ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.313.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2013/671/UE |
|
|
* |
||
|
|
2013/672/UE |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2013 tal-21 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva pentijopirad, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Novembru 2013
dwar l-iffirmar tal-Ftehim, f’isem l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f’dak li jirrigwarda l-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa
(2013/671/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u it-tieni paragrafu tal-Artikolu 218(8),
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew Nru 2010/718/UE (1) il-gżira ta’ Saint-Barthélemy ma baqgħetx reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 u kisbet l-istatus ta’ pajjiż jew ta’ territorju extra-Ewropew kif imsemmi fil- Parti Erbgħa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ir-Repubblika Franċiża kienet obbligat ruħha li tikkonkludi l-ftehimiet meħtieġa sabiex jiġu miżmuma l-interessi tal-Unjoni f’din il-bidla, sabiex jiġu garantiti fost l-oħrajn l-mekkaniżmi tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (2) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3) japplikaw bl-istess mod fir-rigward ta’ Saint-Barthélemy wara l-bidla fl-istatus tagħha. |
(2) |
B’segwitu għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill fl-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża rigward l-applikazzjoni għall-kollettività ta’ Saint-Barthélemy tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”). |
(3) |
L-iskop tal-Ftehim hu li jiggarantixxi li l-mekkaniżmi tad-Direttivi 2011/16/UE u 2003/48/KE, li huma maħsuba b’mod partikolari biex jiġġieldu kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa transfruntiera, jibqgħu japplikaw għal Saint-Barthélemy, minkejja l-bidla fl-istatus tagħha. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jkun iffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data ulterjuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni għall-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta’ Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).
(4) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Novembru 2013
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn
(2013/672/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (1) (“il-Ftehim ta’ Sħubija”). |
(2) |
L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja Protokoll ġdid (“il-Protokoll il-ġdid”)li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra li fihom il-Mawritanja teżerċita s-sovranità jew l-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. |
(3) |
Il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/827/UE (2), u ġie applikat proviżorjament mid-data tal-firma tiegħu. |
(4) |
Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (“il-Protokoll”) (3) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 11 tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 361, 31.12.2012, p. 43.
(3) It-test tal-protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 361, 31.12.2012, p. 44 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
REGOLAMENTI
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1180/2013
tad-19 ta’ Novembru 2013
li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (1) jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), u wkoll fid-dawl ta’ kull parir riċevut mingħand il-kunsilli konsultattivi reġjonali. |
(2) |
Il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp ta’ sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’tali mod li f’kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew għal kull tip ta’ sajd u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
(3) |
Il-qabdiet totali permessibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati. |
(4) |
Għall-istokkijiet suġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mar-regoli stipulati f’dawk il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (“il-Pjan għall-Bakkaljaw tal-Baħar Baltiku”) (2). |
(5) |
Fid-dawl tal-parir xjentifiku l-aktar reċenti, il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baħar Baltiku tista’ tiġi introdotta mingħajr ma tfixkel l-għanijiet tal-Pjan għall-Bakkaljaw tal-Baħar Baltiku u mingħajr ma tikkawża żieda fil-mortalità mis-sajd. Tali flessibbiltà tkun tista’ tippermetti ġestjoni effiċjenti tal-isforz tas-sajd fejn il-kwoti mhumiex allokati ugwalment fost il-flotta ta’ Stat Membru u tiffaċilità reazzjonijiet rapidi għal skambji ta’ kwoti. Għalhekk għandu jkun permissibbli għal Stat Membru biex jalloka, lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu. |
(6) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b’mod partikolari dispożizzjonijiet fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-dejta dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet relatati mal-iżbarkar tal-istokkijiet suġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta tintbagħat dejta lill-Kummissjoni. |
(7) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4), huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għall-miżuri varji msemmija fih. |
(8) |
Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li jinfetħu t-tipi ta’ sajd koperti minn dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2014. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 2
Il-kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES)” tfisser iż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (5); |
(b) |
“Baħar Baltiku” tfisser is-suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32; |
(c) |
“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
(d) |
“qabda totali permissibli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena; |
(e) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; |
(f) |
“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li fih bastiment ma jkunx fil-port. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
It-TACs u l-allokazzjonijiet
It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
1. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(b) |
riallokazzjonjiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
(c) |
żbarkar addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(d) |
kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
2. Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għal stokkijiet soġġetti għal TAC prekawzjonali, u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitiku.
Artikolu 6
Il-kondizzjonijiet għall-iżbarkar tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali
Ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid għandu jinżamm abbord jew jiġi żbarkat biss jekk il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali jkunu saru minn bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita.
Artikolu 7
Il-limiti tal-isforz tas-sajd
1. Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stipulati fl-Anness II.
2. Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-suddiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-suddiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 8(3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.
3. Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-suddiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 8(3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-suddiviżjoni.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 8
Trażmissjoni ta’ dejta
Meta l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni relatata mal-iżbark tal-kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).
(2) Regolament (KE) Nru 1098/2007 tal-Kunsill tal-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).
ANNESS I
TACs APPLIKABBLI SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA GĦALL-BASTIMENTI TAL-UNJONI F’ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom b’mod funzjonali, fejn xieraq.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Ir-referenza għall-istokkijiet tal-ħut issir skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni:
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
Clupea harengus |
HER |
Aringa |
Gadus morhua |
COD |
Bakkaljaw |
Pleuronectes platessa |
PLE |
Barbun tat-tbajja’ |
Salmo salar |
SAL |
Salamun tal-Atlantiku |
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
|
|||||||
Il-Finlandja |
112 977 |
TAC analitika |
||||||
L-Isvezja |
24 823 |
|||||||
L-Unjoni |
137 800 |
|||||||
It-TAC |
137 800 |
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
2 769 |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
||||||
Il-Ġermanja |
10 900 |
|||||||
Il-Finlandja |
1 |
|||||||
Il-Polonja |
2 570 |
|||||||
L-Isvezja |
3 514 |
|||||||
L-Unjoni |
19 754 |
|||||||
It-TAC |
19 754 |
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
2 480 |
TAC analitika |
||||||
Il-Ġermanja |
658 |
|||||||
L-Estonja |
12 664 |
|||||||
Il-Finlandja |
24 721 |
|||||||
Il-Latvja |
3 125 |
|||||||
Il-Litwanja |
3 291 |
|||||||
Il-Polonja |
28 085 |
|||||||
L-Isvezja |
37 701 |
|||||||
L-Unjoni |
112 725 |
|||||||
It-TAC |
Mhux rilevanti |
|
|
|||||||
L-Estonja |
14 186 |
TAC analitika |
||||||
Il-Latvja |
16 534 |
|||||||
L-Unjoni |
30 720 |
|||||||
It-TAC |
30 720 |
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
15 147 |
TAC analitika |
||||||
Il-Ġermanja |
6 025 |
|||||||
L-Estonja |
1 476 |
|||||||
Il-Finlandja |
1 159 |
|||||||
Il-Latvja |
5 632 |
|||||||
Il-Litwanja |
3 710 |
|||||||
Il-Polonja |
17 440 |
|||||||
L-Isvezja |
15 345 |
|||||||
L-Unjoni |
65 934 |
|||||||
It-TAC |
Mhux rilevanti |
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
7 436 |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
||||||
Il-Ġermanja |
3 636 |
|||||||
L-Estonja |
165 |
|||||||
Il-Finlandja |
146 |
|||||||
Il-Latvja |
615 |
|||||||
Il-Litwanja |
399 |
|||||||
Il-Polonja |
1 990 |
|||||||
L-Isvezja |
2 650 |
|||||||
L-Unjoni |
17 037 |
|||||||
It-TAC |
17 037 |
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
2 443 |
TAC prekawzjonali |
||||||
Il-Ġermanja |
271 |
|||||||
Il-Polonja |
511 |
|||||||
L-Isvezja |
184 |
|||||||
L-Unjoni |
3 409 |
|||||||
It-TAC |
3 409 |
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
22 087 (1) |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
||||||
Il-Ġermanja |
2 457 (1) |
|||||||
L-Estonja |
2 245 (1) |
|||||||
Il-Finlandja |
27 541 (1) |
|||||||
Il-Latvja |
14 049 (1) |
|||||||
Il-Litwanja |
1 651 (1) |
|||||||
Il-Polonja |
6 700 (1) |
|||||||
L-Isvezja |
29 857 (1) |
|||||||
L-Unjoni |
106 587 (1) |
|||||||
It-TAC |
Mhux rilevanti |
|
|
|||||||
L-Estonja |
1 344 (2) |
TAC prekawzjonali |
||||||
Il-Finlandja |
11 762 (2) |
|||||||
L-Unjoni |
13 106 (2) |
|||||||
It-TAC |
Mhux rilevanti |
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
23 672 (3) |
TAC analitika |
||||||
Il-Ġermanja |
14 997 (3) |
|||||||
L-Estonja |
27 489 (3) |
|||||||
Il-Finlandja |
12 392 (3) |
|||||||
Il-Latvja |
33 200 (3) |
|||||||
Il-Litwanja |
12 010 (3) |
|||||||
Il-Polonja |
70 456 (3) |
|||||||
L-Isvezja |
45 763 (3) |
|||||||
L-Unjoni |
239 979 |
|||||||
It-TAC |
Mhux rilevanti |
(1) Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.
(2) Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.
(3) Tal-inqas 92 % tal-ħut żbarkat li jingħadd mal-kwota jrid ikun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta’ aringi għandhom jingħaddu mat-8 % li jibqa’ tal-kwota (HER/*3BCDC).
ANNESS II
IILIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD
1. |
L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, b’konzijiet tal-qiegħ, b’konzijiet ħlief il-konzijiet mitluqa, ix-xolfa tal-idejn u l-irkaptu tat-trejjix, li jkunu sa:
|
2. |
L-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikat fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla mill-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port allokat għal waħda minn dawk iż-żewġ żoni. |
3. |
B’deroga mill-punti 1 u 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd teħtieġ hekk, Stat Membru jista’ jalloka d-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ta’ sajd għal għadd ta’ jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f’termini ta’ kW, ta’ kull bastiment donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti riċevituri. L-għadd ta’ bastimenti riċevituri ma jistax jeċċedi l-15 % tal-għadd totali ta’ bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1. |
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/13 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1181/2013
tad-19 ta’ Novembru 2013
dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 u li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) fir-rigward tas-sena kalendarja 2013. Ladarba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma kinux iddeterminaw dan l-aġġustament sat-30 ta’ Ġunju 2013, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (2), stabbilixxiet hi stess dak l-aġġustament fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 (3). |
(2) |
Il-previżjonijiet għall-pagamenti diretti u n-nefqa relatata mas-suq tal-Ittra ta’ Emenda tal-Kummissjoni Nru 2 tal-Abbozz tal-Baġit għall-2014 juru l-ħtieġa li jiġi adattat l-ammont ta’ dixxiplina finanzjarja li tqies fl-Abbozz tal-Baġit għall-2014. Dik l-Ittra ta’ Emenda ġiet stabbilita billi tqis l-ammont ta’ dixxiplina finanzjarja ta’ EUR 902,9 miljun, inkluż l-ammont għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu. |
(3) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill biex tiġi ffissata rata ta’ aġġustament oħra għall-pagamenti diretti, fir-rigward tas-sena kalendarja 2013, abbażi tal-Artikolu 18(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
(4) |
L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi dawk l-aġġustamenti u intuża mill-Kummissjoni bħala bażi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2013. |
(5) |
L-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jipprevedi li sal-1 ta’ Diċembru, abbażi ta’ informazzjoni ġdida fil-pussess tiegħu, il-Kunsill huwa kapaċi jadatta r-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti. Madankollu, b’kont meħud tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Mejju 2008 fil-Kawża C-133/06 (4), dik il-bażi legali derivata ma tistax tintuża aktar leġittimament. |
(6) |
L-Artikolu 43(3) TFUE jippermetti li l-Kunsill jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna. Għalhekk, fil-qafas tad-dixxiplina finanzjarja, ir-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil bidwi għal applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi ffissata fuq dik il-bażi legali. |
(7) |
Bħala regola ġenerali, bdiewa li jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) jitħallsu f’perijodu fiss ta’ pagament li jaqa’ taħt is-sena finanzjarja (N + 1). Madanakollu, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħmlu pagamenti tardivi, sa ċertu limitu, lill-bdiewa lil hinn minn dan il-perijodu ta’ pagament mingħajr ebda limiti ta’ żmien. Tali pagamenti tardivi jistgħu jaqgħu f’sena finanzjarja sussegwenti. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata f’sena kalendarja partikolari, ir-rata ta’ aġġustament ma għandhiex tiġi applikata għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew sottomessi fis-snin kalendarji għajr dik li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għaldaqstant, biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, huwa xieraq li jiġi stipulat li r-rata ta’ aġġustament għandha tapplika biss għall-pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew sottomessi fis-sena kalendarja li għaliha d-dixxiplina finanzjarja hi applikata, irrispettivament minn meta jsiru l-ħlasijiet lill-bdiewa. |
(8) |
Fil-ftehim politiku dwar ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni tas-26 ta’ Ġunju 2013, ġie deċiż li d-dixxiplina finanzjarja ser tapplika għall-pagamenti diretti li jkunu aktar minn EUR 2 000. Barra minn hekk, kien hemm ukoll ftehim li r-rimborż ta’ approprjazzjonijiet mhux użati (jekk ikun hemm) fi tmiem ta’ sena finanzjarja jitħallas lill-bdiewa fis-sena ta’ wara skont id-dixxiplina finanzjarja. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, huwa xieraq li jiġi ffissat l-istess limitu matul is-snin. Id-dixxiplina finanzjarja għandha tiġi applikata b’mod simili għas-sena kalendarja 2013 biex tkun konsistenti ma’ dak li ġie miftiehem li jiġi applikat fil-futur; għaldaqstant, huwa xieraq li l-applikazzjoni tar-rata ta’ aġġustament tiġi prevista biss għal ammonti aktar minn EUR 2 000. |
(9) |
L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi li fil-qafas tal-applikazzjoni tal-iskeda taż-żidiet provduta fl-Artikolu 121 ta’ dak ir-Regolament għall-pagamenti diretti kollha li ngħataw fl-Istati Membri l-ġodda fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ dak ir-Regolament, id-dixxiplina finanzjarja ma għandhiex tapplika għall-Istati Membri l-ġodda qabel il-bidu tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha l-livell tal-pagamenti diretti li japplika fl-Istati Membri l-ġodda jkun tal-anqas ugwali għal dak li kien il-livell applikabbli għal tali pagamenti fl-Istati Membri l-oħra. Peress li l-pagamenti diretti għadhom soġġetti għall-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet fis-sena kalendarja 2013 fil-Bulgarija u r-Rumanija, ir-rata ta’ aġġustament li għandha tiġi determinata permezz ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tapplika għall-pagamenti lill-bdiewa f’dawn l-Istati Membri. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 ġie emendat permezz tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja. Peress li l-Kroazja hija soġġetta għall-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet previsti fl-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fis-sena kalendarja 2013, ir-rata ta’ aġġustament li għandha tiġi determinata permezz ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tapplika għall-pagamenti lill-bdiewa fil-Kroazja. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat li r-rata li ġiet adattata tkun applikabbli mid-data prevista fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 rigward meta għandhom jibdew il-ħlasijiet lill-bidwi, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013. |
(12) |
Ir-rata l-ġdida ta’ aġġustament għandha titqies għall-kalkolu tal-ħlasijiet kollha li għandhom jingħataw lil bidwi għal applikazzjoni għall-għajnuna li tressqet fir-rigward tas-sena kalendarja 2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2013 għandu għaldaqstant jiġi rrevokat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-ammonti tal-pagamenti diretti fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li għandhom jingħataw lil bidwi li jkunu aktar minn EUR 2 000 għal applikazzjoni għall-għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 għandhom jitnaqqsu b’2,453658 %.
2. It-tnaqqis stipulat fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2013 huwa rrevokat.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal- 21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 tad-9 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (ĠU L 268, 10.10.2013, p. 5).
(4) Sentenza tas-6 ta’ Mejju 2008, Każ C-133/06 Parlament Ewropew v Kunsill [2008] ECR I-3189.
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/15 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1182/2013
tad-19 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 754/2009, (UE) Nru 1262/2012, (UE) Nru 39/2013 u (UE) Nru 40/2013 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (1) jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), u wkoll fid-dawl ta’ kull parir li jasal mingħand il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali. |
(2) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 (2), il-Kunsill eskluda ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (3). L-isforz tas-sajd permess għal bastimenti suġġetti għal dak ir-reġim fil-preżent huwa ffissat mill-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 (4) u l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsilll (UE) Nru 40/2013 (5). |
(3) |
F’Ġunju 2013, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika l-parir tiegħu għall-marlozz tat-Tramuntana fl-2014. F’dak il-parir, l-ICES jindika li l-bijomassa tal-istokk għandha rekord għoli fl-2013 u, barra minn hekk, li l-mortalità tas-sajd naqset ħafna f’dawn l-aħħar snin. L-ICES ta parir li fl-2014, it-TAC tista’ tiżdied b’49 % għal 81 846 tunnellata. L-Irlanda u Spanja talbu, fid-dawl ta’ dan il-parir, li t-TAC fis-seħħ għal dan l-istokk tiżdied matul is-sena minn 55 105 tunnellata għal 69 440 tunnellata, biex jintlaħaq il-livell ta’ żbarki li l-ICES jistma bħala korrispondenti għal-livelli attwali tal-mortalità tas-sajd, li huma mbagħad konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli. It-talba hija meqjusa bħala aċċettabbli abbażi tal-impenn mill-Istati Membri kkonċernati li jiżguraw, permezz ta’ kontroll rigoruż tas-sajd, li l-isforz tas-sajd u għalhekk ir-rati ta’ mortalità tas-sajd jibqgħu kostanti. |
(4) |
Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera ta’ Spanja u li jistadu fil-Punent tal-Iskozja bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija minn Spanja fl-2013, l-STECF ma kienx f’pożizzjoni li jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 baqgħux sodisfati fil-perjodu ta’ ġestjoni tal-2012. Għalhekk jixraq li dan il-grupp ta’ bastimenti Spanjoli jiġi inkluż mill-ġdid fir-reġim tal-isforz tas-sajd. Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009 u l-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(5) |
Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera ta’ Franza u li jistadu fil-Baħar tat-Tramuntana bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Franza fl-2013, l-STECF ivvaluta li l-qabdiet għal dawk il-bastimenti qabżu l-livell limitu stabbilit. Għalhekk jixraq li dak il-grupp ta’ bastimenti Franċiżi jiġi inkluż mill-ġdid fir-reġim tal-isforz tas-sajd imsemmi hawn fuq. Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009 u l-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(6) |
Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera tar-Renju Unit u li għandhom fil-mira mriewaħ (Aequipecten opercularis) madwar Isle of Man fil-Baħar Irlandiż bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Madankollu, minħabba żball matematiku, il-limiti tal-isforzi fl-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 ma jirriflettux din l-esklużjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 39/2013 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif meħtieġ. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (6) jiffissal-limiti tal-qbid għall-2013 u l-2014 fir-rigward tal-lista ta’ klieb il-baħar tal-baħar fond. Il-Kummissjoni talbet lill-ICES biex jagħtiha parir dwar jekk jixraqx li dik il-lista tiġi riveduta. L-ICES ikkonkluda li hemm informazzjoni xjentifika suffiċjenti li tappoġġa l-esklużjoni tal-gattarell ħalqu iswed (Galeus melastomus) u l-inklużjoni tal-ispeċijiet kollha tal-ġeneru Centrophorus (Centrophorus spp.) fil-lista tal-klieb il-baħar tal-baħar fond. Ir-Regolament (UE) Nru 1262/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(8) |
Skont l-eżitu tal-konsultazzjonijiet bejn l-istati kostali dwar il-ġestjoni tal-kavalli, l-istokkafixx, l-aringi Atlanto-Skandiku u l-haddock tal-Baħar tat-Tramuntana, l-Unjoni tista’ tawtorizza s-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni sa 10 % lil hinn mill-kwota disponibbli għall-Unjoni, sakemm kwalunkwe kwantità utlizzata lil hinn mill-kwota disponibbli għall-Unjoni tkun imnaqqsa mill-kwota tagħha għall-2014. Bl-istess mod, fl-2014 l-Unjoni tista’ tuża kwalunkwe kwantità mhux utilizzata sa 10 % tal-kwota disponibbli għaliha fl-2013. Huwa adatt li tali flessibbiltà ssir possibbli fl-iffissar ta’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-bastimenti tal-Unjoni billi l-Istati Membri kkonċernati jitħallew jagħżlu li jużaw kwota ta’ flessibbiltà. Meta Stat Membru ma jkunx għażel l-użu tal-kwota ta’ flessibilità fir-rigward ta’ stokk partikolari, huwa xieraq li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jibqgħu japplikaw skont l-Artikolu 10(2) ta’ Regolament (UE) Nru 40/2013. |
(9) |
Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2013, il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) adottat Riżoluzzjoni li timmira lejn il-protezzjoni tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku u applikabbli għall-bastimenti tas-sajd fir-Reġistru tal-Bastimenti Awtorizzati tal-IOTC billi pprojbiet, bħala miżura pilota interim, li tinżamm abbord, tiġi ttrasbordata, tiġi żbarkata jew tinħażen kwalunkwe parti tal-karkassa jew karkassa sħiħa tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku. Ir-riżoluzzjoni tipprovdi għal eċċezzjoni għas-sajd artiġanali, jiġifieri bastimenti tas-sajd li jiżvolġu operazzjonijiet tas-sajd fi ħdan iż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tal-Istat Membru li jtajru l-bandiera tiegħu. Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(10) |
Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2010, il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) adottat rakkomandazzjoni li tillimita l-għadd ta’ bastimenti li qed jistadu b’mod attiv għall-alonga tal-Paċifiku tan-Nofsinhar fiż-Żona tal-Konvenzjoni fin-Nofsinhar ta’ 20° S. Konsegwentement, għandu jiġi żgurat li l-bastimenti tal-Unjoni jibqgħu joperaw mingħajr ma jimmiraw lejn dik l-ispeċi fiż-żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fin-Nofsinhar ta’ 20° S. Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(11) |
L-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet Norveġiżi u għall-bastimenti tan-Norveġja fl-ilmijiet tal-Unjoni huma stabbiliti kull sena fid-dawl tal-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tas-sajd li jsiru f’konformità mal-ftehimiet bilaterali dwar is-sajd man-Norveġja (7). Sa meta jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet dwar l-arranġamenti għall-2013, ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 iffissa opportunitajiet tas-sajd proviżorji għall-istokkijiet konċernati. Fit-18 ta’ Jannar 2013, ġew konklużi l-konsultazzjonijiet man-Norveġja, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 297/2013 (8) emenda d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 40/2013. Madankollu, l-istokk tat-tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV ġie eskluż bi żball mir-Regolament (UE) Nru 297/2013. Barra minn hekk, l-ammont ta’ stokkafixx li n-Norveġja tista’ tistad għalih fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u ż-żona VII fil-Punent ta’ 12° W ma jirriflettix ir-reġistru maqbul wara l-konsultazzjonijiet ma’ dak il-pajjiż. L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(12) |
Ġie identifikat żball fl-għadd ta’ bastimenti u l-kapaċità allokata lill-Unjoni u awtorizzata biex tistad għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC. L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif meħtieġ. |
(13) |
Skont l-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 u l-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd allokati fil-livell tal-Unjoni għall-Kroazja fl-2013 għandhom jiġu inklużi fl-istrumenti rilevanti tal-Unjoni. Iċ-ċifri li jikkonċernaw is-sajd għat-tonn u l-kapaċitajiet tal-biedja tal-Kroazja miżjudin b’dan ir-Regolament jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT) għall-pjan ta’ rkupru tat-tonn għall-Kroazja sal-2013. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (9), kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tiegħu hija proporzjonata mal-kwota tiegħu. |
(14) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2013. Id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-qbid u l-allokazzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013, ħlief għad-dispożizzjonijeit il-ġodda fir-rigward tad-WCPFC u l-IOTC, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet inklużi bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw mid-data tal-adeżjoni. Tali applikazzjoni retroattiva ma tippreġudikax il-prinċipju taċ-ċertezza legali għaliex l-opportunitajiet tas-sajd konċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Minħabba l-fatt li l-modifikazzjonijiet fir-reġimi tal-isforz għandhom effett dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi tal-flotot konċernati, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 754/2009
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 754/2009, jitħassru l-punti (b) u (j).
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1262/2012
L-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 huwa emendat skont it-test li jinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 39/2013
1. L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat f’konformità mat-test li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat f’konformità mat-test li jinsab fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 40/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Flessibbiltà fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd ta’ ċerti stokkijiet 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:
2. Għal kwalunkwe waħda mill-ħażniet identifikati fil-paragrafu 1a, Stat Membru jista’ jagħżel li jżid is-sett inizjali tiegħu fil-kwota tal-Anness I sa 10 %. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. Wara tali notifika, il-kwota miżjuda għandha titqies bħala l-kwota allokata lil dak l-Istat Membru għall-2013. 3. Kwalunkwe kwantità utilizzata fl-2013 taħt tali kwota miżjuda li teċċedi l-kwota inizjali għandha titnaqqas fuq bażi ta’ tunnellata għal tunnellata għall-fini tal-ikkalkular tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2014. 4. Kwalunkwe kwantità mhux utilizzata taħt il-kwota inizjali sa 10 % ta’ dik il-kwota għandha tiżdied għall-fini tal-ikkalkular tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2014. 5. Għandu jittieħed kont ta’ kwalunkwe kwantità trasferita lejn Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kif ukoll ta’ kwalunkwe kwantità mnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għall-fini li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet utilizzati u l-kwantitajiet mhux utilizzati taħt il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. 6. Fejn Stat Membru jkun uża l-għażla fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ stokk partikolari, l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m’għandhomx japplikaw għal tali stokk fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru.”; |
(2) |
fl-Artikolu 10(2), l-ittri “l-Anness I ta” jitħassru. |
(3) |
l-Artikolu 23 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 23 Klieb il-baħar 1. Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord jew l-iżbark ta’ kwalunkwe parti ta’ karkassa jew karkassa sħiħa tal-pixxivolpi tal-ispeċijiet kollha tal-familja Alopiidae f’kull tip ta’ sajd. 2. Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord jew l-iżbark ta’ kwalunkwe parti tal-karakassa jew il-karkassa sħiħa tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) fi kwalunkwe sajd, ħlief għal bastimenti li t-tul globali tagħhom huwa ta’ inqas minn 24 metru impenjati biss għall-operazzjonijiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Istat Membru li jtarju l-bandiera tiegħu, u sakemm il-qabda tagħhom tkun maħsuba biss għall-konsum lokali. 3. Meta l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinqabdu b’mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari għandhom jiġu rrilaxxati minnufih.”. |
(4) |
l-Artikolu 29 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 29 Kundizzjonijiet tas-sajd għat-tonn għajnu kbira, it-tonna safra, u l-alonga tan-Nofsinhar tal-Paċifiku 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiżdidux il-jiem tas-sajd allokati lill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine għat-tonn għajnu kbira (Thunnus obesus), it-tonna safra (Thunnus albacares), u l-palamit (Katsuwonus pelamis) fil-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fl-ibħra internazzjonali u li jinsabu bejn 20° N u 20° S. 2. Il-bastimenti tal-Unjoni ma għandux ikollhom l-alonga tal-Paiċifiku tan-Nofsinhar (Thunnus alalunga) fil-mira fiż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fin-Nofsinhar ta’ 20° S.”. |
(5) |
l-Anness IA huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
(6) |
l-Anness ID huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
(7) |
l-Anness IIA huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; |
(8) |
l-Anness IV huwa emendat skont it-test li jidher tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament; |
(9) |
l-Anness VI huwa emendat skont it-test li jidher tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikoli 3(1), 4(1), 4(2), 4(5) u 4(9) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013. L-Artikoli 1, 3(2) u 4(7) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2013 u l-Artikolu 4(6) u (8) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa, għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54).
(6) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).
(7) Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 226, 29.8.1980, p. 48).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 297/2013 tas-27 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 44/2012, (UE) Nru 39/2013 u (UE) Nru 40/2013 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 10).
(9) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1).
ANNESS I
Fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1262/2012, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘klieb il-baħar tal-baħar fond’ tfisser il-lista tal-ispeċijiet li ġejja:
|
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 39/2013, l-erba’ entrati għall-komponent tat-Tramuntana tal-istokk tal-merluzz huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
1 929 (2) |
TAC Analitika |
||||||
L-Isvezja |
164 (2) |
|||||||
L-Unjoni |
2 093 |
|||||||
TAC |
2 093 (1) |
|
|
|||||||
Il-Belġju |
35 |
TAC Analitika |
||||||
Id-Danimarka |
1 409 |
|||||||
Il-Ġermanja |
162 |
|||||||
Franza |
312 |
|||||||
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
81 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
439 |
|||||||
L-Unjoni |
2 438 |
|||||||
TAC |
2 438 (3) |
|
|
|||||||
Il-Belġju |
TAC Analitika Japplika l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament |
|||||||
Spanja |
11 478 (6) |
|||||||
Franza |
||||||||
L-Irlanda |
2 148 (6) |
|||||||
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
||||||||
Ir-Renju Unit |
||||||||
L-Unjoni |
38 939 |
|||||||
TAC |
38 939 (5) |
|||||||
|
|
|||||||
Il-Belġju |
12 (7) |
TAC Analitika |
||||||
Spanja |
7 991 |
|||||||
Franza |
17 944 |
|||||||
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
23 (7) |
|||||||
L-Unjoni |
25 970 |
|||||||
TAC |
25 970 (8) |
|||||||
(1) Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:
69 440
(2) Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għall-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.
(3) Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:
69 440
(4) Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għall-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.
(5) Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:
69 440
(6) Minbarra din il-kwota, Stat Membru jista’ jagħti allokazzjoni addizzjonali fi ħdan limitu ġenerali ta’ 1 % tal-kwota allokata lilu lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jkunu qed jipparteċipaw fi provi ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, skont il-Kapitolu II tat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament.
Kondizzjoni speċjali:
fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, fiż-żoni li ġejjin ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn taħt:
|
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe (HKE/*8ABDE) |
Il-Belġju |
46 |
Spanja |
1 852 |
Franza |
1 852 |
L-Irlanda |
231 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
23 |
Ir-Renju Unit |
1 042 |
L-Unjoni |
5 046 |
(7) Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għaż-żona IV u għall-ilmijiet tal-UE taż-żona IIa. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.
(8) Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:
69 440
Kondizzjoni speċjali:
fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, fiż-żoni li ġejjin ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn taħt:
|
VI uVII; l-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta’ XII u XIV (HKE/*57-14) |
Il-Belġju |
2 |
Spanja |
2 315 |
Franza |
4 166 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
7 |
L-Unjoni |
6 490 ” |
ANNESS III
L-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat kif ġej:
(a) |
il-kolonna għar-Renju Unit (UK) fit-Tabella (c) tal-Appendiċi 1 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(b) |
il-kolonna għal Spanja (ES) fit-Tabella (d) tal-Appendiċi 1 tinbidel b’dan li ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa emendat kif ġej:
(a) |
l-entrata għat-tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b’dan li ġej:
|
(b) |
l-entrata għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana ta’ 56° 30′N u ż-żona VII fil-Punent ta’ 12° W tinbidel b’dan li ġej:
|
(1) Għandhom jittieħdu mil-limiti tal-qbid tan-Norveġja stabbiliti skont l-arranġament tal-Istati Kostali.
(2) Kondizzjoni speċjali: il-qabda fiż-żona IV ma għandhiex tkun aktar minn 24 852 tunnellata, jiġifieri 25 % tal-kwota ta’ aċċess tan-Norveġja.”
ANNESS V
Fl-Anness ID tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, l-entrata għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran hija sostitwita b’din li ġejja:
|
|
|||||||
Ċipru |
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
|||||||
Il-Greċja |
129,07 (7) |
|||||||
Spanja |
||||||||
Franza |
||||||||
L-Italja |
||||||||
Croatia |
||||||||
Malta |
||||||||
Il-Portugall |
235,50 (7) |
|||||||
Stati Membri oħra |
||||||||
L-Unjoni |
||||||||
TAC |
13 400 |
(1) Bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Malta u l-Portugall u esklussivament bħala qbid inċidentali.
(2) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri li ġejjin għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*8301):
Spanja |
364,09 |
Franza |
164,27 |
L-Unjoni |
528,36 |
(3) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn li jiżen mhux inqas minn 6,4 kg jew li fih mhux inqas minn 70 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*641):
Franza |
100 |
L-Unjoni |
100 |
(4) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness IV (BFT/*8302):
Spanja |
50,09 |
Franza |
49,42 |
L-Italja |
39,01 |
Ċipru |
3,20 |
Malta |
4,71 |
L-Unjoni |
146,43 |
(5) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV (BFT/*643):
L-Italja |
39,01 |
L-Unjoni |
39,01 |
(6) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV għall-finijiet ta’ akkwakultura (BFT/*8303F):
Il-Kroazja |
351,53 |
L-Unjoni |
351,53 |
(7) B’ deroga mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 302/2009, is-sajd għat-tonn bil-purse seine huwa awtorizzat fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Mediterran mis-26 ta’ Mejju sal- 24 ta’ Ġunju 2013 inkluż.”
ANNESS VI
Fl-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, il-kolonna għal Franza (FR) fl-Appendiċi 1 tinbidel b’dan li ġej:
“Irkaptu regolat |
FR |
TR1 |
1 505 354 |
TR2 |
6 496 811 |
TR3 |
101 316 |
BT1 |
0 |
BT2 |
1 202 818 |
GN |
342 579 |
GT |
4 338 315 |
LL |
125 141 ” |
ANNESS VII
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS IV
IŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-ICCAT (1)
1. |
Għadd massimu ta’ dgħajjes tal-UE tal-lixka u tas-sajd bir-rixa awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Lvant tal-Atlantiku
|
2. |
Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni tas-sajd kostali artiġjanali awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Mediterran
|
3. |
Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet ta’ akkwakultura
|
4. |
L-għadd massimu u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross ta’ bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran Tabella A
Tabella B
|
5. |
L-għadd massimu ta’ nases għall-użu fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għas-sajd tat-tonn awtorizzat minn kull Stat Membru
|
6. |
Il-kapaċità massima ta’ kultivazzjoni u ta’ tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-kontribut massimu ta’ tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu tal-akkwakultura fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran Tabella A
Tabella B
|
(1) In-numri li jidhru fit-taqsimiet 1, 2 u 3 jistgħu jonqsu sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
(2) Bastiment tas-sajd wieħed bil-purse seine ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit b’mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.
(3) Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b’iktar minn ikrkaptu wieħed (bil-konz, bix-xolfa tal-idejn, bir-rixa).
(4) Dan in-numru jista’ jiżdied, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
ANNESS VIII
Fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. |
Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC
|
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1183/2013
tat-12 ta’ Novembru 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Slovenski med (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tas-Slovenja biex id-denominazzjoni “Slovenski med” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 157, 4.6.2013, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I tat-Trattat:
Il-kategorija 1.4. Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)
IS-SLOVENJA
Slovenski med (IĠP)
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1184/2013
tat-12 ta’ Novembru 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prés-salés du Mont-Saint-Michel (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 57, 27.2.2013, p. 19.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
FRANZA
Prés-salés du Mont-Saint-Michel (DPO)
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1185/2013
tal-21 ta’ Novembru 2013
għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pâté de Campagne Breton (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Pâté de Campagne Breton” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(3) |
Il-Pajjiżi l-Baxxi ddikjaraw l-oppożizzjoni tagħhom għal din ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset ammissibbli skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kellha x’taqsam esssenzjalment man-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u b’mod partikolari mal-fatt li l-materja prima, jiġifieri l-laħam tal-majjal, irid jiġi minn razez tal-majjali rikonoxxuti fi Franza, u mhuwiex soġġett għal kriterji oġġettivi ta’ kwalità. |
(5) |
B’ittra tal-24 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibdew il-konsultazzjonijiet rilevanti. |
(6) |
Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi laħqu ftehim fi żmien il-perjodu stipulat ta’ sitt xhur. F’konformità ma’ dan il-ftehim, saru xi emendi żgħar għall-ispeċifikazzjoni u għad-dokument uniku billi tħassru l-paragrafi li kellhom x’jaqsmu mal-ġenetika tal-majjali, u dawn ġew sostitwiti bi kriterji oġġettivi li introduċew rabta kawżali bejn il-kwalità tal-laħam tal-majjal u dik tal-prodott finali. |
(7) |
L-isem “Pâté de Campagne Breton” għalhekk għandu jiddaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; id-dokument uniku għandu jiġi adattat u l-verżjoni emendata tiegħu għandha tiġi ppublikata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Id-Dokument Uniku konsolidat li jinkludi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS I
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Il-kategorija 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)
FRANZA
Pâté de Campagne Breton (IĠP)
ANNESS II
Dokument uniku kkonsolidat
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)
“PÂTÉ DE CAMPAGNE BRETON”
Nru tal-KE: FR-PGI-0005-0879-23.5.2011
IĠP (X) DPO ( )
1. Isem
“Pâté de Campagne Breton”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1
Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” huwa patè tal-laħam tal-majjal biss, li jsir mil-laħam tal-majjal u mill-ġewwieni tiegħu. Huwa jrid ikun fih l-ingredjenti tal-laħam li ġejjin: grieżem bla ġilda (≥ 25 %), fwied (≥ 20 %), ġlud imsajrin (≥ 5 %), u basal frisk (≥ 5 %). L-ingredjenti tal-laħam kif ukoll il-basal iridu jkunu friski.
Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” hu magħmul minn għadd ta’ biċċiet kbar, imqattgħin b’mod raff, li huma mqassmin b’mod uniformi f’kull biċċa. Dan il-prodott għandu lewn skur, konsistenza soda u togħma qawwija ta’ laħam, fwied u basal.
Minbarra dawn l-ingredjenti li jridu bilfors ikunu preżenti fil-“Pâté de Campagne Breton”, l-ingredjenti li mhumiex magħmulin mil-laħam — minbarra l-basal — jirrappreżentaw massimu ta’ 15 % tal-massa totali użata biex jiġi prodott. ilma (fil-forom kollha tiegħu), brodu ≤ 5 %, zokkor (sukrożju, destrożju, lattożju) ≤ 1 %, bajd sħiħ frisk, l-abjad tal-bajd frisk ≤ 2 % tal-materja xotta/tal-mili, dqiq, lamti ≤ 3 %, aċidu assorbiku u l-askorbat tas-sodju (0,03 % tal-massa totali użata), ġeli u ġelatina G tal-majjal, melħ: ≤ 2 %, bżar: ≤ 0,3 %, ħwawar oħra (in-noċemuskata, it-tewm, il-basal, it-tursin, is-sagħtar, ir-rand), is-sajders u l-ispirti magħmulin mit-tuffieħ (eau de vie, lambig...), ix-Chouchen, in-nitrit tas-sodju jew tal-potassju, karamell ordinarju biex jagħti l-kulur.
L-ingredjenti li ġejjin meħudin flimkien m’għandhomx jeċċedu 1,7 % tal-massa totali użata biex jiġi prodott: il-ġeli u l-ġelatina G tal-majjal, in-noċemuskata, it-tewm, il-basal, it-tursin, is-sagħtar, ir-rand, is-sajders u l-ispirti magħmulin mit-tuffieħ (eau de vie, lambig…), ix-Chouchen u n-nitrit tas-sodju jew tal-potassju.
Meta jkun qed jiġi prodott, id-dijametru tal-biċċiet imqattgħin jiġi adattat għall-forma tal-patè, sabiex tinkiseb dehra sodisfaċenti, ikun xi jkun id-daqs tal-porzjon:
— |
Għall-imballaġġi ta’ ≥ 200 g => id-dijametru tal-biċċiet ≥ 8 mm, |
— |
Għall-imballaġġi ta’ ≤ 200 g => id-dijametru tal-biċċiet ≥ 6 mm. |
Wara dan, il-biċċiet imqattgħin jitħalltu mal-mili fin li jirriżulta mill-ikkapuljar tal-ingredjenti tal-laħam u ta’ dawk li mhumiex magħmulin mil-laħam. Ix-xaħmijiet jistgħu jinstamtu u mbagħad jiżdiedu mal-mili kif ikun għadhom sħan. Wara, il-mili jiġi ppakkjat u jinħema fil-forn jew jiddaħħal fil-laned b’mod mhux settiku (jiġi ppakkjat f’landa tal-metall, f’bieqja jew f’vażett tal-ħġieġ).
Għall-prodotti li jinbiegħu friski, it-taħlita titgħatta b’borqom frisk tal-majjal u tinħema fil-forn, u b’hekk tikseb il-qoxra tipika tagħha. Il-patès li jinbiegħu fil-bottijiet jinħmew fil-forn sa ma jieħdu qoxra kannellija, imbagħad jitħallew joqogħdu u jiġu sterilizzati.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Sabiex titnaqqas il-preżenza ta’ annimali li għandhom karatteristiċi li huma ġenetikament mhux favorevoli, il-majjali jridu jkunu ħielsa minn allel RN-.
Il-laħmijiet użati biex jiġi prodott il-Pâté de Campagne Breton iridu jkunu ġejjin minn karkassi tal-majjali ta’ iktar minn 80 kilogramma. Il-karkassi ħfief wisq, b’karatteristiċi nutrittivi u teknoloġiċi dgħajfa, huma esklużi.
Sabiex jiġi llimitat l-istress li jista’ jkun ta’ detriment għall-kwalità tal-laħam u tax-xaħam, l-annimali jridu jkunu ħielsa mill-allel li jagħmilhom sensittivi għall-halothane, u għandu jkun hemm perjodu minimu ta’ sagħtejn bejn il-ħatt tal-annimal fil-biċċerija u l-qtil tiegħu.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma ssemmi l-ebda rekwiżit speċifiku b’rabta ma’ dan.
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni tal-“Pâté de Campagne Breton” issir fiż-żona ġeografika.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-Pâté de Campagne Breton jinbiegħ:
— |
jew frisk u ppakkjat f’reċipjent tal-fuħħar, imgeżwer f’film tal-plastik jew f’atmosfera mmodifikata jew f’vakwu, |
— |
jew frisk u maqtugħ fil-post tal-produzzjoni stess, |
— |
jew frisk imqatta’ biċċa biċċa u ppakkjat, mgħotti b’film tal-plastik jew f’atmosfera mmodifikata jew f’vakwu għall-bejgħ self-service, |
— |
jew imqiegħed f’laned b’mod mhux settiku u ppakkjat f’bieqja tal-ħġieġ, f’landa tal-metall jew f’vażett tal-ħġieġ. |
Il-piż tiegħu jvarja minn 40 gramma sa 10 kilogrammi.
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikketta tal-prodott għandha tinkludi dan li ġej: l-isem tal-IĠP, jiġifieri “Pâté de Campagne Breton”, l-isem u l-indirizz tal-korp ta’ ċertifikazzjoni u, jekk ikun il-każ, il-marka kollettiva ċċertifikata tiegħu, skont ir-regoli tal-użu tagħha, kif ukoll il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika hija ż-żona tal-produzzjoni tradizzjonali ta’ dan il-prodott. Din tinkludi t-total taż-żoni kollha tad-dipartimenti li ġejjin: Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Loire-Atlantique u Morbihan.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Ir-reġjun storiku tal-Bretanja jikkorrispondi għaż-żona tradizzjonali tal-produzzjoni tal-Pâté de Campagne Breton. It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam (“charcuterie”) tmur lura sekli sħaħ. Fi żmien il-Bretanja Dukali, fis-seklu 16, il-familji li ġejjin mir-reġjun tal-Bretanja kienu joqtlu l-majjali tagħhom u jipproduċu l-prodotti tal-laħam ippriservat - is-salmura tagħhom stess.
Il-persuni li ġejjin mir-reġjun tal-Bretanja għamlu użu tajjeb minn dan il-fattur speċifiku billi bdew jipproduċu varjetà wiesgħa ta’ prodotti tal-laħam, u b’mod partikulari l-“Pâté de Campagne Breton”, li l-produzzjoni tiegħu ppermettiet li l-ġewwieni u l-fdalijiet tal-laħam li jibqgħu wara li l-majjal jitqatta’ ma jinħlewx.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
L-ispeċifiċità tal-“Pâté de Campagne Breton” hija bbażata fuq kwalità speċifika u għarfien speċifiku, kif ukoll fuq ir-reputazzjoni tal-prodott.
A.
Il-fwied, il-gerżuma, il-qoxra u xi kultant ukoll il-biċċiet tar-ras li jistgħu jittieklu jew il-qalb, kienu fost l-ingredjenti li jintużaw fil-Pâté de Campagne Breton. Il-fwied, li kien jitqies bħala parti mill-annimal li fih valur kbir, jagħti lill-patè t-togħma, il-lewn, il-kwalità żejtnija u t-togħma partikulari tiegħu. Il-grieżem, il-qxur imsajrin u l-basal huma tliet ingredjenti tradizzjonali essenzjali oħrajn tal-“Pâté de Campagne Breton”, li jikkontribwixxu wkoll għall-karatteristiki organolettiċi partikulari tal-prodott. Il-basal, li jintuża fil-biċċa l-kbira tar-riċetti tradizzjonali mir-reġjun tal-Bretanja, jintuża biex iħawwar l-ikel.
Il-fwied, il-laħam dgħif u x-xaħam li jintuża fil-prodott għandu jitqatta’ b’mod raff. Il-preżenza ta’ biċċiet kbar tal-laħam f’dan il-prodott hija marbuta mal-metodi tal-produzzjoni li kienu jintużaw qabel. Illum il-ġurnata, sabiex tinżamm din il-karatteristika tal-prodott, il-produtturi tal-prodotti tal-laħam ippriżervat iridu jsiru esperti fit-teknika tat-tqattigħ, sabiex jinkisbu biċċiet b’dijametru kbir.
Il-preżenza ta’ borqom fuq in-naħa ta’ fuq tal-patè, li qabel kien jintuża sabiex il-mili jingħata sura u sabiex jipproteġi l-prodott, għadu sal-lum il-ġurnata karatteristika obbligatorja għall-“Pâté de Campagne Breton” meta jinbiegħ frisk sabiex tiġi ppriżervata d-dehra tradizzjonali tiegħu.
Dan jippermetti li l-prodott jikseb il-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tiegħu: konsistenza soda u mqarqċa u togħma qawwija ta’ laħam, majjal imsajjar, fwied u basal.
B.
Il-prattika antika kienet li l-laħam jintuża immedjatament malli jitqattal-majjal. Dak iż-żmien, l-għodod mekkaniċi (imnanar għat-tqattigħ tal-laħam, skieken) li kienu jintużaw għat-tqattigħ tal-majjal u tal-laħam kienu jirriżultaw f’biċċiet tal-laħam imqattgħin kbar u għalhekk il-“Pâté de Campagne Breton” kien jiġi prodott b’biċċiet imqattgħin b’mod raff.
Qabel, il-“Pâté de Campagne Breton” kien jinħema fil-forn tal-ħobż għand tal-ħobż jew fil-forn tal-ħobż tar-raħal, f’dixxijiet mhux mgħottijin imsejħa “plats sabots” jew “casses à pâté”, jewinkella f’reċipjenti apposta. Il-ħami f’forn niexef f’dixxijiet mhux mgħottijin iwassal għal karamelizzazzjoni taz-zokkor u jipprovoka reazzjonijiet li jikkontribwixxu għal-lewn kannella tal-qoxra tal-prodott. Qabel jinħema, il-patè kien jitgħatta wkoll b’borqom tal-majjal bl-intenzjoni li t-taħlita tiġi llixxata, tingħata sura u tiġi protetta. B’hekk il-mili kien jibqa’ f’postu u l-prodott ma kienx jixxotta. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Pâté de Campagne Breton” ġejjin mill-metodu ta’ produzzjoni tiegħu, li ngħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ produtturi tal-industrija tal-prodotti tal-laħam, u huma rrikonoxxuti b’mod uffiċjali. Fil-fatt, definizzjoni speċifika ta’ dan it-tip ta’ patè hija inkluża fil-Kodiċi msejjaħ “Code des usages de la Charcuterie, de la Salaison et des Conserves de Viandes”, fil-kategorija msejħa “Pâté de campagne supérieur”.
C.
F’konformità mat-tradizzjoni tal-produzzjoni tiegħu fid-djar individwali, il-produzzjoni fuq skala żgħira tal-Pâté de Campagne Breton inżammet matul is-snin. Qabel, dan il-platt magħmul fid-djar kien jitħejja wara l-“Fest an oc’h”, festa li kienet issir b’rabta mas-sagrifiċċju tal-majjali.
Huwa u jżomm mal-fama tajba tiegħu, il-Pâté de Campagne Breton għandu post importanti fil-wirt kulinari Franċiż.
Għal iktar minn 30 sena, is-setturi industrijali tar-reġjun tal-Bretanja ħadmu flimkien biex ir-reputazzjoni u l-ispeċifiċità tal-“Pâté de Campagne Breton” jibqgħu jitnisslu sal-lum il-ġurnata. Huwa prodott tal-laħam ippreżervat li huwa apprezzat kemm mid-distributuri kif ukoll mill-konsumaturi.
Fl-aħħar tas-seklu 19, l-industrija tal-Bretanja tal-ippreservar tal-ħut fil-laned żviluppat sew. Dawn il-kumpaniji malajr bdew jippreservaw ukoll prodotti tal-ikel oħrajn billi jqegħduhom f’laned b’mod mhux settiku. Fil-fatt, il-Pâté de Campagne Breton tqiegħed fil-laned b’mod mhux settiku għall-ewwel darba diversi deċennji ilu. Illum il-ġurnata, il-konsumaturi japprezzaw il-Pâté de Campagne Breton frisk kif ukoll imqiegħed fil-laned b’mod mhux settiku.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)
Il-Pâté de Campagne Breton ġej mit-tradizzjoni twila ta’ tkabbir tal-majjali u tal-ipproċessar tagħhom fil-post tat-tkabbir. Is-sistemi agrikoli fir-reġjun tal-Bretanja malajr iffukaw fuq it-tkabbir, u b’mod partikulari fuq it-tkabbir tal-majjali, f’kull azjenda agrikola.
B’hekk il-produtturi tgħallmu jipproċessaw il-biċċiet kollha tal-laħam li kien ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Minħabba li l-produzzjoni kienet tibda immedjatament wara li jitqattal-laħam tal-annimal, il-friskezza tal-prodott kienet tkun garantita fi żmien meta l-metodi għall-ippreservar tal-laħam kienu limitati.
Tradizzjonalment, kienu jintużaw il-partijiet kollha tal-majjal li setgħu jittieklu, fatt li kien jippermetti li l-prodott ikollu konsistenza u togħma partikulari. L-użu tal-fwied, li fil-bidu tas-seklu 20 kien meqjus bħala parti mill-majjal li fih valur kbir, malajr sar waħda mill-karatteristiki ewlenin tal-Pâté de Campagne Breton, u jagħti lill-prodott lewn li jagħti fir-roża u togħma partikulari ħafna.
Il-produtturi kienu jużaw il-firxa wiesgħa ta’ ħaxix imkabbar lokalment billi introduċew il-basal fil-Pâté de Campagne Breton. Il-preżenza tal-basal tikkontribwixxi għat-togħma partikulari tal-prodott minħabba li, matul it-tisjir, toħroġ it-togħma tal-frott tal-basal, li tikkumplimenta t-togħma tal-laħam perfettament.
Il-Pâté de Campagne Breton huwa r-riżultat tal-għarfien tal-produtturi li rnexxielhom jagħtu lil dan il-prodott karatteristiċi partikulari. Minbarra l-ingredjenti użati, il-biċċiet tal-laħam imqattgħin b’mod raff jgħinu biex wieħed faċilment jidentifika dan il-prodott meta jkun imqatta’ biċċa biċċa. Il-qoxra kannella hija definittivament marbuta mal-prodott minħabba l-ħami tradizzjonali tiegħu fil-fran komunali.
F’dak li jirrigwarda r-reputazzjoni, diversi xogħlijiet jikklassifikaw il-Pâté de Campagne Breton bħala wieħed mill-prodotti tradizzjonali li ġejjin mir-reġjun tal-Bretanja jew jagħtu r-riċetta tiegħu. Diversi gwidi dwar ir-reġjun tal-Bretanja, fosthom “Le Finistère gourmand 1997/1998”, jirreferu għad-diversi speċjalitajiet aniċi u b’mod partikulari jfaħħru l-Pâté de Campagne Breton. Bl-istess mod, il-gwida “Terroir de Bretagne” tfaħħar it-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam ippreservat mir-reġjun tal-Bretanja billi jgħid: “(…) Erbgħin, jew saħansitra ħamsin, kilogramma ta’ Pâté de Campagne Breton jiġu prodotti kull ġimgħa minn produttur tal-prodotti tal-laħam ippreservat fil-kampanja. Kull wieħed minn dawn il-produtturi jħares bl-għira r-riċetta tiegħu stess, għalkemm kollha kemm huma josservaw il-proporzjonijiet bażiċi li ġejjin: terz ġewwieni u żewġ terzi grieżem (…)”. Il-“Pâté de Campagne Breton” jissemma f’għadd ta’ kotba tat-tisjir qodma u ġodda, fosthom f’dawn li ġejjin:
— |
Gastronomie bretonne d’hier et d’aujourd’hui (S. Morand, 1965), |
— |
Les cuisines de France - Bretagne (M.Raffael et D. Lozambard, 1990), |
— |
Tout est bon dans le cochon (J. C. Frentz, C. Vence, 1988), |
— |
L’inventaire du patrimoine culinaire de la France, Bretagne — Produits du terroir et recettes traditionnelles (CNAC, 1994), |
— |
Le bottin gourmand 1996, |
— |
La France des saveurs, Gallimard 1997, |
— |
Vivre ici, hors Bretagne 1994. |
Għalhekk, ir-reputazzjoni ta’ dan il-prodott hija marbuta sewwa ma’ ismu, u hija attribwibbli għaż-żona ġeografika.
Dawn il-fatturi kollha flimkien jippermettu ’l dak li jkun jiddistingwi l-“Pâté de Campagne Breton” b’mod faċli mill-patès l-oħra, u jiggarantixxu produzzjoni tipika li għandha l-għeruq tagħha fir-reġjun tal-oriġini tal-prodott.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
[L-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPPateDeCampagneBretonV2.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/40 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1186/2013
tal-21 ta’ Novembru 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Orkney Scottish Island Cheddar (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Orkney Scottish Island Cheddar” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(3) |
L-assoċjazzjonijiet Dairy Awstralja, Dairy Companies Association of New Zealand, kif ukoll Consortium for Common Food Names, iddikjaraw li huma kontra din ir-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Dawn l-oġġezzjonijiet tqiesu bħala ammissibbli skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Huwa enfasizzat b’mod partikolari, fi ħdan l-oppożizzjoni msemmija hawn fuq, li r-reġistrazzjoni ta’ din id-denominazzjoni konċernata se tikkomprometti l-eżistenza tad-denominazzjonijiet, il-marki kummerċjali u l-prodotti kummerċjali li b’mod legali għal mill-inqas dawn l-aħħar ħames snin qabel id-data ta’ pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6(2), u li d-denominazzjoni proposta għar-reġistrazzjoni se tkun ġenerika. |
(5) |
B’ittra tal-20 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibdew il-konsultazzjonijiet rilevanti. |
(6) |
Ftehim, li ġie notifikat lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Lulju 2013, ġie maqbul bejn ir-Renju Unit u dawk li qed joġezzjonaw għar-reġistrazzjoni fiż-żmien it-tliet xhur meħtieġa. |
(7) |
Jirriżulta mill-konsultazzjonijiet li t-tħassib ewlieni dwar l-oppożizzjoni jikkonċerna l-istatus tat-terminu uniku “Cheddar” li jinsab fid-denominazzjoni komposta “Orkney Scottish Island Cheddar”. Madankollu, il-protezzjoni mitluba mill-prodottur ma tikkunsidrax li id-denominazzjoni hija magħmula mill-ensemble tagħha. Skont l-Artikolu 13(1), l-aħħar paragrafu.tar-Regolament UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Cheddar” tista’ tkompli tintuża fit-territorju tal-Unjoni, sakemm jiġu rispettati l-prinċipji tar-regoli legali tal-Unjoni. |
(8) |
Id-denominazzjoni “Orkney Scottish Island Cheddar” timmerita li tiġi miktuba fir-registru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Minkejja l-ewwel paragrafu, l-isem “Cheddar” jista’ jkompli jintuża fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tagħha jitħarsu.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.3. Ġobnijiet
IR-RENJU UNIT
Orkney Scottish Island Cheddar (IĠP)
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/42 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1187/2013
tal-21 ta’ Novembru 2013
li japprova s-sustanza attiva pentijopirad, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-pentijopirad, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tissodisfahom id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/466/UE (3). |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fl-10 ta’ Diċembru 2009 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand LKC UK Ltd biex is-sustanza attiva pentijopirad tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2010/466/UE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2012. |
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni analizzawh l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”). Fis-7 ta’ Frar 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni (4) dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva pentijopirad. L-abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità analizzawhom l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fit-3 ta’ Ottubru 2013 ġew iffinalizzati fil-format ta’ rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għall-pentijopirad. |
(5) |
Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-pentijopirad huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li l-pentijopirad tiġi approvata. |
(6) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma. |
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
(8) |
Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pentijopirad. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi. |
(9) |
L-esperjenza tal-inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi valutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw sustanzi attivi. |
(10) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Kif jispeċifika l-Anness I, is-sustanza attiva pentijopirad hi approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pentijopirad bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Ottubru 2014.
Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għalih, li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-pentijopirad bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2014 l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li titqies il-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Skont dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Meta dan ikun stabbilit:
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-pentijopirad bħala l-unika sustanza attiva, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2015; jew |
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-pentijopirad bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att/i rispettivi li żiedu s-sustanza/i rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza/i, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/466/UE tal-24 ta’ Awwissu 2010 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għall-analiżi dettaljata fid-dawl tal-inklużjoni possibbli ta’ pentijopirad fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 224, 26.8.2010, p. 6).
(4) EFSA Journal 2013; 11(2):3111. Jista’ jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||
Pentijopirad Nru CAS 183675-82-3 Nru CIPAC 824 |
RS)-N-[2-(1,3-dimetilbutil)-3-tijenil]-1-metil-3-(trifluworometil)pirażol-4-karbossammid |
≥ 980 g/kg (50:50 ta’ taħlita racemic) |
l-1 ta’ Mejju 2014 |
it-30 ta’ April 2024 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-pentijopirad, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
Meta xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju. L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma dwar:
L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, l-informazzjoni rilevanti stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta’ April 2016 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (3) fi żmien sitt xhur min-notifika bid-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni dwar il-pentijopirad. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:
Numru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||
“57 |
Pentijopirad Nru CAS 183675-82-3 Nru CIPAC 824 |
RS)-N-[2-(1,3-dimetilbutil)-3-tijenil]-1-metil-3-(trifluworometil)pirażol-4-karbossammid |
≥ 980 g/kg (50:50 ta’ taħlita racemic) |
l-1 ta’ Mejju 2014 |
it-30 ta’ April 2024 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-pentijopirad, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
Meta xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju. L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma dwar:
L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, l-informazzjoni rilevanti stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta’ April 2016 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (3) fi żmien sitt xhur min-notifika bid-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni dwar il-pentijopirad.” |
(*) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/47 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1188/2013
tal-21 ta’ Novembru 2013
li jipprovdi perjodu mnaqqas ta’ notifika qabel il-wasla fil-port tal-bastimenti tal-Unjoni impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent li jiżbarkaw fil-portijiet Spanjoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar impenjati f’sajd għal stokkijiet soġġetti għal pjan multiannwali, li għandhom l-obbligu li jirreġistraw b’mod elettroniku d-dejta tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, huma taħt l-obbligu li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom bl-intenzjoni li jiżbarkaw fil-port, mill-inqas erba’ sigħat qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. |
(2) |
Skont l-Artikolu 17(2), meta bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu se jidħlu f’port ta’ Stat Membru li huwa differenti mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, l-awtorijiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom huma taħt l-obbligu li hekk kif jirċievu n-notifika elettronika minn qabel għandhom jibgħatuha immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali. |
(3) |
Skont l-Artikolu 17(6), il-Kummissjoni tista’ tipprovdi għal perjodu ta’ notifika ieħor wara li tqis, fost l-oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-iżbark u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti. |
(4) |
Fit-28 ta’ Settembru 2012, Spanja talbet li l-perjodu ta’ notifika stipulat fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jitnaqqas tal-inqas għal sagħtejn u nofs għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja u li huma impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent. Fost id-diversi flotot li joperaw skont il-pjan, it-talba tikkonċerna l-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ, il-bastimenti bl-għeżula, il-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għas-sajd li jsir fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Majjistral u l-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet Portugiżi. |
(5) |
L-istokkijiet ta’ merluzz u ta’ skampu fil-fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent huma suġġetti għall-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ speċi żgħar ta’ ħlejjaq tal-baħar (2). |
(6) |
Dejta spazjali provduta minn Spanja turi li l-flotot speċifiċi li jtajru l-bandiera ta’ Spanja msemmija fil-premessa (4), bħala regola ġenerali, joperaw f’żoni tas-sajd li huma inqas minn erba’ sigħat ’il bogħod mill-portijiet tal-iżbark tagħhom. Min-naħa l-oħra, dawk il-portijiet tal-iżbark dejjem ikunu inqas minn sagħtejn u nofs ’il bogħod mill-uffiċċji tal-awtoritajiet ta’ kontroll Spanjoli. Għalhekk, jekk il-bastimenti inkwistjoni jintgħażlu għal spezzjoni, perjodu ta’ notifika bil-quddiem ta’ mill-inqas sagħtejn u nofs jippermetti biex l-awtoritajiet ta’ kontroll ikkonċernati iwettqu l-ispezzjoni korrispondenti. Għaldaqstant, huwa xieraq li jitnaqqas il-perjodu ta’ notifika bil-quddiem għal mill-inqas sagħtejn u nofs. |
(7) |
Għal raġunijiet ta’ trattament ugwali, l-istess tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika bil-quddiem għandu japplika għall-bastimenti ta’ Stati Membri oħra li huma intenzjonati li jiżbarkaw f’portijiet Spanjoli. |
(8) |
Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Spanja għandha tivvaluta l-impatt tat-tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika fuq il-kontroll tal-iżbarki tal-bastimenti kkonċernati u tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika bil-quddiem fir-rigward tal-ispezzjoni effettiva tal-bastimenti kkonċernati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll. Jekk, abbażi tas-sejbiet fir-rapport ippreżentat minn Spanja jew abbażi tal-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-awditjar imwettqa mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tat-Titolu X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jidher li t-tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika mhuwiex biżżejjed biex jiżgura l-kontroll ġust tal-iżbarki minn Spanja, il-Kummissjoni se tirrevedi dak il-perjodu skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni impenjati fis-sajd suġġetti għall-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005, li jiżbarkaw il-qabdiet tagħhom fi Spanja u li jappartjentu għall-flotot imniżżla fil-paragrafu 2, il-perjodu minimu ta’ notfika ta’ erba’ sigħat previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu jonqos għal sagħtejn u nofs.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-bastimenti li ġejjin:
(a) |
bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ(TR), bastimenti bl-għeżula (GN) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ (LL) impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu suġġetti għall-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent (Taqsimiet ICES VIIIc u IXa); |
(b) |
bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ (TR) impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu suġġetti għall-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 fl-ilmijiet Portugiżi (Taqsima ICES IXa). |
Artikolu 2
Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Spanja għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-impatt tat-tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika fuq il-kontroll tal-iżbarki tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5.
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/49 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1189/2013
tal-21 ta’ Novembru 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
46,6 |
MA |
41,5 |
|
MK |
36,9 |
|
TR |
116,2 |
|
ZZ |
60,3 |
|
0707 00 05 |
AL |
32,3 |
MK |
57,9 |
|
TR |
96,7 |
|
ZZ |
62,3 |
|
0709 93 10 |
MA |
114,0 |
TR |
105,7 |
|
ZZ |
109,9 |
|
0805 20 10 |
MA |
73,6 |
TR |
76,1 |
|
ZA |
87,1 |
|
ZZ |
78,9 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
78,7 |
TR |
80,1 |
|
UY |
56,3 |
|
ZA |
155,9 |
|
ZZ |
92,8 |
|
0805 50 10 |
TR |
71,2 |
ZZ |
71,2 |
|
0808 10 80 |
BA |
54,0 |
BR |
93,9 |
|
CL |
102,3 |
|
MK |
47,7 |
|
NZ |
93,9 |
|
US |
113,5 |
|
ZA |
204,1 |
|
ZZ |
101,3 |
|
0808 30 90 |
CN |
57,5 |
TR |
116,3 |
|
ZZ |
86,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/51 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1190/2013
tal-21 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina]. |
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
(3) |
B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat. |
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.
(3) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.
ANNESS
“ANNESS I
Kodiċi tan-NM |
Isem il-merkanzija |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
128,4 |
0 |
AR |
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
130,3 |
0 |
AR |
157,2 |
0 |
BR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
299,9 |
0 |
AR |
228,9 |
21 |
BR |
||
319,9 |
0 |
CL |
||
253,8 |
14 |
TH |
||
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati |
298,5 |
0 |
BR |
312,6 |
0 |
CL |
||
0408 91 80 |
Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef |
488,5 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ |
251,3 |
11 |
BR |
312,2 |
0 |
CL |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”