ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.297.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1071/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Settembru 2013
dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni)
(BĊE/2013/33)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1), 6(4) u 8 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ECB/2008/32) (3) ġie emendat b’mod sostanzjali. Peress illi jridu jsiru aktar emendi, b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropewa tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (4), huwa għandu jkun riformulat fl-interessi taċ-ċarezza. |
(2) |
Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha l-produzzjoni ta’ karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM). L-iskop prinċipali ta’ din l-informazzjoni huwa li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jingħata stampa statistika komprensiva tal-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”) li għandhom jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed. Din l-istatistika tkopri l-assi u l-passiv finanzjarju aggregat, bħala stokks u tranżazzjonijiet, fuq il-bażi ta’ settur tal-IFM u popolazzjoni li tirrapporta kompleti u omoġenji, u jiġu prodotti fuq bażi regolari. Dejta statistika f’dettall suffiċjenti hija wkoll meħtieġa biex tiggarantixxi l-utilità analitika kontinwa tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u tal-kontrapartijiet. |
(3) |
Il-BĊE huwa mitlub, b’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “Statut tas-SEBĊ”), li jagħmel regolamenti sa fejn hu neċessarju biex jimplimenta l-kompiti tas-SEBĊ kif definiti fl-Istatut tas-SEBĊ u f’xi każijiet kif stipulat fid-dispożizzjonijiet adottati mill-Kunsill bis-saħħa tal-Artikolu 129(4) tat-Trattat. |
(4) |
L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jitlob li l-BĊE, megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand l-operaturi ekonomiċi sabiex huwa jkun jista’ jidħol għall-kompiti tas-SEBĊ. L-Artikolu 5.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula li l-BĊNi jwettqu, sa fejn huwa possibbli, il-kompiti deskritti fl-Artikolu 5.1. |
(5) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar fil-limiti tal-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ operaturi li jirrapportaw mill-obbligi ta’ rapportar statistiku tiegħu. L-Artikolu 6(4) jistipola illi l-BĊE jista’ jadotta regolamenti li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi eżerċitat id-dritt għall-verifika jew it-twettiq tal-ġbir obbligatorju ta’ tagħrif statistiku. |
(6) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 jeżiġi li l-Istati Membri jorganizzaw ruħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkooperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ biex jiżguraw li jiġu sodisfatti l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
(7) |
Jista’ jkun xieraq għal BĊNi li jiġbru mingħand il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar it-tagħrif statistiku neċessarju biex jiġu sodisfatti l-obbligi statistiċi tal-BĊE bħala parti minn qafas ta’ rappurtar statistiku usa’ li l-BĊNi jistabbilixxu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew il-prattika stabbilita u li sservi ukoll għanijiet statistiċi oħrajn, sakemm ma jiġix mhedded it-twettiq tal-obbligi statistiċi tal-BĊE. Dan jista’ wkoll inaqqas il-piż tar-rappurtar. Sabiex titrawwem it-trasparenza, huwa xieraq, f’dawn il-każijiet, li l-operaturi li jirrapportaw jiġu informati li d-dejta tinġabar għat-twettiq ta’ skopijiet statistiċi oħrajn. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ jistrieħ fuq tagħrif statistiku miġbur għal dawn l-iskopijiet l-oħra sabiex jitwettqu l-obbligi tiegħu. |
(8) |
L-obbligi statistiċi huma l-aktar dettaljati fejn il-kontrapartijiet huma parti mis-settur taż-żamma tal-flus. Dejta dettaljata hija mitluba dwar: (a) passiv tad-depożiti skont is-subsettur u l-maturità kklassifikati aktar skont il-munita sabiex tkun permessa analiżi aktar mill-qrib tal-iżviluppi fil-komponenti ta’ munita barranija inklużi fl-aggregat monetarju M3 u biex jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet li jirrigwardaw il-grad ta’ sostitwibbiltà bejn il-munita barranija u l-komponenti denominati f’euro tal-M3; (b) self skont is-subsettur, il-maturità, l-iskop, l-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax u l-munita, billi din l-informazzjoni hija meqjusa essenzjali għal skopijiet ta’ analiżi monetarja; (c) pożizzjonijiet fir-rigward ta’ IFM oħra safejn ikun meħtieġ li jitħalla jsir netting ta’ bilanċi bejn IFM jew biex tiġi kkalkolata l-bażi ta’ riżerva; (d) pożizzjonijiet fir-rigward ta’ residenti li mhumiex miż-żona tal-euro (bqija tad-dinja) għal ‘depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn’, ‘depożiti mifdija b’notifika ta’ aktar minn sentejn’ u ‘riakkwisti’ sabiex tiġi kkalkolata l-bażi ta’ riżerva soġġetti għall-proporzjon ta’ riżerva pożittiva; (e) pożizzjonijiet fir-rigward tal-bqija tad-dinja għat-total tal-passiv tad-depożiti ta’ responsabbiltajiet sabiex jiġu kkompilati l-kontrapartijiet esterni; (f) passiv ta’ depożiti u self fir-rigward tal-bqija tad-dinja b’maturità oriġinali ta’ inqas minn jew iktar minn sena għal skopijiet ta’ bilanċ ta’ pagamenti u kontijiet finanzjarji. |
(9) |
Għall-iskop ta’ ġbir ta’ tagħrif statistiku dwar il-portafolji ta’ titoli ta’ IFM, bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) (5), il-BĊNi jirrapportaw kull trimestru fuq bażi ta’ titolu b’titolu. Il-BĊNi jistgħu jikkombinaw l-obbligi tar-rapportar f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) fejn dan jista’ jimminimizza l-piż tar-rapportar fuq l-istituzzjonijet ta’ kreditu. Il-BĊNi jistgħu jħallu l-fondi tas-swieq tal-flus (MMFs), jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-assi u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2013/38) (6) sabiex jitħaffef l-piż fuq il-maniġers tal-fondi. |
(10) |
Tranżazzjonijiet finanzjarji huma kkomputati mill-BĊE bħala d-differenza bejn il-pożizzjonijiet tal-istokks fid-dati tar-rappurtar tal-aħħar tax-xahar, li minnha jitneħħa l-effett tal-bidliet li jirriżultaw minħabba influwenzi li ma jkunux tranżazzjonijiet. L-obbligu indirizzat lill-operaturi li jirrapportaw ma tkoprix it-tibdil fir-rati tal-kambju, li huwa kkalkolat mill-BĊE, jew minn BĊNi wara li jikkonsultaw il-BĊE, minn dejta tal-istokk munita b’munita mogħtija mill-operaturi li jirrapportaw, jew l-aġġustamenti ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid, li jinġabru mill-BĊNi stess permezz ta’ sorsi varji ta’ informazzjoni li huma diġà disponibbli. |
(11) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 jagħti s-setgħa lill-BĊE li jadotta regolamenti jew deċiżjonijiet sabiex jeżenta istituzzjonijiet mill-ħtiġijiet ta’ riżerva minima, biex jispeċifika l-modalitajiet biex jeskludu jew inaqqsu l-passiv dovut lil xi istituzzjoni oħra mill-bażi ta’ riżerva, u biex jistabbilixxi proporzjonijiet ta’ riżerva differenti għal kategoriji speċifiċi ta’ passiv. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98, il-BĊE għandu d-dritt li jiġbor it-tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ ħtiġijiet ta’ riżerva minima mingħand l-istituzzjonijiet, u biex jivverifika l-eżattezza u l-kwalità tat-tagħrif li jipprovdu l-istituzzjonijiet sabiex tintwera konformità mal-ħtiġijiet ta’ riżerva minima. Sabiex jitnaqqas il-piż totali tar-rappurtar totali, huwa mixtieq li jintuża t-tagħrif statistiku li għandu x’jaqsam mal-karta tal-bilanċ ta’ kull xahar għall-kalkolu regolari tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (7). |
(12) |
Hemm bżonn li jiġu ddeterminati proċeduri speċifiċi biex jiġu applikati fil-każ ta’ fużjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jiġu kkjarifikati l-obbligi ta’ dawn l-istituzzjonijiet fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ riżerva. |
(13) |
Il-BĊE jitlob tagħrif dwar l-attivitajiet ta’ titolizzazzjoni ta’ IFM sabiex jinterpreta żviluppi fil-kreditu u fis-self fiż-żona tal-euro. Dan it-tagħrif jikkumplimenta wkoll it-tagħrif rapportat taħt ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (8). |
(14) |
Filwaqt illi huwa rikonoxxut illi regolamenti adottati mill-BĊE bis-saħħa tal-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu l-ebda dritt jew ma jimponu l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm lill-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, timplika obbligu sabiex fil-livell nazzjonali jitfasslu u jiġu implimentati l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex isir il-ġbir tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jitwettqu l-obbligi tar-rapportar statistiku u t-tħejjijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri taż-żona tal-euro. |
(15) |
L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw. |
(16) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi li l-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq l-operaturi li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar statistiku stabbiliti fir-regolamenti jew fid-deċiżjonijiet tal-BĊE, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (IFM) tfisser impriża residenti li tappartjeni lil xi wieħed mis-setturi li ġejjin:
|
(b) |
“operatur li jirrapporta” u “residenti” għandhom l-istess tifsira kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
(c) |
“BĊN relevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih IFM hija residenti; |
(d) |
“korporazzjoni finanzjarja vettura (FVC)” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40); |
(e) |
“titolizzazzjoni” tfisser transazzjoni li hija jew: (a) titolizzazzjoni tradizzjonali kif iddefinita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u/jew (b) titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40), li tinvolvi ċ-ċessjoni ta’self li qiegħed titolizzat lil FVC; |
(f) |
“istituzzjoni ta’ flus elettroniċi” u “flus elettroniċi” għandhom l-istess tifsira kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
(g) |
“tnaqqis fil-valur” tfisser it-tnaqqis dirett tal-ammont riportat tas-self fuq il-karta tal-bilanċ minħabba l-indeboliment tiegħu; |
(h) |
“kanċellazzjoni” tfisser tnaqqis fil-valur tal-ammont sħiħ riportat fis-self li jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-karta tal-bilanċ; |
(i) |
“servizzjant” tfisser IFM li tiġġestixxi self sottostanti għal titolizzazzjoni jew self li ġie ttrasferit b’xi mod ieħor f’termini tal-ġbir ta’ kapitali u ta’ imgħax mingħand id-debituri; |
(j) |
“ċessjoni ta’ self” tfisser it-trasferiment ekonomiku ta’ self jew pul ta’ self mill-operatur li jirrapporta lil ċessjonarju, miksub jew permezz ta’ trasferiment ta’ sjieda jew b’sub-parteċipazzjoni; |
(k) |
“akkwist ta’ self” tfisser it-trasferiment ekonomiku ta’ self jew ġabra ta’ self mit-trasferitur lill-operatur li jirrapporta, miksub jew permezz ta’ trasferiment ta’ sjieda jew b’sub-parteċipazzjoni; |
(l) |
“pożizzjonijiet intra-grupp” tfisser pożizzjonijiet bejn korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti fiż-żona tal-euro li jappartjenu għall-istess grupp, li jikkonsisti minn korporazzjoni prinċipali u l-membri tal-grupp residenti fiż-żona tal-euro li huma kkontrollati minnha direttament jew indirettament; |
(m) |
“istituzzjoni tad-‘denb’ ” tfisser IFM żgħira li tkun ingħatat deroga bis-saħħa tal-Artikolu 9(1); |
(n) |
“irtirar tar-rikonoxximent” tfisser it-tneħħija ta’ self jew ta’ parti minnu mill-istokks irrappurtati b’konformità ma’ Partijiet 2 u 3 tal-Anness I, inkluż it-tneħħija tiegħu minħabba l-applikazzjoni ta’ deroga msemmija fl-Artikolu 9(4). |
Artikolu 2
Identifikazzjoni ta’ MMFs
Impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkonformaw ma’ dawn kollha li ġejjin jiġu ttrattati bħala MMFs, fejn huma:
(a) |
isegwu l-għan tal-investiment li jinżamm il-kapital ta’ fond u jingħata rendiment skont ir-rati ta’ imgħax ta’ strumenti tas-suq tal-flus; |
(b) |
jinvestu fi strumenti tas-suq tal-flus li jikkonformaw mal-kriterji għall-istrumenti tas-suq tal-flus stipulati fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (11), jew depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew, bħala alternattiva, jiżguraw illi l-likwidità u l-valutazzjoni tal-portafoll li jinvestu fih jiġu evalwati fuq bażi ekwivalenti; |
(c) |
jiżguraw illi l-istrumenti tas-suq tal-flus li jinvestu fihom ikunu ta’ kwalità għolja, kif determinat mill-kumpanija għall-ġestjoni. Il-kwalità ta’ strument tas-suq tal-flus għandha tiġi kkunsidrata, inter alia, fuq il-bażi tal-fatturi li ġejjin:
|
(d) |
jiżguraw illi l-portafoll tagħhom ikollu maturità b’medja ppeżata (WAM – weighted average maturity) ta’ mhux aktar minn sitt xhur u tul tal-medja ppeżata (WAL – weighted average life) ta’ mhux aktar minn 12-il xahar (b’konformità mal-Anness I, Parti 1, Taqsima 2); |
(e) |
jipprovdu valur nett tal-assi (NAV) ta’ kuljum u kalkolu tal-prezz tal-ishma/unitajiet tagħhom, u sottoskrizzjoni u fidi ta’ ishma/unitajiet ta’ kuljum; |
(f) |
jillimitaw l-investiment fit-titoli għal dawk b’maturità residwa sad-data tal-fidi legali ta’ anqas minn jew ekwivalenti għal sentejn, sakemm iż-żmien li jkun baqa’ sad-data li jmiss li fiha tiġi iffissata mill-ġdid ir-rata ta’ imgħax ikun anqas minn jew ekwivalenti għal 397 jum filwaqt li t-titoli b’rata varjabbli għandhom jiġu ffissati mill-ġdid għal rata jew indiċi tas-suq tal-flus; |
(g) |
jillimitaw l-investiment f’impriżi ta’ investiment kollettiv oħrajn għal dawk li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ MMFs; |
(h) |
ma jesponux ruħhom direttament jew indirettament għall-ekwità jew komoditajiet, inkluż permezz ta’ derivattivi u li jużaw biss id-derivattivi skont l-istrateġija għall-investiment fis-suq tal-flus tal-fond. Derivattivi li jesponu l-kambju barrani jistgħu jintużaw biss għal skopijiet ta’ hedging. Investiment f’titoli li mhumiex f’munita bażi huwa permess sakemm l-iskopertura tal-munita tkun iħħeġġjata kollha; |
(i) |
għandhom NAV kostanti jew varjabbli. |
Artikolu 3
Popolazzjoni attwali li tirapporta
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti fl-IFM residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (konformi ma’ Parti 1 ta’ Anness II).
2. L-IFM fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandhom ikunu soġġetti għal obbligi ta’ rapportar statistiku komprensiv sakemm ma tapplikax deroga mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 9.
3. Entitajiet li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ IFM għandhom jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament anki jekk ikunu esklużi mill-iskop tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4. Għall-iskop tal-ġbir ta’ tagħrif statistiku dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF kif speċifikat fit-Taqsima 5.7 ta’ Parti 2 ta’ Anness I, il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti ukoll minn intermedjarji finanzjarji oħra minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (“IFO”), mingħajr ħsara għal derogi skont l-Artikolu 9(2)(c). Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jistabilixxu u jżommu lista ta’ IFO li jirrapportaw skont il-prinċipji stipulati fit-Taqsima 5.7 ta’ Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 4
Lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi
1. Il-Bord Eżekuttiv jistabbilixxi u jżomm lista tal-IFM għal skopijiet statistiċi, filwaqt li jqis obbligi fir-rigward tal-frekwenza u l-puntwalità li jirriżultaw mill-użu tiegħu fil-kuntest tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE. Il-lista tal-IFM għal skopijiet statistiċi għandha tinkludi nota dwar jekk humiex suġġetti għas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE. Il-lista tal-IFM għandha tkun aġġornata, preċiża u omoġenja kemm jista’ jkun u stabbli biżżejjed għal skopijiet statistiċi.
2. Il-lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi u l-aġġornamenti tagħha għandhom isiru aċċessibbli mill-BĊNi u l-BĊE għall-operaturi li jirrapportaw b’mod xieraq, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, permezz tal-Internet jew, fuq talba tal-operaturi li jirrapportaw, fuq il-karta.
3. Il-lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi għandha tkun biss għal skopijiet ta’ tagħrif. Madankollu, jekk l-aħħar verżjoni aċċessibbli tal-lista ma tkunx korretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi entità li ma twettaqx sew l-obbligi tagħha tar-rapportar statistiku sakemm din tkun fdat in bona fede fuq il-lista mhux korretta.
Artikolu 5
Obbligi ta’ rapportar statistiku
1. Il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar għandha tirrapporta lill-BĊN tal-Istat Membru li fih hija residenti l-IFM: (a) stokks ta’ kull xahar li jirrigwardaw il-karta tal-bilanċ tal-aħħar tax-xahar; u (b) aġġustamenti fir-rivalutazzjoni aggregati ta’ kull xahar. Aġġustamenti fir-rivalutazzjoni aggregati għandhom jiġu rrapportati fir-rigward ta’ kanċellazzjoni ta’ self u tnaqqis fil-valur ta’ self li jikkorrispondi għas-self u li jkopri r-rivalutazzjoni tal-prezz ta’ titoli. Aktar dettalji dwar ċerti punti tat-tagħrif fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu rrapportati kull trimestru jew kull sena. Il-BĊNi jistgħu jiġbru d-dejta trimestrali fuq bażi ta’ kull xahar jekk dan jiffaċilita l-proċess tal-produzzjoni tad-dejta. It-tagħrif statistiku meħtieġ huwa speċifikat fl-Anness I.
2. Il-BĊNi jistgħu jiġbru t-tagħrif statistiku meħtieġ dwar titoli maħruġa u miżmuma mill-IFM fuq bażi ta’ titolu b’titolu, sakemm id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 tkun tista’ tiġi derivata b’konformità mal-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness IV.
3. L-IFM għandhom jirrapportaw, skont l-obbligi minimi stipulati fit-Tabella 1 A tal-Parti 4 tal-Anness I, l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar fir-rigward tas-sett sħiħ tad-dejta mitlub mill-BĊE. Il-BĊNi jistgħu jiġbru dejta addizzjonali li mhijiex koperta mill-obbligi minimi. Din id-dejta addizzjonali tista’ tirreferi għat-tqassim imniżżel fit-Tabella 1 A li ma jkunx tal-“obbligi minimi”.
4. Il-BĊE jista’ jitlob ukoll tagħrif li jispjega l-aġġustamenti fir-“riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħrajn” miġbura mill-BĊNi.
5. Il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet fuq l-operaturi li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika (12).
Artikolu 6
Obbligi ta’ rapportar statistiku addizzjonali għal titolizzazzjonijiet ta’ self u trasferimenti oħra ta’ self
L-IFM għandhom jirrapportaw dan li ġej:
(a) |
il-fluss nett ta’ titolizzazzjonijiet ta’ self u trasferimenti oħra ta’ self imwettaq matul il-perijodu ta’ rapportar, b’konformità ma’ Taqsima 2 ta’ Parti 5 ta’ Anness I; |
(b) |
l-ammont pendenti fl-aħħar tal-perijodu u tranżazzjonijiet finanzjarji bl-esklużjoni ta’ tneħħija ta’ self u akkwisti matul il-perijodu relevanti fir-rigward ta’ self titolizzat u li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent li għalihom l-IFM tagħmilha ta’ servizzjatur b’konformità ma’ Taqsima 3 ta’ Parti 5 ta’ Anness I. Il-BĊNi jistgħu jestendu dawn l-obbligi ta’ rapportar lil self li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu li jkun jingħata s-servizz minn IFM li jkun ġie titolizzat jew ittrasferit b’mod ieħor; |
(c) |
l-ammont pendenti fl-aħħar tat-trimestru fir-rigward tas-self kollu li għalih l-IFM jagħti s-servizz f’titolizzazzjoni, b’konformità ma’ Taqsima 4 ta’ Parti 5 ta’ Anness I; |
(d) |
meta jkunu qed japplikaw l-Istandard Internazzjonali ta’ Kontabilità 39 (IAS 39), l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9 (IFRS 9) jew regoli simili nazzjonal ta’ kontabilità, l-ammont tal-aħħar tal-perijodu li jkun pendenti fir-rigward ta’ self allokat permezz ta’ titolizzazzjoni li ma jkunx ġie irtirat ir-rikonoxximent tagħha mill-karta tal-bilanċ, b’konformità ma Taqsima 5 ta’ Parti 5 tal-Anness I. |
Artikolu 7
Tempestività
1. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta u b’liema perjodiċità jeħtieġu li jirċievu d-dejta mingħand l-operaturi li jirrapportaw sabiex jilħqu l-iskadenzi stipulati aktar ‘l isfel, billi jqisu, fejn relevanti, l-obbligi tat-tempestività tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, u għandhom jinfurmaw lill-operaturi li jirrapportaw f’dan is-sens.
2. Il-BĊNi għandhom jittrażmettu l-istatistika ta’ kull xahar lill-BĊE sal-għeluq tan-negozju fil-15-il jum ta’ xogħol wara l-aħħar tax-xahar li għalih tirreferi.
3. Il-BĊNi għandhom jittrasmettu l-istatistika ta’ kull trimestru lill-BĊE sal-għeluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara l-aħħar tat-trimestru li għalih tirreferi.
Artikolu 8
Regoli ta’ kontabilità għal skopijiet ta’ rapportar statistiku
1. Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-regoli tal-kontabiltà segwiti minn IFM għall-iskopijiet tar-rapportar skont dan ir-Regolament huma dawk stabbiliti fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (13), kif ukoll f’ kull standard internazzjonali ieħor applikabbli.
2. Il-passiv tad-depożiti u s-self għandhom jiġu rrapportati skont l-ammont tal-kapital pendenti fl-aħħar tax-xahar. Kanċellazzjonijiet u tnaqqis fil-valur kif iddeterminati mill-prattiċi ta’ kontabilità relevanti għandhom jiġu esklużi minn dan l-ammont. Il-passiv tad-depożiti u s-self m’għandhomx ikunu nnettjati kontra kull attiv u passiv ieħor.
3. Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti ta’ netting l-aktar użati fl-Istati Membri fiż-żona tal-euro, l-attiv u l-passiv finanzjarju kollha għandhom jiġu rrapportati fuq bażi gross għal skopijiet statistiċi.
4. Il-BĊNi jistgħu jħallu r-rapportar ta’ self kopert wara li jitnaqqsu l-koperturi u r-rapportar ta’ self mixtri skont il-prezz miftiehem fil-ħin tal-akkwist tagħhom, sakemm dawn il-prattiċi tar-rapportar ikunu applikati mill-operaturi kollha residenti li jirrapportaw.
Artikolu 9
Derogi
1. Derogi jistgħu jingħataw lil IFM żgħar, kif ġej:
(a) |
BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFM żgħar, sakemm l-kontribuzzjoni kkombinata tagħhom għall-karta tal-bilanċ nazzjonali tal-IFM f’termini ta’ stokks ma jaqbiżx il-5 %; |
(b) |
fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-derogi msemmija fil-punt (a) għandhom ikollhom l-effett li jnaqqsu l-obbligi tar-rapportar statistiku ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom japplikaw dawn id-derogi mingħajr ħsara għall-obbligi ta’ kalkolu ta’ riżervi minimi kif stipulat fl-Anness III; |
(c) |
fir-rigward ta’ IFM żgħar, fejn tapplika deroga msemmija f’punt (a), il-BĊNi għandhom ikomplu, bħala minimu, jiġbru d-dejta relatata mal-karta tal-bilanċ totali tal-anqas ta’ kull sena sabiex il-kontribuzzjoni kkombinata lill-karta tal-bilanċ nazzjonali tal-IFM tal-istituzzjonijiet tad-“denb” tista’ tiġi mmonitorjata; |
(d) |
mingħajr ħsara għall-punt (a), il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jibbenefikawx mir-reġim stipulat fil-punti (a) u (b) bl-effett li jitnaqqsu l-obbligi tar-rapportar tagħhom għal dawk stipulati fil-Parti 6 tal-Anness I, sakemm il-kontribuzzjoni kkombinata tagħhom lill-karta tal-bilanċ nazzjonali tal-IFM f’termini ta’ stokk la taqbeż l-10 % tal-karta tal-bilanċ nazzjonali tal-IFM u lanqas il-1 % tal-karta tal-bilanċ taż-żona tal-euro tal-IFM; |
(e) |
Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (d) malajr sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, xi deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena; |
(f) |
IFM żgħar jistgħu jagħżlu li ma jużawx id-derogi u li minflok iwettqu l-obbligi tar-rapportar kollha. |
2. Derogi jistgħu jingħataw lil MMFs żgħar minn BĊNi, kif ġej:
(a) |
BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MMFs mill-obbligi tar-rapportar statistiku stipulati fl-Artikolu 5(1) sakemm l-MMFs minflok jirrapportaw dejta tal-karta ta’ bilanċ b’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38), suġġett għall-obbligi li ġejjin:
|
(b) |
Il-BĊNi jistgħu wkoll jagħtu derogi lil MMFs mill-obbligi tar-rapportar statistiku li ġejjin:
|
(ċ) |
BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tal-obbligi tar-rapportar statistiku f’dak li jirrigwarda r-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet tal-MMF:
|
3. Id-derogi jistgħu jingħataw lil IFM fir-rigward tar-rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalutazzjoni, kif ġej:
(a) |
mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi rigward ir-rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalutazzjoni lill-MMFs, filwaqt li jneħħu lill-MMFs kull obbligu li jirrapportaw l-aġġustamenti fir-rivalutazzjoni; |
(b) |
Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tal-frekwenza u t-tempestività tar-rapportar ta’ rivalutazzjonijiet fil-prezz ta’ titoli u jitolbu din id-dejta fuq bażi trimestrali u bl-istess tempestività bħal tad-dejta tal-istokk irrapportata fuq bażi trimestrali, mingħajr ħsara għall-obbligi li ġejjin:
|
(c) |
Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tar-rapportar tar-rivalutazzjonijiet fil-prezz ta’ titoli, inkluż l-għoti ta’ eżenzjoni sħiħa minn kull rapportar bħal dan, lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportaw l-istokks tat-titoli ta’ kull xahar fuq bażi ta’ titolu b’titolu, mingħajr ħsara għall-obbligi li ġejjin:
|
4. Jistgħu jingħataw derogi lil IFM fir-rigward tar-rapportar statistiku ta’ self li huwa allokat permezz ta’ titolizzazzjoni.
IFM li japplikaw l-Istandard Internazzjonali ta’ Kontabilità 39 (IAS 39), l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 9 (IFRS 9) jew regoli ta’ kontabilità nazzjonali simili jistgħu jkunu permessi mill-BĊN tagħhom sabiex jeskludu mill-istokks mitluba minn Partijiet 2 u 3 tal-Anness I kull self allokat permezz ta’ titolizzazzjoni skont il-prattika nazzjonali, sakemm din il-prattika tiġi applikata mill-IFM residenti kollha.
5. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFM fir-rigward tar-rapportar ta’ ċerti stokks trimestrali relatati ma’ Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro.
Jekk il-figuri miġbura f’livell aktar għoli ta’ aggregazzjoni juru li l-pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontrapartijiet residenti f’xi Stat Membru li mhuwiex fiż-żona tal-euro jew il-pożizzjonijiet fil-konfront tal-munita ta’ Stat Membru li mhuwiex fiż-żona tal-euro huma mingħajr importanza, BĊN jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx rapportar fir-rigward ta’ dan l-Istat Membru. Il-BĊN għandu jinforma lill-operaturi li jirrapportaw tiegħu b’kull deċiżjoni bħal din.
Artikolu 10
Standards minimi u arranġamenti ta’ rapportar nazzjonali
1. L-operaturi li jirrapportaw għandhom jikkonformaw mal-obbligi tar-rapportar statistiku li għalihom huma suġġetti b’konformità mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali tar-rapportar b’konformità mal-ħtiġijiet nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jagħtu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu verifika preċiża li jintlaħqu l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet kif speċifikat fl-Anness IV.
Artikolu 11
Fużjonijet, diviżjonijet u rijorganizzazzjonijiet
Fil-każ ta’ fużjoni, diviżjoni jew kull rijorganizzazzjoni oħra li tista’ taffettwa t-twettiq tal-obbligi statistiċi tiegħu, l-operatur li jirrapporta kkonċernat għandu jgħarraf lill-BĊN rilevanti, ladarba tkun saret pubblika l-intenzjoni li tiġi implimetata operazzjoni bħal din u f’ħin raġonevoli qabel ma tidħol fis-seħħ, bil-proċeduri ppjanati sabiex jitwettqu l-obbligi ta’ rapportar statistiku stipulati f’dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Użu tat-tagħrif statistiku rrapportat għall-iskop ta’ riżervi minimi
1. It-tagħrif statistiku rrapportat minn istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konformità ma’ dan ir-Regolament jintuża minn kull istituzzjoni ta’ kreditu biex tikkalkula l-bażi ta’ riżerva tagħha b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). B’mod partikolari, kull istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża dan it-tagħrif biex tivverifika t-twettiq tal-ħtieġa tagħha għal riżerva matul il-perijodu taż-żamma.
2. Id-dejta tal-bażi ta’ riżerva għall-istituzzjonijiet tad-“denb” għal tliet perijodi ta’ żamma ta’ riżerva għandha tkun ibbażata fud dejta tat-tmiem tat-trimestru miġbura mill-BĊNi fi żmien 28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih jirreferu.
3. Ir-regoli speċjali dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE stipulati fl-Anness III għandhom jipprevalu fuq kull dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) f’każ ta’ kunflitt.
4. Sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġjar tal-likwidità tal-BĊE u tal-istituzzjonijet ta’ kreditu, il-ħtiġijiet ta’ riżerva għandhom jiġu kkonfermati sa mhux iktar tard mill-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma; madankollu b’mod eċċezzjonali jista’ jkun meħtieġ li l-istituzzjonijet ta’ kreditu jirrapportaw reviżjonijet lill-bażi ta’ riżerva jew ħtiġijiet ta’ riżerva li jkunu ġew ikkonfermati. Il-proċeduri għal konferma jew ir-rikonoxximent tal-ħtiġijiet ta’ riżerva huma mingħajr ħsara għall-obbligu biex operaturi li jirrapportaw dejjem jirrapportaw tagħrif statistiku korrett u li jirrevedu, mill-aktar fis possibli, kull tagħrif statistiku mhux korrett li jkunu diġà rrapportaw.
Artikolu 13
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt biex jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju t-tagħrif li l-operaturi li jirrapportaw huma mitluba jagħtu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊE li jeżerċità dawn id-drittijiet huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar ma tissodisfax l-istandards minimi tat-trażmissjoni, l-eżattezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 14
L-ewwel rapportar
1. L-ewwel rapportar bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament jibda bid-dejta għal Diċembru 2014.
2. L-ewwel rapportar skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ ċelloli li jikkorrispondu għall-Istati Membri taż-żona tal-euro fit-Tabella 3 ta’ Parti 3 ta’ Anness I għandu jibda bl-ewwel dejta trimestrali wara d-data li fiha jadottaw l-euro.
3. L-ewwel rapportar skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ ċelloli li jikkorrispondu għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fit-Tabelli 3 u 4 ta’ Parti 3 ta’ Anness I għandu jibda bl-ewwel dejta trimestrali wara d-data tad-dħul tagħhom fl-Unjoni. Jekk il-BĊN relevanti jiddeċiedi li ma jitlobx l-ewwel rapportar ta’ dejta mhux sinifikanti li tibda bl-ewwel dejta trimestrali wara d-data tad-dħul fl-Unjoni tal-Istat Membru jew Stati Membri relevanti, ir-rapportar jibda 12-il xahar wara li l-BĊN jinforma lill-operaturi li jirrapportaw li d-dejta hija meħtieġa.
Artikolu 15
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) huwa mħassar b’effett minn Jannar 2015.
2. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 16
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.
(3) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.
(4) ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.
(5) ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6.
(6) Ara paġna 73 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(7) ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.
(8) Ara paġna 107 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(9) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(10) ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.
(11) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(12) ĠU L 266, 28.8.2010, p. 48.
(13) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.
ANNESS I
ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI MONETARJI U OBBLIGI TA’ RAPPORTAR STATISTIKU
Introduzzjoni
Is-sistema statistika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “l-Istati Membri taż-żona tal-euro” li tkopri l-karta tal-bilanċ tas-settur finanzjarju monetarju (IFM) tinkludi ż-żewġ elementi prinċipali li ġejjin:
(a) |
lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi (ara l-Parti 1 għall-identifikazzjoni ta’ ċerti IFM); u |
(b) |
speċifikazzjoni tat-tagħrif statistiku rrapportat minn dawn l-IFM fi frekwenza ta’ kull xahar, trimestrali u annwali (ara l-Partijiet 2, 3, 4, 5, 6 u 7). |
Bl-iskop li jinkiseb it-tagħrif kollu dwar il-karti tal-bilanċ tal-IMF, huwa ukoll neċessarju li jiġu imposti ċerti obbligi ta’ rapportar statistiku fuq fondi ta’ investiment (FI) li mhumiex MMF u fuq intermedjarji finanzjarji oħrajn minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet (minn hawn ‘il quddiem ‘IFO’), meta jaġixxu fil-kuntest ta’ attivitajiet finanzjarji li jinvolvu ishma/unitajiet tal-fondi fis-suq tal-flus (MMF – money market fund). Dan it-tagħrif statistiku jinġabar mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) mingħand l-IFM u mingħand l-FI u l-IFO, b’konformità mal-Parti 2 u skont l-arranġamenti nazzjonali li jiddependu fuq id-definizzjonijiet armonizzati u l-klassifikazzjonijiet armonizzati stipulati fl-Artikolu 1 u fl-Anness II.
L-istokk tal-flus jinkludi karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni u passiv monetarju ieħor (depożiti u strumenti finanzjarji oħra li huma sostituti mill-qrib għal depożiti) tal-IFM. Il-kontrapartijiet tal-istokk tal-flus jinkludi l-partiti l-oħrajn kollha fil-karta tal-bilanċ tal-IFM. Il-BĊE jikkompila wkoll tranżazzjonijiet finanzjarji derivati mill-istokks u minn dejta oħra, inkluża d-dejta dwar l-aġġustament tar-rivalutazzjoni rrapportata minn IFM (ara Parti 5).
It-tagħrif statistiku mitlub mill-BĊE huwa mogħti fil-qosor fil-Parti 8.
PARTI 1
Identifikazzjoni ta’ ċerti IFM
TAQSIMA 1
Identifikazzjoni ta’ ċerti IFM fuq il-bażi tal-prinċipji tas-sostitwibbilità ta’ depożiti
1.1. |
Istituzzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu strumenti finanzjarji kkunsidrati bħala sostituti mill-qrib għal depożiti huma klassifikati bħala IFM sakemm jissodisfaw id-definizzjoni ta’ IFM f’aspetti oħra. Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji tas-sostitwibbiltà tad-depożiti, jiġifieri jekk il-passiv huwiex klassifikat bħala depożiti, li jiġi stabbilit mil-likwidità tagħhom, bil-kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ trasferibbiltà, konvertibbiltà, ċertezza u kummerċjabilità, u billi jitqiesu, fejn xieraq, it-termini tal-ħruġ tagħhom. Dawn il-kriterji għas-sostitwibbiltà tad-depożiti huma wkoll applikati biex jiġi determinat jekk passiv għandux jiġi kklassifikat bħala depożiti, sakemm ma jkunx hemm kategorija separata għal dan il-passiv. |
1.2. |
Għall-iskopijiet kemm tad-determinazzjoni tas-sostitwibbiltà tad-depożiti kif ukoll tal-klassifikazzjoni ta’ passiv bħala depożiti:
|
TAQSIMA 2
Speċifikazzjonjiet għall-kriterji għall-identifikazzjoni tal-MMFs:
Għall-iskop tal-Artikolu 2:
(a) |
l-istrument tas-suq tal-flus għandu jitqies bħala ta’ kwalita kreditizja għolja, jekk tkun ingħatat waħda mill-ogħla żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq żmien qasir disponibbli minn kull aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rikonoxxuta li tkun ikklassifikat l-istrument jew, jekk l-istrument mhuwiex ikklassifikat, ikun ta’ kwalità ekwivalenti kif determinat mill-proċess ta’ klassifikazzjoni intern tal-kumpanija għall-ġestjoni. Fejn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rikonoxxuta taqsam l-ogħla klassifikazzjoni fuq żmien qasir f’żewġ katergoriji, dawn iż-żewġ klassifikazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala kategorija waħda u għalhekk l-ogħla klassifikazzjoni disponibbli; |
(b) |
il-fond tas-suq tal-flus jista’, bħala eċċezzjoni għall-obbligu fil-punt (a), iżomm ħruġ sovran li huwa ta’ kwalità mhux anqas minn ta’ klassifika ta’ investiment, fejn “ħruġ sovran” tfisser strumenti tas-suq tal-flus maħruġin jew iggarantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew minn bank ċentrali ta’ Stat Membru, il-BĊE, l-Unjoni jew il-Bank Ewropew għall-Investiment; |
(c) |
meta jkun qed jiġi kkalkolat il-WAL għal titoli, inklużi strumenti finanzjarji strutturati, il-kalkolu tal-maturità huwa bbażat fuq il-maturità reżidwa sal-fidi legali tal-istrumenti. Madankollu, fejn strument finanzjarju jkollu opzjoni ta’ bejgħ integrata, id-data tal-eżerċitar tal-opzjoni ta’ bejgħ tista’ tintuża minflok il-maturità reżidwa legali biss jekk il-kundizzjonijet li ġejjin ikunu sodisfatti f’kull ħin:
|
(d) |
meta jkunu qed jiġu kkalkulati kemm il-WAL kif ukoll il-WAM, l-impatt tal-strumenti derivattivi finanzjarji, id-depożiti u t-tekniċi ta’ ġestjoni tal-portafoll effiċjenti għandhom jiġu kkunsidrati. |
(e) |
“maturità medja ppeżata” (WAM – weighted average maturity) tfisser kejl tat-tul ta’ żmien medju sal-maturità tat-titoli sottostanti kollha fil-fond ippeżat sabiex jirrifletti l-investimenti relattivi f’kull strument, bl-assunzjoni illi l-maturità ta’ strument b’rata varjabbli hija ż-żmien li għad baqa’ sakemm l-iffissa mill-ġdid li jmiss tar-rata ta’ imgħax għar-rata tas-suq tal-flus, minflok iż-żmien li għad baqa’ qabel ma jkollu jitħallas lura l-valur prinċipali tat-titolu. Fil-prattika, il-WAM jintuża biex titkejjel is-sensittività ta’ MMF għat-tibdil fir-rati ta’ imgħax tas-suq tal-flus; |
(f) |
“tul tal-ħajja tal-medja ppeżata” (WAL) għandha tfisser il-medja ppeżata tal-maturità li għad baqa’ għal kull titolu miżmum f’fond, jiġifieri ż-żmien sakemm jitħallas lura l-kapital kollu, filwaqt li jiġi injorat l-imgħax u mingħajr skont. Bil-kontra tal-kalkolu tal-WAM, il-kalkolu tal-WAL għal titoli b’rata varjabbli u strumenti finanzjarji strutturati ma jippermettix l-użu ta’ dati għall-iffissar mill-ġdid tar-rati tal-imgħax u minflok juża biss il-maturità finali ddikjarata ta’ titolu. Il-WAL jintuża biex jitkejjel ir-riskju ta’ kreditu, peress illi aktar ma jiġi rimandat fit-tul ir-rimborż tal-kapital, aktar ikun għoli r-riskju ta’ kreditu. Il-WAL jintuża wkoll biex jiġi limitat ir-riskju tal-likwidità; |
(g) |
“strumenti tas-suq tal-flus” tfisser strumenti li normalment jiġu nnegozjati fis-suq tal-flus li huma likwidi u li għandhom valur li jista’ jiġi determinat b’mod preċiż f’kull ħin; |
(h) |
“kumpanija għall-ġestjoni” tfisser kumpanija li n-negozju regolari tagħha huwa l-ġestjoni tal-portafoll ta’ MMF. |
PARTI 2
Il-karta tal-bilanċ (stokks ta’ kull xahar)
Biex jikkompila l-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontrapartijiet, il-BĊE jeħtieġ id-dejta tat-Tabella 1 kif ġej:
1. Kategoriji ta’ strumenti
(a) Passiv
Il-kategoriji ta’ strumenti relevanti huma: muniti fiċ-ċirkolazzjoni, passiv ta’ depożiti, ishma/unitajiet ta’ MMF maħruġa, titoli ta’ dejn maħruġa, kapital u riżervi u l-bqija tal-passiv. Sabiex jinfired il-passiv monetarju minn dak mhux monetarju, il-passiv tad-depożiti jinqasam ukoll f’depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti b’maturità miftiehma, depożiti mifdija b’avviż u ftehim ta’ riakkwist (repos). Ara d-definizzjonijiet fl-Anness II.
(b) Attiv
Il-kategoriji ta’ strumenti relevanti huma: flus kontanti, titoli ta’ dejn miżmuma, ekwità, ishma f’fond ta’ investiment, assi fissi u l-assi li jifdal. Ara d-definizzjonijiet fl-Anness II.
2. Kategorizzazzjoni skont il-maturità
L-iskadenzi tal-maturità oriġinali jipprovdu sostitut għad-dettall tal-istrument meta l-istrumenti finanzjarji ma jkunux kompletament paragunabbli bejn is-swieq.
(a) Passiv
Il-punti ta’ skadenza għall-faxex tal-maturità, jew għal perijodi ta’ avviż, huma: għal depożiti b’maturità miftiehma, b’maturità ta’ sena u ta’ sentejn meta jinħarġu; u għal depożiti li jinfdew b’avviż, b’avviż ta’ tliet xhur u ta’ sentejn. Ir-riakkwisti mhumiex ikkategorizzati skont il-maturità peress illi dawn normalment ikunu strumenti għal żmien qasir ħafna, jiġifieri b’maturità ta’ inqas minn tliet xhur meta jinħarġu. Titoli ta’ dejn maħruġa mill-IFM huma kkategorizzati f’dawk ta’ sena u dawk ta’ sentejn. L-ebda kategorizzazzjoni tal-maturità ma hija meħtieġa għal ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs.
(b) Attiv
Il-punti ta’ skadenza għall-faxex tal-maturità huma: għal self tal-IFM lil residenti taż-żona tal-euro (minbarra IFM) skont is-subsettur u wkoll għal self tal-IFM lil unitajiet domestiċi bhala skop, b’faxex ta’ maturità ta’ sena u ta’ ħames snin; u għal investimenti ta’ IFM f’titoli ta’ dejn maħruġin minn IFM oħrajn li jinsabu fiż-żona tal-euro, b’faxex ta’ maturita ta’ sena u sentejn biex jippermettu li l-investimenti inter-IFM jiġu nnettjati fil-kalkolu tal-aggregati monetarji.
3. Kategorizzazzjoni skont l-iskop u identifikazzjoni separata ta’ self lil proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali
Self lil unitajiet domestiċi u lil istituzzjonijiet mingħajr qliegħ li jservu lill-unitajiet domestiċi huma kkategorizzati aktar skont l-iskop tas-self (kreditu għall-konsum, self għal xiri ta’ dar, self ieħor). Fil-kategorija “self ieħor”, self mogħti lil proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali għandu jiġi identifikat separatament (ara d-definizzjonijiet tal-kategoriji ta’ strumenti f’Parti 2 tal-Anness II u d-definizzjonijiet tas-setturi f’Parti 3 tal-Anness II). Il-BĊNi jistgħu jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta’ identifikazzjoni separata ta’ self lil propjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali jekk dan is-self jikkostitwixxi inqas minn 5 % tas-self totali mill-Istat Membru taż-żona tal-euro lill-unitajiet domestiċi.
4. Kategorizzazzjoni skont il-munita
Għal partiti tal-karta tal-bilanċ li jistgħu jintużaw fil-kompilazzjoni ta’ aggregati monetarji, il-bilanċi f’euro għandhom jiġu identifikati separatament sabiex il-BĊE jkollu l-għażla li jiddefinixxi l-aggregati monetarji f’termini ta’ bilanċi ddenominati fil-valuti kollha kkombinati jew fl-euro waħedha.
5. Kategorizzazzjoni skont is-settur u r-residenza tal-kontropartijiet
5.1. |
Il-kompilazzjoni ta’ aggregati monetarji taż-żona tal-euro u ta’ kontrapartijiet teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ dawk il-kontrapartijiet li jinsabu fit-territorju taż-żona tal-euro li jifformaw is-settur taż-żamma tal-flus. Għal dan il-għan, il-kontrapartijiet li mhumiex IFM jinqasmu, kif stabbilit fis-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet riveduta (minn hawn ‘il quddiem ‘l-ESA 2010’) stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (ara Parti 3 tal-Anness II) fi gvern ġenerali (S. 13), bil-gvern ċentrali (S.1311) jkun identifikat separatament fil-passiv totali tad-depożiti, u setturi residenti oħra. Sabiex tiġi kkalkolata ta’ kull xahar disaggregazzjoni tas-settur tal-aggregati monetarji u l-kontrapartijiet ta’ kreditu, setturi residenti oħrajn huma kkategorizzati skont is-subsetturi li ġejjin: fondi ta’ investiment mhux ta’ MMF (S.124), intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet + awżiljari finanzjarji u istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus (S.125 + S.126 + S.127), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128), fondi tal-pensjonijiet (S.129), korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) u unitajiet domestiċi + instituzzjonijiet mingħajr qliegħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15). Issir distinzjoni addizzjonali għal kontropartijiet li huma FVCs u kontropartijiet ċentrali tal-ikklerjar, fi ħdan is-setturi kontroparti amalgamati (S.125 + S.126 + S.127). Għal proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali ara t-Taqsima 3. Fir-rigward tat-total tal-passiv tad-depożiti u l-kategoriji ta’ depożitu “depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn”, “depożiti mifdija b’avviż ta’ aktar minn sentejn” u “riakkwisti”, għandha ssir distinzjoni addizzjonali bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu, kontrapartijiet oħra tal-IFM u l-gvern ċentrali għal skopijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE. |
5.2. |
Fir-rigward tat-total tal-passiv tad-depożiti u l-kategorija tal-assi ‘tat-total tas-self’, issir distinzjoni addizzjonali għal banek ċentrali (S.121) u korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra l-bank ċentrali (S.122) u għall-bqija tal-banek dinjin u entitajiet li mhumiex banek sabiex jinftehmu aħjar il-politiki tas-self u l-iffinanzjar fis-settur bankarju u biex attivitajiet interbankarji jiġu mmonitorjati aħjar. |
5.3. |
Fir-rigward ta’ pożizzjonijiet intragrupp, issir distinzjoni addizzjonali għal pożizzjonijet ta’ self u tad-depożiti u tranżazzjonijiet bejn korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra l-bank ċentrali (S.122) sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni ta’ interkonnessjonijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jappartjenu għall-istess grupp (domestiċi u ta’ Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro). |
5.4. |
Fir-rigward ta’ investimenti f’titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa sena, b’kategorizzazzjoni tal-kreditu, issir distinzjoni addizzjonali għall-gvern ġenerali (S.13) sabiex tiġi żgurata stampa aħjar tal-interkonnessjonijiet bejn sovrani u banek. |
5.5. |
Ċerti depożiti/self li jirriżulta minn riakkwisti/riakkwisti bil-maqlub jew operazzjonijiet simili ma’ “intermedjarji finanzjarji oħra” (S. 125) + awżiljarji finanzjarji (S.126) + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus (S.127) jistgħu jirrelataw ma’ tranżazzjonijiet ma’ kontraparti ċentrali. Kontraparti ċentrali hija entità li legalment tpoġġi lilha nnifisha bejn il-kontrapartijiet għal kuntratti nnegozjati fis-swieq finanzjarji, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ ghal kull xerrej. Minħabba illi dawn it-transazzjonijiet huma ta’ spiss sostituti għal negozju bilaterali bejn IFM, issir distinzjoni addizzjonali fi ħdan il-kategorija tad-depożiti “ftehimiet għal xiri mill-ġdid” fir-rigward ta’ negozju ma’ dawn il-kontrapartijiet. Bl-istess mod, issir distinzjoni addizzjonali fi ħdan il-kategorija tal-assi “self” fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid bil-maqlub ma’ dawn il-kontrapartijiet. |
5.6. |
Il-kontropartijiet domestiċi huma identifikati separatament minn kontropartijiet fiż-żona tal-euro ħlief dawk domestiċi fir-rigward tal-kategorizzazzjonijiet statistiċi kollha. Kontropartijiet li jinsabu fiż-żona tal-euro jiġu identifikati skont is-settur domestiku tagħhom jew il-klassifikazzjoni istituzzjonali b’konformità mal-listi miżmuma mill-BĊE għal skopijiet statistiċi u l-“Manwal tal-istatistika tas-settur monetarju, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq: Gwida għall-klassifikazzjoni statistika ta’ klijenti” (‘Monetary, financial institutions and markets statistics sector manual: Guidance for the statistical classification of customers’) tal-BĊE li jsegwi l-prinċipji tal-klassifikazzjoni li huma konsistenti mal-ESA 2010 safejn huwa possibbli. Ma hemmx ħtieġa għal kategorizzazzjoni ġeografika tal-kontrapartijiet li jinsabu barra miż-żona tal-euro. |
5.7. |
Fil-każ ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF maħruġin mill-IFM tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-operaturi li jirrapportaw jirrapportaw bħala minimu d-dejta dwar ir-residenza tad-detenturi skont il-kategorizzazzjoni domestiċi/taż-żona tal-euro ħlief dawk domestiċi/bqija tad-dinja sabiex tkun tista’ ssir l-esklużjoni ta’ investimenti ta’ non-residenti ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro. Il-BĊNi jistgħu joħorġu it-tagħrif statistiku neċessarju mid-dejta li tinġabar fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), sal-punt illi d-dejta tkun konformi mat-tempestività bis-saħħa tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u mal-istandards minimi definiti fl-Anness IV.
|
PARTI 3
Karta ta’ bilanċ (stokks trimestrali)
Sabiex jiġu analizzati aktar l-iżviluppi monetarji u biex iservu skopijiet statistiċi oħra, il-BĊE jeħtieġ dan li ġej fir-rigward ta’ partiti prinċipali:
1. |
Kategorizzazzjoni tas-subsettur, tal-maturità u ta’ garanziji fil-bini ta’ kreditu lil entitajiet li mhumiex IFM fiż-żona tal-euro(ara t-Tabella 2). Dan hu meħtieġ sabiex ikun jista’ jsir l-immonitorjar tal-istruttura sħiħa tas-subsettur u tal-maturità tal-finanzjament ta’ kreditu totali tal-IFM (self u titoli) fil-konfront tas-settur taż-żamma tal-flus. Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, huma meħtieġa aktar pożizzjonijiet “li minnhom” li jidentifikaw is-self assigurat b’kollateral ta’ proprjetà immobbli. Għal self denominat f’euro b’maturità oriġinali ta’ iktar minn sena u iktar minn sentejn fil-konfront ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, huma meħtieġa aktar pożizzjonijiet “li minnhom” għal ċerti maturitajiet u perijodi ta’ rati tal-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax li jifdal (ara t-Tabella 2). L-iffissar mill-ġdid ta’ rata tal-imgħax għandha tinftiehem bħala bidla fir-rata tal-imgħax ta’ self stipulata fil-kuntratt ta’ self kurrenti. Self soġġett għal iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax jinkludi, inter alia, self rata tal-imgħax li tiġi reveduta perjodikament skont l-evoluzzjoni ta’ indiċi, eż. Euribor, self b’rati tal-imgħax li jiġu reveduti fuq bażi kontinwa, jiġifieri rati varjabbli, u self b’rati tal-imgħax revedibbli bid-diskrezzjoni tal-IFM. |
2. |
Kategorizzazzjoni skont is-subsettur tal-passiv ta’ depożiti tal-IFM lill-gvern ġenerali (minbarra gvern ċentrali) tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2). Dan hu meħtieġ bħala tagħrif komplimentari tar-rappurtar ta’ kull xahar. |
3. |
Kategorizzazzjoni skont is-settur ta’ pożizzjonijiet mal-kontrapartijiet barra miż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2). Il-klassifikazzjoni tas-setturi skont is-Sistema ta’ Kontijiet Nazzjonali (minn hawn ‘il quddiema “SNA 2008”) tapplika fejn l-ESA 2010 ma tkunx fis-seħħ. |
4. |
L-identifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-karta tal-bilanċ għal derivati u imgħax akkumulat fuq self u depożiti fi ħdan l-assi li jifdal u l-passiv li jifdal (ara t-Tabella 2). Din il-kategorizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tissaħħaħ il-konsistenza fl-istatistika. |
5. |
Il-kategorizzazzjoni skont il-pajjiż, inkluż pożizzjonijiet fil-konfront tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (ara t-Tabella 3). Din il-kategorizzazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu analizzati aktar l-iżviluppi monetarji u anke għall-iskopijiet tal-ħtiġijiet tranżitorji u għal spezzjonijiet tal-kwalità tad-dejta. |
6. |
Il-kategorizzazzjoni skont is-settur għal depożiti transkonfinali fi ħdan iż-żona tal-euro minn u self lil non-IFM (ara t-Tabella 3). Din il-kategorizzazzjoni hija meħtieġa biex jiġu evalwati l-pożizzjonijiet tas-setturi tal-IFM fl-Istati Membri individwali fil-konfront tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li jibqa’. |
7. |
Kategorizzazzjoni skont il-munita (ara t-Tabella 4) Din il-kategorizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tkun tista’ ssir il-kalkolu ta’ tranżazzjonijiet għal aggregati monetarji u kontrapartijiet aġġustati għall-bidliet fir-rata tal-kambju meta dawn l-aggregati jinkludu l-muniti kollha kkombinati flimkien. |
PARTI 4
Rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalutazzjoni għall-kompilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet
Biex jiġu kkompilati tranżazzjonijiet fir-rigward tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontrapartijiet, il-BĊE jeħtieġ aġġustamenti fir-rivalutazzjoni fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet/tnaqqis fil-valur ta’ self u rivalutazzjonijiet tal-prezz ta’ titoli.
1. Kanċellazzjonijiet/tnaqqis fil-valur ta’ self
L-aġġustament fir-rigward tal-kanċellazzjoniiet/tnaqqis fil-valur ta’ self huwa rrapportat sabiex il-BĊE jitħalla jikkompila tranżazzjonijiet finanzjarji mill-istokks irrapportati f’żewġ perijodi ta’ rapportar konsekuttivi. L-aġġustament jirrifletti kull tibdil fl-istokk tas-self irrapportat skont il-Partijiet 2 u 3 kkawżat mill-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-valur, inkluż it-tnaqqis fil-valur tal-ammont kollu pendenti ta’ self (kanċellazzjoni). L-aġġustament għandu jirrifletti ukoll il-bidliet fid-dispożizzjonijiet dwar is-self jekk BĊN jiddeċiedi li stokks fil-karta tal-bilanċ jiġu rreġistrati bħala netti mill-provvisti. Kanċellazzjonijiet/tnaqqis fil-valur ta’ self li jintgħaraf fil-ħin li s-self jinbiegħ jew jiġi ttrasferit lill-parti terza huwa inkluż wkoll, fejn ikun jista’ jiġi identifikat.
L-obbligi minimi għal kanċellazzjonijiet/tnaqis fil-valur ta’ self huma stipulati fit-Tabella 1 A.
2. Rivalutazzjoni fil-prezz ta’ titoli
L-aġġustament fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-prezz ta’ titoli jirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni ta’ titoli li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz li bih jiġu rreġistrati jew innegozjati t-titoli. L-aġġustament jinkludi l-bidiliet li jseħħu biż-zmien fil-valur tal-istokks tal-karta tal-bilanċ tal-aħħar tal-perijodu minħabba bidiliet fil-valur ta’ referenza li bihom jiġu rreġistrati t-titoli, jiġifieri qligħ/telf potenzjali. L-aġġustament jista’ jkollu wkoll bidliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn transazzjonijiet fit-titoli jiġifieri qligħ/telf realizzat.
L-obbligi minimi għal rivalutazzjoni fil-prezz ta’ titoli huma stipulati fit-Tabella 1 A.
L-ebda obbligu ta’ rappurtar minimu ma hu stabbilit għan-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, jekk il-prattiċi tal-valutazzjoni applikati mill-operaturi li jirrapportaw lit-titoli ta’ dejn maħruġa jirriżultaw f’bidliet fl-istokks tagħhom fl-aħħar tal-perijodu, il-BĊNi huma awtorizzati li jiġbru dejta dwar dawn il-bidliet. Din id-dejta hija rrapportata bħala aġġustamenti ta’ “rivalutazzjoni oħra”.
PARTI 5
Obbligi ta’ rapportar statistiku għal titolizzazzjonijiet ta’ self u trasferimenti ta’ self oħra
1. Obbligi ġenerali
Id-dejta hija rrapportata skont l-Artikolu 8(2), ikkwalifikata b’dawk tal-Artikolu 8(4) fejn applikabbli. Il-partiti kollha tad-dejta huma kategorizzati skont ir-residenza u s-subsettur ta’ min issellef kif indikat fl-intestaturi tal-kolonni tat-Tabella 5. Self allokat matul fażi ta’ħżin f’titolizzazzjoni jiġi ttrattat bħal li kieku kien diġà titolizzat.
2. Obbligi ta’ rapportar ta’ flussi netti ta’ self titolizzat jew ittrasferit mod ieħor.
2.1. |
Għall-iskopijiet tal-Artikolu 6(a), l-IFM jikkalkolaw il-partiti fil-Partijiet 1 u 2 tat-Tabella 5 bħala flussi netti ta’ self titolizzat jew allokat b’mod ieħor waqt il-perijodu relevanti li minnhom jitnaqqas is-self miksub matul il-perijodu rilevanti. Self ittrasferit lil jew li jinkiseb mingħandIFM domestika oħra, u self li t-trasferiment tiegħu iseħħ bħala riżultat ta’ diviżjoni tal-operatur li jirrapporta, jew ta’ fużjoni jew akkwist li jinvolvi lill-operatur li jirrapporta u lil IFM domestiku ieħor, mhuwiex inkluż f’din il-kalkolu. Self ittrasferit lil jew miksub mingħand IFM mhux domestiċi huwa inkluż fil-kalkolu. |
2.2. |
Il-partiti li għalihom issir referenza f’Taqsima 3.1 huma allokati lill-Partijiet 1 u 2 tat-Tabella 5 kif ġej:
|
2.3. |
Il-partiti f’Parti 1 ta’ Tabella 5 jiġu kkategorizzati aktar skont il-kontraparti fit-trasferiment tas-self, fuq bażi ta’ kull xahar, b’distinzjoni bejn FVCs, li minnhom l-FVCs residenti fiż-żona tal-euro, u kontrapartijiet oħrajn. Tenħtieġ aktar kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali u l-iskop tas-self fuq bażi trimestrali għal xi partiti kif indikat fit-Tabella 5(b). |
3. Obbligi għar-rapportar ta’ self titolizzat u li tneħħielu r-rikonoxximent li huma b’servizz
3.1. |
B’konformità mal-Parti 3 tat-Tabella 5, l-IFM jagħtu dejta dwar self titolizzat u li għalih l-IFM jaġixxi bħala servizzjant skont kif ġej:
|
3.2. |
Rigward it-Taqsima 3.1(b), il-BĊNi jistgħu minflok jeħtieġu li l-IFM jipprovdu flussi netti ta’ ċessjonijiet u akkwisti ta’ self li għalihom l-IFM jaġixxi bħala servizzjant sabiex il-BĊN ikunu jistgħu jidderivaw it-transazzjonijiet finanzjarji li għalihom issir referenza fit-Taqsima 3.1(b). |
3.3. |
Il-BĊNi jistgħu jipprovdu deroga lill-operaturi li jirrapportaw mir-rekwiżiti tat-Taqsima 3.1(b) meta l-flussi netti miġbura fil-Parti 1.1 tat-Tabella 5 jilħqu l-iskop tat-Taqsima 3.2, jiġifieri meta tkun il-prattika nazzjonali li self titolizzati jiġu sservizzjati mill-IFM. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawk il-flussi netti huma konsistenti mal-iskopijiet tal-ikkalkular tat-transazzjonijiet finanzjarji esklużi ċessjonijiet u akkwisti ta’ self taħt it-Taqsima 3.1(b). Il-BĊNi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand IFM sabiex jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa. |
3.4. |
Il-BĊNi jistgħu jestendu l-obbligi ta‘ rapportar statistiku ta’ din it-Taqsima lis-self kollu sservizzjat mill-IFM, li jkunu ġew titolizzati jew inkella ttrasferiti b’mod ieħor. Meta dan ikun il-każ, il-BĊN għandu jinforma lill-IFM dwar l-obbligi ta‘ rapportar statistiku skont il-Parti 3 tat-Tabella 5. |
4. Obbligi tar-rapportar ta’ ammonti pendenti ta’ self isservizzjat f’titolizzazzjoni
4.1. |
L-IFM jipprovdu dejta trimestrali fuq is-self kollu sservizzjat f’titolizzazzjoni b’mod konformi mal-Parti 4 tat-Tabella 5 irrispettivament minn jekk is-self isservizzjat jew id-drittijiet ta’ servizzjar rispettivi tagħhom ikunux rikonoxxuti fuq il-karta tal-bilanċ tal-aġent li jirrapporta. |
4.2. |
Fir-rigward ta’ self isservizzjat għal FVCs residenti fi Stati Membri oħra taż-żona tal-euro, l-IFM jipprovdu klassifikazzjonijiet oħrajn, billi jaggregaw is-self isservizzjat separatament għal kull Stat Membru li fih tkun residenti FVC. |
4.3. |
Il-BĊNi jistgħu jiġbru d-dejta msemmija fl-Artikolu 6(2), jew parti minnha, fuq bażi ta’ FVC b’FVC minn IFM residenti li jaġixxu bħala servizzjanti ta’ self titolizzati. Jekk xi BĊN jqis li d-dejta msemmija fit-Taqsima 4.4 u l-klassifikazzjonijiet msemmija fit-Taqsima 4.2 jistgħu jinġabru fuq bażi ta’ FVC b’FVC, huwa għandu jinforma lill-IFM jekk, u sa liema grad, huwa meħtieġ ir-rappurtar imsemmi fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2. |
5. Obbligi ta rapportar statistiku għal IFM li japplikaw l-IAS 39, l-IFRS 9 jew regoli simili nazzjonali ta’ kontabilità.
5.1. |
L-IFM li japplikaw l-IAS 39, l-IFRS 9 jew regoli simili jirrapurtaw l-ammonti tal-aħħar tax-xahar pendenti ta’ self ċedut permezz ta’ titolizzazzjoni li ma kinux soġġetti għal dirikonoxximent skont il-Parti 5 tat-Tabella 5. |
5.2. |
L-IFM li għalihom tapplika d-deroga fl-Artikolu 9(6) jirrapurtaw l-ammonti tal-aħħar tax-xahar pendenti tas-self ċeduti permezz ta’ titolizzazzjoni li jkunu ġew soġġetti għal dirikonoxximent, imma li jkunu għadhom rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji skont il-Parti 5 tat-Tabella 5. |
PARTI 6
Rapportar simplifikat għal istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom japplikaw id-derogi msemmija fl-Artikolu 9(1)(d) jistgħu jiġu eżentati mill-obbligi li ġejjin:
1. |
Il-klassifikazzjoni skont il-munita msemmija fit-Taqsima 4 tal-Parti 2. |
2. |
L-identifikazzjoni separata ta’:
|
3. |
Il-klassifikazzjoni skont is-settur imsemmija fit-Taqsima 3 tal-Parti 3. |
4. |
Il-klassifikazzjoni skont il-pajjiż imsemmija fit-Taqsima 4 tal-Parti 3. |
5. |
Il-klassifikazzjoni skont il-munita msemmija fit-Taqsima 5 tal-Parti 3. |
Flimkien ma’ dan, dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu iwettqu l-obbligi ta’ rapportar statistiku imsemmija fil-Partijiet 2, 5 u 6 billi jirrapurtaw dejta fuq bażi trimestrali biss u skont l-obbligu ta’ puntwalità mogħti għal statistika trimestrali fl-Arikolu 7(3).
PARTI 7
Sommarju
Sommarju tal-klassifikazzjonijiet għall-finijiet tal-karta tal-bilanċ aggregata tas-settur tal-IFM (1)
KATEGORIJI TA’ STRUMENTI U MATURITÀ |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ATTIV |
PASSIV |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
KONTROPARTIJIET U KATEGORIJI SKONT L-ISKOP |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ASSI |
PASSIV |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
MUNITI |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) Rendikonti tad-dejta ta’ kull xahar huma indikati b’tipa ħoxna, rendikonti tad-dejta trimestrali huma indikati b’tipa normali.
(2) Rendikont tal-maturità ta’ kull xahar jirreferi biss self lil setturi prinċipali ta’ residenti għajr IFM u l-gvern ġenerali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. Il-klassifikazzjonijiet korrispondenti tal-maturità għal self lill-gvern ġenerali, għajr il-gvern ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro huma trimestrali.
(2) Il-klassifikazzjoni tal-maturità ta’ kull xahar jirreferi biss għal investimenti f’titoli maħruġa minn IFM li jinsabu fiż-żona tal-euro. Bħala daejta trimestrali, l-investimenti f’titoli maħruġa minn istituzzjonijiet mhux IFM fiż-żona tal-euro huma maqsuma f’sa sena’ u ‘iktar minn sena’.
(3) Fil-konfront tal-bqija tad-dinja biss.
(4) Ir-rappurtar tal-partita ‘depożiti mifdija fuq abbiż ta’ aktarm inn sentejn’ huwa volontarju sakemm ma jingħatax avviż ieħor.
(5) Rendikont ta’ kull xahar skont is-sottosetturi huwa meħtieġ għal self u depożiti.
(6) Għal self, huwa inkluż rendikont ulterjuri skont l-iskop għas-sottosettur S.14 + S.15. Barra minn dan, għal numru limitat ta’ strumenti, huma meħtieġa aktar ‘li minnhom pożizzjonijiet’ għal xi sottosetturi: ‘li minnhom kontropartijiet ċentrali’ u ‘li minnhom korporazzjonijiet ta’ vetturi finanzjarji’ għas-sottosettur S.125; ‘li minnhom proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali’ għal self lis-sottosettur S.14; ‘li minnhom kollateral ta’ proprjetà immobbli’ għal self lis-sottosetturi S.11 u S.14 + S.15 (obbligi trimestrali biss).
(7) Rendikont trimestrali skont il-munita ta’ kull Stat Membru ieħor huwa meħtieġ għal partiti magħżula biss.
ANNESS II
PRINĊIPJI TA’ KONSOLIDAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
PARTI 1
Konsolidazzjoni għal skopijiet statistiċi fl-istess Stat Membru.
1. |
Għal kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem ‘Stat Membru taż-żona tal-euro’), il-popolazzjoni ta’ rapportar tikkonsisti fl-IFM inklużi fil-lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi u ta’ residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (1). Dawn huma:
Istituzzjonijiet li jinsabu f’ċentri finanzjarji offshore huma meqjusa statistikament bħala residenti tat-territorji fejn jinsabu ċ-ċentri. |
2. |
L-IFM jikkonsolidaw għal skopijiet statistiċi in-negozju tal-uffiċċji kollha tagħhom (uffiċċju reġistrat jew prinċipali u/jew fergħat) li jinsab fl-istess Stat Membru. L-ebda konsolidazzjoni ma hija permessa għal skopijiet statistiċi bejn konfini nazzjonali.
|
PARTI 2
Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti
1. |
Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jittrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament. It-tabella ma tikkostitwixxix lista ta’ strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet ma humiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għall-ESA 2010. |
2. |
Il-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, tirreferi għall-perijodu fiss tal-ħajja ta’ strument finanzjarju li qablu ma jistax jiġi mifdi, eż. titoli ta’ dejn, jew li jista’ jiġi mifdi biss qabel jekk titħallas xi tip ta’ penali, eż. xi tipi ta’ depożiti. Il-perijodu ta’ avviż jikkorrispondi għaż-żmien bejn il-mument li d-detentur jagħti avviż ta’ intenzjoni li jifdi l-istrument u d-data ta’ meta d-detentur jitħalla jikkonvertih fi flus mingħajr ma jeħel penali. L-istrumenti finanzjarji huma klassifikati skont il-perijodu ta’ avviż biss meta ma jkunx hemm ebda maturità miftehma. |
3. |
Tista’ ssir distinzjoni bejn pretensjonijiet finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Pretensjoni tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun faċilment tista’ tiġi trasferita minn unità għal oħra b’konsenja jew approvazzjoni jew tkun paċuta fil-każ ta’ derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista’ potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati permezz ta’ borża organizzata jew barra l-borża, minkejja li jekk attwalment ikunux innegozjati mhix kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà. Tabella Kategoriji ta’ strumenti KATEGORIJI TA’ ATTIV
KATEGORIJI TA’ PASSIV
|
PARTI 3
Definizzjonijiet tas-setturi
L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni settorjali. Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata standard tas-setturi li l-BĊNi jittrasponi fil-kategoriji nazzjonali b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament. Il-kontrapartijiet li jinsabu fiż-żona tal-euro huma identifikati skont is-settur tagħhom b’mod konformi mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal finijiet statistiċi u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontrapartijiet ipprovduta fil-‘Manwal tas-setturi tal-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji u tal-istatistika tas-swieq: Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti’tal-BĊE. Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu barra miż-żona tal-euro ssir referenza għalihom bħala “banek” u mhux IFM. Bl-istess mod, it-terminu “mhux IFM” jirreferi biss għall-Istati Membri. GħalStati Membri li l–munita tagħhom mhijiex l-euro jintuża t-terminu “mhux banek”.
Tabella
Definizzjonijiet tas-setturi
Settur |
Definizzjoni |
IFM |
Ara l-Artikolu 1. |
Gvern ġenerali |
Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti f’unitajiet istituzzjonali, li huma produtturi mhux għas-suq li l-output tagħhom huwa maħsub għall-konsum individwali jew kollettiv, u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u l-unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113) |
Gvern ċentrali |
Dan is-sottosettur (S.1311) jinkludi d-dipartimenti amministrattivi kollha tal-Istat u aġenziji ċentrali oħrajn li l-kompetenza tagħhom normalment testendi fuq it-territorju ekonomiku kollu, għajr l-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali (ESA 2010, paragrafu 2.114) |
Gvern statali |
Dan is-sottosettur (S.1312) jikkonsisti f’dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li huma unitajiet istituzzjonali separati li jwettqu wħud mill-funzjonijiet tal-gvern, għajr għall-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali, f’livell taħt dak ta’ gvern ċentrali u ogħla minn dak ta’ unitajiet istituzzjonali tal-gvern li jeżistu f’livell lokali (ESA 2010, paragrafu 2.115) |
Gvern lokali |
Dan is-sottosettur (S.1313) jinkludi dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li l-kompetenza tagħha testendi biss għal parti lokali mit-territorju ekonomiku, minbarra l-aġenziji lokali tal-fondi tas-sigurtà soċjali (ESA 2010, paragrafu 2.116) |
Fondi tas-sigurtà soċjali |
Is-sottosettur tal-fondi tas-sigurtà (S.1314) jinkludi unitajiet ċentrali, statali u lokali li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu benefiċċji soċjali u li jissodisfaw kull waħda miż-żewġ kriterji li ġejjin: (a) skont il-liġi jew ir-regolament ċerti gruppi tal-popolazzjoni huma obbligati jipparteċipaw fl-iskema jew li jħallsu kontribuzzjonijiet; u (b) gvern ġenerali huwa responsabbli għall-ġesrjoni tal-istituzzjoni fir-rigward tas-saldi jew l-approvazzjoni tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji indipendentament mir-rwol tiegħu bħala korp superviżorju jew ta’ min iħaddem (ESA 2010, paragrafu 2.117) |
Fondi ta’ investiment li mhumiex MMF |
Fondi ta’ investiment mhux MMF kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38). Is-sottosettur jikkonsisti fl-impriżi kollha ta’ investiment kollettiv, minbarra l-MMFs, li jinvestu f’attiv finanzjarju u/jew mhux finanzjarju, sal-punt li l-objettiv ikun l-investiment ta’ kapital miġbur mill-pubbliku |
Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus |
L-intermedjarji finanzjarji l-oħra, minbarra l-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u s-s-subsettur tal-fondi ta’ pensjonijiet (S.125) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji kollha u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja billi jġarrbu passiv f’forma oħra għajr munita, depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), unitajiet/ishma ta’ fondi ta’ investiment, jew b’rabta ma’ assigurazzjoni, pensjonijiet u skemi ta’ garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94) Is-subsettur tal-awżiljari finanzjarji (S.126) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’attivitajiet marbuta mill-qrib ma’ intermedjazzjoni finanzjarja iżda li mhumiex intermedjarji finanzjarji huma stess. Dan is-subsettur jinkludi wkoll uffiċċji prinċipali li s-sussidjarji tagħhom huma kollha jew ħafna minnhom korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97) Is-subsettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal-flus (S.127) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji u l-kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li la huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira jew tal-assi tagħhom jew il-passiv tagħhom mhumiex innegozjati fis-swieq miftuħa. Dan is-settur jinkludi kumpaniji holding li għandhom livelli ta’ ekwità li jagħtuhom kontroll ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm din l-ekwità, jiġifieri, ma jkunux jamministraw jew jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 sa 2.99) |
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni |
Is-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji prinċipalment fil-forma ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta (ESA 2010, paragrafi 2.100 sa 2.104) |
Fondi tal-pensjoni |
Is-subsettur tal-fondi tal-pensjonijiet (S.129) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjoni bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu dħul meta persuna tirtira, u ħafna drabi benefiċċji għal mewt u diżabilità (ESA 2010, paragrafi 2.105 sa 2.110) |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi fis-suq, li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll entitajiet kważi-korporazzjonijiet mhux finanzjarji. (ESA 2010, paragrafi 2.45 sa 2.54) |
Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi |
Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.11) jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala intraprendituri li jipproduċu prodotti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm il-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważi-korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ prodotti u servizzi mhux finanzjarji li finalment huma esklużivament għal użu proprju.(ESA 2010, paragrafi 2.118 sa 2.128) Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs) (S.15) jikkonsisti f’istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċi u li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus jew f’oġġetti minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvernijiet ġenerali u minn dħul minn proprjetà (ESA 2010, paragrafi 2.129 sa 2.130) |
Proprjetarji uniċi u soċjetajiet mingħajr status legali (sotto-popolazzjoni ta’ “Unitajiet domestiċi” |
Proprjetarji uniċi u soċjetajiet mingħajr status legali – għajr indipendenti, minbarra dawk stabbiliti bħala kważi-korporazzjonijiet, u li huma produtturi fis-swieq. (ESA 2010, paragrafu 2.119d) |
(1) Fit-tabelli ta’ dan l-Anness, il-BĊE huwa kklassifikat bħala IFM residenti fil-pajjiż fejn jinsab fiżikament il-BĊE.
(2) Is-sussidjarji huma entitajiet inkorporati separatament li entità oħra jkollha partċipazzjoni sħiħa jew maġġoranza fihom, filwaqt illi l-fergħat huma entitajiet mhux inkorporati (mingħajr status legali indipendenti) li huma kollha ta’ proprjetà tal-kumpanija parent.
ANNESS III
APPLIKAZZJONI TA’ OBBLIGAZZJONIJIET TA’ RIŻERVI MINIMI U REGOLI SPEĊJALI RELATATI
PARTI 1
Obbligazzjonijiet ta’ riżervi minimi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu: regoli ġenerali
1. |
Ċelluli mmarkati b’* fit-Tabella 1 fl-Anness I jintużaw fil-kalkolu tal-bażi tar-riżerva. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ titoli ta’ depożitu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jippreżentaw prova tal-passiv li jridu jiġu esklużi mill-bażi ta’ riserva jew japplikaw tnaqqis standardizzat ta’ persentaġġ fiss speċifikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Ċelluli bid-disinni jiġu rappurtati biss mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal obbligazzjonijiet ta’ riżerva. |
2. |
Il-kolonna “li minnhom istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għall-obbligazzjonijiet ta’ riżervi, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali” (BĊNi) ma tinkludix il-passiv ta’ aġenti li jirrapportaw fil-konfront ta’ istituzzjonijiet elenkati bħala eżenti mis-sistema ta’ riservi minimi tal-BĊE, jiġifieri istituzzjonijiet li huma eżenti għal raġunijiet oħra għajr li huma soġġetti għal miżuri ta’ rijorganizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li huma temporanjament eżenti mill-obbligazzjonijiet ta’ riżerva minima minħabba li huma soġġetti għal miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet soġġetti għal obbligazzjonijiet ta’ riżerva minima u, għalhekk, il-passiv li jirrigwarda lil dawn l-istituzzjonijiet huwa kopert taħt il-kolonna “li minnhom istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal obbligazzjonijiet ta’ riżerva, il-BĊE u l-BĊNi”. Il-passiv fil-konfront ta’ istituzzjonijiet li mhux attwalment meħtieġa li jżommu ħażniet ta’ riżerva mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali minħabba l-applikazzjoni tar-remunerazzjoni f’somma waħda huma wkoll koperti taħt din il-kolonna. |
3. |
Riporters sħaħ jistgħu jirrappurtaw pożizzjonijiet fil-konfront ta’ “IFM oħra għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal riżervi minimi, il-BĊE u l-BĊNi”, aktar milli fil-konfront ta’ “IFM” u “istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal riżervi minimi, il-BĊE u l-BĊNi”, kemm-il darba ma jirriżulta ebda telf ta’ dettall u l-ebda waħda mill-pożizzjonijiet fiċ-ċelluli mingħajr disinni ma tiġi affettwata. Barra minn dan, skont is-sistemi nazzjonali ta’ ġbir u mingħajr preġudizzju għall-konformità sħiħa mad-definizzjonijiet u l-prinċipji ta’ klassifika tal-karta tal-bilanċ tal-IFM iddikjarati f’dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għall-obbligazzjonijiet ta’ riżervi minimi jistgħu alternattivament jirrappurtaw id-dejta meħtieġa biex jikkalkolaw il-bażi tar-riżerva, minbarra dawk fi strumenti negozjabbli, skont it-tabella hawn taħt, kemm-il darba l-ebda waħda mill-pożizzjonijiet fiċ-ċelluli mingħajr disinni tat-Tabella 1 fl-Anness I ma tiġi affettwata. |
4. |
Istituzzjonijiet tad-“denb” jirrappurtaw, bħala minimu, id-dejta trimestrali li tkun meħtieġa biex tiġi kkalkolata l-bażi ta’ riżerva b’mod konformi mat-tabella hawn taħt. |
5. |
Għal rappurtar skont it-tabella hawn taħt, għandu jiġi żgurat qbil strett mat-Tabella 1 tal-Anness I. Test ta 'immaġni |
PARTI 2
Regoli speċjali
TAQSIMA 1
Rapportar statistiku fuq bażi aggregata bħala grupp minn istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għas-sistema ta’ riżervi minimi tal-BĊE
1.1. |
Mingħajr ħsara għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jippermetti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal obbligazzjonijiet ta’ riżervi minimi biex iwettqu rappurtar statistiku aggregat bħala grupp fi ħdan Stat Membru wieħed. L-istituzzjonijiet kollha kkonċernati huma inklużi separatament fil-lista tal-BĊE tal-IFM. |
1.2. |
Jekk istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu tħallew iżommu riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), u ma jibbenfikawx mir-rappurtar bħala grupp imsemmi f’din it-Taqsima, il-BĊN rilevanti jista’ jawtorizza lill-intermedjarju biex iwettaq rappurtar statistiku aggregat (għajr fir-rigward tal-bażi ta’ riżerva) f’isem istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-istituzzjonijiet kollha kkonċernati huma inklużi separatament fil-lista tal-BĊE tal-IFM. |
1.3. |
Jekk il-grupp kollu ta’ istituzzjonjiet ta’ kreditu jkun jikkonsisti biss f’istituzzjonijiet tad-“denb”, huwa meħtieġ biss li jikkonformaw mar-rapportar simplifikat għall-istituzzjonijiet tad-“denb”. Inkella, l-iskema ta’ rappurtar għal riporters sħaħ tapplika għall-grupp kollu bħala ħaġa waħda. |
TAQSIMA 2
Ħtiġijiet ta’ riżervi fil-każ ta’ fużjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu
2.1. |
Għall-iskop ta’ dan l-Anness, it-termini “fużjoni”, “istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni”, u “istituzzjoni akkwirenti” għandhom it-tifsiriet stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1745.2003 (BĊE/2003/9). |
2.2. |
Għall-perijodu ta’ manutenzjoni li fih isseħħ fużjoni, l-obbligazzjonijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti huma kkalkolati u jridu jitwettqu kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). |
2.3. |
Għal perijodi ta’ manutenzjoni konsekuttivi, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kkalkolata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riserva u ta’ informazzjoni statistika rrappurtata skont ir-regoli ddikjarati fit-tabella hawn taħt. Inkella, japplikaw ir-regoli normali għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika u l-kalkolu tal-ħtiġijiet ta’ riżerva, kif stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). |
2.4. |
Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi preċedenti, il-BĊN rilevanti jista’ jawtorizza lill-istituzzjoni akkwirenti biex iwettaq l-obbligazzjoni tiegħu li jirrapporta informazzjoni statistika permezz ta’ proċeduri temporanji, pereżempju formoli separati għal kull waħda mill-istituzzjonijiet li qegħdin jingħaqdu permezz ta’ fużjoni matul diversi perijodi wara li tkun saret il-fużjoni. It-tul ta’ żmien ta’ din id-deroga minn proċeduri normali ta’ rapportar għandha tiġi llimitata kemm jista’ jkun u m’għandhiex taqbeż is-sitt xhur wara li tkun seħħet il-fużjoni. Din id-deroga hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu biex l-istituzzjoni akkwirenti twettaq l-obbligai tagħha ta’ rappurtar skont dan ir-Regolament, u jekk ikun applikabbli, l-obbligu tagħha li tassumi l-obbligi ta’ rappurtar ta’ istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni skont dan l-Anness. Tabella Regoli speċjali għall-kalkolu ta’ obbligazzjonijiet ta’ riżerva ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu involuti f’fużjoni (1)
|
(1) Din it-tabella tippreżenta d-dettalji ta’ proċeduri aktar kumplessi applikati għal każijiet speċifiċi. Għal każijiet mhux ippreżentati fit-tabella, japplikaw ir-regoli normali għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika u l-kalkolu ta’ obbligazzjonijiet ta’ riżerva, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).
ANNESS IV
STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA
L-operaturi li jirrapportaw għandhom jilħqu l-istandards minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
1. |
Standards minimi għat-trażmissjoni
|
2. |
Standards minimi għall-korrettezza:
|
3. |
Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:
|
4. |
Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika ta’ reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti trid tiġi segwita. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkumpanjati b’noti ta’ spjega. |
ANNESS V
REGOLAMENT IMĦASSAR BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
|
Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) |
|
Regolament (UE) Nru 883/2011 |
ANNESS VI
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1a |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.2a |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.3 |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.2b |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.4 |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.3 |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.5 |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.4 |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.6 |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.5 |
Anness I, Parti 2, Taqsima 5.7 |
— |
Anness I, Parti 3, Taqsima 4 |
Anness I, Parti 3, Taqsima 4 |
Anness I, Parti 3, Taqsima 5 |
Anness I, Parti 3, Taqsima 5 |
Anness I, Parti 3, Taqsima 6 |
Anness I, Parti 3, Taqsima 6 |
Anness I, Parti 3, Taqsima 7 |
Anness I, Parti 4 |
— |
Anness I, Parti 5 |
Anness I, Parti 4 |
Anness I, Parti 6 |
Anness I, Parti 7 |
Anness I, Parti 8 |
Anness I, Parti 5 |
Anness I, Parti 6 |
Anness I, Parti 7 |
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/51 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1072/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Settembru 2013
dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni)
(BĊE/2013/34)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (2) ġie emendat b’mod sostanzjali. Peress illi jridu jsiru aktar emendi, b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (3), huwa għandu jkun riformulat fl-interessi taċ-ċarezza. |
(2) |
Biex tkun tista' twetaq il-kompiti tagħha, is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ il-produzzjoni ta’ statistika dwar ir-rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), bl-eċċezzjoni ta’ banek ċentrali u fondi tas-swieq tal-flus (MMFs), fuq depożiti u self għal unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-għan ewlieni tagħha huwa li tagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) stampa sħiħa, dettaljata u armonizzata tal-livell tar-rati ta' imgħax applikati minn dawn l-istituzzjonijiet u l-bidliet li jkun fihom hemm matul iż-żmien. Dawn ir-rati ta' imgħax jipprovdu l-aħħar ħolqa fil-mekkaniżmu għat-trażmissjoni tal-politika monetarja li tirriżulta minn bidliet fir-rati ta' imgħax uffiċjali u, għalhekk, huma kondizzjoni meħtieġa minn qabel għal analiżi affidabbli tal-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”). Fl-istess waqt, jeħtieġ li jkun hemm tagħrif dwar l-iżviluppi fir-rata ta' imgħax sabiex is-SEBĊ tkun tista' tagħti sehemha fit-tmexxija mingħajr xkiel tal-politika mħaddma mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja. |
(3) |
Il-BĊE huwa mitlub, b’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem “Statut tas-SEBĊ”), li jagħmel regolamenti sa fejn hu neċessarju biex jimplimenta l-kompiti tas-SEBĊ kif definit fl-Istatut tas-SEBĊ u f’xi każijiet kif stipulat fid-dispożizzjonijiet adottati mill-Kunsill bis-saħħa tal-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jitlob li l-BĊE, megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand operaturi ekonomiċi sabiex huwa jkun jista’ jidħol għall-kompiti tas-SEBĊ. L-Artiklu 5.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula li l-BĊNi għandhom iwettqu, sa fejn huwa possibbli, il-kompiti deskritti fl-Artikolu 5.1. |
(5) |
Jista' jkun meħtieġ, u jista’ jitnaqqas il-piż tar-rappurtar, li BĊNi jiġbru mingħand il-popolazzjoni attwali li tirrapporta t-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-BĊE għal rappurtar statistiku bħala parti minn qafas ta' rappurtar statistiku aktar wiesgħa li jistabbilixxu l-BĊNi taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess b’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew prattika stabbilita, u li jservi għal għanijiet statistiċi oħrajn, sakemm ma jiġix mhedded it-twettiq tal-ħtiġijiet statistiċi tal-BĊE. Sabiex titkattar it-trasparenza, huwa xieraq, f’dawn il-każijiet, illi l-operaturi li jirrapportaw jiġu informati illi d-dejta sabiex jitwettqu skopijiet statistiċi oħrajn. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ joqgħod fuq tagħrif statistiku miġbur għal dawn l-iskopijiet l-oħrajn sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu. |
(6) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18), sar titjib fl-iskema ta’ rapportar għal rati ta’ imgħax fuq self lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji u fil-metodi għall-għażla tal-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar u dan għandu għalhekk jiġi kkunsidrat fl-istruzzjonijiet dwar it-teħid ta’ kampjun u l-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku. |
(7) |
Huwa wkoll meħtieġ illi l-BĊE jitħalla jagħti appoġġ analitiku u statistiku lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) |
(8) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jitlob li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni tar-rapportar ta' referenza u li jimminimizza l-piż tar-rapportar involut. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-IFM f'kull wieħed mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-għażla finali tal-metodu ta’ selezzjoni fir-rigward tal-popolazzjoni li tirrapporta titħalla lill-BĊNi. L-għan huwa li jitnaqqas il-piż tar-rapportar waqt illi fl-istess ħin tiġi żgurata statistika ta' kwalità għolja. L-Artikolu 5(1) jistipula illi l-BĊE jista' jadotta regolamenti għad-definizzjoni u l-impożizzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu fuq il-popolazzjoni attwali li tirrapporta fl-Istati Membri taż-żona tal-euro. L-Artikolu 6(4) jistipola illi l-BĊE jista’ jadotta regolamenti li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi eżerċitat id-dritt għall-verifika jew it-twettiq tal-ġbir obbligatorju ta’ tagħrif statistiku. |
(9) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipola li l-Istati Membri jorganizzaw lilhom infushom fil-qasam tal-istatistika u jikkoperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ sabiex jiġi żgurat li l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ jiġu sodisfatti. |
(10) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut illi regolamenti adottati mill-BĊE skont l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu l-ebda dritt jew ma jimponu l-ebda obbligu fuq Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm għal Stati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll għal dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jiġu ppjanati u implimentati f’livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex issir il-ġabra tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-BĊE għar-rapportar ta' statistika u t-tħejjija f'waqtha fil-qasam tal-istatistika biex huma jkunu jistgħu isiru Stati Membri taż-żona tal-euro. |
(11) |
L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulati fl-Artikolu 8 ta’ Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw. |
(12) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipola illi l-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq operaturi li jirrapportaw illi jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:
1. |
it-termini “operaturi li jirrapportaw” u “residenti” għandhom l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
2. |
“unitajiet domestiċi” tfisser is-settur tal-unitajiet domestiċi u s-settur ta’ istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14 u S.15 ikkombinati) kif stipulat fis-Sistema Ewropea ta‘ Kontijiet reveduta (minn hawn ’il quddiem l-“ESA 2010”) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 549/2013; |
3. |
“korporazzjonijiet mhux finanzjarji” tfisser is-settur ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) kif stipulat fl-ESA 2010; |
4. |
“istituzzjoni finanzjarja monetarjai” (IFM) għandha l-istess tifsira kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (5); |
5. |
“statistika dwar ir-rati ta' imgħax ta' IFM” tfisser statistika konnessa ma' dawk ir-rati ta' imgħax li huma applikati minn IFM residenti minbarra banek ċentrali u MMFs fuq depożiti u self denominati f’euro fir-rigward ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro. “Statistika dwar ir-rata ta’ imgħax ta’ IFM” tinkludi volumi ta’ negozju ġdid korrispondenti ta’ depożiti u self denominati f’euro, kif ukoll volumi ġodda fin-negozju ta’ self innegozjat mill-ġdid; |
6. |
“fondi tas-swieq tal-flus” (MMF) għandha l-istess tifsira kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (6); |
7. |
“popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta” tfisser IFM residenti minbarra banek ċentrali u MMFs li jieħdu depożiti denominati f’euro mingħand u/jew jagħtu self denominat f’euro lil unitajiet domestiċi u/jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro. |
8. |
“istituzzjoni tad-denb” tfisser IFM żgħira minbarra bank ċentrali jew MMF li tkun ingħatat deroga bis-saħħa tal-Artikolu 4. |
Artikolu 2
Popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta tikkonsisti IFM residenti minbarra banek ċentrali u MMFs mill-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u magħżulin minn BĊNi. Il-BĊNi jagħzlu l-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar permezz ta’ ċensiment jew kampjun.
2. Fil-każ ta’ kampjun, il-BĊNi għandhom jistratifikaw il-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta fi strata omoġenji u mbagħad jew jagħżlu l-popolazzjoni attwali li tirrapportar fuq bażi aleatorja minn kull fergħa jew jagħżlu l-akbar istituzzjonijiet fi ħdan kull fergħa.
3. F’każ ta’ għażla permezz tat-teħid ta’ kampjuni aleatorju, id-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali għandu jkun tali li l-iżball massimu aleatorju fil-livell nazzjonali m’għandux jeċċedi medja ta’ 10 punti bażi b’intervall ta’ fiduċja ta’ 90 %. Fejn jintgħażlu l-akbar istituzzjonijiet, id-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali għandu jkun konformi ma’ livell simili ta’ kejl tal-kwalità fuq il-bażi ta’ funzjoni tal-medja tal-valur assolut stmat tal-iżbalji.
4. Il-BĊNi japplikaw ukoll il-formoli u l-kriterji għall-għażla tal-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar stipulati fil-Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (7).
5. Kull BĊN għandu jgħarraf lill-operaturi residenti li jirrapportaw bl-obbligi ta’ rapportar statistiku tagħhom skont il-proċeduri nazzjonali.
6. Il-Kunsill Governattiv huwa intitolat jivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Obbligi ta’ rapportar statistiku
1. Għall-finijiet tal-produzzjoni regolari ta' statistika dwar ir-rati ta' imgħax ta' IFM, il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar għandha tirrapporta tagħrif statistiku ta’ kull xahar dwar negozju ġdid u ammonti pendenti lill-BĊNi tal-Istat Membru li fih huwa residenti l-operatur li jirrapporta. It-tagħrif statistiku meħtieġ huwa speċifikat fl-Anness I.
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar b’konformità mal-ħtiġijiet nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jagħtu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu li ssir verifika preċiża tal-konformità mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3.
3. It-tagħrif statistiku meħtieġ għandu jiġi rappurtat skont l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet kif stipulat fl-Anness II.
4. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku nazzjonali aggregat ta’ kull xahar lill-BĊE sat-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol fid-19-il jum tax-xoghol wara t-tmiem tax-xahar ta' referenza.
5. Il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet fuq operaturi li jirrapportaw illi jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regoilament skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (8).
Artikolu 4
Derogi
1. Meta l-operaturi li jirrapportaw jintgħażlu permezz ta’ ċensiment, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFM żgħar minbarra banek ċentrali u MMFs fir-rigward tal-frekwenza tar-rapportar, sakemm il-kontribut ikkombinat ta’ dawn l-operaturi li jirrapportaw lill-karta tal-bilanċ tal-IFM nazzjonali f’termini ta’ ammonti pendenti, kif ikkalkolat skont ir-Regolament Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), ma jeċċedix il-5 %. Minflok ir-rapportar ta’ kull xahar, l-istituzzjonijiet żgħar jistgħu jirrapportaw statistika dwar ir-rati ta’ imgħax ta’ IFM fuq bażi trimestrali.
2. Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ kull sena b’mod tempestiv sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena.
3. Istituzzjonijiet tad-denb jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu minn derogi u li minflok jissodisfaw l-rekwiżiti tar-rapportar kollha.
4. Għall-estrapolazzjoni sa kopertura ta’ 100 %, il-BĊNi jistgħu jagħżlu l-proċedura biex iressqu ’l quddiem id-dejta rapportata fil-perijodi neqsin billi japplikaw tekniki xierqa ta’ stima statistika sabiex jikkunsidraw x-xejriet ft-tendenzi tad-dejta jew staġjonali. Il-BĊNi għandhom jimmonitorjaw in-numru ta’ istituzzjonijiet tad-denb fuq bażi annwali.
Artikolu 5
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju informazzjoni li l-operaturi li jirrapportaw huma mitlubin jipprovdu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dan id-dritt huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta operatur li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness II.
Artikolu 6
L-ewwel rapportar
L-ewwel rapportar bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandu jibda bid-dejta għal Diċembru 2014.
Artikolu 7
Tħassir
1. Ir-Regolament (UE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 8
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l’24 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.
(3) ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.
(5) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.
(7) ĠU L 341, 27.12.2009, p. 1.
(8) ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48.
ANNESS I
SKEMA TA’ RAPPORTAR GĦAL STATISTIKA TAR-RATA TA’ IMGĦAX TA’ ISTITUZZJONI FINANZJARJA MONETARJA
PARTI 1
Tip ta’ rata
I. Rata miftiehma annwalizzata
Prinċipju ġenerali
1. |
It-tip ta’ rata li l-operaturi li jirrapportaw jipprovdu għall-kategoriji kollha ta’ strumenti ta’ depożiti u self li jirreferu għal negozju ġdid u ammonti pendenti hija r-rata miftiehma annwalizzata (AAR — annualised agreed rate). Hija ddefinita bħala r-rata ta’ imgħax li hija miftiehma individwalment bejn l-operatur li jirrapporta u l-unità domestika jew korporazzjoni mhux finanzjarja għal depożitu jew self, mibdula għal bażi annwali u kkwotata f’perċentwali għal kull sena. L-AAR tkopri l-ħlasijiet kollha tal-imgħax fuq depożiti u self, imma l-ebda ħlas ieħor li jista’ japplika. Disagio, iddefinit bħala d-differenza bejn l-ammont nominali tas-self u l-ammont irċevut mill-konsumatur, jitqies bħala ħlas ta’ imgħax fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0) u huwa għalhekk rifless fl-AAR. |
2. |
Jekk il-ħlasijiet ta’ imgħax miftiehma bejn l-operatur li jirrapporta u l-unità domestika jew korporazzjoni mhux finanzjarja huma kkapitalizzati f’intervalli regolari fi spazju ta’ sena, pereżempju kull xahar jew kull trimestru aktar milli kull sena, ir-rata miftiehma hija annwalizzata permezz tal-formola li ġejja biex wieħed jasal għar-rata miftiehma annwalizzata:
fejn:
|
3. |
Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jitolbu lill-operaturi li jirrapportaw tagħhom biex jipprovdu r-rata effettiva ddefinita b’mod ristrett (NDER — narrowly defined effective rate) għall-istrumenti kollha ta’ depożiti u self li jirreferu għal negozju ġdid u ammonti dovuti jew uħud minnhom, minflok l-AAR. L-NDER hija definita bħala r-rata tal-imgħax, fuq bażi annwali, li ġġib indaqs il-valur preżenti tad-dovuti kollha minbarra l-imposti (depożiti jew self, ħlasijiet jew ħlasijiet mill-ġdid, ħlasijiet ta’ imgħax), futuri jew eżistenti, miftiehma mill-aġenti tar-rapportar u l-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja. L-NDER hija ekwivalenti għall-komponent fir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APRC – annual percentage rate of charge) tal-imgħax kif definita fl-Artikolu 3(i) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1). L-NDER tuża approssimazzjoni suċċessiva u għalhekk tista’ tiġi applikata għal kull tip ta’ depożitu jew self, filwaqt illi l-AAR tuża l-formola alġebrajka definita fil-paragrafu 2, u għalhekk tapplika biss għal depożiti u self b’kapitalizzazzjoni regolari ta’ ħlasijiet ta’ imgħax. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha huma identiċi, li tfisser li r-referenzi fil-bqija ta’ dan l-Anness tal-AAR japplikaw ukoll għall-NDER. |
Trattament tat-taxxi, sussidji u arranġamenti regolatorji
4. |
Il-ħlasijiet tal-imgħax koperti fl-AAR jirriflettu dak li l-operatur li jirrapporta jħallas fuq id-depożiti u dak li jirċievi għas-self. Fejn l-ammont imħallas minn parti waħda u rċevut mill-oħra jvarja, il-fehma tal-operatur li jirrapporta tiddetermina r-rata tal-imgħax irrapportata għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. |
5. |
Skont dan il-prinċipju, ir-rati tal-imgħax jitniżżlu fuq bażi gross qabel it-taxxa, billi r-rati tal-imgħax ta’ qabel it-taxxa jirriflettu dak li l-aġenti tar-rapportar iħallsu fuq id-depożiti u dak li jirċievu għas-self. |
6. |
Barra minn dan, is-sussidji mogħtija lil unitajiet domestiċi jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji minn terzi persuni ma jiġux ikkunsidrati meta jiġi ddeterminat il-ħlas tal-imgħax, għaliex is-sussidji ma jitħallsux jew ma jiġux riċevuti mill-operatur li jirrapporta. |
7. |
Rati favorevoli applikati mill-aġenti tar-rapportar lill-impjegati tagħhom huma koperti bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. |
8. |
Fejn ftehim regolatorji jaffettwaw il-ħlasijiet ta’ imgħax, pereżempju l-limiti massimi tar-rati tal-imgħax jew il-projbizzjoni tar-remunerazzjoni ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, dawn huma riflessi fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. Kull bidla fir-regoli li jiddeterminaw il-ftehim regolatorji, pereżempju l-livell ta’ rati ta’ imgħax amministrati jew il-limiti massimi tar-rati tal-imgħax, tintwera fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM bħala bidla fir-rata tal-imgħax. |
II. Rata tal-perċentwali annwali tal-imposta
9. |
Minbarra l-AARs, l-operaturi li jirrapportaw jipprovdu l-APRC għal negozju ġdid fir-rigward tal-kreditu lill-konsumatur u s-self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar, jiġifieri:
|
10. |
L-APRC tkopri l-“kost totali tal-kreditu lill-konsumatur”, kif definit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE. Dawn il-kostijiet totali jkopru komponent tar-rata tal-imgħax u komponent ta’ imposti oħra (relatati), bħall-kost tal-istħarriġ, l-amministrazzjoni, il-preparazzjoni tad-dokumenti, il-garanziji, l-assigurazzjoni ta’ kreditu, eċċ. |
11. |
Il-kompożizzjoni tal-komponent ta’ imposti oħra tista’ tvarja fil-pajjiżi, minħabba li d-definizzjonijiet fid-Direttiva 2008/48/KE huma applikati b’mod differenti, u minħabba li s-sistemi finanzjarji nazzjonali u l-proċedura għas-sikurezza tal-kreditu jvarjaw. |
III. Konvenzjoni
12. |
L-operaturi li jirrapportaw japplikaw sena standard ta’ 365 jum għall-kumpilazzjoni tal-AAR, jiġifieri huwa injorat l-effett ta’ jum addizzjonali fi snin biżestili. |
PARTI 2
Kopertura tan-negozju
13. |
Operaturi li jirrapportaw jipprovdu statistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM li tirreferi għal ammonti pendenti u għal negozju ġdid. |
IV. Rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti
14. |
Ammonti pendenti huma definiti bħala l-istokk tad-depożiti kollha mqiegħda minn unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji mal-operatur li jirrapporta u l-istokk tas-self kollu mogħti mill-operatur li jirrapporta lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. |
15. |
Rata ta’ imgħax fuq ammonti pendenti tirrifletti r-rata medja tal-imgħax medja ippeżata applikata lill-istokk ta’ depożiti jew self fil-kategorija tal-istrumenti relevanti fil-ħin tal-punt taż-żmien ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 29. Ir-rata tal-imgħax medja ippeżata hija s-somma tal-AAR immultiplikata bl-ammonti pendenti korrispondenti u diviżi bit-total tal-ammonti pendenti. Hija tkopri l-bilanċi kollha pendenti fuq kuntratti li jkunu ġew miftiehma fil-perijodi kollha qabel id-data ta’ referenza. |
V. Negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts
16. |
F’każ ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts kif definiti fil-paragrafi 46 sa 49 u 55, il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk kollu. Għalhekk, il-bilanċ tad-debitu jew tal-kreditu, jiġifieri l-ammont pendenti fil-punt taż-żmien ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 32, jintuża bħala indikatur għal negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts. |
17. |
Ir-rati tal-imgħax għal depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts jirriflettu r-rata tal-imgħax medja ippeżata applikata lill-istokk fuq dawn il-kontijiet fil-punt taż-żmien ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 32. Huma jkopru l-pożizzjonijiet kurrenti fil-karta tal-bilanċ tal-kuntratti kollha pendenti li jkunu ġew miftiehma fil-perijodi kollha qabel id-data ta’ referenza. |
18. |
Sabiex jiġu kkalkolati r-rati tal-imgħax tal-IFM fuq kontijiet li jistgħu jkunu jew depożitu jew self, skont il-bilanċ tagħhom, l-operaturi li jirrapportaw jiddistingwu bejn il-perijodi b’bilanċ ta’ kreditu u l-perijodi b’bilanċ ta’ debitu. L-operaturi li jirrapportaw jagħtu rapport dwar ir-rati tal-imgħax medji ippeżati li jirreferu għall-bilanċi ta’ kreditu bħala depożiti ta’ matul il-lejl u r-rati tal-imgħax medji ippeżati li jirreferu għall-bilanċi ta’ debitu bħala overdrafts. Huma ma jirrapportawx rati tal-imgħax medji ippeżati li jgħaqqdu flimkien rati ta’ depożitu ta’ matul il-lejl (baxxi) u rati ta’ overdraft (għolja). |
VI. Negozju ġdid f’kategoriji ta’ strumenti minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts
19. |
Il-paragrafi 20 sa 27 li ġejjin jirreferu għal depożiti b’maturità miftiehma, ftehim ta’ riakkwist (repos) u s-self kollu minbarra self li jiġġedded u overdrafts u dejn fuq karti ta’ kreditu kif definit fil-paragrafi 46 sa 49 u 55. Il-paragrafi 22 sa 23 dwar self innegozjat mill-ġdid jirreferu biss għal self li mhuwiex self li jiġġedded, overdrafts u dejn fuq karti ta' kreditu. |
20. |
Negozju ġdid huwa definit bħala kull ftehim ġdid bejn l-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-operatur li jirrapporta. Ftehim ġodda jinkludu:
|
21. |
Innegozjar mill-ġdid tirreferi għall-involviment attiv tal-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja fl-aġġustament tat-termini u l-kundizzjonijiet ta' kuntratt ta’ depożitu jew ta’ self eżistenti, inkluż ir-rata tal-imgħax. Għalhekk, estensjonijiet u aġġustamenti oħra tat-termini u l-kundizzjonijiet mwettqa b’mod awtomatiku, jiġifieri mingħajr l-involviment attiv tal-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja mhumiex negozjati mill-ġdid. |
22. |
Għar-rapportar separat ta’ volumi ġodda ta’ negozju ta’ self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji fl-istatistika tar-rati tal-imgħax ta’ IFM, l-innegozjar mill-ġdid jirreferi għal self ġdid għan-negozju, minbarra dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts, diġà fil-karta tal-bilanċ tal-operatur li jirrapporta fl-aħħar tax-xahar li jippreċedi x-xahar ta’ referenza. |
23. |
Self għar-ristrutturar ta’ dejn mhuwiex fih innifsu eskluż minn self innegozjat mill-ġdid. Madankollu jekk ir-ristrutturar jinvolvi negozjar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax, u bħala riżultat, is-self jingħata b'rata aktar baxxa mill-kundizzjonijiet tas-suq kif deskritt fil-paragrafu 28, huwa m'għandux ikun inkluż fis-self innegozjat mill-ġdid jew fin-negozju l-ġdid. |
24. |
Ir-rata għan-negozju ġdida tirrifletti r-rata tal-imgħax medja ippeżata applikata lid-depożiti u s-self fil-kategorija relevanti tal-istrumenti, fir-rigward ta’ ftehim ġodda konklużi bejn unitajiet domestiċi jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-operatur li jirrapporta matul il-perijodu taż-żmien ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 35. |
25. |
Bidliet fir-rati tal-imgħax varjabbli fis-sens ta’ aġġustamenti awtomatiċi tar-rata tal-imgħax imwettqa mill-operatur li jirrapporta mhumiex ftehim ġodda u għalhekk mhumiex meqjusa bħala negozju ġdid. Għal kuntratti eżistenti, dawn il-bidliet fir-rati varjabbli għalhekk ma jinqabdux f’rati tan-negozju ġdid imma biss fir-rati medja fuq l-ammonti pendenti. |
26. |
Bidla minn rati ta’ imgħax fissi għal dawk varjabbli jew viċi versa (fil-ħin t1) matul iż-żmien tal-kuntratt, li tkun miftiehma fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0), mhijiex ftehim ġdid iżda parti mit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self stabbiliti fil-ħin t0. Għalhekk mhijiex meqjusa bħala negozju ġdid. |
27. |
Unità domestika jew korporazzjoni mhux finanzjarja hija normalment mistennija tieħu self li mhuwiex self li jiġġedded jew overdraft f’somma sħiħa fil-bidu tal-kuntratt. Madankollu, hija tista’ tieħu self f’parti waħda jew aktar fil-ħinijiet t1, t2, t3, eċċ. minflok ma tissellef l-ammont kollu fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0). Il-fatt li self jittieħed f’parti waħda jew aktar huwa irrelevanti għall-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. Il-ftehim bejn l-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-operatur li jirrapporta fil-ħin t0, li jinkludi r-rata tal-imgħax u l-ammont sħiħ tas-self, huwa kopert mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM dwar negozju ġdid. Jekk l-innegozjar mill-ġdid tat-termini u l-kundizzjonijiet iseħħ wara l-ħin t0, l-ammont kollu mogħti u li ma jkunx għandu tmħallas lura saż-żmien li fih iseħħ l-innegozjar mill-ġdid għandu jiġi rrapportat mas-self innegozjat mill-ġdid. |
VII. Trattament ta’ self li ma jistax jiġi rkuprat u ta’ self għar-ristrutturar tad-dejn skont kundizzjonijiet anqas minn dawk tas-suq
28. |
Self li ma jistax jiġi rkuprat u self għar-ristrutturar tad-dejn mogħti b’rati anqas mill-kundizzjonijiet tas-suq mhumiex inklużi fir-rati tal-imgħax medji ippeżati jew fil-volumi ta’ negozju ġdid (Taqsimiet V u VI). Self li ma jistax jiġi rkuprat huwa ddefinit b'konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), u l-ammont totali ta’ self ikklassifikat parzjalment jew totalment bħala self li ma jistax jiġi rkuprat huwa eskluż mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. Self għar-ristrutturar ta’ dejn, jiġifieri ristrutturar fir-rigward ta’ debituri f’qagħda finanzjarja ħażina, għandu jiġi definit b’konformità mad-definizzjonijiet nazzjonali eżistenti. |
PARTI 3
Punt taż-żmien ta’ referenza
VIII. Punt taż-żmien ta’ referenza għar-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti
29. |
Il-BĊNi jiddeċiedu jekk fuq livell nazzjonali, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 26 deskritti fl-Appendiċi 1, humiex ikkumpilati bħala ritratt tal- osservazzjonijiet ta’ tmiem il-perijodu jew bħala rati impliċiti li jirreferu għal medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa ta’ xahar. |
30. |
Ir-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti bħala ritratt ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar huma kkalkulati bħala medji ppeżati tar-rati tal-imgħax applikati għall-istokk ta’ depożiti u self f’ċertu punt ta’ żmien fl-aħħar jum tax-xahar. F’dak il-punt ta’ żmien, l-operatur li jirrapporta jiġbor ir-rati tal-imgħax applikabbli u l-ammonti involuti għad-depożiti u s-self kollha pendenti fir-rigward tal-unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, u jikkumpila rata ta’ imgħax medja ippeżata għal kull kategorija ta’ strument. B’kuntrast mal-medji ta’ kull xahar, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti kkumpilati bħala osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar ikopru biss dawk il-kuntratti li jkunu għadhom pendenti fil-ħin tal-ġbir tad-dejta. |
31. |
Ir-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar huma kkalkolati bħala kwozjenti, bl-imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self matul ix-xahar ta’ referenza bħala n-numeratur, u l-istokk medju matul ix-xahar bħala d-denominatur. Fl-aħħar tax-xahar ta’ referenza, l-operatur li jirrapporta għandu jirrapporta l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar għal kull kategorija ta’ strument u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar. B’kuntrast mal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti kkumpilati bħala medji ta’ kull xahar jinkludu wkoll kuntratti li kienu pendenti f’xi ħin matul ix-xahar, inma li ma jkunux aktar pendenti fi tmiem ix-xahar. Il-medja tal-istokk ta’ depożiti u self matul ix-xahar ta’ referenza huwa idealment ikkompilat bħala l-medja tal-istokks ta’ kuljum matul ix-xahar. Bħala standard minimu, l-istokk medju ta’ kull xahar jiġi dedott mill-bilanċi ta’ kuljum għal kategoriji ta’ strumenti volatili, jiġifieri ta’ lanqas depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ strumenti, l-istokk medju ta’ kull xahar huwa dedott mill-bilanċi ta’ kull ġimgħa jew bilanċi aktar frekwenti. |
IX. Punt ta’ żmien ta’ referenza għal negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts
32. |
Il-BĊNi jiddeċiedu jekk fuq livell nazzjonali, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 deskritti fl-Appendiċi 2, humiex ikkumpilati bħala ritratt tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem il-perijodu jew bħala rati impliċiti li jirreferu għal medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa ta’ xahar. |
33. |
Analogi mal-kompilazzjoni tar-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti li jinsabu fl-Appendiċi 1, ir-rati tal-imgħax fuq id-depożiti ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts jiġu kkompilati b’wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
34. |
Fir-rigward ta’ kontijiet li jistgħu jkunu jew depożitu jew self, skont il-bilanċ tagħhom, huwa biss il-bilanċ f’ċertu ħin fl-aħħar jum tax-xahar li jiddetermina jekk il-kont huwiex depożitu ta’ matul il-lejl jew overdraft f’dak ix-xahar, jekk ir-rati tal-imgħax tal-IFM jiġu kkompilati bħala ritratt tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar. Jekk ir-rati tal-imgħax tal-IFM huma kkalkolati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, issir evalwazzjoni ta’ kuljum dwar jekk il-kont huwiex depożitu jew self. Medja tal-bilanċi ta’ kreditu ta’ kuljum u l-bilanċi tad-debitu ta’ kuljum hija mbagħad ikkalkolata sabiex jiġi dderivat l-istokk medju ta’ kull xahar għad-denominatur tar-rati impliċiti. Barra minn dan, il-fluss fin-numeratur jiddistingwixxi bejn imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self. L-operaturi li jirrapportaw ma jirrappurtawx rati tal-imgħax medji ippeżati li jgħaqqdu flimkien rati ta’ depożitu ta’ matul il-lejl (baxxi) u rati ta’ overdraft (għoljin). |
X. Punt ta’ żmien ta’ referenza għal negozju ġdid (minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts)
35. |
Ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq negozju ġdid minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu, u self li jiġġedded u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi kollha deskritti fl-Appendiċi 2 minbarra l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36, huma kkalkolati bħala medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa ta’ xahar (sħiħ). |
36. |
Għal kull kategorija ta’ strument, l-operaturi li jirrapportaw jikkalkolaw ir-rata ta’ negozju ġdid bħala medja ppeżata tar-rati tal-imgħax kollha fuq operazzjonijiet ta’ negozju ġdid fil-kategorija tal-istrument matul ix-xahar ta’ referenza. Dawn ir-rati tal-imgħax li jirreferu għall-medja tax-xahar jintbagħtu lill-BĊN tal-Istat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “l-Istat Membru taż-żona tal-euro”) li fih huwa residenti l-operatur li jirrapporta, flimkien mal-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq matul ix-xahar tar-rapportar għal kull kategorija ta’ strument. L-operaturi li jirrapportaw iqisu l-operazzjonijiet ta’ negozju ġdid imwettqa matul ix-xahar sħiħ. |
37. |
Għall-indikaturi li jirreferu għal self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri l-indikaturi 88 sa 91 deskritti fl-Appendiċi 2, huwa meħtieġ biss it-tagħrif dwar volumi ta’ negozju ġdid. In-negozjati kollha mill-ġdid ta’ kuntratti ta’ depożitu u ta’ self eżistenti kif definiti fil-paragrafi 22 sa 27 għandhom jiġu kkunsidrati, anke jekk l-istess kuntratt huwa nnegozjat mill-ġdid aktar minn darba matul ix-xahar ta’ referenza. |
PARTI 4
Kategoriji ta’ strumenti
XI. Disposizzjonijiet ġenerali
38. |
L-operaturi li jirrapportaw jipprovdu l-istatistika dwar ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti għall-kategoriji ta’ strumenti speċifikati fl-Appendiċi 1 u dwar negozju ġdid għall-kategoriji ta’ strumenti speċifikati fl-Appendiċi 2. Kif definit fil-paragrafu 16, ir-rati tal-imgħax fuq depoziti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, self li jiġġedded u overdrafts u kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu huma rati tal-imgħax fuq neozju ġdid, għalkemm il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk kollu, u huma għalhekk inkluzi fl-Appendiċi 2. |
39. |
Kategorija ta’ strumenti speċifikata fl-Appendiċi 1 u 2 hija inapplikabbli fuq livell nazzjonali f’xi Stati Membri taż-żona tal-euro u għalhekk hija injorata jekk istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn residenti ma joffru l-ebda prodott li jappartjeni għal din il-kategorija lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Id-dejta tingħata jekk jeżisti xi negozju, hu kemm hu limitat. |
40. |
Għal kull kategorija ta’ strumenti definita fl-Appendiċijiet 1 u 2, u applikata fin-negozju bankarju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn residenti ma’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM tiġi kkompilata fuq il-bażi tar-rati tal-imgħax kollha applikati lill-prodotti kollha li jaqgħu f’din il-kategorija ta’ strumenti. Dan ifisser li l-BĊNi ma jistgħux jiddefinixxu sett ta’ prodotti nazzjonali fi ħdan kull kategorija ta’ strumenti li fuqhom tinġabar l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM; minflok, huma koperti r-rati fuq il-prodotti kollha offruti minn kull wieħed mill-operaturi li jirrapportaw. Kif hemm iddikjarat fl-Artikolu 16 tal-Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (3), mhuwiex meħtieġ li fil-kampjun il-BĊNi jkopru kull prodott li jeżisti fil-livell nazzjonali. Madankollu, huma ma għandhomx jeskludu kategorija sħiħa ta’ strumenti għal raġunijiet li l-ammonti involuti huma żgħar ħafna. Għaldaqstant, jekk kategorija ta’ strumenti tiġi offruta biss minn istituzzjoni waħda, allura din l-istituzzjoni tiġi rappreżentata fil-kampjun. Jekk kategorija ta’ strumenti ma kinitx teżisti fi Stat Membru taż-żona tal-euro fil-ħin tal-formulazzjoni inizjali tal-kampjun, iżda jkun qiegħed jiġi introdott prodott ġdid li jappartjeni għal din il-kategorija minn istituzzjoni minn hemm ’il quddiem, din l-istituzzjoni tiġi inkluża fil-kampjun fil-ħin tal-verifika dwar ir-rappreżentanza li jmiss. Jekk jinħoloq prodott ġdid fi ħdan kategorija ta’ strumenti eżistenti fil-livell nazzjonali, l-istituzzjonijiet fil-kampjun ikopruh mar-rappurtar li jmiss, billi l-operaturi kollha li jirrapportaw huma mitluba jirrapportaw dwar il-prodotti kollha tagħhom. |
41. |
L-eċċezzjoni għall-prinċipju li jiġu koperti r-rati kollha tal-imgħax applikati lill-prodotti kollha huma r-rati tal-imgħax fuq self li ma jistax jiġi rkuprat u s-self għar-ristrutturar ta’ dejn. Kif hemm iddikjarat fil-paragrafu 28, is-self kollu li ma jistax jiġi rkuprat, u s-self għar-ristrutturar ta’ dejn b’rati anqas mill-kundizzjonijiet tas-suq, jiġifieri applikati għal debituri f’qagħda finanzjarja ħażina, huwa eskluż mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. |
XII. Kategorizzazzjoni skont il-munita
42. |
L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM tkopri r-rati tal-imgħax applikati mill-popolazzjoni li tirrapporta. Id-dejta dwar depożiti u self f’muniti li mhumiex l-euro m’għandhiex tintalab fil-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro. Dan huwa rifless fl-Appendiċijiet 1 u 2 fejn l-indikaturi kollha jirreferu għal depożiti u self iddenominati f’euro. |
XIII. Kategorizzazzjoni skont is-settur
43. |
Bl-eċċezzjoni tar-riakkwist, il-kategorizzazzjoni skont is-settur għandha tiġi applikata għad-depożiti u s-self kollha meħtieġa għall-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. L-Appendiċijiet 1 u 2 għalhekk jiddistingwu bejn l-indikaturi fir-rigward tal-unitajiet domestiċi (inkluż l-istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi) (4) u fir-rigward ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji (5). Barra minn dan, dejta separata tiġi rrapportata għal proprjetarji uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali bħala parti minn unitajiet domestiċi, iżda biss fir-rigward ta’ self għal negozju ġdid għal ‘skopijiet oħrajn’. Il-BĊNi jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu tal-identifikazzjoni separata tas-self lil proprjetarji uniċi meta dan is-self jikkostitwixxi anqas minn 5 % tas-self totali tal-unitajiet domestiċi tal-Istat Membru taż-żona tal-euro f’termini ta’ ammonti pendenti, kif ikkalkolat b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). |
44. |
L-indikatur 5 fl-Appendiċi 1 u l-indikatur 11 fl-Appendiċi 2 jirreferu għar-riakkwisti. Għalkemm ir-remunerazzjoni tar-riakkwisti mhijiex indipendenti mis-settur tal-investimenti fl-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, l-ebda kategorizzazzjoni skont is-settur ma hija mitluba minn unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji għal riakkwisti fuq il-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro. Barra minn dan, l-ebda kategorizzazzjoni skont il-maturità ma hija mitluba fuq il-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, billi huwa assunt li r-riakkwisti huma fil-biċċa l-kbira għal żmien qasir ħafna. Ir-rata tal-imgħax tal-IFM fuq ir-riakkwisti tirreferi mingħajr divrenzjar għaż-żewġ setturi. |
45. |
L-indikaturi 5 u 6 fl-Appendiċi 2 jirreferu għal depożiti mifdija b’notifika miżmumin minn unitajiet domestiċi. Madankollu, ir-rata tal-imgħax u l-piż għal depożiti mifdija b’notifika, fuq il-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, jirreferu għal depożiti mifdija b’notifika miżmumin kemm minn unitajiet domestiċi kif ukoll minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri ż-żewġ setturi magħqudin flimkien imma allokati lill-unitajiet domestiċi. Fuq il-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, ma hija mitluba l-ebda skont is-settur. |
XIV. Kategorizzazzjoni skont it-tip ta’ strument
46. |
Sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin 47 sa 55, il-kategorizzazzjoni skont l-istrument għar-rati tal-imgħax tal-IFM u d-definizzjonijiet tat-tipi ta’ strumenti jsegwu l-kategoriji tal-attiv u l-passiv stabbiliti f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). |
47. |
Ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq depożiti ta’ matul il-lejl, jiġifieri l-indikaturi 1 u 7 fl-Appendiċi 2, ikopru d-depożiti kollha ta’ matul il-lejl, kemm jekk jirrendu l-imgħax kif ukoll jekk le. Għalhekk depożiti ta’ matul il-lejl mingħajr imgħax jinqabdu mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. |
48. |
Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, is-self li jiġġedded u l-overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 12 u 23 fl-Appendiċi 2, għandhom l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), minkejja l-perijodu inizjali tagħhom tal-iffissar tar-rata tal-imgħax. Penalitajiet fuq overdrafts applikati bħala komponent ta’ imposti oħra, pereżempju fil-forma ta’ tariffi speċjali, ma humiex koperti mill-AAR kif definit fil-paragrafu 1, peress illi din it-tip ta’ rata tkopri biss ir-rata tal-imgħax fuq is-self. Self irrapportat taħt din il-kategorija ma huwa rrappurtat taħt l-ebda kategorija oħra ta’ negozju ġdid. |
49. |
Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, id-dejn fuq karti ta' kreditu għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Id-dejta fuq ir-rati tal-imgħax tiġi rrapportata biss fir-rigward ta’ kreditu estiż fuq karti ta' kreditu, fl-indikaturi 32 u 36. Ir-rata tal-imgħax fuq il-kreditu ta’ konvenjenza ma tiġix irrapportata separatament, peress li b’definizzjoni hija ta’ 0 %. Madankollu, il-kreditu pendenti fuq il-karti ta’ kreditu ta’ konvenjenza huwa inkluż bħala parti mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti, flimkien mal-kreditu estiż pendenti fuq il-karta ta’ kreditu. La l-kreditu estiż u lanqas dak ta’ konvenjenza fuq il-karti ta’ kreditu ma hu rrapportat taħt xi indikatur ieħor ta’ negozju ġdid. |
50. |
Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, self tan-negozju ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji (minbarra self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu), jiġifieri l-indikaturi 37 sa 54, 80, 82, 84 u 91 fl-Appendiċi 2, ikopru s-self kollu minbarra dejn fuq il-karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts lil intrapriżi, irrispettivament mill-ammont tagħhom, filwaqt li l-indikaturi 62 sa 79, 81, 83 u 85 jirreferu għal self iggarantit kif definit fil-paragrafu 64. Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti pendenti, għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u jkopri self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu. |
51. |
Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, self tan-negozju ġdid lill-unitajiet domestiċi għall-konsum, jiġifieri l-indikaturi 13 sa 15, 30 u 88 fl-Appendiċi 2, huwa definit bħala self, minbarra dejn fuq il-karti ta’ kreditu jew self li jiġġedded u overdrafts, mogħti għall-iskop ta’ użu personali fil-konsum ta’ oġġetti u servizzi, filwaqt li l-indikaturi 55 sa 57 jirreferu għal self iggarantit kif definit fil-paragrafu 64. Self għall-konsum fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti pendenti għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u jkopri self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu. |
52. |
Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, self tan-negozju ġdid lil unitajiet domestiċi għal xiri ta’ djar, jiġifieri l-indikaturi 16 sa 19, 31, u 89 fl-Appendiċi 2, huma definiti bħala kreditu minbarra self li jiġġedded u overdrafts jew kreditu fuq il-karti ta’ kreditu, estiż għall-iskop ta’ investiment fi djar, inkluż bini, garaxxijiet u titjib fid-dar (rinnovazzjoni), filwaqt li l-indikaturi 58 sa 61 jirreferu għal self iggarantit kif definit fil-paragrafu 64. Is-self lil unitajiet domestiċi għal xiri ta’ djar fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti pendenti, għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u jkopri self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu. |
53. |
Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, self tan-negozju ġdid lil unitajiet domestiċi għal skopijiet oħra, jiġifieri l-indikaturi 20 sa 22, 33 sa 35 u 90 fl-Appendiċi 2, huwa definit bħala self minbarra self li jiġġedded u overdrafts jew kreditu fuq il-karti ta’ kreditu, mogħti għal skopijiet bħal negozju, il-konsolidazzjoni tad-dejn, l-edukazzjoni, eċċ. Self ieħor lil unitajiet domestiċi fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti pendenti, għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u jinkludi self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu. |
54. |
Għal rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti, is-self għall-konsum, is-self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar u self ieħor lil unitajiet domestiċi għal skopijiet oħra, flimkien ikopru s-self mogħti lil unitajiet domestiċi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn residenti, inkluż is-self li jiġġedded u overdrafts u l-kreditu fuq il-karti ta’ kreditu. |
55. |
Għal rati tal-imgħax tal-IFM fuq negozju ġdid, kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu, is-self li jiġġedded u overdrafts, is-self lil unitajiet domestiċi għall-konsum, għax-xiri ta’ djar u għal skopijiet oħra jkopri s-self kollu kreditu ta’ konvenjenza fuq il-karti ta’ kreditu mogħti lil unitajiet domestiċi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn residenti. Il-kreditu ta’ konvenjenza fuq il-karti ta’ kreditu ma jiġix irrapportat separatament fl-istatistika dwar ir-rati tal-imgħax tal-IFM għal negozju ġdid, iżda jiġi inkluż bħala parti mill-partiti korrispondenti tal-ammont pendenti. |
XV. Kategorizzazzjoni skont il-kategoriji tal-ammont
56. |
Għal self ieħor lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri l-indikaturi 37 sa 54 u 62 sa 85 fl-Appendiċi 2, issir distinzjoni bejn tliet kategoriji ta’ ammonti: (a) “sa u li jinkludi EUR 0,25 miljun”; (b) “aktar minn EUR 0,25 miljun sa u li jinkludi EUR 1 miljun”. L-ammont jirreferi għat-tranżazzjoni singola ta’ self meqjusa bħala negozju ġdid, aktar milli għan-negozju kollu bejn il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-operatur li jirrapporta. |
XVI. Kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali u reżidwa, in-notifika u l-perijodu li fih isir l-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax jew l-iffissar tar-rata inizjali
57. |
Skont it-tip ta’ strument u jekk ir-rata ta' imgħax tal-IFM tirreferix għal ammonti pendenti jew għal negozju ġdid, l-istatistika tipprovdi skont il-maturità oriġinali u reżidwa, il-perijodi ta’ notifika u l-perijodu li fih isir l-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax jew l-iffissar tar-rata inizjali. Dawn l- jirreferu għal termini ta’ żmien jew firxiet, pereżempju rata tal- imgħax fuq depożitu b’maturità miftiehma ta’ sa sentejn tirreferi għal rata medja fid-depożiti kollha b’maturità oriġinali miftiehma ta’ bejn jumejn u massimu ta’ sentejn, ippeżati skont id-daqs tad-depożitu. |
58. |
Il-kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali u reżidwa kif ukoll il-perijodi ta’ notifika u tal-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax isegwu d-definizzjonijiet stipulati f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali ssir lill-kategoriji kollha ta’ depożiti li mhumiex riakkwisti li jirreferu għal ammonti pendenti u lill-kategoriji kollha ta’ self li jirreferu għal ammonti pendenti kif stipulat fl-Appendiċi 1. Kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali flimkien mal-maturità reżidwa u l-iffissar mill-ġdid li jmiss tar-rata tal-imgħax hija applikata lill-indikaturi 15 sa 26 kif definit fl-Appendiċi 1. Kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali tiġi applikata wkoll lil negozju ġdid fuq depożiti b’maturità miftiehma, u kategorizzazzjoni skont il-perijodu ta’ notifika lil negozju ġdid fuq depożiti li jinfdew b’notifika kif stipulat fl-Appendiċi 2. Dejta separata fuq self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’perijodu inizjali li fih tiġi ffissata r-rata tal-imgħax li jkun sa sena flimkien mal-maturità oriġinali ta’ ’l fuq minn sena tiġi rrapportata għal kull daqs ta’ self imsemmi fil-paragrafu 56, kif stipulat fl-Appendiċi 2. |
59. |
Ir-rati tal-imgħax tas-self fuq negozju ġdid, minbarra għall-indikaturi 88 sa 91 fuq self innegozjat mill-ġdid fl-Appendiċi 2, huma analizzati skont il-perijodu inizjali tal-iffissar tar-rata tal-imgħax li jinsab fil-kuntratt. Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, il-perijodu inizjali tal-iffissar huwa definit bħala perijodu ta’ żmien iddeterminat minn qabel fil-bidu ta’ kuntratt li matulu l-valur tar-rata tal-imgħax mhuwiex ser jinbidel. Il-perijodu inizjali tal-iffissar jista’ jkun iqsar minn jew daqs il-maturità oriġinali tas-self. Il-valur tar-rata tal-imgħax jitqies biss bħala li ma jinbidilx jekk huwa ddefinit bħala livell eżatt, pereżempju bħala 10 %, jew bħala divrenzjali għal rata ta’ referenza f’punt ta’ żmien fiss, pereżempju bħala EURIBOR ta’ 6 xhur miżjuda b’2 punti perċentwali f’ċertu jum u ħin iddeterminat minn qabel. Jekk fil-bidu tal-kuntratt tinftiehem proċedura biex tiġi kkalkulata r-rata tas-self bejn l-unitajiet domestiċi jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-operatur li jirrapporta għal ċertu perijodu ta’ mien, pereżempju EURIBOR ta’ 6 xhur miżjuda b’2 punti perċentwali għal tliet snin, il-perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ma jitqiesx bħala ta’ tliet snin, iżda ta’ sitt xhur, billi l-valur tar-rata tal-imgħax jista’ jinbidel kull sitt xhur matul it-tliet snin. L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM dwar negozju ġdid ta’ self tirrifletti biss ir-rata tal-imgħax li tinftiehem għall-perijodu inizjali tal-iffissar fil-bidu tal-kuntratt jew wara n-negozjar mill-ġdid tas-self. Jekk wara dan il-perijodu inizjali tal-iffissar ir-rata tal-imgħax tinbidel awtomatikament għal rata varjabbli, dan ma jiġix rifless fir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq negozju ġdid iżda biss f’dawk l-ammonti pendenti. |
60. |
Il-perijodi tal-iffissar tar-rata inizjali li ġejjin huma differenti għas-self lil unitajiet domestiċi:
|
61. |
Il-perijodi li ġejjin tal-iffissar tar-rata inizjali huma differenti għas-self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji sa EUR 0,25 miljun, ta’ aktar minn EUR 0,25 miljun u sa EUR 1 miljun u ta’ aktar EUR 1 miljun:
|
62. |
Għall-iskopijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, “rata varjabbli” hija definita bħala r-rata tal-imgħax li hija suġġetta għal reviżjonijiet tal-imgħax fuq bażi kontinwa (eż. kuljum) jew fid-diskrezzjoni tal-IFM minbarra banek ċentrali u MMFs.. |
XVII. Kategorizzazzjoni skont is-self iggarantit b’kollateral u/jew garanziji
63. |
Self lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji iggarantit b’kollateral u/jew garanziji huwa rrapportat addizzjonalment u separatament għall-kategoriji kollha ta’ negozju ġdid tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, minbarra l-kreditu fuq il-karti ta’ kreditu, is-self li jiġġedded u l-overdrafts, u s-self għal skopijiet oħra. Barra minn dan l-ebda kategorizzazzjoni skont il-kollateral/garanziji ma hija mitluba għall-indikaturi li jirreferu għal volumi ta’ negozju ġdid ta’ self innegozjat mill-ġdid. |
64. |
Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, il-kategorizzazzjoni ta’ self skont il-kollateral/garanziji tinkludi l-ammont totali ta’ self għal negozju ġdid li huwa kollateralizzat permezz tat-teknika tal-“protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjat” kif definit fl-Artikolu 4(58) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir- rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (6) u/jew iggarantit bl-użu tat-teknika “protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjat” kif definit fl-Artikolu 4(59) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b’tali mod illi l-valur tal-kollateral u/jew garanzija jkun ogħla minn jew daqs l-ammont totali tas-self. Jekk IFM minbarra banek ċentrali u MMFs tapplika sistema differenti mill-“Metodu Standardizzat” kif definit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skopijiet superviżorji, hija tista’ tuża wkoll l-istess trattament fir-rapportar tas-self inkluż f’din il-kategorizzazzjoni. |
TAQSIMA 5
Obbligi ta’ rapportar
65. |
Sabiex jiġu dedotti l-aggregati li jirreferu għall-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, jiġu applikati tliet livelli ta’ aggregazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti elenkati fl-Appendiċijiet 1 u 2. |
XVIII. Tagħrif statistiku fil-livell tal-operaturi li jirrapportaw
66. |
L-ewwel livell ta’ aggregazzjoni isir mill-operaturi li jirrapportaw kif definit fil-paragrafi 67 sa 72. Madankollu, il-BĊNi jistgħu jistaqsu wkoll lill-operaturi li jirrapportaw biex jipprovdu dejta fuq il-livell ta’ depożiti u self individwali. Id-dejta hija rrapportata lill-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih huwa residenti l-operatur li jirrapporta. |
67. |
Jekk ir-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 26 fl-Appendiċi 1, huma kkumpilati bħala stampa ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, allura l-operaturi li jirrapportaw jagħtu rata tal-imgħax medja ippeżata li tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti. |
68. |
Jekk ir-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 26 fl-Appendiċi 1, huma kkumpilati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, l-operaturi li jirrapportaw jagħtu l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti. |
69. |
Jekk ir-rati tal-imgħax fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2, huma kkumpilati bħala stampa tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, allura l-operaturi li jirrapportaw jagħtu rata tal-imgħax medja ppeżata li tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti. |
70. |
Jekk ir-rati tal-imgħax fuq depo¿iti ta’ matul il-lejl, depo¿iti mifdija b’notifika, kreditu esti¿ fuq il-karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2, huma kkumpilati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, allura l-operaturi li jirrapportaw jagħtu l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti. |
71. |
Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar negozju ġdid, jiġifieri l-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 22, 30 sa 31, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2, l-operaturi li jirrapportaw jagħtu rata tal-imgħax medja ppeżata. Barra minn dan l-operaturi li jirrapportaw jagħtu l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq f’kull kategorija ta' strumenti matul ix-xahar għall kull wieħed mill-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2. Għall-kategoriji ta’ strumenti li jirreferu għal self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (indikaturi 88 sa 91 fl-Appendiċi 2), hija mitluba biss informazzjoni dwar negozju ġdid. |
72. |
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn li jitħallew minn BĊN biex jirrappurtaw l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM flimkien bħala grupp jitqiesu bħala operatur wieħed li jirrapporta u jagħtu d-dejta msemmija fil-paragrafi 64 sa 66 b’referenza għall-grupp sħiħ. Barra minn dan, dawn l-operaturi li jirrapportaw ta’ kull sena jagħtu n-numru ta’ istituzzjonijiet li jirrapportaw fi ħdan il-grupp u l-varjanza tar-rati tal-imgħax f’dawn l-istituzzjonijiet għal kull kategorija ta’ strumenti. In-numru tal-istituzzjonijiet li jirrapportaw fi ħdan il-grupp u l-varjanza jirreferu għax-xahar ta’ Ottubru u jiġu trażmessi mad-dejta ta’ Ottubru. |
XIX. Rati tal-imgħax medji ippeżati u riżultati aggregati nazzjonali għall-Istati Membri taż-żona tal-euro
73. |
It-tieni livell ta’ aggregazzjoni jitwettaq mill-BĊNi. Huma jaggregaw ir-rati tal-imgħax u l-ammonti relatati tan-negozju għall-operaturi nazzjonali tagħhom kollha li jirrapportaw għal rata tal-imgħax nazzjonali medja ppeżata għal kull kategorija ta’ strumenti. Id-dejta tiġi rrapportata lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Il-livell finali tal-aggregazzjoni tal-kategoriji ta’ strumenti għal kull Stat Membru taż-żona tal-euro għal-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro jitwettaq mill-BĊE. |
(1) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66
(2) Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għall-kreditu lill-konsumatur u s-self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar fil-konfront ta’ istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi.
(3) ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1
(4) S.14 u S.15 ikkombinati, kif iddefinit fl-ESA 2010 stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p.1).
(5) S.11 kif iddefinit fl-ESA 2010.
Appendiċi 1
Kategoriji ta’ strumenti għal rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti
AAR jew NDER hija rrappurtata fuq bażi ta’ kull xahar għal kull waħda mill-kategoriji inklużi fit-Tabella 1.
Tabella 1
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Maturità oriġinali |
Maturità reżidwa |
Iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax |
Indikatur tal-ammont pendenti |
Rekwiżit ta’ rapportar |
Depożiti f’EUR |
Minn unitajiet domestiċi |
B’maturità miftehma |
Sa sentejn |
|
|
1 |
AAR |
Aktar minn sentejn |
|
|
2 |
AAR |
|||
Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
B’maturità miftehma |
Sa sentejn |
|
|
3 |
AAR |
|
Aktar minn sentejn |
|
|
4 |
AAR |
|||
Repos Riakkwist |
|
|
5 |
AAR |
|||
Self f’EUR |
Lil unitajiet domestiċi |
Għax-xiri ta’ djar |
Sa sena |
|
|
6 |
AAR |
Aktar minn sena u sa 5 snin |
|
|
7 |
AAR |
|||
Aktar minn 5 snin |
|
|
8 |
AAR |
|||
Għal konsum u skopijiet oħra |
Sa sena |
|
|
9 |
AAR |
||
Aktar minn sena u sa 5 snin |
|
|
10 |
AAR |
|||
Aktar minn 5 snin |
|
|
11 |
AAR |
|||
Total |
Aktar minn sena |
|
|
15 |
AAR |
||
sa sena |
|
16 |
AAR |
||||
aktar minn sena |
fit-12-il xahar li jmiss |
17 |
AAR |
||||
Aktar minn sentejn |
|
|
18 |
AAR |
|||
sa sentejn |
|
19 |
AAR |
||||
aktar minn sentejn |
fl-24 xahar li jmiss |
20 |
AAR |
||||
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Sa sena |
|
|
12 |
AAR |
||
Aktar minn sena u sa 5 snin |
|
|
13 |
AAR |
|||
Aktar minn 5 snin |
|
|
14 |
AAR |
|||
Aktar minn sena |
|
|
21 |
AAR |
|||
sa sena |
|
22 |
AAR |
||||
aktar minn sena |
fit-12-il xahar li jmiss |
23 |
AAR |
||||
Aktar minn sentejn |
|
|
24 |
AAR |
|||
sa sentejn |
|
25 |
AAR |
||||
aktar minn sentejn |
fl-24 xahar li jmiss |
26 |
AAR |
Appendiċi 2
AAR jew NDER tiġi rrapportata fuq bażi ta’ kull xahar għall-kategoriji inklużi fit-Tabelli 2, 3 u 4. Ir-rapportar tal-AAR huwa akkompanjat mill-volum ta’ negozju relatat jekk indikat fit-tabelli mill-kelma “ammont”. Għall-kategoriji li jirreferu għal self innegozjat mill-ġdid fit-tabella 6, hija mitluba biss l-informazzjoni dwar il-volum ta’ negozju ġdid.
Il-kategoriji fi ħdan it-Tabelli 2 (minbarra l-indikaturi 33 sa 35), 3, 5 u 6 jeskludu lil xulxin fi ħdan kull tabella. Għalhekk, self irrapportat taħt xi indikatur fit-Tabella 2 (minbarra l-indikaturi 33 sa 35) u/jew fit-Tabella 3 u/jew fit-Tabella 5 u/jew fit-Tabella 6 ma jerġax jiġi rrapportat taħt xi indikatur ieħor fl-istess tabella, ħlief għal self irrapportat fl-indikaturi 33 sa 35, li għandhom ukoll jiġu rrapportati taħt l-indikaturi 20 sa 22.
Is-self kollu rrapportat taħt xi kategorija fit-Tabella 3 għandu jidher ukoll fil-kategoriji korrispondenti tat-Tabelli 2. Għall-indikaturi fit-Tabella 4, dawn huma subindikaturi tat-Tabella 2, u jekk iggarantit, tat-Tabella 3; għalhekk kull self irrapportat fit-Tabella 4 għandu jidher ukoll fit-Tabelli 2 u 3 skont il-każ. Is-self irrapportat taħt xi kategorija fit-Tabella 6 għandu jidher ukoll fil-kategorija xierqa fit-Tabella 2, u skont il-każ, fil-kategorija xierqa fit-Tabelli 3 u 4.
It-Tabella 5 tirreferi biss għall-APRC. Self imniżżel fit-Tabella 5 għandu jitniżżel ukoll fit-Tabelli 2, 3, 4 u 6 kif jixraq, u titqies il-metodoloġija differenti tal-APRC kif inkluż fil-paragrafu 9.
Il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk sħiħ, jiġifieri għall-ammonti pendenti fil-każ ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, self li jiġġedded u overdrafts u kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32, 36.
Tabella 2
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Maturità oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu tal-iffissar tar-rata tal-imgħax inizjali |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
u ta’ rapportar |
Depożiti f’EUR |
Minn unitajiet domestiċi |
Matul il-lejl |
1 |
AAR |
|
B’maturità miftehma |
Maturità sa sena |
2 |
AAR, ammont |
||
Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn |
3 |
AAR, ammont |
|||
Maturità ta’ aktar minn sentejn |
4 |
AAR, ammont |
|||
Jinfeda b’avviż (*) |
Notifika sa 3 xhur |
5 |
AAR |
||
Notifika ta’ aktar minn 3 xhur |
6 |
AAR |
|||
Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Matul il-lejl |
7 |
AAR |
||
B’maturità miftehma |
Maturità sa sena |
8 |
AAR, ammont |
||
Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn |
9 |
AAR, ammont |
|||
Maturità ta’ aktar minn sentejn |
10 |
AAR, ammont |
|||
Riakkwisti |
11 |
AAR, ammont |
|||
Self f’EUR |
Lil unitajiet domestiċi |
Self li jiġġedded u overdrafts |
12 |
AAR |
|
Kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu |
32 |
AAR |
|||
Għall-konsum |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena |
13 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin |
14 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
15 |
AAR, ammont |
|||
Għax-xiri ta’ djar |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena |
16 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin |
17 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
18 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
19 |
AAR, ammont |
|||
Għal skopijiet oħra |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena |
20 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin |
21 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
22 |
AAR, ammont |
|||
Għal skopijiet oħra, li minnhom: Proprjetarji uniċi |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena |
33 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin |
34 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
35 |
AAR, ammont |
|||
Self f’EUR |
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self li jiġġedded u overdrafts |
23 |
AAR |
|
Kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu |
36 |
AAR |
|||
Self sa ammont ta’ EUR 0,25 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur |
37 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
38 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin |
39 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
40 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
41 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
42 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur |
43 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
44 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin |
45 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
46 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
47 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
48 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 1 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur |
49 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
50 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 3 snin |
51 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
52 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
53 |
AAR, amount |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
54 |
AAR, ammont |
Tabella 3
Self għal negozju ġdid b’kollateral u/jew garanziji
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Perijodu tal-iffissar tar-rata tal-imgħax inizjali |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
Rekwiżit ta’ rapportar |
Self f’EUR |
Lil unitajiet domestiċi |
Għall-konsum |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena |
55 |
AAR, ammont |
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 5 snin |
56 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
57 |
AAR, ammont |
|||
Għax-xiri ta’ djar |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena |
58 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 5 snin |
59 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
60 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
61 |
AAR, ammont |
|||
Self f’EUR |
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self sa ammont ta’ EUR 0,25 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur |
62 |
AAR, ammont |
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
63 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 3 snin |
64 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
65 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
66 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
67 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur |
68 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
69 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 3 snin |
70 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
71 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
72 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
73 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 1 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur |
74 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
75 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 3 snin |
76 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
77 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
78 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
79 |
AAR, ammont |
Tabella 4
Self għal negozju ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ anqas minn sena u ta’ maturità oriġinali ta’ aktar minn sena
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Is-self kollu / is-self ikkollateralizzat/iggarantit skont il-maturità oriġinali |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
Rekwiżit ta’ rapportar |
Self f’EUR |
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self sa ammont ta’ EUR 0,25 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena |
80 |
AAR, ammont |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self ikkollateralizzat/iggarantit biss |
81 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena |
82 |
AAR, ammont |
||
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self ikkollateralizzat/iggarantit biss |
83 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 1 mn |
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena |
84 |
AAR, ammont |
||
Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self ikkollateralizzat/iggarantit biss |
85 |
AAR, ammont |
Tabella 5
Self għal negozju ġdid lil unitajiet domestiċi
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Is-self kollu |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
Rekwiżit ta’ rapportar |
Self f’EUR |
Lil unitajiet domestiċi |
Għall-konsum |
APRC |
30 |
APRC |
Għal xiri ta’ djar |
APRC |
31 |
APRC |
Tabella 6
Self innegozjat mill-ġdid għal-negozju ġdid
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Maturità oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu tal-iffissar tar-rata tal-imgħax inizjali |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
Rekwiżit ta’ rapportar |
Self f’EUR |
Lil unitajiet domestiċi |
Għall-konsum |
total |
88 |
Ammont |
Għax-xiri ta’ djar |
total |
89 |
Ammont |
||
Għal skopijiet oħra |
total |
90 |
Ammont |
||
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
total |
91 |
Ammont |
(*) Għal din il-kategorija ta’ strumenti, l-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma miġburin flimkien u allokati lis-settur tal-unitajiet domestiċi.
ANNESS II
L-operaturi li jirrapportaw għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin sabiex biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta‘ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
1. |
Standards minimi għat-trażmissjoni:
|
2. |
Standards minimi għall-preċiżjoni:
|
3. |
Standards minimi għall-konformità mal-kunċetti:
|
4. |
Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika ta' reviżjoni u l-proċeduri stipulati mill-BĊE u mill-BĊN relevanti għandhom ikunu mħarsa. Reviżjonijiet li jitbiegħdu minn reviżjonijiet regolari għandhom ikollhom magħhom noti spjegattivi. |
ANNESS III
REGOLAMENT IMĦASSAR BIL-LISTA TA’ EMENDI SUĊĊESSIVI
(imsemmija fl-Artikolu 7)
Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2003/18)
Emendat minn:
|
Regolament (KE) Nru 2181/2004 (BĊE/2004/21) |
|
Regolament (KE) Nru 290/2009 (BĊE/2009/7) |
|
Regolament (UE) Nru 674/2010 (BĊE/2010/7) |
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2003/18) |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 2(3) |
|
Artikolu 2(4) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(5) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(6) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Anness I (1) |
|
Anness II |
Anness I |
Anness III |
Anness II |
|
Anness III |
Anness IV |
|
(1) Għandha tiġi inkluża f’Linja Gwida tal-BĊE għar-riformulazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2007/9.
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/73 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1073/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Ottubru 2013
dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (riformulazzjoni)
(BĊE/2013/38)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Peress illi r-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (2) jenħtieġ li jiġi emendat b’mod sostanzjali, b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (3), huwa għandu jiġi riformulat għall-finijiet ta’ ċarezza. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipula fl-Artikolu 2(1) illi, għall-iskopijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor tagħrif statistiku fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Jingħad mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li l-fondi ta’ investiment (FI) jagħmlu parti mill-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta għall-finijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE, inter alia, fil-qasam tal-istatistika monetarja u finanzjarja. Barra minn dan, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwali li tirrapporta fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ aġenti li jirrapportaw mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu. |
(3) |
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha u timmonitorja attivitajiet finanzjarji minbarra dawk imwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), is-SEBĊ teħtieġ tagħrif statistiku ta’ kwalità għolja dwar in-negozju tal-FI. L-iskop prinċipali ta’ dan it-tagħrif huwa li l-BĊE jingħata stampa statistika komprensiva tas-settur tal-FI fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”), li għandhom jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed. |
(4) |
Sabiex jiġi limitat il-piż tar-rapportar, il-BĊNi jitħallew jiġbru t-tagħrif meħtieġ dwar FI mingħand il-popolazzjoni attwali li tirrapporta bħala parti minn qafas ta’ rapportar statistiku aktar wiesa’ li jservi skopijiet statistiċi oħra, sakemm it-twettiq tar-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE mhuwiex ippreġudikat. Sabiex titkattar it-trasparenza, f’dawn il-każijiet huwa xieraq li l-aġenti li jirrapportaw jiġu mgħarrfa li d-dejta tinġabar sabiex jiġu sodisfatti skopijiet ta’ statistika oħrajn. |
(5) |
Id-disponibilità ta’ dejta dwar tranżazzjonijiet finanzjarji tiffaċilita analiżi aktar fil-fond għal skopijiet ta’ politika monetarja u oħrajn. Dejta dwar tranżazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll dejta dwar stokks, tintuża wkoll sabiex tiġi kkumpilata statistika oħra, partikolarment il-kontijiet finanzjarji taż-żona tal-euro. |
(6) |
Għalkemm ir-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) ma jassenjawx xi drittijiet jew jimponu xi obbligi fuq Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm għall-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll għal dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jitfasslu u jiġu implimentati f’livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex jinġabar it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE u jsiru t-tħejjijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri taż-żona tal-euro. |
(7) |
Minkejja li dan ir-Regolament huwa indirizzat primarjament lil FI, tagħrif komplet dwar detenturi ta’ ishma tal-portatur maħruġa minn FI jista’ ma jkunx disponibbli direttament mill-FI, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu inklużi entitajiet oħra fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta. |
(8) |
L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw. |
(9) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipola li l-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stipulati fir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:
1. |
“fond ta’ investiment (FI)” tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li:
Dawn li ġejjin huma inklużi fid-definizzjoni:
Dawn li ġejjin ma humiex inklużi fid-definizzjoni:
Għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ FI, ‘pubbliku’ għandha tinkludi investituri fil-livell tal- konsumatur, professjonali u istituzzjonali; |
2. |
“operatur li jirrapporta” għandha jkollha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
3. |
“residenti” għandha l-istess tifsira kif definita flArtikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u fin-nuqqas ta’ dimensjoni fiżika sinifikanti għal entità legali, ir-residenza tagħha għandha tkun iddeterminata mit-territorju ekonomiku li skont il-liġijiet tiegħu tkun inkorporata l-entità. Jekk l-entità mhijiex inkorporata, għandu jintuża d-domiċilju legali bħala kriterju, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tirregola l-ħolqien u l-eżistenza kontinwa tal-entità; |
4. |
“istituzzjoni finanzjarja monetarja (IFM)” l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33); |
5. |
“IFO” tfisser intermedjarji finanzjarji oħrajn ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni, kif iddefiniti fl-ESA 2010 (subsettur S.125); |
6. |
“Ishma/unitajiet ta’ FI irreġistrati” tfisser ishma/unitajiet ta’ FI li dwarhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, tinżamm dokumentazzjoni li tidentifika d-detenturi tal-ishma/unitajiet tiegħu, inkluż tagħrif dwar ir-residenza u s-settur tad-detentur; |
7. |
“ishma/unitajiet tal-poratur ta’ FI” tfisser ishma/unitajiet ta’ FI li dwarhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma tinżammx dokumentazzjoni li tidentifika d-detenturi tal-ishma/unitajiet tiegħu, jew li dwarhom tinżamm dokumentazzjoni li ma tinkludix tagħrif dwar ir-residenza u s-settur tad-detentur. |
8. |
“BĊN relevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih huwa residenti l-FI. |
9. |
dejta “titolu b’ titolu” tfisser dejta kklassifikata f’titoli individwali. |
Artikolu 2
Popolazzjoni attwali li tirrapporta
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti fil-FI residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. Jekk il-FI innifsu jew, fil-każ ta’ FI li m’għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali tagħhom, il-persuni intitolati jirrappreżentawhom legalment, għandhom ikunu responsabbli biex jirrapportaw it-tagħrif statistiku meħtieġ skont dan ir-Regolament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar id-detenturi ta’ ishma tal-portatur maħruġa mill-FI b’mod konformi mal-paragrafu 3 fil-Parti 2 tal-Anness I, il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tinkludi l-IFM u dawk l-IFO li mhumiex FI. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil dawn l-entitajiet bil-kundizzjoni li t-tagħrif statistiku meħtieġ jinġabar minn sorsi oħra disponibbli skont il-paragrafu 3 f’Parti 2 tal-Anness I. Il-BĊNi għandhom jivverifikaw li din il-kundizzjoni hija sodisfatta biżżejjed żmien minn qabel sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena, bi qbil mal-BĊE. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jistabbilixxu u jżommu lista ta’ IFO li jirrapportaw, skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3 f’Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 3
Lista ta’ FI għal finijiet ta’ statistika
1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jistabbilixxi u jżomm, għall-finijiet ta’ statistika, lista ta’ FI li jiffurmaw il-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta, inklużi, fejn applikabbli, is-subfondi tagħhom, fit-tifsira tal-Artikolu 4(2). Il-lista tista’ tkun ibbażata fuq listi eżistenti ta’ FI superviżjonati minn awtoritajiet nazzjonali, meta dawn il-listi jkunu disponibbli, issupplimentati minn FI oħra li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ FI fl-Artikolu 1.
2. Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jagħmlu din il-lista u l-aġġornamenti tagħha disponibbli f’forma xierqa, inkluż b’mezzi elettroniċi, permezz tal-Internet jew, fuq talba mill-operaturi li jirrapportaw ikkonċernati, f’forma fuq karta.
3. Jekk l-aħħar verżjoni elettronika aċċessibbli tal-lista msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx korretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi aġent li jirrapporta li ma jwettaqx kif suppost ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu sal-punt li jkun iddependa fuq il-lista mhux korretta in bona fede.
Artikolu 4
Rapportar fond b’fond
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta data dwar l-attiv u l-passiv tagħha fuq bażi ta’ fond b’fond.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, jekk xi FI jissepara l-attiv tiegħu f’subfondi differenti b’mod li l-ishma/unitajiet dwar kull subfond huma sostnuti indipendentament minn attiv differenti, kull subfond għandu jitqies bħala FI individwali.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, suġġett għal approvazzjoni minn qabel u skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, il-FI jistgħu jirrappurtaw l-attiv u l-passiv tagħhom bħala grupp, bil-kundizzjoni li dan iwassal għal riżultati li huma simili għal rapportar fond b’fond.
Artikolu 5
Ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku trimestrali u ta’ kull xahar
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jipprovdu, b’mod konformi mal-Annessi I u II:
(a) |
fuq bażi trimestrali, dejta dwar l-istokk ta’ tmiem it-trimestru dwar l-attiv u l-passiv ta’ FI, u aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali, fejn applikabbli; u |
(b) |
fuq bażi ta’ kull xahar, dejta dwar l-istokk fit-tmiem tax-xahar fuq ishma/unitajiet FI maħruġa, l-aġġustamenti jew it-tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali korrispondenti, jekk applikabbli u rapportar separat ta’ ħruġ u fidi ġodda ta’ ishma/unitajiet FI matul ix-xahar tar-rapportar. |
2. Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jiġbru d-dejta fil-paragrafu 1(a) ta’ kull xahar minflok kull tlett xhur.
Artikolu 6
Aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni, skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, għall-informazzjoni rrappurtata fuq bażi aggregata kif speċifikat fl-Anness I.
2. Kif speċifikat fl-Anness I, il-BĊNi jistgħu jew jidderivaw approssimazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli mill-informazzjoni titolu b’titolu jew inkella jiġbru direttament dejta dwar tranżazzjonijiet fuq bażi ta’ titolu b’titolu.
3. Obbligi u linji gwida oħrajn dwar il-kumpilazzjoni ta’ aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni huma stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 7
Regoli tal-kontabbiltà
1. Ir-regoli tal-kontabbiltà segwiti mill-FI għall-finijiet tar-rapportar skont dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stipulati fil-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (5) jew, jekk din l-ewwel dispożizzjoni ma tapplikax, f’kull standard nazzjonali jew internazzjonali ieħor li japplika għall-FI.
2. Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti ta’ netting l-aktar użati fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-attiv u l-passiv finanzjarju kollu għandu jiġi rrapportat fuq bażi gross għal finijiet statistiċi.
Artikolu 8
Derogi
1. Derogi mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stipulati fl-Artikolu 5 jistgħu jingħataw lil FI kif ġej:
(a) |
Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar FI f’termini ta’ attiv totali, kemm-il darba l-FI li jikkontribwixxu għall-kont trimestrali aggregat tal-karta tal-bilanċ ikunu jirrappreżentaw ta l-anqas 95 % tat-total tal-attiv tal-FI f’termini ta’ stokks, f’kull Stat Membru taż-żona tal-euro. |
(b) |
Fi Stati Membri taż-żona tal-euro fejn l-attiv totali kkombinati ta’ FI nazzjonali ma jeċċedux 1 % tal-attiv totali tal-FI fiż-żona tal-euro, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar FI f’termini ta’ attiv totali, kemm-il darba l-FI li jikkontribwixxu għall-kont tal-karta tal-bilanċ trimestrali aggregata jirrappreżentaw tal-inqas 80 % tat-total ta’ attiv ta’ FI nazzjonali f’termini ta’ stokks. |
(c) |
Il-FI li għalihom japplikaw id-derogi kif stipulati fil-punti (a) u (b) għandhom jirrapportaw biss, fuq bażi trimestrali, dejta dwar l-istokk fi tmiem it-trimestru dwar ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa u l-aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali korrispondenti, jekk applikabbli. |
(d) |
Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet mniżżla fil-punti (a) u (b) fuq bażi annwali biżżejjed żmien minn qabel sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, xi deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena kalendarja. |
2. Jistgħu jingħataw derogi lil FI li huma suġġetti għal regoli ta’ kontabbiltà nazzjonali li jippermettu l-valutazzjoni tal-attiv tagħhom inqas ta’ spiss minn kull trimestru. Il-kategoriji ta’ FI li lilhom il-BĊNi għandhom ikollhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom ikunu deċiżi mill-Kunsill Governattiv. Il-FI li għalihom japplikaw dawn id-derogi għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 fi frekwenza konsistenti mal-obbligi tal-kontabilità tagħhom fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni tal-attiv tagħhom.
3. Il-FI jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu mid-derogi u li minflok jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku kollha kif speċifikati fl-Artikolu 5. Jekk FI jagħmel din l-għażla, għandu jikseb il-kunsens tal-BĊN relevanti qabel kwalunkwe bidla fl-użu li jagħmel minn dawn id-derogi.
Artikolu 9
Tempestività
1. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu dejta mill-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 5 sabiex jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 2.
2. Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE:
(a) |
stokks trimestrali aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sal-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta, ibbażati fuq id-dejta trimestrali miġbura mill-aġenti li jirrapportaw; |
(b) |
stokks ta’ kull xahar aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sal-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-dejta, ibbażati fuq id-dejta ta’ kull xahar dwar ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa miġbura minn aġenti li jirrapportaw jew ibbażati fuq dejta attwali skont l-Artikolu 5(2); |
(c) |
ħruġ u fidi ġodda aggregati fix-xahar ta’ ishma/unitajiet ta’ FI sa tmiem in-negozju fit-28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tkun relatata d-dejta, ibbażata fuq id-dejta ta’ kull xahar miġbura mingħand l-aġenti li jirrapportaw. |
Artikolu 10
Standards minimi u arranġamenti ta’ rapportar nazzjonali
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku li għalihom huma suġġetti b’konformità mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta b’konformità mal-obbligi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu verifikazzjoni preċiża li jiġu sodisfatti l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni u l-konformità mal-kunċetti u reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 11
Fużjonijet, diviżjonijet u rijorganizzazzjonijiet
Fil-każ ta’ fużjoni, diviżjoni jew rijorganizzazzjoni li tista’ taffettwa t-twettiq tal-obbligi statistiċi tagħhom, l-operaturi li jirrapportaw ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt biex jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju t-tagħrif li l-aġenti li jirrapportaw huma mitluba jagħtu skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dawn id-drittijiet huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta ma tissodisfax l-istandards minimi tat-trażmissjoni, l-eżattezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 13
L-ewwel rapportar
L-ewwel rapportar għandu jibda bid-dejta ta’ kull xahar u trimestrali għal Diċembru 2014.
Artikolu 14
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8) huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.
2. Referenzi għal Regolament i mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 15
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8
(2) ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.
(3) ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.
(4) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.
ANNESS I
REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR STATISTIKU
PARTI 1
Rekwiżiti ta’ rapportar statistiku ġenerali
1. |
Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tipprovdi tal-anqas it-tagħrif statistiku li ġejja:
Minbarra d-dejta fir-rigward tal-oqsma li għandhom jiġu rrapportati fil-kuntest ta’ rapportar titolu b’titolu sabiex jiġi dderivat tagħrif aggregat dwar titoli, kif stipulat fit-Tabella 2, il-BĊN relevanti jista’ jiddeċiedi wkoll biex jiġbor dejta dwar tranżazzjonijiet fuq bażi ta’ titolu b’titolu. Id-dejta aggregata għandha tiġi pprovduta f’termini ta’ stokks u, skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, f’termini ta’ jew: (a) rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju; jew (b) tranżazzjonijiet. Bil-kundizzjoni li tinkiseb l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊN, l-aġenti li jirrapportaw li jipprovdu d-dejta trimestrali meħtieġa fuq bażi ta’ titolu b’titolu jistgħu jagħżlu li jirrappurtaw id-dejta ta’ kull xahar meħtieġa fuq bażi aggregata, minflok li jipprovdu tagħrif titolu b’titolu. |
2. |
It-tagħrif li għandu jingħata lill-BĊN relevanti fuq il-bażi ta’ titolu b’titolu huwa speċifikat fit-Tabella 2. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku aggregat trimestrali għal stokks huma speċifikati fit-Tabella 1 u dawk għar-rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet huma speċifikati fit-Tabella 3. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku aggregat ta’ kull xahar għal stokks u rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet, u ħruġ ġdid u fidi ta’ ishma/unitajiet FI huma speċifikati fit-Tabella 4. |
3. |
Safejn jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali miġbur mis-SEBĊ taħt Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, b’mod partikolari l-paragrafu 5 tiegħu, BĊN jista’ jikseb l-informazzjoni meħtieġa mid-dejta miġbura permezz tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (1), safejn id-dejta miġbura mill-awtorità superviżorja nazzjonali komptenti taħt din id-Direttiva tintbagħat lill-BĊN b’mod konformi mat-termini miftiehma bejn iż-żewġ korpi. |
PARTI 2
Residenza u settur ekonomiku tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ FI
1. |
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw, fuq bażi trimestrali, dejta dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa minn FI tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ‘il quddiem l-“Istati Membri taż-żona tal-euro”) skont il-klassifikazzjonidomestiċi/taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi/kumplament tad-dinja. Il-kontropartijiet domestiċi u taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċihuma kklassifikati aktar fid-dettall skont is-settur. |
2. |
Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet irreġistrati, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa minn FI. Jekk ir-residenza u s-settur tad-detentur ma jkunux jistgħu jiġu identifikati direttament, id-dejta relevanti tiġi rrapportata fuq il-bażi ta’ tagħrif disponibbli. |
3. |
Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet tal-portatur, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi tal-ishma/unitajiet ta’ FI skont il-metodu deċiż mill-BĊN relevanti. Dan l-obbligu huwa limitat għal possibbiltà waħda jew aktar mill-għażliet li ġejjin, li għandhom jintgħażlu wara li titqies l-organizzazzjoni tas-swieq relevanti u tal-arranġamenti legali nazzjonali fl-Istat Membru inkwistjoni. Dan l-obbligu ser jiġi mmonitorjat perjodikament mill-BĊN.
|
4. |
Il-BĊN jistgħu jidderivaw it-tagħrif meħtieġ ukoll mid-dejta miġbura permezz tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) (2), sal-punt li d-dejta tkun konformi mal-obbligi ta’ tempestività tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament u, b’mod aktar ġenerali, mal-istandards minimi stipulati fl-Anness IV. |
5. |
Jekk ishma/unitajiet irreġistrati jew ishma/unitajiet tal-portatur jinħarġu għall-ewwel darba, jew jekk l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu bidla tal-għażla jew taħlita ta’ għażliet, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għal sena fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. |
PARTI 3
Tabelli tar-rapportar
Tabella 2
Tagħrif meħtieġ titolu b’titolu
Dejta għall-oqsma fil-kaxxa hawn isfel għandha tiġi rrapportata għal kull titolu kklassifikat taħt il-kategoriji “titoli ta’ dejn”, “ekwità” u “ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment” skont ir-regoli li ġejjin.
1. |
Dejta għall-qasam 1 trid tiġi rrapportata. |
2. |
Jekk il-BĊN relevanti ma jiġborx direttament tagħrif titolu b’titolu dwar tranżazzjonijiet, trid tiġi rrapportata dejta għal tnejn mit-tliet oqsma 2, 3 u 4 (jiġifieri l-oqsma 2 u 3; l-oqsma 2 u 4; jew l-oqsma 3 u 4). |
3. |
Jekk il-BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni titolu b’titolu dwar tranżazzjonijiet, trid tiġi rrapportata wkoll dejta għall–oqsma li ġejjin:
|
4. |
Il-BĊN relevanti jista’ jeħtieġ ukoll li l-aġenti li jirrapportaw jirrapportaw dejta għall-qasam 8. |
5. |
Il-BĊN relevanti jista’ jagħżel biss li jiġbor dejta għall-qasam 2 fil-każijiet (2) u (3)(b). Jekk dan ikun il-każ, il-BĊN irid jivverifika, u jinforma lill-BĊE, tal-anqas darba fis-sena li l-kwalità tad-dejta aggregata rrapportata mill-BĊN, inkluża l-frekwenza u d-daqs tar-reviżjonijiet, ma tkunx affettwata.
|
ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET
PARTI 1
Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti
1. |
Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jittrasponu f’kategoriji nazzjonali skont dan ir-Regolament. It-tabella ma tikkostitwixxix lista ta’ strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet ma humiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem l-“ESA 2010”) stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 549/2013. |
2. |
Għal uħud mill-kategoriji ta’ strumenti, huma meħtieġa klassifikazzjonijiet skont il-maturità. Dawn jirreferu għall-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, li hija l-perijodu fiss tal-ħajja ta’ strument finanzjarju li qablu ma jistax jiġi mifdi, eż. titoli ta’ dejn, jew li jista’ jiġi mifdi biss qabel jekk titħallas xi tip ta’ penali, eż. xi tipi ta’ depożiti. |
3. |
Tista’ ssir distinzjoni bejn klejms finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Klejm tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun tista’ tiġi trasferita faċilment minn unità għal oħra permezz ta’ konsenja jew approvazzjoni jew tkun paċuta fil-każ ta’ derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista’ potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati permezz ta’ borża organizzata jew barra l-borża, minkejja li jekk attwalment ikunux innegozjati mhijiex kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà. Tabella A Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti tal-attiv u l-passiv ta’ FI KATEGORIJI TA’ ATTIV
KATEGORIJI TA’ PASSIV
|
PARTI 2
Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu
Tabella B
Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu
Qasam |
Deskrizzjoni |
Kodiċi għall- identifikazzjoni tat-titolu |
Kodiċi li jidentifika titolu b’mod uniku. Jista’ jkun il-kodiċi ISIN jew kodiċi ieħor għall-identifikazzjoni ta’ titolu, suġġett għall-istruzzjonijiet tal-BĊN |
Numru ta’ unitajiet jew ammont nominali aggregat |
Numru ta’ unitajiet ta’ titolu, jew ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f’ammonti aktar milli f’unitajiet |
Prezz |
Prezz għal kull unità ta’ titolu, jew persentaġġ tal-ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f’ammonti aktar milli f’unitajiet. Il-prezz huwa normalment il-prezz tas-suq jew huwa qrib tal-prezz tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni. |
Ammont totali |
Ammont totali għal titolu. F’każ ta’ titoli li huma nnegozjati f’unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs in-numru ta’ titoli multiplikat bil-prezz għal kull unità. Meta t-titoli huma nnegozjati f’ammonti aktar milli f’unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs l-ammont nominali aggregat multiplikat bil-prezz imfisser bħala persentaġġ L-ammont totali huwa, fil-prinċipju, daqs il-valur tas-suq jew huwa qrib tal-valur tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni. |
Tranżazzjonijiet finanzjarji |
Is-somma tax-xiri bil-bejgħ imnaqqas (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew il-ħruġ bil-fidi mnaqqas (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
Titoli mixtrija (attiv) jew maħruġa (passiv) |
Is-somma tax-xiri (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew emissjonijiet (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
Titoli mibjugħa (attiv) jew mifdija (passiv) |
Is-somma tal-bejgħ (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew fidi (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
Munita tar-reġistrazzjoni tat-titolu |
Kodiċi ISO jew ekwivalenti tal-munita użata biex tfisser il-prezz u/jew l-ammont pendenti tat-titolu |
PARTI 3
Definizzjonijiet tas-setturi
L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni settorjali. Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni standard dettaljata ta’ setturi li l-BĊNi jittrasponu f’kategoriji nazzjonali b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-kontropartijiet li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma identifikati skont is-settur tagħhom b’konformità mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduti fil-“Manwal dwar is-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u statistika dwar is-swieq: Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti” tal-BĊE.
Tabella Ċ
Definizzjonijiet tas-setturi
Settur |
Definizzjoni |
||
|
IFM huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Dan is-settur jikkonsisti minn BĊNi, istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-liġi tal-Unjoni, MMFs, istituzzjonijiet finanzjarji oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti viċini għal depożiti mingħand entitajiet li mhumiex IFM u, f’isimhom stess, tal-anqas f’termini ekonomiċi, jagħtu self u/jew jagħmlu investimenti f’titoli, u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja fil-forma ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi |
||
|
Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti minn unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux għas-suq li l-produzzjoni tagħhom hija maħsuba għall-konsum individwali u kollettiv, u li huma ffinanzjati minn ħlasijiet obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu nazzjonali u l-ġid. (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113) |
||
|
FI kif definiti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament |
||
|
L-intermedjarji finanzjarji l-oħra, minbarra s-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ pensjonijiet (S.125) jinkludi l-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet kollha li huma involuti prinċipalment fl–intermedjazzjoni finanzjarja billi jġarrbu passiv f’forma oħra minbarra munita, id-depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), l-ishma/unitajiet ta’ FI, jew b’rabta ma’ assigurazzjoni, pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali, FVCs kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar l-istatistika tal-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (1) huma inklużi f’dan is-subsettur (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94) Is-subsettur tal-awżiljari finanzjarji (S.126) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’attivitajiet marbuta mill-qrib mal-intermedjazzjoni finanzjarja iżda li huma nfushom mhumiex intermedjarji finanzjarji. Dan is-subsettur jinkludi wkoll uffiċċji prinċipali li s-sussidjarji tiegħu huma kollha jew kważi kollha korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97) Is-subsettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal-flus (S.127) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji u l-kważi korporazzjonijiet kollha li la huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi finanzjarji awżiljarji, u fejn il-parti l-kbira ta l-attiv jew il-passiv tagħhom mhuwiex innegozjat fis-swieq miftuħa. Dan is-subsettur jinkludi kumpaniji holding li għandhom fil-pussess tagħhom is-sjieda ta’ livelli ta’ kontroll tal-ekwità ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm l-ekwità, jiġifieri, ma jkunux jamministraw jew jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 u 2.99) |
||
|
Is-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status ta’ kważi korporazzjoni |