ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.302.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 302

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
13 ta' Novembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montasio (DPO)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1128/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Morbier (DPO)]

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fal Oyster (DPO)]

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maccheroncini di Campofilone (IĠP)]

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Poperingse hopscheuten/Poperingse hoppescheuten (IĠP)]

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1132/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Stelvio/Stilfser (DPO)]

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1133/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kaki Ribera del Xúquer (DPO)]

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1134/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Caballa de Andalucía (IĠP)]

27

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1135/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto Toscano (DPO)]

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) Nru 1136/2013 tat-12 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward l-estensjoni ta’ perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, dimossistrobina, oxamyl u pethoxamid ( 1 )

34

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1137/2013 tat-12 ta’ Novembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/648/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034 × 1507 × NK603 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 4719)  ( 1 )

38

 

 

2013/649/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polline prodott mill-qamħirrum MON 810 (MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 4743)  ( 1 )

44

 

 

2013/650/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MON 89034 × 1507 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), erba’ qamħirrum ĠM relatati li jgħaqdu tliet eventi singli differenti ĠM (MON89034 × 1507 × MON88017 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON89034 × 1507 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7), MON89034 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON 88017 × 59122 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)) u erba’ qamħirrum ĠM relatati li jgħaqqdu żewġ eventi ĠM singli differenti (MON89034 × 1507 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1), MON89034 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON88017 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON 88017 × 59122 (MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)))) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillsingli (notifikata bid-dokument C(2013) 4755)  ( 1 )

47

 

 

2013/651/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2013 li tapprova pjan ta’ tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa f’azjenda li żżomm il-papri kuluverti fil-Portugall u ċerti dispożizzjonijiet dwar il-movimenti tagħhom u l-prodotti tagħhom (notifikata bid-dokument C(2013) 7310)

53

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1127/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montasio (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mill-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Montasio”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 355/2011 (3).

(2)

L-applikazzjoni għandha l-għan li temenda l-Ispeċifikazzjoni, billi tippreċiża l-metodu ta’ produzzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Montasio” hija b’dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku kkonsolidat li jinkludi l-elementi ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 98, 13.4.2011, p. 6.


ANNESS I

Fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Montasio”, ġiet approvata l-emenda li ġejja:

L-ewwel emenda

Is-sentenza: “Il-ħalib li jintuża għandu jkun ġej mill-ħalba ta’ filgħaxija u ta’ filgħodu, sa mhux iktar minn erba’ ħalbiet konsekuttivi” ġiet sostitwita bis-sentenza li ġejja: “Il-ħalib għandu jkun ġej minn ħalbiet konsekuttivi u għandu jinġabar fit-tmienja u erbgħin siegħa ta’ wara l-ewwel ħalba”.

Għall-ewwel, il-ħalib ikkonsenjat f’perjodu ta’ 48 siegħa kien jiġi biss minn ħalbiet tradizzjonali, li kienu jkunu erbgħa. Bl-introduzzjoni tal-ħlib awtomatiku, in-numru ta’ ħalbiet konsekuttivi li setgħu jsiru f’perjodu ta’ 48 siegħa jista’ jiżdied. B’hekk, il-perjodu ta’ żmien inżamm; kien biss in-numru totali ta’ ħalbiet li nbidel. Mil-lat tekniku u xjentifiku, l-użu ta’ sistemi ta’ ħlib awtomatiku ma jippreġudikax il-karatteristiċi tal-ħalib; b’mod partikolari, il-kompożizzjoni tiegħu hija statistikament paragunabbli, f’termini ta’ xaħam u tal-frazzjoni proteika, ma’ dik tal-ħalib miksub bi ħlib tradizzjonali. Is-saħħa tal-baqar saħansitra tittejjeb, billi dawn is-sistemi jeliminaw l-istress ikkawżat, f’perjodu fejn it-treddigħ jilħaq l-ogħla livelli tiegħu, bil-prattika ta’ żewġ ħalbiet biss. Il-possibbiltà li jinkisbu kwantitajiet kbar ta’ ħalib iktar minn darbtejn kuljum jista’ wkoll iwassal biex is-sider u l-irjus tal-bżieżel jiġu soġġetti għal inqas stress, tittejjeb il-kwalità mikrobijoloġika tal-ħalib u titnaqqas l-okkorrenza tal-mastite.

Permezz ta’ dawn is-sistemi, ikun jista’ jitjieb anki l-komportament reoloġiku tal-ħalib, li jkejjel il-kapaċità tal-koagulazzjoni li tissarraf kemm f’reazzjoni iktar rapida għall-effett enzimatiku tal-baqta kif ukoll fir-reżistenza tal-baqta għall-azzjoni mekkanika tas-sikkina għall-qtugħ tal-baqta.

It-tieni emenda

Il-kliem attwali: “Il-ħalib intiż għad-DPO ‘Montasio’ ma għandux jiġi soġġett għal trattamenti ta’ pasturizzazzjoni u għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-fosfatażi b’mod ċar pożittiva.”

Test emendat: “Il-ħalib intiż għad-DPO ‘Montasio’ ma għandux jiġi soġġett għal trattamenti ta’ pasturizzazzjoni. L-analiżijiet li eventwalment isiru fuq il-ħalib ittrattat bis-sħana u intiż għall-produzzjoni tad-DPO ‘Montasio’ għandhom jirriżultaw f’reazzjoni b’mod ċar pożittiva għat-test tal-fosfatażi.”

L-azjendi tal-ġobon ilhom ħafna snin iwettqu kontrolli fuqhom infushom billi jissoġġettaw il-ħalib għal kontroll sistematiku u jirreġistraw kuljum it-temperaturi tal-passaġġ tal-ħalib. B’hekk, il-prova tal-fosfatażi tibqa’ metodu ta’ analiżi użat mill-organu ta’ spezzjoni sabiex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni. Dan il-kontroll isir abbażi tal-analiżi tar-riskju.

It-tielet emenda

Test attwali: “Il-produzzjoni tal-ġobon tad-DPO ‘Montasio’ issir skont is-sekwenza operattiva li ġejja:

06)

tisjir f’temperatura ta’ 42-48 °C u rrumblar (roulage) barra min-nar għal perjodu totali ta’ 20 sa 30 minuta;”

Test propost:

06)

“tisjir għal + 42-48 °C u tqattigħ tal-baqta barra min-nar għal mill-inqas 10 minuti;”

Ġie kkonstatat li dawn iż-żewġ stadji (it-tisjir u t-tqattigħ tal-baqta suċċessiv barra min-nar) jistgħu jvarjaw ferm skont il-kundizzjonijiet tekniċi u teknoloġiċi eżistenti.

Fir-rigward tat-tagħmir, l-azjendi tal-ġobon li jipproduċu l-“Montasio” jużaw kemm kaldaruni tar-ram (ta’ bejn 1 tunnellata u 1,5 tunnellati), jew kaldaruni versatili tal-azzar b’kapaċità ta’ 3,5 tunnellati sa 8 tunnellati.

L-użu ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ kaldaruni huwa fattur li jiddetermina l-ħin kemm il-massa kkoagulata ddum biex tisħon, għaliex it-tisħin bil-fwar għandu ħinijiet ferm differenti minn dawk li jirriżultaw mill-ipproċessar li jkun qed isir.

Fir-rigward tal-fażi tat-tqattigħ tal-baqta barra min-nar, stadju li matulu parti mix-xorrox titneħħa mill-massa kkoagulata, din il-fażi tiddependi mit-temperatura massima milħuqa u minn kemm il-massa tiksaħ malajr; dan il-fattur tal-aħħar, min-naħa tiegħu, jiddependi mit-tip ta’ kaldarun użat, mill-kwantitajiet ipproċessati f’kull kaldarun, mid-daqs tal-frak tal-baqta u mill-kwantità ta’ ilma inkluż li jkun se jitneħħa b’effett tat-temperatura u tat-tħawwid.

Barra minn hekk, it-tneħħija tax-xorrox jew it-teħid ta’ kampjuni mill-massa kkoagulata sabiex titqiegħed fil-forma tista’ tiġi avvanzata jew imdewma skont iż-żmien meħtieġ sabiex titwettaq l-operazzjoni u l-grad ta’ awtomatizzazzjoni eżistenti.

Pereżempju, jekk ix-xorrox jitneħħa mill-massa kkoagulata fuq xorta ta’ kaxxa apposta msejħa table de moulage minn kaldarun versatili mqiegħed fuq din l-istess kaxxa, il-ħinijiet meħtieġa għall-istess kwantità jkunu ferm inqas minn dawk li teħtieġ it-tneħħija manwali tax-xorrox b’biċċa drapp tal-għażel minn kaldaruni tar-ram.

Jekk jitqies ukoll li l-aħjar mument biex jitneħħa x-xorrox mill-baqta jiġi ddefinit minn kull tekniku tal-produzzjoni tal-ġobon skont kriterji ta’ evalwazzjoni ta’ kuljum kif ukoll skont esperjenza u għarfien personali eċċ., jidher li hemm bżonn li tiġi ddefinita durata minima għat-tisjir u għat-tqattigħ tal-baqta barra min-nar.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU KKONSOLIDAT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)

“MONTASIO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0317-0995-26.4.2012

IĠP () DPO (X)

1.   Isem

“Montasio”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Montasio” huwa ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra, b’maturazzjoni medja jew twila, li għandu forma ċilindrika, ġenb dritt jew kważi dritt u wċuħ ċatti jew kemxejn konvessi. Huwa jiġi prodott minn ħalib mhux pasturizzat u esklużivament abbażi ta’ xorrox ta’ avvjament naturali jew ta’ fermenti awtorizzati. Il-perjodu minimu tal-maturazzjoni huwa ta’ 60 jum u l-livell ta’ umdità jiġi kkontrollat billi ssir verifika fl-għaxar u fis-sittin jum tal-maturazzjoni. Fis-60 jum tal-maturazzjoni, il-ġobon bid-DPO “Montasio” għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin: livell massimu ta’ umdità ta’ 36,72 % jew inqas; xaħam fuq il-materja niexfa: minimu ta’ 40 %; piż: 6 kg sa 8 kg; dijametru: forma 30 cm sa 35 cm; ġenb: massimu ta’ 8 cm; qoxra: lixxa, regolari u elastika; konsistenza: kompatta bi ftit toqob; kulur: naturali, jagħti kemxejn lejn l-isfar lewn it-tiben; riħa: tipika; togħma: pjaċevoli, li tagħti kemxejn lejn il-pikkanti meta l-“Montasio” jitħalla jimmatura fit-tul.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Id-DPO “Montasio” jiġi prodott minn ħalib li ġej minn azjendi għat-trobbija tal-baqar li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni.

Ir-razez ewlenin imrobbija huma l-Bruna Alpina, il-Pezzata Rossa Italiana u l-Pezzata Nera.

Ma jiġi miżjud l-ebda preżervattiv u ma huwa awtorizzat l-ebda trattament bis-sħana, ħlief għat-tkessiħ li jsir f’temperatura minima ta’ 4 °C.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

L-għalf tal-baqar huwa magħmul minn 75-85 % fuq bażi mxarrba ta’ ċereali, ta’ foraġġ niexef u aħdar u ta’ għalf tas-sajlo. Il-15 % sa 25 % fuq bażi mxarrba li jifdal huwa magħmul minn konċentrati u minn kejkijiet proteiċi. L-użu ta’ supplimenti minerali u ta’ vitamini huwa awtorizzat. 60 % tal-għalf għandu jiġi miż-żona ġeografika ddefinita. Huwa pprojbit l-għalf li t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ġobon tikkunsidra li jkollu effetti ħżiena fuq l-ipproċessar tal-ħalib f’ġobon, bħall-foraġġ li jkun ġej minn pantani jew li jkun jinsab fil-ġenb ta’ toroq li minnhom jgħaddi ħafna traffiku. Lanqas il-ħxejjex, il-frott u l-kolza ma huma awtorizzati, l-istess bħall-prodotti sekondarji tal-ipproċessar tar-ross, l-għalf li joriġina mill-annimali, l-għalf industrijali b’użu mediku, il-polpa tal-pitravi friska, niedja jew maħżuna fis-sajlo, il-prodotti sekondarji tal-birra jew ta’ prodotti distillati, il-foraġġ maħżun fis-sajlo (ħlief għall-ħuxlief maħżun fis-sajlo u għall-qamħirrun maħżun fis-sajlo) u s-sustanzi ffermentati tal-ipproċessar industrijali tal-frott, tal-pitravi, tal-birra u tal-prodotti distillati.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess kollu tal-produzzjoni (it-trobbija tal-bovini u l-produzzjoni tal-ħalib, il-koagulazzjoni, it-trattamenti tal-baqta, it-tqegħid fil-forom, it-tqattir, it-tmelliħ u l-maturazzjoni) għandu jsir fiż-żona ddefinita fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

L-identifikazzjoni tal-prodott issir bl-immarkar, essenzjalment, f’forma speċifika li tindika l-kodiċi tal-produttur, l-akronimu tal-provinċja u d-data tal-produzzjoni (sena, xahar, jum). Il-“marka tal-oriġini” tad-DPO “Montasio” tikkonsisti fl-iskrizzjoni oblikwa tal-isem “Montasio”, bis-sew u rasha ‘l isfel (Figura 1).

Din il-“marka tal-oriġini” titwaħħal fuq il-produzzjoni kollha tal-azjendi agrikoli assoċjati u mhux, sakemm dan il-ġobon ikun sar f’konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni.

Image

1) Immarkar bin-nar tad-denominazzjoni “Montasio” u tikketta bl-ittri “PDM”

2) Xahar tal-produzzjoni/3) Jum tal-produzzjoni/4) Kodiċi tal-azjenda tal-ġobon/5) Akronimu tal-provinċja/VI) Sena ta’ produzzjoni

Il-logo tad-denominazzjoni huwa magħmul minn ittra “M” kapitali stilizzata u bil-kelma “MONTASIO” miktuba taħtha. Dan il-logo għandu dejjem jiġi riprodott bit-tipa “HORATIO”. Għandu jirrispetta l-proporzjonijiet tal-Figura 2 (pereżempju, għandu jkun wiesa’ 8 cm u twil 6 cm).

Image

Peress li l-proċess kollu tal-produzzjoni – mill-produzzjoni tal-ħalib sa maturazzjoni minima ta’ 60 jum – isir f’żona tal-muntanja, fis-sens tad-definizzjoni stabbilita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, inkluża fiż-żona tal-produzzjoni tad-DPO “Montasio”, fuq it-tikketta, il-ġobon jista’ jkollu miktub “prodotto della montagna” (prodott tal-muntanja). Għalhekk, fuq il-ġenb għandha titwaħħal tikketta li fuqha jkollha l-kitba “PDM” għal “prodotto della montagna”.

Fuq il-forom tal-“Montasio” li jkollhom iktar minn 100 jum ta’ maturazzjoni, il-Consorzio per la Tutela del Formaggio Montasio jista’, fuq it-talba tal-produtturi kollha assoċjati u mhux, jimmarka bin-nar, fil-parti tal-ġenb prevista għal dan il-għan, il-logo tad-denominazzjoni, wara li jkun wettaq verifika minn qabel ta’ dan (Figura 2).

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tad-DPO “Montasio” tinkludi: Il-Friuli-Venezia Giulia: it-territorju kollu. Il-Veneto: it-territorju kollu tal-provinċji ta’ Belluno u ta’ Treviso u parti mit-territorju tal-provinċji ta’ Padova u ta’ Venezia ddefinita kif ġej: “minn fejn il-linja tal-konfini tal-provinċja ta’ Treviso tiltaqa’ ma’ dik ta’ Padova, il-perimetru jsegwi din il-linja sal-awtostrada Serenissima. Jibqa’ sejjer tul din il-linja sal-pont tal-awtostrada fuq ix-xmara Brenta, imbagħad isegwi s-sodda tax-xmara sal-bokka tagħha”.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-fatturi naturali huma marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni, magħmula prinċipalment minn muntanji u minn żoni f’dejl il-muntanji fejn għadu jiġi prattikat ir-rigħi fuq l-Alpi u r-rigħi fil-mergħat, li jnfluwenza l-kwalità tal-foraġġ intiż bħala għalf għall-baqar tal-ħalib.

Il-“Montasio” iddaħħal fil-lista tal-prezzijiet ta’ San Daniele u ta’ Udine fl-1773/1775. Dan jixhed li l-“Montasio” kien jiġi kkummerċjalizzat u juri li din ma kinitx biss produzzjoni lokali jew intiża għall-konsum domestiku. Ir-rabta qawwija li l-“Montasio” għandu maż-żona tal-produzzjoni tirriżulta wkoll mill-ispinta kbira li l-produzzjoni ta’ dan il-ġobon tat lill-iżvilupp tal-kooperattivi. Il-“Montasio” u t-teknika ta’ produzzjoni speċifika tiegħu malajr infirxu fil-Friuli u fil-Lvant tal-Veneto, kemm minħabba fatturi umani u strutturali (bħall-ħolqien tal-azjendi kooperattivi tal-ġobon jew it-twaqqif ta’ skola għal tekniċi tal-produzzjoni tal-ġobon) – tant li fis-snin 60 kien hemm iktar minn 650 azjenda tal-ġobon attiva – kif ukoll minħabba l-istess ambjent li fih oriġinarjament żviluppat dik it-teknika.

Fejn għandhom x’jaqsmu l-karatteristiċi tat-territorju tal-produzzjoni, il-Lvant tal-Italja minn dejjem kien, u għadu, ikkaratterizzat mill-ħafna xita li tagħmel matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa li ffavorixxiet il-mergħat u l-kultivazzjoni taċ-ċereali (qamħ u xgħir) li huma l-bażi tal-għalf tal-baqar tal-ħalib. Il-kultivazzjoni tal-qamħirrum u, għalhekk, l-użu tal-qamħirrun bħala għalf frisk u tal-għalf tas-sajlo wkoll kisbu importanza maż-żmien. Iktar reċenti, hija l-kultivazzjoni tas-sojja, suppliment proteiku, li rat żvilupp fiż-żona tal-produzzjoni.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristika prinċipali tal-“Montasio” hija l-idoneità kbira tiegħu għal maturazzjoni twila/medja. Fil-firxa ta’ ġobnijiet nazzjonali, il-“Montasio” jiġi kklassifikat fost il-ġobnijiet b’konsistenza medjament iebsa, imma billi jista’ jitħalla jimmatura sa 36 xahar, jiġi inkluż ukoll fil-kategorija tal-ġobnijiet rari b’konsistenza iebsa li jitħallew jimmaturaw għal perjodu twil.

Karatteristika oħra tal-“Montasio” qiegħda fid-dimensjonijiet tal-forma.

Barra minn hekk, id-DPO “Montasio” fl-Ispeċifikazzjoni tiegħu żamm il-projbizzjoni li l-ħalib jiġi ppasturizzat, biex b’hekk jinżamm kemm jista’ jkun l-ammont ta’ batterji naturali tal-ħalib prodott fiż-żona tal-produzzjoni.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

L-idoneità għal maturazzjoni twila/medja hija l-frott ta’ teknoloġija “delikata”. Fil-fatti, id-dożi ta’ fermenti lattiċi użati huma baxxi (madwar 1 %), it-tisjir isir f’temperaturi li ma tantx ikunu għoljin (bejn 42 °C u 48 °C) u t-tqattir u l-ippressar jagħtu konsistenza medjament soda, b’indewwa wara xahrejn (li tikkorrispondi għal livell minimu għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott) ta’ madwar 36 %.

L-ambjent fejn żviluppa l-“Montasio” għandu karatteristiċi mikrobijoloġiċi adattati biex dan il-ġobon jiżviluppa u jinxtered. Fil-fatt il-“Montasio” huwa karatterizzat mill-preżenza ta’ flora mikrobika termofila li permezz tagħha dejjem seta’ jinkiseb ġobon uniku tax-xorta tiegħu, li jista’ jiġi kkonsmat frisk (illum mill-inqas xahrejn ta’ maturazzjoni għaliex jiġi prodott minn ħalib mhux pasturizzat) imma li jista’ jitħalla jimmatura sa 36 xahar; dan il-ġobon għalhekk għandu karatteristiċi organolettiċi, konsistenza, togħmiet u rwejjaħ li jvarjaw maż-żmien, proprju minħabba l-ammont ta’ batterji preżenti b’mod naturali fil-mergħat u fil-foraġġ taż-żona tal-produzzjoni.

Fil-fatt, wara xahrejn maturazzjoni, il-“Montasio” jidher bħala ġobon medjatament iebes, b’togħma delikata li tfakkar f’dik tal-ħalib li huwa magħmul minnu. Skont kemm iddum il-maturazzjoni u kemm ikunu kkonċentrati s-sustanzi, il-“Montasio” jikseb togħmiet iktar netti u xi ftit pikkanti, il-konsistenza ssir iktar soda u jsir jitfarrak malajr.

Bit-titjib tat-tekniki tat-trobbija, bir-razzjonalizzazzjoni tal-kultivazzjonijiet u bl-introduzzjoni ta’ metodi ta’ ħlib dejjem iktar iġjeniċi, inħasset il-ħtieġa li mal-ħalib jiġu miżjuda mikroorganiżmi tal-ġobon li jkunu utli għall-produzzjoni tal-“Montasio”. Huwa b’hekk li bdew jintużaw il-fermenti lattiċi (b’ħafna kukki imma bi ftit baċilli) tal-ħalib taż-żona tal-produzzjoni, prattika li sussegwentement infirxet.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Din l-amministrazzjoni tat bidu għall-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal emenda tad-DPO “Montasio” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 271 tal-21.11.2011.

It-test ikkonsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u mbagħad jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” [Kwalità u sikurezza] (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE” [Speċifikazzjonijiet soġġetti għal eżami mill-UE].


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1128/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Morbier (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Morbier”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1241/2002 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1027/2009 (3).

(2)

L-applikazzjoni għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni, billi tippreċiża d-deskrizzjoni tal-prodott, il-prova tal-oriġini, il-metodu ta’ produzzjoni, it-tikkettar, ir-rekwiżiti nazzjonali u l-istrutturi inkarigati mill-kontroll tad-denominazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 50 sa 52 tal-imsemmi regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Morbier” hija b’dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku kkonsolidat li jinkludi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 11.7.2002, p. 4.

(3)  ĠU L 283, 30.10.2009, p. 34.


ANNESS I

Fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Morbier” ġiet approvata l-emenda li ġejja:

1.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Karatteristiċi organolettiċi

Id-deskritturi kollha tal-ġobon ġew analizzati sabiex ir-realtà tal-prodott tiġi deskritta aħjar:

Għall-istrixxa sewda, il-kelma “sew” wara “amalgamata” tneħħiet għaliex hija suġġettiva.

Għall-qoxra, il-kelmiet “lixxa u omoġenja” ġew sostitwiti b’“magħruka, b’dehra regolari, imtebba’ u li tħalli tidher il-marka tal-forma”, li huma iktar preċiżi. Fir-rigward tal-lewn tagħha, il-frażi “griż ċar jagħti fil-beige-oranġjo” ġiet sostitwita b’“beige li jagħti fl-oranġjo bi sfumaturi ta’ oranġjo fil-kannella, ta’ oranġjo fl-aħmar u ta’ oranġjo fir-roża”, li hija deskrizzjoni iktar preċiża.

Għall-konsistenza ta’ ġewwa, ġie miżjud li hija “omoġenja” u ġie ppreċiżat li hija ratba “meta tmissha”. It-toqob ġew deskritti b’mod eqreb tar-realtà: minflok “jista’ jkollha toqob sottili” inkiteb “ta’ spiss xi toqob mifruxa kbar daqs passolina ħamra jew bżieżaq żgħar iċċattjati”. Ġie miżjud li l-konsistenza ta’ ġewwa “teħel xi ftit mal-ħalq” u li hija “lixxa”.

Min-naħa tat-togħma, minflok “b’togħma ħafifa tal-krema; Ir-riħa tiegħu hija friska, tfakkar fil-frott u persistenti”, jingħad “It-togħma hija friska bi sfumaturi lattiċi, tal-karamella, tal-vanilja u tal-frott. Maż-żmien, il-firxa aromatika tistagħna bi sfumaturi ta’ xiwi, ta’ ħwawar u ta’ ħxejjex. It-togħmiet huma bbilanċjati.”

Karatteristiċi analitiċi

Ġie miżjud livell minimu għall-kontenut tal-ilma fil-ġobon mingħajr ix-xaħam (HFD - Humidité dans le Fromage Dégraissé) ta’ 58 % sabiex jiġu evitati ġobniet wisq nexfin li mhumiex tipiċi.

1.2.   Prova tal-oriġini

L-intestatura “Evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika” ġiet ikkonsolidata u tiġbor fiha, b’mod partikolari, l-obbligi ta’ dikjarazzjoni u ta’ żamma ta’ reġistri li jirrigwardaw it-traċċabbiltà tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.

Barra minn hekk, din l-intestatura fiha xi żidiet u tissupplimenta diversi dispożizzjonijiet relatati mar-reġistri u mad-dokumenti ta’ dikjarazzjoni li jippermettu li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-ġobniet.

1.3.   Metodu ta’ produzzjoni

Il-produzzjoni tal-ħalib

Ir-razez

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli, ġie ppreċiżat it-tip razzjali u l-miżura obbligatorja tar-razez lokali ġiet estiża għall-“merħla tal-ħalib” u “għall-baqar tal-ħalib kollha preżenti fl-azjenda agrikola”. Il-“prodotti tat-taħlit taż-żewġ razez bin-nisel iċċertifikat” huma permessi wkoll. Storikament, iż-żewġ razez puri kif ukoll it-taħlit tagħhom għandhom oriġini lokali. It-taħlit ma għandux effett osservabbli fuq l-ispeċifiċità tal-prodott.

L-art li tintuża għall-mergħa

Is-sentenza “Ir-ragħa jsir skont l-użanzi lokali” tneħħiet għaliex hija wisq ġenerali u ma tippermetti l-ebda kontroll.

Is-sentenza “Jiġu kkunsidrati bħala artijiet li jintużaw għall-mergħa għall-produzzjoni tal-Morbier, il-bwar li jkollhom b’mod permanenti mill-inqas tliet speċijiet veġetali differenti u li jinkludu mill-inqas speċi waħda ta’ ħaxix u speċi waħda leguminuża.” ġiet miżjuda sabiex jiġu ffavorati bwar naturali bid-diversità ta’ flora tal-mergħat.

Il-ġestjoni tal-bwar u l-emendi

Ġiet miżjuda limitazzjoni fil-fertilizzanti inorganiċi bin-nitroġenu ta’ 50 unità għal kull ettaru ta’ art li tintuża għall-mergħa fis-sena sabiex tiġi ppreservata d-diversità tal-flora tal-bwar. Bl-istess għan, ġew elenkati l-fertilizzanti organiċi awtorizzati: id-demel, id-demel likwidu u l-ħama tad-dranaġġ stabilizzata. Sabiex jiġu evitati problemi bil-kwalità tal-ħalib, kull azjenda agrikola tal-art li tintuża għall-mergħa (mergħat jew għelieqi tal-ħsad) hija pprojbita inqas minn erba’ (4) ġimgħat wara d-data tat-tixrid tal-fertilizzanti organiċi.

Il-mergħat

Sabiex tinżamm ir-rabta bejn il-prodott u t-territorju tiegħu, ir-ragħa sar obbligatorju: “Il-baqar tal-ħalib jirgħu wara li jinħall is-silġ u malli l-kapaċità tal-ħamrija tiflaħ għal dan. Għall-istaġun tar-ragħa, il-baqar li jkunu qed jipproduċu l-ħalib jużaw mill-inqas 20 ares ta’ bur għal kull baqra tal-ħalib.”

Ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib

“Il-klorur tas-sodju biss huwa permess sabiex tittejjeb il-konservazzjoni tal-foraġġ.” ħalli jiġi evitat li jinbidlu l-karatteristiċi tiegħu.

Iż-żieda tal-ilma mal-għalf hija pprojbita sabiex jiġi evitat li jiżviluppaw mikrobi mhux mixtieqa.

“F’każ li jingħata għalf supplimentari mill-ħaxix, il-foraġġ aħdar għandu jitqassam fi ħwat imnaddfa u għandu jiġi kkonsmat sa mhux iktar tard minn erba’ sigħat wara l-ħsad.” sabiex tiġi evitata l-fermentazzjoni tal-għalf aħdar. Bl-istess mod “Meta jiġu mqattgħin f’biċċiet, il-pitravi għandhom jiġu ppreparati kuljum.”

Sabiex tiġi ppreservata r-rabta bejn il-prodott u t-territorju tiegħu “L-ammont ta’ konċentrati fir-razzjon tal-baqar tal-ħalib (inkluż l-ammont ta’ pjanti diżidrati) għall-merħla jiġi limitat, bejn wieħed u ieħor, għal 1 800 kg għal kull baqra fis-sena.”

Il-projbizzjoni ta’ għalf iffermentat ġiet iġġeneralizzata minn “baqar tal-ħalib” għal “merħla tal-ħalib (baqar li qed jipproduċu l-ħalib, baqar xotti u l-annimali għat-tiġdid tal-merħla wara l-ftim)”.

Madankollu hija prevista l-possibbiltà li, f’ċerti kundizzjonijiet, merħla oħra, kompletament isseparata, tiġi magħlufa b’dan it-tip ta’ għalf.

Sabiex tinżamm ir-rabta bejn il-prodott u t-territorju tiegħu, l-għalf transġeniku huwa pprojbit.

Sabiex jiġi evitat tnaqqis fil-kwalità tal-ħalib “Fl-għalf tal-merħla tal-ħalib huwa pprojbit: il-foraġġ li jħalli effett ħażin fuq ir-riħa jew it-togħma tal-ħalib.”

Il-ħlib

Il-flora naturali tal-ħalib għandha tiġi ppreservata. Iż-żieda fin-numru ta’ ħalbiet ta’ kuljum tagħmel ħsara lill-flora naturali tal-ħalib. Ħalba waħda kuljum twassal għal żbilanċ tal-mikroflora. “Il-ħlib isir darbtejn kuljum, filgħodu u filgħaxija. Huwa pprojbit li ħalba minnhom ma ssirx. Sabiex il-flora tal-ħalib naturali tal-ħalib ma ssirilhiex ħsara, il-prodotti użati ma għandux ikun fihom diżinfettanti ħlief fil-każ ta’ anomalija kkonstatata.”

L-ipproċessar

Il-ħalib użat

Il-ħalib għandu jinġabar kuljum u għandu jintuża malajr skont il-perjodi ta’ żmien tat-tradizzjoni lokali.

Dan il-ħalib għandu jiġi sseparat mill-ħalib l-ieħor sabiex ikun jista’ jsir il-kontroll.

“Fl-istabbilimenti fejn jiġi prodott il-Morbier jista’ jidħol biss il-ħalib li jkun konformi ma’ din l-ispeċifikazzjoni, jew ħalib intiż għal denominazzjonijiet tal-oriġini tar-reġjun oħrajn bla ħsara għall-fatt li t-traċċabbiltà tkun suffiċjenti sabiex tkun tista’ tiġi vverifikata l-konformità ma’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-ħalib li tabilħaqq jintuża għall-produzzjoni tal-Morbier.”. Il-flora mikrobika tal-ħalib konformi mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DPO tar-reġjun oħrajn hija kompatibbli ma’ dik tal-Morbier. Fil-fatt, il-produtturi tal-ħalib ta’ dawn id-DPO l-oħra għandhom jiġu identifikati u l-ħalib li jkun ġej minn dawn l-azjendi agrikoli għandu josserva l-istess regoli essenzjali applikabbli għad-DPO Morbier: għalf tal-baqra tal-ħalib ibbażat fuq il-ħaxix u l-ħuxlief taż-żona, ragħa, perjodu ta’ konservazzjoni tal-ħalib limitat, eċċ. B’dan il-mod fl-azjenda tal-produzzjoni jkun jista’ jiġi kkonservat ambjent mikrobiku xieraq. Il-ħalib l-ieħor li la jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-Morbier u lanqas mal-ispeċifikazzjoni tad-DPO l-oħra, ma jagħtix l-istess garanziji. Barra minn hekk, il-produzzjonijiet tal-ġobniet differenti evidentement għandhom isiru b’mod separat, kemm mil-lat tal-post (katina ta’ produzzjoni differenti) kif ukoll mil-lat taż-żmien (produzzjonijiet suċċessivi).

L-ipproċessar

Is-sentenza “Bl-eċċezzjoni ta’ xkumar parzjali, iż-żieda ta’ tames, iż-żieda ta’ fermenti tal-ħalib, ta’ melħ jew ta’ ilma għat-tlaħliħ tal-baqta, xejn ma għandu jitneħħa mill-ħalib jew jiżdied miegħu waqt il-produzzjoni.”, qed tiġi sostitwita bi:

“Bl-eċċezzjoni ta’ xkumar parzjali, xejn ma għandu jitneħħa mill-ħalib jew jiġi mżjud miegħu matul il-produzzjoni ħlief: - melħ (klorur tas-sodju), - tames, – kulturi magħżula ta’ fermenti, jew fil-forma ta’ sottokulturi jew ta’ introduzzjoni diretta, - ilma, - faħam tal-kannol veġetali (carbo medicinalis vegetalis).”

Ġie ppreċiżat li “Il-produzzjoni għandha ssir f’kaldarun tal-azzar inossidabbli jew tar-ram.” għal raġunijiet teknoloġiċi u tradizzjonali.

Id-daqs tal-frak tal-baqta tneħħa għaliex ma jistax jiġi kkontrollat u mhuwiex speċifiku għal dan il-prodott.

Il-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-lattożju ġew ippreċiżati l-istess bħall-kundizzjonijiet tat-temperatura fil-kaldarun.

Is-sentenza “Il-ġobniet jiġu fformati b’ippressar ħafif.” tneħħiet għaliex dan mhuwiex obbligu teknoloġiku.

Ġie ppreċiżat li l-kisi bil-faħam tal-kannol veġetali għandu jkun bilfors wieħed “manwali” sabiex l-għarfien tal-persuna li tkun qed tagħmel il-ġobon ikun jista’ jiġi espress f’din il-fażi importanti tal-produzzjoni tal-“Morbier”. L-użu ta’ forom tradizzjonali tal-injam u ta’ biċċa drapp tal-għażel huma awtorizzati għaliex dawn huma materjali tradizzjonalment użati f’dan is-settur.

Fl-Ispeċifikazzjoni ġie miżjud li l-Morbier għandu jiġi mmellaħ niexef jew f’salmura, u f’każ li tintuża s-salmura, il-purifikazzjoni kimika tas-salmura hija pprojbita. Din il-fażi teknoloġika importanti ntesiet fl-ispeċifikazzjoni preċedenti.

Il-maturazzjoni

L-injam huwa l-aħjar qafas għall-maturazzjoni għaliex jippermetti skambji eċċellenti b’mod partikolari mal-ilma u mal-melħ filwaqt li jirregolahom. L-injam isaħħaħ ukoll ir-rabta mat-territorju billi jiffavorixxi l-mikroflora tas-superfiċje. Għalhekk, qed tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja: “Il-maturazzjoni tal-ġobon issir fuq twavel tal-injam.” Ma hemm l-ebda obbligu marbut mal-provenjenza ta’ dawn il-twavel.

Madankollu, biex ma tiġix ippenalizzata azjenda tal-ġobon li bħalissa qed twettaq il-maturazzjoni fuq l-azzar inossidabbli, ġiet proposta l-miżura tranżitorja li ġejja: “Bħala deroga, l-oqfsa tal-azzar inossidabbli li kienu jintużaw għall-produzzjoni tal-Morbier qabel l-1 ta’ Jannar 2006 jistgħu jibqgħu jintużaw sakemm jitbiddlu u sa mhux iktar mill-31 ta’ Diċembru 2014.”

Ġie miżjud li l-perjodu minimu huwa ta’ 45 jum “mingħajr interruzzjoni taċ-ċiklu”.

Ġie ppreċiżat: “Matul il-ħażna qabel il-kummerċjalizzazzjoni, il-ġobniet maturi għandhom jiġu kkonservati f’temperatura pożittiva”.

1.4.   It-tikkettar

L-obbligu li jintuża l-logo nazzjonali “INAO” (Institut National de l’Origine et de la Qualité) ma għadux japplika, filwaqt li ġie miżjud l-obbligu li jintuża l-logo tal-Unjoni Ewropea “AOP” (DPO). L-obbligu li jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt tal-manifattur ġie sostitwit b’dak li jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt tal-affineur (il-persuna li tieħu ħsieb il-maturazzjoni tal-ġobon).

Ġie ppreċiżat li minbarra l-informazzjoni li l-ġobniet kollha irid ikollhom fuqhom bil-liġi, fuq it-tikketta, fir-reklamar, fuq il-fatturi jew fuq id-dokumenti kummerċjali huwa pprojbit l-użu ta’ kwalunkwe deskrizzjoni jew indikazzjoni oħra li takkumpanja d-denominazzjoni tal-oriġini, għajr għal marki kummerċjali jew trademarks partikolari.

1.5.   Rekwiżiti nazzjonali

Fir-“Rekwiżiti nazzjonali” tqies li kien utli li jiġu indikati l-“punti prinċipali li għandhom jiġu kkontrollati” flimkien mal-valuri ta’ referenza u l-metodi ta’ evalwazzjoni tagħhom.

1.6.   Oħrajn

Għandhom jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt tal-istrutturi li jwettqu l-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni u b’mod partikolari d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ ċertifikazzjoni l-ġdid magħżul mill-grupp bħala korp ta’ kontroll. L-Institut National de l’Origine et de la Qualité ma għadux ikopri dan ir-rwol.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU KKONSOLIDAT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)

“MORBIER”

Nru tal-KE: FR-PDO-0205-0933-29.12.2011

IĠP ( ) DPO (X)

1.   Isem

“Morbier”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3.

Ġobniet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Morbier” huwa ġobon magħmul minn ħalib mhux ippasturizzat tal-baqra, ippressat u mhux imsajjar, bis-sura ta’ ċilindru ċatt b’dijametru ta’ bejn it-30 u l-40 ċentimetru, għoli minn 5 sa 8 ċentimetri, li jiżen minn 5 kg sa 8 kg, u li għandu uċuħ ċatti u ġenb xi ftit konvess.

Dan il-ġobon għandu strixxa sewda ċentrali orizzontali, amalgamata, tul il-qatgħa kollha.

Il-qoxra tiegħu hija naturali, magħruka, b’dehra regolari, imtebba’ u li tħalli tidher il-marka tal-forma. Il-lewn tagħha huwa beige li jagħti fl-oranġjo bi sfumaturi ta’ oranġjo fil-kannella, ta’ oranġjo fl-aħmar u ta’ oranġjo fir-roża. Il-konsistenza ta’ ġewwa tiegħu hija omoġenja, lewn l-avorju li jagħti fl-isfar ċar u spiss b’xi toqob mifruxa kbar daqs passolina ħamra jew bżieżaq żgħar iċċattjati. Hija ratba meta tmissha, kremuża, li tinħall, teħel xi ftit mal-ħalq u hija wkoll lixxa u fina. It-togħma hija friska bi sfrumaturi lattiċi, tal-karamella, tal-vanilja u tal-frott. Maż-żmien, il-firxa aromatika tistagħna bi sfumaturi ta’ xiwi, ta’ ħwawar u ta’ ħxejjex. It-togħmiet huma bbilanċjati. Dan il-ġobon fih mill-inqas 45 gramma ta’ xaħam għal kull 100 gramma wara li jitnixxef kompletament. Il-kontenut tal-ilma fil-ġobon mingħajr ix-xaħam (HFD - Humidité dans le Fromage Dégraissé) għandu jkun ta’ bejn 58 % u 67 %. Il-maturazzjoni tal-ġobon issir matul perjodu minimu ta’ 45 jum, li jibda jiddekorri minn jum il-produzzjoni tiegħu, mingħajr interruzzjoni taċ-ċiklu.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-ġobon “Morbier” għandu jiġi biss minn merħla tal-ħalib b’baqar Montbéliarde tat-tip razzjali 46, jew b’baqar Simmental Franċiżi tat-tip razzjali 35, jew mill-prodotti tat-taħlit taż-żewġ razez bin-nisel iċċertifikat.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib huwa magħmul minn ħaxix li l-baqar jirgħu waqt il-perjodu kollu tar-raqda, u matul il-perjodu xitwi minn ħuxlief jew mit-tieni wiċċ tal-ħuxlief maħsuda wkoll fiż-żona ġeografika.

Sabiex tiġi żgurata rabta mill-qrib bejn it-territorju u l-prodott permezz ta’ għalf speċifiku taż-żona ġeografika, l-għalf supplimentari huwa limitat għal 1 800 kg għal kull baqra tal-ħalib fis-sena. Fl-azjenda agrikola, l-art li tabilħaqq tintuża għall-mergħa għandha tkun mill-inqas ta’ 1 ettaru għal kull baqra tal-ħalib.

Sabiex tinżamm il-prattika tradizzjonali tal-mergħa, huma pprojbiti s-sistemi tal-azjenda agrikola fejn l-għalf kollu jingħata fil-ħawt. Il-baqar tal-ħalib jirgħu wara li jinħall is-silġ u malli l-kapaċità tal-ħamrija tiflaħ għal dan. Għall-istaġun tar-ragħa, il-baqar li jkunu qed jipproduċu l-ħalib jużaw mill-inqas 20 ares ta’ bur għal kull baqra tal-ħalib. Dawn il-limitazzjonijiet jimplikaw li mill-inqas 70 % tal-għalf ikun ġej miż-żona ġeografika.

Matul is-sena kollha, il-merħla tal-ħalib ma tistax tingħata għalf iffermentat, fil-forma ta’ għalf tas-sajlo u mhux, minħabba riskji teknoloġiċi waqt il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobniet marbuta ma’ dawn il-prattiki.

Fl-għalf tal-merħla tal-ħalib huma awtorizzati biss il-materja prima u l-għalf supplimentari li jkunu magħmula minn prodotti mhux transġeniċi, sabiex tinżamm in-natura tradizzjonali tal-għalf.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobniet isiru fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Fuq it-tikketta tal-ġobniet bid-denominazzjoni tal-oriġini “Morbier” għandu jidher l-isem tad-denominazzjoni miktub b’ittri mill-inqas daqs dawk tal-ikbar ittri li jidhru fuq it-tikketta.

Fuq it-tikketta għandu jkun hemm bilfors is-simbolu “AOP” (DPO) tal-Unjoni Ewropea.

Fuq il-forom tal-ġobon, l-identifikazzjoni tal-azjenda tal-maturazzjoni (l-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz) għandha tidher b’mod ċar.

Minbarra l-informazzjoni li l-ġobniet kollha jrid ikollhom fuqhom bil-liġi, fuq it-tikketta, fir-reklamar, fuq il-fatturi jew fuq id-dokumenti kummerċjali huwa pprojbit l-użu ta’ kwalunkwe deskrizzjoni jew indikazzjoni oħra li takkumpanja din id-denominazzjoni tal-oriġini, għajr għal marki kummerċjali jew trademarks partikolari.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tkorpi t-territorju tal-muniċipalitajiet (communes) li ġejjin:

Id-Dipartiment (Département) ta’ Ain: il-muniċipalitajiet ta’ Apremont, Bellegarde-sur-Valserine għall-parti li tikkorrispondi għal dik li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Coupy, Belleydoux, Champfromier, Charix, Chezery-Forens, Confort, Echallon, Giron, Lancrans, Leaz, Lelex, Mijoux, Plagne, Montanges u Saint-Germain-de-Joux.

Id-Dipartiment ta’ Doubs: il-muniċipalitajiet kollha tad-dipartiment.

Id-Dipartiment ta’ Jura: il-muniċipalitajiet kollha ħlief għal Annoire, Aumur, Champdivers, Chemin, Longwy-sur-le-Doubs, Molay, Peseux, Petit-Noir, Saint-Aubin, Saint-Loup u Tavaux.

Id-Dipartiment ta’ Saône et Loire: il-muniċipalitajiet ta’ Beaurepaire-en-Bresse, Beauvernois, Bellevesvre, Champagnat, Cuiseaux, Flacey-en-Bresse, Fretterans, Joudes, Mouthier-en-Bresse, Sagy, Saillenard, Savigny-en-Revermont u Torpes.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Iż-żona ġeografika hija l-Arc Jurassien, ġabra ta’ plateaux tal-ġir, u estensjoni tiegħu f’parti żgħira mill-pjanura fil-qrib. L-altitudni hija ta’ spiss għolja. Il-pajsaġġ huwa magħmul kemm minn bwar kif ukoll minn foresti. Il-flora adattata għall-ħamrija tal-ġir naturali tal-bwar hija ferm varjata.

Iż-żona kollha hija kkaratterizzata minn klima ta’ tip kontinentali, b’varjazzjonijiet kbar fit-temperaturi bejn ix-xitwa u s-sajf, u xita li minkejja li tkun imqassma matul is-sena, tinżel sew fis-sajf. Iż-żona kollha għandha wkoll klima tat-Tramuntana b’temperatura medja annwali baxxa (minkejja perjodi ta’ sħana kbira fis-sajf) u numru kbir ta’ ġranet ta’ ġlata. Dan huwa ambjent ta’ muntanja jew ta’ żona taħt il-muntanja fejn tinżel ħafna xita tant li l-ammont annwali ta’ xita dejjem ikun ogħla minn 900 mm u ġeneralment ikun ogħla minn 1 000 mm. Dan l-ammont ta’ xita diġà huwa sinifikanti f’altitudni baxxa u jikber hekk kif wieħed jidħol iktar ‘il ġewwa fiż-żoni muntanjużi. Id-distribuzzjoni staġjonali hija kkaratterizzata min-nuqqas ta’ staġun ta’ nixfa. Din il-klima hija partikolament adattata biex jikber il-ħaxix.

Fatturi umani

Fiċ-ċentru u fit-Tramuntana taż-żoni muntanjużi ta’ Jura (il-Massif Jurassien), l-importanza tal-mergħat ikkundizzjonat l-ekonomija reġjonali bbażata essenzjalment fuq it-trobbija tal-bhejjem u fuq kollox fuq il-produzzjoni tal-ħalib.

L-eqdem dokument li jsemmi l-“Morbier” huwa tal-1799. Dak iż-żmien, il-ġobon diġà kien magħruf f’Pariġi, li jagħti lil wieħed x’jifhem li l-oriġini tiegħu tmur iktar lura fiż-żmien.

Oriġinarjament, kien jiġi prodott meta l-livell tal-ħalib kien wieħed baxx u b’mod partikolari ma kienx biżżejjed għall-produzzjoni ta’ forma ta’ “Comté”. Dawn iż-żewġ produzzjonijiet tal-“Morbier” u tal-“Comté” huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin.

Jeżistu diversi ipoteżijiet dwar l-oriġini tal-produzzjoni tal-“Morbier”. Skont waħda minnhom, il-“Morbier” kien jiġi prodott minħabba li, fl-irziezet, kien hemm bżonn li jintużaw żewġ ħalbiet suċċessivi biex issir ġobna ta’ bejn it-8 u l-10 kilogrammi. L-ewwel forma tal-baqta kienet tinkesa bin-nugrufun ta’ taħt il-kaldarun sabiex din tiġi protetta mill-kontaminazzjonijiet esterni u sabiex tiġi evitata alterazzjoni superfiċjali qabel ma tiġi assemblata mal-baqta tal-produzzjoni segwenti. Is-saff li kien jifdal kien jimmarka l-ġonta bejn iż-żewġ produzzjonijiet.

L-applikazzjoni manwali tal-faħam tal-kannol jippreżumi bilanċ ġust bejn il-kisi fuq baqta wisq niexfa u l-kisi fuq baqta wisq umda. Il-fatt li din il-fażi baqgħet issir bl-idejn huwa garanzija tal-preservazzjoni ta’ għarfien dwar il-produzzjoni tal-ġobon assoċjat mal-“Morbier”, u r-rispett tat-tradizzjoni.

Il-bdiewa ta’ Jura li jrabbu l-bhejjem gradwalment għażlu ġenerazzjonijiet ta’ razza ta’ baqar, il-“Montbéliarde”, partikolarment adattata għall-kundizzjonijiet naturali lokali u li l-ħalib tagħha huwa idoneu għat-teknoloġiji tal-produzzjoni tal-ġobon reġjonali. It-tieni għażla tagħhom kienet is-“Simmental” li madankollu hija inqas preżenti.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Morbier” huwa ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra b’piż li jvarja minn 5 kg sa 8 kg.

Il-“Morbier” huwa ġobon li jingħaraf minn strixxa sewda ċentrali orizzontali, amalgamata, tul il-qatgħa kollha. L-istrixxa sewda tinkiseb esklużivament billi l-wiċċ ta’ waħda mill-forom tal-baqta jinkesa bil-faħam tal-kannol veġetali qabel l-ippressar. Immarkat fiċ-ċentru tiegħu b’din il-magħrufa strixxa sewda, il-konsistenza ta’ ġewwa tiegħu hija omoġenja, lewn l-avorju li jagħti fl-isfar ċar u spiss b’xi toqob mifruxa.

It-togħma tiegħu hija friska bi sfumaturi lattiċi, tal-karamella, tal-vanilja u tal-frott. Maż-żmien, il-firxa aromatika tistagħna bi sfumaturi ta’ xiwi, ta’ ħwawar u ta’ ħxejjex.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Is-sehem prinċipali tal-ħaxix fl-għalf tal-baqar tal-ħalib jinfluwenza l-karatteristiċi tal-ħalib kif ukoll il-partikolaritajiet organolettiċi tal-“Morbier”. Kull varjazzjoni fil-kompożizzjoni tal-flora tal-bwar tissarraf f’varjazzjonijiet fl-isfumaturi aromatiċi tal-ġobon. Dan l-effett jiġi faċilment ivverifikat matul l-istaġuni. Din hija r-raġuni għaliex diversi kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ispeċifikazzjoni għandhom l-għan li jippreservaw id-diversità tal-flora naturali. Din ir-riżorsa tal-ħaxix ġiet ippreservata bil-projbizzjoni ta’ kultivazzjonijiet ġenetikament immodifikati li jistgħu jbiddlu l-kompożizzjoni tal-flora jew jillimitaw id-diversità tagħha. Il-varjetà kbira ta’ flora tal-bwar tiġi wkoll protetta bil-limitazzjoni tal-ammonti ta’ elementi fertilizzanti.

Is-sura tal-ġobon (ċilindru ta’ daqs medju) oriġinarjament kienet adattata għal produzzjoni fl-irziezet tal-muntanji. Permezz ta’ żewġ produzzjonijiet, li jikkorrispondu għal żewġ ħalbiet, seta’ jinkiseb daqs relattivament kbir, biex b’hekk jiġi limitat it-telf matul il-ħażna. Dan id-daqs reġa’ ntuża sussegwentement mill-fruitières (il-kooperattivi tal-azjendi tal-ġobon), biex b’hekk ingħata lok għal produzzjoni tal-ġobon meta l-livell tal-produzzjoni tal-ħalib ikun wieħed baxx. Din ir-rabta mal-produzzjoni ta’ ġobon ippressat u msajjar u b’mod partikolari mal-“Comté”, tinstab fit-tekniki għat-titbigħ tal-qoxra. Din it-tip ta’ attenzjoni, lil hinn mid-dehra, tagħti togħma partikolari lill-ġobon.

L-użu tal-injam għall-maturazzjoni huwa marbut direttament, min-naħa l-waħda, mar-rekwiżiti teknoloġiċi u, mill-oħra, mal-eżistenza qrib foresti kbar ta’ siġar tar-raża marbuta mal-ambjent naturali.

Biex tinkiseb konsistenza fina u lixxa u biex fit-togħma tal-“Morbier” jiġu espressi sfumaturi fini, huwa indispensabbli li jintuża ħalib mhux ippasturizzat bi flora lattika partikolari. Permezz tat-tneħħija tal-lattożju, minbarra li tinkiseb il-konsistenza tal-“Morbier”, ikunu jistgħu jiġu espressi dawn l-isfumaturi aromatiċi sekondarji.

L-istrixxa sewda ċentrali għall-ewwel kienet tinkiseb bin-nugrufun tal-kaldarun. Din it-teknika tafferma r-rabta mal-produzzjonijiet ta’ ġobon ippressat u msajjar tal-Franche-Comté.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCMorbier.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1129/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fal Oyster (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Fal Oyster” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Fal Oyster” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 384, 13.12.2012, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Il-kategorija 1.7.   Ħut, molluski u krustaċi friski, u prodotti magħmulin minnhom

IR-RENJU UNIT

Fal Oyster (DPO)


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1130/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maccheroncini di Campofilone (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni "Maccheroncini di Campofilone" tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Maccheroncini di Campofilone” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 78, 16.3.2013, p. 5.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.7.   Għaġin

L-ITALJA

Maccheroncini di Campofilone (IĠP)


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1131/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Poperingse hopscheuten/Poperingse hoppescheuten (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mressqa mill-Belġju għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Poperingse hopscheuten”/“Poperingse hoppescheuten” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 57, 27.2.2013, p. 6.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Il-kategorija 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-BELĠJU

Poperingse hopscheuten/Poperingse hoppescheuten (IĠP)


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1132/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Stelvio/Stilfser (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Stelvio” / “Stilfser”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53 paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tal-istess Regolament, l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-Ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14.

(3)  ĠU C 77, 15.3.2013, p. 29.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

L-ITALJA

Stelvio/Stilfser (DPO)


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1133/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kaki Ribera del Xúquer (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Kaki Ribera del Xúquer”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2002 (2).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni sabiex tikkjarifika d-deskrizzjoni tal-prodott billi tinkludi limiti massimi ta’ tolleranza għal kwalunkwe imperfezzjoni ħafifa tal-qoxra li jista’ jkollu l-prodott.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Kaki Ribera del Xúquer” hija b’dan emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II ta’ dan ir-Regolament jinkludi d-Dokument Uniku kkonsolidat li jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 39, 9.2.2002, p. 12.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Kaki Ribera del Xúquer”, hija approvata l-emenda li ġejja:

Il-parti tad-deskrizzjoni tal-prodott li tirreferi għall-imperfezzjonijiet li jista’ jkun hemm fil-prodott tgħid hekk:

“Il-laħma tal-frotta ma għandix tkun maqsuma, għalkemm ċerti imperfezzjonijiet ħfief tal-qoxra li ma jaffettwawx il-kundizzjoni ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-preservazzjoni u l-konservazzjoni tiegħu fl-imballaġġ huma permessi skont il-limiti li ġejjin:

massimu ta’ cm2 (1) tas-superfiċje totali tal-prodott għall-imperfezzjonijiet ta’ forma tawwalija jew rettangolari. It-tolleranza masssima awtorizzata hija ta’ 2 cm2 u ma għandha qatt tkun iżjed minn 20 % tal-frotta. Fiż-żewġ każijiet, il-limiti differenti huma stabbiliti fl-istandards ta’ kwalità tal-Bord Regolatorju skont it-tip ta’ imperfezzjoni.

parti mis-superfiċje li tikkorrispondi għal ċirku b’dijametru massimu ta’ 1,5 cm għall-imperfezzjonijiet ta’ forma tonda. It-tolleranza masssima awtorizzata hija ta’ 2,5 cm2 u ma għandha qatt tkun iżjed minn 20 % tal-frotta. Fiż-żewġ każijiet, il-limiti differenti huma stabbiliti fl-istandards ta’ kwalità tal-Bord Regolatorju skont it-tip ta’ imperfezzjoni.”


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU KKONSOLIDAT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)

“KAKI RIBERA DEL XÚQUER”

Nru tal-KE: ES-PDO-0105-0114 - 1.4.2011

IĠP ( ) DPO (X)

1.   Isem

“Kaki Ribera del Xúquer”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-frott tas-siġra tal-kaki (Diospyros kaki) tal-varjetà “Aħmar brillanti”, irid jiġi kkunsmat frisk. Il-frotta hija berry li ġeneralment tifforma mingħajr fertilizzazzjoni, proċess li jissejjaħ partenokarpja. Fil-fatt, peress li l-frotta ma tiġix mdakkra, din ma jkollix żerriegħa.

Karatteristiċi tal-frotta: meta tinġabar tkun ta’ kulur isfar fl-oranġjo filwaqt li meta tkun misjura tkun ta’ kulur aħmar skur. Il-qoxra tinqala’ pjuttost faċilment u hija ta’ ħxuna medja. Il-laħma tinħass soda u tkun ta’ kulur isfar fl-oranġjo meta tinġabar u ta’ kulur aħmar skur meta tkun misjura. Sakemm issir, il-frotta tkun qarsa iżda maż-żmien tikseb togħma ħelwa. Meta tinqasam min-nofs il-frotta hija tonda filwaqt li meta tinqasam għat-tul din tkun kemxejn tawwalija.

Għall-kunsinna, il-kaki jridu jiġu ppreżentati:

sħaħ,

bil-berkun u l-pedunkulu mwaħħlin,

mhux mimsusa (huwa eskluż il-frott li jkollu l-qoxra maqsuma jew imħassra),

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materja barranija viżibbli,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull riħa u/jew togħma barranija.

Il-frott eliġibbli għad-denominazzjoni tal-oriġini jrid ikollu dijametru ta’ mill-inqas 61 mm.

“Il-laħma tal-frotta ma għandix tkun maqsuma, għalkemm ċerti imperfezzjonijiet estetiċi ħfief tal-qoxra li ma jaffettwawx il-kundizzjoni ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-preservazzjoni u l-konservazzjoni tiegħu fl-imballaġġ huma permessi skont il-limiti li ġejjin:

massimu ta’ cm2 (1) tas-superfiċje totali tal-prodott għall-imperfezzjonijiet estetiċi ta’ forma tawwalija jew rettangolari (li ma jaffettwawx il-laħma tal-frotta). It-tolleranza masssima awtorizzata hija ta’ 2 cm2 u ma għandha qatt tkun iżjed minn 20 % tal-frotta. Fiż-żewġ każijiet, il-limiti differenti huma stabbiliti fl-istandards ta’ kwalità għad-denominazzjoni protetta tal-orġini “Kaki Ribera del Xúquer” skont it-tip ta’ imperfezzjoni.

Parti mis-superfiċje li tikkorrispondi għal ċirku b’dijametru massimu ta’ 1,5 cm għall-imperfezzjonijiet estetiċi ta’ forma tonda (li ma jaffettwawx il-laħma tal-frotta). It-tolleranza masssima awtorizzata hija ta’ 2,5 cm2 u ma għandha qatt tkun iżjed minn 20 % tal-frotta. Fiż-żewġ każijiet, il-limiti differenti huma stabbiliti fl-istandards ta’ kwalità għad-denominazzjoni tal-orġini “Kaki Ribera del Xúquer” skont it-tip ta’ imperfezzjoni.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata

L-istadji kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

It-tikketti kummerċjali ta’ kull operatur jistgħu jiġu eżaminati mill-korp ta’ spezzjoni sabiex jiċċekkja li n-nomenklatura u l-logos tad-denominazzjoni protetta tal-orġini jkunu qed jintużaw tajjeb. It-tikketti jrid ikun fihom il-kliem “denominación de origen protegida ‘Kaki Ribera del Xúquer’ ”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tinkludi art bi kwalitajiet xierqa għal din il-kultivazzjoni fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Albalat de la Ribera, Alberic, Alcàntera de Xúquer, L'Alcúdia, Alfarp, Algemesí, Alginet, Almussafes, Alzira, Antella, Beneixida, Benicull de Xúquer, Benifaió, Benimodo, Benimuslem, Carcaixent, Cárcer, Carlet, Catadau, Corbera, Cullera, Lènova, Favara, Fortaleny, Gavarda, Guadassuar, Llaurí, Llombai, Manuel, Masalavés, Monserrat, Montroy, La Pobla Llarga, Polinyà de Xúquer, Rafelguaraf, Real de Montroi, Riola, San Juan de Énova, Sellent, Senyera, Sollana, Sueca, Sumacàrcer, Tous, Turís, Villanueva de Castellón, li kollha kemm huma jiffurmaw parti mill-provinċja ta’ Valencia, fil-Komunità ta’ Valencia.

F’din iż-żona, madwar 1 300 ettaru jintużaw għat-tkabbir tal-kaki.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Storja

Is-siġra tal-kaki hija siġra tal-frott li tifforma parti mill-familja Ebenaceae. Din oriġinat fiċ-Ċina, fejn il-kultivazzjoni tagħha bdiet fis-seklu VIII. Il-kultivazzjoni tal-kaki kienet introdotta fl-Ewropa tal-Punent fit-tieni nofs tas-seklu XIX u dehret l-ewwel darba fi Spanja madwar l-1870. Illum, il-produzzjoni nazzjonali ta’ Spanja ssir fil-biċċa l-kbira fil-Komunità ta’ Valencia, fejn tinsab iż-żona protetta tad-denominazzjoni tal-oriġini “Kaki Ribera del Xúquer”. Fil-fatt, nofs il-produzzjoni kollha ta’ din il-frotta hija kkonċentrata f’din iż-żona.

Il-kaki tal-varjetà “Aħmar brillanti” tfaċċa b’mod spontanju wara li żerriegħa ġiet miżrugħa fit-tarf ta’ art tal-muniċipalità ta’ Carlet. Snin wara, lejn l-1960, fil-muniċipalità ta’ Alcudia tlaqqam l-ewwel pjantaġġun omoġenju tal-kaki. Dan witta t-triq għall-iżvilupp mgħaġġel tal-varjetà fir-reġjun.

Naturali

Ir-Ribera del Xúquer huwa reġjun naturali tal-Provinċja ta’ Valencia. Huwa mdawwar b’wied kwaternarju kbir jew bi pjanura alluvjali li minnhom tgħaddi x-Xmara Júcar (Xúquer bil-Valenzjan) u t-tributarja tagħha, ix-Xmara Magro.

Il-biċċa l-kbira tal-art agrikola tinsab fil-pjanura t’isfel fuq ix-xtut tax-Xmajjar Júcar u Magro, fejn il-ħamrija hija rikka u kompatta ħafna minħabba l-akkumulazzjoni tad-depożiti alluvjali mix-Xmara Júcar u t-tributarji tagħha li jinżlu minn reġjuni muntanjużi. Barra minn hekk, fil-parti l-baxxa tax-xaqliba tal-widien, fejn l-inklinazzjoni hija minima, hemm ħamrija kolluvjali ta’ kulur roża u mifruxa, li hija partikolarment tajba għall-kultivazzjoni intensiva.

Il-muniċipalità tibbenefika minn klima moderata. It-temperatura mejda annwali hija ta’ 17 C, b’temperatura medja li tvarja bejn 9-10 C f’Jannar u 24-25 C f’Awwissu. It-temp imsaħħab mhuwiex frekwenti, u l-medja annwali ta’ xita kważi qatt ma tkun iktar minn 400 sa 500 mm. Barra dan, l-għoljiet tal-madwar jipproteġu l-għelejjel mill-ġlata, speċjalment fil-widien tributarji.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-varjetà “Aħmar brillanti” hija varjetà nativa taż-żona. Din hija r-riżultat tal-bidla spontanja ta’ varjetà lokali oħra u għalhekk adattat ruħha perfettament għar-reġjun ta’ Ribera del Xúquer, fejn din l-għalla tiġi sfruttata b’mod ottimali.

Il-kaki kkultivati fiż-żona protetta għandhom proporzjon akbar bejn it-tul u d-dijametru u l-forma tagħhom ġejja iktar għall-ponta. Il-“Kaki Ribera del Xúquer” jingħaraf mill-forma tiegħu li ġejja għall-ponta u li hija kemxejn iktar tawwalija minn normal, u mill-proporzjon akbar bejn it-tul u d-dijametru li jagħtu l-forma karatteristika tal-frott ikkultivat fiż-żona protetta. Barra minn hekk, dan il-frott huwa fil-medja akbar mill-frott ikkultivat f’żoni protetti oħra minħabba l-klima moderata u n-nuqqas ta’ temperaturi estremi.

Il-“Kaki Ribera del Xúquer” għandu kulur karatteristiku ta’ aħmar skur u togħma ħelwa meta jkun misjur, li tinkiseb fi stadju iktar bikri minħabba l-kundizzjonijiet eżistenti fiż-żona. Il-frotta tista’ tinħasad ukoll qabel ma tkun misjura. Permezz tal-metodu li jintuża biex titneħħa t-togħma morra, huwa possibbli li l-frott jiġi kkumerċjalizzat meta l-laħma tiegħu tkun soda u ħelwa ħafna u jkun kiseb it-togħma tipika tal-kaki prodott fir-reġjun tar-Ribera del Xúquer.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Jingħad li r-reġjun tar-Ribera del Xúquer huwa l-bidu tal-kaki tal-varjetà “Aħmar brillanti”, peress li hija ż-żona fejn nibtet din il-varjetà bħala riżultat ta’ bidla spontanja. Illum il-ġurnata, hija stabbilita sew fir-reġjun u fis-suq.

Il-kundizzjonijiet partikolari tal-klima u tal-ħamrija fiż-żona ġeografika identifikata huma riflessi fil-karatteristiċi tal-kaki.

Il-klima moderata minħabba l-viċinanza tal-Baħar Mediterran u l-art agrikola kolluvjali li tirriżulta mill-kanali tal-ilma ta’ Júcar u Magro li jdawru r-reġjun, jingħaqdu flimkien biex jagħtu lill-“Kaki Ribera del Xúquer” il-karatteristiċi distintivi ewlenin tiegħu, jiġifieri l-forma aktar tawwalija li twassal għal proporzjon akbar bejn it-tul u d-dijametru kif ukoll id-daqs akbar u l-kulur distint tiegħu meta jkun misjur.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

[L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

http://www.agricultura.gva.es/documents/170659/179611/030712+Pliego+de+condiciones+kaki+def.pdf/b354d4a8-425e-40fa-8e8b-0ae6d3588fe6


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1134/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Caballa de Andalucía (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Caballa de Andalucía”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 289/2009 (3).

(3)

Ġaladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda għandha għalhekk tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’rabta mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 15.

(4)  ĠU C 387, 15.12.2012, p. 22.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Il-kategorija 1.7.   Ħut, molluski u krustaċi friski, u prodotti magħmulin minnhom

SPANJA

Caballa de Andalucía (IĠP)


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1135/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto Toscano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Prosciutto Toscano”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (2), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 777/2010 (3).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-Ispeċifizzjoni billi tippreċiża li l-użu ta’ addittivi jew ta’ preżervattivi fil-produzzjoni tal-“Prosciutto Toscano” m’għadux awtorizzat.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura mogħtija fl-Artikoli 50 sa 52 ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Prosciutto Toscano” hija emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku kkonsolidat li jinkludi l-elementi ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(3)  ĠU L 233, 3.9.2010, p. 11.


ANNESS I

Fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Prosciutto Toscano”, hija approvata l-emenda li ġejja:

L-użu ta’ addittivi jew ta’ preżervattivi fil-produzzjoni tal-“Prosciutto Toscano” m’għadux awtorizzat. L-ipproċessar tal-“Prosciutto Toscano” skont il-metodu tipiku jiggarantixxi n-nuqqas ta’ dak it-tip ta’ sustanzi. B’mod partikulari, il-projbizzjoni tal-użu ta’ nitriti u nitrati sseddaq ir-rabta mal-metodu storiku ta’ produzzjoni tal-“Prosciutto Toscano”, u twarrab il-preżenza ta’ addittivi u preżervattivi (E251 - E252) fil-prodott aħħari.


ANNESS II

Dokument uniku kkonsolidat

Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)

“PROSCIUTTO TOSCANO”

Nru tal-KE: IT-DPO-0317-01009-2.7.2012

IĠP () DPO (X)

1.   Isem

“Prosciutto Toscano”

2.   Stat Membru

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Meta jitqiegħed fis-suq għall-konsum, il-“Prosciutto Toscano” jkollu l-karatteristiċi fiżiċi, organolettiċi, kimiċi u fiżikokimiċi li ġejjin: għamla tonda bil-wiċċ ta’ fuq imżaqqaq minħabba x-xifer imlaħħam li ma jisporġix aktar minn 8 cm ‘il barra mill-għadma tal-koxxa; piż ta’ madwar 8-9 kg, iżda qatt inqas minn 7,5 kg; meta jitqatta’, il-kulur tal-qalba jvarja bejn l-aħmar skur u l-aħmar ċar u jidher ftit xaħam bejn il-muskoli; ix-xaħam ta’ taħt il-ġilda jkun ta’ lewn abjad pur b’vini rqaq roża, kumpatt, ma jinsilitx bejn is-safef tal-muskoli, u mqabbad sew mal-wiċċ tal-muskoli ta’ taħtu. Il-“Prosciutto Toscano” jista’ jitqiegħed fis-suq f’perjodu ta’ mhux aktar minn 30 xahar minn meta jkun inbeda l-ipproċessar tal-koxox friski. Il-“Prosciutto Toscano” jista’ jitqiegħed fis-suq anki mingħajr għadma, imqatta’, jiġifieri mqatta’ f’biċċiet ta’ għamla u piż differenti, jew f’qatgħat.

Ikollu togħma delikata u bnina ħafna, u r-riħa tfuħ tiegħu hija karatteristika dovuta għall-metodi tradizzjonali li bihom jiġi pproċessat u mmaturat.

Il-karatteristiċi fiżikokimiċi huma kif ġej:

Melħ (espress bħala kontenut ta’ NaCl)

%

mhux aktar minn 8,3

Umdità fil-muskoli

%

mhux aktar minn 61,0

Indiċi ta’ proteolisi

%

mhux aktar minn 30,0

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-koxox friski użati għall-produzzjoni tal-“Prosciutto Toscano” jiġu minn ħnieżer imwielda, imrobbija u maqtula fiż-żona ddefinita fil-punt 4 ta’ dan id-dokument. Il-ħnieżer għandu jkollhom piż minimu ta’ 160 kg, b’marġni ta’ 10 %, u għandu jkollhom età ta’ mill-inqas disa’ xhur. Il-“Prosciutto Toscano” jsir minn koxox friski ta’ ħnieżer ta’ piż kbir li jiġu minn razez puri jew mir-razez tradizzjonali ta’ oriġini Large White u Landrace. Il-piż tal-koxxa friska mirquma ma għandux ikun inqas minn 11,8 kg.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

L-għalf użat jiġi prinċipalment miż-żona ddefinita, li tikkorrispondi għaż-żona tat-trobbija tal-ħnieżer iddefinita fil-punt 4 ta’ dan id-Dokument Uniku, billi huma soġġetti għal ġestjoni msejsa fuq sistema integrata speċifika għas-settur.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni tal-“Prosciutto Toscano” - it-tmelliħ, it-tnixxif, it-tixħim u l-maturazzjoni - għandhom isiru fiż-żona ta’ produzzjoni tradizzjonali, li tħaddan it-territorju kollu tar-reġjun tat-Toscana.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-taħkik, għall-ippakkjar, eċċ.

It-tipi kollha tal-prodott - bl-għadam imneħħi, maqtugħ f’biċċiet jew f’fetet -, immarkati minn qabel, għandhom jitqiegħdu fis-suq wara li jkunu ġew ippakkjati f’kontenituri jew imballaġġi xierqa u ssiġillati sew. It-tqattigħ u l-ippakkjar tal-“Prosciutto Toscano” għandhom isiru hekk kif jintemm il-perjodu tal-maturazzjoni, fiż-żona ta’ produzzjoni indikata fil-punt 4, bil-għan li jiġi żgurat li jinżammu d-diversi perjodi ta’ maturazzjoni previsti għall-prodott imqatta’, u li jinżammu l-karatteristiċi fir-rigward tal-umdità u d-dehra tal-parti muskolari u dik xaħmija tal-qatgħa tal-perżut, kif deskritt fil-punt 3.2. Il-possibbiltà li l-koxox li jkunu se jitqattgħu u jiġu ppakkjati jinħażnu f’qatgħat mingħajr għadam għal żmien mhux magħruf f’kundizzjonijiet ta’ ambjent differenti minn dawk previsti, tista’ tagħti lok għal karatteristiċi li ma jaqblux ma’ dawk li l-“Prosciutto Toscano” huwa magħruf għalihom, fosthom, il-formazzjoni ta’ moffa anomala, id-degradazzjoni anomala tal-proteini u l-varjazzjoni fl-indici ta’ proteolisi li din id-degradazzjoni ġġib magħha, kif ukoll is-sniħ tat-tessut xaħmi, tali li jagħti riħa u togħma differenti minn dawk li l-konsumatur imdorri japprezza. Barra minn hekk, l-esponiment tal-porzjon tal-laħam u tal-qatgħa għall-arja qabel ma jiġu ppakkjati jista’ jwassal għal ossidazzjoni qawwija tal-wiċċ li jittiekel, bil-konsegwenza li l-laħam irabbi skorċa, li l-wiċċ tal-parti muskolari mikxufa jixxotta, jew li l-laħam jitlef mill-kumpattezza tiegħu jekk ikun f’ambjent umdu wisq.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Id-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Prosciutto Toscano” għandha tidher fuq it-tikketta b’ittri ċari u li ma jistgħux jitħassru, u b’mod li tingħaraf sew minn kull kliem ieħor. Għandha tkun segwita immedjament mill-kliem “Denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew l-akronimu “DPO”. Ma tista’ tiżdied l-ebda kwalifikazzjoni li ma tkunx espressament prevista. Madankollu, huwa permess li jiżdiedu indikazzjonijiet li jirreferu għal ismijiet, marki kummerċjali jew marki privati, għajr fejn dawn ikunu ta’ tifħir jew x’aktarx iqarrqu bil-konsumatur. Bl-istess mod, isem l-azjenda fejn ikunu trabbew il-ħnieżer li minnhom ġejjin il-prodotti jista’ jidher fuq il-koxxa, bil-kundizzjoni li l-materja prima tkun ġejja kollha kemm hi mill-azjendi ta’ trobbija msemmija.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

L-azjendi tal-ħnieżer li jipproduċu l-laħam tal-“Prosciutto Toscano” jridu jinsabu fir-reġjuni li ġejjin: Lombardia, Emilia Romagna, Le Marche, Umbria, Lazio u Toscana. Il-“Prosciutto Toscano” jiġi pproċessat, imqatta’ u ppakkjat fiż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni, li tinkludi t-territorju kollu tar-reġjun tat-Toscana.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-fatturi ambjentali huma relatati mill-qrib mal-karatteristiċi taż-żona ta’ produzzjoni, li fiha jispikkaw il-widien friski u b’ħafna ilma u l-għoljiet miksija minn boskijiet, li jinfluwenzaw ħafna l-klima u l-karatteristiċi tal-prodott aħħari. Il-produzzjoni lokalizzata tal-“Prosciutto Toscano” hija ġġustifikata mill-kundizzjonijiet tal-mikrożona delimitata: ir-reġjun tat-Toscana, minħabba l-għamla u l-karatteristiċi ġeografiċi tiegħu, huwa idoneu għall-produzzjoni ta’ prieżet ta’ kwalità. Anki l-klima ta’ dan ir-reġjun, li hija differenti ħafna minn dik tar-reġjuni li jmissu miegħu, hija xierqa ħafna biex il-prodott jikseb l-aħjar maturazzjoni tiegħu. Għalhekk, hija klima ideali li tiffavorixxi relazzjoni ta’ ġid bejn l-ambjent u l-prodotti tipiċi tar-reġjun, li tippermettilhom maturazzjoni bil-mod u bnina, bħal fil-każ tal-inbid, iż-żejt, il-ġobon u, sintendi, il-perżut. Huwa f’dan l-ambjent li l-attivitajiet tal-bniedem ippermettew il-perfezzjonament tat-tekniki speċifiċi tal-ipproċessar għat-tirqim jew għat-tmelliħ, li huma adattati aħjar għall-karatteristiċi ambjentali, u li baqgħu jitnisslu sal-lum, tant li jinfluwenzaw b’mod determinanti l-karatteristiċi tal-“Prosciutto Toscano” msemmija fil-punt 3.2.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Prosciutto Toscano” jingħaraf b’aroma tfuħ u karatteristika, b’togħma delikata u b’palat tipiku.

Il-“Prosciutto Toscano” huwa perżut nej, li l-perjodu ta’ maturazzjoni tiegħu, mit-tmelliħ tat-tqegħid fis-suq, ma għandux idum inqas minn 10 xhur għall-prieżet b’piż finali ta’ bejn 7,5 u 8,5 kg, u mhux inqas minn 12-il xahar għall-prieżet b’piż ikbar minn 8,5 kg. Il-“Prosciutto Toscano” li jkun maħsub għat-tqattigħ f’fetet għandu jiġi mmaturat għal xahrejn aktar minn dak indikat fil-paragrafu ta’ qabel, jiġifieri għal mill-inqas 12-il xahar fil-każ ta’ piżijiet ta’ bejn 7,5 u 8,5 kg, u għal mill-inqas 14-il xahar għal piżijiet ta’ aktar minn 8,5 kg.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Il-klima taż-żona ta’ produzzjoni tippermetti l-ksib ta’ prodotti agroalimentari ta’ valur għoli ħafna, u b’hekk tiffavorixxi u fl-istess ħin tikkaratterizza l-proċess ta’ maturazzjoni u l-perfezzjonament tal-“Prosciutto Toscano”. L-istorja wriet ir-rabta profonda u mill-qrib bejn il-produzzjoni agrikola u l-ipproċessar tal-prodott u bejn iż-żoni ta’ referenza. Din ir-rabta ssaħħet u sseddqet bl-evoluzzjoni tal-fatturi soċjali, ekonomiċi u produttivi, kif ukoll bis-saħħa tal-esperjenza tal-bniedem li baqgħet titfannad tul is-sekli. F’dak li jirrigwarda ż-żona ddefinita tal-oriġini tal-materja prima, il-fatturi marbuta mal-ġeografija, mal-ambjent u mal-għarfien espert miksub fil-produzzjoni fis-settur tat-trobbija, huma tabilħaqq kostanti u karatteristiċi. Fiż-żona ta’ forniment tal-materja prima, l-iżvilupp taż-żooteknika huwa relatat mal-preżenza kbira ta’ tkabbir ta’ ċereali u mal-metodi ta’ produzzjoni li b’mod partikolari ħajru l-aktar it-trobbija tal-ħnieżer.

F’dak li jirrigwarda ż-żona tal-ipproċessar, iktar limitata, it-tlaqqigħ ta’ diversi fatturi ekonomiċi, klimatiċi, naturali u umani wassal għall-kodifikazzjoni tal-metodu tradizzjoni ta’ produzzjoni, billi ddetermina t-tekniki speċifiċi għall-ksib tal-karatteristiċi tad-DPO “Prosciutto Toscano”. L-aroma u t-togħma karatteristiċi huma dovuti għat-tekniki speċifiċi ta’ produzzjoni, li ilhom irregolati mis-seklu 15, u li jinkludu b’mod partikulari: it-tirqim bit-tond, li jingħaraf b’qatgħa f’forma ta V mill-bidu tas-sieq, u li jippermetti tnixxif tal-laħam aktar effikaċi u aktar mifrux tul il-perjodu ta’ tmelliħ; it-tmelliħ li jsir fin-niexef, bil-melħ, bil-bżar u bi ħwawar naturali ta’ oriġini veġetali; it-tixħim, dejjem bil-kżar u bi ħwawar naturali ta’ oriġini veġetali, u fl-aħħar nett, il-maturazzjoni, li tgawdi mill-kundizzjonijiet ambjentali taż-żona ta’ produzzjoni. Il-maturazzjoni twila li tesponi l-koxox għall-umdità naturali, flimkien mal-użu, skont id-drawwiet lokali, tal-bżar u ta’ ħwawar tul l-istadji ta’ tmelliħ u tixħim, jiddeterminaw l-aroma tfuħ, it-togħma delikata u l-palat tipiku tal-“Prosciutto Toscano”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

[L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott emendat huwa disponibbli fuq:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew billi tmur direttament għall-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Foresterija (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Qualità e sicurezza” (fil-parti ta’ fuq u tal-lemin tal-iskrin), imbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI(UE) Nru 1136/2013

tat-12 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward l-estensjoni ta’ perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, dimossistrobina, oxamyl u pethoxamid

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi klotijanidin, dimossistrobina, oxamyl u pethoxamid se jiskadu bejn il-31 ta’ Lulju 2016 u t-30 ta’ Settembru 2016. Ġew preżentati applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta’ dawn is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa meħtieġ li l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex ilestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi x’aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk huwa meħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(3)

Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet meta ebda dossier supplimentari skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data tal-iskadenza fl-istess data bħal dik ta’ qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm ‘il quddiem.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data tal-iskadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tkun l-aktar tard.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 116, oxamyl, id-data tal-31 ta’ Lulju 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Jannar 2018.

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 121, klotijanidin, id-data tal-31 ta’ Lulju 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Jannar 2018.

(3)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 122, pethoxamid, id-data tal-31 ta’ Lulju 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Jannar 2018.

(4)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 128, dimossistrobina, id-data tat-30 ta’ Settembru 2016 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Jannar 2018.


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1137/2013

tat-12 ta’ Novembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

51,8

MA

61,9

MK

28,7

ZZ

47,5

0707 00 05

AL

45,1

MK

50,7

TR

136,4

ZZ

77,4

0709 93 10

AL

48,7

MA

121,9

TR

158,8

ZZ

109,8

0805 20 10

AU

136,9

MA

62,6

ZA

148,2

ZZ

115,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

PE

125,0

SZ

56,1

TR

74,2

UY

92,8

ZA

157,1

ZZ

101,0

0805 50 10

TR

65,7

ZA

74,0

ZZ

69,9

0806 10 10

BR

248,2

LB

239,8

PE

322,3

TR

166,2

US

305,1

ZZ

256,3

0808 10 80

BA

64,2

NZ

132,4

US

146,2

ZA

164,6

ZZ

126,9

0808 30 90

CN

65,8

TR

131,0

ZZ

98,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/38


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2013

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034 × 1507 × NK603 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2013) 4719)

(It-testi bl-Olandiż, l-Ingliż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/648/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u partikolarment l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Jannar 2009, Dow AgroSciences Ltd f’isem Dow AgroSciences LLC u Monsanto Europe S.A. f’isem il-Monsanto Company ippreżentat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihomil-qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603 jew li jikkonsistu jew huma prodotti minnu (“l-applikazzjoni”). L-applikazzjoni kopriet ukoll kull kumbinazzjoni possibbli ta’ eventi singli ġenetikament modifikati (ĠM).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603 għall-istess użu bħal kull qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u l-informazzjoni mitluba mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

L-uċuħ ġenetikament modifikati li jkun fihom żewġ eventi singli ġenetikament modifikati differenti, jew iktar, jissejħu organiżmi ġenetikament modifikati derivati minn trasformazzjoni multipla. Il-ħsad tal-qamħirrum ġenetikament modifikat derivat minn trasformazzjoni multipla għandu karatteristiċi speċifiċi minħabba l-bijoloġija riproduttiva tal-qamħirrum. Meta pereżempju ż-żrieragħ tal-qamħirrum ġenetikament modifikat derivat minn trasformazzjoni multipla bi tliet eventi singli ĠM differenti jiġu kkultivati, il-ħsad li jirriżulta fih mhux biss ħbub bit-tliet eventi ĠM kollha differenti, iżda wkoll il-ħbub li fihom biss event wieħed jew żewġ eventi singli ĠM differenti, u ħbub li ma fihom l-ebda waħda mit-tliet eventi singli ĠM (segreganti negattivi). Awtorizzazzjoni għall-qamħirrum ġenetikament modifikat derivat minn trasformazzjoni multipla għandha għalhekk tkopri kull kumbinazzjoni possibbli ta’ eventi singli ĠM tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk diġà awtorizzati.

(4)

Kull qamħirrum ġenetikament modifikat b’event singlu ĠM u kull waħda mill-kombinazzjonijiet ta’ eventi singli ĠM iridu jiġu kkunsidrati bħala OĠM speċifiċi fit-tifsira tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-ebda OĠM għall-użu bħala ikel jew ikel imsemmi fl-Artikolu 3(1) jew għall-użu bħala għalf jew għalf imsemmi fl-Artikolu 15(1) ma jista’ jitqiegħed fis-suq sakemm ma jkunx kopert b’awtorizzazzjoni mogħtija skont ir-Regolament. Għalhekk għandu jiġi żgurat li kull kumbinazzjoni possibbli ta’ eventi singli ĠM li jikkostiwixxuh hija awtorizzata meta jiġi awtorizzat l-organiżmu ġenetikament modifikat idderivat minn trasformazzjoni multipla.

(5)

Il-valutazzjoni tar-riskju ta’ organiżmu ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla tikkostitwixxi prerekwiżit għall-valutazzjoni tar-riskji derivati mill-eventi singli ĠM li jikkostitwixxuh. It-tliet eventi singli li jikkostitwixxu MON89034 × 1507 × NK603 diġà ġew awtorizzati (3).

(6)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”’) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Din l-opinjoni tkopri l-qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603 u l-kombinazzjonijiet biss ta’ eventi singli ĠM preżenti fil-proġenija segreganti tiegħu. L-EFSA tikkunsidra li l-qamħirrum (i) MON89034 × 1507 × NK603 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu li mhuwiex ġenetikament modifikat f’dawk li huma effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew l-ambjent, u (ii) ma jkunx hemm l-ebda raġuni bijoloġika għalfejn dak li jkun jistenna li kwalunkwe sottokumbinazzjoni li toriġina minn dan l-organiżmu ĠM fil-proġenija segreganti tiegħu tista’ tikkawża tħassib għas-sigurtà fil-kuntest tal-użijiet intenzjonati (4).

(7)

Fl-10 ta’ Novembru 2011, l-EFSA, fuq talba tal-Kummissjoni, adottat dikjarazzjoni li tikkumplimenta l-opinjoni preċedenti tagħha dwar il-qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603 biex tkopri is-sottokumbinazzjonijiet kollha indipendentement mill-oriġini tagħhom (5). Il-Bord tal-OĠM tal-EFSA qal li ma jaħsibx li hu probabbli li s-sottokumbinazzjonijiet ta’ qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603 għandhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent, fil-kuntest tal-użu intenzjonat kopert minn din id-Deċiżjoni.

(8)

Fl-opinjonijiet tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(9)

l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikanit huwa konformi mal-użu maħsub tal-prodotti.

(10)

L-organiżmi ġenetikament modifikati derivati minn trasformazzjoni multipla tal-qamħirrum MON89034 × 1507, il-qamħirrum MON89034 × NK603 u il-wqamħirrum 1507 × NK603 jikkombinaw żewġ eventi singli ĠM speċifiċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603. Dawn l-organiżmi ĠM diġà ġew awtorizzati (6). Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Marzu 2013 l-applikanti iċċaraw li l-applikazzjoni ma għadhiex tkopri dan il-qamħirrum ĠM.

(11)

Wara li jitqiesu dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni.

(12)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OĠM kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi ġenetikament modifikati (7).

(13)

Fuq il-bażi tal-opinjonijiet mogħtija mill-EFSA, jidher li l-ebda rekwiżiti tal-ittikkettjar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma huma meħtieġa għall-ikel, għall-ingredjenti tal-ikel u għall-għalf li jkun fihom il-qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603, li jikkonsistu minnu, jew li jkunu prodotti minnu. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti jintużaw fil-limiti tal-awtorizzazzjoni prevista b’din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li għandu fih jew li jikkonsisti mill-qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603 u prodotti oħra għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON89034 × 1507 × NK603 li għalih tkun intalbet awtorizzazzjoni, għandu jkun ikkumplementat minn indikazzjoni ċara li l-prodotti inkwistjoni ma jistgħux jintużaw għall-kultivazzjoni.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u t-tikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE, jistipula rekwiżiti għat-tikkettjar fl-Artikolu 4(6) għall-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OĠM (8). Ir-rekwiżiti dwar it-traċċabilità fil-każ ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stabbiliti fil-paragrafi minn (1) sa (5) tal-Artikolu 4 u fil-każ ta’ ikel u għalf prodotti minn OĠM huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(15)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala prodotti jew fi prodotti, għall-għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(16)

L-opinjonijiet tal-EFSA ma jiġġustifikawx l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-immaniġġjar, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(17)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(18)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata permezz tal-Clearing-House tal-Bijosikurezza, lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (10).

(19)

Din id-Deċiżjoni tagħti awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti fi ħdan l-ambitu tal-applikazzjoni. Din id-Deċiżjoni, madankollu, ma tkoprix l-eventi ĠM singli u l-kumbinazzjonijet tal-eventi ĠM singli awtorizzati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/813/KE, 2005/772/KE, 2006/197/KE, 2011/365/UE, 2004/643/KE, 2005/448/KE, 2010/420/UE, 2007/703/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/650/UE. L-operaturi għandhom għalhekk jagħtu attenzjoni għall-fatt li, skont l-Artikoli 4(2) u/jew l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003,eventi singli tal-OĠM kollha u l-kumbinazzjonijiet tal-eventi singli ĠM) li jiffurmaw li l-ħsad tal-MON89034 × 1507 × NK603 iridu jiġu awtorizzati sabiex jitqiegħed il-ħsad fis-suq. Fil-każ fejn l-awtorizzazzjoni ta’ wieħed mill-GMOs li jiffurma l-ħsad tal-MON89034 × 1507 × NK603 tiskadi mingħajr ma jkunu ġew sospiżi jew irrevokati l-applikazzjoni għat-tiġdid jew l-awtorizzazzjoni, il-prodotti ta’ dan il-ħsad ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq.

(20)

L-applikanti ġew ikkonsultati dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(21)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fi ħdan il-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu. Att ta’ implimentazzjoni kien meqjus neċessarju u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-Kumitat tal-Appelli għal iktar deliberazzjoni. Il-Kumitat tal-Appelli ma ressaqx opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON89034 × 1507 × NK603, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu;

(b)

għalf li fih il-qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6, li jikkonsisti minnu, jew li jiġi prodott minnu;

(c)

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6 qamħirrum fi prodooti li fihom il-qamħirrum jew jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr (a) u (b), ħlief il-koltivazzjoni.

Artikolu 3

It-tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodott u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6 bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

Artikolu 4

Is-sorveljanza tal-effetti ambjentali

1.   Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ b’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru Komunitarju

It-tagħrif stipulat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati tal-UE, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Detenturi tal-Awtorizzazzjoni

1.   Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:

(a)

Dow AgroSciences Ltd, tar-Renju Unit, li jirrappreżentaw lil DowAgroSciences LLC tal-Istati Uniti tal-Amerika, u wkoll

(b)

Monsanto Europe S. A., il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, fl-Istati Uniti tal-Amerika.

2.   Iż-żewġ detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

L-Indirizzat

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a)

Dow AgroSciences Ltd, European Development Centre, 3B Park Square, Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, United Kingdom, u wkoll

(b)

Monsanto Europe S.A., Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell, Belgium

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/813/KE tat-30 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON 89034 (MON-89Ø34-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 21); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/772/KE tat-3 ta’ Novembru 2005 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., linja 1507) ġenetikament modifikat sabiex jirreżisti ċerti pesti lepidopterani u sabiex jittollera l-erbiċida ammonju tal-glufosinat (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 42). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/197/KE tat-3 ta’ Marzu 2006 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li jkun fih, ikun jikkonsisti fi, jew li jkun prodott minn qamħirrum modifikat ġenetikament tal-linja 1507 (DAS- Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 82); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/365/UE tas-17 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/197/KE rigward it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ għalf diġà eżistenti magħmul minn qamħirrum immodifikat ġenetikament tal-linja 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 23.6.2011, p. 52); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/643/KE tad-19 ta’ Lulju 2004 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-qamħirrum (Zea mays L. line NK603) ġenetikament modifikat għat-tolleranza tal-glifosat (ĠU L 295, 18.9.2004 p. 35); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/448/KE tat-3 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza li joħorġu fis-suq ikel u ingredjenti tal-ikel li ġejjin minn qamħirrum ġenetikament modifikat tal-linja NK 603 bħala ikel ġdid jew ingredjenti tal-ikel ġodda taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 21.6.2005, p. 20).

(4)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?mistoqsija=EFSA-Q-2009-00413

(5)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?mistoqsija=EFSA-Q-2011-00169

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/650/UE (Ara paġna 47 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/420/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034 × NK603 (MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, 29.7.2010, p. 15); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/703/KE tal-24 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu fi, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament 1507 × NK603 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 285, 31.10.2007 p. 47).

(7)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(8)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(9)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.

(10)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


ANNESS

(a)   L-Applikanti u d-Detenturi tal-awtorizzazzjoni

Isem

:

Dow AgroSciences Ltd.

Indirizz

:

European Development Centre, 3B Park Square, Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, United Kingdom

f’isem Dow AgroSciences LLC, 9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, United States;

u wkoll

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Avenue de Tervuren 270-272, 1150 Brussels - Belgium

F’isem Monsanto Company - Monsanto Company - 800 N. Lindbergh Boulevard - St. Louis, Missouri 63167 - United States of America.

(b)   Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti

1.

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu;

2.

għalf li fih il-qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6, li jikkonsisti minnu, jew li jiġi prodott minnu;

3.

qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6 fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-koltivazzjoni.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6, kif deskritt fl-applikazzjoni, hu prodott minn taħlit bejn il-qamħirrum li fih eventi ta’ MON-89Ø34-3, DAS-Ø15Ø7-1 u MON-ØØ6Ø3-6 u jesprimi l-proteini Cry1 A.105, Cry2Ab2, Cry1F li jilqgħu kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara lepidotterani, il-proteina CP4 EPSPS li twassal għat-tolleranza tal-erbiċidi tal-glifosat u l-proteina PAT li twassal għat-tolleranza tal-erbiċidi tal-ammonju tal-glufosinat.

(c)   Tikkettar

1.

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

2.

Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodott u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6 bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

(d)   Metodu ta’ detezzjoni

Metodi speċifiċi għall-eventi ibbażati fuq il-PCR għal detezzjoni kwantitattiva fil-ħin reali ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament MON-89Ø34-3, DAS-Ø15Ø7-1 u MON-ØØ6Ø3-6, ivvalidat fuq eventi singli u vverifikat fuq il-qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6;

Metodu ta’ estrazzjoni tad-DNA ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003„ ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx

Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7-1) u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue u AOCS 0906-E u AOCS 0406-A (għal MON-89Ø34-3) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm

(e)   Identifikatur uniku

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6;

(f)   Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara [għandu jimtela meta jiġi notifikat].

(g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: il-pjan ippubblikat fuq l-Internet]

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki ser ikunu mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/44


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2013

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polline prodott mill-qamħirrum MON 810 (MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2013) 4743)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/649/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Marzu 2012, Monsanto Europe S.A. ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel ta’ polline prodott mill-qamħirrum MON 810 bħala ikel jew fl-ikel u fl-ingredjenti tal-ikel (“l-applikazzjoni”).

(2)

Fid-19 ta’ Diċembru 2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Hija kkonkludiet li l-modifikazzjoni ġenetika f’qamħirrum MON 810 ma jikkostitwixxix riskju għas-saħħa kieku l-polline tal-qamħirrum MON 810 kellha tissostitwixxi polline derivat minn qamħirrum mhux immodifikat ġenetikament fi jew bħala ikel.

(3)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(4)

Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għall-polline prodott minn qamħirrum MON 810, bħala ikel jew fl-ikel u fl-ingredjenti tal-ikel.

(5)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu ġenetikament modifikat (minn issa ‘l quddiem “OĠM”) kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (2).

(6)

Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-EFSA, l-ebda rekwiżiti speċifiċi ta’ ttikkettjar għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma jidher li huma meħtieġa għall-ikel, l-ingredjenti tal-ikel u l-għalf li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-polline tal-qamħirrum MON 810.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (3), jistipula rekwiżiti tat-traċċjabilità fl-Artikolu 5 għal prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(8)

L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(9)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fi ħdan il-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu. Att ta’ implimentazzjoni kien meqjus neċessarju u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-Kumitat tal-Appelli għal iktar deliberazzjoni. Il-Kumitat tal-Appelli ma ressaqx opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) MON 810, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku MON-ØØ81Ø-6, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Polline prodott minn qamħirrum MON 810, bħala ikel jew fl-ikel u fl-ingredjenti tal-ikel, huwa awtorizzat għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

It-tikkettar

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar previsti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-“isem tal-organiżmu” huwa “qamħirrum”.

Artikolu 4

Reġistru Komunitarju

It-tagħrif stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 5

Detentur tal-Awtorizzazzjoni

Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Europe S.A., fil-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Artikolu 6

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 7

Indirizzat

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell – il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(3)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.


ANNESS

(a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell, il-Belġju

F’isem Monsanto Company, fl-Istati Uniti tal-Amerika.

(b)   Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti

Polline prodott minn MON-ØØ81Ø-6, bħala ikel jew fl-ikel u fl-ingredjenti tal-ikel.

Il-qamħirrum MON-ØØ81Ø-6 modifikat ġenetikament, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina Cry1Ab li tipprovdi ħarsien kontra ċerti parassiti lepidotteri.

(c)   Tikkettar

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar previsti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-“isem tal-organiżmu” huwa “qamħirrum”.

(d)   Metodu ta’ detezzjoni

Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qamħirrum MON-ØØ81Ø-6.

Ivvalidat fuq iż-żerriegħa tal-qamħirrum (materjali ta’ referenza ċċertifikati [CRM IRMM-413]), li jkun fihom taħlitiet ta’ qamħirrun immodifikat ġenetikament MON 810 u qamħirrum konvenzjonali, billi l-Istitut Federali għall-Valutazzjoni tar-Riskju (BfR) f’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Amerikana ta’ Studjużi tal-Kimika taċ-Ċereali (AACC), Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea (KE) (Istitut għal Materjal u Kejl ta’ Referenza (IRMM), Istitut għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IHCP)), u GeneScan, Berlin, ippubblikat fuq

http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/summaries/Mon810_validation_report.pdf

Materjal ta’ Referenza: ERM-BF413k aċċessibli miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Kejl u l-Materjali ta’ Referenza (IRMM) fuq

http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/index.htm

(e)   Identifikatur uniku

MON-ØØ81Ø-6

(f)   Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Mhux meħtieġa.

(g)   Kundizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġjar tal-prodotti

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Mhux meħtieġa.

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki ser ikunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/47


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2013

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MON 89034 × 1507 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), erba’ qamħirrum ĠM relatati li jgħaqdu tliet eventi singli differenti ĠM (MON89034 × 1507 × MON88017 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON89034 × 1507 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7), MON89034 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON 88017 × 59122 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)) u erba’ qamħirrum ĠM relatati li jgħaqqdu żewġ eventi ĠM singli differenti (MON89034 × 1507 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1), MON89034 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON88017 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON 88017 × 59122 (MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)))) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillsingli

(notifikata bid-dokument C(2013) 4755)

(It-testi bl-Olandiż, l-Ingliż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/650/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikati ġenetikament (1), u partikolarment l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Ottubru 2008, Dow AgroSciences Europe u Pioneer Overseas Corporation Monsanto Europe S.A. f’isem Monsanto Company ippreżentat applikazzjoni lill-awtorita kompetenti tar-Repubblika Ċeka, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122 (“l-applikazzjoni”). L-applikazzjoni tkopri wkoll kull kumbinazzjoni possibbli ta’ eventi singli ĠM li jikkostitwixxu l-qamħirrum MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122.

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħra għajr l-ikel u l-għalf li fihom il-qamħirrum jew jikkonsistu minn dan il-qamħirrum ĠM għall-istess użu bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u l-informazzjoni mitluba mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

L-uċuħ ġenetikament modifikati li jkun fihom żewġ eventi singli ġenetikament modifikati differenti, jew iktar, jissejħu organiżmi ġenetikament modifikati derivati minn trasformazzjoni multipla. Il-ħsad tal-qamħirrum ġenetikament modifikat derivat minnn trasformazzjoni multipla jippreżenta karatteristiċi partikolari dovuti għall-bijoloġija riproduttiva tal-qamħirrum. Meta pereżempju jinħasdu ż-żrieragħ ta’ qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla u li fih erba’ eventi singli ĠM differenti, il-ħsad li jirriżulta jkun fih mhux biss ħbub li fihom l-erba’ eventi singli ĠM kollha, iżda anke ħbub li fihom wieħed, tnejn, jew tliet eventi singli ĠM biss, minbarra l-ħbub li ma fihom l-ebda mill-erba’ eventi singli ĠM (segreganti negattivi).

(4)

Kull tip ta’ qamħirrum ĠM b’event singlu ĠM, u kull waħda mill-kombinazzjonijiet ta’ eventi singli ĠM għandhom jiġu kkunsidrati bħala OĠM speċifiċi fit-tifsira tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-ebda OĠM għall-użu bħala ikel jew ikel imsemmi fl-Artikolu 3(1) jew għall-użu bħala għalf jew għalf imsemmi fl-Artikolu 15(1) ma jista’ jitqiegħed fis-suq sakemm ma jkunx kopert b’awtorizzazzjoni mogħtija skont ir-Regolament. Għalhekk għandu jiġi żgurat li kull kumbinazzjoni possibbli ta’ eventi singli ĠM li jikkostitwixxu ĠM uniku tiġi awtorizzata fil-mument li tingħata l-awtorizzazzjoni għall-OĠM derivat minn trasformazzjoni multipla.

(5)

Il-valutazzjoni tar-riskju ta’ organiżmu ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla tikkostitwixxi prerekwiżit għall-valutazzjoni tar-riskji dderivati mill-eventi singli ĠM li jikkostitwixxuh. L-erba’ eventi singli ĠM li jikkostitwixxu l-qamħirrum MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122 diġà ġew awtorizzati. (3)

(6)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) ippubblikat opinjoni favorevoli skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (4). Din l-opinjoni tkopri bissqamħirrum tal-linja MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122GM u l-kumbinazzjonijiet tal-eventi ĠM individwali kif preżenti fil-proġenija segreganti biss. L-EFSA qieset li (i) il-qamħirrum MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu li mhux ġenetikament modifikat f’dawk li huma effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew l-ambjent, u (ii) ma jkunx hemm raġuni bijoloġika għalfejn dak li jkun jistenna li kwalunkwe sottokumbinazzjonijiet li joriġinaw minn dan l-OĠM dderivat minn trasformazzjoni multipla fil-proġenija segreganti għandhom iqajmu tħassib ta’ sikurezza fil-kuntest tal-użijiet maħsuba tiegħu.

(7)

Fl-10 ta’ Novembru 2011, fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA kkumplimentat l-opinjoni preċedenti tagħha biex tkopri l-kombinazzjonijiet kollha ta’ eventi singli ĠM indipendentement mill-oriġini tagħhom. Il-Bord tal-OĠM tal-EFSA qal li ma jaħsibx li hu probabbli li kwalunkwe kombinazzjoni ta’ eventi singli ĠM tal-qamħirrum MON89034, 1507, MON88017 u 59122 għandhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent, fil-kuntest tal-użu maħsub tagħhom. (5)

(8)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(9)

L-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali imressaq mill-applikant, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, huwa konformi mal-użi maħsuba koperti minn din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla MON89034 × MON88017 maize u 1507 × 59122 jikkombina żewġ eventi singli ĠM speċifiċi li jikkostitwixxu il-qamħirrum MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122. Dawn l-organiżmi ġenetikament modifikati derivati minn trasformazzjoni multipla diġà ġew awtorizzati (6). Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Marzu 2013, l-applikanti ċċaraw li l-applikazzjoni ma għadhiex tkopri dan il-qamħirrum ĠM.

(11)

Wara li jitqisu dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni.

(12)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OĠM kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi ġenetikament modifikati (7).

(13)

Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom il-qamħirrum MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122 jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu, inkluż il-kumbinazzjonijiet kollha possibbli tal-eventi singli ĠM. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti jintużaw fil-limiti tal-awtorizzazzjoni prevista b’din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li għandu fih jew li jikkonsisti mill-OĠM u prodotti oħra għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-OĠM li għalih tkun intalbet awtorizzazzjoni, għandu jkun ikkumplementat minn indikazzjoni ċara li l-prodotti inkwistjoni ma jistgħux jintużaw għall-kultivazzjoni.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (8), jistipula rekwiżiti għat-tikkettjar fl-Artikolu 4(6) għall-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti dwar it-traċċabilità fil-każ ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stabbiliti fil-paragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu 4 u fil-każ ta’ ikel u għalf prodotti minn OĠM huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(15)

Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom jippreżentaw rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(16)

L-opinjonijiet tal-EFSA ma jiġġustifikawx l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-immaniġġjar, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(17)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodottigħandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(18)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata permezz tal-Clearing-House tal-Bijosikurezza, lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (10).

(19)

Din id-Deċiżjoni tagħti awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti fi ħdan l-ambitu tal-applikazzjoni. Din id-Deċiżjoni, madankollu, ma tkoprix eventi singli ġenetikament modifikati u dawk il-kombinazzjonijiet ta’ eventi singli ġenetikament modifikati li huma diġà awtorizzati bid-Deċiżjonijiet 2005/772/KE, 2006/197/KE, 2007/702/KE, 2009/813/KE, 2009/814/KE, 2010/432/UE, 2011/365/UE u 2011/366/UE. L-operaturi għalhekk għandhom jagħtu attenzjoni lil fatt li, skont l-Artikoli 4(2) u/jew 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-OĠM kollha (eventi singli ġenetikament modifikati u l-kombinazzjonijiet ta’ eventi singli ġenetikament modifikati) li jikkomponu l-ħsad tal-qamħirrum MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122 jew il-ħsad ta’ wieħed mill-organiżmi ġenetikament modifikati derivati minn trasformazzjoni multipla l-oħra koperti b’din id-Deċiżjoni jridu jiġu awtorizzati sabiex jitqiegħdu fis-suq. Filkaż meta l-awtorizzazzjoni ta’ wieħed mill-OĠM li jikkomponu l-ħsad tal-qamħirrum MON89034 × 1507 × MON88017 × 59122 jew il-ħsad ta’ wieħed mill-organiżmi ġenetikament modifikati derivati minn trasformazzjoni multipla l-oħra koperti b’din id-Deċiżjoni tiskadi mingħajr applikazzjoni għal tiġdid jew l-awtorizzazzjoni tiġi sospiża jew irrevokata, il-prodotti ta’ dan il-ħsad ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq.

(20)

L-applikanti ġew ikkonsultati dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(21)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fi ħdan il-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu. Att ta’ implimentazzjoni kien meqjus neċessarju u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-Kumitat tal-Appelli għal iktar deliberazzjoni. Il-Kumitat tal-Appelli ma ressaqx opinjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu ġenetikament modifikati u identifikatur uniku

Kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004, dawn l-identifikaturi uniċi huma assenjati:

(a)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON89034 × 1507 × MON 88017 × 59122

Identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7;

(b)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON89034 × 1507 × MON 88017:

Identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3;

(c)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 89034 × 1507 × 59122:

Identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7;

(d)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 89034 × MON88017 × 59122:

Identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7;

(e)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) 1507 × MON 88017 × 59122:

Identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7

(f)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 89034 × 1507:

Identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1;

(g)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 89034 × 59122:

Identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-59122-7;

(h)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 1507 × MON 88017:

Identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3;

(i)

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 88017 × 59122:

Identifikatur uniku MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7.

Dan il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) huwa speċifikat fil-punt (b) tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn GMOs speċifikati minn identifikaturi uniċi tagħhom fl-Artikolu 1;

(b)

Għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott minn GMOs speċifikati minn identifikaturi uniċi tagħhom fl-Artikolu 1;

(c)

GMOs speċifikati mill-identifikaturi uniċi tagħhom fl-Artikolu 1 fi prodotti li fihom jew jikkonsistu minnhom għal kull użu ieħor għajr (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-koltivazzjoni.

Artikolu 3

It-tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodott u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum GMOs speċifikati mill-identifikaturi fl-Artikolu 1 bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

Artikolu 4

Is-sorveljanza tal-effetti ambjentali

1.   Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ b’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru Komunitarju

It-tagħrif stipulat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati tal-UE, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Detenturi tal-Awtorizzazzjoni

1.   Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:

(a)

Dow AgroSciences Ltd, ir-Renju Unit, li jirrappreżentaw Dow AgroSciences LLC, l-Istati Uniti tal-Amerika; u wkoll

(b)

Monsanto Europe S. A., il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, fl-Istati Uniti tal-Amerika.

2.   Iż-żewġ detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a)

Dow AgroSciences Ltd, European Development Centre, 3B Park Square, Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, United Kingdom u wkoll

(b)

Monsanto Europe S.A., Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussels, Belgium.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/813/KE tat-30 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON 89034 (MON-89Ø34-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 21); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/772/KE tat-3 ta’ Novembru 2005 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., linja 1507) modifikat ġenetikament sabiex jirreżisti ċerti pesti lepidopterani u sabiex jittollera l-erbiċida ammonju tal-glufosinat (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 42); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/197/KE tat-3 ta’ Marzu 2006 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li jkun fih, ikun jikkonsisti fi, jew li jkun prodott minn qamħirrum modifikat ġenetikament tal-linja 1507 (3xDAS- Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 82); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/365/UE tas-17 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/197/KE rigward it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ għalf diġà eżistenti magħmul minn qamħirrum immodifikat ġenetikament tal-linja 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 23.6.2011, p. 52); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/814/KE tat-30 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 88017 (MON-88Ø17-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009 p. 25); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/702/KE tal-24 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 285, 31.10.2007, p. 42).

(4)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?mistoqsija=EFSA-Q-2008-764

(5)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?mistoqsija=EFSA-Q-2011-01132

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/366/UE tas-17 ta’ Ġunju 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x MON 88017 (MON-89Ø34-3 x MON-88Ø17-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 23.6.2011, p. 55); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/432/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507x59122 (DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 4.8.2010, p. 11).

(7)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(8)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(9)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.

(10)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


ANNESS

(a)   L-Applikant u d-Detenturi tal-awtorizzazzjoni

Isem

:

Dow AgroSciences Ltd.

Indirizz

:

European Development Centre, 3B Park Square, Milton Park, Abingdon, Oxon OX14 4RN, United Kingdom

F’isem Dow AgroSciences LLC, 9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, l-Istati Uniti;

u wkoll

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell, il-Belġju

f’isem Monsanto Company - 800 N. Lindbergh Boulevard – St. Louis, Missouri 63167 - l-Istati Uniti tal-Amerika.

(b)   Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti

(1)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) kif speċifikat f’(e);

(2)

ikel li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott minn qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) kif speċifikat f’(e);

(3)

il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) kif speċifikat f’(e) fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li huma magħmula minnu għal kull użu ieħor għajr (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-koltivazzjoni.

Il-qamħirrum MON-89Ø34-3 li jesprimi proteini Cry1 A.105 u Cry2Ab2 li jagħtu protezzjoni kontra ċerti parassiti lepidotteri.

Il-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1 jesprimi l-proteina CRY1F li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara lepidotterani u tipproduċi l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċida glufosinat tal-ammonju.

Il-qamħirrum MON-88Ø17-3 jesprimi l-proteina Cry3Bb1 li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara koleopterani tipproduċi l-proteina CP4 EPSPS, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċida glufosinat.

Il-qamħirrum DAS-59122-7 jesprimi l-proteini Cry34Ab1 u Cry35Ab1 li jagħtu protezzjoni kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara lepidotterani u jipproduċu l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċida glufosinat tal-ammonju.

(c)   Tikkettar

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

(2)

Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum speċifikat fl-(e) bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

(d)   Metodi ta’ detezzjoni

Metodi speċifiċi għall-eventi ibbażati fuq il-PCR għal detezzjoni kwantitattiva fil-ħin reali ta’ qamħirrum ġenetikament modifikat MON-89Ø34-3, DAS-Ø15Ø7-1, MON-88Ø17-3 u DAS-59122-7; Il-metodi ta’ detezzjoni vvalidati fuq eventi singli u verifikati fuq MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7 jiffunzjonaw b’effikaċja komparabbli għal OĠM individwali kif speċifikat f’(e);

Il-metodu ta’ estrazzjoni tad-DNA ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx

Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF424 (for DAS-59122-7) u ERM®-BF418 (for DAS-Ø15Ø7-1) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue u AOCS 0906-E u AOCS 0406-A (għal MON-89Ø34-3) u AOCS 0406-D u AOCS 0406-A (għal MON-88Ø17-3)) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm

(e)   Identifikaturi partikolari

 

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7;

 

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3;

 

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7;

 

MON-89Ø34-3 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7;

 

DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7;

 

MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1;

 

MON-89Ø34-3 × DAS-59122-7;

 

DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3;

 

MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7.

(f)   Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara [għandu jimtela meta jiġi notifikat].

(g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: il-pjan se jiġi ppubblikat fuq l-Internet]

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki ser ikunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.


13.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Novembru 2013

li tapprova pjan ta’ tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa f’azjenda li żżomm il-papri kuluverti fil-Portugall u ċerti dispożizzjonijiet dwar il-movimenti tagħhom u l-prodotti tagħhom

(notifikata bid-dokument C(2013) 7310)

(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

(2013/651/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilqim kontra l-influwenza avjarja huwa pprojbit fit-territorju tagħhom, ħlief fejn jitwettaq tilqim ta’ emerġenza jew tilqim preventiv skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet rilevanti tal-Kapitolu IX ta’ dik id-Direttiva.

(2)

It-Taqsima 3 tal-Kapitolu IX tad-Direttiva 2005/94/KE tipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jintroduċu tilqim tat-tjur preventiv bħala miżura fit-tul biex jikkontrollaw din il-marda meta, huma jqisu fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, li ċerti partijiet tat-territorju tagħhom, tipi ta’ trobbija tat-tjur jew ċerti categoriji ta’ tjur miżmuma fil-magħluq huma esposti għar-riskju tal-influwenza avjarja.

(3)

L-Artikolu 52(1)(c) jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-vaċċini li għandhom jkunu użati għat-tilqim tat-tjur jew tal-għasafar oħra miżmuma fil-magħluq kontra l-influwenza avjarja għandhom jkunu awtorizzat skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(4)

Wara li kien hemm tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fl-2007 u fl-2008 f’xi rziezet fil-Portugall ċentrali u tal-punent, u b’mod partikolari f’azjendi fejn jitrabbew it-tjur maħsubin għall-istokkjar mill-ġdid ta’ tjur għall-kaċċa, twettaq pjan ta’ emerġenza għat-tilqim skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/285/KE (4) u l-marda ġiet eradikata.

(5)

Iżda skont ir-riżultati ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-papri tal-kuluverti ta’ valur għoli miżmuma għat-trobbija f’azjenda f’Vila Nova da Barquinha fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo, Ribatejo Norte, għadhom esposti għar-riskju potenzjali li jiġu infettati bl-influwenza avjarja, minħabba l-possibbiltà ta’ kuntatt indirett ma’ għasafar slavaġ.

(6)

Għalhekk il-Portugall ppreżenta lill-Kummissjoni pjan għall-approvazzjoni għal tilqima ta’ prevenzjoni kontra l-influwenza avjarja bħala miżura għal terminu ta’ żmien twil sal-31 ta’ Lulju 2009. Dak il-pjan ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/838/KE (5). Ġew approvati aktar pjanijiet ta’ tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa mressqa mill-Portugall bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/189/UE (6) u bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/110/UE (7).

(7)

Il-pjan għat-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa approvat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/110/UE ġie implimentat mill-Portugall sal-31 ta’ Lulju 2013. Kif previst fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Portugall ressaq rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. Dan ir-rapport wera li ċ-ċirkolazzjoni tal-virus rnexxilha tiġi evitata fil-qatgħat ta’ kuluverti imlaqqma kif ukoll f’azjendi tat-tjur li jinsabu fiż-żona tal-inħawi.

(8)

Fis-26 ta’ Awwissu 2013, il-Portugall issottometta pjan ġdid għat-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Dak il-pjan għandu jiġi applikat sal-31 ta’ Diċembru 2014 (“il-pjan għat-tilqim preventiv”).

(9)

Opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Alimentari fl-2005 (8), il-2007 (9) u l-2008 (10) kkonfermaw li t-tilqim preventiv huwa għodda siewja biex jikkomplementa l-miżuri ta’ kontroll għall-influwenza avjarja.

(10)

Barra minn hekk, biex tinstab ċirkolazzjoni passiva potenzjali tal-virus tal-marda Newcastle f’għasafar imlaqqma, is-sorveljanza u t-testjar tal-laboratorju f’azjenda fejn hemm il-papri kuluverti mlaqqma u l-għasafar sentinelli mhux imlaqqma għandhom isiru kif stipulat fil-pjan ta’ tilqim preventiv inkluż l-identifikazzjoni individwali ta’ dak it-tjur.

(11)

Huwa xieraq ukoll li jiġu introdotti ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-papri kuluverti mlaqqma, il-bajd għat-tifqis tagħhom u l-papri kuluverti li jitnisslu minn dawn it-tjur skont il-pjan preventiv ta’ tilqim. Minħabba n-numru żgħir ta’ papri kuluverti li hemm f’azjenda fejn se jitwettaq it-tilqim preventiv, kif ukoll għal raġunijiet ta’ loġistika u traċċabbiltà, il-papri kuluverti li jkunu ngħataw it-tilqima ma għandhomx jinħarġu mill-azjenda, iżda jridu jinqatlu meta jispiċċa ċ-ċiklu riproduttiv tagħhom b’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 (11) u jintremew b’mod sigur skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (12).

(12)

Il-Portugall ħa miżuri addizzjonali skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/605/KE (13) għall-kummerċ fit-tjur maħsub għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa.

(13)

Biex jitnaqqas l-impatt ekonomiku fuq l-azjenda kkonċernatagħandhom jiġu stipulati ċerti derogi mir-restrizzjonijiet ta’ moviment għall-papri kuluverti li jitnisslu minn papri kuluverti imlaqqma, sakemm dawn il-movimenti ma jżidux ir-riskju tat-tixrid tal-marda u sakemm titwettaq sorveljanza uffiċjali u jkun hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ fl-Unjoni.

(14)

Meta wieħed iqis il-qagħda epidemjoloġika fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-Portugall, ir-riskju assoċjat mat-tip ta’ azjenda kkonċernata u tal-ambitu limitat tal-pjan ta’ tilqim preventiv, il-pjan għandu jiġi approvat u jiġi implimentat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistipula ċerti miżuri li se jiġu applikati fil-Portugall f’ażjenda waħda fil-muniċipalità ta’ Vila Nova da Barquinha, fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo, Ribatejo Norte, fejn it-tilqim preventiv ta’ papri kuluverti (Anas platyrhynchos) maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa (‘papri kuluverti’) isir f’azjenda li tinsab esposta għar-riskju tal-introduzzjoni tal-virus tal-influwenza avjarja.

Dawk il-miżuri jinkludu:

(a)

ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment ġewwa l-Portugall u l-bgħit mill-Portugall tal-papri kuluverti mlaqqma, il-bajd għat-tifqis tagħhom u l-papri kuluverti li jitnisslu minnhom;

(b)

ir-rimi ta’ papri kuluverti mlaqqma.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għall-miżuri ta’ ħarsien li se jittieħdu mill-Portugall skont id-Direttiva 2005/94/KE u d-Deċiżjoni 2006/605/KE.

Artikolu 2

L-approvazzjoni tal-pjan ta’ tilqim preventiv

1.   Il-pjan għat-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-Portugall, kif imressaq mill-Portugall lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Awwissu 2013, ikun approvat sal-31 ta’ Diċembru 2014 (“il-pjan ta’ tilqim preventiv”).

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-pjan ta’ tilqim ta’ prevenzjoni fuq il-websajt tagħha.

Artikolu 3

Il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-pjan tat-tilqim preventiv

1.   Il-Portugall għandu jiżgura li l-pjan ta’ tilqim preventiv jiġi implimentat b’vaċċin monovalenti inattivat li fih is-sottotip H5 tal-influwenza avjarja awtorizzat skont id-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

2.   Il-Portugall għandu jiżgura li l-pjan ta’ tilqim preventiv jiġi implimentat kif innotifikat.

Artikolu 4

L-immarkar u r-restrizzjonijiet fuq il-moviment, it-tqassim u r-rimi ta’ papri kuluverti mlaqqma

Il-Portugall għandu jiżgura li l-papri kuluverti mlaqqma miżmuma fl-azjenda imsemmija fl-Artikolu 1(1):

(a)

ikunu mmarkati individwalment;

(b)

ma jittiħdux f’azjendi oħra tat-tjur fil-Portugall;

(c)

jinħarġu mill-Portugall.

Wara li jintemm il-perjodu reproduttiv tagħhom, dawn il-papri kuluverti għandhom jinqatlu fl-azjenda imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni b’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009, u l-karkassi tagħhom għandhom jintremew b’mod sikur skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Artikolu 5

Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment u t-tqassim ta’ bajd tat-tifqis tal-papri kuluverti li joriġinaw mill-azjenda imsemmi fl-Artikolu 1(1)

Il-Portugall għandu jiżgura li l-bajd tat-tifqis ġej mill-papri kuluverti li joriġinaw mill-azjenda imsemmija fl-Artikolu 1(1):

(a)

jiġu ttrasportati biss f’mafqas fil-Portugall:

(b)

ma jintbgħatux mill-Portugall.

Artikolu 6

Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment u l-bgħit ta’ papri kuluverti li jitnisslu minn papri kuluverti mlaqqma

1.   Il-Portugall għandu jiżgura li l-papri kuluverti li jitnisslu minn papri kuluverti ġenituri mlaqqma jinħarġu mill-azjenda imsemmija fl-Artikolu 1(1) biex jintbagħtu f’azjenda li tinsab f’żona madwar dik l-azjenda biss wara t-tifqis.

Dik iż-żona għandha tiġi stabbilita u identifikata mill-Portugall, kif stipulat fil-pjan ta’ tilqim preventiv.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-papri kuluverti li joħorġu minn papri kuluverti ġenituri mlaqqma u sakemm dawn ikollhom aktar minn erba’ xhur jistgħu:

(a)

jinħelsu f’ambjent selvaġġ fil-Portugall; jew

(b)

jintbagħtu ’l barra mill-Portugall, sakemm:

(i)

ir-riżultati tat-testijiet ta’ sorveljanza u tal-laboratorju kif stipulat fil-pjan ta’ tilqim preventiv, ikunu favorevoli;

(ii)

il-kundizzjonijiet għat-tqassim tat-tjur maħsuba għall-istokkjar mil-ġdid ta’ tjur tal-kaċċa stipulati fid-Deċiżjoni 2006/605/KE jkunu ssodisfati.

Artikolu 7

Iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni ta’ papri kuluverti mnissla minn papri kuluverti mlaqqma

Il-Portugall għandu jiżgura li ċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ intra-Unjoni tat-tjur maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa, li jakkumpanjaw il-papri kuluverti mibgħutha skont l-Artikolu 6(2)(b), ikunu jinkludu s-sentenza li ġejja:

“Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali f’din il-kunsinna jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/651/UE (*).

Artikolu 8

Rapporti

Il-Portugall għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tilqim preventiv fi żmien xahar mid-data tan-notifikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jressaq rapport kull sitt xhur fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

Artikolu 9

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 10

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(2)  Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/285/KE tad-19 ta’ Marzu 2008 dwar it-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri mallard fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u tal-prodotti tagħhom (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 37).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/838/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar it-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri mallard fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u tal-prodotti tagħhom (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 40).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/189/UE tad-29 ta’ Marzu 2010 dwar it-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri mallard fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u tal-prodotti tagħhom (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 62).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/110/UE tal-10 ta’ Frar 2012 dwar it-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri kuluverti fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u tal-prodotti tagħhom (ĠU L 50, 23.2.2012, p. 46).

(8)  Scientific Opinion on Animal health and welfare aspects of Avian Influenza (The EFSA Journal (2005) 266, 1-21).

(9)  Scientific Opinion on Vaccination against avian influenza of H5 and H7 subtypes in domestic poultry and captive birds (The EFSA Journal (2007) 489).

(10)  Scientific Opinion on Animal health and welfare aspects of avian influenza and the risks of its introduction into the EU poultry holdings (The EFSA Journal (2008) 715, 1-161).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/605/KE tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ kummerċ intrakomunitarju tat-tjur maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvista ta’ annimali tal-kaċċa (ĠU L 246, 8.9.2006, p. 12).