Phenol, 2-Amino-5-Ethyl-, Hydrochloride

2-Amino-5-Ethylphenol HCl

149861-22-3

 

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

Biex tkun stampata fuq it-tikketta. Il-proporzjon tat-taħlit.

Biex tkun stampata fuq it-tikketta. Il-proporzjon tat-taħlit.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

270

Fluorescein, 2',4',5',7'-tetrabromo-4,5,6,7-tetrachloro-, disodium salt (CI 45410)

Acid Red 92

18472-87-2

242-355-6

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

0,4 %

 

 

271

Taħlita ta' (1), (2) u (3) fl-aġent tat-tifrix (lignosulphate):

Disperse Blue 377 huwa taħlita ta' tliet żebgħat:

 

 

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

2,0  %

 

 

(1)

9,10-Anthracenedione-1,4-bis[(2-Hydroxyethyl)amino]

(1)

1,4-bis[(2-hydroxyethyl)amino]anthra-9,10-quinone

(1)

4471-41-4

(1)

224-743-7

(2)

9,10-Anthracenedione-1-[(2-Hydroxyethyl)amino]-4-[(3-Hydroxypropyl)amino]

(2)

1-[(2-hydroxyethyl)amino]-4-[(3-hydroxypropyl)amino]anthra-9,10-quinone

(2)

67674-26-4

(2)

266-865-3

(3)

9,10-anthracenedione-1,4-bis[(3-hydroxypropyl)amino

(3)

1,4-bis[(3-hydroxypropyl)amino]anthra-9,10-quinone

(3)

67701-36-4

(3)

266-954-7

272

4-Aminophenol

p-Aminophenol

123-30-8

204-616-2

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,9 %.

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

273

4,5-Diamino-1-(2-hydroxyethyl)-1H-pyrazole sulfate (1:1)

1-Hydroxyethyl-4,5-Diamino Pyrazole Sulfate

155601-30-2

429-300-3

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-3,0 %.

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

274

Quinolinium, 4-formyl-1-methyl-, salt with 4-methylbenzenesulfonic acid (1:1)

4-Formyl-1-Methylquinolinium-p-Toluenesulfonate

223398-02-5

453-790-8

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,5 %.

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

275

Pyridinium, 1- methyl-4-[( methylphenylhydrazono)methyl]-, methyl sulfate

Basic Yellow 87

68259-00-7

269-503-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

1,0 %

 

 

276

2-[(4-Aminophenyl)azo]-1,3-dimethyl-1H-imidazolium chloride

Basic Orange 31

97404-02-9

306-764-4

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,5 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

1,0 %

 

 

277

2,6-Pyridinediamine, 3-(3-pyridinylazo)

2,6-Diamino-3-((Pyridine-3-yl)azo)Pyridine

28365-08-4

421-430-9

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,25 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

0,25 %

 

 

278

4-((4-Amino-3-methylphenyl)(4-imino-3-methyl-2,5-cyclohexadien-1-ylidene)methyl)-2-methylphenylamine monohydrochloride (CI 42520)

Basic Violet 2

3248-91-7

221-831-7

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

0,5 %

 

 

279

2,3-Diamino-6,7-dihydro-1H,5H-pyrazolo[1,2-a] Pyrazol-1-one dimethanesulfonate

2,3-Diaminodihydropyrazolopyrazolone Dimethosulfonate

857035-95-1

469-500-8

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 %.

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

280

2-Amino-4,6-dinitrophenol and 2-amino-4,6-dinitrophenol, sodium salt

Picramic Acid u Sodium Picramate

96-91-3

831-52-7

202-544-6

212-603-8

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,6 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

0,6 %

 

 

281

1-Methylamino-2-nitro-5-(2,3-dihydroxy-propyloxy)-benzene

2-Nitro-5-Glyceryl Methylaniline

80062-31-3

279-383-3

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,8 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

1,0 %

Għal (a) u (b)

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosamine: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

 

282

1-Propanaminium, 3-[[9,10-dihydro-4-(methylamino)-9,10-dioxo-1-anthracenyl] amino]-N,N-dimethyl-N-propyl-, bromide

HC Blue 16

502453-61-4

481-170-7

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

3,0  %

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

 

283

3-amino-2-chlor-6-methylphenol

3-amino-4-chloro-6-methylphenol HCl

5-Amino-6-Chloro-o-Cresol

5-Amino-6-Chloro-o-Cresol HCl

84540-50-1

80419-48-3

283-144-9

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

0,5 %

 

 

284

Phenol, 2,2'-methylenebis[4-amino-], dihydrochloride

2,2'-Methylenebis-4-aminophenol HCl

27311-52-0

63969-46-0

440-850-3

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

1,0 %

 

 

285

Pyridine-2,6-diyldiamine

2,6-Diaminopyridine

141-86-6

205-507-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Għal (a) u (b): Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,15 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

"ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta’ rasek hija sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-"ħenna sewda".

(b)

Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

(b)

Għall-użu professjonali biss

(b)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

Il-proporzjon tat-taħlita.

"Għall-użu professjonali biss.

ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-"ħenna sewda" jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru,

qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”".

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom." ”


(5)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.”


26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/67


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1198/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li ttemm il-proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u fl-Indoneżja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 330/2013 li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 24 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fis-27 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment dwar l-allegati sussidji dannużi għall-produzzjoni tal-bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u l-Indoneżja, li tressaqt skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku mill-European Biodiesel Board (“l-ilmentatur”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-bijodiżil fl-Unjoni.

(2)

L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ sussidjar tal-prodott imsemmi u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li tqieset suffiċjenti biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni.

(3)

Fl-10 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-notifika ta’ bidu”), il-ftuħ ta’ proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ bijodiżil fl-Unjoni li joriġina mill-Arġentina u mill-Indoneżja (2).

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-ilmentatur, lill-produtturi magħrufa l-oħra fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fl-Arġentina u fl-Indoneżja, lill-importaturi, lill-fornituri, lid-distributuri, lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa u konċernati, u lill-awtoritajiet tal-Arġentina u tal-Indoneżja bil-ftuħ tal-proċediment. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta sal-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(5)

Il-partijiet interessati kollha, u talbu hekk u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

(6)

Fl-10 ta’ April 2013, il-Kummissjoni ssoġġettat l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u fl-Indoneżja għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2013 (3).

2.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT

(7)

Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Ottubru 2013 indirizzata lill-Kummissjoni, l-ilmentatur irtira formalment l-ilment tiegħu.

(8)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jiġi tterminat meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm din it-terminazzjoni ma tkunx kontra l-interessi tal-Unjoni.

(9)

L-investigazzjoni ma żvelat ebda konsiderazzjoni li turi li din it-terminazzjoni tmur kontra l-interessi tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li dan il-proċediment għandu jiġi tterminat. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità jikkummentaw. Mandankollu l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment li jista’ jwassal għall-konklużjoni li din it-terminazzjoni tkun kontra l-interessi tal-Unjoni.

(10)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u l-Indoneżja għandu jiġi tterminat.

(11)

Ir-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u fl-Indoneżja, stabbilita b’applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2013, għalhekk għandha titwaqqaf u r-Regolament imsemmi għandu jiġi mħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-proċediment antisussidji fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew ta’ żejt tal-gass paraffiniku, li jinkisbu minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew f’taħlita, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 95, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 90 97, 3826 00 10 u ex 3826 00 90, u li joriġinaw fl-Arġentina u fl-Indoneżja, b’dan qiegħed jiġi tterminat.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita b’applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 330/2013.

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 330/2013 huwa mħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU C 342, 10.11.2012, p. 12.

(3)  ĠU L 102, 11.4.2013, p. 13.


26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/69


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1199/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li japprova s-sustanza attiva klorantraniliprol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-klorantraniliprol, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tissodisfahom id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/560/KE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-2 ta’ Frar 2007 l-Irlanda rċeviet applikazzjoni mingħand DuPont de Nemours biex is-sustanza attiva klorantraniliprol tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2007/560/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fis-17 ta’ Frar 2010, ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4), fil-11 ta’ Lulju 2011 l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mill-Irlanda tressqet fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni f’Diċembru 2011.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fl-14 ta’ Marzu 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva klorantraniliprol (5). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità analizzawhom l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fit-3 ta’ Ottubru 2013 ġew iffinalizzati fil-format ta’ rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għall-klorantraniliprol.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-klorantraniliprol huma mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi tagħhom li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li l-klorantraniliprol jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni ta’ konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex janalizzaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klorantraniliprol. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza li nkisbet mill-inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi valutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva klorantraniliprol, kif inhu speċifikat fl-Anness I, hija approvata suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klorantraniliprol bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Ottubru 2014.

Sa dik id-data dawn għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-klorantraniliprol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2014 l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li titqies il-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-klorantraniliprol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-klorantraniliprol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att/i rispettivi li żiedu s-sustanza/i rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza/i, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/560/KE tat-2 ta’ Awwissu 2007 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti mressqa għal verifika fid-dettall fid-dawl tal-inklużjoni possibbli tal-chlorantraniliprole, heptamaloxyglucan, spirotetramat u l-Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 213, 15.8.2007, p. 29).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  The EFSA Journal (2013); 11(4):3143. Disponibbli fuq: www.efsa.europa.eu

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Klorantraniliprol

Nru CAS 500008-45-7

Nru CIPAC 794

3-bromo-4’-kloro-1-(3-kloro-2-piridil)-2’-metil-6’-(metilkarbamojl) pirażol-5-karbossanilid

≥ 950 g/kg

Dawn l-impuritajiet rilevanti ma għandhomx jaqbżu ċertu limitu fil-materjal tekniku:

 

Aċetonitril: ≤ 3 g/kg

 

3-pikolin: ≤ 3 g/kg

 

Aċidu metanesulfoniku: ≤ 2 g/kg

fl-1 ta’ Mejju 2014.

fit-30 ta’ April 2024.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-klorantraniliprol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u għall-makroorganiżmi tal-ħamrija.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta’ trażżin tar-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni konfermatorja fir-rigward ta’:

(1)

ir-riskju għall-ilma ta’ taħt l-art mis-sustanza attiva u l-metaboliti tagħha-IN-EQW78 (2-[3-bromo-1-(3-kloropiridin-000-2-il)-1H-pirażol-5-il]-6-kloro-3,8-dimetilkwinażolin-4(3H)-on), IN-ECD73 (2,6-dikloro-4-metil-11H-pirido[2,1-b]kwinażolin-11-on), IN-F6L99 ( 3-bromo-N-metil-1H-pirażol-5-karbossamid), IN-GAZ70 (2-[3-bromo-1-(3-kloropiridin-2-il)-1H-pirażol-5-il]-6-kloro-8-metilkwinażolin-4(1H)-on) u IN-F9N04 (3-bromo-N-(2-karbomojl-4-kloro-6-metilfenil)-1-(3-kloropiridin-2-il)-1H-pirażol-5-karbossamid);

(2)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi mill-metaboliti tal-fotoliżi IN-LBA22 (2-{[(4Z)-2-bromo-4H-pirażolo[1,5-d]pirido[3,2-b][1,4]ossażin-4-iliden] amino}-5-kloro-N,3-dimetilbenżamid), IN-LBA23 (2-[3-bromo-1-(3-idrossipiridin-2-il)-1H-pirażol-5-il]-6-kloro-3,8-dimetilkwinażolin-4(3H)-on) u IN-LBA24 (2-(3-bromo-1H-pirażol-5-il)-6-kloro-3,8-dimetilkwinażolin-4(3H)-on).

L-applikant għandu jressaq din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sat-30 ta’ April 2016.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“62

Klorantraniliprol

Nru CAS 500008-45-7

Nru CIPAC 794

3-bromo-4’-kloro-1-(3-kloro-2-piridil)-2’-metil-6’-(metilkarbamojl) pirażol-5-karbossanilid

≥ 950 g/kg

Dawn l-impuritajiet rilevanti ma għandhomx jaqbżu ċertu limitu fil-materjal tekniku:

 

Aċetonitril ≤ 3 g/kg

 

3-pikolin: ≤ 3 g/kg

 

Aċidu metanesulfoniku: ≤ 2 g/kg

fl-1 ta’ Mejju 2014

fl-30 ta’ April 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-klorantraniliprol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u għall-makroorganiżmi tal-ħamrija.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta’ konferma dwar:

(1)

ir-riskju għall-ilma ta’ taħt l-art mis-sustanza attiva u l-metaboliti tagħha-IN-EQW78 (2-[3-bromo-1-(3-kloropiridin-000-2-il)-1H-pirażol-5-il]-6-kloro-3,8-dimetilkwinażolin-4(3H)-on), IN-ECD73 (2,6-dikloro-4-metil-11H-pirido[2,1-b]kwinażolin-11-on), IN-F6L99 ( 3-bromo-N-metil-1H-pirażol-5-karbossamid), IN-GAZ70 (2-[3-bromo-1-(3-kloropiridin-2-il)-1H-pirażol-5-il]-6-kloro-8-metilkwinażolin-4(1H)-on u IN-F9N04 (3-bromo-N-(2-karbomojl-4-kloro-6-metilfenil)-1-(3-kloropiridin-2-il)-1H-pirażol-5-karbossamid);

(2)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi mill-metaboliti tal-fotoliżi IN-LBA22 (2-{[(4Z)-2-bromo-4H-pirażolo[1,5-d]pirido[3,2-b][1,4]ossażin-4-iliden] amino}-5-kloro-N,3-dimetilbenżamid), IN-LBA23 (2-[3-bromo-1-(3-idrossipiridin-2-il)-1H-pirażol-5-il]-6-kloro-3,8-dimetilkwinażolin-4(3H)-on) u IN-LBA24 (2-(3-bromo-1H-pirażol-5-il)-6-kloro-3,8-dimetilkwinażolin-4(3H)-on).

L-applikant għandu jressaq din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sat-30 ta’ April 2016.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/74


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1200/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cozza di Scardovari (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Cozza di Scardovari” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni "Cozza do Scardovari" għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 170, 15.6.2013, p. 51.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.7.   Ħut frisk, molluski u krustaċji u l-prodotti dderivati minnhom

L-ITALJA

Cozza di Scardovari (DPO)


26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/76


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1201/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

50,7

MA

43,6

MK

36,9

TR

65,0

ZZ

49,1

0707 00 05

AL

41,5

TR

87,8

ZZ

64,7

0709 93 10

MA

139,9

TR

106,8

ZZ

123,4

0805 20 10

MA

80,5

TR

76,1

ZA

87,1

ZZ

81,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

PK

59,4

SZ

56,2

TR

75,4

UY

56,2

ZA

192,9

ZZ

88,0

0805 50 10

TR

71,6

ZZ

71,6

0808 10 80

BA

54,0

MK

41,5

US

130,4

ZA

162,0

ZZ

97,0

0808 30 90

TR

123,6

ZZ

123,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/78


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ottubru 2013

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lejn il-programm ta’ kontroll tas-sajd tal-Kroazja għall-2013

(notifikata bid-dokument C(2013) 6606)

(it-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)

(2013/673/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u partikolarment l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Kroazja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-Kroazja ssottomettiet lill-Kummissjoni l-programm għall-kontroll tas-sajd għall-2013, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, li tinkludi l-applikazzjoniji għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li għandha ssir fit-twettiq tal-proġetti li jinsabu f’dawn il-programmi.

(3)

Applikazzjonijiet li jinvolvu l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-Unjoni.

(4)

Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jiġu ffissati fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata din il-kontribuzzjoni.

(5)

B’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, il-Kroazja ġiet mistiedna tissottometti programm relatat għall-finanzjament fl-oqsma prijoritarji definiti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-25 ta’ Jannar 2013, jiġifieri proġetti li jimmiraw lejn l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2) dwar il-kontroll, il-kejl tal-qawwa tal-magna, u t-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd. Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-operaturi u/jew mill-Istati Membri li jwettqu investimenti fi proġetti ta’ traċċabbiltà ġew iddefiniti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-14 ta’ Mejju 2012.

(6)

Fuq dik il-bażi u minħabba restrizzjonijiet baġitarji, talbiet fil-programmi għal finanzjament tal-Unjoni relatati ma’ azzjonijiet bħas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) fuq il-bastimenti tas-sajd u dawk il-proġetti ta’ taħriġ li ma jkollhom l-ebda rabta ma’ titjib li għandu jsir fis-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri ġew irrifjutati peress li ma kinux parti mill-oqsma ta’ prijorità ddefiniti hawn fuq.

(7)

Fir-rigward tal-proġetti ta’ traċċabbiltà, huwa importanti li jiġi żgurat li dawn jiġu żviluppati fuq il-bażi ta’ standards rikonoxxuti internazzjonalment, kif meħtieġ mill-Artikolu 67(8) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (3).

(8)

L-applikazzjoniji tal-Kroazja għall-finanzjament tal-Unjoni ġiet ivvalutata fir-rigward tal-konformità tagħha mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (4).

(9)

Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji definiti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq u miżmuma għal din id-deċiżjoni finanzjarja għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(10)

Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

(11)

Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar abbord il-bastimenti tas-sajd għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2013 għan-nefqa li għandha tiġġarrab mill-Kroazja għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Kroazja sat-30 ta’ Ġunju 2017. Il-pagamenti li jsiru wara dik id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018.

Artikolu 3

Teknoloġiji ġodda & netwerks tal-IT

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, għall-istallazzjoni ta’ teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda sabiex ikunu jistgħu jsiru ġbir u ġestjoni effiċjenti u siguri ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd kif ukoll il-verifika tas-saħħa tal-magna, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Il-Proġett HR/13/05 msemmi fl-Anness I, relatat mal-gejġijiet u l-iskalar, għandu jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, fuq ix-xiri u t-twaħħil abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jagħmilha possibbli li l-bastimenti jiġu mmonitorjati minn distanza minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 2 500 għal kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2244/2003 (5).

Artikolu 5

Sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri u l-istallazzjoni kif ukoll l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS), sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 6

Tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-armar fuq bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir tal-ERS li jippermetti li l-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw elettronikament dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, it-tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

Artikolu 7

Kontribuzzjoni massima totali mill-Unjoni għall-Kroazja

In-nefqa ppjanata, is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Kroazja huma kif ġej:

(EUR)

Stat Membru

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Kroazja

817 000

618 000

522 600

Għadd totali

817 000

618 000

522 600

Artikolu 8

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(5)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI U NETWERKS TAL-IT ĠODDA

(EUR)

Kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

HR/13/05

84 000

84 000

42 000

HR/13/07

100 000

100 000

90 000

Għadd totali

184 000

184 000

132 000


ANNESS II

TAGĦMIR GĦAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA

(EUR)

Kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

HR/13/01

192 000

192 000

172 800

HR/13/02

192 000

0

0

Għadd totali

384 000

192 000

172 800


ANNESS III

SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

(EUR)

Kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

HR/13/04

50 000

50 000

45 000

Għadd totali

50 000

50 000

45 000


ANNESS IV

TAGĦMIR ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR

(EUR)

Kodiċi tal-proġettt

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

HR/13/03

192 000

192 000

172 800

Għadd totali

192 000

192 000

172 800


ANNESS V

PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U TA’ SKAMBJU

(EUR)

Kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

HR/13/06

7 000

0

0

Għadd totali

7 000

0

0


26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/82


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Novembru 2013

dwar il-Linji Gwida għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/674/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li l-prodotti kożmetiċi li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jkunu sikuri għas-saħħa tal-bniedem meta jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ użu normali u raġonevolment prevedibbli. Għal dan il-għan, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jitlob li, sabiex jiġi stabbilit li prodott kożmetiku jkun sikur f’dawn il-kundizzjonijiet, il-prodotti kożmetiċi jgħaddu minn valutazzjoni tas-sikurezza.

(2)

L-operatur innominat bħala l-persuna responsabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiżgura li għal kull prodott kożmetiku li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, jinkiteb rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku abbażi tal-informazzjoni rilevanti u skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jinftiehmu aħjar ir-rekwiżiti tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 minn kull impriża, u speċjalment l-impriżi żgħar u medji, ir-Regolament jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta linji gwida xierqa.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi linji gwida xierqa dwar l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Dawn ġew żviluppati bil-kontribut tal-partijiet interessati rilevanti, inkluż ir-rappreżentanti ta’ impriżi żgħar u medji.

(5)

Il-linji gwida għandhom jassistu lill-persuni responsabbli biex jilħqu l-konformità mal-obbligi regolatorji tagħhom. Madankollu, dawn mhumiex maħsuba li jissostitwixxu l-għarfien u l-kompetenza tal-eżaminatur ikkwalifikat tas-sikurezza, kif meħtieġ mill-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, li għandu jibqa’ jkun l-uniku professjonist li jitħalla jwettaq il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku kif deskritt fil-Parti B tal-Anness I.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida li jippermettu lill-impriżi jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar il-prodotti kożmetiċi huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.


ANNESS

LINJI GWIDA DWAR L-ANNESS I TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1223/2009 DWAR IR-RAPPORT DWAR IS-SIKUREZZA TAL-PRODOTTI KOŻMETIĊI

1.   INTRODUZZJONI

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jeħtieġ li jiġi fformulat fajl bl-informazzjoni dwar il-prodott għal kull prodott qabel ma jitqiegħed fis-suq. Il-fajl bl-informazzjoni dwar il-prodott għandu jiġi aġġornat meta jkun meħtieġ u jinżamm aċċessibbli faċilment, f’format elettroniku jew f’format ieħor, fl-indirizz tal-persuna responsabbli mogħti fuq it-tikketta, lill-awtoritajiet kompetenti għal finijiet ta’ sorveljanza tas-suq għal perjodu ta’ għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar lott tal-prodott.

L-element l-aktar importanti mill-fajl bl-informazzjoni dwar il-prodott, mill-perspettiva tas-sikurezza, huwa r-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku msemmi fl-Artikolu 10(1). L-elementi l-oħra huma deskrizzjoni ċara tal-prodott kożmetiku, deskrizzjoni tal-metodu ta’ manifattura u dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ prattika ta’ manifattura tajba, il-prova tal-effetti ddikjarati, u dejta dwar l-ittestjar fuq l-annimali (1).

Meta l-persuna responsabbli li tfassal ir-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku ma tkunx il-manifattur tal-prodott, din għandha tiżgura li jkollha aċċess għall-ħiliet tekniċi u xjentifiċi kollha meħtieġa biex tinkiseb informazzjoni affidabbli dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku u valutazzjoni tas-sikurezza biex jintwera li l-prodott li huma responsabbli għalih huwa sikur, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Għalhekk, dan jistaħ jinvolvi mhux biss lill-eżaminatur tas-sikurezza, iżda wkoll lill-manifattur, lill-fornituri tal-materja prima, u esperti tekniċi oħra.

Fi kwalunkwe każ, il-persuna responsabbli għandha tiżgura li l-użu maħsub tal-prodott kożmetiku u l-esponiment sistemiku antiċipat għall-ingredjenti prinċipali f’formulazzjoni finali jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sigurta; jintuża approċċ ibbażat fuq il-piż tal-evidenza fil-valutazzjoni tas-sikurezza għar-reviżjoni tad-dejta mis-sorsi eżistenti kollha; ir-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku jinżamm aġġornat fid-dawl ta’ informazzjoni rilevanti addizzjonali ġġenerata wara t-tqegħid fis-suq (2).

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku, kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, għandha titwetttaq minn eżaminatur tas-sikurezza kkwalifikat. Il-persuna responsabbli u l-eżaminatur tas-sikurezza għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib biex jiżguraw li s-sikurezza tal-prodott tiġi vvalutata u ddokumentata kif xieraq filwaqt li l-valutazzjoni tinżamm aġġornata. Il-persuna responsabbli u l-eżaminatur tas-sikurezza għandhom jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa kif meħtieġ mill-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

Ir-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku għandu jitfassal b’mod trasparenti u għandu jkun argumentat sew u jinftiehem faċilment.

Ir-Rapport dwar is-Sikurezza tal-Prodott Kożmetiku huwa biċċa xogħol esperta magħmula minn moduli differenti u fejn l-informazzjoni meħtieġa skont il-Parti A tista’ tinħażen f’databases differenti. Ir-rapport, li għandu jkun jinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni kollha indikata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, għandu jidher taħt l-istess intestaturi jew simili għal referenza faċili mill-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, jista’ jkun suffiċjenti li taħt kull intestatura tiġi pprovduta referenza ċara għal dokument li jinkludi l-informazzjoni u li jkun faċilment disponibbli f’format elettroniku u stampat.

2.   ANNESS I TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1223/2009 – RAPPORT DWAR IS-SIKUREZZA TAL-PRODOTT KOŻMETIKU

Skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, ir-Rapport dwar is-Sikurezza tal-Prodott Kożmetiku għandu “bħala minimu” jinkludi l-informazzjoni meħtieġa taħt kull waħda mill-intestaturi tal-Parti A u l-Parti B.

Il-Parti A għandha l-għan li tiġbor id-dejta kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott, filwaqt li l-Parti B tistabbilixxi r-raġunament, billi tibda mid-dejta, biex tfassal konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-prodott.

L-istruttura u l-kontenut tar-rapport dwar is-sikurezza għandhom jirriflettu r-rekwiżiti tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Madankollu, jekk ir-rapport ma jkunx jinkludi direttament l-informazzjoni meħtieġa, għandu jipprovdi referenza għal sors ieħor li jkun disponibbli faċilment.

Il-persuna responsabbli għandha tiżgura li r-Rapport dwar is-Sikurezza tal-Prodott Kożmetiku jinżamm aġġornat fid-dawl ta’ informazzjoni rilevanti addizzjonali li toħroġ wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq (3).

3.   PARTI A — INFORMAZZJONI DWAR IS-SIKUREZZA TAL-PRODOTT

Il-Parti A tar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku hija maħsuba biex tiġbor id-dejta meħtieġa biex jiġi ppruvat li l-prodott kożmetiku huwa sikur. L-informazzjoni għandha tippermetti lill-eżaminatur tas-sikurezza jidentifika u jikkwantifika b’mod ċar, abbażi tal-perikli identifikati, ir-riskji li jista’ jkollu prodott kożmetiku għas-saħħa tal-bniedem. Pereżempju, jista’ jiżviluppa periklu, mill-materja prima, il-proċess ta’ manifattura, l-ippakkjar, il-kundizzjonijiet ta’ użu tal-prodott, l-ispeċifikazzjonijiet mikrobijoloġiċi, il-kwantitajiet użati, il-profil tossikoloġiku tas-sustanzi, eċċ.

Peress li l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 teħtieġ li bħala minimu tiġi pprovduta d-dejta elenkata taħt l-intestatura tagħha, kwalunkwe diskrepanza fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Parti A għandha tiġi ġġustifikata.

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 telenka d-dejta li “bħala minimu” għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-eżaminatur tas-sikurezza biex ikun jista’ jwettaq il-valutazzjoni tas-sikurezza.

Minbarra d-dejta minima elenkata fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-eżaminatur tas-sikurezza jista’ juża kwalunkwe dejta addizzjonali, fejn ikun rilevanti. Min-naħa l-oħra, hu, jew il-persuna responsabbli, jista’ jikkunsidra li abbażi tat-tip ta’ prodott, xi parti mid-dejta meħtieġa ma tkunx rilevanti jew meħtieġa biex tiġi vvalutata s-sikurezza tal-prodott (eż. it-test tal-isfida tal-preżervazzjoni). F’dan il-każ, in-nuqqas ta’ dejta speċifika għandu jiġi ġġustifikat fil-Parti A u l-ġustifikazzjoni għandha tiġi rripetuta u vvalidata mill-eżaminatur tas-sikurezza fir-raġunament tal-Parti B. Il-persuna responsabbli għandha tivverifika l-preżenza tad-dejta meħtieġa jew il-ġustifikazzjoni għan-nuqqas tagħha.

Id-dejta meħtieġa mill-Parti A tista’ tittieħed minn kwalunkwe sors affidabbli. L-eżempji jinkludu: id-dejta mill-fornituri, id-dokumentazzjoni xjentifika, l-esperjenza miksuba b’kategoriji simili jew b’kategoriji ta’ prodotti oħra, ir-riżultati tal-istudji fuq il-prodott innifsu jew fuq is-sustanzi li fih, id-dejta disponibbli fuq formulazzjonijiet simili, jew il-mudelli tal-kompjuters. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jenfasizza r-rilevanza tad-dejta fir-rigward tal-proġett.

Il-gwida ppubblikata mill-kumitati xjentifiċi tal-UE kkonċernati bil-valutazzjoni tar-riskju (4), kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew l-organizzazzjonijiet professjonali, tista’ tipprovdi appoġġ utli ulterjuri.

3.1.   Kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-prodott kożmetiku

L-għan ta’ dik it-taqsima tar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku huwa li tipprovdi l-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva preċiża tal-prodott lest, billi tibda mill-materja prima. Il-materja prima hija sustanzi jew taħlitiet użati fil-manifattura tal-prodott kożmetiku. Il-funzjoni maħsuba ta’ kull sustanza għandha tiġi indikata.

Il-kompożizzjoni kompluta tal-prodott għandha tiġi speċifikata, billi tiddikjara l-isem u l-identità (kwalitattiva) ta’ kull materja prima (inkluż l-isem kimiku, l-INCI, is-CAS, l-EINECS/ELINCS, fejn ikun possibbli), u l-ammont minn kull materja prima, billi jiġi ddikjarat il-persentaġġ ta’ piż (kwantitattiv). Ma għandhomx jintużaw meded, sakemm dan ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat (eż.. viskożità jew aġġustaturi tal-pH). Jekk il-meded ta’ konċentrazzjoni jkunu inevitabbli, il-kunsiderazzjonijiet u l-kalkoli tossikoloġiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-ogħla ċifra ta’ konċentrazzjoni. Jista’ jkun utli li jiġi/jiġu indikat(i) il-fornitur(i) tal-materja prima.

Is-sustanzi kollha li jidħlu fil-kompożizzjoni tat-taħlitiet kummerċjali pprovduti bħala materja prima (inkluż preżervattivi miżjuda direttament, antiossidanti, kelaturi, aġenti ta’ lqugħ, solventi, addittivi oħra, eċċ) għandhom jiġu identifikati u kkwantifikati fil-formula tal-prodott lest. Dan japplika wkoll għas-sustanzi kollha miżjuda indirettament mal-prodott, bħal preżervattivi użati għall-preżervazzjoni tal-materja prima. Il-funzjoni maħsuba ta’ kull sustanza għandha tiġi indikata.

Meta jkunu preżenti sustanzi ddefiniti sew kimikament, il-kwantità u l-formula molekulari tagħhom għandha tingħata flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet analitiċi tagħhom (il-grad ta’ purità, l-identifikazzjoni ta’ impuritajiet ewlenin, il-kriterji u l-metodi ta’ ttestjar użati).

Meta jkunu preżenti ingredjenti kumplessi, għandha tingħata n-natura u l-kwalità tagħhom flimkien ma’ definizzjoni ċara tat-taħlita u l-materjal(i) użati sabiex jiġu identifikati s-sustanzi fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-effetti tagħhom (il-proċess ta’ manifattura u purifikazzjoni, inklużi l-passi fiżiċi, kimiċi, enżimatiċi, bijoteknoloġiċi u mikrobijoloġiċi). Għandhom jiġu pprovduti l-kriterji ta’ purità u l-metodi ta’ ttestjar użati. L-eżempji ta’ ingredjenti kumplessi jinkludu dawk ta’ oriġini minerali, botanika, bijoteknoloġika jew mill-annimali. L-iskop tal-informazzjoni meħtieġa dwar l-ingredjenti kumplessi, abbażi tan-natura u l-oriġini tagħhom, hija elenkata espliċitament fin-Nota ta’ Gwida tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) (5).

Meta tkun preżenti taħlita kemm ta’ sustanzi ddefiniti sew kimikament kif ukoll ta’ ingredjenti kumplessi, tapplika wkoll il-gwida ta’ hawn fuq.

Meta xi kompost ta’ fwieħa (jew togħma) li jinkludi taħlita ta’ ingredjenti ta’ fwieħa (jew togħma) u l-komponenti funzjonali bi proprjetajiet olfattivi, li jsaħħu r-riħa, li jipproteġu r-riħa jew ta’ taħlit ikun fformulat u miżjud b’mod intenzjonali ma’ prodott kożmetiku biex tinħoloq fwieħa (jew togħma) jew biex ikopri riħa tinten, l-identifikazzjoni tiegħu għandha tinkludi l-isem u n-numru tal-kodiċi kif ukoll l-identità tal-fornitur. L-informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar is-sustanzi rregolati fil-kompost tal-fwieħa (jew tat-togħma) u l-informazzjoni rilevanti għal valutazzjoni tas-sikurezza għandha tiġi żvelata lill-persuna responsabbli u l-eżaminatur tas-sikurezza, u għandha tiġi inkluża fir-rapport dwar is-sikurezza.

3.2.   Karatteristiċi fiżiċi/kimiċi u l-istabbiltà tal-prodott kożmetiku

L-għan ta’ din it-taqsima tar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku huwa li tiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet fiżiċi u kimiċi tas-sustanzi jew it-taħlitiet użati u l-prodott kożmetiku nnifsu. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet huma kruċjali għal valutazzjoni tas-sikurezza xierqa, peress li jistgħu jinfluwenzaw is-sikurezza tal-prodott kożmetiku. Pereżempju, il-proprjetajiet fiżikokimiċi, flimkien ma’ informazzjoni oħra, jistgħu jgħinu lill-eżaminatur tas-sikurezza biex jistabbilixxi l-ħtieġa li jiġu investigati l-parametri tossikoloġiċi rilevanti.

Minbarra dan, il-karatteristiċi fiżikokimiċi tas-sustanzi jew it-taħlitiet u l-prodotti lesti stabbilixxew il-parametru referenzjarju skont liema l-prodotti u l-materja prima jistgħu jiġu kkunsidrati aċċettabbli mill-perspettiva tal-kwalità  (6) .

Din it-taqsima tar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku teħtieġ ukoll valutazzjoni tal-istabbiltà tal-prodott kożmetiku, f’kundizzjonijiet ta’ ħżin raġonevolment prevedibbli. L-għan huwa li jiġi evalwat jekk l-istabbiltà tal-prodott kożmetiku taffettwax is-sikurezza u l-kwalità tal-prodott, u li l-informazzjoni tintuża biex tiġi stabbilita d-durabbiltà minima tiegħu u l-perjodu wara l-ftuħ (PAO).

3.2.1.   Karatteristiċi fiżiċi/kimiċi tas-sustanzi jew taħlitiet

Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-proprjetajiet fiżikokimiċi l-aktar rilevanti ta’ kull sustanza u t-taħlita inkluża fil-prodott, pereżempju: l-identifikazzjoni kimika, il-forma fiżika, il-piż molekulari, is-solubbiltà, il-koeffiċjent tal-partizzjoni, il-purità tas-sustanza, parametri oħra rilevanti għall-karatterizzazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet speċifiċi, u, għall-polimeri, il-piż molekulari u l-firxa medja.

Fejn ikun rilevanti, il-kurva tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli tas-sustanzi għandha tiġi inkluża fil-karatteristiċi kimiċi rilevanti, speċjalment għan-nanomaterjali.

Il-manifatturi tal-prodotti kożmetiċi għandhom jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet tal-materja prima jiġu ddokumentati sew mill-fornituri tagħhom. Għandhom ikunu disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet għal kull materja prima li effettivament tintuża fil-prodott. Abbażi tal-funzjoni, jistgħu jkunu meħtieġa speċifikazzjonijiet addizzjonali. Pereżempju, għall-assorbituri tal-UV, għandu jiġi pprovdut l-ispektrum ta’ assorbiment.

Għal kull deskrizzjoni tal-proprjetajiet u l-ispeċifikazzjonijiet fiżikokimiċi (għal kull sustanza u taħlita inkluża fil-prodott), il-metodi ta’ referenza għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport dwar is-sikurezza.

3.2.2.   Karatteristiċi fiżiċi/kimiċi tal-prodott kożmetiku lest

Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott lest. Kull speċifikazzjoni għandha tingħata fil-limiti rilevanti, eż. pH bejn 5.5 u 6.5.

Għal kull deskrizzjoni tal-proprjetajiet u l-ispeċifikazzjonijiet fiżikokimiċi tal-prodott lest, il-metodi ta’ referenza għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku.

3.2.3.   Stabbiltà tal-prodott kożmetiku

Peress li r-rekwiżit huwa li tiġi vvalutata l-istabbiltà tal-prodott kożmetiku f’kundizzjonijiet ta’ ħżin raġonevolment prevedibbli, jekk l-istabbiltà tkun tiddependi fuq il-kundizzjonijiet ta’ ħżin, l-informazzjoni dwar dawn il-kundizzjonijiet għandha tiġi mgħoddija tul il-katina tal-provvista kollha, u jekk tkun rilevanti għall-utent aħħari, għandha tiġi indikata fuq it-tikketta tal-prodott.

Il-metodoloġija użata biex tiġi stabbilita d-durabbiltà minima tal-prodott għandha tiġi deskritta. Għandha tiġi indikata kwalunkwe prekawzjoni ta’ preżervazzjoni speċifika.

Id-dejta kollha disponibbli użata biex tiġi ġġustifikata d-durabbiltà minima indikata għandha tiġi elenkata fir-rapport dwar is-sikurezza. Sabiex tiġi stabbilita l-koerenza tal-istudju ta’ stabbiltà mwettaq, u biex tiġi vverifikata r-rilevanza tad-data ta’ durabbiltà minima magħżula għall-prodott, id-deskrizzjoni tat-testijiet speċifiċi għall-istudju ta’ stabbiltà u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet għandhom jiġu inklużi fir-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku. Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti:

(1)

Evidenza li l-kompożizzjoni tal-prodott użat għall-ittestjar tal-istabbiltà tikkorrispondi għall-prodott li tqiegħed effettivament fis-suq;

(2)

Ir-riżultati tal-istudju dwar l-effikaċja tal-preżervattiv, eż.. it-test tal-isfida, jekk ikun applikabbli (7);

(3)

Fejn ikun applikabbli, il-perjodu wara l-ftuħ (PAO) (8) u l-ġustifikazzjoni tiegħu.

L-SCCS irrakkomanda li “għandhom jitwettqu testijiet tal-istabbiltà rilevanti, adattati għat-tip ta’ prodott kożmetiku u l-użu maħsub tiegħu. Biex jiġi żgurat li ma tiġi kkawżata l-ebda problema fl-istabbiltà mit-tip ta’ kontenitur u l-ippakkjar użat, fil-preżent it-testijiet għall-istabbiltà fiżika qegħdin jitwettqu b’kontenituri inerti u dawk maħsuba li jintużaw fis-suq.” (9)

3.3.   Kwalità mikrobijoloġika

L-għan ta’ din it-taqsima tar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku huwa li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet mikrobijoloġiċi aċċettabbli tal-materja prima (is-sustanzi jew it-taħlitiet) u l-prodott lest minn perspettiva mikrobijoloġika. F’konformità mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ispeċifikazzjonijiet mikrobijoloġiċi tal-prodotti kożmetiċi maħsuba li jintużaw fuq partijiet tal-ġisem sensittivi u fuq popolazzjonijiet speċifiċi. Minbarra dan, l-informazzjoni dwar il-kwalità mikrobijoloġika hija essenzjali sabiex tiġi ġġustifikata l-effettività tas-sistema ta’ preżervazzjoni u tiġi ġġustifikata d-durabbiltà minima indikata tal-prodott kożmetiku maħżun f’kundizzjonijiet xierqa u l-perjodu wara l-ftuħ (PAO)  (10) tal-prodott lest f’termini ta’ sikurezza.

L-ispeċifikazzjonijiet mikrobijoloġiċi tal-materja prima (is-sustanzi u t-taħlitiet) u l-prodott kożmetiku għandhom jiffurmaw parti mill-valutazzjoni tas-sikurezza. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ispeċifikazzjonijiet mikrobijoloġiċi tal-prodotti kożmetiċi maħsuba li jintużaw madwar l-għajnejn, fuq membrani mukużi b’mod ġenerali, fuq ġilda danneġġata (eż. prodotti għall-kura tal-ġilda xierqa għal ġilda atopika jew irritata), fuq tfal li għandhom anqas minn tliet snin, fuq persuni anzjani jew persuni b’risponsi immuni kompromessi.

3.3.1.   Kwalità mikrobijoloġija tas-sustanzi u t-taħlitiet

Il-parametri ewlenin għall-kwalità mikrobijoloġika huma l-livell oriġinali ta’ kontaminazzjoni u l-possibbiltà ta’ tkabbir mikrobjali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-materja prima (sustanzi u taħlitiet) l-aktar suxxetibbli għat-tkabbir mikrobjali (eż. taħlitiet ibbażati fuq l-ilma, materjali li fihom ħafna proteini, pjanti jew materja prima mill-annimali). Min-naħa l-oħra, hemm materja prima li ma tappoġġjax it-tkabbir mikrobjali, eż. solventi organiċi.

3.3.2.   Kwalità mikrobijoloġika tal-prodott kożmetiku lest

Rigward is-suxxettibbiltà mikrobijoloġika, hemm differenza bejn tliet kategoriji ta’ prodotti:

(1)

Prodotti b’riskju mikrobijoloġiku baxx (eż. prodotti b’kontenut ta’ alkoħol > 20 %, prodotti bbażati fuq solventi organiċi, prodotti b’pH għoli/baxx), li għalihom ma huwa meħtieġ la test tal-isfida tal-preżervazzjoni u lanqas testijiet tal-kwalità mikrobijoloġika fuq il-prodott lest. Madankollu, għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni xjentifika;

(2)

Il-prodotti b’użu uniku, u l-prodotti li ma jistgħux jinfetħu (eż. li l-ippakkjar tagħhom jippermetti d-dożaġġ tal-prodott mingħajr ma dan jiġi f’kuntatt mal-arja) li għalihom huma meħtieġa biss testijiet tal-kwalità mikrobijoloġika fuq il-prodott lest. Madankollu, għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni xjentifika;

(3)

Il-prodotti l-oħra kollha, li għalihom huwa meħtieġ kemm test tal-isfida tal-preżervazzjoni kif ukoll testijiet tal-kwalità mikrobijoloġija fuq il-prodott lest.

“Linji Gwida Speċifiċi dwar il-Kwalità Mikrobijoloġika tal-Prodott Lest” huma pprovduti fin-Noti ta’ Gwida tal-SCCS (11).

3.4.   Impuritajiet, traċċi, informazzjoni dwar il-materjal tal-ippakkjar

L-għan ta’ din it-taqsima tar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku huwa li tivvaluta jekk il-prodott kożmetiku jinkludix sustanzi li ma ġewx intenzjonalament miżjuda mal-formulazzjoni, u li jista’ jkollhom impatt fuq is-sikurezza tiegħu.

L-impuritajiet huma sustanzi mhux intenzjonati fil-materja prima.

Traċċa hija kwantità żgħira ta’ sustanza mhux intenzjonata fil-prodott lest. It-traċċi għandhom jiġu evalwati fir-rigward tas-sikurezza tal-prodott lest. Meta jkunu preżenti traċċi ta’ sustanzi pprojbiti, għandha tiġi pprovduta wkoll evidenza tal-inevitabbiltà teknika tagħhom.

It-traċċi jistgħu joriġinaw mis-sorsi li ġejjin: impuritajiet fil-materja prima/sustanzi; il-proċess ta’ manifattura; l-evoluzzjoni/interazzjoni kimika potenzjali u/jew il-migrazzjoni fil-prodott li jista’ jseħħ f’kundizzjoni ta’ ħżin normali u/jew permezz ta’ kuntatt mal-materjal tal-ippakkjar.

Peress li s-sustanzi jistgħu jimmigraw mill-ippakkjar għall-formulazzjoni, għandom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi rilevanti tal-materjal tal-ippakkjar.

F’konformità mal-punt 4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, it-taqsima dwar l-“Impuritajiet, traċċi, informazzjoni dwar il-materjal tal-ippakkjar” għandha tindirizza tliet kwistjonijiet speċifiċi:

(a)

Il-purità tas-sustanzi u t-taħlitiet;

(b)

F’każ ta’ traċċi ta’ sustanzi pprojbiti, evidenza tal-inevitabbiltà teknika tagħhom;

(c)

Il-karatteristiċi rilevanti tal-materjal tal-ippakkjar, b’mod partikolari l-purità u l-istabbiltà.

F’termini prattiċi, dawn l-elementi jistgħu jiġu interpretati kif ġej:

(a)

Definizzjoni preċiża tal-impuritajiet u t-traċċi (ara 3.4.1);

(b)

Evidenza tal-inevitabbiltà teknika tas-sustanzi pprojbiti (ara 3.4.2);

(c)

Ir-rilaxx potenzjali ta’ sustanzi mill-ippakkjar jew id-deterjorazzjoni possibbli tal-prodott f’kuntatt mal-ippakkjar (ara 3.4.3).

Għall-analiżi tal-impuritajiet u l-materjal tal-ippakkjar, id-dejta mill-fornituri hija ta’ importanza kruċjali u għandha tkun ippreferuta.

3.4.1.   Il-purità tas-sustanzi u t-taħlitiet

Il-preżenza ta’ sustanzi mhux intenzjonati, bħal impuritajiet u traċċi, jista’ jkollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott lest. Ir-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku għandu jinkludi dejta dwar il-purità tal-materja prima (sustanzi u taħlitiet) u l-identifikazzjoni tas-sustanzi mhux intenzjonati rilevanti tossikoloġikament. Dawn is-sustanzi għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott.

L-impuritajiet huma sustanzi mhux intenzjonati fil-materja prima.

Traċċa hija kwantità żgħira ta’ sustanza mhux intenzjonata fil-prodott lest.

Il-preżenza ta’ traċċi fil-prodott lest tista’ tkun evalwata b’żewġ modi:

(a)

permezz tal-ispeċifikazzjonijiet/tad-dejta teknika għal kull materja prima, fuq il-bażi tal-għarfien dwar il-proċess għall-manifattura tal-materja prima (l-oriġini tas-sustanza, il-proċess tal-produzzjoni, ir-rotta ta’ sinteżi, il-proċess ta’ estrazzjoni, is-solvent użat, eċċ.);

(b)

permezz ta’ analiżi fiżikokimika għal impuritajiet possibbli fil-materja prima u, jekk ikun hemm bżonn, fil-prodott lest (eż. nitrosamini li potenzjalment ikunu ġġenerati matul jew wara l-proċess tal-manifattura).

Traċċi ta’ sustanzi pprojbiti huma indirizzati fil-paragrafu 3.4.2 ta’ dawn il-Linji Gwida.

Ċerti traċċi għandhom limiti ta’ konċentrazzjoni regolatorji. Għall-preżenza ta’ traċċi ta’ sustanzi li mhumiex projbiti, u li għalihom ma hemm l-ebda limitu ta’ konċentrazzjoni regolatorju, iżda li jistgħu jkunu mistennija jħallu impatt fuq is-sikurezza tal-konsumatur, il-valutazzjoni dwar is-sikurezza trid titwettaq minn eżaminatur tas-sikurezza.

3.4.2.   Evidenza tal-inevitabbiltà teknika ta’ traċċi ta’ sustanzi pprojbiti

Filwaqt li l-proċedura spjegata fil-paragrafu 3.4.1 għandha tkun segwita għall-impuritajiet u t-traċċi kollha magħrufin biex jiġi evalwat l-impatt tossikoloġiku tagħhom, hemm bżonn li ssir investigazzjoni oħra għal sustanzi pprojbiti preżenti bħala traċċi fil-prodott lest (12).

Meta dik il-preżenza ma tkun teknikament inevitabbli, il-manifatturi tal-prodotti kożmetiċi huma meħtieġa jipprovdu evidenza tal-inevitabbiltà teknika. Dan ifisser li jridu jiġġustifikaw il-preżenza ta’ dawk it-traċċi b’kull mezz neċessarju. Il-preżenza ta’ traċċi ta’ sustanzi pprojbiti għandha tinżamm kemm jista’ jkun baxxa permezz ta’ prassi tajba ta’ manifattura. Barra minn hekk, l-eżaminatur tas-sikurezza jrid jiddeċiedi jekk il-livelli tagħhom humiex tossikoloġikament aċċettabbli u jekk il-prodott għadux sikur.

Speċjalment fil-każ ta’ sustanzi ġenotossiċi u karċinoġeniċi mingħajr livell limitu (13), l-industrija kożmetika għandha tibqa’ ttejjeb l-aħjar prattiki tagħha sabiex telimina dawn is-sustanzi (il-prinċipju ALARA (14)) fil-prodott kożmetiku lest. It-tħassib ewlieni huwa l-iżgurar tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, kif meħtieġ mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

Traċċi ġġenerati mid-degradazzjoni ta’ sustanzi fi ħdan il-prodott lest (problemi ta’ stabilità), minħabba problemi ta’ preżervazzjoni jew fit-trasport, jew minħabba l-interazzjoni tal-materja prima, għandhom ikunu evitati permezz ta’ prassi tajba ta’ manifattura, jew possibbilment permezz ta’ riformulazzjoni tal-prodott.

3.4.3.   Evidenza tal-inevitabbiltà teknika ta’ traċċi ta’ sustanzi pprojbiti

Il-materjal tal-imballaġġ ifisser il-kontenitur (jew l-imballaġġ primarju) li huwa f’kuntatt dirett mal-formulazzjoni. Il-karatteristiċi relevanti tal-materjali tal-imballaġġ f’kuntatt dirett mal-prodott lest huma importanti għas-sikurezza tal-prodott kożmetiku. Referenza għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) tista’ tkun utli.

Esperjenza b’taħlitiet simili tal-formulazzjoni/imballaġġ diġà fis-suq tipprovdi indikazzjonijiet utli. Il-materjali li ġew żviluppati għall-imballaġġ tal-ikel spiss diġà jkunu ġew ittestjati, u b’hekk it-tagħrif relevanti dwar l-istabilità u l-migrazzjoni jista’ jkun disponibbli. Jista’ ma jkunx hemm bżonn li jsiru iktar testijiet. Madankollu, jista’ jkun hemm bżonn li jsiru evalwazzjonijiet oħrajn għal imballaġġ ġdid jew innovattiv.

It-taħlita ta’ materjal tal-imballaġġ, formulazzjoni tal-prodott kożmetiku u l-kuntatt mal-ambjent estern jista’ jkollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott lest, minħabba l-fatturi li ġejjin:

(a)

interazzjoni bejn il-prodott u l-materjal tal-imballaġġ;

(b)

proprjetajiet xekkiela tal-materjal tal-imballaġġ;

(c)

migrazzjoni tas-sustanza minn/lejn il-materjal tal-imballaġġ.

It-tagħrif dwar il-karatteristiċi relevanti tal-materjali tal-imballaġġ f’kuntatt dirett mal-prodott għandu jippermetti li ssir stima tar-riskji potenzjali. Il-karatteristiċi relevanti jistgħu jinkludu, pereżempju, dawn li ġejjin:

(a)

il-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ, inklużi sustanzi tekniċi bħal addittivi;

(b)

impuritajiet teknikament inevitabbli;

(c)

migrazzjoni possibbli mill-imballaġġ.

Dan it-tagħrif jindika biss il-periklu. Huwa f’idejn l-eżaminatur tas-sikurezza li jevalwa r-riskju (16).

Studji dwar l-interazzjonijiet/l-adegwatezza bejn il-formulazzjoni u l-imballaġġ jippermettu li jsiru testijiet dwar il-migrazzjoni potenzjali ta’ ammonti żgħar ta’ sustanzi mill-materjal tal-imballaġġ primarju lejn il-prodott. Dawn it-testijiet isiru f’kundizzjonijiet speċifiċi u relevanti ta’ ttestjar. Madankollu, ma hemm l-ebda proċedura standard għall-prodotti kożmetiċi. Tista’ ssir valutazzjoni xierqa fuq il-bażi tal-għarfien tal-formulazzjoni u l-materjali tal-imballaġġ primarju u ġudizzju ta’ espert b’esperjenza.

Jekk il-migrazzjoni tkun tiddependi fuq il-kundizzjonijiet tal-ħżin, il-kundizzjonijiet korretti għandhom ikunu indikati fuq it-tikketta tal-prodott. Jekk il-formulazzjoni tkun sensittiva għad-dawl jew l-arja, u tiħżien b’mod li tħalli impatt fuq is-sikurezza tal-prodott jew l-effikaċja tiegħu, għandu jintuża l-imballaġġ xieraq.

3.5.   Użu normali u raġonevolment prevedibbli

It-taqsima dwar l-użu normali u raġonevolment prevedibbli tal-prodott hija essenzjali biex l-eżaminatur tas-sikurezza jkun jista’ jiddetermina xenarju ta’ esponiment relevanti. L-użu maħsub għandu jkun komunikat kif xieraq lill-konsumatur biex jiġi evitat użu ħażin tal-prodott.

Barra minn hekk, it-twissijiet u spjegazzjonijiet oħrajn fuq it-tikketti għandhom ikunu konsistenti mal-użu normali u raġonevolment prevedibbli identifikat, u għandu jingħata r-raġunament li jiġġustifika l-inklużjoni tagħhom.

Għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni ċara tal-użu normali maħsub u l-użu raġonevolment prevedibbli. Pereżempju, fil-każ ta’ xampù, l-użu normali maħsub ikun l-użu fuq ir-ras; użu raġonevolment prevedibbli (mhux maħsub) ikun li jintuża bħala ġell li tinħasel bih. Inġestjoni tkun użu evidentement ħażin.

Għal dan l-għan, jista’ jkun utli approċċ prattiku. Pereżempju, wieħed jista’ jinkludi ritratt tal-imballaġġ jew id-disinn fir-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku biex juri l-preżentazzjoni tal-prodott u l-użu maħsub tiegħu. Ikun utli wkoll li jkun hemm ir-rabta mat-twissijiet u t-tikketti, kif enfasizzat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar dan il-punt.

3.6.   Esponiment għall-prodott kożmetiku

Il-valutazzjoni tal-esponiment hija element essenzjali ta’ valutazzjoni tar-riskju. L-għan ta’ din it-taqsima huwa li tikkwantifika l-ammont tal-prodott kożmetiku li jidħol f’kuntatt mal-partijiet esterni tal-ġisem tal-bniedem jew is-snien u l-membrani mukużi tal-kavità orali b’użu normali jew raġonevolment prevedibbli għal kull użu u l-frekwenza tal-użu.

Il-valutazzjoni tal-esponiment għall-prodott kożmetiku għandha tieħu f’kunsiderazzjoni s-sejbiet rigward l-“użu normali u raġonevolment prevedibbli” fit-taqsima 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 fir-rigward ta’ sett ta’ elementi li huma elenkati b’mod espliċitu fit-taqsima 6. Fejn xieraq, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni rotot ta’ esponiment sekondarji wkoll.

Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet konkreti tal-użu għall-fini tal-analiżi tal-esponiment għandha tieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll il-parametri li ġejjin:

(a)

it-tip ta’ prodott (eż. tħallih fuqek, tlaħalħu bl-ilma);

(b)

iż-żona tal-applikazzjoni (eż. ġisem sħiħ, għajnejn, kavità tal-ħalq);

(c)

l-ammont għal kull applikazzjoni fil-każ ta’ użu normali u raġonevolment prevedibbli, eż. inkluż meta xampù jintuża bħala ġell li tinħasel bih;

(d)

id-durata u l-frekwenza;

(e)

ir-rotot possibbli (prevedibbli) ta’ esponiment (eż. orali għal lipstick u toothpaste, jew teħid min-nifs għal aerosols u solventi);

(f)

grupp fil-mira għall-użu (eż. tfal taħt l-età ta’ tliet snin, adulti);

(g)

l-impatt tad-daqs tal-partikola fuq l-esponiment.

In-Noti ta’ Gwida tas-SCCS jipprovdu tagħrif utli dwar il-kalkoli tal-esponiment u tabelli partikolarment relevanti (17).

Madankollu, peress li t-tabelli jista’ ma jkunx fihom il-valuri ta’ esponiment ta’ kuljum għal prodotti kożmetiċi speċifiċi, jistgħu jintużaw modi oħrajn ta’ kalkolu tal-esponiment. Huma possibbli bosta alternattivi. Pereżempju, jistgħu jsiru kalkoli fuq il-bażi ta’ dejta tal-wiċċ tal-ġilda jew ta’ esperjenza tal-utenti.

Jekk id-dejta disponibbli titqies li mhijiex biżżejjed, huwa rakkomandat li jiġi preżunt l-agħar esponiment possibbli filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet prevedibbli tal-użu.

Il-popolazzjoni speċifika fil-mira u l-popolazzjoijiet esposti b’xi mod ieħor għall-prodott għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni. Pereżempju, fil-każ ta’ prodotti għal użu professjonali, ser ikun hemm xenarji ta’ esponiment differenti għall-konsumaturi fil-mira u l-professjonisti esposti f’termini ta’ frekwenza ta’ esponiment, durata tal-esponiment u d-daqs taż-żona tal-ġilda esposta, esponiment possibbli permezz ta’ teħid min-nifs (pereżempju, fil-każ ta’ xampujiet, meta jiġi vvalutat ir-riskju għall-konsumaturi, għandu jiġi kkunsidrat l-esponiment tan-naħa ta’ fuq tar-ras bi frekwenza ta’ madwar darba kuljum, filwaqt li għall-parrukkiera, għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni l-esponiment tal-idejn bosta drabi kuljum).

3.7.   Esponiment għas-sustanzi

Il-valutazzjoni tal-esponiment għal kull waħda mis-sustanzi li tinsab fil-prodott kożmetiku hija neċessarja sabiex jiġi vvalutat ir-riskju assoċjat ma’ kull sustanza individwali. L-għan ta’ dik it-taqsima tar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku huwa li tiddetermina l-ammont ta’ kull sustanza li tidħol f’kuntatt mal-partijiet ta’ barra ta’ ġisem il-bniedem jew is-snien u l-membrani mukużi tal-kavità orali b’użu normali jew raġonevolment prevedibbli, għal kull użu.

L-esponiment għal kull waħda mis-sustanzi fil-prodott kożmetiku huwa kkalkolat mill-esponiment għall-prodott lest u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi individwali fil-prodott lest. Hemm bżonn li jiġi kkalkolat dan l-esponiment sabiex jiġi vvalutat ir-riskju potenzjali li ġej minn kull sustanza.

L-esponiment għal sustanzi individwali huwa kkalkolata mill-kompożizzjoni kwantitattiva tal-prodott. Meta jiġu ġġenerati s-sustanzi matul l-użu tal-prodott, l-esponiment għandu jiġi stmat u jittieħed f’kunsiderazzjoni fil-valutazzjoni dwar is-sikurezza.

Il-kundizzjonijiet tal-esponiment għal kull sustanza individwali huma ddeterminati minn dawn għall-prodott kożmetiku lest fi 3.6.

3.8.   Il-profil tossikoloġiku tas-sustanzi

L-għan ta’ din it-taqsima tar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku huwa li tiddeskrivi l-periklu tossikoloġiku ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-prodott lest, tiddetermina l-esponiment potenzjali, u tfassal karatterizzazzjoni tar-riskju. Dawn l-aspetti huma ta’ importanza kruċjali sabiex issir valutazzjoni tar-riskju, peress li huma t-tliet passi essenzjali tal-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju  (18) .

Il-punti ta’ tmiem li għandhom jitqiesu, kif ukoll id-dejta neċessarja, jiddependu fuq għadd ta’ fatturi, inklużi r-rotot tal-esponiment, il-kundizzjonijiet ta’ użu tal-prodott, il-karatteristiċi fiżiko/kimiċi u l-assorbiment possibbli tas-sustanza. L-għażla tal-punti ta’ tmiem relevanti għandha tkun ir-responsabilità tal-eżaminatur tas-sikurezza, li għandu jiġġustifika d-deċiżjonijiet tiegħu.

L-eżaminatur tas-sikurezza għandu jiżgura li d-dejta sperimentali tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar l-ittestjar fuq l-annimali. Dawk ir-rekwiżiti huma ċċarati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kożmetika  (19) .

Il-punt 8 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jistabbilixxi r-rekwiżiti ewlenin għar-rapport dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-profil tossikoloġiku tas-sustanzi.

3.8.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-profil tosiskoloġiku bħala parti mill-valutazzjoni dwar is-sikurezza

L-elementi relevanti tal-profil tossikoloġiku ta’ kull sustanza jew taħlita għandhom ikunu deskritti f’dettall fit-tagħrif dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku (Parti A) u vvalutati fil-valutazzjoni dwar is-sikurezza (Parti B), filwaqt li jinżammu f’kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ esponiment, it-tossiċità intrinsika (jew periklu) ta’ kull sustanza, u l-kundizzjonijiet ta’ użu speċifiċi tal-prodott.

L-esperjenzi umani, studji fuq annimali jew metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali jgħinu biex jinftiehem ir-riskju għas-saħħa tal-bnedmin esposti għal sustanzi perikolużi. Għal profili tossikoloġiċi, jintużaw studji tossikoloġiċi biex jiġu identifikati l-perikli li jistgħu jkunu assoċjati ma’ riskju għall-bnedmin. Huwa essenzjali li jiġu kkunsidrati l-kwalità u l-limitazzjonijiet tal-istudji li saru. Il-validità ta’ studju għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat jekk hemmx bżonn ta’ tagħrif ġdid biex jinftiehem ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem (20). L-istudji li jsiru skont il-linji gwida internazzjonali huma l-iktar utli, iżda b’xorti ħażina mhux l-istudji kollha jissodisfaw dawn l-istandards. B’hekk, il-limitazzjonijiet ta’ dawk l-istudji għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-profil tossikoloġiku għal kull sustanza.

L-eżaminatur tas-sikurezza għandu jiżgura li d-dejta sperimentali tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar l-ittestjar fuq l-annimali. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kożmetika tispjega l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti (21).

3.8.2.   Il-profil tossikoloġiku tas-sustanzi għall-punti ta’ tmiem tossikoloġiċi relevanti kollha

Il-profil tossikoloġiku għal kull sustanza huwa ddeterminat mill-identifikazzjoni tal-periklu u l-karatterizzazzjoni tar-rispons għad-doża.

L-ewwel pass essenzjali fl-iżvilupp tal-profil tossikoloġiku huwa li jinġabar it-tagħrif kollu relevanti dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanza. Dak it-tagħrif għandu jinkludi dan li ġej:

(1)

Bħala l-iktar tagħrif siewi dwar it-tossiċità, dejta propja ta’ testijiet minn studji in vivo jew in vitro miksubin skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (22), linji gwida internazzjonali rikonoxxuti, jew standards (eż. Linji Gwida dwar it-Testijiet tal-OECD), u mwettqin skont prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju;

(2)

Id-dejta eżistenti minn testijiet li ma nkisbitx skont l-aħħar verżjoni adottata/aċċettata ta’ linja gwida dwar it-testijiet jew standards ta’ prattika tajba tal-laboratorju, iżda li titqies valida;

(3)

Dejta in vitro jew dejta alternattiva minn sistemi validi ta’ ttestjar, li għandhom jintużaw bħala studju ta’ tgħarbil biex titbassar it-tossiċità;

(4)

Dejta u/jew esperjenza ta’ bnedmin. B’mod ġenerali mhuwiex aċċettabbli li jsiru studji tossokoloġiċi fuq il-bniedem għall-identifikazzjoni tal-periklu, iżda, jekk teżisti dejta jew esperjenza, dawn għandhom jiddaħħlu fil-valutazzjoni finali;

(5)

Dejta (klinika) umana, inkluża dejta minn provi kliniċi u applikazzjonijiet f’industriji oħrajn bħal prodotti tal-ikel u mediċinali;

(6)

Dejta miġbura minn sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq;

(7)

Studji dwar il-kumpatibbiltà fuq voluntiera bnedmin, li għandhom jintużaw biss biex jiġu kkonfermati livelli sikuri ta’ użu għal popolazzjoni fil-mira relevanti (23);

(8)

Approċċi ta’ read-across (24), ibbażati fuq l-istruttura u l-proprjetajiet kimiċi ta’ sustanzi relatati sabiex titbassar it-tossiċità tal-ingredjent, il-grupp ta’ sustanzi, u dejta mhux tat-testijiet minn eżiti tal-mudelli tal-QSAR.

Fuq il-bażi ta’ dejta miksuba mis-sorsi kollha disponibbli, u filwaqt li titqies il-kwalità tad-dejta, l-eżaminatur tas-sikurezza jista’ jevalwa l-probabilità ta’ effetti avversi fil-bnedmin permezz ta’ approċċ ta’ “piż tal-evidenza” (25).

Prerekwiżit għal valutazzjoni tar-riskju xierqa huwa d-disponibilità ta’ dejta adegwata. Għal appoġġ addizzjonali fuq din il-kwistjoni, wieħed jista’ jikkonsulta l-gwida għat-tħejjija tad-dossiers tas-sikurezza għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), imfassla mill-Kumitat innifsu fin-Noti ta’ Gwida tiegħu. Għad li dawn in-Noti ta’ Gwida huma pprovduti għal sustanzi fejn hemm bżonn ta’ awtorizzazzjoni, jiġifieri għal koloranti, preżervattivi u filtri tal-UV, jew li joħolqu tħassib b’xi mod ieħor, ir-rekwiżiti li jfasslu jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-valutazzjoni dwar is-sikurezza tas-sustanzi kollha użati fil-prodotti kożmetiċi. Barra minn hekk, taqsima tal-iktar Noti ta’ Gwida riċenti tiffoka fuq il-valutazzjoni dwar ir-sigurità ta’ prodotti kożmetiċi lesti (26).

Il-profil tossikoloġiku jista’ jindirizza għadd ta’ punti ta’ tmiem differenti. Deċiżjoni finali dwar liema punti ta’ tmiem huma relevanti tittieħed mill-eżaminatur tas-sikurezza fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-esponiment, l-użu tal-prodott, il-karatteristiċi fiżikokimiċi tas-sustanzi, l-esperjenza bis-sustanzi, eċċ (27). Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-effetti lokali (eż. irritazzjoni u fototossiċità), fejn dawn ikunu relevanti. Meta jitqies li ċertu punt ta’ tmiem mhuwiex relevanti, dan għandu jkun iġġustifikat.

Il-punti ta’ tmiem li jistgħu jkunu relevanti għall-profil tossikoloġiku huma:

(1)

Tossiċità akuta permezz ta’ rotot ta’ esponiment relevanti;

(2)

Irritazzjoni u korrużjoni;

(3)

Irritazzjoni tal-ġilda u korrużjoni tal-ġilda;

(4)

Irritazzjoni tal-membrana mukuża (irritazzjoni tal-għajnejn);

(5)

Sensitizzazzjoni tal-ġilda;

(6)

Assorbiment dermali/perkutanju;

(7)

Tossiċità b’doża ripetuta (normalment studji ta’ 28 jew 90 jum) (28);

(8)

Mutaġeniċità/ġenotossiċità;

(9)

Karċinoġeniċità;

(10)

Tossiċità riproduttiva;

(11)

Tossikokinetika (Studji tal-ADME);

(12)

Tossiċità fotokkaġunata;

Għall-punti ta’ tmiem xierqa, għandhom ikunu identifikati l-iktar konċentrazzjonijiet relevanti jew il-Livelli Bla Effett Ħażin Osservat (NOAEL) jew il-Livelli bl-Inqas Effett Ħażin Osservat (LOAEL) għal użu ulterjuri fil-proċess ta’ karatterizzazzjoni tar-riskju.

Tagħrif addizzjonali rigward dejta speċifika tal-punt ta’ tmiem u l-interpretazzjoni tagħha jista’ jinstab fil-gwida speċifika tal-punt ta’ tmiem (29) imħejjija mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH).

Għal xi ingredjenti kożmetiċi, eż. ta’ oriġini minerali, minn annimali, botanika u bijoteknoloġika (ara wkoll is-Sustanza ta’ kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, Prodotti kumplessi ta’ reazzjoni jew Materjali bijoloġiċi jew “sustanzi UVCB” taħt ir-REACH) (31), l-identifikazzjoni tagħhom għandha tindirizza bir-reqqa s-sors, il-proċess, l-organiżmi involuti, eċċ. sabiex jiġi evalwat il-profil tossikoloġiku tagħhom.

Jekk ċerti perikli ma jistgħux ikunu indirizzati b’mod suffiċjenti, jew jekk jifdal xi dubji dwar is-sodezza tad-dejta, jistgħu jiddaħħlu fatturi ta’ inċertezza addizzjonali jew jista’ jkun hemm bżonn tiġi ġġenerata iktar dejta.

3.8.3.   Kunsiderazzjoni tar-rotot importanti kollha ta’ assorbiment

Rotot ta’ esponiment dermali, orali u tat-teħid min-nifs huma potenzjalment relevanti għall-esponiment tal-bniedem għal prodotti kożmetiċi. Huwa essenzzjali li jiġi kkalkolat l-esponiment sistemiku sabiex jitqabbel man-NOAEL relevanti. Il-proporzjon bejn dawn it-tnejn huwa ddefinit bħala l-marġini ta’ sikurezza, li huwa indikatur ta’ jekk prodott jistax jitqies sikur jew le (ara wkoll it-taqsima 3.8.4 u wara).

L-assorbiment huwa marbut mal-bijodisponibbiltà ta’ sustanza, u huwa essenzjali għall-kalkolu tal-marġini ta’ sikurezza. L-esponiment sistemiku jista’ jiġi kkalkolat bħala:

Formula

L-assorbiment jista’ jseħħ permezz ta’ bosta rotot esterni: dermali, orali u bit-teħid min-nifs.

Jekk l-esponiment maħsub għall-prodott kożmetiku mhuwiex konformi mar-rotta tal-esponiment fid-dejta ta’ sikurezza, għandha tiġi kkunsidrata estrapolazzjoni ta’ rotta għal rotta.

(a)   Assorbiment wara esponiment dermali

L-assorbiment dermali (33) ta’ sustanza fi prodott jiddependi kemm fuq fatturi intrinsiċi (eż. LogPow, piż molekolari) u l-imġiba tagħha fil-veikolu. L-assorbiment dermali in vivo mill-bniedem ta’ sustanza jista’ jiġi stmat billi tintuża d-dejta minn studji in vivo eżistenti fuq annimali u studji in vitro fuq ġilda tal-annimali u tal-bniedem. Meta ma jkun hemm disponibbli ebda dejta ta’ kejl u ma tista’ tiġi ddeterminata l-ebda rata ta’ assorbiment bl-użu ta’ metodu in silico xjentifikament validu jew rati ta’ assorbiment predefiniti, għandu jintuża l-agħar valur possibbli ta’ 100 % għall-kalkolu tal-esponiment sistemiku (34). F’każ li MW > 500 Da u log Pow huwa iżgħar minn – 1 jew ogħla minn 4, jista’ jiġi kkunsidrat valur ta’ assorbiment dermali ta’ 10 %.

(b)   Assorbiment wara esponiment orali

Meta użu raġonevolment prevedibbli jista’ jinvolvi inġestjoni, ir-rotta orali għandha tkun inkluża fix-xenarji ta’ esponiment.

(c)   Assorbiment wara teħid min-nifs

Għas-sustanzi kollha użati f’applikazzjonijiet bi sprej u xi trabijiet, ir-rotta ta’ teħid min-nifs għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat l-esponiment sistemiku.

Barra minn hekk, jista’ jkun hemm ukoll possibilità ta’ esponiment sekondarju tat-teħid min-nifs meta l-prodotti kożmetiċi jkun fihom sustanzi volatili li jistgħu jittieħdu min-nifs bla intenzjoni fil-każ ta’ użu dirett, eż. toluene f’żebgħa tad-dwiefer, bosta sustanzi li jinsabu f’ġellijiet ta’ fformar tad-dwiefer, eċċ.

3.8.4.   Kunsiderazzjoni tal-effetti sistemiċi u kalkolu tal-marġini tas-sikurezza

Il-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ prodott għat-tossiċità sistemika tiddependi ħafna fuq id-dejta dwar kull sustanza, peress li mhux se jkun hemm dejta dwar it-tossiċità sistemika għall-prodott kożmetiku finali.

Il-karatterizzazzjoni tar-riskji ġeneralment tinvolvi evalwazzjoni esperta tal-effetti negattivi potenzjali mhux kwantifikabbli, segwita b’kalkolu ta’ fattur ta’ inċertezza jew marġini ta’ sikurezza (35). Dan il-kalkolu jiddependi fuq esponiment sistemiku għas-sustanza u l-parametri tossikoloġiċi tagħha.

Skont il-Punt 8 parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l -effetti sistemiċi u l-marġini ta’ sikurezza għandhom jiġu kkunsidrati fil-Parti A tar-rapport tas-sikurezza. Peress li huma obbligatorji, l-ommissjoni ta’ dawn il-passi għandha tkun debitament ġustifikata. Eżempju fejn dan jista’ japplika huwa l-preżenza ta’ sustanza fil-prodott kożmetiku fuq livell baxx, bil-livelli ta’ esponiment mistennija (fl-agħar każ) li jkunu taħt il-valuri tal-limitu tat-tħassib tossikoloġiku (TTC) xierqa (36). Eżempju ieħor jista’ jkun l-inklużjoni ta’ materjali tal-ikel li għalihom huwa magħruf livell ħafna aktar għoli ta’ inġestjoni innokwa.

Meta l-ħtieġa għall-kalkolu tal-marġini tas-sikurezza ma tkunx tista’ tintlaħaq, jista’ jkun xieraq mod differenti ta’ kif tiġi espressa d-doża sikura għal kull sustanza, fejn ikun ġustifikat. Meta NOAEL ma jkunx disponibbli, valuri tossikoloġiċi ta’ referenza oħrajn bħall-Livell Bla Effett Osservat (NOEL), LOAEL, il-Livell bl-Inqas Effett Osservat (LOEL), jistgħu jintużaw biex tiġi kkalkulata l-marġini tas-sikurezza; Doża ta’ Riferiment (BMD) jew Doża Prattikament Sikura (VSD), użati biex jikkwalifikaw u jikkwantifikaw ir-riskju f’oqsma oħra, jistgħu jintużaw fil-kuntest ta’ valutazzjoni tas-sikurezza ta’ prodotti kożmetiċi, sakemm tiġi stabbilita relazzjoni mal-esponiment, billi l-esponiment mill-prodotti kożmetiċi jiġi mqabbel ma’ dawn id-dożi ta’ referenza.

Is-sikurezza ta’ sustanza partikolari fi prodott partikolari ma tistax tintwera mod ieħor.

Skont il-proċeduri deskritti fin-Noti ta’ Gwida tal-SCCS (37), il-marġini tas-sikurezza (MOS) għal rotta speċifika ta’ esponiment jista’ jiġi kkalkulat permezz tal-formola li ġejja:

Formula

fejn id-doża ta’ esponiment sistemika (SED) tinkiseb billi l-esponiment estern (mg/kg bw/jum) jiġi kkombinat mar-rata tal-assorbiment (tipikament espressa f’ % jew μg/cm2), il-frekwenza u l-fatturi ta’ kapaċità.

Huwa aċċettat b’mod ġenerali li l-marġini tas-sikurezza għandu jkun mill-inqas 100 biex sustanza tiġi ddikjarata sikura għall-użu fi prodott lest.

Fil-każ ta’ estrapolazzjoni minn rotta għal rotta, il-bijodisponibilità rispettiva permezz ta’ kull rotta idealment għandha tiġi kkunsidrata. L-assunzjoni ta’ 100 % bijodisponibilità orali tista’ twassal għal stima għolja ż-żejjed tal-esponiment sistemiku fi studju ta’ tossiċità permezz tar-rotta orali. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ dejta, wieħed għandu jassumi li mhux aktar minn 50 % tad-doża mogħtija mill-ħalq tkun disponibbli sistemikament. Jekk ikun hemm prova li tissuġġerixxi bijodisponibilità orali ħażina, pereżempju jekk is-sustanza tkun partikulata li ma tinħallx sew, jista’ jkun aktar xieraq li wieħed jassumi li 10 % biss tad-doża mogħtija tkun disponibbli sistemikament (38). Kull meta tkun disponibbli dejta ta’ assorbiment orali, din għandha tiġi inkluża fil-kalkoli.

In-NOAEL magħżul għall-kalkolu tal-marġini tas-sikurezza jittieħed minn studji ta’ tossiċità b’doża ripetuta fit-tul (testijiet ta’ tossiċità subakuta, subkronika u/jew kronika, testijiet ta’ karċinoġenesi, testijiet ta’ teratoġenesi, tossiċità riproduttiva, eċċ.).

Il-valur użat se jkun l-iktar NOAEL baxx miksub mill-iktar studju pertinenti rigward il-kundizzjonijiet tal-użu tas-sustanza, għas-sensittività tal-ispeċi, eċċ.

Mill-profil tossikoloġiku sħiħ, NOAEL għandu jiġi stabbilit għall-effetti sistemiċi. B’mod ġenerali, l-inqas NOAEL rilevanti tal-iktar limitu rilevanti huwa magħżul għall-kalkolu tal-marġini tas-sikurezza.

Il-kalkolu tal-marġini tas-sikurezza bbażat biss fuq id-dejta tad-Doża Letali Medjana (LD50) miksuba minn testijiet ta’ doża waħda (minflok NOAEL minn mill-inqas testijiet sub-akuti) ma jistax jintuża biex jiġġustifika l-użu sikur.

Meta n-nuqqas ta’ bijodisponibbiltà jista’ jintwera b’mod ċar, il-kalkolu tal-marġini tas-sikurezza ma jkunx meħtieġ. F’dawn il-każijiet għandhom xorta jiġu kkunsidrati l-effetti lokali possibbli fuq il-ġilda jew il-membrani mukużi.

3.8.5.   Impatt fuq il-profil tossikoloġiku ta’ ċerti karatteristiċi tas-sustanzi jew tal-prodott

(a)   Id-daqs tal-partikoli

Id-daqs tal-partikola u l-kurva ta’ distribuzzjoni tagħha jistgħu jinfluwenzaw it-tossiċità ta’ sustanza. Meta ma jkunx jista’ jiġi eskluż li dawn ikollhom impatt fuq is-sikurezza tal-prodott lest, dawn għandhom jiġu inklużi fost il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tiegħu, u jiġu kkunsidrati matul il-valutazzjoni tas-sikurezza. L-aktar opinjonijiet xjentifiċi riċenti dwar is-suġġett għandhom jiġu segwiti (SCENIHR, SCCS (39).

(b)   Impuritajiet fis-sustanzi u l-materja prima

L-impuritajiet jista’ jkollhom impatt kbir fuq it-tossiċità totali ta’ kull sustanza. Huwa importanti ħafna li jiġi vverifikat il-profil tal-impuritajiet ta’ sustanza biex jiġi evitat, jew għall-inqas evalwat, kwalunkwe riskju addizzjonali mill-impuritajiet. Fin-nuqqas ta’ dejta ta’ sikurezza minn studji tossikoloġiċi, il-limitu tat-tħassib tossikoloġiku (TTC) (40) jista’ jkun għodda utli għall-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ ċerti impuritajiet.

Meta l-istudji tossikoloġiċi jiġu użati biex jikkaratterizzaw il-profil tossikoloġiku ta’ sustanza, il-profil tal-purità u l-impuritajiet tas-sustanza użat fl-istudji tossikoloġiċi għandu jiġi deskritt. Jekk il-lottijiet attwalment użati fil-formulazzjoni tal-prodott kożmetiku ma jkollhomx profil ta’ impurità paragunabbli, jeħtieġ li jiġu evalwati d-differenzi.

3.8.6.   L-użu ta’ read-across għandu jiġi sostanzjat u ġustifikat

Jeżistu diversi approċċi għat-teknika ta’ read-across. L-użu ta’ din it-teknika għandu jiġi sostanzjat u ġustifikat.

3.8.7.   Identifikazzjoni tas-sorsi ta’ informazzjoni

Id-determinazzjoni tal-profil tossikoloġiku teħtieġ informazzjoni minima dwar is-sustanza li se tiġi evalwata.

Din l-informazzjoni tista’ tinġabar minn studji tossikoloġiċi. Jekk teżisti dejta minn esperjenza tal-bniedem, għandha tiġi kkunsidrata.

Għodod oħrajn bħar-relazzjoni kwantitattiva bejn l-istruttura u l-attività (QSAR) jew approċċi ta’ tqarrib huma biss stimi ta’ tossiċità, u l-piż tal-evidenza għandu jkun sostanzjat u ġustifikat.

Is-sorsi tad-dejta li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:

(a)

Dejta ta’ sikurezza u kwalità li tista’ tkun fil-fajl għand il-fornituri rispettivi tal-materja prima fil-formulazzjoni, u li l-fornitur għandu jaqsmu mal-manifattur tal-prodott kożmetiku. Dan huwa element importanti fil-kunsiderazzjoni tad-disponibbiltà tad-dejta rilevanti biex tintwera s-sikurezza ta’ kull ingredjent kożmetiku fil-formulazzjoni tal-prodott lest;

(b)

Jekk tkun teżisti opinjoni tal-SCCS, in-NOAEL użat fl-opinjoni għandu jintuża. L-eżaminatur tas-sikurezza għandu jqis l-aktar opinjoni xjentifika aġġornata;

(c)

Jekk tkun teżisti opinjoni ta’ kumitat xjentifiku awtorevoli ieħor, in-NOAEL użat fl-opinjoni jista’ jintuża, sakemm il-konklużjonijiet u l-limitazzjonijiet ikunu applikabbli għall-użu mistenni (l-użu kkunsidrat għall-kalkolu tal-marġini tas-sikurezza jista’ jkun differenti). L-eżaminatur tas-sikurezza għandu jqis l-iktar opinjoni xjentifika aġġornata;

(d)

Jekk ma tkun teżisti ebda opinjoni xjentifika, ikun meħtieġ li tingħata informazzjoni biex tikkaratterizza l-profil tossikoloġiku ta’ kull sustanza. Id-dejta tista’ tinkiseb minn diversi databases jew litteratura (ara l-Appendiċi) (41);

(e)

Il-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42);

(f)

Studji mwettqa jew miksuba mill-manifattur tal-prodott;

(g)

Previżjoni in silico (QSAR);

(h)

L-approċċ ta’ tqarrib;

(i)

Il-valutazzjonijiet ta’ użi mhux kożmetiċi tas-sustanza (oġġetti tal-ikel, addittivi tal-ikel, materjali f’kuntatt mal-ikel, bijoċidi, ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) …) jistgħu jintużaw ukoll sabiex tiġi kompluta l-informazzjoni dwar il-profil tossikoloġiku tas-sustanza.

(j)

Meta jkun disponibbli, is-CSR (Rapport dwar is-Sikurezza Kimika) jew is-sommarji robusti tal-istudji sottomessi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH).

Għadd ta’ sustanzi u/jew taħlitiet ma ġewx studjati biżżejjed biex jiddeterminaw il-parametri tossikoloġiċi pertinenti kollha. Għal dawn il-parametri neqsin, jew fejn il-karatterizzazzjoni tar-riskju tkun ibbażata fuq approċċ li juża dejta tossikoloġika miksuba għal sustanzi oħrajn (pereżempju strutturi simili) jew għal użi li mhumiex għal prodotti kożmetiċi (ikel, bijoċidi, prodotti farmaċewtiċi, eċċ.), il-ġustifikazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fir-rapport.

3.9.   Effetti mhux mixtieqa u effetti serji mhux mixtieqa

L-għan ta’ dik it-taqsima tar-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku huwa li tiġi ssorveljata s-sikurezza tal-prodott wara li jkun tqiegħed fis-suq u li tittieħed azzjoni korrettiva, meta jkun meħtieġ. Għal dan il-għan, il-persuna responsabbli (b’kollaborazzjoni mad-distributuri) hija meħtieġa li twaqqaf sistema biex tiġbor, tiddokumenta, tistabbilixxi l- kawżalità u l-ġestjoni tal-effetti mhux mixtieqa kkawżati mill-prodott wara l-użu tiegħu fl-Unjoni  (43). Meta l-effetti mhux mixtieqa jkunu serji, il-persuna responsabbli (u d-distributuri) għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħew l-effetti  (44).

Informazzjoni dwar effetti mhux mixtieqa u effetti serji mhux mixtieqa għandha tiġi inkluża fir-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku, tinżamm aġġornata u tkun magħmula disponibbli għall-eżaminatur tas-sikurezza, li jista’ jirrevedi l-valutazzjoni tagħhom jew jikkunsidra l-informazzjoni waqt li jivvaluta prodotti simili.

Ir-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku għandu jinkludi l-informazzjoni disponibbli kollha, inkluża dejta statistika, dwar l-effetti mhux mixtieqa u effetti serji mhux mixtieqa tal-prodott kożmetiku jew, fejn rilevanti, ta’ prodotti kożmetiċi oħrajn.

B’mod partikolari, informazzjoni dwar effetti mhux mixtieqa li, skont il-valutazzjoni tal-kawżalità, instab li huma probabbli ħafna, probabbli, mhux attribwibbli b’mod ċar jew mhux probabbli li jkunu attribwibbli (45) għall-prodott kożmetiku inkwistjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport tas-sikurezza.

Id-dejta dwar effetti mhux mixtieqa tista’ tiġi inkluża f’din il-parti tar-rapport tas-sikurezza fil-forma ta’ dejta statistika bħall-għadd u t-tip ta’ effetti mhux mixtieqa fis-sena.

Informazzjoni dwar effetti serji mhux mixtieqa li, skont il-valutazzjoni tal-kawżalità, instab li huma probabbli ħafna, probabbli, mhux attribwibbli b’mod ċar jew mhux probabbli li jkunu attribwibbli għall-prodott kożmetiku inkwistjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport tas-sikurezza skont it-taqsima 9 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, u notifikata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skont l-Artikolu 23 tal-istess Regolament (46). Il-formoli ta’ notifika li jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti għalhekk għandhom jitwaħħlu mar-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku.

Ir-reazzjoni u l-immaniġġjar tal-persuna responsabbli tal-effetti serji rrappurtati mhux mixtieqa għandhom jiġu ddikjarati. Il-miżuri korrettivi u preventivi li ttieħdu, jekk ikun hemm, għandhom jiġu deskritti.

L-informazzjoni dwar effetti mhux mixtieqa għandha tinżamm aġġornata u titpoġġa regolarment għad-dispożizzjoni tal-eżaminatur tas-sikurezza (47), li jista’ jikkunsidra li jkun meħtieġ li jirrevedi l-valutazzjoni tas-sikurezza, jipproponi titjib tal-formulazzjoni jew juża l-informazzjoni biex jistabbilixxi l-valutazzjoni tas-sikurezza għal prodotti simili.

Dejta addizzjonali ta’ kożmetoviġilanza, bħal effetti serji mhux mixtieqa ta’ użu mhux intenzjonat tista’ tipprovdi wkoll informazzjoni utli li l-eżaminatur tas-sikurezza għandu jikkunsidra.

3.10.   Informazzjoni dwar il-prodott kożmetiku

Dik it-taqsima tar-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku tippermetti l-inklużjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li mhix koperta taħt l-intestaturi l-oħrajn tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, iżda hija kkunsidrata rilevanti biex titwettaq il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott.

Din it-taqsima tar-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku għandha tinkludi informazzjoni rilevanti oħra, relatata mal-prodott jew formulazzjonijiet simili, bħal studji eżistenti dwar voluntiera umani, jew relatati ma’ sustanzi speċifiċi, bħas-sejbiet debitament ikkonfermati u sostanzjati ta’ valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa f’oqsma rilevanti oħrajn.

Din it-taqsima tista’ tintuża biex issir referenza għal informazzjoni dwar sustanzi jew taħlitiet użati wkoll f’tipi ta’ prodotti oħrajn, bħal ikel u prodotti farmaċewtiċi.

4.   PARTI B TAL-ANNESS I TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1223/2009 — VALUTAZZJONI TAS-SIKUREZZA TAL-PRODOTTI KOŻMETIĊI

Parti B tar-rapport hija l-valutazzjoni attwali tas-sikurezza tal-prodott. Fir-raġunament tiegħu, l-eżaminatur tas-sikurezza huwa meħtieġ li jikkunsidra l-perikli kollha identifikati għall-prodott u l-esponiment għalih.

Parti B tar-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku tinkludi:

(1)

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni;

(2)

It-twissijiet fuq it-tikketta u l-istruzzjonijiet tal-użu;

(3)

Ir-raġunament;

(4)

Il-kredenzjali tal-eżaminatur tas-sikurezza u l-approvazzjoni finali tiegħu.

4.1.   Konklużjoni tal-valutazzjoni

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni hija stqarrija dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku rigward il-ħtieġa tas-sikurezza tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

Il-konklużjoni għandha tiddikjara jekk il-prodott huwiex sikur, sikur b’restrizzjonijiet jew mhux sikur għas-saħħa tal-bniedem meta jintuża f’kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta’ użu.

Il-qafas legali għall-valutazzjoni għandu jiġi msemmi espliċitament, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar il-prodotti kożmetiċi.

Jekk il-prodott ikun ġie vvalutat bħala mhux sikur, ma jistax jitqies li jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u għaldaqstant m’għandux jitqiegħed fis-suq.

4.2.   Twissijiet fuq it-tikketta u struzzjonijiet tal-użu

L-għan ta’ dik it-taqsima tar-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku huwa li tniżżel b’mod espliċitu l-prekawzjonijiet partikulari li għandhom jiġu osservati fl-użu, inkluż mill-inqas dawk elenkati fl-Annessi III sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u kwalunkwe informazzjoni speċjali prekawzjonarja fuq prodotti kożmetiċi għall-użu professjonali, li għandha tidher fuq it-tikketta.

Skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, din it-taqsima għandha tkun stqarrija dwar il-ħtieġa li kwalunkwe twissijiet partikolari u struzzjonijiet tal-użu jitniżżlu fuq it-tikketta skont l-Artikolu 19(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

Il-kompitu tal-eżaminatur tas-sikurezza huwa li jiddetermina liema twissijiet jew struzzjonijiet tal-użu, flimkien ma’ dawk elenkati fl-Annessi III sa VI, għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta sabiex ikun żgurat l-użu sikur tal-prodott.

L-eżaminatur tas-sikurezza għandu jiddeċiedi x’għandu jidher fuq it-tikketta skont kull każ, b’kunsiderazzjoni tal-obbligi legali li joħorġu mill-Artikolu 19 u l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, strumenti bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/647/KE (48) u linji gwida oħrajn ippubblikati mill-Kummissjoni, bħal dawk fuq it-tikketti ta’ “perjodu ta’ żmien wara l-ftuħ” (49) u t-tikketti tal-ingredjenti skont id-Direttiva 76/768/KEE (50).

4.3.   Raġunament

Ir-raġunament huwa l-qalba tal-valutazzjoni tas-sikurezza, peress li l-għan tiegħu huwa li jispjega b’mod ċar u preċiż kif l-eżaminatur tas-sikurezza jasal għall-konklużjonijiet tiegħu dwar is-sikurezza tal-prodott kożmetiku mid-dejta miġbura skont il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

Il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha ssir skont kull każ għal kull prodott kożmetiku individwali u tkun ir-riżultat ta’ evalwazzjoni esperta tad-dejta disponibbli. L-eżaminatur tas-sikurezza għandu jiżgura li l-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex iwettaq valutazzjoni tas-sikurezza tkun disponibbli; għandu jivverifika r-rilevanza tad-dejta pprovduta fuq il-prodott li għandu jiġi vvalutat; u għandu jiġġustifika n-nuqqas ta’ dejta meħtieġa skont il-Parti A, meta jqis illi dawn mhumiex rilevanti jew meħtieġa.

Sabiex jasal għal konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta’ prodott kożmetiku, l-eżaminatur tas-sikurezza huwa meħtieġ li jevalwa s-sikurezza tas-sustanzi individwali jew taħlitiet preżenti fil-formulazzjoni u s-sikurezza tal-prodott lest. Il-konklużjonijiet tiegħu għandhom ikunu bbażati fuq serje ta’ provi li juru li, minkejja l-perikli kollha identifikati, il-prodott jista’ jitqies sikur f’termini tas-saħħa tal-bniedem.

L-eżaminatur tas-sikurezza jista’ jaċċetta, jirrifjuta, jew jaċċetta taħt kundizzjonijiet speċifiċi l-formulazzjoni kkunsidrata. Prodott li ma jkunx konformi mar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi miċħud u ma jitqiegħedx fis-suq.

Ir-raġunament għall-valutazzjoni tas-sikurezza jistabbilixxi l-kunsiderazzjonijiet li jwasslu lill-eżaminatur tas-sikurezza, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mas-sikurezza, għal konklużjoni ġenerali dwar is-sikurezza ta’ prodott.

Fir-raġunament tiegħu, l-eżaminatur tas-sikurezza huwa meħtieġ li jikkunsidra l-perikli kollha identifikati, il-kundizzjonijiet tal-esponiment maħsuba u raġonevolment prevedibbli tas-sustanzi individwali jew taħlitiet preżenti fil-formulazzjoni u tal-prodott kożmetiku lest.

Il-kompitu tal-eżaminatur tas-sikurezza huwa li jwettaq analiżi u evalwazzjoni tal-validità/affidabbiltà tal-informazzjoni eżistenti kollha. Billi jwettaq din l-analiżi, l-eżaminatur tas-sikurezza jista’ jiddeċiedi jekk id-dejta disponibbli hix biżżejjed biex issir valutazzjoni tas-sikurezza jew jekk għandhiex tiġi miksuba dejta addizzjonali fuq sustanza individwali jew il-prodott kożmetiku lest.

Ir-raġunament huwa bbażat fuq id-dejta miġbura fil-Parti A tar-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku u jikkunsidra l-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi u t-taħlitiet, imwettqa mill-Kumitat Xjentifiku għas-Sikurezza tal-Konsumatur meta s-sustanzi jidhru fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, minn kumitati xjentifiċi jew pannelli kompetenti oħrajn, jew mill-eżaminatur tas-sikurezza nnifsu, u l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku.

4.3.1.   Evalwazzjoni tas-Sikurezza tas-Sustanzi u/jew Taħlitiet

L-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi u/jew taħlitiet tikkonsisti fi tliet stadji ewlenin:

(1)

karatterizzazzjoni tal-periklu tas-sustanzi u t-taħlitiet;

(2)

valutazzjoni tal-esponiment lokali u sistemiku (b’kunsiderazzjoni tad-dejta ta’ assorbiment);

(3)

valutazzjoni tar-riskju ta’ effetti sistemiċi (kalkolu tal-marġini tas-sikurezza) u valutazzjoni tar-riskju ta’ effetti lokali (bħal allerġija tal-ġilda, irritazzjoni tal-ġilda).

Għal komposti ta’ fwieħa u togħma, meta l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tagħhom tkun kunfidenzjali, tista’ tiġi pprovduta valutazzjoni tas-sikurezza lill-persuna responsabbli għall-prodott kożmetiku lest mill-manifattur ta’ dik it-taħlita. B’kunsiderazzjoni tal-konċentrazzjoni fil-prodott kożmetiku lest u x-xejra ta’ esponiment tiegħu, il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-kompost tal-fwieħa u t-togħma għandha tiġi ppreparata skont il-prinċipji deskritti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u dawn il-linji gwida. Dokument xieraq li juri s-sikurezza tal-kompost tal-fwieħa jew it-togħma għandu jiġi pprovdut mill-fornitur lill-persuna responsabbli għall-prodott kożmetiku lest.

4.3.2.   Evalwazzjoni tas-Sikurezza tal-Prodott Kożmetiku

L-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku tkopri tliet aspetti ewlenin:

(1)

Sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju bbażat fuq l-effetti lokali u sistemiċi tas-sustanzi individwali/taħlitiet kollha (51);

(2)

Stima addizzjonali tas-sikurezza tal-prodott ifformulat, li ma jistax jiġi vvalutat permezz tal-valutazzjoni tas-sustanzi/taħlitiet separatament. Dan jista’ pereżempju jkun il-kumpatibbiltà tal-formulazzjoni mal-ġilda, il-valutazzjoni ta’ effetti possibbli ta’ kombinament, bħal ingredjent wieħed li jista’ jżid ir-rata ta’ assorbiment ta’ ingredjent ieħor, l-effetti possibbli li jistgħu jinqalgħu minn interazzjoni mal-materjal tal-ippakkjar, jew l-effetti possibbli minħabba reazzjonijiet kimiċi bejn is-sustanzi individwali/taħlitiet fil-prodott formulat (52);

(3)

Stima addizzjonali tas-sikurezza tal-prodott ifformulat, li ma jistax jiġi vvalutat permezz tal-valutazzjoni tas-sustanzi/taħlitiet separatament. Dan jista’ pereżempju jkun il-kumpatibbiltà tal-formulazzjoni mal-ġilda, il-valutazzjoni ta’ effetti possibbli ta’ kombinament, bħal ingredjent wieħed li jista’ jżid ir-rata ta’ assorbiment ta’ ingredjent ieħor, l-effetti possibbli li jistgħu jinqalgħu minn interazzjoni mal-materjal tal-ippakkjar, jew l-effetti possibbli minħabba reazzjonijiet kimiċi bejn is-sustanzi individwali/taħlitiet fil-prodott formulat.

Il-valutazzjoni speċifika tal-prodotti kożmetiċi maħsuba għall-użu fuq it-tfal taħt l-età ta’ tliet snin li hija meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandha tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi fin-Noti ta’ Gwida tal-SCCS (53).

Fil-valutazzjoni speċifika meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għall-prodotti kożmetiċi maħsuba esklussivament għall-użu fl-iġjene intima esterna, il-karatteristiċi partikolari tal-post tal-applikazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

L-eżaminatur tas-sikurezza jista’ jaċċetta, jirrifjuta, jew jaċċetta taħt kundizzjonijiet speċifiċi l-formulazzjoni kkunsidrata. Prodott li ma jikkonformax mar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi miċħud u ma jitqiegħedx fis-suq. Ir-rakkomandazzjonijiet mill-eżaminatur tas-sikurezza dwar l-użu sikur tal-prodott għandhom jiġu segwiti.

Sabiex jiġi żgurat li r-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku jinżamm aġġornat kif meħtieġ mill-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, is-sikurezza tal-prodott lest għandha tiġi evalwata mill-ġdid regolarment.

Meta jsiru bidliet fil-ħtiġijiet legali (eż. restrizzjonijiet ta’ waħda mis-sustanzi inklużi fil-formulazzjoni), għandu jiġi vverifikat, fost l-oħrajn (eż. tikkettar), jekk il-formulazzjoni għadhiex konformi mal-liġi, u l-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tiġi riveduta u, jekk ikun meħtieġ, aġġornata.

Il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tiġi riveduta wkoll u, jekk meħtieġ, aġġornata, fejn tapplika waħda jew iktar minn waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

sejbiet xjentifiċi ġodda u dejta tossikoloġika dwar is-sustanzi huma disponibbli li jistgħu jimmodifikaw ir-riżultat tal-valutazzjoni tas-sikurezza attwali;

(b)

bidliet li jseħħu fil-formulazzjoni jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-materja prima;

(c)

bidliet li jseħħu fil-formulazzjoni jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-materja prima;

(d)

tendenza li tiżdied f’termini tan-natura, is-severità u l-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa, kemm taħt kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli ta’ użu kif ukoll fil-każ ta’ użu mhux korrett (54)

Għandhom jiġu stabbiliti strutturi u proċessi li jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti għall-aġġornament tar-rapport tas-sikurezza tal-prodott kożmetiku tiġi skambjata b’mod effiċjenti bejn il-persuna responsabbli u l-eżaminatur tas-sikurezza, u li l-eżaminatur tas-sikurezza jkun f’pożizzjoni li jintervjeni meta jkun meħtieġ aġġornament.

4.4.   Kredenzjali tal-eżaminatur u approvazzjoni tal-Parti B

L-eżaminatur tas-sikurezza għandu jkun professjonist bl-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex ifassal valutazzjoni tas-sikurezza preċiża, kif indikat mill-ħtiġijiet ta’ kwalifika fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Dik it-taqsima tar-rapport tas-sikurezza ta’ prodott kożmetiku għandha l-għan li tiżgura li dan ir-rekwiżit jiġi sodisfatt u li tiġi pprovduta l-evidenza meħtieġa.

Dik it-taqsima tar-rapport tas-sikurezza għandha telenka l-isem u l-indirizz tal-eżaminatur tas-sikurezza u jkollha data u tkun iffirmata.

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tas-sikurezza għandu jiġi ffirmat b’dikjarazzjoni tad-data ta’ preparazzjoni jew jinħareġ fuq il-bażi ta’ rilaxx elettroniku li jistabbilixxi relazzjoni ċara bejn l-eżaminatur, il-formulazzjoni u d-data tal-valutazzjoni. Il-verżjoni elettronika għandha tiġi protetta mill-abbuż minn persuni mhux awtorizzati.

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-eżaminatur tas-sikurezza huwa meħtieġ li jkun “persuna li jkollha diploma jew evidenza oħra ta’ kwalifiki formali mogħtija wara t-tlestija ta’ kors ta’ studju universitarju ta’ studju teoretiku u prattiku fil-farmaċija, it-tossikoloġija, il-mediċina jew dixxiplina simili, jew ta’ kors rikonoxxut bħala ekwivalenti minn Stat Membru”.

Persuna li tkun kisbet il-kwalifiki f’pajjiż terz tista’ taġixxi bħala eżaminaturtas-sikurezza jekk tkun lestiet “kors rikonoxxut bħala ekwivalenti [għal kors ta’ studju universitarju ta’ studju teoretiku u prattiku fil-farmaċija, it-tossikoloġija, il-mediċina jew dixxiplina simili] minn Stat Membru”.

Għandha tingħata prova tal-kwalifika tal-eżaminatur tas-sikurezza (jiġifieri kopja tad-diploma u, fejn meħtieġ, prova ta’ ekwivalenza) stipulata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

Referenzi

ATSDR (2004). Guidance Manual for the assessment of joint toxic action of chemical mixtures. Atlanta, GA: ATSDR, U.S. Department of Health and Human Services, Public Health Service. EFSA (2008) EFSA-Q-2006-160.

Bremmer H.J., Prud’homme de Lodder L.C.H., van Engelen J.G.M., Cosmetics Fact Sheet to Assess the Risks for the Consumer, Verżjoni aġġornata għall-ConsExpo 4, rapport RIVM 320104001/2006 (http://www.rivm.nl/bibliotheek/rapporten/320104001.pdf)

COSMED, Comment constituer le rapport de sécurité? (Règlement (CE) No 1223/2009), Collection: Les guides pratiques des entreprises - Editions 2011-2012.,

CTFA & COLIPA, Guidelines On Stability Testing Of Cosmetic Products, Marzu 2004.

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Gwida għall-identifikazzjoni u l-għoti ta’ ismijiet lis-sustanzi f’REACH u CLP, Novembru 2011.

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni taħt REACH u Valutazzjonijiet tas-Sikurezza Kimika, Kapitolu R.4: Evalwazzjoni tal-informazzjoni disponibbli, Diċembru 2011.

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni taħt REACH u Valutazzjonijiet tas-Sikurezza Kimika - Kapitolu R.7a: Gwida speċifika dwar il-punti ta’ tmiem, Mejju 2008.

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni taħt REACH u Valutazzjonijiet tas-Sikurezza Kimika - Kapitolu R.7c: Gwida speċifika dwar il-punti ta’ tmiem, Mejju 2008.

ECHA, Gwida Prattika 2: How to report weight of evidence’, 2010, http://echa.europa.eu/documents/10162/13655/pg_report_weight_of_evidence_en.pdf

Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kożmetika, COM(2013) 135 finali.

Kummissjoni Ewropea, Composition and undesirable effects of cosmetic products to be made easily accessible to the public — practical implementation of Article 7a(1)(h), second subparagraph, of Council Directive 76/768/KEE (http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/doc/guide_access_info_en.pdf)

Kummissjoni Ewropea, Serious Undesirable Effects (SUE) Reporting Guidelines, http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/pdf/sue_reporting_guidelines_en.pdf

Greim H. and Snyder R. (eds), Toxicology and Risk Assessment — A comprehensive Introduction. John Wiley & Sons Ltd., 2008.

Hall B., Tozer S., Safford B., Coroama M., Steiling W., Leneveu-Duchemin M.C., McNamara C. and Gibney M., European consumer exposure to cosmetic products, a framework for conducting population exposure assessments, Food and Chemical Toxicology, Volum 45, Ħarġa 11, Novembru 2007, Paġni 2097-2108.

IGHRC 2006, Guidelines on route-to-route extrapolation of toxicity data when assessing health risks of chemicals. The Interdepartmental Group on Health Risks from Chemicals (2006), http://www.silsoe.cranfield.ac.uk/ieh/ighrc/ighrc.html

Klimisch HJ, Andreae E u Tillmann U, A systematic approach for evaluating the quality of experimental and ecotoxicological data. Regulatory Toxicology and Pharmacology 25 (1997), p. 1-5.

Kroes R., Renwick A. G., Feron V., Galli C. L., Gibney M., Greim H., Guy R. H., Lhuguenot J. C., van de Sandt J. J. M., Application of the threshold of toxicological concern (TTC) to the safety evaluation of cosmetic ingredients, Food and Chemical Toxicology 45 (2007), 2533–2562.

Loretz L.J., Api A.M., Babcock L., Barraj L.M., Burdick J., Cater K.C., Jarrett G., Mann S., Pan Y.H., Re T.A., Renskers K.J., Scrafford C.G., Exposure data for cosmetic products: facial cleanser, hair conditioner, and eye shadow, Food Chem Toxicol. 2008 Mejju; 46(5):1516-24, Epub 2007 Diċembru 23.

Mildau G., Burkhard A., Daphi-Weber J., Große-Damhues J., Jung J., Schuster B., Walther C., Basic Requirements for Safety Assessment of Cosmetic Products, SOFW Journal, 133 6-2007, pp. 16-22.

Miljøstyrelsen, Guideline on Safety Assessment of Cosmetic Products, Environmental Guidelines No 10 2000.

OECD (2007), Guidance on Grouping of Chemicals. Series on Testing and Assessment, No. 80. Pariġi

OECD (2009), Guidance Document for using the OECD (Q)SAR Application Toolbox to Develop Chemical Categories According to the OECD Guidance on Grouping of Chemicals. Series on Testing and Assessment, No. 102. Pariġi

Pauwels M., Rogiers V., Human Health Safety Evaluation of Cosmetics in the EU: A Legally Imposed Challenge to Science, Toxicology and Applied Pharmacology, 243 (2010), pp. 260-274.

SCCS (Scientific Committee on Consumer Safety), Guidance on safety assessment of nanomaterials in cosmetics, SCCS/1484/12.

SCCS, The SCCS’s Notes of Guidance for the Testing of Cosmetic Ingredients and their Safety Evaluation, it-Tmien Reviżjoni, SCCS/1501/12.

SCCS, SCHER u SCENIHR, Opinion on Use of the Threshold of Toxicological Concern (TTC) Approach for Human Safety Assessment of Chemical Substances with focus on Cosmetics and Consumer Products, SCCP/1171/08.

SCCS, SCHER and SCENIHR, Toxicity and Assessment of Chemical Mixtures, 2012.

SCENIHR (Scientific Committee on Emerging and Newly Identified Health Risks), Opinion on the scientific basis for the definition of the term “nanomaterial”, 8 ta’ Diċembru 2010.

Rapport tal-Workshop “Assessment of undesirable events in cosmetic market surveillance: Background, description and use of a causality assessment method in cosmetovigilance”, Regulatory Toxicology and Pharmacology 58 (2010) 349–353.


(1)  Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(2)  Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(3)  Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(4)  In-Noti ta’ Gwida tal-SCCS għall-Ittestjar tal-Ingredjenti Kożmetiċi u l-Evalwazzjoni tas-Sikurezza tagħhom, it-Tmien Reviżjoni, SCCS/1501/12, u l-aġġornamenti sussegwenti tagħhom.

(5)  Noti ta’ Gwida tal-SCCS, para. 3-6.2, p. 35-36.

(6)  Dan il-punt huwa rilevanti fil-kuntest tal-Prattiki ta’ Manifattura Tajba, u huwa indirizzat espliċitament mill-istandard rilevanti EN ISO 22716.2007. B’mod aktar speċifiku, dan jaqbel mal-ħtiġijiet għall-ħruġ tal-materja prima u l-prodott lest.

(7)  Ara t-taqsima 3.3 dwar il-Kwalità mikrobijoloġika.

(8)  Ara l-“Implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kożmetiċi (76/768/KEE): TIKKETTAR TAD-DURABBILTÀ TAL-PRODOTT: ‘PERJODU TA’ ŻMIEN WARA L-FTUĦ’ ” (Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169) http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/doc/wd-04-entr-cos_28_rev_version_adoptee20040419_en.pdf

(9)  Noti ta’ Gwida tal-SCCS, para. 4-3.3, p. 74.

(10)  Id-“data tad-durabbiltà minima” hija d-data sa meta l-prodott kożmetiku, maħżun f’kundizzjonijiet xierqa, jibqa’ jissodisfa l-funzjoni inizjali tiegħu u, b’mod partikolari, jibqa’ sikur; il-PAO huwa l-perjodu ta’ żmien wara l-ftuħ li fih il-prodott jista’ jintuża mingħajr ebda periklu għall-konsumatur. Ara l-“Implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kożmetiċi (76/768/KEE): TIKKETTAR TAD-DURABBILTÀ TAL-PRODOTT: ‘PERJODU TA’ ŻMIEN WARA L-FTUĦ’ ”.

(11)  Noti ta’ Gwida tal-SCCS, para 4-4, p. 75–76.

(12)  L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jistabbilixxi li t-traċċi ta’ sustanzi pprojbiti huma permessi biss jekk ikunu teknikament inevitabbli u jekk ma jkollhom l-ebda impatt fuq is-sikurezza tal-prodotti kożmetiċi.

(13)  Is-“sustanzi ġenotossiċi u karċinoġeniċi mingħajr livell limitu” huma s-sustanzi ġenotossiċi u karċinoġeniċi bla livell limitu għall-effetti karċinoġeniċi-ġenotossiċi.

(14)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku fuq talba mill-EFSA relatata ma’ Approċċ Armonizzat għall-Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Sustanzi Li huma kemm Ġenotossiċi kif ukoll Karċinoġeniċi, (traduzzjoni mhux uffiċjali) Il-Ġurnal tal-EFSA (2005) 282, pp. 1-31.

(15)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(16)  Biex jevalwa r-riskju, wieħed għandu jqis il-periklu flimkien mal-esponiment, u dan huwa d-dmir tal-eżaminatur tas-sikurezza.

(17)  Noti ta’ Gwida tal-SCCS, para 4, p. 66 et seq.

(18)  M. Pauwels, V. Rogiers, Human Health Safety Evaluation of Cosmetics in the EU: A Legally Imposed Challenge to Science, Toxicology and Applied Pharmacology, 243 (2010), p. 261.

(19)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kożmetika, COM(2013) 135 finali.

(20)  H.J. Klimisch, E. Andreae u U. Tillmann (1997), A systematic approach for evaluating the quality of experimental and ecotoxicological data. Regul Toxicol Pharmacol 25:1-5.

(21)  Ara, b’mod partikolari, il-punt 3.1 tal-Komunikazzjoni.

(22)  ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.

(23)  Noti ta’ Gwida tal-SCCS, para. 3.4.11. Cf. ukoll l-opinjonijiet SCCNFP/0068/98, verżjoni preċedenti tan-Noti ta’ Gwida, u SCCNFP/0245/99 dwar Kriterji Bażiċi tal-Protokolli għall-Ittestjar tal-Kompatibilità mal-Ġilda ta’ Ingredjenti Kożmetiċi jew Taħlitiet ta’ Ingredjenti li Potenzjalment Jirritaw il-Ġilda fuq Voluntiera Bnedmin (traduzzjoni mhux uffiċjali).

(24)  Read-across hija teknika għall-mili ta’ vojt fid-dejta li fiha t-tagħrif għal sustanza kimika waħda jew iktar jintuża biex isir tbassir għal sustanza kimika fil-mira, li titqies simili b’xi mod. Mill-ECHA, “Gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ tagħrif u valutazzjoni dwar is-sikurezza kimika Kapitolu R.4: Evalwazzjoni tat-tagħrif disponibbli” (traduzzjoni mhux uffiċjali), Diċembru 2011, p. 12. http://echa.europa.eu/documents/10162/17235/information_requirements_r4_en.pdf

(25)  Definizzjoni minnhom ta’ piż tal-evidenza hija: “l-proċess tal-konsiderazzjoni tas-saħħiet u n-nuqqasijiet ta’ diversi biċċiet ta’ informazzjoni biex tintlaħaq u tiġi sostnuta konklużjoni li tikkonċerna proprjetà tas-sustanza.” Mill-ECHA, “Gwida Prattika 2: Kif tirrapporta l-piż tal-evidenza” (traduzzjoni mhux uffiċjali), 2010, p. 2, http://echa.europa.eu/documents/10162/13655/pg_report_weight_of_evidence_mt.pdf

(26)  Cfr. Noti ta’ Gwida tal-SCCS, Taqsima 3-6 Rekwiżiti Bażiċi għal Sustanzi Kożmetiċi Preżenti fi Prodotti Kożmetiċi Lesti (li għandhom ikunu evalwati minn eżaminaturi individwali tas-sikurezza) (traduzzjoni mhux uffiċjali).

(27)  In-Noti ta’ Gwida tal-SCCS jindirizzaw biċ-ċar din il-kwistjoni fil-para. 3-6.1 Rekwiżiti tossikoloġiċi ġenerali (traduzzjoni mhux uffiċjali).

(28)  Skont in-Noti ta’ Gwida tal-SCCS (para. 3-4.5), għandha tingħata prijorità lin-NOAEL fir-rigward ta’ tossiċità sottokronika (studju ta’ 90 jum). Huwa biss jekk it-tali valuri ma jkunux disponibbli li għandhom jintużaw ir-riżultati relatati mat-tossiċità sottoakuta (studju ta’ 28 jum).

(29)  ECHA, Gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ tagħrif u l-valutazzjoni tas-sikurezza kimika - Kapitolu R.7a: Gwida speċifika tal-punti ta’ tmiem, (traduzzjoni mhux uffiċjali) Mejju 2008.

(30)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(31)  Cfr. ECHA, Gwida għall-identifikazzjoni l-għoti ta’ ismijiet lil sustanzi taħt REACH u CLP, Novembru 2011, p. 29. http://echa.europa.eu/documents/10162/17235/substance_id_mt.pdf

(32)  Jiġifieri“id-doża sistemikament disponibbli li tgħaddi l-ostakli fiżiċi relevanti (strutturi gastrointestinali, tal-ġilda jew tal-pulmun) u ssir disponibbli fid-demm għal distribuzzjoni sussegwenti fit-tessuti u l-organi”, ref. M. Pauwels, V. Rogiers, p. 262.

(33)  Kriterji bażiċi għall-valutazzjoni in vitro tal-assorbiment dermali tal-ingredjenti kożmetiċi (SCCS/1358/10).

(34)  Nota ta’ Gwida tal-SCCS, para 3-7.2, p. 49.

(35)  M. Pauwels, V. Rogiers, p. 262.

(36)  SCCS, SCHER and SCENIHR, Opinjoni dwar l-Użu tal-Approċċ tal-Limitu tat-Tħassib Tossikoloġiku (TTC) għall-Valutazzjoni għas-Sikurezza tal-Bniedem tas-Sustanzi Kimiċi b’attenzjoni fuq il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti tal-Konsumatur, SCCP/1171/08.

(37)  Nota ta’ Gwida tal-SCCS, para 3-7, p. 46.

(38)  IGHRC, Linji gwida dwar estrapolazzjoni minn rotta għal rotta ta’ dejta ta’ tossiċità fil-valutazzjoni tar-riskji tas-saħħa tas-sustanzi kimiċi. Il-Grupp Interdipartimentali dwar ir-Riskji tas-Saħħa mis-Sustanzi Kimiċi (2006), http://www.silsoe.cranfield.ac.uk/ieh/ighrc/ighrc.html

(39)  Ara pereżempju: SCCS (il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, SCCS/1484/12; SCENIHR (il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement), Opinjoni dwar il-bażi xjentifika għad-definizzjoni tat-terminu “nanomaterjal”, 8 ta’ Diċembru 2010.

(40)  R. Kroes, A. G. Renwick, V. Feron, C. L. Galli, M. Gibney, H. Greim, R. H. Guy, J. C. Lhuguenot, J. J. M. van de Sandt, Applikazzjoni tal-limitu tat-tħassib tossikoloġiku (TTC) għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-ingredjenti kożmetiċi, Tossikoloġija tal-Ikel u Kimika 45 (2007), pp. 2533–2562.

(41)  Jeżistu diversi databases diponibbli pubblikament li fihom dejta tossikoloġika dwar sustanzi użati fil-kożmetika, u dawn huma elenkati fl-Appendiċi għal din il-Linja Gwida.

(42)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, u l-websajt tar-reġistrazzjoni tal-ECHA: http://echa.europa.eu/mt/information-on-chemicals/registered-substances

(43)  Din hija konsegwenza tar-rekwiżit tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, li jistabbilixxi l-obbligu li l-persuni responsabbli jirrapportaw effetti serji mhux mixtieqa lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tal-UE.

(44)  L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(45)  Għal effetti mhux mixtieqa li huwa probabbli ħafna jew probabbli li jkunu attribwibbli għall-prodott kożmetiku, japplika l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, “Aċċess għall-informazzjoni għall-pubbliku”.

(46)  Il-Kummissjoni Ewropea, Linji Gwida ta’ Rappurtar dwar Effetti Serji Mhux Mixtieqa (SUE), http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/pdf/sue_reporting_guidelines_en.pdf

(47)  Dan huwa obbligu tal-persuna responsabbli skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(48)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 39.

(49)  Disponibbli fuq http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/documents/guidelines/labelling/index_en.htm

(50)  Disponibbli fuq http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/doc/guide_labelling200802_en.pdf

(51)  Għal prodotti tal-istess iskala, fejn l-unika differenza fost prodotti differenti huwa l-aġent li jagħti kulur, u li m’għandu ebda impatt fuq is-sikurezza eż. għal lipsticks jew make-up ieħor tal-kulur, jista’ jiġi kkunsidrat rapport tas-sikurezza ta’ prodott ikkombinat, iżda għandu jkun ġustifikat.

(52)  SCCS, SCHER, SCENIHR, Tossiċità u Valutazzjoni ta’ Taħlitiet Kimiċi, 2012 http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/environmental_risks/docs/scher_o_155.pdf

(53)  Noti ta’ Gwida tal-SCCS, para 3-7.3, p. 51.

(54)  Il-Kummissjoni Ewropea, Linji Gwida ta’ Rappurtar dwar Effetti Serji Mhux Mixtieqa (SUE), http://ec.europa.eu/consumers/sectors/cosmetics/files/pdf/sue_reporting_guidelines_en.pdf

Appendiċi

Databases Magħrufa li Fihom Dejta Tossikoloġika dwar Sustanzi Użati fil-Prodotti Kosmetiċi

ChemIDPlus Light— http://chem.sis.nlm.nih.gov/chemidplus/chemidlite.jsp

ChemIDPlus Advanced— http://chem.sis.nlm.nih.gov/chemidplus/

Cosmetics Europe Recommendations— https://www.cosmeticseurope.eu/publications-cosmetics-europe-association/recommendations.html

IPCS Inchem— http://www.inchem.org/pages/jecfa.html

PubMed— http://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed

ToxNet— http://toxnet.nlm.nih.gov/


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/106


DEĊIŻJONI Nru 2/2013 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IT-TRANŻITU KOMUNI

tas-7 ta’ Novembru 2013

li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

(2013/675/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tas-26 ta’ Ġunju 2009 tal-Kunsill għall-Koperazzjoni Doganali emendat in-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata. Bħala konsegwenza, fl-1 ta’ Jannar 2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (2) daħal fis-seħħ u ssostitwixxa l-kodiċi HS 1701 11 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 1701 13 u 1701 14, u l-kodiċi HS 2403 10 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 2403 11 u 2403 19.

(2)

Konsegwentement, il-kodiċijiet HS korrispondenti speċifikati fil-lista ta’ merkanzija li tinvolvi riskju ogħla ta’ frodi fl-Anness I għall-Appendiċi I għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Konvenzjoni”) għandhom jiġu emendati skont dan.

(3)

Minħabba verżjoni l-ġdida tar-Rakkomandazzjoni 21 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-reviżjoni 8.1, dwar, inter alia, il-kodiċijiet tal-imballaġġ, huwa xieraq li l-Anness A2 għall-Appendiċi III għall- Konvenzjoni jiġi adattat skont dan.

(4)

Billi l-format tal-kodiċijiet tal-pakketti inbidel minn alphabetical2 (a2) għal alphanumeric2 (an2), it-Tip/Tul tat-tip ta’ pakki (kaxxa 31) fl-Anness A1 tgħall-Appendiċi III għall- Konvenzjoni għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

L-emendi proposti jwasslu għal allinjament tad-dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu komuni mad-dispożizzjonijiet tal-UE dwar it-tranżitu.

(6)

Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għandha emendata kif stipulat fl-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-emendi stipulati fil-punt 1 tal-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012.

L-emendi stipulati fl-Appendiċi fil-punti 2 u 3 tal-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul f’Rejkjavik, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni

Il-President

Karl F. GARðARSSON


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).


Appendiċi

1.

L-Anness I għall-Appendiċi I għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

(i)

Ir-ringiela għall-Kodiċijiet HS “1701 11, 1701 12, 1701 91, 1701 99” hija sostitwita b’dan li ġej:

“1701 12

1701 13

1701 14

1701 91

1701 99

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f’forma solida:

7 000  kg

 

—”

(ii)

Ir-ringiela għall-Kodiċi HS “2403 10” hi sostwita b’dan li ġej:

“2403 11

2403 19

Tabakk tat-tipjip, kemm jekk fih sostituti ta’ tabakk f’kull proporzjon kif ukoll jekk ma fihx

35  kg

 

—”

2.

L-iskrizzjoni “Tip ta’ pakki (kaxxa 31):It-Tip/Tul a2 Il-kodiċijiet tal-imballaġġ ippreżentati fl-Anness A2 għandhom ikunu użati.” fl-Anness A1 għall-Appendiċi III għal-Konvenzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tip ta’ pakketti

(kaxxa 31)

Tip/Tul: an2

Il-kodiċijiet tal-pakketti msemmija fl-Anness A2 għandhom ikunu użati.”.

3.

Il-Punt 5 tal-Anness A2 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KODIĊI TAL-IMBALLAĠĠ

(Rakkommandazzjoni UN/KEE Nru 21/Rev. 8.1 tat-12 ta’ Lulju 2010)

Erosol

AE

Ampolla, mhux protetta

AM

Ampolla, protetta

AP

Atomizzatur

AT

Borża

BG

Borża, reċipjent flessibbli

FX

Borża, tal-ixkora tal-ġuta

GY

Borża, kbira ħafna

JB

Borża, kbira

ZB

Borża, b’aktar minn saff wieħed

MB

Borża, tal-karta

5M

Borża, tal-karta, b’aktar minn ġenb wieħed

XJ

Borża, tal-karta, b’aktar minn ġenb wieħed, reżistenti għall-ilma

XK

Borża, tal-plastik

EC

Borża, b’film tal-plastik

XD

Borża, polybag

44

Borża, super lott

43

Borża, tat-tessut

5L

Borża, tat-tessut, li ma tnixxix

XG

Borża, tat-tessut, reżistenti għall-ilma

XH

Borża, tat-tessut, mingħajr kisja/inforra minn ġewwa

XF

Borża, kbira għax-xirja

TT

Borża, minsuġa bil-plastik

5H

Borża, tal-plastik minsuġ,ma jnixxix

XB

Borża, tal-plastik minsuġ, reżistenti għall-ilma

XC

Borża, tal-plastik minsuġ, mingħajr kisja/inforra minn ġewwa

XA

Balla, ikkumpressata

BL

Balla, mhux ikkumpressata

BN

Ballun

AL

Bużżieqa, mhux protetta

BF

Bużżieqa, protetta

BP

Virga

BR

Bittija

BA

Bittija, tal-injam

2C

Bittija, tal-injam, bit-tapp

QH

Bittija, tal-injam bl-għatu jinqala’

QJ

Vireg, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

BZ

Friskatur

BM

Basket

BK

Basket, bil-maqbad, tal-kartun

HC

Basket, bil-maqbad, tal-plastik

HA

Basket, bil-maqbad, tal-injam

HB

Ċinturin

B4

Landa

BI

Blokka

OK

Bord

BD

Bord, f’gozz/mazz/marbutin b’ċinturin

BY

Rukkell

BB

Bolt

BT

Flixkun, gass

GB

Flixkun, mhux protett, għamla ta’ basla

BS

Flixkun, mhux protett, ċilindriku

BO

Flixkun, protett, għamla ta’ basla

BV

Flixkun, protett ċilindriku

BQ

Kaxxa tal-fliexken/xtilliera tal-fliexken

BC

Kaxxa

BX

Kaxxa, aluminju

4B

Kaxxa, Commonwealth Handling Equipment Pool (Ġabra ta’ Apparat ta’ Maniġġ tal-Commonwealth) (CHEP), Eurobox

DH

Kaxxa, fibreboard

4G

Kaxxa, għal likwidi

BW

Kaxxa, injam naturali

4C

Kaxxa, plastik

4H

Kaxxa, plastik, espandut

QR

Kaxxa, plastik, solidu

QS

Kaxxa, plywood

4D

Kaxxa, injam rikostitwit

4F

Kaxxa, azzar

4 A

Kaxxa, tal-injam, injam naturali, ordinarju

QP

Kaxxa, tal-injam, injam naturali, bi ġnub li ma jnixxux

QQ

Barmil

BJ

Oġġetti mhux ippakkjati, gass (f’1 031  mbar u 15 °C)

VG

Oġġetti mhux ippakkjati, gass likwifikat (f’temperatura/pressjoni mhux normali)

VQ

Oġġetti mhux ippakkjati, likwidi

VL

Oġġetti mhux ippakkjati, metall skreppjat

VS

Oġġetti mhux ippakkjati, partikoli solidi, irqaq (‘trabijiet’)

VY

Oġġetti mhux ippakkjati, solidi, partikoli granulari (‘frak’)

VR

Oġġetti mhux ippakkjati, solidi, partikoli kbar (‘noduli’)

VO

Mazz

BH

Sorra

BE

Sorra, tal-injam

8C

Bittija kbira (Butt)

BU

Gaġġa

CG

Gaġġa, Commonwealth Handling Equipment Pool (Ġabra ta’ Apparat ta’ Maniġġ tal-Commonwealth) (CHEP)

DG

Gaġġa, romblu

CW

Landa, ċilindrika

CX

Landa, rettangolari

CA

Landa, b’manku u żennuna

CD

Kaxxetta tal-landa

CI

Kanvas

CZ

Kapsula

AV

Damiġġjana (carboy), mhux protetta,

CO

Damiġġjana, protetta

CP

Kartonċina

CM

Karrettun, ċatt

FW

Kartun

CT

Kartriġġ

CQ

Kaxxetta

CS

Kaxxetta, karozza

7 A

Kaxxetta, isotermika

EI

Kaxxetta, qafas

SK

Kaxxetta, azzar

SS

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit

ED

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, kartun

EF

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, metall

EH

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, plastik

EG

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, tal-injam

EE

Kaxxetta, tal-injam

7B

Bittija (Cask)

CK

Senduq (Chest)

CH

Żingla

CC

Kaxxa bl-għatu b’ċirniera (clamshell)

AI

Senduq (Coffer)

CF

Tebut

CJ

Kojl

CL

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ

6P

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’ċestun tal-aluminju

YR

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-aluminju

YQ

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’pakkett tal-plastik li jespandi

YY

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-fibra

YW

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’kaxxa tal-fibreboard

YX

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-plywood

YT

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’pakkett tal-plastik solidu

YZ

Imballaġġ kompost, reċipjent f’kaxxa ta’ ċestun tal-azzar

YP

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-azzar

YN

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’ħamper tal-qasab

YV

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’kaxxa tal-injam

YS

Imballaġġ kompost, f’reċipjent tal-plastik

6H

Imballaġġ kompost, f’reċipjent tal-plastik f’ċestun tal-aluminju

YD

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-aluminju

YC

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-fibra

YJ

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-fibreboard

YK

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-plastik

YL

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-plywood

YH

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-plywood

YG

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-plastik solida

YM

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa ta’ ċestun tal-azzar

YB

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-azzar

YA

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-injam

YF

Kon

AJ

Kontenitur, flessibbli

1F

Kontenitur, ta’ gallun

GL

Kontenitur, tal-metall

ME

Kontejner, mhux speċifikat mod ieħor bħala apparat tat-trasport

CN

Barra tal-kontejner

OU

Għata

CV

Ċestun

CR

Ċestun, birra

CB

Ċestun, lott, kartun

DK

Ċestun, lott, plastik

DL

Ċestun, lott, tal-injam

DM

Ċestun, bil-qafas

FD

Ċestun, frott

FC

Ċestun, tal-metall

MA

Ċestun, ħalib

MC

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, kartun

DC

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, plastik

DA

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, tal-injam

DB

Ċestun, baxx

SC

Ċestun, tal-injam

8B

Kavetta

CE

Tazza

CU

Ċilindru

CY

Damiġġjana (Demijohn), mhux protetta

DJ

Damiġġjana (Demijohn), protetta

DP

Dispenser

DN

Drum

DR

Drum, aluminju

1B

Drum, aluminju, bl-għatu ma jinqalax

QC

Drum, aluminju, bl-għatu jinqala’

QD

Drum, fibra

1G

Drum, ħadid

DI

Drum, tal-plastik

IH

Drum, plastik, bl-għatu ma jinqalax

QF

Drum, plastik, bl-għatu jinqala’

QG

Drum, plywood

1D

Drum, azzar

1 A

Drum, azzar, mhux bl-għatu jinqala’

QA

Drum, azzar, bl-għatu jinqala’

QB

Drum, tal-injam

1 W

Envelopp

EN

Envelopp, azzar

SV

Filmpack

FP

Bittija żgħira

FI

Flask

FL

Flexibag

FB

Flexitank

FE

Reċipjent tal-ikel

FT

Reċipjent jissakkar tal-ikel

FO

Frejm

FR

Travu

GI

Travi, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

GZ

Ħamper

HR

Ganċ (hanger)

HN

Bittija kbira tal-birra

HG

Lingotta

IN

Lingotti, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

IZ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi

WA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju

WD

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju, likwidu

WL

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju, taħt pressjoni > 10 kPa

WH

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost

ZS

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, likwidi

ZR

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, taħt pressjoni

ZP

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, solidi

ZM

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, likwidi

ZQ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, taħt pressjoni

ZN

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, solidi

PLN

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, fibreboard

ZT

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, flessibbli

ZU

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall

WF

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, likwidu

WM

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, għajr azzar

ZV

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, pressjoni 10 kpa

WJ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam naturali

ZW

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam naturali, infurrat minn ġewwa

WU

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, karta, b’aktar minn ġenb wieħed

ZA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, karta, b’aktar minn ġenb wieħed, reżistenti għall-ilma

ZC

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, film tal-plastik

WS

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plywood

ZX

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plywood, infurrat minn ġewwa

WY

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam rikostitwit

ZY

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam rikostitwit, infurat minn ġewwa

WZ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu

AA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, likwidi

ZK

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, taħt pressjoni

ZH

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, solidu

ZF

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, likwidi

ZJ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, taħt pressjoni

ZG

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, solidi

ZD

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar

WC

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar, likwidu

WK

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar, taħt pressjoni > 10 kpa

WG

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut mingħajr kisja/inforra

WT

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, miksi

WV

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, miksi u infurrat

WX

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, infurrat

WW

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, miksi

WP

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, miksi u infurrat

WR

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, b’inforra

WQ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, mingħajr kisja/inforra

WN

Vażett

JR

Jerrycan, ċilindrika

JY

Jerrycan, plastik

3H

Jerrycan, plastik, bl-għatu ma jinqalax

QM

Jerrycan, plastik, bl-għatu jinqala’

QN

Jerry-can, rettangolari

JC

Jerry-can, azzar

3 A

Jerry-can, azzar, mhux bl-għatu ma jinqalax

QK

Jerry-can, azzar, bl-għatu jinqala’

QL

Buqar

JG

Borża tal-ġuta

JT

Kartell żgħir

KG

Kitt

KI

Kaxxetta kbira u li tiflaħ għall-ġarr

LV

Zokk maqtugħ

LG

Zkuk, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

LZ

Lott

LT

Kaxxa tal-injam għall-ġarr ta’ frott u ħaxix

LU

Bagalji

LE

Tapit żgħir

MT

Kaxxa tas-sulfarini

MX

Definita b’mod reċiproku

ZZ

Bejta

NS

Xibka

NT

Xikba, tubu, plastik

NU

Xibka, tubu, tessut

NV

Mhux disponibbli

NA

Octabin

OT

Imballaġġ

PK

Imballaġġ, kartun, b’toqob għal ħakma soda tal-fliexken

IK

Imballaġġ, displej, kartun

IB

Imballaġġ, displej, metall

ID

Imballaġġ, displej, plastik

IC

Imballaġġ, displej, tal-injam

IA

Imballaġġ, fluss

IF

Imballaġġ, imgeżwer fil-karta

IG

Imballaġġ, turija

IE

Pakkett (Packet)

PA

Satal

PL

Pelit

PX

Pelit, 100 cm × 110 cm

AH

Pelit, AS 4068-1993

OD

Pelit, kaxxa Magħquda ma’ kaxxa miftuħa u pelit

PB

Pelit, CHEP 100 cm × 120 cm

OC

Pelit, CHEP 40 cm × 60 cm

OA

Pelit, CHEP 80 cm × 120 cm

OB

Pelit, ISO T11

OE

Pelit, modulari, għenuq 80 cm × 100 cm

PD

Pelit, modulari, għenuq 80 cm × 120 cm

PE

Pelit, modulari, għenuq 80 cm × 60 cm

AF

Pelit, shrink-wrapped

AG

Pelit, triwall

TW

Pelit, tal-injam

8 A

Taġen

P2

Pakkett (Parcel)

PC

Pinna

PF

Biċċa

PP

Kanna

PI

Kanen, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PV

Żir

PH

Tavla

PN

Twavel, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PZ

Plejt

PG

Plejts, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PY

Pjattaforma, il-piż jew id-dimensjoni mhux speċifikati

OF

Borma

PT

Borżetta

PO

Kannestru

PJ

Xtilliera

RK

Xtilliera, spalliera

RJ

Reċipjent, fibra

AB

Reċipjent, ħġieġ

GR

Reċipjent, metall

MR

Reċipjent, karta

AC

Reċipjent, plastik

PR

Reċipjent, imgeżwer fil-plastik

MW

Reċipjent, tal-injam

AD

Rednet

RT

Rukkell

RL

Anella

RG

Virga

RD

Vireg, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

RZ

Romblu

RO

Qartas

SH

Xkora

SA

Xkora, b’aktar minn ġenb wieħed

MS

Kaxxetta ta’ baħri

SE

Sett

SX

Folja

ST

Folja, tgeżwira tal-plastik

SP

Sheet metal

SM

Folji, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

SZ

Shrinkwrapped

SW

Balzi

SI

Ċangatura

SB

Tubu li fih jinżammu l-vireg

SY

Folja karti bejn żewġ folji

SL

Dussies

SD

Ħajt ta’ rukkell

SO

Bagalja

SU

Pillola

T1

Kontejner tank, ġeneriku

TG

Tank, ċilindriku

TY

Tank, rettangolari

TK

Kaxxetta tat-te

TC

Tierce (bittija)

TI

Landa

TN

Trej

PU

Trej, b’oġġetti ċatti stivati b’mod orizzontali

GU

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, kartun

DV

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, plastik

DS

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, polystyrene

DU

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, tal-injam

DT

Trej, riġidu, stivabbli b’għatu (CEN TS 14482:2002)

IL

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, kartun

DY

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, trej tal-plastik

DW

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, tal-injam

DX

Kaxxa kbira u li tiflaħ għall-ġarr ta’ oġġetti

TR

Qatta

TS

Tnell

TB

Tnell, b’għatu

TL

Tubu

TU

Tubu, li jista’ jitgħaffeġ

TD

Tubu, b’żennuna

TV

Tubi, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

TZ

Bittija kbira tal-birra

TO

Tajer

TE

Mhux fil-gaġġa

UC

Unità

UN

Mhux ippakkjat jew imballat

NE

Unitajiet multipli, mhux ippakkjati jew imballati

NG

Unità singola, mhux ippakkjata jew imballata

NF

Ippakkjat f’vakwu

VP

Vanpack

VK

Tank (vat)

VA

Vettura

VN

Kunjett

VI

Flixkun tal-qasab

WB”