ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.287.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
29.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1021/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ottubru 2013
li jemenda d-Direttivi 1999/4/KE u 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fir-rigward tas-setgħat li għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 114(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 li għandha x’taqsam mal-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra (3), id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (4), id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (5), id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (6), u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat inparti jew kollu għall-konsum tal-bniedem (7) jagħtu s-setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi. Dawk is-setgħat ġew eżerċitati skont il-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8). Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, huwa opportun li dak l-għoti ta’ setgħat jiġi allinjat mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(2) |
B’mod partikolari, id-Direttivi 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE jagħtu setgħat lill-Kumissjoni biex tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawk id-Direttivi marbuta mal-adattament għall-progress tekniku. Tali miżuri bħalissa huma soġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju fil-każ tad-Direttiva 2000/36/KE, u għall-proċedura regolatorja fil-każ tad-Direttivi 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, huwa opportun li dak l-għoti tas-setgħat jiġi allinjat mal-Artikolu 290 TFUE u l-ambitu ta’ dawk is-setgħat għandu jiġi rieżaminat. |
(3) |
L-Annessi għad-Direttivi 2000/36/KE, 2001/111/KE u 2001/113/KE fihom elementi tekniċi li jistgħu jeħtieġu li jiġu adattati jew aġġornati biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti. Madankollu, id-Direttivi 2000/36/KE u 2001/111/KE ma jagħtux lill-Kummissjoni setgħat adatti biex temenda l-Annessi tagħhom immedjatament biex jittieħed kont ta’ tali żviluppi. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttivi 2000/36/KE u 2001/111/KE, għandhom jiġu delegati lill-Kummissjoni setgħat addizzjonali biex temenda t-taqsimiet C u D tal-Anness I għad-Direttiva 2000/36/KE u l-Parti B tal-Anness għad-Direttiva 2001/111/KE biex jittieħed kont tal-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, id-Direttiva 2001/113/KE tagħti lill-Kummissjoni setgħat biex lil dik id-Direttiva tagħmilha konformi mal-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti f’konformità mal-proċedura regolatorja. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, huwa opportun li dak l-għoti tas-setgħat jiġi allinjat mal-Artikolu 290 TFUE u l-ambitu ta’ dawk is-setgħat għandu jiġi rieżaminat. |
(4) |
Għalhekk, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, is-setgħa biex tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej: l-emendar tat-Taqsimiet C u D tal-Anness I għad-Direttiva 2000/36/KE; l-emendar tal-Parti B tal-Anness għad-Direttiva 2001/111/KE; u l-emendar tal-Anness II u l-Parti B tal-Anness III għad-Direttiva 2001/113/KE. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(5) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (9), li japplika għall-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel u l-għalf fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali, dispożizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni dwar oġġetti tal-ikel japplikaw direttament għall-prodotti koperti mid-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE. Għalhekk, ma għadux neċessarju għall-Kummissjoni li jkollha setgħat biex tallinja d-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni dwar oġġetti tal-ikel. Id-dispożizzjonijiet li jagħtu dawn is-setgħat għandhom għalhekk jitħassru. |
(6) |
Dan ir-Regolament huwa limitat għall-allinjament tal-għoti eżistenti tas-setgħat lill-Kummissjoni taħt id-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE mal-Artikolu 290 tat-TFUE u, fejn ikun xieraq, għar-rieżami tal-ambitu ta’ dawk is-setgħat. Peress li għadu l-każ li l-għanijiet ta’ dawk id-Direttivi ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’mod konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’mod konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tiegħu. |
(7) |
Għaldaqstant, id-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Ladarba l-emendi li jsiru fid-Direttivi 1999/4/KE, 2000/36/KE, 2001/111/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE jikkonċernaw is-setgħat tal-Kummissjoni biss, ma hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 1999/4/KE
L-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 1999/4/KE jitħassru.
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2000/36/KE
Id-Direttiva 2000/36/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Għall-fini li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6 biex temenda t-taqsimiet C u D tal-Anness I.”; |
(2) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-18 ta' Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”. |
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 2001/111/KE
Id-Direttiva 2001/111/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Għall-fini li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5 biex temenda l-Parti B tal-Anness.”; |
(2) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-18 ta' Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”. |
Artikolu 4
Emendi għad-Direttiva 2001/113/KE
Id-Direttiva 2001/113/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Għall-fini li jittieħed kont tal-progress tekniku u l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6 biex temenda l-Anness II u l-Parti B tal-Anness III.”; |
(2) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. Is-segħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-18 ta' Novembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”. |
Artikolu 5
Emendi għad-Direttiva 2001/114/KE
L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2001/114/KE jitħassru.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 143.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Settembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2013.
(3) ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.
(4) ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19.
(5) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53.
(6) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67.
(7) ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19.
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
29.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/5 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1022/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-konferiment ta' kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta' att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Fid-29 ta’ Ġunju 2012, il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Euro talbu lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex tipprovdi għal mekkaniżmu superviżorju uniku li jinvolvi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ Ġunju 2012, il-Kunsill Ewropew stieden lill-President tiegħu biex jiżviluppa, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Grupp tal-euro u l-President tal-BĊE, pjan direzzjonali speċifiku u marbut biż-żmien għall-kisba ta' unjoni ekonomika u monetarja ġenwina, li jinkludi proposti konkreti dwar il-preżervazzjoni tal-unità u l-integrità tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji. |
(2) |
Il-provvediment għal mekkaniżmu superviżorju uniku huwa l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ Unjoni Bankarja Ewropea, imsejsa fuq ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji u oqfsa ġodda għal assigurazzjoni tad-depożiti u riżoluzzjoni. |
(3) |
Sabiex jipprovdi għal mekkaniżmu superviżorju uniku, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (4) jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u jippermetti lill-Istati Membri l-oħra li jistabilixxu kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. |
(4) |
Il-konferiment ta' kompiti superviżorji lill-BĊE fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu f'uħud mill-Istati Membri ma għandu bl-ebda mod ifixkel il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l- Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), għandha tippreżerva r-rwol tagħha u żżomm is-setgħat u l-kompiti eżistenti kollha tagħha: għandha tkompli tiżviluppa u tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-ġabra unika ta' regoli applikabbli għall-Istati Membri kollha u ssaħħaħ il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha kemm hi. |
(5) |
Huwa kruċjali li l-unjoni bankarja tinkludi mekkaniżmi ta' responsabbiltà demokratika. |
(6) |
Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilha, u filwaqt li tqis b'mod dovut l-objettiv li jiġu żgurati s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-ABE għandha tqis b’mod sħiħ kemm id-diversità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-daqs u l-mudelli ta’ negozju tagħhom, kif ukoll il-benefiċċji sistemiċi tad-diversità fl-industrija bankarja Ewropea. |
(7) |
Sabiex jiġu promossi l-aħjar prattiki superviżorji fis-suq intern, huwa ta’ importanza fundamentali li l-ġabra unika ta’ regoli tkun akkumpanjata b'manwal ta’ superviżjoni Ewropew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, imfassal mill-ABE f''konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. Dak il-manwal ta’ superviżjoni għandu jidentifika l-aħjar prattiki madwar l-Unjoni fir-rigward tal-proċessi u l-metodoloġiji ta' superviżjoni, sabiex tinkiseb konformità mal-prinċipji fundamentali internazzjonali u tal-Unjoni. Il-manwal m’għandux jieħu l-forma ta’ atti legalment vinkolanti jew jillimita s-superviżjoni bbażata fuq il-ġudizzju. Għandu jkopri l-kwistjonijiet kollha fil-qafas fil-mandat tal-ABE, inklużi, sa fejn applikabbli, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Għandu jistabbilixxi l-metrika u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju, għal twissijiet bikrija u għall-kriterji għal azzjoni ta’ superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-manwal. L-użu tal-manwal għandu jiġi kkunsidrat bħala element sinifikanti fil-valutazzjoni tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għar-reviżjoni bejn il-pari taħt ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
(8) |
L-ABE għandha tkun tista' titlob informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom aċċess legali għaliha, inklużi informazzjoni miżmuma minn persuni remunerati minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji għat-twettiq ta’ attivitajiet rilevanti, awditjar ipprovdut lill- dawk l- istituzzjonijiet finanzjarji minn awdituri esterni u kopji ta’ dokumenti, kotba u reġistri rilevanti. |
(9) |
It-talbiet għal informazzjoni mill-ABE għandhom ikunu debitament ġustifikati u motivati. Oġġezzjoni għal talba għal informazzjoni speċifika fuq il-bażi ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandha titqajjem skont il-proċeduri rilevanti stipulati f'dak ir-Regolament. Meta destinatarju ta' talba għal informazzjoni jqajjem tali oġġezzjoni, din m'għandhiex teħilsu milli jipprovdi l-informazzjoni mitluba. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-kompetenza li tiddeċieda, b’konformità mal-proċeduri stipulati fit-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jekk talba għal informazzjoni speċifika mill-ABE tikkonformax ma' dak ir-Regolament. |
(10) |
Is-suq intern u l-koeżjoni tal-Unjoni għandhom jiġu żgurati u f'dan il-kuntest, tħassib relatat mal-governanza u l-arranġamenti ta' votazzjoni tal-ABE għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa, u t-trattament ugwali bejn l-Istati Membri li jieħdu sehem fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u Stati Membri oħra għandu jiġi ggarantit. |
(11) |
Billi l-ABE, li fiha jipparteċipaw l-Istati Membri kollha bi drittijiet ugwali, ġiet stabbilita b’għan li tiżviluppa u tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-ġabra unika ta’ regoli u li ssaħħaħ il-koerenza tal-prattiki superviżorji fi ħdan l-Unjoni, u billi l-BĊE għandu rwol ewlieni fil-MSU, l-ABE għandha tkun attrezzata bi strumenti adegwati li għandhom jippermettulha twettaq b'effiċjenza l-kompiti fdati lilha rigward l-integrità tas-suq intern. |
(12) |
Fid-dawl tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-ABE għandha tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha anke fir-rigward tal-BĊE bl-istess mod kif tagħmel fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra. B’mod partikolari, il-mekkaniżmi eżistenti għas-soluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil u azzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu aġġustati kif adatt biex jibqgħu effikaċi. |
(13) |
Sabiex tkun tista’ twettaq ir-rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni tagħha f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, l-ABE għandha tkun infurmata bis-sħiħ dwar kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatur fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż id-dritt li titkellem jew li tagħmel kwalunkwe kontribuzzjoni oħra. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Istati Membri kollha jitqiesu b’mod adegwat u biex l-ABE tkun tista’ tiffunzjona b’mod xieraq bl-għan li jinżamm u jitwessa’ s-suq intern għas-servizzi finanzjarji, l-arranġamenti tal-votazzjoni fil-Bord tas-Superviżuri għandhom jiġu adattati. |
(15) |
Id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw ksur tal-liġi tal-Unjoni u li jikkonċernaw is-soluzzjoni ta' nuqqas ta' ftehim għandhom jiġu eżaminati minn panel indipendenti magħmul minn membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri li ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess, maħtura mill-Bord tas-Superviżuri. Id-deċiżjonijiet proposti mill-panel lill-Bord tas-Superviżuri għandhom jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri, li għandu jinkludi maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-MSU ("Stati Membri parteċipanti") u b’maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri li ma jipparteċipawx fil-MSU ("Stati Membri mhux parteċipanti"). |
(16) |
Id-deċiżjonijiet dwar azzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi tal-Bord tas-Superviżuri, li għandha tinkludi maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti u maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti. |
(17) |
Id-deċiżjonijiet dwar l-atti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u miżuri u deċiżjonijiet adottati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) u l-Kapitolu VI ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu adottati b’maġġoranza kkwalifikata tal-Bord tas-Superviżuri, li għandha tinkludi tal-inqas maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri parteċipanti u maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri mhux parteċipanti. |
(18) |
L-ABE għandha tiżviluppa regoli ta' proċedura għall-panel li jiżguraw l-indipendenza u l-oġġettività tiegħu. |
(19) |
Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata u għandha tiġi żgurata rappreżentanza xierqa ta’ Stati Membri mhux parteċipanti. |
(20) |
Il-ħatriet tal-membri tal-korpi u kumitati interni tal-ABE għandhom jiżguraw bilanċ ġeografiku bejn l-Istati Membri. |
(21) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-ABE u rappreżentanza adegwata tal-Istati Membri kollha, l-arranġamenti ta' votazzjoni, il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali, u l-kompożizzjoni tal-panel indipendenti għandhom jiġu mmonitorjati. Huma għandhom ikunu riveduti wara perjodu taż-żmien xieraq filwaqt li jitqiesu kwalunkwe esperjenza miksuba u żviluppi. |
(22) |
L-ebda Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri ma għandu jiġi diskriminat, direttament jew indirettament, bħala post għal servizzi finanzjarji. |
(23) |
L-ABE għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa, sabiex tkun tista' twettaq b'mod adegwat kwalunkwe kompitu addizzjonali mogħti lilha skont dan ir-Regolament. Il-proċedura għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tagħha, kif stabbilita fl-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, għandha tqis kif dovut dawk il-kompiti addizzjonali. L-ABE għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-għola standards ta' effiċjenza. |
(24) |
Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali effikaċi u konsistenti fl-Istati Membri kollha, il-protezzjoni tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u ż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membriiżda jista minflok, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(25) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat skont kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 2(2), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 3 Responsabbiltà tal-Awtoritajiet L-Awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, f‘konformità ma’ dak ir-Regolament."; |
(4) |
fil-punt (2) tal-Artikolu Artikolu 4, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fl-Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 17, meta awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti oħra f'każijiet speċifikati fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti kkonċernata waħda jew aktar, tista' tassisti lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil b'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu."; |
(9) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 20a Il-Konverġenza tal-proċess ta' reviżjoni superviżorja L-Awtorità għandha tippromwovi, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, il-konverġenza tal-proċess ta' reviżjoni u valutazzjoni superviżorji b’konformità mad-Direttiva 2013/36UE sabiex fl-Unjoni jiddaħħlu standards superviżorji b'saħħithom." |
(10) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
fl-Artikolu 22, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal: “1a. Tal-inqas darba fis-sena, l-Awtorità għandha tikkunsidra kemm ikun xieraq li twettaq valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha dwar ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b’konformità mal-Artiolu 32, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha. Meta jitwettqu valutazzjonijiet bħal dawn mal-Unjoni kollha u l-Awtorità tqis li jkun xieraq li tagħmel dan, hija għandha tiżvela r-riżultati għal kull istituzzjoni finanzjarja parteċipanti.”; |
(12) |
fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi u tipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni effikaċi, konsistenti u aġġornati għall-istituzzjonijiet finanzjarji. L-Awtorità għandha wkoll, fejn dan ikun previst fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), tgħin fl-iżvilupp ta’ proċeduri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u fl-iżvilupp ta’ miżuri preventivi biex jiġi minimizzat l-impatt sistemiku ta’ kwalunkwe falliment."; |
(13) |
fl-Artikolu 27(2), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: "2. L-Awtorità għandha tipprovdi l-valutazzjoni tagħha dwar il-ħtieġa ta’ sistema ta' mekkaniżmi ta’ finanzjament koerenti, robusti u kredibbli, bi strumenti ta' finanzjament xierqa marbuta ma' sett ta' arranġamenti kkoordinati għall-ġestjoni tal-kriżijiet."; |
(14) |
fl-Artikolu 29(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Bl-għan li tinbena kultura superviżorja komuni, l-Awtorità għandha tiżviluppa u żżomm aġġornat, filwaqt li tikkunsidra, inter alia, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli ta’ negozju ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qed jinbidlu, manwal ta’ superviżjoni Ewropew dwar is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-Unjoni kollha. Il-manwal ta’ superviżjoni Ewropew għandu jistipula l-aħjar prattiki superviżorji fil-metodoloġiji u l-proċessi."; |
(15) |
fl-Artikolu 30, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: "3. Abbażi ta’ reviżjoni bejn il-pari, l-Awtorità tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16. B’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistinkaw biex isegwu dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Meta tkun qed tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jew ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 10 sa 15, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħha, biex tiżgura konverġenza tal-istandards u l-prattiki tal-ogħla kwalità. 3a. L-Awtorità għandha tippreżenta opinjoni lill-Kummissjoni kull meta r-reviżjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħha turi li jkun hemm bżonn ta’ inizjattiva leġislattiva biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli prudenzjali."; |
(16) |
fl-Artikolu 31, it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
(18) |
l-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
Fl-Artikolu 41, il-paragrafi 2,3, u 4 jinbidlu b'dan li ġej: "1a. Għall-finijiet tal-Artikolu 17, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti, li jkun jikkonsisti mill-President tal-Bord tas-Superviżuri u sitt membri oħra, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtorità kompetenti li allegatament tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u li la jkollhom xi interess fil-kwistjoni u lanqas rabtiet diretti mal-awtorità kompetenti kkonċernata. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta mhux inqas minn 4 membri jivvutaw favur. 2. Għall-finijiet tal-Artikolu 19, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti li jkun jikkonsisti mill-President tal-Bord tas-Superviżuri, u ta' sitt membri oħra li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritjiet kompetenti li huma parti għan-nuqqas ta' qbil u li la għandhom interess fil-kunflitt u lanqas ma għandhom rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas 4 membri jivvutaw favur. 3. Il-panels msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jipproponu deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 19 għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri. 4. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta' proċedura għall-panels imsemmija f'dan l-Artikolu."; |
(23) |
fl-Artikolu 42, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: "L-ewwel u t-tieni paragrafi huma mingħajr preġudizzju għall-kompiti kkonferiti lill- Bank Ċentrali Ewropew bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013."; |
(24) |
Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
(25) |
fl-Artikolu 45(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: "Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dak it-terminu jista’ jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha. Il-Bord Maniġerjali għandu jinkludi tal-anqas żewġ rappreżentanti tal-Istati Membri mhux parteċipanti. Il-mandati għandhom ikunu jikkoinċidu u għandu japplika arranġament xieraq ta’ rotazzjoni."; |
(26) |
fl-Artikolu 47, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej: "4. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta il-pjan tal-politika tal-persunal tal-Awtorità u, skont l-Artikolu 68(2), il-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa tar-Regolamenti tal-Persunal."; |
(27) |
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: "Artikolu 49a Spejjeż Il-President għandu jippubblika l-laqgħat li jkunu saru u l-ospitalità mogħtija. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament skont ir-Regolament tal-Persunal."; |
(28) |
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: "Artikolu 52a Spejjeż Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippubblika l-laqgħat li jkunu saru u l-ospitalità mogħtija. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament skont ir-Regolament tal-Persunal."; |
(29) |
fl-Artikolu 63, il-paragrafu 7 jitħassar. |
(30) |
fl-Artikolu 81, il-paragrafu (3) huwa sostitwit b'dan li ġej: "3. Rigward il-kwistjoni tas-superviżjoni diretta tal-istituzzjonijiet jew l-infrastrutturi ta’ skala pan-Ewropea u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tas-suq, l-istabilità tas-suq intern u l-koeżjoni tal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-adegwatezza li l-Awtorità tiġi fdata b’responsabbiltajiet superviżorji ulterjuri f’dan il-qasam."; |
(31) |
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 81a Reviżjoni tal-arranġamenti tal-votazzjoni Mid-data li fiha n-numru tal-Istati Membri mhux parteċipanti jilħaq l-għadd ta' erbgħa, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tal-arranġamenti ta' votazzjoni deskritti fl-Artikoli 41 u 44, filwaqt li titqies kwalunkwe esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”. |
Artikolu 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament b’rabta ma’:
(a) |
il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali; u |
(b) |
il-kompożizzjoni tal-panels indipendenti imsemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jħejju d-deċiżjonijiet għall-finijiet tal-Artikoli 17 u 19 ta' dak ir-Regolament. |
Ir-rapport għandu jqis b’mod partikolari kwalunkwe żvilupp fl-għadd ta’ Stati Membri parteċipanti u għandu jeżamina jekk fid-dawl tat-tali żviluppi jkunux meħtieġa aktar aġġustamenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet tal-ABE jittieħdu fl-interess taż-żamma u t-tisħiħ tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(2) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 34.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 (għadha mhix ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2013.
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (Ara paġna 63 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
29.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/15 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1023/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ottubru 2013
li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li ġiet ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea u l-aktar minn 50 istituzzjoni u aġenzija tagħha għandhom jibqgħu jkunu mgħammra b'amministrazzjoni pubblika Ewropea ta' kwalità għolja, li tippermettilhom li jilħqu l-objettivi tagħhom, jimplimentaw il-politiki u l-attivitajiet tagħhom u jwettqu l-kompiti tagħhom sal-ogħla livell possibbli skont it-Trattati sabiex jilqgħu l-isfidi, kemm interni kif ukoll esterni, li jridu jiffaċċjaw fil-ġejjieni u jservu liċ-ċittadini tal-Unjoni. |
(2) |
B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi garantit qafas biex jiġbed, jirrekluta u jżomm persunal ta' kwalità għolja u multilingwi, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u b'kunsiderazzjoni dovuta lill-bilanċ tal-ġeneru, li jkun indipendenti u jirrispetta l-ogħla standards professjonali, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jingħelbu d-diffikultajiet attwali li l-istituzzjonijiet qed jgħaddu minnhom fir-reklutaġġ tal-uffiċjali jew tal-persunal minn ċerti Stati Membri. |
(3) |
Minħabba d-daqs tas-servizz pubbliku Ewropew, meta mqabbel mal-objettivi tal-Unjoni u l-popolazzjoni tagħha, it-tnaqqis fin-numru tal-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tal-Unjoni ma għandux iwassal għal tfixkil fil-qadi tal-kompiti, tad-dmirijiet u tal-funzjonijiet tagħhom skont l-obbligi u s-setgħat fl-ambitu tat-Trattati. F'dan ir-rigward, hemm bżonn ta' trasparenza fir-rigward tal-kostijiet tal-persunal li ġġarrab kull istituzzjoni u aġenzija fir-rigward tal-kategoriji kollha tal-persunal impjegat minnha. |
(4) |
Is-servizz pubbliku Ewropew huwa mistenni jonora l-ogħla standards ta' etika professjonali u jibqa' indipendenti f'kull mument. Għal dak il-għan, it-Titolu II tar-Regolamenti tal-Persunal (4), li jagħti qafas għad-drittijiet u l-obbligi, għandu jiġi ċċarat ulterjorment. Kwalunkwe nuqqas mill-uffiċjali jew minn dawk li qabel kienu uffiċjali milli jottemperaw għal dawn l-obbligi għandu jagħmilhom suxxettibbli għal azzjoni dixxiplinari. |
(5) |
Il-valur tas-servizz pubbliku Ewropew jinsab ukoll fid-diversità kulturali u lingwistika tiegħu, li tista' biss tiġi garantita jekk jiġi żgurat bilanċ adegwat fir-rigward taċ-ċittadinanza tal-uffiċjali. Ir-reklutaġġ u l-ħatriet għandhom jiggarantixxu li l-persunal ikun impjegat skont l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea mingħajr, madankollu, ma jiġu riservati pożizzjonijiet għaċ-ċittadini ta' xi Stat Membru speċifiku. Għal dak il-għan u bl-iskop li jiġu ttrattati l-iżbilanċi konsiderevoli possibbli bejn iċ-ċittadinanzi fost l-uffiċjali, li ma jkunux ġustifikati minn kriterji oġġettivi, kull istituzzjoni għandha tingħata l-possibilità li tadotta miżuri ġustifikati u xierqa. Tali miżuri qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri xierqa min-naħa tal-istituzzjonijiet. |
(6) |
Sabiex ikun faċilitat ir-reklutaġġ fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isostnu l-edukazzjoni multilingwi u multikulturali għat-tfal tal-persunal tagħhom. Huwa kunsiljabbli li l-kontribuzzjoni mill-Unjoni għall-finanzjament tal-Iskejjel Ewropej, iddeterminata mill-awtorità baġitarja skont ir-regoli rilevanti, tiġi ddebitata lill-baġit tal-Unjoni. Fejn ikun jeħtieġ fl-interessi tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti jerġgħu jikkunsidraw il-post ta' Skola Ewropea ġdida. |
(7) |
Għan usa' għandu jkun dak li l-ġestjoni tar-riżorsi umani fis-servizz pubbliku Ewropew issir bl-aħjar mod possibbli, u li fost il-karatteristiċi tas-servizz pubbliku Ewropew ikun hemm l-eċċellenza, il-kompetenza, l-indipendenza, il-lealtà, l-imparzjalità u l-istabbiltà tiegħu, kif ukoll diversità kulturali u lingwistika u kundizzjonijiet attraenti ta' reklutaġġ. |
(8) |
L-uffiċjali għandhom jagħmlu perjodu ta' prova ta' disa' xhur. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-istabbiliment ta' uffiċjal, l-awtorità tal-ħatra għandha tqis ir-rapport dwar il-perjodu ta' prova elaborat fi tmiem tali perjodu kif ukoll il-kondotta tal-impjegat taħt prova fir-rigward tal-obbligi tiegħu skont ir-Regolamenti tal-Persunal. Għandu jkun possibbli li rapport dwar l-impjegat taħt prova jsir fi kwalunkwe mument jekk jirriżulta li x-xogħol tal-impjegat taħt prova jkun inadegwat b'mod evidenti. Għajr hekk, għandu jsir rapport fl-aħħar tal-perjodu ta' prova biss. |
(9) |
Fl-interess li jiġi garantit li l-kapaċità tal-akkwist tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea tiżviluppa b'mod parallel ma' dik tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali tal-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri, huwa essenzali li l-prinċipju tal-mekkaniżmu multiannwali tal-ħlas, magħruf bħala "l-metodu", jinżamm aġġornat billi tiġi garantita l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża sa tmiem l-2023 b'reviżjoni fil-bidu tal-2022, filwaqt li jkun inkluż mekkaniżmu għall-proroga tal-metodu. Barra minn hekk, bil-għan li jingħelbu d-diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-metodu fl-imgħoddi, għandu jkun stabbilit metodu biex jippermetti aġġornament annwali awtomatiku tas-salarji, il-pensjonijiet u l-allowances kollha, inkluża klawsola ta' kriżi awtomatika. Għal dak il-għan, l-ammonti rilevanti li jinsabu fir-Regolamenti tal-Persunal u fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mifhuma bħala ammonti ta' referenza li huma suġġetti għal aġġornament regolari u awtomatiku. Tali ammonti aġġornati għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' informazzjoni. Dan il-mekkaniżmu ta' aġġornament għandu jintuża wkoll għall-każijiet l-oħra kollha li fihom tali aġġornament huwa previst. |
(10) |
Huwa importanti li tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta statistika li tintuża għall-aġġornament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet. Skont il-prinċipju tal-imparzjalità, l-istituti nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet xierqa oħrajn tal-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta fil-livell nazzjonali u jibagħtuha lill-Eurostat. |
(11) |
Il-vantaġġi potenzjali tal-applikazzjoni tal-metodu għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbilanċjati permezz tar-reintroduzzjoni tas-sistema ta' "imposta". Bħal fil-każ tal-metodu, l-applikazzjoni tal-imposta ta' solidarjetà tista' tiġi provviżorjament prorogata. Jidher li huwa xieraq li l-imposta ta' solidarjetà tiżdied, kif imqabbel mal-livell tal-imposta speċjali applikabbli mill-2004 sal-2012, u li tiġi prevista rata aktar progressiva. L-għan huwa li jiġi kkunsidrat il-kuntest ekonomiku u soċjali partikolarment diffiċli fl-Unjoni, u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-finanzi pubbliċi mal-Unjoni kollha. Il-bżonn ta' konsolidament tal-finanzi pubbliċi fl-Unjoni, inkluż fit-terminu qasir, jirrikjedi sforz ta' solidarjetà rapidu u partikolari min-naħa tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Din l-imposta ta' solidarjetà għalhekk għandha tapplika għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra kollha tal-Unjoni mill-1 ta' Jannar 2014. |
(12) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Frar 2013 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali, il-Kunsill Ewropew indika li l-ħtieġa li jiġu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi fit-terminu qasir, medju u twil tirrikjedi sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u mill-persunal tagħha biex titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja u taġġusta ruħha għall-kuntest ekonomiku li qiegħed jinbidel. Tali appell fil-fatt tenna l-objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2011 għall-emenda tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, li għamlet sforz biex tiggarantixxi kosteffiċjenza u rrikonoxxiet li l-isfidi li attwalment qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni Ewropea jeħtieġu sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u minn kull membru tal-persunal tagħha bil-għan ta' titjib tal-effiċjenza u ta' aġġustament għall-kuntest ekonomiku u soċjali fl-Ewropa li qiegħed jinbidel. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew appella, bħala parti mir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal, għal aġġustament tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-persunal kollu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz tas-sospensjoni għal sentejn tal-metodu u għar-reintroduzzjoni ta' imposta ta' solidarjetà ġdida bħala parti mir-riforma tal-metodu tas-salarji. |
(13) |
Fid-dawl ta' tali konklużjonijiet u bħala tweġiba għar-restrizzjonijiet baġitarji tal-futur kif ukoll bħala sinjal ta' solidarjetà min-naħa tas-servizz pubbliku Ewropew mal-miżuri ta' awsterità meħuda mill-Istati Membri bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja bla preċedenti u tal-kuntest soċjali u ekonomiku diffiċli fl-Istati Membri u fl-Unjoni fit-totalità tagħha, jeħtieġ li tiġi prevista s-sospensjoni għal sentejn tal-metodu għar-remunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għall-allowances kollha tal-uffiċjali u li l-imposta ta' solidarjetà tiġi applikata minkejja tali sospensjoni. |
(14) |
It-tibdiliet demografiċi u l-istruttura dejjem tinbidel tal-età tal-popolazzjoni kkonċernata jirrikjedu żieda fl-età tal-pensjoni. Madanakollu din il-bidla hija suġġetta għal miżuri tranżitorji għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea li diġà jinsabu fis-servizz. Dawk il-miżuri tranżitorji huma meħtieġa sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet miksuba mill-uffiċjali li diġà jinsabu fis-servizz u li kkontribwew għall-fond tal-pensjoni kunċettwali għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-età tal-pensjoni għandha wkoll issir aktar flessibbli billi l-membri tal-persunal isirilhom aktar faċli li volontarjament jibqgħu jaħdmu sal-età ta' 67 sena, u li jsirilhom possibbli, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u f'kondizzjonijiet speċifiċi, li jibqgħu jaħdmu sal-età ta' 70 sena. |
(15) |
Ladarba l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tinsab f'bilanċ attwarjali u dan il-bilanċ għandu jinżamm fuq terminu qasir u twil ta' żmien, il-persunal impjegat qabel l-1 ta' Jannar 2014 għandu jiġi kkumpensat għall-kontribuzzjoni għall-pensjoni permezz ta' miżuri tranżitorji, bħal rata ta' akkumulazzjoni aġġustata għas-snin ta' servizz wara li tintlaħaq l-età pensjonabbli (l-inċentiv ta' Barċellona) u billi jiġi applikat nofs it-tnaqqis għall-irtirar bikri bejn l-età ta' 60 u l-età statutorja tal-irtirar. |
(16) |
Il-prattika attwarjali li hija aċċettata normalment tirrikjedi li għar-rati tal-imgħax u ż-żieda tas-salarju jintuża perjodu ta' osservazzjonijiet tal-imgħoddi ta' bejn 20 u 40 sena bil-għan li jiġi żgurat il-bilanċ tal-iskemi tal-pensjoni. Għaldaqstant il-medji varjabbli għar-rati tal-imgħax u ż-żieda tas-salarju għandhom jiġu estiżi sa 30 sena b'perjodu tranżitorju ta' seba' snin. |
(17) |
Il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tagħmel studju u tressaq proposti adegwati dwar l-Artikolu 5(4), l-Anness I, Taqsima A, u l-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal bil-għan li tistabbilixxi rabta ċara bejn ir-responsabbiltajiet u l-grad u sabiex tiżgura li ssir aktar enfasi fuq il-livell ta' responsabbiltajiet meta jsir it-tqabbil bejn il-merti fil-kuntest ta' promozzjoni. |
(18) |
B'kunsiderazzjoni għal dik it-talba, ikun xieraq li l-promozzjoni għal grad ogħla għandha tkun kondizzjonata fuq id-dedikazzjoni personali, it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi, u l-qadi ta' dmirijiet li l-importanza tagħhom tiġġustifika l-ħatra tal-uffiċjali f'dak il-grad ogħla. |
(19) |
L-itinerarju professjonali fil-gruppi ta' funzjoni AD u AST għandu jiġi ristrutturat b'tali mod li l-ogħla gradi jinżammu biss għal għadd limitat ta' uffiċjali li jeżerċitaw l-ogħla livell ta' responsabbiltajiet. Għalhekk l-amministraturi jistgħu javvanzaw biss sal-grad ta' AD 12 sakemm ma jinħatrux f'pożizzjoni speċifika bi grad superjuri, u l-gradi AD 13 u 14 għandhom ikunu riservati għal dawk il-membri tal-persunal bi rwoli li jinvolvu responsabbiltajiet konsiderevoli. Analogament, l-uffiċjali fil-grad AST 9 jistgħu jkunu promossi għall-grad AST 10 biss konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
(20) |
Sabiex l-istrutturi tal-karrieri f'ċerti oqsma tal-persunal AST jiġu aġġustati aktar skont il-livelli differenti ta' responsabbiltà, u bħala kontribuzzjoni indispensabbli sabiex jitrażżnu l-ispejjeż amministrattivi, għandu jiġi introdott grupp ta' funzjoni ġdid "AST/SC" għall-persunal segretarjali u klerikali. Is-salarji u r-rati ta' promozzjoni għandhom jistabbilixxu korrelazzjoni adegwata bejn il-livell ta' responsabbiltà u l-livell ta' remunerazzjoni. B'dan il-mod ser ikun possibbli li s-servizz pubbliku Ewropew ikun wieħed stabbli u komprensiv. Il-Kummissjoni għandha teżamina u tagħmel rapport dwar il-kobor u l-effetti tal-introduzzjoni ta' dan il-grupp ta' funzjoni ġdid, filwaqt li tqis partikolarment is-sitwazzjoni tan-nisa, sabiex tkun tista' tiġi żgurata s-salvagwardja ta' servizz pubbliku Ewropew stabbli u komprensiv. |
(21) |
Jinżamm il-minimu ta' sentejn fil-grad qabel ma uffiċjal ikun jista' jiġi promoss fil-grad ogħla li jmiss sabiex l-uffiċjali b'riżultati eċċellenti jkunu promossi b'mod aktar rapidu. Kull istituzzjoni għandha tiggarantixxi li l-politiki interni tar-riżorsi umani tagħha jużaw il-possibbiltajiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex jippermettu karrieri adatti għall-uffiċjali b'potenzjal għoli u li kisbu riżultati eċċellenti. |
(22) |
Is-sigħat ta' xogħol applikati fl-istituzzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma' dawk fis-seħħ f'ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u b'mod li jikkumpensa għat-tnaqqis tal-persunal fl-istituzzjonijiet. Dak l-allinjament għandu jqis il-ħinijiet tax-xogħol applikati fis-servizzi pubbliċi fl-Istati Membri. L-introduzzjoni ta' għadd minimu ta' sigħat ta' xogħol kull ġimgħa ser tiżgura li l-persunal impjegat mill-istituzzjonijiet ikollu l-kapaċità li jwettaq il-piż tax-xogħol li jirriżulta mill-għanijiet ta' politika tal-Unjoni Ewropea filwaqt li, fl-istess ħin, il-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-istituzzjonijiet jiġu armonizzati fl-interess tas-solidarjetà fis-servizz pubbliku tal-Unjoni kollu kemm hu. |
(23) |
L-arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol huma essenzjali għal amministrazzjoni pubblika moderna u effiċjenti li tippermetti kondizzjonijiet ta' xogħol orjentati lejn il-familja u li twassal għal bilanċ bejn il-ħaddiema nisa u rġiel fl-istituzzjonijiet. Għaldaqstant huwa meħtieġ li fir-Regolamenti tal-Persunal tiġi introdotta referenza espliċita għal dawk l-arranġamenti. |
(24) |
Ir-regoli dwar il-ħin ta' vjaġġar u l-ħlas annwali tal-ispejjeż tal-ivjaġġar bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini għandhom jiġu mmodernizzati, razzjonalizzati u jintrabtu aktar mal-istatus ta' espatrijazzjoni, sabiex l-applikazzjoni tagħhom issir waħda aktar sempliċi u trasparenti. B'mod partikolari, il-ħin ta' vjaġġar annwali għandu jiġi mibdul bil-leave fil-post tal-oriġini u limitat għal massimu ta' jumejn u nofs. |
(25) |
Bl-istess mod, ir-regoli dwar ir-rimborż tal-kostijiet tal-ġarr għandhom jiġu ssimplifikati, sabiex l-applikazzjoni tagħhom tiġi ffaċilitata kemm għall-amministrazzjoni kif ukoll għall-membri tal-persunal ikkonċernati. Għal dan il-għan, għandhom jiġu introdotti livelli massimi li jikkunsidraw is-sitwazzjoni tal-familja tal-uffiċjal jew l-aġent u l-kost medju tal-ġarr u tal-assgurazzjoni assoċjata miegħu. |
(26) |
Xi membri tal-persunal ta' sikwit ikollhom missjonijiet fil-postijiet tax-xogħol prinċipali l-oħrajn tal-istituzzjoni tagħhom. Bħalissa dawn is-sitwazzjonijiet mhumiex ikkunsidrati kif xieraq fir-regoli dwar il-missjonijiet. Għaldaqstant dawn ir-regoli għandhom jiġu adattati, sabiex f'każi bħal dawn ir-rimborż tal-kosti tal-akkomodazzjoni jkun jista' jsir abbażi ta' ammont b'rata fissa. |
(27) |
Huwa xieraq li jiġu modernizzati l-kondizzjonijiet ta' xogħol tal-persunal impjegat f'pajjiżi terzi u, biex dawn isiru aktar kosteffiċjenti filwaqt li jiġġeneraw iffrankar tal-ispejjeż. L-intitolamenti għal-leave annwali għandhom ikunu aġġustati, u għandha tiġi prevista l-possibbiltà li tiddaħħal firxa usa' ta' parametri għall-iffissar tal-allowance għall-kondizzjonijiet ta' għajxien mingħajr ma jintlaqat l-għan ġenerali ta' ġenerazzjoni ta' ffrankar tal-ispejjeż. Il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-allowance tal-akkomodazzjoni għandhom ikunu riveduti biex iqisu aħjar il-kondizzjonijiet lokali u jonqos il-piż amministrattiv. |
(28) |
Huwa xieraq li jiġi previst qafas aktar flessibbli għall-impjegar ta' persunal kuntrattwali. Għaldaqstant l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jingaġġaw persunal kuntrattwali għal perjodu massimu ta' sitt snin sabiex iwettaq kompiti taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew persunal temporanju. Barra minn hekk, filwaqt li l-parti l-kbira tal-uffiċjali ser jibqgħu jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw is-setgħa li jorganizzaw kompetizzjonijiet interni li jistgħu jkunu miftuħa għall-persunal kuntrattwali wkoll fuq bażi eċċezzjonali u suġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi. |
(29) |
Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti tranżitorji li jippermettu li r-regoli u l-miżuri l-ġodda jiġu applikati gradwalment, fir-rispett tad-drittijiet miksuba u tal-istennijiet leġittimi tal-persunal impjegat qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn l-emendi fir-Regolamenti tal-Persunal. |
(30) |
Bħall-persunal l-ieħor li għalih japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tal-aġenziji huwa kopert mill-iskema tal-pensjonijiet tal-UE. L-aġenziji li huma awtofinanzjati bis-sħiħ bħalissa jħallsu l-kontribuzzjonijiet tal-impjegatur lill-iskema. Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza baġitarja u qsim tal-piżijiet iktar bilanċjat, l-aġenziji li huma parzjalment iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom iħallsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi li tikkorrispondi għall-proporzjon bejn id-dħul tal-aġenzija mingħajr is-sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul totali tagħha. Peress li din id-dispożizzjoni l-ġdida tista' tirrikjedi l-aġġustament tar-regoli rilevanti dwar id-drittijiet miġbura mill-aġenzija, din għandha tapplika biss b'effett mill-1 ta' Jannar 2016. Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti għall-adattament ta' dawk ir-regoli. |
(31) |
Fl-interess tas-simplifikazzjoni u ta' politika tal-persunal konsistenti, ir-regoli adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-aġenziji. Madanakollu, sabiex tkun tista' tiġi żgurata l-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tal-aġenziji, jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-aġenziji għandhom ikunu intitolati li jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni biex jadottaw regoli ta' implimentazzjoni li jidderogaw minn dawk adottati mill-Kummissjoni, jew li ma japplikaw l-ebda regola tal-Kummissjoni. |
(32) |
Għandu jinħoloq reġistru bir-regoli kollha li jiġu adottati biex jiġu implimentati r-Regolamenti tal-Persunal u dan jiġi amministrat fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-reġistru, li għandu jkun miftuħ għall-konsultazzjoni mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji u mill-Istati Membri kollha, ser iwassal għal trasparenza u ser jippromwovi applikazzjoni integrata tar-Regolamenti tal-Persunal. |
(33) |
Sabiex ir-regoli dwar l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni jiġu armonizzati u ċċarati, u b'kunsiderazzjoni għan-natura interna u amministrattiva tagħhom, ikun xieraq li l-awtorità tal-ħatra tingħata s-setgħat relevanti ta' teħid ta' deċiżjonijiet u anke l-awtorità li tikkonkludi kuntratti. |
(34) |
B'kunsiderazzjoni tal-għadd kbir ta' persunal temporanju mal-aġenziji u tal-ħtieġa li tiġi definita politika tal-persunal konsistenti, huwa meħtieġ li tinħoloq kategorija ġdida ta' persunal temporanju u li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għan dik il-kategorija. |
(35) |
Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni baġitarja tal-Iskema Konġunta tal-Assikurazzjoni tal-Mard u tieħu l-provvedimenti kollha meħtieġa fil-każ ta' żbilanċ strutturali tas-sistema. |
(36) |
L-Artikolu 15 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li ċerta dejta tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra għandhom ikunu kkomunikati lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(37) |
Sabiex jinkisbu l-għanijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward ta' ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol. Fit-tħejjija u t-tfassil ta' atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1d huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 1e, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: '1. L-uffiċjali f'impjieg attiv għandu jkollhom aċċess għall-miżuri ta' natura soċjali, inklużi miżuri speċifiċi li jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, adottati mill-istituzzjonijiet, u għas-servizzi pprovduti mill-korpi ta' assistenza soċjali, li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 9. Dawk li qabel kienu uffiċjali jistgħu jkollhom aċċess għal miżuri speċifiċi limitati ta' natura soċjali.'; |
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 6 1. It-tabella tal-persunal li hija mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata ma' kull istituzzjoni għandha tindika l-għadd ta' pożizzjoniijiet f'kull grad u grupp ta' funzjoni. 2. Bla ħsara għall-prinċipju ta' promozzjoni bbażata fuq il-mertu kif inhuwa stabbilit fl-Artikolu 45, dak il-pjan għandu jiżgura li fir-rigward ta' kull istituzzjoni, l-għadd ta' pożizzjonijiet battala f'kull grad tal-pjan tal-persunal fl-1 ta' Jannar ta' kull sena jkun jikkorrispondi għall-għadd ta' uffiċjali fil-grad aktar baxx li jkunu impjegati attivament fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' qabel, multiplikat bir-rati stabbiliti fl-Anness I, Taqsima B, għal dak il-grad. Dawn ir-rati għandhom ikunu applikati fuq bażi medja fuq ħames snin mill-1 ta' Jannar 2014. 3. Ir-rati stabbiliti fl-Anness I, Taqsima B, għandhom jifformaw parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 113. 4. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-grupp ta' funzjoni AST/SC u dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati fl-Artikolu 31 tal-Anness XIII, b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-ħtieġa ta' persunal li jwettaq kompiti segretarjali u klerikali fl-istituzzjonijiet kollha u l-evoluzzjoni ta' pożizzjonijiet permanenti u temporanji fil-gruppi ta' funzjoni AST u AST/SC għandhom jifformaw parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 113.'; |
(5) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10, il-kelma 'tal-istituzzjonijiet' tinbidel b''tal-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet'; |
(7) |
L-Artikolu 11 huwa mibdul b'dan li ġej: 'Artikolu 11 L-uffiċjal għandu jaqdi dmirijietu u jġib ruħu esklużivament bl-interessi tal-Unjoni quddiem għajnejh. Huwa m'għandux ifittex jew jaċċetta istruzzjonijiet mill-ebda gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-istituzzjoni tiegħu. Għandu jaqdi d-dmirijiet fdati lilu b'mod oġġettiv, imparzjali u fir-rispett tad-dmir tiegħu ta' lealtà lejn l-Unjoni. Mingħajr il-permess tal-awtorità tal-ħatra, l-uffiċjal ma jistax jaċċetta minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe entità oħra minbarra l-istituzzjoni tiegħu xi onorifiċenza, dekorazzjoni, favur, rigal jew ħlas ta' kwalunkwe natura, ħlief għas-servizzi mogħtija qabel il-ħatra tiegħu, matul leave speċjali għas-servizz militari jew nazzjonali ieħor jew għal dak it-tali servizz. Qabel ma tirrekluta uffiċjal, l-awtorità tal-ħatra għandha teżamina jekk il-kandidat għandux interess personali li jikkomprometti l-indipendenza tiegħu jew jekk jinsabx f'xi sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess. Għal dak il-għan, il-kandidat, billi juża formola speċifika, għandu jinforma lill-awtorità tal-ħatra dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess effettiv jew potenzjali. F'każijiet bħal dawn, l-awtorità tal-ħatra għandha tqis dan f'opinjoni debitament motivata. Jekk ikun neċessarju, l-awtorità tal-ħatra għandha tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11a(2). Dan l-Artikolu għandu japplika b' analogija għall-uffiċjali li jirritornaw mil-leave għal raġunijiet personali.'; |
(8) |
L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 16 Uffiċjal għandu, wara li jħalli s-servizz, jibqa' marbut mid-dmir li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji. L-uffiċjali li biħsiebhom jingaġġaw f'attività ta' okkupazzjoni, kemm jekk bi qligħ jew le, fi żmien sentejn wara li jitilqu mis-servizz għandhom jinfurmaw lill-istituzzjoni tagħhom b'dan billi jużaw formola speċifika. Jekk dik l-attività tkun marbuta max-xogħol imwettaq mill-uffiċjal matul l-aħħar tliet snin tas-servizz, u tista' twassal għall-kunflitt mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni, l-awtorità tal-ħatra tista', wara li tkkunsidra l-interessi tas-servizz, jew ma tħallihx jidħol għaliha, jew tagħti l-approvazzjoni tagħha, suġġetta għal kull kondizzjoni li tqis xierqa. L-awtorità tal-ħatra għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konġunt, tinnotifika d-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tkun informata b'dan. Jekk it-tali notifika ma tkunx saret sal-aħħar ta' dak il-perjodu, jitqies li dan ifisser aċċettazzjoni impliċita. L-awtorità tal-ħatra għandha, fil-prinċipju, tipprojbixxi lil dawk li kienu uffiċjali ta' livell għoli kif definiti fil-miżuri ta' implimentazzjoni, milli, matul it-12-il xahar wara li jitilqu mis-servizz, jiżvolġu attività ta' lobbying jew ta' difiża fil-konfront tal-persunal ta' dik li kienet l-istituzzjoni tagħhom, f'isem il-kumpanija tagħhom, il-klijenti tagħhom jew l-impjegaturi tagħhom, dwar kwistjonijiet li minnhom kienu responsabbli matul l-aħħar tliet snin ta' servizz. B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), kull istituzzjoni għandha tippubblika kull sena l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tat-tielet paragrafu, inkluża lista tal-każijiet eżaminati. (*) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).';" |
(9) |
L-Artikolu 18(1) jinbidel b'dan li ġej: '1. Id-drittijiet kollha f'kull kitba jew xogħol ieħor magħmul minn kull uffiċjal fil-qadi ta' dmirijietu għandhom ikunu l-proprjetà tal-Unjoni Ewropea jew, meta tali kitbiet jew xogħol ikunu jirrelataw mal-attivitajiet tagħha jew, meta tali kitbiet jew xogħol ikunu jirrelataw mal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għandhom ikunu l-proprjetà tal-Komunità. L-Unjoni, jew fejn huwa applikabbli, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għandu jkollha d-dritt li takkwista d-drittijiet tal-awtur ta' tali xogħlijiet b'mod obbligatorju.'; |
(10) |
L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 19 Uffiċjal m'għandux, mingħajr il-permess tal-awtorità tal-ħatra, jiżvela għall-ebda raġuni, fi proċeduri legali informazzjoni li jaf biha minħabba dmirijietu. Il-permess għandu jkun rifjutat biss fejn l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu u t-tali rifjut ma jġibx konsegwenzi kriminali sa fejn l-uffiċjal huwa kkonċernat. Uffiċjal għandu jibqa' marbut b'dan l-obbligu wara li jħalli s-servizz. Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għal uffiċjal jew għal min kien uffiċjal li jagħti evidenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew quddiem Bord tad-Dixxiplina ta' istituzzjoni fuq kwistjoni li tikkonċerna aġent jew wieħed li kien aġent tal-Unjoni Ewropea.'; |
(11) |
Fl-Artikolu 21a, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: '3. Uffiċjal li jinforma lis-superjuri tiegħu dwar ordnijiet li kkunsidra li kienu irregolari jew li x'aktarx iwasslu għal diffikultajiet serji ma għandu jsofri l-ebda preġudizzju f'dak ir-rigward.'; |
(12) |
L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: 'Artikolu 22c F'konformità mal-Artikoli 24 u 90, kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi proċedura għall-ġestjoni tal-ilmenti magħmula minn uffiċjali rigward it-trattament li ngħataw b'segwitu jew b'konsegwenza tal-qadi tal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 22a jew 22b. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tiggarantixxi li tali lmenti jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali u, meta jkun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi, qabel jiskadu t-termini stabbiliti fl-Artikolu 90. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi regoli interni dwar, fost affarijiet oħra:
|
(13) |
Fl-Artikolu 26a, il-kelma 'mill-istituzzjonijiet' tinbidel b''mill-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet'; |
(14) |
L-Artikolu 27 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 27 Ir-reklutaġġ għandu jkollu l-mira li jiżgura li l-istituzzjoni jkollha s-servizzi ta' uffiċjali tal-ogħla livell ta' kapaċità, effiċjenza u integrità, magħżula mill-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni. L-ebda pożizzjoni ma tkun riservata għal ċittadini ta' xi Stat Membru speċifiku. Il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li kull istituzzjoni tadotta miżuri xierqa wara li jkun osservat li jkun jeżisti żbilanċ dejjiemi u sinfikanti bejn iċ-ċittadinanzi fost l-uffiċjali li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Dawk il-miżuri xierqa jridu jkunu ġustifikati u qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri xierqa, l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjoni kkonċernata għandhom jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110. Wara perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tat-tieni paragrafu. Sabiex ikun faċilitat ir-reklutaġġ fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isostnu l-edukazzjoni multilingwi u multikulturali għat-tfal tal-persunal tagħhom.'; |
(15) |
Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: '1. Qabel ma timtela pożizzjoni battala f'istituzzjoni, l-awtorità tal-ħatra għandha l-ewwel tikkunsidra:
jew jimxu mal-proċedura tal-kompetizzjonijiet, fuq il-bażi ta' kwalifiki jew ta' eżamijiet, jekk ta' kwalifiki u ta' eżamijiet. L-Anness III jippreżenta l-proċedura tal-kompetizzjoni. Il-proċedura tista' l-istess tkun segwita għall-iskop biex tkun kostitwita riserva għall-reklutaġġ futur. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-maġġoranza l-kbira tal-uffiċjali għandhom jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li, b'deroga mill-punt (d) u f'każijiet eċċezzjonali biss, torganizza kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni li tkun miftuħa wkoll għall-persunal kuntrattwali kif definit fl-Artikoli 3a u 3b tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.'; Dik il-kategorija tal-aħħar ta' persunal għandha tkun suġġetta għal restrizzjonijiet fir-rigward ta' dik il-possibbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 82(7),tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea u fir-rigward ta' xogħlijiet speċifiċi li kien intitolat li jagħmel bħala persunal kuntrattwali.'; |
(16) |
L-Artikolu 30 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 30 Għal kull kompetizzoni, għandu jinħatar kumitat ta' selezzjoni mill-awtorità tal-ħatra. Dan il-kumitat għandu jħejji lista ta' kandidati idonei. L-awtorità tal-ħatra għandha tiddeċiedi liema minn dawn il-kandidati għandha taħtar għall-pożizzjonijiet battala. Dawn il-kandidati għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni adegwata dwar il-pożizzjonijiet battala xierqa ppubblikata mill-istituzzjonijiet u mill-aġenziji.': |
(17) |
L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(2) tinbidel b'dan li ġej: 'Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), l-uffiċjali għandhom ikunu rreklutati biss fil-gradi SC 1 sa SC 2, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8'; |
(18) |
Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 32, il-kelma 'mill-istituzzjoni' tinbidel bil-kliem 'mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni'; |
(19) |
L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 34 1. L-uffiċjali għandhom iservu perjodu ta' prova ta' disa' xhur qabel ma jistgħu jkunu stabbiliti. Id-deċiżjoni li uffiċjal jiġi stabbilit għandha tittieħed fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 3 kif ukoll fuq il-bażi tal-elementi disponibbli għall-awtorità tal-ħatra relatati mal-imġiba tal-impjegat fuq prova fir-rigward tat-Titolu II. Meta, matul il-perjodu ta' prova tiegħu, uffiċjal ma jkunx jista' jaqdi dmirijietu, minħabba mard, leave tal-maternità skont l-Artikolu 58 jew inċident, għal tul ta' żmien kontinwu ta' minn tal-anqas xahar, l-awtorità tal-ħatra tista' ttawwal il-perjodu ta' prova b'tul ta' żmien ekwivalenti. It-tul totali tal-perjodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż 15-il xahar. 2. Jista' jsir f'kull mument rapport fuq il-persuna bi prova qabel jintemm iż-żmien ta' prova jekk ix-xogħol tiegħu jkun qed jidher ċar li hu inadegwat. Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha d-dritt tressaq il-kummenti tagħha bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jiġu trażmessi immedjatament mis-superjur immedjat tal-persuna taħt prova lill-awtorità tal-ħatra, li għandha, fi tliet ġimgħat, tikseb l-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti Konġunt dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. L-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li tkeċċi lil impjegat taħt prova qabel ma jintemm il-perjodu ta' prova, u tagħtih avviż ta' xahar, jew li tibgħat lill-uffiċjal f'dipartiment ieħor għaż-żmien li jkun fadallu tal-perjodu ta' prova. 3. Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza taż-żmien ta' prova, għandu jitħejja rapport dwar il-kapaċità tal-impjegat li jaqdi d-dmirijiet li jappartjenu għall-pożizzjoni tiegħu kif ukoll dwar l-effiċjenza u l-imġiba tiegħu fis-servizz. Dak ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-persuna taħt prova, li għandha jkollha d-dritt li tressaq il-kummenti tagħha bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol. Jekk jirrakkomanda tkeċċija jew, f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, estensjoni tal-perjodu ta' prova skont il-paragrafu 1, ir-rapport u l-kummenti għandhom ikunu trażmessi minnufih mis-superviżur dirett tal-persuna taħt prova lill-awtorità tal-ħatra, li għandha, matul tliet ġimgħat, tikkonsulta l-Kumitat Konġunt tar-Rapporti dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Persuna bi prova li x-xogħol jew l-imġiba tagħha ma jirriżultawx li jkunu adegwati biex issir tal-post għandha titkeċċa. 4. Ħlief fejn huwa f'pożizzjoni immedjata li jibda impjieg xi mkien ieħor, l-impjegat taħt prova li tkeċċa għandu jirċievi kumpens daqs tliet xhur paga bażika jekk huwa għamel aktar minn sena servizz, xahrejn paga bażika jekk għamel mill-anqas sitt xhur servizz u xahar paga bażika jekk għamel anqas minn sitt xhur servizz. 5. Il-paragrafi 2, 3, u 4 m'għandhomx japplikaw għall-uffiċjali li jirriżenjaw qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova tagħhom.'; |
(20) |
Fl-Artikolu 35, il-punt li ġej huwa miżjud:
|
(21) |
Fit-tieni inċiż tal-punt (b) tal-Artikolu 37, il-kelma 'mill-istituzzjonijiet' tinbidel bil-kliem 'mill-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet'; |
(22) |
L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
(23) |
L-Artikolu 42a jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 42a L-uffiċjal għandu jkun intitolat għal sitt xhur ta' leave tal-ġenituri mingħajr salarju bażiku għal kull tifel/tifla, li għandhom jittieħdu matul l-ewwel tnax-il sena wara t-twelid jew l-adozzjoni tat-tifel/tifla. It-tul tal-leave jista' jirdoppja għal ġenituri weħidhom, rikonoxxuti taħt id-disposizzjonijiet ġenerali adottati mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni u għal ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku tal-istituzzjonijiet. Il-leave minimu li jittieħed f'darba waħda m'għandux ikun anqas minn xahar. Matul il-leave tal-ġenituri, is-sħubija tal-uffiċjal fl-iskema tas-sigurtà soċjali għandha tkompli; l-akkwist tad-drittijiet għall-pensjoni, allowance tat-tfal dipendenti u l-allowance tal-edukazzjoni għandhom jinżammu. L-uffiċjal għandu jżomm il-pożizzjoni tiegħu, u jkompli jkun intitolat biex javvanza għal skala ogħla jew promozzjoni fil-grad. Il-leave jista' jittieħed bħala leave fuq bażi full-time jew half-time. Meta l-leave tal-ġenituri jittieħed f'forma ta' leave half-time, il-perjodu massimu previst fl-ewwel paragrafu għandu jkun irduppjat. Matul il-leave tal-ġenituri, uffiċjal għandu jkun intitolat għal allowance ta' EUR 911,73 fix-xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk fuq leave half-time, iżda ma jistax jagħmel xi impjieg ieħor bil-qligħ. Il-kontribuzzjoni sħiħa tal-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fl-Artikoli 72 u 73 għandha titħallas mill-istituzzjoni, u tinħadem fuq bażi tas-salarju bażiku tal-uffiċjal. Iżda, fil-każ ta' leave half-time, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għad-differenza bejn is-salarju bażiku sħiħ u s-salarju bażiku mnaqqas proporzjonalment. Għall-parti tas-salarju bażiku li verament kien riċevut, il-kontribuzzjoni tal-uffiċjal għandha tinħadem billi jintużaw l-istess perċentwali daqs li kieku kien f'impjieg full-time. L-allowance għandha tkun ta' EUR 1 215,63 kull xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk l-uffiċjal qiegħed fuq leave half-time, għall-ġenituri weħidhom u għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku li saret referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, u matul l-ewwel tliet xhur tal-leave tal-ġenituri meta t-tali leave jittieħdu mill-missier matul il-leave tal-maternità jew minn wieħed mill-ġenituri eżatt wara l-leave tal-maternità, jew matul jew eżatt wara l-leave tal-adozzjoni. Il-leave tal-ġenituri jista' jiġi estiż għal sitt xhur oħra b'allowance limitata għal 50 % tal-ammont li hemm referenza għalih fit-tieni paragrafu. Għal ġenituri waħedhom li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, il-leave tal-ġenituri jista' jiġi estiż għal tnax-il xahar ieħor b'allowance limitata għal 50 % tal-ammont li hemm referenza għalih fit-tielet paragrafu. L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati b'konformità mar-remunerazzjoni.'; |
(24) |
Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, tiżdied it-Taqsima li ġejja: ' Leave fl-interessi tas-servizz Artikolu 42c Mhux iktar kmieni minn ħames snin ta' qabel l-età pensjonabbli, uffiċjal li għandu tal-anqas għaxar snin servizz jista' jingħata l-leave, permezz ta' deċiżjoni tal-awtorità tal-ħatra, fl-interessi tas-servizz għal ħtiġijiet organizzattivi konnessi mal-akkwist ta' kompetenzi ġodda fi ħdan l-istituzzjonijiet. In-numru totali ta' uffiċjali li jiġu assenjati l-leave fl-interessi tas-servizz kull sena ma għandux ikun aktar minn 5 % tal-uffiċjali fl-istituzzjonijiet kollha, li rtiraw matul is-sena ta' qabel. In-numru totali kkalkulat b'dan il-mod għandu jkun allokat lil kull istituzzjoni skont in-numru rispettiv ta' uffiċjali tagħha fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti. Ir-riżultat ta' tali allokazzjoni għandu jitqarreb 'il fuq sal-eqreb numru sħiħ li jkun imiss f'kull istituzzjoni. It-tali leave ma għandux jikkostitwixxi miżura dixxiplinari. It-tul ta' żmien tal-leave għandu jikkorrispondi, bħala prinċipju, mal-perjodu sakemm l-uffiċjal jilħaq l-età pensjonabbli. Madankollu, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li ttemm il-leave u terġa' ddaħħal l-uffiċjal. Meta l-uffiċjal li ġie assenjat il-leave fl-interessi tas-servizz jilħaq l-età pensjonabbli, huwa għandu jirtira awtomatikament. Il-leave fl-interessi tas-servizz għandu jkun regolat permezz tar-regoli li ġejjin:
Uffiċjal assenjat bil-leave b'dan il-mod għandu jirċievi allowance maħduma skont l-Anness IV. Fuq talba tal-uffiċjal, l-allowance għandha tkun suġġetta għall-kontribuzzjonijiet magħmulin għall-iskema tal-pensjoni, ikkalkulati fuq il-bażi ta' dik l-allowance. F'tali każ, il-perjodu ta' servizz bħala uffiċjal bil-leave fl-interessi tas-servizz għandu jiġi kkunsidrat għall-fini tal-kalkolu tas-snin ta' servizz pensjonabbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness VIII. L-allowance għandha tkun suġġetta għal koeffiċjent tal-korrezzjoni'; |
(25) |
L-Artikolu 43 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 43 L-abilità, l-effiċjenza u l-imġiba fis-servizz ta' kull uffiċjal għandhom ikunu suġġetti għal rapport annwali kif previst mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni skont l-Artikolu 110. Dak ir-rapport għandu jiddikjara jekk il-livell ta' prestazzjoni tal-uffiċjal kienx sodisfaċenti jew le. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi d-disposizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal appell fi ħdan il-proċedura ta' rappurtar, li għandu jiġi eżerċitat qabel ma jitressaq ilment kif imsemmi fl-Artikolu 90(2). Mill-grad AST 5, ir-rapport jista' wkoll ikun fih opinjoni jekk l-uffiċjal, fuq il-bażi tal-prestazzjoni tiegħu, għandux il-potenzjal biex iwettaq il-funzjoni ta' amministratur. Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-uffiċjal. Għandu jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe kumment fuqhom li huwa jikkonsidra rilevanti.'; |
(26) |
L-Artikolu 44 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 44 Uffiċjal li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament javvanza għall-iskala li jmiss f'dak il-grad, sakemm il-prestazzjoni tiegħu ma tkunx ġiet evalwata bħala insodisfaċenti skont l-aħħar rapport annwali msemmi fl-Artikolu 43. Uffiċjal għandu javvanza għall-iskala li jmiss fil-grad tiegħu wara mhux iktar minn erba' snin, sakemm il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 51(1) hija applikata. Jekk uffiċjal jinħatar kap ta' dipartiment, direttur jew direttur ġenerali fl-istess grad, u sakemm il-prestazzjoni tiegħu kienet sodisfaċenti skont it-tifsira tal-Artikolu 43 matul l-ewwel disa' xhur wara li jinħatar, huwa għandu jibbenefika b'lura bl-avvanz ta' skala waħda f'dak il-grad, minn meta l-ħatra tidħol fis-seħħ. Din il-promozzjoni għandha tfisser żieda fis-salarju bażiku ta' kull xahar tiegħu li tikkorrispondi mal-perċentwal bejn l-ewwel u t-tieni skala ta' kull grad. Jekk iż-żieda hija anqas, jew jekk l-uffiċjal dak iż-żmien diġà qiegħed fl-aħħar skala tal-grad tiegħu, għandu jirċievi żieda fis-salarju bażiku li tiżgura li ż-żieda bejn l-ewwel u t-tieni skala sal-promozzjoni li jmiss tiegħu tidħol fis-seħħ.'; |
(27) |
L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:
|
(28) |
L-Artikolu 45a huwa emendat kif ġej:
|
(29) |
Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 48, il-kliem 'fil-grupp tal-funzjoni tal-AST' huma mibdula bil-kliem 'fil-gruppi ta' funzjoni AST u AST/SC'; |
(30) |
Fit-tmien paragrafu tal-Artikolu 50, il-kliem 'il-55' huma mibdula bi 'it-tmienja u ħamsin'; |
(31) |
L-Artikolu 51 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 51 1. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi l-proċeduri biex ikunu identifikati, jieħdu ħsieb u jirmedjaw każijiet ta' inkompetenza b'mod fil-ħin u xieraq. Meta tadotta dispożizzjonijiet interni, l-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:
2. L-uffiċjal għandu d-dritt jikseb il-fajl personali sħiħ tiegħu u jieħu kopja tad-dokumenti kollha dwar il-proċedura. Huwa għandu jkollu mill-anqas 15-il ġurnata, iżda mhux aktar minn 30 ġurnata, mid-data li fiha jkun irċieva l-proposta biex iħejji difiża. Huwa jista' jkun assistit minn persuna tal-għażla tiegħu. L-uffiċjal jista' jressaq kummenti bil-miktub. Huwa għandu jinstema' mill-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza. L-uffiċjal jista' jtella' xhieda. 3. L-istituzzjoni għandha tkun irrappreżentata quddiem il-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza minn uffiċjal innominat għal dak l-iskop mill-awtorità tal-ħatra. Dak l-uffiċjal għandu jkollu l-istess drittijiet bħal dawk tal-uffiċjal ikkonċernat. 4. Fid-dawl tal-proposta taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1 u kwalunkwe dikjarazzjoni miktuba jew orali minn l-uffiċjal ikkonċernat jew mix-xhieda, il-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza għandu joħroġ, b'maġġoranza, opinjoni rraġunata li tgħid il-miżura li tikkunsidra xierqa fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti f'din it-talba. Din għandha tgħaddi tali opinjoni lill-awtorità tal-ħatra u lill-uffiċjal ikkonċernat fi żmien xahrejn mid-data meta l-kwistjoni kienet riferuta lilha. Il-president m'għandux jivvota fuq deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt ta' Konsulenza, għajr fi kwistjonijiet ta' proċedura u fejn il-voti huma ndaqs. 5. Uffiċjal imkeċċi fuq inkompetenza għandu, għall-perjodu definit fil-paragrafu 6, ikun intitolat għal allowance tat-tkeċċija fix-xahar daqs is-salarju bażiku fix-xahar ta' uffiċjal fl-ewwel skala tal-grad AST 1. L-uffiċjal għandu wkoll ikun matul l-istess perjodu għall-allowances tal-familja, previsti fl-Artikolu 67. L-allowance tal-familja għandha tinħadem fuq il-bażi tas-salarju bażiku ta' kull xahar ta' uffiċjal fil-grad AST 1 skont l-Artikolu 1 tal-Anness VII. L-allowance ma għandhiex titħallas jekk l-uffiċjal jirriżenja wara l-bidu tal-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, u 2 jew jekk huwa intitolat għall-pagament immedjat ta' pensjoni sħiħa. Jekk huwa intitolat għal benefiċċju tal-qgħad taħt skema nazzjonali tal-qgħad, l-ammont ta' dak il-benefiċċju għandu jitnaqqas mill-allowance msemmija fuq. 6. Il-perjodu li matulu l-pagamenti li saret referenza għalihom fil-paragrafu 5 għandhom isiru, ikun ta':
7. L-uffiċjali li jitniżżlu fil-grad għal raġunijiet ta' inkompetenza jistgħu, wara perjodu ta' sitt snin, jitolbu li r-referenzi kollha għal dik il-miżura jitħassru mill-fajl personali tagħhom. 8. L-uffiċjali għandhom ikunu intitolati għal rifużjoni ta' spejjeż raġonevoli li ntefqu fuq l-inizjattiva tagħhom waqt il-proċedimenti, inklużi l-onorarji li jitħallsu lill-konsulent tad-difiża li ma jagħmilx parti mill-istituzzjoni, meta l-proċedimenti previsti f'dan l-Artikolu jispiċċaw mingħajr ma tittieħed ebda deċiżjoni dwar li jitkeċċa jew li jitniżżillu l-grad.'; |
(32) |
L-Artikolu 52 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 52 Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50, uffiċjal għandu jirtira:
Madanakollu, uffiċjal jista', fuq it-talba tiegħu stess u fil-każ li l-awtorità tal-ħatra tikkunsidraha ġġustifikata fl-interessi tas-servizz, ikompli jaħdem sal-età ta' 67, jew eċċezzjonalment sal-età ta' 70, f'liema każ huwa għandu jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq dak iż-żmien. Fejn l-awtorità tal-ħatra tiddeċiedi li tawtorizza uffiċjal sabiex jibqa' fis-servizz lil hinn mill-età ta' 66 sena, dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal tul massimu ta' sena. Tista' tiġġedded fuq it-talba tal-uffiċjal.'; |
(33) |
L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
(34) |
Fl-Artikolu 55a, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: '2. L-uffiċjal għandu jkun intitolat għall-awtorizzazzjoni fil-każijiet li ġejjin:
Fejn part-time jintalab sabiex jieħu sehem f'aktar taħriġ, jew matul l-aħħar tliet snin qabel ma jilħaq l-età pensjonabbli, iżda mhux qabel l-età ta' 58, l-awtorità tal-ħatra tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jew tipposponi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha biss f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni u biex taqbeż raġunijiet relatati mas-servizz. Meta t-tali intitolament għall-awtorizzazzjoni ikun eżerċitat biex jieħu ħsieb il-konjuġi li marid(a) serjament jew diżabbli, qraba axxendenti, qraba dixxendenti, ħu jew oħt, jew biex jieħu sehem f'aktar taħriġ, it-total tat-tali perjodi kollha ma għandux jaqbeż ħames snin tul il-karriera tal-uffiċjal'; |
(35) |
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 56 jinbidel b'dan li ġej: 'Kif stabbilit fl-Anness VI, is-sahra maħduma mill-uffiċjali fil-gradi tal-Kategoriji SC 1 sa SC 6 jew il-gradi AST 1 sa AST 4 għandha tintitolahom jew għal leave kumpensatorju jew għal remunerazzjoni fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux leave kumpensatorju matul ix-xahrejn ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.'; |
(36) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 56a jinbidel b'dan li ġej: 'Wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112, il-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal tali allowances, il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-allowances u r-rati tagħhom.'; |
(37) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 56b jinbidel b'dan li ġej: 'Wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112, sabiex jiġu determinati l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għall-tali allowances, il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dawn l-allowances u r-rati tagħhom.'; |
(38) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 56c jinbidel b'dan li ġej: 'Wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 111 u 112, sabiex jiġu determinati l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għall-allowances speċjali, il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dawn l-allowances u r-rati tagħhom.'; |
(39) |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57, il-kelma 'tal-istituzzjonijiet' hija mibdula bil-kliem 'tal-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet'; |
(40) |
L-Artikolu 58 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 58 Nisa tqal għandhom, barra l-leave previst fl-Artikolu 57, ikunu intitolati mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku għal 20 ġimgħa ta' leave. Il-leave ma jibdiex qabel sitt ġimgħat mid-data mistennija tal-ħlas muri fuq iċ-ċertifikat, u jintemm mhux qabel minn 14-il ġimgħa wara d-data tal-ħlas. Fil-każ ta' twelid multiplu, jew qabel iż-żmien, jew ta' twelid ta' tarbija b'diżabilità jew b'mard serju, iż-żmien ikun ta' 24 ġimgħa. Twelid qabel iż-żmien, għall-iskopijiet ta' din id-dispożizzjoni, huwa twelid li jseħħ qabel it-tmiem tal-34 ġimgħa tat-tqala.'; |
(41) |
L-Artikolu 61 jinbidel b'dan li ġej:, 'Artikolu 61 Il-listi tal-vakanzi pubbliċi għandhom jitfasslu bi ftehim bejn 'l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal'; |
(42) |
L-Artikolu 63 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 63 Ir-remunerazzjoni tal-uffiċjal għandha tkun espressa f'euro. Għandha titħallas fil-valuta tal-pajjiż li fih l-uffiċjal iwettaq dmirijietu jew f'euro. Ir-remunerazzjoni mħallsa b'valuta li mhijiex l-euro għandha tiġi kkakulata abbażi tar-rati tal-kambju li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju ta' dik is-sena. Kull sena r-rati tal-kambju għandhom jiġu aġġornati retroattivament meta jsir l-aġġornament annwali tar-remunerazzjoni previst fl-Artikolu 65.'; |
(43) |
L-Artikolu 64 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 64 'Ir-remunerazzjoni ta' uffiċjal espressa f'euro għandha, wara li jsir it-tnaqqis obbligatorju stabbilit f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal jew fi kwalunkwe regolamenti ta' implimentazzjoni, titkejjel b'rata ogħla, anqas jew ugwali għal 100 %, skont il-kondizzjonijiet tal-għajxien fil-postijiet varji tax-xogħol. Il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni għandhom jinħolqu jew jiġu rtirati kif ukoll jiġu aġġornati kull sena f'konformità mal-Anness XI. Fir-rigward tal-aġġornament, il-valuri kollha għandhom jiġu mifhuma bħala valuri ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-valuri aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-finijiet informattivi. L-ebda koeffiċjenti ta' korrezzjoni ma għandu jkun applikabbli fil-Belġju u fil-Lussemburgu fir-rigward tar-rwol speċjali bħala referenzjali ta' dawk il-postijiet ta' impjieg bħala sedi prinċipali u oriġinali tal-maġġoranza tal-istituzzjonijiet.'; |
(44) |
L-Artikolu 65 għandu jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 65 1. Ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi aġġornata kull sena billi tqis il-politika ekonomika u politika tal-Unjoni. Kunsiderazzjoni partikolari għandha tingħata għal xi żidiet fil-pagi tas-servizz pubbliku tal-Istati Membri u l-ħtiġiet tar-reklutaġġ. L-aġġornament tar-remunerazzjoni għandu jkun implimentat f'konformità mal-Anness XI. Dan l-aġġornament għandu jseħħ qabel tmiem kull sena fid-dawl ta' rapport konġunt mill-Kummissjoni bbażat fuq dejta statistika mħejjija mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea bi qbil mal-uffiċċji nazzjonali tal-Istatistika tal-Istati Membri; id-dejta statistika għandha tirrefletti s-sitwazzjoni mill-1 ta' Lulju f'kull wieħed mill-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jinkludi dejta li tapplika għall-impatt tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Unjoni. Għandu jiġi trażmess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ammonti msemmija fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 42a, l-Artikoli 66 u 69, l-Artikoli 1(1), 2(1), 3(1) u (2), 4(1), 7(2), 8(2), 10(1) tal-Anness VII u l-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII, u fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII għandhom jiġu aġġornati skont l-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 24(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3), l-Artikoli 28a(7), 93, 94, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) u l-Artikoli 96(7), 133, 134 u 136 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (**) u l-koeffiċjent tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 260/68 (***) għandhom jiġu aġġornati kull sena f'konformità mal-Anness XI. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet informattivi. 2. Fil-każ ta' tibdil sostanzjali fil-kost tal-għajxien, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 u l-kejl imsemmi fl-Artikolu 64 għandhom jiġu aġġornati f'konformità mal-Anness XI. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti u l-kejl aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-finijiet informattivi. 3. L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u l-kejl msemmi fl-Artikolu 64 għandhom ikunu mifhuma bħala ammonti u kejl li l-valur attwali tagħhom f'ċertu żmien ikun suġġett għal aġġornament mingħajr intervent ta' att ġuridiku ieħor. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(5) u (6) tal-Anness XI, m'għandu jsir l-ebda aġġornament previst skont il-paragrafi 1 u 2 fis-snin 2013 u 2014.; (**) Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jiddetermina l-kategoriji tal-uffiċjali li jieħdu l-allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet ta' dawn (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1)." (***) Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8. Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I, Volum 1968(I) p. 37).'" |
(45) |
L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:
|
(46) |
L-Artikolu 66a jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 66a 1. B'mod ta' deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 u biex tiġi kkunsidrata, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(3), l-applikazzjoni tal-metodu għall-aġġornament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2023 għandha tiġi applikata miżura temporanja dwar ir-remunerazzjoni mħallsa mill-Unjoni lill-persunal fuq impjieg attiv, li għandha tkun magħrufa bħala l-“imposta ta' solidarjetà”. 2. Ir-rata tal-imposta ta' solidarjetà, li għandha tiġi applikata għall-bażi definita fil-paragrafu 3, għandha tkun ta' 6 %'; Ir-rata għandha, madankollu, tkun 7 % għal uffiċjali fi grad AD 15, skala 2 u ogħla.
4. L-imposta ta' solidarjetà għandha titnaqqas fix-xahar minn ras il-għajn; il-qligħ għandu jiddaħħal bħala dħul fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.'; |
(47) |
L-Artikolu 67(3), huwa mibdul b'dan li ġej: '3. L-allowance tat-tfal tista' tkun irduppjata b'deċiżjoni raġunata speċjali tal-awtorità tal-ħatra bbażata fuq dokumenti mediċi li jistabbilixxu li t-tifel/tifla kkonċernat/a għand(u)/(ha) diżabilità jew mard fit-tul li jinvolvi piż finanzjarju kbir għall-uffiċjal.'; |
(48) |
L-Artikolu 72 huwa emendat kif ġej:
|
(49) |
Fl-Artikolu 73(1), il-kelma 'tal-istituzzjonijiet' tinbidel bil-kliem 'tal-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet'; |
(50) |
Fit-tieni sentenza tal-Artikolu 76a, il-kelma 'l-istituzzjonijiet' tinbidel bil-kliem 'l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet'; |
(51) |
L-Artikolu 77 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 77 Uffiċjal li ta mill-anqas 10 snin servizz għandu jkun intitolat għal pensjoni tal-irtirar. Madankollu, għandu jkun intitolat għat-tali pensjoni jkun xi jkun it-tul tas-servizz jekk jaqbeż l-età pensjonabbli, jekk ma kienx possibbli li jerġa' jingħata pożizzjoni matul perjodu ta' stat mhux attiv jew fil-każ ta' rtirar fl-interessi tas-servizz. Il-pensjoni massima tal-irtirar għandha tkun 70 % tal-aħħar salarju bażiku marbut mal-aħħar grad li fih l-uffiċjal kien ikklassifikat għal mill-anqas sena. 1,80 % ta' dak is-salarju bażiku finali għandu jitħallas lil uffiċjal għal kull sena ta' servizz maħdum skont l-Artikolu 3 tal-Anness VIII. Madankollu, f'każ ta' uffiċjali li kienu qed jassistu persuna li għandha kariga li dwarha hemm dispożizzjoni fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni jew il-President elett ta' wieħed mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, l-intitolament għall-pensjonijiet jikkorrispondu għas-snin ta' servizz pensjonabbli miksub matul il-ħidma f'dik il-kariga għandha tiġi kkalkolata b'referenza għas-salarju bażiku finali riċevut matul dak iż-żmien jekk is-salarju bażiku riċevut jaqbeż dak meħud bħala referenza għall-iskop tat-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu. L-ammont tal-pensjoni tal-irtirar ma jridx ikun anqas minn 4 % tal-ammont minimu tas-sussistenza għal kull sena ta' servizz. L-età pensjonabbli għandha tkun 66 sena. L-età pensjonabbli għandha tiġi eżaminata kull ħames snin mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jeżamina, b’mod partikolari, l-evoluzzjoni tal-età pensjonabbli għall-persunal fis-servizzi pubbliċi tal-Istati Membri u l-evoluzzjoni tal-istennija tat-tul tal-għomor tal-uffiċjali tal-istituzzjonijiet. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta li temenda l-età pensjonabbli skont il-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport, b'attenzjoni partikolari lill-iżviluppi fl-Istati Membri;'. |
(52) |
L-Artikolu 78 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 78 Uffiċjal ikun intitolat, bil-mod li jiddisponu l-Artikoli 13 sa 16 tal-Anness VIII, għal allowance ta' invalidità fil-każ ta' invalidità permanenti totali, li ma tħallihx jaqdi dmirijietu li jkun jikkorrispondu għal pożizzjoni fil-grupp tal-funzjoni tiegħu. L-Artikolu 52 japplika b'analoġija ma' dawk li jibbenefikaw minn allowance tal-invalidità. Jekk min jibbenefika minn allowance tal-invalidità, jirtira qabel ma jagħlaq 66 sena, mingħajr ma rċieva l-intitolament massimu tal-pensjoni, għandhom japplikaw ir-regoli ġenerali dwar il-pensjonijiet tal-irtirar. L-ammont tal-pensjoni tal-irtirar għandu jkun ibbażat fuq is-salarju tal-grad u l-iskala okkupati mill-uffiċjal meta jkun sar invalidu. L-allowance tal-invalidità tkun daqs 70 % tal-aħħar salarju bażiku tal-uffiċjal. Madankollu, ma tistax tkun anqas mill-ammont minimu ta' sussistenza. L-allowance tal-invalidità għandha tkun suġġetta għall-kontribuzzjonijiet magħmulin għall-iskema tal-pensjoni, ikkalkolata fuq il-bażi ta' dik l-allowance. Meta l-invalidità tinħoloq minn aċċident matul jew f'allowance mal-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċjal, minn mard ikkaġunat mix-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew meta jipperikola ħajtu biex isalva bniedem ieħor, l-allowance tal-invalidità ma tistax tkun anqas minn 120 % tal-ammont minimu tas-sussistenza. Fit-tali każijiet, barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni għandhom jitħallsu kompletament mill-baġit tal-istituzzjoni jew il-korp riferut fl-Artikolu 1b.'; |
(53) |
Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 80 jinbidel b'dan li ġej: 'L-intitolament skont kif jiddisponu l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi għandu japplika fil-każ tal-mewt ta' min qabel kien uffiċjal intitolat għal allowance skont it-termini tal-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (****), tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2530/72 (*****) jew l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1543/73 (******) u fil-każ tal-mewt ta' min qabel kien uffiċjal li telaq mis-servizz qabel l-età pensjonabbli u talab li l-pensjoni tiegħu tal-irtirar tkun posposta sal-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih ikun għalaq l-età pensjonabbli.; (****) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I, Volum 1968(I) p. 30)." (*****) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2530/72 tal-4 ta’ Diċembru 1972 li jintroduċi miżuri speċjali u temporanji applikabbli għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej b'konsegwenza tal-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda, u għat-terminazzjoni ta' servizz ta' uffiċjali ta' dawk il-Komunitajiet (ĠU L 272, 5.12. 1972, p. 1. Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I, Volum 1972(1-8.12), p. 11)." (******) Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1543/73 tal-4 ta’ Ġunju 1973 li jintroduċi miżuri temporanji speċjali applikabbli għal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mħallsa minn fondi tar-riċerka u l-investiment (ĠU L 155, 11.6.1973, p. 1).'" |
(54) |
L-Artikolu 81a(1) huwa emendat kif ġej:
|
(55) |
L-Artikolu 82(2) jinbidel b'dan li ġej: '2. Fejn ir-remunerazzjoni tiġi aġġornata f'konformità mal-Artikolu 65(1), l-istess aġġornament għandu japplika għall-pensjonijiet.'; |
(56) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) huwa mħassar; |
(57) |
Il-paragrafi 2, 3, 4 u 5 tal-Artikolu 83a jinbidlu b'dawn li ġejjin: '2. L-aġenziji li ma jirċevux sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandhom iħallsu l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa f'dak il-baġit għall-finanzjament ta' dik l-iskema. Mill-1 ta' Jannar 2016, l-aġenziji li huma parzjalment iffinanzjati minn dak il-baġit iħallsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi li tikkorrispondi għall-proporzjon bejn id-dħul tal-aġenzija mingħajr is-sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul totali tagħha. 3. Il-bilanċ tal-iskema tal-pensjoni hu żgurat mal-età pensjonabbli u r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema. Meta jkun hemm l-eżami attwarjali ta' kull ħames snin skont it-termini tal-Anness XII, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni tkun aġġornata biex tiżgura l-bilanċ tal-iskema. 4. Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni verżjoni aġġornata tal-istima attwarjali li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 3, skont l-Artikolu 1(2) tal-Anness XII. Fejn jintwera li hemm qabża ta' mill-anqas 0,25 punti bejn ir-rata tal-kontribuzzjoni applikata bħalissa u r-rata meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ attwarjali, ir-rata tkun aġġornata, skont l-arranġamenti preskritti fl-Anness XII. 5. Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, iċ-ċifra ta' riferiment stabbilita fl-Artikolu 83(2) tkun aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rata aġġornata riżultanti tal-kontribuzzjoni fi żmien ġimagħtejn mill-aġġornament fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal finijiet informattivi.' |
(58) |
It-Titolu VIII huwa mħassar; |
(59) |
L-Artikolu 110 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 110 1. Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jimplimentaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jiġu adottati mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal u mal-Kumitat dwar ir-Regolamenti tal-Persunal. 2. Ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni biex jiddaħħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, fosthom id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw ukoll għall-aġenziji. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-aġenziji bi kwalunkwe regola ta' implimentazzjoni minnufih wara l-adozzjoni. Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ għall-aġenziji disa' xhur wara li jidħlu fis-seħħ għall-Kummissjoni jew disa' xhur wara d-data meta l-Kummissjoni tinforma lill-aġenziji dwar l-adozzjoni tar-regola ta' implimentazzjni rispettiva tagħhom, liema waħda tkun l-aktar tard. Minkejja dan li għadu kif issemma, aġenzija tista' wkoll tiddeċiedi li tali regoli ta' implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ f'data qabel. Permezz ta' deroga, qabel ma jiskadi l-perjodu ta' disa' xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tagħha, aġenzija tista' tressaq regoli ta' implimentazzjoni differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni sabiex din tal-aħħar tkun tista' tapprovahom. Bl-istess kondizzjonijiet, aġenzija tista' titlob il-ftehim tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni. F'dan il-każ, minflok ma taċċetta jew tirrifjuta t-talba, il-Kummissjoni tista' titlob lill-aġenzija tressaq għall-approvazzjoni tagħha regoli ta' implimentazzjoni li jkunu differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni. Il-perjodu ta' disa' xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu sospiżi mid-data minn meta l-aġenzija titlob il-ftehim tal-Kummissjoni sad-data meta l-Kummissjoni tesprimi l-pożizzjoni tagħha. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, aġenzija tista' tressaq għall-ftehim tal-Kummissjoni r-regoli ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw suġġetti oħrajn u mhux ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni. Għall-finijiet tal-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni, l-aġenziji għandhom jiġu rrappreżentati mill-bord amministrattiv jew minn korp ekwivalenti msemmi fl-att tal-Unjoni dwar it-twaqqif tagħhom. 3. Għall-finijiet tal-adozzjoni tar-regoli bil-ftehim bejn l-istituzzjonijiet, l-aġenziji m'għandhomx jitqiesu bħala istituzzjonijiet. Madanakollu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-aġenziji qabel l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli. 4. Ir-regoli jdaħħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, inklużi d-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u r-regoli adottati permezz tal-ftehim bejn l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet għandhom jitressqu għall-informazzjoni tal-persunal. 5. Id-dipartimenti amministattivi tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji għandhom jikkonsultaw ma' xulxin regolarment dwar l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. F'dawk il-konsultazzjonijiet l-aġenziji għandhom ikunu rrappreżentati b'mod konġunt, skont ir-regoli li għandhom ikunu stabbiliti bejniethom. 6. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tamministra reġistru tar-regoli adottati mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, u dawk ir-regoli adottati mill-aġenziji safejn jidderogaw mir-regoli adottati mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura prevista fil-paragrafu 2, inkluża kwalunkwe emenda għal dawn. L-istituzzjonijiet u l-aġenziji jkollhom aċċess dirett għal dak ir-reġistru u d-dritt sħiħ li jemendaw ir-regoli tagħhom stess. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess dirett għalih. Barra minn hekk, kull tliet snin, il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-regoli adottati mill-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.'; |
(60) |
L-Artikoli li ġejjin huma miżjuda: 'Artikolu 111 Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 112 dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż u l-iskema tas-sigurtà soċjali. Artikolu 112 1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati hija b'dan mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 56a, 56b u 56c, 83a tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII u l-Artikolu 9tal-Anness XI tiegħu u l-Artikoli 28a(11) u 96(11) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat li jibda mill-1 ta' Jannar 2014. 3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 56a, 56b, 56c, 83a tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII u l-Artikolu 9 tal-Anness XI tiegħuu l-Artikoli 28a(11) u 96(11) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard li tkun speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 56a, 56b, 56c tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII jew l-Artikolu 9 tal-Anness XI tiegħujew l-Artikoli 28a(11) jew 96(11) tal-Kondizzjoni tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 113 Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun jivvaluta l-funzjonament ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.'; |
(61) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(62) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(63) |
L-Artikolu Uniku tal-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(64) |
L-Anness IVa huwa emendat kif ġej:
|
(65) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(66) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(67) |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
(68) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
(69) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
(70) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
(71) |
L-Anness XI jinbidel b'dan li ġej: 'ANNESS XI IR-REGOLI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ARTIKOLI 64 U 65 TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL KAPITOLU 1 L-AĠĠORNAMENT ANNWALI TAR-REMUNERAZZJONI PREVISTA FL- ARTIKOLU 65(1) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL
Il-fatturi li jistabbilixxu l-aġġornament ta' kull sena Artikolu 1 1. Rapport mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) Għall-finijiet tal-aġġornament previst fl-Artikolu 65(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 13 tal-Anness X, kull sena l-Eurostat għandu jħejji rapport qabel tmiem Ottubru dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu, il-paritajiet ekonomiċi bejn Brussell u ċerti postijiet fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi fejn meħtieġ, u bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fis-servizzi pubbliċi nazzjonali tal-gvern ċentrali. 2. Tibdil fl-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu Il-Eurostat għandu jfassal indiċi biex jikkalkula t-tibdil fl-għoli tal-ħajja għal uffiċjali tal-Unjoni fil-Belġju u fil-Lussemburgu. Dak l-indiċi (minn hawn 'il quddiem "Indiċi Konġunt") għandu jiġi kkalkulat permezz tal-ippeżar tal-inflazzjoni nazzjonali (kif imkejla permezz tal-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (HICP) fil-każ tal-Belġju u permezz tal-Indiċi Prezzijiet tal-Konsumatur (CPI) fil-każ tal-Lussemburgu) bejn Ġunju tas-sena ta' qabel u Ġunju tas-sena kurrentiskont id-distribuzzjoni tal-persunal li jservi f'dawk l-Istati Membri. 3. Tibdil fl-għoli tal-ħajja barra Brussell
4. Bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tas-salarji tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku nazzjonali fil-gvern ċentrali (indikaturi speċifiċi).
Artikolu 2 Għall-finijiet tal-Artikolu 15 ta' dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha, regolarment, tosserva l-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tal-istituzzjonijiet.
Arranġamenti għall-aġġornamenti annwali tar- remunerazzjoni u l-pensjonijiet Artikolu 3
KAPITOLU 2 L-AĠĠORNAMENTI INTERMEDJI TAR-REMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET (L-ARTIKOLU 65(2) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL) Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 6
Artikolu 7 Għall-finijiet tal-Artikolu 6 ta' dan l-Anness: L-ammont tal-aġġornament għandu jkun l-Indiċi Konġunt immultiplikat, fejn xieraq, b'nofs l-indikatur speċifiku mbassar jekk dan ikun negattiv. Il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni għandhom ikunu l-proporzjon bejn il-parità ekonomika rilevanti u r-rata tal-kambju stabbilita fl-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal, immultiplikat bil-valur tal-aġġornament, jekk il-limitu tal-aġġornament ma jintlaħaqx għall-Belġju u għal-Lussemburgu. KAPITOLU 3 ID-DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-KOEFFIĊJENT TA' KORREZZJONI (POSTIJIET TAX-XOGĦOL B'ŻIEDA QAWWIJA FL-GĦOLI TAL-ĦAJJA) Artikolu 8
KAPITOLU 4 IL-ĦOLQIEN U L-IRTIRAR TAL-KOEFFIĊJENTI TA' KORREZZJONI (L- ARTIKOLU 64 TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL) Artikolu 9
KAPITOLU 5 IL-KLAWSOLI TA' MODERAZZJONI U TA' EĊĊEZZJONI Artikolu 10 Il-valur tal-indikatur speċifiku użat għall-aġġornament annwali għandu jkun soġġett għal limitu masimu ta' 2 % u limitu minimu ta' – 2 %. Jekk il-valur tal-indikatur speċifiku jaqbeż il-limitu massimu jew ikun inqas mil-limitu iktar baxx, il-valur tal-limitu għandu jintuża biex jiġi kkalkulat il-valur ta' aġġornament. L-ewwel paragrafu m'għandux japplika meta japplika l-Artikolu 11. Il-bqija tal-aġġornament annwali li jirriżulta mid-differenza bejn il-valur ta' aġġornament ikkalkulat bl-indikatur speċifiku u l-valur ta' aġġornament ikkalkulat bil-limitu għandu japplika mill-1 ta' April tas-sena ta' wara. Artikolu 11
KAPITOLU 6 IR-RWOL TAL-EUROSTAT U R-RELAZZJONIJIET MAL-ISTITUTI TAL- ISTATISTIKA NAZZJONALI U AWTORITAJIET XIERQA OĦRAJN TAL- ISTATI MEMBRI Artikolu 12 Il-Eurostat għandu jkollu d-dmir li jissorvelja l-kwalità tad-data bażika u l-metodi statistiċi li jintużaw biex jinħadmu l-fatturi kkunsidrati għall-aġġornament tar-remunerazzjoni. B'mod partikolari, għandu jagħmel kwalunkwe valutazzjoni u jwettaq kwalunkwe studju meħtieġ għat-tali monitoraġġ. Artikolu 13 F'Marzu ta' kull sena, il-Eurostat għandu jlaqqa' grupp ta' ħidma magħmul minn esperti mill-istituti tal-istatistika nazzjonali jew awtoritajiet xierqa oħra fl-Istati Membri li jkun magħruf bħala l-'Grupp ta' Ħidma dwar l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal'. F'dik il-laqgħa, għandhom jiġu eżaminati l-metodoloġija statistika u l-implimentazzjoni tagħha dwar l-indikaturi speċifiċi u tal-kontroll, l-indiċi konġunt u l-paritajiet ekonomiċi. L-informazzjoni meħtieġa biex isir tbassir tal-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist għall-iskopijiet tal-aġġornament intermedju tar-remunerazzjoni għandha tkun ipprovduta wkoll, flimkien mad-data dwar il-ħinijiet tax-xogħol f'dipartimenti tal-gvern ċentrali. Artikolu 14 Fuq it-talba tal-Eurostat, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Eurostat dwar kwalunkwe fattur li jkollu impatt dirett jew indirett fuq il-kompożizzjoni u l-bidliet fir-remunerazzjoni tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku tal-gvern ċentrali. KAPITOLU 7 DISPOŻIZZJONI FINALI U L-KLAWSOLA TA' REVIŻJONI Artikolu 15
|
(72) |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
(73) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea huma emendati kif ġej:
(1) |
It-tieni inċiż tal-Artikolu 1 huwa mħassar.; |
(2) |
Il-punt li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 2:
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa mħassar.; |
(4) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 3b, il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:
|
(5) |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, il-kliem 'Artikolu 2(a)' huma mibdula 'Artikolu 2(a) jew Artikolu 2(f)'; |
(6) |
L-Artikolu 10(4) huwa mħassar; |
(7) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 14 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 14 1. Membru tal-persunal temporanju għandu jservi disa' xhur ta' perjodu ta' prova. Meta, matul il-perjodu ta' prova tiegħu, minħabba mard, leave ta' maternità skont l-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal, jew inċident, membru tal-persunal temporanju ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu għal perjodu kontinwu ta' mill-anqas xahar, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tista' ttawwal il-perjodu ta' prova tiegħu bil-tul ta' żmien korrispondenti.'; It-tul totali tal-perjodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż 15-il xahar. 2. Rapport dwar il-membru tal-persunal temporanju jista' jsir fi kwalunkwe żmien qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova jekk jirriżulta ovvju li x-xogħol tiegħu mhuwiex adegwat. Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha d-dritt tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu minnufih mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal temporanju lill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6. Fuq il-bażi tar-rapport, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi li tkeċċi lill-membru tal-persunal temporanju qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova, billi tagħtih notifika ta' xahar, jew tassenja lill-membru tal-persunal temporanju lil dipartiment ieħor għall-bqija tal-perjodu ta' prova. 3. Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' prova, għandu jiġi mfassal rapport dwar il-kapaċità tal-membru tal-persunal temporanju li jeżegwixxi d-doveri appartenenti għall-kariga tiegħu kif ukoll dwar l-effiċjenza u l-imġiba tiegħu fis-servizz. Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal temporanju, li jkollu d-dritt jagħti l-kummenti tiegħu bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol. Jekk ir-rapport jirrakkomanda t-tkeċċija jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-estensjoni tal-perjodu ta' prova skont il-paragrafu 1, ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu minnufih mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal temporanju lill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6. Membru tal-persunal temporanju li x-xogħol jew l-imġiba tiegħu ma jkunux irriżultaw adegwati għall-istabbiliment fil-pożizzjoni tiegħu għandu jitkeċċa. Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed abbażi tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu kif ukoll abbażi ta' elementi disponibbli għall-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 dwar l-imġiba tal-membru tal-persunal temporanju fir-rigward tat-Titolu II tar-Regolamenti tal-Persunal. 4. Membru mkeċċi tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar ta' prova kompluta.'; |
(10) |
Fl-Artikolu 15(1), għandha tiżdied is-sentenza li ġejja mal-ewwel subparagrafu: 'Membri tal-persunal temporanju li jingħataw grad skont il-kriterji tal-għoti ta' gradi adottati mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 għandhom iżommu l-anzjanità fl-iskala li jiksbu f'dik il-kapaċità jekk ikunu impjegati bħala persunal temporanju fl-istess grad immedjatament wara l-perjodu preċedenti ta' servizz temporanju.'; |
(11) |
L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 16 L-Artikoli 42a, 42b u 55 sa 61 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar leave, sigħat ta' xogħol, sahra, xogħol bix-xift, dmirijiet ta' standby fil-post tax-xogħol jew id-dar u btajjel pubbliċi, għandhom japplikaw b'analoġija. Il-leave speċjali u l-leave tal-ġenituri u tal-familja ma għandhomx jestendu aktar mit-terminu tal-kuntratt. Barra minn hekk, l-Artikoli 41, 42, 45 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-ħaddiema temporanji msemmija fl-Artikolu 29 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, irrispettivament mid-data tal-ingaġġ tagħhom'; Il-leave imħallas tal-mard previst fl-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal m'għandux, madankollu, jaqbeż tliet xhur jew it-tul ta' żmien maħdum mill-membru tal-persunal temporanju, fejn dan tal-aħħar ikun itwal. Il-leave m'għandux jestendi lil hinn mit-terminu tal-kuntratt tiegħu. Malli jiskadu dawk il-limiti ta' żmien, ħaddiem li l-kuntratt tiegħu ma jkunx terminat, minkejja li ma jkunx jista' jerġa' jibda jaqdi dmirijietu, għandu jitqiegħed fuq leave bla ħlas. Madankollu, meta ħaddiem jimrad b'marda okkupazzjonali jew isofri xi inċident waqt il-qadi ta' dmirijietu, għandu jkompli jirċievi r-remunerazzjoni kollha tiegħu matul il-perjodu li matulu ma jkunx kapaċi jaħdem sa dak iż-żmien meta jingħata pensjoni tal-invalidità skont l-Artikolu 33.'; |
(12) |
L-Artikolu 17 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 17 F'ċirkostanzi eċċezzjonali membru tal-persunal temporanju jista' fuq talba tiegħu stess jingħata leave bla ħlas abbażi ta' raġunijiet personali serji. L-Artikolu 12b tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jibqa' japplika matul il-perjodu tal-leave bla ħlas għal raġunijiet personali. Il-permess skont l-Artikolu 12b ma jistax jingħata lil membru tal-persunal temporanju għall-iskop li jeżerċita attività professjonali, sew bi ħlas u sew mingħajr ħlas, li tinvolvi lobbying jew difiża b'rabta mal-istituzzjoni tiegħu u li tista' twassal biex ikun hemm jew jista' jkun hemm kunflitt mal-interessi leġittimi tal-istituzzjoni. L-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 għandha tiddetermina t-tul ta' leave bħal dan, li ma għandux jaqbeż kwart tat-tul ta' żmien diġà maħdum mill-ħaddiem jew:
Kwalunkwe perjodu ta' leave mogħti skont l-ewwel paragrafu ma għandux jgħodd għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal. Meta membru tal-persunal temporanju jkun b'leave bla ħlas, is-sħubija tiegħu fl-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fl-Artikolu 28 tkun sospiża. Madankollu, membru tal-persunal temporanju li ma jkunx f'impjieg bi qligħ jista', mhux aktar tard minn xahar wara dak li fih jibda l-leave bla ħlas tiegħu, japplika biex ikompli jkun kopert kontra r-riskji msemmija fl-Artikolu 28, sakemm huwa jħallas nofs l-ispiża tal-kontribuzzjonijiet previsti f'dak l-Artikolu għal kemm idum il-leave tiegħu; il-kontribuzzjoni għandha tinħadem b'referenza għall-aħħar salarju bażiku tiegħu. Barra minn hekk, membru tal-persunal temporanju li għalih japplika l-Artikolu 2(c) jew (d) li juri li ma jistax jakkwista drittijiet għall-pensjoni skont skema oħra tal-pensjoni jista' japplika biex ikompli jakkwista aktar drittijiet għall-pensjoni matul il-perjodu tal-leave bla ħlas, sakemm iħallas l-ispiża tal-kontribuzzjoni ekwivalenti għal tliet darbiet ir-rata stabbilita fl-Artikolu 41; il-kontribuzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati b'referenza għas-salarju bażiku għall-grad u l-iskala tiegħu. In-nisa li l-leave tal-maternità tagħhom jibda qabel ma jintemm il-kuntratt tagħhom għandhom ikunu intitolati għal leave tal-maternità u għal paga tal-maternità.'; |
(13) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
L-Artikolu 28a huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) il-kliem "il-65 sena" jinbidlu b'"66 sena"; |
(16) |
L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 34 Il-persuni intitolati meta ħaddiem imut, kif definit fil-Kapitolu 4 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni tas-superstiti, kif previst fl-Artikoli 35 sa 38. Meta jmut ex aġent li kien jirċievi allowance tal-invalidità, jew imut ex aġent fis-sens tal-Artikolu 2 (a), (c), (d), (e) jew (f) li kien jirċievi pensjoni tal-irtirar jew li jkun ħalla s-servizz qabel għalaq l-età tal-pensjoni u talab li l-pensjoni tal-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq l-età tal-pensjoni, il-persuni intitolati fil-każ tal-mewt tal-ħaddiem, kif definiti fil-Kapitolu 4 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj kif previst f'dak l-Anness. Meta ma jkunx magħruf għal aktar minn sena fejn ikun membru tal-persunal temporanju, jew dak li kien membru tal-persunal temporanju li jirċievi allowance tal-invalidità jew tal-irtirar, jew dak li kien membru tal-persunal temporanju li telaq mis-servizz qabel għalaq l-età tal-pensjoni u talab li l-pensjoni tal-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq l-età tal-pensjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 5 u 6 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jittrattaw il-pensjonijiet provviżorji, għandhom japplikaw b'analoġija għall-konjuġi tiegħu u għall-persuni rikonoxxuti bħala dipendenti tiegħu'; |
(17) |
Fit-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 36, il-kliem 'Artikolu 2 (a), (c) jew (d)' jinbidlu b''Artikolu 2 (a), (c), (d), (e) jew (f)'; |
(18) |
Fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 37, il-kliem 'it-63 sena' jinbidlu bil-kliem 'l-età pensjonabbli', u l-kliem 'Artikolu 2(a), (ċ) jew (d)' għandhom jinbidlu b''Artikolu 2 (a), (c), (d), (e) jew (f)'; |
(19) |
L-Artikolu 39(1) jinbidel b'dan li ġej: '1. Malli jitlaq mis-servizz, ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 2 għandu jkun intitolat għal pensjoni tal-irtirar, trasferiment ta' ekwivalenza attwarjali jew il-ħlas ta' għotja ta' terminazzjoni skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu V u l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Meta l-ħaddiem ikun intitolat għal pensjoni tal-irtirar, id-drittijiet tiegħu għal pensjoni għandhom jitnaqqsu bil-proporzjon tal-ammonti mħallsa skont l-Artikolu 42.'; |
(20) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 jinbidel b'dan li ġej: 'Skont il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, ħaddiem jista' jitlob lil din l-awtorità tagħmel kwalunkwe ħlas li hu jkun jeħtieġlu jagħmel biex jikkostitwixxi jew iżomm id-drittijiet għall-pensjoni fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.'; |
(21) |
L-Artikolu 47 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 47 Minbarra t-tmiem mal-mewt, l-impjieg tal-persunal temporanju għandu jieqaf:
|
(22) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: 'Artikolu 48a F'kull leġislatura, l-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jiġu applikati b'analoġija għal massimu ta' ħames membri tal-persunal temporanju f'livell għoli ta' gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew li jkunu fil-grad AD 15 jew AD 16, sakemm ikunu għalqu l-età ta' ħamsa u ħamsin sena u jkollhom għoxrin sena servizz fl-istituzzjonijiet u tal-anqas sentejn u nofs anzjanità fl-aħħar grad tagħhom.'; |
(23) |
Jitħassar l-Artikolu 50c(2); |
(24) |
Jiżdied il-Kapitolu li ġej mat-Titolu II: 'KAPITOLU 11 DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-PERSUNAL TEMPORANJU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(F) Artikolu 51 L-Artikolu 37, bl-eċċezzjoni tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal imsemmija fl-Artikolu 2(f). Artikolu 52 B'deroga mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 17, il-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) b'kuntratt għal perjodu indefinit jista', irrispettivament mill-anzjanità tiegħu, jingħata leave bla ħlas għal perjodi li ma jaqbżux sena. It-tul totali ta' leave bħal dan ma jistax jaqbeż 12-il sena matul il-karriera kollha tal-membru tal-persunal. Persuna oħra tista' tiġi impjegata għall-pożizzjoni okkupata mill-membru tal-persunal temporanju. Meta jiskadielu l-leave, membru tal-persunal temporanju għandu jerġà jiddaħħal fl-ewwel pożizzjoni korrispondenti għall-grad tiegħu li tisfa battala fil-grupp ta' funzjoni tiegħu, sakemm huwa jkun jissodisfa r-rekwiżiti għal din il-pożizzjoni. Jekk huwa jirrifjuta l-pożizzjoni offruta lilu, huwa għandu jibqa' bid-dritt li jingħata pożizzjoni oħra meta jkun hemm ftuħ fil-grad tiegħu fil-grupp ta' funzjoni tiegħu soġġett għall-istess dispożizzjonijiet; jekk huwa jirrifjuta għat-tieni darba, l-impjieg ikun jista' jiġi tterminat mill-istituzzjoni mingħajr ebda avviż. Sakemm ma jerġax jingħata pożizzjoni u jiġi ssekondat huwa għandu jibqa' fuq leave bla ħlas għal raġunijiet personali. Artikolu 53 Il-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) għandu jiġi impjegat abbażi ta' proċedura ta' għażla organizzata minn aġenzija waħda jew aktar. L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għandu, fuq talba tal-aġenzija jew aġenziji kkonċernati, jipprovdi assistenza lill-aġenziji, partikolarment permezz tad-definizzjoni tal-kontenuti tat-testijiet u tal-organizzazzjoni tal-proċeduri tal-għażla. L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għandu jiżgura t-trasparenza tal-proċeduri tal-għażla. Fil-każ ta' proċedura tal-għażla esterna, il-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) għandu jiġi impjegat biss fil-gradi SC 1 sa SC 2, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8. Madankollu, l-aġenzija tista', fejn ikun xieraq u f'każijiet debitament ġustifikati, tawtorizza l-impjegar fil-gradi AD 9, AD 10, AD 11 jew, fuq bażi ta' eċċezzjoni, fil-grad AD 12, għal pożizzjonijiet b'responsabbiltajiet korrispondenti u fil-limiti tat-tabella tal-persunal approvata. L-għadd totali ta' persuni impjegati fil-gradi AD 9 sa AD 12 f'aġenzija ma għandux jaqbeż l-20 % tal-għadd totali ta' reklutaġġ ta' persunal temporanju fil-grupp ta' funzjoni AD, ikkalkulat fuq perjodu ta' ħames snin. Artikolu 54 Fil-każ tal-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f), il-klassifika fl-ogħla grad li jkun imiss għandha ssir biss permezz tal-għażla minn fost membri tal-persunal li jkunu kkompletaw perjodu minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom, wara kunsiderazzjoni tal-merti kumparattivi ta' dan il-persunal temporanju u tar-rapporti dwarhom. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 45(1) u l-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tapplika b'analoġija. Ir-rati ta' multiplikazzjoni bħala gwida tal-ekwivalenza tal-karriera medja, kif inhuma stabbiliti għall uffiċċjali fit-Taqsima B tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal, ma jistgħux jinqabżu. Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, kull aġenzija għandha tadotta dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Artikolu 55 Meta membru tal-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) jiċċaqlaq, wara l-publikazzjoni interna ta' pożizzjoni, lejn pożizzjoni ġdida fi ħdan il-grupp ta' funzjoni tiegħu, huwa ma għandux jiġi kklassifikat fi grad jew skala aktar baxxa milli jkun jokkupa qabel, sakemm il-grad tiegħu jkun wieħed mill-gradi stabbiliti fl-avviż dwar il-pożizzjoni battala. L-istess dispożizzjonijiet għandhom japplikaw b'analoġija meta l-għadd ta' tali persunal temporanju jikkonkludi kuntratt ġdid ma' aġenzija minnufih wara kuntratt preċedenti għal tali persunal temporanju ma' aġenzija oħra. Artikolu 56 Skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kull aġenzija għandha tadotta dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri li jirregolaw l-ingaġġ u l-użu tal-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f).'; |
(25) |
It-Titolu III 'Persunal awżiljari' huwa mħassar; |
(26) |
Fl-Artikolu 79(2), il-kliem 'Kull istituzzjoni' huma mibdula b''L-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6'; |
(27) |
L-Artikolu 80 huwa emendat kif ġej:
|
(28) |
L-Artikolu 82 huwa emendat kif ġej:
|
(29) |
L-Artikolu 84 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 84 1. Membru tal-persunal kuntrattwali li l-kuntratt tiegħu huwa konkluż għal perjodu ta' mill-anqas sena għandu jaħdem perjodu ta' prova għall-ewwel sitt xhur tal-perjodu ta' impjieg tiegħu jekk ikun fil-grupp ta' funzjoni I u l-ewwel disa' xhur jekk ikun fi kwalunkwe grupp ta' funzjoni ieħor. Meta, matul il-perjodu ta' prova tiegħu, minħabba mard, leave tal-maternita' taħt l-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal jew inċident, membru tal-persunal kuntrattwali ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu għal perjodu kontinwu għallanqas ta' xahar, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tista' ttawwal il-perjodu ta' prova tiegħu bil-tul ta' żmien korrispondenti. It-tul totali tal-perjodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza ma għandu jaqbeż 15-il xahar. 2. Rapport dwar il-membru tal-persunal kuntrattwali jista' jsir fi kwalunkwe żmien qabel tmiem il-perjodu ta' prova jekk jirriżulta ovvju li x-xogħol tiegħu mhuwiex adegwat. Dak ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha d-dritt tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub fi tmint ijiem tax-xogħol. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu minnufih mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal kuntrattwali lill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6. Fuq il-bażi tar-rapport, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi li tkeċċi lill-membru tal-persunal kuntrattwali qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova, billi tagħtih notifika ta' xahar, jew tassenja lill-membru tal-persunal kuntrattwali lil dipartiment ieħor għall-bqija tal-perjodu ta' prova. 3. Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' prova, għandu jitfassal rapport dwar il-kapaċità tal-membru tal-persunal kuntrattwali li jeżegwixxi d-doveri appartenenti għall-kariga tiegħu kif ukoll dwar l-effiċjenza u l-imġiba tiegħu fis-servizz. Dan ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-membru tal-persunal kuntrattwali, li jkollu d-dritt jagħti l-kummenti tiegħu bil-miktub fi żmien tmint ijiem tax-xogħol. Jekk ir-rapport jirrakkomanda t-tkeċċija jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-estensjoni tal-perjodu ta' prova skont il-paragrafu 1, ir-rapport u l-kummenti għandhom jintbagħtu minnufih mis-superjur dirett tal-membru tal-persunal kuntrattwali lill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6. Membru tal-persunal kuntrattwali li x-xogħol jew l-imġiba tiegħu ma jirriżultawx adegwati għall-istabbiliment fil-pożizzjoni tiegħu għandu jitkeċċa. Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed abbażi tar-rapport imsemmi f' dan il-paragrafu kif ukoll abbażi ta' elementi disponibbli għall-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 dwar l-imġiba tal-membru tal-persunal kuntratwali fir-rigward tat-Titolu II tar-Regolamenti tal-Persunal. 4. Membru mkeċċi tal-persunal kuntrattwali għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar ta' prova kompluta.'; |
(30) |
Fl-Artikolu 85(3), il-kliem 'fl-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE' huma mibdula bil-kliem 'fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea'; |
(31) |
L-Artikolu 86(1) huwa emendat kif ġej:
|
(32) |
Fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 88, il-kliem 'it-tliet snin' jinbidel b' 'sitt snin'; |
(33) |
L-Artikolu 91 jinbidel b'dan li ġej: 'Artikolu 91 L-Artikoli 16 sa 18 għandhom japplikaw b'analoġija. It-tieni sentenza tal-Artikolu 55(4) tar-Regolamenti tal-Persunal ma għandhomx japplikaw b'analoġija għall-persunal kuntrattwali. Sahra maħduma mill-persunal kuntrattwali fil-gruppi ta' funzjoni III u IV ma ġġorr l-ebda dritt għal kumpens jew remunerazzjoni. Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolamenti tal-Persunal, sahra maħduma mill-persunal kuntrattwali fil-gruppi ta' funzjoni I u II għandha tintitolahom jew għal leave kumpensatorju jew għal remunerazzjoni meta l-ħtiġiet tas-servizz ma jippermettux leave kumpensatorju matul ix-xahar ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.'; |
(34) |
Fl-Artikolu 95 il-kliem 'l-età ta' 63 sena' huma mibdula b' 'l-età tal-pensjoni'; |
(35) |
L-Artikolu 96 huwa emendat kif ġej:
|
(36) |
Fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 101(1), il-kliem 'il-65 sena' huma mibdula b''66 sena'; |
(37) |
L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:
|
(38) |
Fl-Artikolu 106(4) il-kliem 'it-63 sena' huma mibdula b''l-età pensjonabbli'. |
(39) |
Fl-Artikolu 120, il-kliem 'minn kull istituzzjoni' huma mibdula b''mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6'; |
(40) |
L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: 'Artikolu 132a Skont il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) u fuq talba espliċita tal-Membru jew tal-Membri rispettivi li huma jassistu, l-assistenti parlamentari akkreditati jistgħu jitħallsu darba jew allowance tal-installazzjoni jew allowance ta' reinstallazzjoni mħallsa mill-allokazzjoni tal-assistenza parlamentari tal-Membru rispettiv fuq il-bażi ta' evidenza li kienet meħtieġa bidla fil-post tar-residenza. L-ammont tal-allowance ma għandux jaqbeż is-salarju bażiku ta' xahar tal-assistent.'; |
(41) |
L-Artikolu 139 huwa emendat kif ġej:
|
(42) |
Fl-Artikolu 141, il-kliem 'minn kull istituzzjoni' jinbidel b' 'mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6'; |
(43) |
L-artikolu li ġej huwa mdaħħal: 'Artikolu 142a Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-funzjonament ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra.'; |
(44) |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1, punt 44, u l-Artikolu 1, punt 73(d), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) Opinjoni tat-22 ta' Marzu 2012 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 205, 12.7.2012, p. 1.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2013.
(4) Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(*******) L-għadd ta' postijiet ta' uxxieri (ushers) parlamentari fil-Parlament Ewropew ma jaqbiżx il-85';
(********) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
29.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/63 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1024/2013
tal-15 ta’ Ottubru 2013
li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Tul l-aħħar deċennji, l-Unjoni għamlet progress konsiderevoli fil-ħolqien ta’ suq intern għas-servizzi bankarji. Konsegwentement, f’bosta Stati Membri, il-gruppi bankarji li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom stabbiliti fi Stati Membri oħra għandhom sehem sinifikanti tas-suq, u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ddiversifikaw l-operat tagħhom b’mod ġeografiku, kemm fiż-Żona tal-euro kif ukoll barra miż-Żona tal-euro. |
(2) |
Il-kriżi finanzjarja u ekonomika preżenti wriet li l-integrità tal-munita unika u tas-suq intern jistgħu jiġu mhedda minħabba l-frammentazzjoni tas-settur finanzjarju. Huwa għalhekk essenzjali li tiġi intensifikata l-integrazzjoni tas-superviżjoni bankarja sabiex tissaħħaħ l-Unjoni, terġa’ tinġieb l-istabbiltà finanzjarja u titqiegħed il-bażi għall-irkupru ekonomiku. |
(3) |
Sabiex fl-Unjoni jitrawwem it-tkabbir ekonomiku u finanzjament adegwat tal-ekonomija reali, huwa essenzjali li s-suq intern għas-servizzi bankarji jinżamm u jikber iżjed. Madankollu dan huwa dejjem aktar ta’ sfida. L-evidenza turi li l-integrazzjoni tas-swieq bankarji fl-Unjoni qed tieqaf. |
(4) |
Fl-istess ħin, barra mill-adozzjoni ta’ qafas regolatorju msaħħaħ tal-Unjoni, is-superviżuri jridu jżidu l-iskrutinju superviżorju tagħhom biex iqisu l-esperjenza mill-kriżi finanzjarja matul dawn l-aħħar snin, u jkunu jistgħu jissorveljaw istituzzjonijiet u swieq kumplessi u interkonnessi ħafna. |
(5) |
Il-kompetenza għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali fl-Unjoni għadha fil-biċċa l-kbira fil-livell nazzjonali. Il-koordinament bejn is-superviżuri huwa vitali iżda l-kriżi wriet li l-koordinament biss mhuwiex biżżejjed, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ munita unika. Biex titħares l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u jiżdiedu l-effetti pożittivi tal-integrazzjoni tas-suq fuq it-tkabbir u l-benessri, l-integrazzjoni tar-responsabbiltajiet superviżorji għandhom għalhekk jissaħħu. Dan huwa partikolarment importanti biex tkun żgurata sorveljanza bla xkiel u solida fuq grupp bankarju kollu u l-istat globali ta’ saħħtu u jnaqqas ir-riskju ta’ interpretazzjonijiet differenti u deċiżjonijiet kontradittorji fil-livell ta’ entità individwali. |
(6) |
L-istabbilità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ħafna drabi għadha marbuta mill-qrib mal-Istat Membru li fiha tkun stabbilita. Dubji dwar is-sostenibbiltà ta’ dejn pubbliku, prospetti ta’ tkabbir ekonomiku, u l-vijabbiltà tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ilhom joħolqu tendenzi tas-suq negattivi u li jirrinforzaw lil xulxin. Dan jista’ jwassal għal riskji għall-vijabbiltà ta’ wħud mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro u l-Unjoni inġenerali, u jista’ jimponi piż tqil fuq il-finanzi pubbliċi diġà batuti tal-Istati Membri kkonċernati. |
(7) |
L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), stabbilita fl-2011 bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (1), u s-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) stabbiliti bl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, u tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjoni tax-Xogħol) (2), (AEAPX) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (3) (AETS) tejbu b’mod sinifikanti l-kooperazzjoni bejn is-superviżuri bankarji fl-Unjoni. L-ABE qed tagħti kontributi importanti għall-ħolqien ta’ ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni, u kienet kruċjali fl-implimentazzjoni b’mod konsistenti tar-rikapitalizzazzjoni maqbula mis-Summit taż-Żona tal-euro tas-26 ta’ Ottubru 2011 ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu maġġuri fl-Unjoni, b’mod konsistenti mal-linji gwida u l-kondizzjonijiet relatati mal-għajnuna mill-Istat adottati mill-Kummissjoni. |
(8) |
Il-Parlament Ewropew talab f’diversi okkażjonijiet biex korp Ewropew ikun direttament responsabbli għal ċerti kompiti superviżorji fuq istituzzjonijiet finanzjarji, inizjalment fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (4) u tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (5). |
(9) |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ġunju 2012 stiednu lill-President tal-Kunsill Ewropew jiżviluppa pjan direzzjonali għall-kisba ta’ unjoni ekonomika u monetarja ġenwina. Fl-istess jum, is-Summit taż-Żona tal-euro indika li meta jiġi stabbilit mekkaniżmu superviżorju uniku effikaċi li jinvolvi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għall-banek fiż-żona tal-euro, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) jista’, b’segwitu għal deċiżjoni regolari, ikollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza l-banek direttament, abbażi ta’ kundizzjonalità xierqa, inkluża konformità mar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat. |
(10) |
Il-Kunsill Ewropew, fid-19 ta’ Ottubru 2012, ikkonkluda li l-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja aktar profonda għandu jibni fuq il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Unjoni u jkun ikkaratterizzat minn ftuħ u trasparenza lejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u minn rispett għall-integrità tas-suq intern. Il-qafas finanzjarju integrat se jkollu mekkaniżmu superviżorju uniku li se jkun miftuħ sa fejn ikun possibbli għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw. |
(11) |
Unjoni bankarja għandha għalhekk tiġi stabbilita fl-Unjoni, sostnuta b’ġabra unika ta’ regoli komprensiva u dettaljata għas-servizzi finanzjarji għas-suq intern kollu u magħmula minn mekkaniżmu superviżorju uniku, u oqfsa ġodda ta’ assigurazzjoni tad-depożiti u ta’ riżoluzzjoni. Fid-dawl tal-konnessjonijiet mill-qrib u l-interazzjonijiet bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, l-unjoni bankarja għandha tkun tapplika tal-anqas għall-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro. Bl-għan li s-suq intern jinżamm u jitwessa’ u sa fejn dan huwa possibbli istituzzjonalment, l-unjoni bankarja għandha wkoll tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ Stati Membri oħra. |
(12) |
Bħala l-ewwel pass lejn unjoni bankarja, mekkaniżmu superviżorju uniku għandu jiżgura li l-politika tal-Unjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tiġi implimentata b’mod koerenti u effikaċi, li l-ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji tiġi applikata bl-istess mod għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri kollha kkonċernati, u li dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-ogħla kwalità, li ma tkunx ristretta minn kunsiderazzjonijiet oħra mhux prudenzjali. B’mod partikolari, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) għandu jkun konsistenti mal-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji u mal-moviment liberu tal-kapital. Mekkaniżmu superviżorju uniku huwa l-bażi għall-passi li jmiss lejn l-unjoni bankarja. Dan jirrifletti l-prinċipju li l-MES, wara deċiżjoni regolari, se jkollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza l-banek direttament meta jiġi stabbilit mekkaniżmu superviżorju uniku effettiv. Il-Kunsill Ewropew innota fil-konklużjonijiet tiegħu tat-13/14 ta’ Diċembru 2012 li “f’kuntest fejn is-superviżjoni bankarja hija trasferita effettivament għal mekkaniżmu superviżorju uniku, ser ikun meħtieġ mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni, bis-setgħat meħtieġa biex jiġi żgurat li kwalunkwe bank fl-Istati Membri parteċipanti jkun jista’ jiġi riżolt bl-għodod adatti” u li “il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni għandu jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet mis-settur finanzjarju nnifsu u jinkludi arranġamenti ta’ salvagwardja effettivi u adatti”. |
(13) |
Bħala l-bank ċentrali taż-żona tal-euro b’għarfien espert estensiv fi kwistjonijiet makroekonomiċi u ta’ stabbiltà finanzjarja, il-BĊE jinsab f’pożizzjoni tajba biex iwettaq kompiti superviżorji ddefiniti b’mod ċar li jiffukaw fuq il-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Fil-fatt f’bosta Stati Membri, il-banek ċentrali diġà huma responsabbli għas-superviżjoni bankarja. Il-BĊE għandu għalhekk jiġi kkonferit kompiti speċifiċi fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri parteċipanti. |
(14) |
Il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri li mhumiex Stati Membri parteċipanti (“Stati Membri mhux parteċipanti”) għandhom jikkonkludu memorandum ta’ qbil li jiddeskrivi f’termini ġenerali kif huma ser jikkooperaw ma’ xulxin fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija f’dan ir-Regolament. Il-memorandum ta’ qbil jista’, fost l-oħrajn, jikkjarifika l-konsultazzjoni rigward id-deċiżjonijiet tal-BĊE li jkollhom effett fuq is-sussidjarji jew il-fergħat stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti fejn l-impriża parent tkun stabbilita fi Stat Membru parteċipanti, u l-kooperazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi l-mekaniżmi ta’ twissija bikrija skont il-proċeduri stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni. Il-memorandum għandu jiġi rieżaminat fuq bażi regolari. |
(15) |
Il-BĊE għandu jiġi kkonferit dawk il-kompiti superviżorji speċifiċi li huma kruċjali biex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti u effikaċi tal-politika tal-Unjoni li tirrigwarda s-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, filwaqt li kompiti oħrajn għandhom jibqgħu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Il-kompiti tal-BĊE għandhom jinkludu miżuri meħuda biex tintlaħaq stabbiltà makroprudenzjali, soġġett għal arranġamenti speċifiċi li jirriflettu r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali. |
(16) |
Is-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu il-kbar huma essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Madankollu, esperjenza reċenti turi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu iżgħar jistgħu wkoll ikunu ta’ riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, il-BĊE għandu jkun jista’ jeżerċita kompiti superviżorji fir-rigward tal- istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati u l-fergħat kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti. |
(17) |
Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu, u mingħajr preġudizzju għall-objettiv li jiġu żgurati s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-BĊE għandu debitament iqis id-diversità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-daqs u l-mudelli tan-negozju tagħhom, kif ukoll il-benefiċċji sistemiċi tad-diversità fl-industrija bankarja tal-Unjoni. |
(18) |
L-eżerċitar tal-kompiti tal-BĊE għandu jikkontribwixxi b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jinternalizzaw bis-sħiħ l-ispejjeż kollha li jsiru minħabba l-attivitajiet tagħhom sabiex ikunu evitati l-periklu morali u t-teħid eċċessiv ta’ riskji li jirriżulta minn dan. Dan għandu jieħu kont sħiħ tal-kondizzjonijiet makroekonomiċi rilevanti fl-Istati Membri, b’mod partikolari tal-istabbiltà tal-forniment ta’ kreditu u l-faċilitazzjoni ta’ attivitajiet produttivi għall-ekonomija b’mod ġenerali. |
(19) |
Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jinftiehem li qed ibiddel il-qafas kontabilistiku applikabbli skont atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali. |
(20) |
Awtorizzazzjoni preliminari għall-operat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu hija teknika prudenzjali essenzjali biex jiġi żgurat li dawk l-attivitajiet jitwettqu biss minn operaturi b’bażi ekonomika soda, b’organizzazzjoni kapaċi tittratta r-riskji speċifiċi inerenti għat-teħid ta’ depożiti u l-provvediment ta’ krediti, u b’diretturi xierqa. Il-BĊE għandu għalhekk ikollu l-kompitu li jawtorizza lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u għandu jkun responsabbli għall-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet, soġġett għal arranġamenti speċifiċi li jirriflettu r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali. |
(21) |
Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-każijiet għall-irtirar ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu attwalment jipprovdu għal kundizzjonijiet ulterjuri għall-awtorizzazzjoni u għal każijiet ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjoni. Il-BĊE għandu għalhekk iwettaq il-kompitu tiegħu fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni f’każ ta’ nonkonformità mad-dritt nazzjonali fuq proposta mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, li tivvaluta l-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti bid-dritt nazzjonali. |
(22) |
Valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ kwalunkwe sid ġdid qabel ix-xiri ta’ interess sinifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu hija għodda indispensabbli biex tiġi żgurata l-adegwatezza kontinwa u s-solidità finanzjarja tas-sidien ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-BĊE bħala istituzzjoni tal-Unjoni jinsab f’pożizzjoni tajba biex iwettaq valutazzjoni bħal din mingħajr ma jimponi restrizzjonijiet żejda fuq is-suq intern. Il-BĊE għandu jkollu l-kompitu li jivvaluta l-akwiżizzjoni u d-disponiment ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji sinifikanti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, ħlief fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni bankarja. |
(23) |
Konformità mar-regoli tal-Unjoni li jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom ċerti livelli ta’ kapital kontra riskji inerenti għall-operat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jillimitaw id-daqs tal-iskoperturi għal kontropartijiet individwali, li jiddivulgaw pubblikament informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jiddisponu minn biżżejjed assi likwidi biex jifilħu għal sitwazzjonijiet ta’ stress tas-suq, u li jillimitaw l-ingranaġġ hija prerekwiżit għas-solidità prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-BĊE għandu jkollu l-kompitu li jiżgura l-konformità ma’ dawk ir-regoli, inkluż b’mod partikolari l-għoti ta’ approvazzjonijiet, permessi, derogi, jew eżenzjonijiet previsti għall-finijiet ta’ dawk ir-regoli. |
(24) |
Riżervi ta’ kapital addizzjonali, inkluż riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital, riżerva ta’ kapital kontroċiklika biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jakkumulaw matul perjodi ta’ tkabbir ekonomiku bażi kapitali suffiċjenti biex jassorbu t-telf f’perjodi ta’ stress, riżervi sistemiċi globali u oħrajn għall-istituzzjoni, u miżuri oħra bil-għan li jindirizzaw ir-riskju sistemiku jew makroprudenzjali, humu għodod prudenzjali ewlenin. Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa, fejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet maħtura nazzjonali jimponu tali miżuri, il-BĊE għandu jiġi notifikat kif meħtieġ. Barra minn hekk, fejn meħtieġ il-BĊE għandu jkun jista’ japplika rekwiżiti ogħla u miżuri aktar stretti, soġġett għal koordinazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament, rigward il-miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw ir-riskju sistemiku jew makroprudenzjali huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedura ta’ koordinazzjoni prevista f’atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet maħtura nazzjonali u l-BĊE għandhom jaġixxu fir-rigward ta’ kwalunkwe proċedura ta’ koordinazzjoni prevista f’tali atti wara li jkunu ġew segwiti l-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament. |
(25) |
Is-sikurezza u s-solidità ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jiddependu wkoll mill-allokazzjoni ta’ kapital intern adegwat, fejn jitqiesu r-riskji li tista’ tkun esposta għalihom, u mid-disponibbiltà ta’ strutturi xierqa ta’ organizzazzjoni interna u arranġamenti ta’ governanza korporattiva. Il-BĊE għandu għalhekk ikollu l-kompitu li japplika rekwiżiti li jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu flIstati Membri parteċipanti jkollhom implimentat arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi ta’ governanza sodi, inklużi strateġiji u proċessi għall-valutazzjoni u ż-żamma tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom. F’każ ta’ nuqqasijiet għandu jkollu wkoll il-kompitu li jimponi miżuri xierqa inklużi rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji addizzjonali, rekwiżiti speċifiċi ta’ divulgazzjoni, u rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità. |
(26) |
Riskji għas-sikurezza u s-solidità ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jistgħu jokkorru kemm fil-livell ta’ istituzzjoni ta’ kreditu individwali kif ukoll fil-livell ta’ grupp bankarju jew ta’ konglomerat finanzjarju. Arranġamenti superviżorji speċifiċi biex jimmitigaw dawn ir-riskji huma importanti biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Minbarra s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali, il-kompiti tal-BĊE għandhom jinkludu superviżjoni fil-livell konsolidat, superviżjoni supplementari, superviżjoni ta’ kumpaniji holding finanzjarji u superviżjoni ta’ kumpaniji holding finanzjarji mħallta, bl-esklużjoni tas-superviżjoni ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni. |
(27) |
Sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ istituzzjoni trid tiġġi rmedjata fi stadju bikri. Il-BĊE għandu jkollu l-kompitu jwettaq azzjonijiet ta’ intervent bikri kif stabbilit fil-liġi rilevanti tal-Unjoni. Madankollu għandu jikkoordina l-azzjoni tiegħu ta’ intervent bikri mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti. Sakemm l-awtoritajiet nazzjonali jibqgħu kompetenti biex jirrisolvu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-BĊE għandu barra minn hekk jikkoordina b’mod xieraq mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati biex jiżgura fehim komuni dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi f’każ ta’ kriżijiet, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gruppi ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet transfruntieri u l-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni futuri stabbiliti għal dawk l-għanijiet. |
(28) |
Kompiti superviżorji mhux ikkonferiti lill-BĊE għandhom jibqgħu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Dawk il-kompiti għandhom jinkludu s-setgħa li jirċievu notifiki mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mad-dritt ta’ stabbiliment u l-provvediment ħieles ta’ servizzi, is-superviżjoni tal-korpi li mhumiex koperti bid-definizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont id-dritt tal-Unjoni iżda li huma taħt superviżjoni bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu skont id-dritt nazzjonali, li jwettqu superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn pajjiżi terzi li jistabbilixxu fergħa jew li jipprovdu servizzi transfruntieri fl-Unjoni, li jwettqu superviżjoni ta’ servizzi ta’ pagamenti, li jwettqu l-verifiki tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ġurnata b’ġurnata, li jwettqu l-funzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mas-swieq fl-istrumenti finanzjarji, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu u l-protezzjoni tal-konsumatur. |
(29) |
Il-BĊE għandu jikkoopera, kif meħtieġ, bis-sħiħ mal-awtoritajiet nazzjonali li huma kompetenti biex jiġu garantiti livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. |
(30) |
Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu bl-għan li jiżgura s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri parteċipanti individwali u l-unità u l-integrità tas-suq intern, biex b’hekk jiżgura wkoll il-protezzjoni tad-depożituri u jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, skont il-ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni. Il-BĊE, b’mod partikolari, għandu jieħu kont dovut tal-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni. |
(31) |
Il-konferiment ta’ kompiti superviżorji lill-BĊE għandu jkun konsistenti mal-qafas tas-SESF stabbilita fl-2010 u l-għan sottostanti tagħha li tiżviluppa l-ġabra unika ta’ regoli u ssaħħaħ il-konverġenza ta’ prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha. Il-kooperazzjoni bejn is-superviżuri bankarji u s-superviżuri tal-assigurazzjoni u s-swieq tat-titoli hija importanti biex tittratta kwistjonijiet ta’ interess komuni u biex tiġi żgurata superviżjoni xierqa tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw ukoll fis-setturi tal-assigurazzjoni u t-titoli. Il-BĊE għandu għalhekk ikun meħtieġ jikkoopera mill-qrib mal-ABE, l-AETS u l-AEAPX, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), u l-awtoritajiet oħrajn li jiffurmaaw parti mill-SESF. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mingħajr ħsara għall-kompetenza u l-kompiti tal-parteċipanti l-oħra fl-SESF. Għandu jkun meħtieġ li jikkoopera mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti u faċilitajiet li jiffinanzjaw għajnuna finanzjarja pubblika diretta jew indiretta. |
(32) |
Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu soġġett għall-liġi rilevanti tal-Unjoni u f’konformità magħha inkluż il-liġi primarja u sekondarja kollha tal-Unjoni, id-deċiżjonijet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-kontroll tal-fużjonijiet u l-ġabra unika ta’ regoli li tapplika għall-Istati Membri kollha. L-ABE hija fdata bil-kompitu li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi u linji gwida u rakkomandazzjonijiet li jiżguraw konverġenza superviżorja u konsistenza ta’ eżiti superviżorji fl-Unjoni. Il-BĊE ma għandux jissostitwixxi l-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti mill-ABE, u għandu għalhekk jeżerċita setgħat għall-adozzjoni ta’ regolamenti skont l-Artikolu 132 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u f’konformità ma’ atti tal-Unjoni adottati mill-Kummissjoni fuq abbozzi żviluppati mill-ABE u soġġett għall-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
(33) |
Meta jkun neċessarju, il-BĊE għandu jidħol f’memoranda ta’ qbil mal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-swieq tal-istrumenti finanzjarji li jiddeskrivu f’termini ġenerali l-mod kif dawn se jikkooperaw ma’ xulxin fil-qadi tal-kompiti superviżorji tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija f’dan ir-Regolament. Dawn il-memoranda għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. |
(34) |
Għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u l-eżerċitar tas-setgħat superviżorji tiegħu, il-BĊE għandu japplika r-regoli materjali relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dawn ir-regoli huma magħmulin mil-liġi rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari Regolamenti jew Direttivi applikabbli direttament, bħal dawk dwar rekwiżiti ta’ kapital għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dwar konglomerati finanzjarji. Fejn ir-regoli materjali relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu stabbiliti f’Direttivi, il-BĊE għandu japplika l-leġislazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi. Fejn il-liġi rilevanti tal-Unjoni tikkonsisti f’Regolamenti u f’oqsma fejn, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,dawk ir-Regolamenti jagħtu opzjonijiet lill-Istati Membri, il-BĊE għandu japplika ukoll il-leġislazzjoni nazzjonali li teżerċita tali opzjonijiet. Tali opzjonijiet għandhom jiġu interpretati li jeskludu l-opzjonijiet disponibbli biss lil awtoritajiet kompetenti jew maħtura. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preminenza tad-dritt tal-Unjoni. Minn dan isegwi li l-BĊE għandu jibbaża fuq u jaġixxi f’konformità mal-liġi vinkolanti rilevanti tal-Unjoni meta jadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet jew meta jieħu deċiżjonijiet. |
(35) |
Fl-ambitu tal-kompiti konferiti lill-BĊE, id-dritt nazzjonali jikkonferixxi lill-awtoritajiet nazzjonali ċerti setgħat li attwalment mhumiex meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni, inklużi ċerti setgħat ta’ intervent bikri u prekawzjoni. Il-BĊE għandu jkun jista’ jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri parteċipanti biex jagħmel użu minn dawn is-setgħat, sabiex jiżgura l-prestazzjoni ta’ superviżjoni sħiħa u effettiva fil-MSU. |
(36) |
Sabiex jiġi żgurat li r-regoli u d-deċiżjonijiet superviżorji jiġu applikati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, mill-kumpaniji holding finanzjarji u mill-kumpaniji holding finanzjarji mħallta, penali effikaċi, proporzjonati u dissważivi għandhom jiġu imposti f’każ ta’ ksur. Skont l-Artikolu 132(3) tat-TFUE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (6), il-BĊE huwa intitolat jimponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fuq l-impriżi meta jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi skont ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tiegħu. Barra minn hekk, sabiex il-BĊE jkun jista’ jwettaq b’mod effikaċi l-kompiti tiegħu relatati mal-infurzar tar-regoli superviżorji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni direttament applikabbli, il-BĊE għandu jingħata s-setgħa li jimponi penali pekunarji fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta għal ksur ta’ tali regoli. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jibqgħu jistgħu japplikaw penali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi li joriġinaw mid-dritt nazzjonali li jittrasponi d-Direttivi tal-Unjoni. Meta l-BĊE jqis li jkun xieraq biex iwettaq il-kompiti tiegħu li tiġi applikata penali għal tali ksur, għandu jkun jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għal dawk l-għanijiet. |
(37) |
Is-superviżuri nazzjonali għandhom għarfien espert importanti u li ilu stabbilit fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fit-territorju tagħhom u l-ispeċifiċitajiet ekonomiċi, organizzazzjonali u kulturali tagħhom. Stabbilixxew korp kbir ta’ persunal iddedikat u bi kwalifiki għoljin għal dawn l-għanijiet. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata superviżjoni ta’ kwalità għolja fl-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu responsabbli biex jassistu lill-BĊE fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe att relatat mal-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tal-BĊE. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni kontinwa ġurnata b’ġurnata tas-sitwazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu u relatata ma’ verifiki fuq il-post. |
(38) |
Il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament li jiddefinixxu l-ambitu ta’ istituzzjonijiet li huma anqas sinifikanti għandhom jiġu applikati fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti abbażi ta’ data konsolidata. Fejn il-BĊE jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhux inqas sinifikanti fuq bażi konsolidata, għandu jwettaq dawk il-kompiti fuq bażi konsolidata fir-rigward tal-grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u fuq bażi individwali fir-rigward tas-sussidjarji bankarji u l-fergħat ta’ dak il-grupp stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti. |
(39) |
Il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament li jiddefinixxu li jiddefinixxu l-ambitu ta’ istituzzjonijiet li huma anqas sinifikanti għandhom jiġu speċifikati f’qafas adottat u ppubblikat mill-BĊE f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Abbażi ta’ dak, il-BĊE għandu jkun responsabbli biex japplika dawk il-kriterji u jivverifika, permezz tal-kalkoli proprji, jekk intlaħqux dawk il-kriterji. It-talba tal-BĊE għall-informazzjoni biex iwettaq il-kalkolu tiegħu ma għandhiex iġġiegħel lill-istituzzjonijiet japplikaw oqfsa kontabilistiċi li jkunu differenti minn dawk applikabbli għalihom skont atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali. |
(40) |
Meta istituzzjoni ta’ kreditu ikun ġie meqjus bħala sinifikattiv jew inqas sinifikattiv, dik il-valutazzjoni ma għandhiex tiġi mmodifikata aktar minn darba kull 12-il xahar, ħlief jekk ikun hemm bidliet strutturali fil-gruppi bankarji, bħal fużjonijiet jew divestituri. |
(41) |
Meta jkun qed jiddeċiedi, wara notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jekk istituzzjoni hijiex ta’ rilevanza sinifikattiva fir-rigward tal-ekonomija domestika u għandha għalhekk tkun sorveljata mill-BĊE, il-BĊE għandu jqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi konsiderazzjonijiet ekwi. |
(42) |
Fir-rigward tas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu transkonfini attivi kemm fiż-żona tal-euro u barra minnha, l-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti. Bħala awtorità kompetenti l-BĊE għandu jkun soġġett għall-obbligi relatati biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni u għandu jipparteċipa bis-sħiħ fil-kulleġġi tas-superviżuri. Barra minn hekk, peress li l-eżerċitar tal-kompiti superviżorji minn istituzzjoni tal-Unjoni jġib benefiċċji ċari f’termini ta’ stabbiltà finanzjarja u integrazzjoni sostenibbli tas-suq, l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għandu għalhekk ikollhom ukoll il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-MSU. Madankollu, prekundizzjoni meħtieġa għall-eżerċitar effikaċi tal-kompiti superviżorji hija li d-deċiżjonijiet superviżorji jiġu implimentati bis-sħiħ u mingħajr dewmien. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fil-MSU għandhom għalhekk jintrabtu li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom se jirrispettaw u jadottaw kwalunkwe miżura b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mitluba mill-BĊE. Il-BĊE għandu jkun jista’ jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Għandu jkun obbligat jistabbilixxi l-kooperazzjoni meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. |
(43) |
B’kont meħud li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro mhumiex preżenti fil-Kunsill Governattiv sakemm ma jkunux adottaw l-euro skont it-TFUE, u li dawn ma jistgħux jibbenefikaw bis-sħiħ minn mekkaniżmi oħrajn previsti għal Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, huma previsti f’dan ir-Regolament salvagwardji addizzjonali fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Madankollu, dawk is-salvagwardji, b’mod partikolari l-possibbiltà li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jitolbu t-terminazzjoni immedjata tal-kooperazzjoni mill-qrib wara li jinfurmaw lill-Kunsill Governattiv dwar in-nuqqas ta’ qbil motivat ma’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, għandhom jintużaw f’każijiet eċċezzjonali, debitament ġustifikati. Huma għandhom jintużaw biss sakemm japplikaw dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi. Is-salvagwardji huma dovuti minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom huma l-Istati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-euro skont dan ir-Regolament, peress li mhumiex preżenti fil-Kunsill Governattiv u ma jistgħux jibbenefikaw bis-sħiħ minn mekkaniżmi oħrajn previsti għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Għalhekk, is-salvagwardji ma jistgħux u ma għandhomx jiġu interpretati bħala preċedent għal oqsma oħrajn tal-politika tal-Unjoni. |
(44) |
Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jibdel b’xi mod il-qafas attwali li jirregola l-bidla tal-forma legali tas-sussidjarji jew il-fergħat u l-applikazzjoni ta’ tali qafas, jew jinftiehem jew jiġi applikat bħala li jipprovdi inċentivi favur bidla bħal din. F’dan ir-rigward, ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipnati għandha tkun rispettata b’mod sħiħ, sabiex dawk l-awtoritajiet ikomplu jgawdu minn għodod u setgħat superviżorji suffiċjenti fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw fit-territorju tagħhom sabiex ikollhom il-kapaċità jaqdu din ir-responsabbiltà u jissalvagwardjaw b’mod effettiv l-istabbiltà finanzjarja u l-interess pubbliku. Barra minn hekk, bħala assistenza għal dawk l-awtoritajiet kompetenti fil-qadi ta’ dmirijiethom, għandha tiġi pprovduta lid-depożitanti u lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni f’waqtha dwar bidla fil-forma legali ta’ sussidjarji jew fergħat. |
(45) |
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BĊE għandu jkollu setgħat superviżorji xierqa. Il-liġi tal-Unjoni dwar is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tipprovdi għal ċerti setgħat li għandhom jiġu kkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istati Membri għal dawk l-għanijiet. Sa fejn dawk is-setgħat jaqgħu fl-ambitu tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE, għall-Istati Membri parteċipanti l-BĊE għandu jitqies l-awtorità kompetenti u għandu jkollu s-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti bid-dritt tal-Unjoni. Dan jinkludi setgħat ikkonferiti b’dawk l-atti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti u s-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet nominati. |
(46) |
Il-BĊE għandu jkollu s-setgħa superviżorja li jneħħi membru minn korp amministrattiv skont dan ir-Regolament. |
(47) |
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effikaċi, il-BĊE għandu jkun jista’ jeżiġi l-informazzjoni kollha meħtieġa, u jkun jista’ jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post, meta jkun il-każ f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni mingħajr mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar doppju. |
(48) |
Il-privileġġ professjonali legali huwa prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, li jipproteġi l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-konsulenti tagħhom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ). |
(49) |
Meta jkun jeħtieġ li l-BĊE jitlob informazzjoni minn persuna stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti iżda li tappartjeni għal istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta stabbilita fi Stat Membru parteċipanti, jew li lilu tali istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta tkun esternalizzat funzjonijiet jew attivitajiet operattivi, u meta tali rekwiżiti mhux ser japplikaw u mhux ser ikunu infurzabbli fi Stat Membru mhux parteċipanti, il-BĊE għandu jikkoordina mal-awtorità nazzjonali fl-Istat Membru mhux parteċipanti kkonċernat. |
(50) |
Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti bl-Artikoli 34 u 42 tal-Protokoll nru. 4 dwar l-istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE (“l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE”). L-atti adottati mill-BĊE skont dan ir-Regolament ma għandhom joħolqu l-ebda dritt jew jimponu xi obbligu fi Stati Membri mhux parteċipanti, ħlief meta tali atti jikkonformaw mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, f’konformità ma’ dak il-Protokoll u l-Protokoll nru. 15 dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittannja u tal-Irlanda ta’ Fuq, mehmuż mat-TUE u mat-TFUE. |
(51) |
Meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ stabbiliment jew li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor, jew fejn bosta entitajiet fi grupp ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, id-dritt tal-Unjoni jipprevedi proċeduri speċifiċi u l-attribuzzjoni ta’ kompetenzi bejn l-Istati Membri kkonċernati. Sal-punt li l-BĊE jassumi ċerti kompiti superviżorji għall-Istati Membri parteċipanti kollha, dawk il-proċeduri u attribuzzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-eżerċitar tad-dritt tal-istabbiliment jew li jiġu pprovduti servizzi fi Stat Membru parteċipanti ieħor. |
(52) |
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament u meta jitlob assistenza mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, il-BĊE għandu debitament jieħu kont ta’ bilanċ ġust bejn l-involviment tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kollha involuti, f’konformità mar-responsabbiltajiet stabbilita fil-liġi applikabbli tal-Unjoni għal superviżjoni waħedha u għal superviżjoni fuq bażi sottokonsolidata u konsolidata. |
(53) |
Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jinftiehem li jikkonferixxi fuq il-BĊE s-setgħa li jimponi penali fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi ħlief għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-BĊE li jeżiġi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jaġixxu sabiex jiżguraw li jiġu imposti penali xierqa. |
(54) |
Kif stabbilit mit-Trattati, il-BĊE huwa istituzzjoni tal-Unjoni inġenerali. Għandu jkun marbut fil-proċeduri deċiżjonali tiegħu bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni dwar proċess ġust u trasparenza. Id-dritt li d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-BĊE jinstemgħu għandu jiġi rrispettat b’mod sħiħ kif ukoll id-dritt tagħhom li jitolbu reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-BĊE skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(55) |
Il-konferiment tal-kompiti superviżorji jimplika responsabbiltà sinifikanti għall-BĊE biex jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, u biex juża s-setgħat superviżorji tiegħu b’mod mill-aktar effikaċi u proporzjonat. Kull bidla tas-setgħat superviżorji mil-livell tal-Istati Membri għal dak tal-Unjoni għandha tkun ibbilanċjata b’rekwiżiti xierqa ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont. Il-BĊE għandu għalhekk jagħti kont tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala istituzzjonijiet demokratikament leġitimizzati li jirrappreżentaw liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-Istati Membri. Dak għandu jinkludi rapportar regolari, u risposti għall-mistoqsijiet mill-Parlament Ewropew, u mill-Grupp tal-euro skont il-proċeduri tal-Grupp tal-euro skont il-proċeduri tiegħu. Kwalunkwe obbligu ta’ rapportar għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti rilevanti ta’ segretezza professjonali. |
(56) |
Il-BĊE għandu wkoll jippreżenta r-rapporti, li huwa jindirizza lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali tal-Membri Stati parteċipanti. Il-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu jistgħu jindirizzaw lill-BĊE kwalunkwe osservazzjoni jew mistoqsija dwar il-prestazzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu, li l-BĊE jista’ jirrispondihom. Ir-regoli interni ta’ dawk il-parlamenti nazzjonali għandhom jieħdu kont tad-dettalji tal-proċeduri u l-arranġamenti rilevanti biex jiġu indirizzati l-osservazzjonijiet u l-mistoqsijiet lill-BĊE. F’dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari għal osservazzjonijiet jew mistoqsijiet li jirrigwardaw it-tneħħija ta’ awtorizzazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li fil-konfornt tagħhom ikunu ttieħdu azzjonijiet neċessarji għar-riżoluzzjoni jew għaż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja mill-awtoritajiet nazzjonali skont il-proċedura msemmija f’dan ir-Regolament. Il-Parlament nazzjonali ta’ Stat Membru parteċipanti għandu jkun jista’ jistieden lill-President jew rappreżentant tal-Bord Superviżorju biex jipparteċipa fi skambju ta’ fehmiet fir-rigward tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’dak l-Istat Membru flimkien ma’ rappreżentant tal-awtorità nazzjonali kompetenti. Dan ir-rwol għall-parlamenti nazzjonali huwa xieraq minħabba l-impatt potenzjali li l-miżuri superviżorji jista’ jkollhom fuq il-finanzi pubbliċi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-klijenti u l-impjegati tagħhom, u s-swieq fl-Istati Membri parteċipanti. Meta l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu japplikaw l-arranġamenti ta’ responsabbiltà pprovduti skont id-dritt nazzjonali. |
(57) |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwaqqaf Kumitat ta’ Inkjesta temporanju biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravenzjonijiet jew amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 226 tat-TFUE jew għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegħu ta’ kontroll politiku kif stabbilit fit-Trattati, inkluż id-dritt tal-Parlament Ewropew li jieħu pożizzjoni jew li jadotta riżoluzzjoni dwar materji li huwa jqis xierqa. |
(58) |
Fl-azzjoni tiegħu, il-BĊE għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ proċess debitu u trasparenza. |
(59) |
Ir-regolament imsemmi fl-Artikolu 15(3) tat-TFUE għandu jiddetermina regoli dettaljati li jippermettu l-aċċess għal dokumenti miżmuma mill-BĊE b’riżultat tat-twettiq ta’ kompiti superviżorji, f’konformità mat-Trattat. |
(60) |
Skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, il-QtĠ trid teżamina l-legalità tal-atti, fost l-oħrajn, tal-BĊE, minbarra r-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, maħsuba biex joħolqu effetti legali fir-rigward ta’ terzi. |
(61) |
F’konformità mal-Artikolu 340 tat-TFUE, il-BĊE għandu, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kull dannu kkaġunat minnu jew mill-aġenti tiegħu fil-qadi ta’ dmirijiethom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jagħmlu tajjeb għal kwalunkwe dannu kkaġunat minnhom jew mill-aġenti tagħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali. |
(62) |
Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (7) japplika għall-BĊE bis-saħħa tal-Artikolu 342 tat-TFUE. |
(63) |
Fid-determinazzjoni dwar jekk id-dritt ta’ aċċess għall-faxxiklu mill-persuni kkonċernati għandux ikun limitat, il-BĊE għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust. |
(64) |
Il-BĊE għandu jipprovdi lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi l-possibbiltà li jitolbu rieżami tad-deċiżjonijiet meħudin skont is-setgħat konferiti lilhom minn dan ir-Regolament u indirizzati lilhom, jew li huma ta’ interess dirett u individwali għalihom. L-iskop ta’ rieżami għandu jkun sabiex ikun hemm konformità proċedurali u sostantiva ma’ dan ir-regolament ta’ tali deċiżjonijiet waqt li jiġi rispettat il-marġni ta’ diskrezzjoni għall-BĊE biex jiddeċiedi dwar l-opportunintà biex jieħu dawk id-deċiżjonijiet. Għal dak il-għan, u għal raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali, il-BĊE għandu jistabbilixxi bord amministrattiv ta’ rieżami biex iwettaq tali rieżami intern. Meta jkun qed jifforma l-bord, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jaħtar individwi ta’ reputazzjoni għolja. Meta jkun qed jiddeċiedi, il-Kunsill Governattiv għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa fl-Istati Membri kollha. Il-proċedura stabbilita għar-rieżami għandha tagħmel provvediment għall-Bord Superviżorju biex dan ikun jista’ jerġa’ jikkunsidra kif xieraq l-abbozz ta’ deċiżjoni preċedenti tiegħu. |
(65) |
Il-BĊE huwa responsabbli għat-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ politika monetarja bl-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 127(1) tat-TFUE. L-eżerċitar ta’ kompiti superviżorji għandu l-għan li jipproteġi s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Għaldaqstant għandhom jitwettqu b’mod kompletament separat, sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess u biex jiġi żgurat li kull funzjoni tiġi eżerċitata skont l-għanijiet applikabbli. Il-BĊE għandu jkun jista’ jiżgura li l-Kunsill Governattiv jopera b’mod kompletament iddifferenzjat fir-rigward tal-funzjonijiet monetarji u superviżorji. Tali differenzjazzjoni għandha tal-inqas tinkludi laqgħat u aġendi strettament separati. |
(66) |
Is-separazzjoni organizzattiva tal-persunal għandha tikkonċerna s-servizzi kollha meħtieġa għall-finijiet ta’ politika monetarja indipendenti u għandha tiżgura li l-eżerċitar tal-kompiti kkonferiti minn dan ir-Regolament ikun kompletament soġġett għar-responsabbiltà demokratika u s-sorveljnza kif previst f’dan ir-Regolament. Il-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament għandu jirrapporta lill-President tal-Bord Superviżorju. |
(67) |
B’mod partikolari, bord superviżorju responsabbli mit-tħejjija tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet superviżorji għandu jiġi stabbilit fil-BĊE u jinkludi l-għarfien espert speċifiku tas-superviżuri nazzjonali. Għaldaqstant, il-bord għandu jiġi ppresedut minn President, ikollu Viċi President u jinkludi rappreżentanti mill-BĊE u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal- bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki. Il-membri kollha tal-Bord Superviżorju għandhom ikunu puntwali u jkunu informati bis-sħiħ dwar il-punti fuq l-aġenda tal-laqgħat tiegħu, sabiex jiffaċilitaw l-effikaċja tad-diskussjoni u l-proċess għat-tfassil tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet. |
(68) |
Huwa u jeżerċita l-kompiti tiegħu, il-Bord Superviżorju għandu jqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha fl-Istati Membri parteċipanti u għandu jwettaq dmirijietu fl-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. |
(69) |
B’rispett sħiħ għall-arranġamenti istituzzjonali u ta’ votazzjoni stabbiliti mit-Trattati, il-Bord Superviżorju għandu jkun korp essenzjali fit-twettiq ta’ kompiti superviżorji mill-BĊE, kompiti li sa issa dejjem kienu f’idejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Minħabba dan, il-Kunsill għandu jingħata s-setgħa jadotta deċiżjoni implimentattiva biex jaħtar il-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju. Wara s-smigħ tal-Bord Superviżorju, il-BĊE għandu jibgħat proposta għall-ħatra tal-President u l-Viċi President lill-Parlament Ewropew għal approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta’ din il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta dik id-deċiżjoni implimentattiva. Il-President għandu jintgħażel abbażi ta’ proċedura ta’ selezzjoni miftuħa u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jibqgħu debitament infurmati dwarha. |
(70) |
Biex ikun hemm rotazzjoni xierqa filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-President, il-mandat tal-President ma għandux jaqbeż il-ħames snin u ma għandux ikun rinnovabbli. Biex tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa mal-attivitajiet tal-ABE u mal-politiki prudenzjali tal-Unjoni, il-Bord Superviżorju għandu jkun jista’ jistieden lill-ABE u l-Kummissjoni bħala osservaturi. Il-President tal-Awtorità Ewropea tar-Riżoluzzjoni, meta tkun stabbilita, għandu jipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Bord Superviżorju. |
(71) |
Il-Bord Superviżorju għandu jkun appoġġat minn kumitat ta’ tmexxija b’kompożizzjoni aktar limitata. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jħejji l-laqgħat tal-Bord ta’ Superviżorju, iwettaq dmirijietu fl-interess esklużiv tal-Unjoni b’mod ġenerali, u jaħdem fi trasparenza sħiħa mal-Bord Superviżorju. |
(72) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jistieden lir-rappreżentanti mill-Istati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-euro kull meta l-Kunsill Governattiv jikkontempla li joġġezzjona għal abbozz ta’ deċiżjoni mħejji mill-Bord Superviżorju jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati jinfurmaw lill-Kunsill Governattiv bin-nuqqas ta’ qbil raġunat tagħhom ma’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, meta deċiżjoni bħal din tkun indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu minn Stati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. |
(73) |
Bil-għan li tkun żgurata s-separazzjoni bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji, il-BĊE għandu joħloq panel ta’ medjazzjoni. L-istabbiliment tal-panel, u b’mod partikolari l-kompożizzjoni tiegħu, għandu jiżgura li dan jirrisolvi l-fehmiet differenti b’mod ibbilanċjat, fl-interess tal-Unjoni inġenerali. |
(74) |
Il-Bord ta’ Superviżorju, il-Kumitat ta’ tmexxija u l-persunal tal-BĊE li jwettqu d-dmirijiet superviżorji għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti xierqa ta’ segretezza professjonali. Rekwiżiti simili għandhom japplikaw għall-iskambju tal-informazzjoni mal-persunal tal-BĊE mhux involut f’attivitajiet superviżorji. Dan ma għandux jipprevjeni lill-BĊE milli jiskambja informazzjoni fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż mal-Kummissjoni għall-finijiet tal-kompiti tagħha skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE u skont id-dritt tal-Unjoni dwar sorveljanza ekonomika u baġitarja msaħħa. |
(75) |
Sabiex iwettaq il-kompiti superviżorji tiegħu b’mod effikaċi, il-BĊE għandu jeżerċita l-kompiti superviżorji kkonferiti lilu b’indipendenza sħiħa, b’mod partikolari ħieles minn influwenza politika żejda u minn interferenza min-naħa tal-industrija li jaffettwaw l-indipendenza operazzjonali tiegħu. |
(76) |
L-użu, fl-awtoritajiet superviżorji, ta’ perijodi li matulhom il-membri ma jistgħux jokkupaw kariga fis-settur bankarjuhuwa parti importanti biex tkun żgurata l-effikaċja u l-indipendenza tas-superviżjoni mwettqa minn dawk l-awtoritajiet. Għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti, il-BĊE għandu jistabbilixxi u jżomm proċeduri komprensivi u formali, inklużi proċeduri proporzjonati ta’ reviżjoni, biex jivvaluta minn qabel u jipprevjeni konflitti possibbli mal-interess leġittimu tal-MSU/BĊE fejn ex membru tal-Bord Superviżorju jibda x-xogħol fi ħdan l-industrija bankarja li hu/hi kienu darba jissorveljaw. |
(77) |
Sabiex iwettaq il-kompiti superviżorji tiegħu b’mod effikaċi, il-BĊE għandu jiddisponi minn riżorsi adegwati. Dawk ir-riżorsi għandhom jinkisbu b’mod li jiżgura l-indipendenza tal-BĊE minn influwenzi żejda min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-parteċipanti fis-suq, u l-firda bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji. Il-kostijiet tas-superviżjoni għandhom jiġġarrbu mill-entitajiet soġġetti għaliha. Għalhekk, l-eżerċitar tal-kompiti superviżorji mill-BĊE għandu jiġi ffinanzjat minn tariffi annwali li jintalbu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti. Huwa għandu jkun jista’ wkoll jimponi tariffi fuq fergħat stabbilit fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti biex jiġi kopert infiq magħmul mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu bħala superviżur ospitanti fuq dawn il-fergħat. F’każ li istituzzjoni ta’ kreditu jew fergħa tkun sorveljata fuq bażi konsolidata, it-tariffa għandha tiġi imposta fl-ogħla livell ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fi ħdan il-grupp involut bi stabbiliment fl-Istati Membri parteċipanti. Il-kalkolu tat-tariffi għandu jeskludi kwalunkwe sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti. |
(78) |
Meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun inkluża f’superviżjoni fuq bażi konsolidata, it-tariffa għandha tiġi kkalkulata fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u allokata lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti u inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata, abbażi ta’ kriterji oġġettivi relatati mal-importanza u l-profil tar-riskju, inklużi l-assi ppeżati skont ir-riskju. |
(79) |
Persunal li jkun immotivat ħafna, imħarreġ sew u imparzjali huwa indispensabbli għal superviżjoni effikaċi. Sabiex jinħoloq mekkaniżmu superviżorju tabilħaqq integrat, għandu jkun previst skambju xieraq u sekondar ta’ persunal mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kollha u l-BĊE kif ukoll bejniethom. Biex jiġi żgurat kontroll bejn il-pari fuq bażi kontinwa, b’mod partikolari fis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kbar, il-BĊE għandu jkun jista’ jitlob li t-timijiet superviżorji nazzjonali jinvolvu wkoll persunal minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri parteċipanti oħra, biex b’hekk jippermetti l-ħolqien ta’ timijiet superviżorji ta’ diversità ġeografika b’kompetenzi u bi profil speċifiċi. L-iskambju u s-sekondar tal-persunal għandu jistabbilixxi kultura ta’ superviżjoni komuni. Fuq bażi regolari, il-BĊE se jagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ membri tal-persunal mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali huma ssekondati lill-BĊE għall-finijiet tal-MSU. |
(80) |
Meta jitqiesu l-globalizzazzjoni tas-servizzi bankarji u l-importanza dejjem ikbar tal-istandards internazzjonali, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-istandards internazzjonali u bi djalogu u b’kooperazzjoni mill-qrib mas-superviżuri barra l-Unjoni, mingħar ma jiġi dduplikat ir-rwol internazzjonali tal-ABE. Għandu jingħata s-setgħa li jiżviluppa kuntatti u jidħol f’arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li jikkoordina mal-ABE u filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-rwoli eżistenti u l-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
(81) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (8) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9) huma applikabbli b’mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali mill-BĊE għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(82) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (10) japplika għall-BĊE. Il-BĊE adotta d-Deċiżjoni ECB/2004/11 (11) dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għal investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi tal-Bank Ċentrali Ewropew |
(83) |
Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-ogħla kwalità, li ma tkunx ristretta minn konsiderazzjonijiet oħra mhux prudenzjali, u li l-impatti negattivi tal-iżviluppi fis-suq li jirrinforzaw lil xulxin u li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-Istati Membri jiġu indirizzati fil-ħin u b’mod effikaċi, il-BĊE għandu mill-aktar fis jibda jwettaq kompiti superviżorji speċifiċi. Madankollu, it-trasferiment tal-kompiti superviżorji mis-superviżuri nazzjonali lill-BĊE jeżiġi ċertu ammont ta’ tħejjija. Għalhekk, għandu jkun previst perijodu xieraq ta’ introduzzjoni gradwali. |
(84) |
Meta jkun qed jadotta l-arranġamenti operattivi dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jipprevedi arranġamenti transitorji li jiżguraw l-ikkompletar tal-proċeduri superviżorji li jkunu għaddejjin, inklużi kwalunkwe deċiżjoni u/jew miżura adottata jew investigazzjoni mibdija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(85) |
Il-Kummissjoni ddikjarat fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta’ Novembru 2012 dwar Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina li l-Artikolu 127(6) TFUE jista’ jiġi emendat biex jagħmel il-proċedura leġislattiva ordinarja applikabbli u biex jelimina xi wħud mir-restrizzjonijiet legali li bħalissa jitpoġġew fuq id-disinn tal-MSU (eż. titħaddan parteċipazzjoni fakultattiva diretta u irrevokabbli mill-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għall-MSU, lil hinn mill-mudell ta’ “kooperazzjoni mill-qrib”, jagħti lill-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li jipparteċipaw fil-MSU drittijiet kompletament ugwali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-BĊE, u jmur saħansitra lil hinn fis-separazzjoni interna tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja u dwar is-sorveljanza). Hija ddikjarat ukoll li punt speċifiku li għandu jiġi indirizzat ikun li tissaħħaħ ir-responsabbiltà demokratika fuq il-BĊE meta jkun qed jaġixxi bħala superviżur bankarju. Huwa mfakkar li t-TUE jipprevedi li proposti għal bidla fit-trattat jistgħu jiġu ppreżentati mill-Gvern ta’ kwalunkwe Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, jew mill-Kummissjoni, u jistgħu jkunu relatati ma’ kwalunkwe aspett tat-Trattati. |
(86) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, il-libertà ta’ impriża, id-dritt għal rimedju effikaċi u għal smigħ ġust, u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji. |
(87) |
Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas effiċjenti u effikaċi għall-eżerċitar ta’ kompiti superviżorji speċifiċi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn istituzzjoni tal-Unjoni, u li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-ġabra unika ta’ regoli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ma jistgħux jintlaħqu fil-livell tal-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-istruttura pan-Unjonista tas-suq bankarju u l-impatt fuq l-Istati Membri l-oħra tal-fallimenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Suġġett u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jikkonferixxi lill-BĊE kompiti speċifiċi fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, bil-għan li jikkontribwixxu għas-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u kull Stat Membru, b’rigward sħiħ u bid-dover ta’ attenzjoni għall-unità u l-integrità tas-suq intern abbażi ta’ trattament ugwali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu bil-għan li jkun impedut arbitraġġ regolatorju.
L-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlamanet Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment (12) huma esklużi mill-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. L-ambitu tal-kompiti superviżorji tal-BĊE huwa limitat għas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandu jikkonferixxi xi kompiti superviżorji oħra fuq il-BĊE, bħal kompiti relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ kontropartijiet ċentrali.
Fit-twettieq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-objettiv li jiġu żgurati s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-BĊE għandu jqis bis-sħiħ it-tipi differenti, mudelli ta’ negozju u daqsijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.
L-ebda azzjoni, proposta jew politika tal-BĊE ma għandha tiddiskrimina, direttament jew indirettament, kontra kwalunkwe Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri bħala post għall-forniment ta’ servizzi bankarji jew finanzjarji fi kwalunkwe munita.
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u s-setgħat relatati tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti biex iwettqu kompiti superviżorji li mhumiex ikkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament huwa wkoll mingħajr preġudizzju għar-responsabbilitajiet u s-setgħat relatati tal-awtoritajiet kompetenti jew nominati tal-Istati Membri parteċipanti biex japplikaw strumenti makroprudenzjali li mhumiex previsti fl-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro u li jkun stabbilixxa kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7; |
(2) |
“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser awtorità nazzjonali kompetenti maħtura minn Stat Membru parteċipanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment (13) u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
(3) |
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(4) |
“kumpanija holding finanzjarja” tfisser kumpanija holding finanzjarja kif iddefinit fil-punt 20 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(5) |
“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif iddefinit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (14); |
(6) |
“konglomerat finanzjarju” tfisser konglomerat finanzjarju kif iddefinit fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE; |
(7) |
“awtorità nazzjonali nominata” tfisser awtorità nominata ta’ Stat Membru parteċipanti, fit-tifsira tal-liġi rilevanti tal-Unjoni; |
(8) |
“holding kwalifikanti” tfisser holding kwalifikanti kif iddefinit fil-punt 36 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(9) |
“Mekkaniżmu superviżorju uniku” (MSU) tfisser is-sistema ta’ superviżjoni finanzjarja komposta mill-BĊE u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti kif deskritt fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
KAPITOLU II
Kooperazzjoni u kompiti
Artikolu 3
Kooperazzjoni
1. Il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-ABE, mal-AETS, mal-AEAPX u mal-BERS, u mal-awtoritajiet l-oħrajn li jiffurmaw parti mis-SESF, li jiżguraw livell adegwat ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni fl-Unjoni.
Fejn ikun neċessarju, il-BĊE għandu jidħol f’memoranda ta’ qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-swieq tal-istrumenti finanzjarji. Dawn il-memoranda għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jipparteċipa fil-Bord ta’ Superviżuri tal-ABE taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
3. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza u l-kompiti tal-ABE, l-AETS, l-AEAPX u l-BERS.
4. Il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet li tingħatalhom is-setgħa ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż it-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni.
5. Soġġett għall-Artikoli 1, 4 u 6, il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib ma’ kwalunkwe faċilità pubblika ta’ assistenza finanzjarja inkluża l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-MES, b’mod partikolari meta tali faċilità tkun tat jew x’aktarx ser tagħti, għajnuna finanzjarja diretta jew indiretta lil istituzzjoni ta’ kreditu li tkun soġġetta għall-Artikolu 4.
6. Il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti għandhom jikkonkludu memorandum ta’ qbil li jiddeskrivi f’termini ġenerali kif huma ser jikkooperaw ma’ xulxin fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2. Il-memorandum għandu jiġi analizzat fuq bażi regolari.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu l-BĊE għandu jikkonkludi memorandum ta’ qbil mal-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru mhux parteċipanti li fih tinsab mill-inqas istituzzjoni globali waħda sistemikament importanti, kif iddefinit fid-dritt tal-Unjoni.
Kull memorandum għandu jiġi rieżaminat fuq bażi regolari u għandu jkun ippubblikat soġġett għat-trattament xieraq ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
Artikolu 4
Kompiti kkonferiti lill-BĊE IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
1. Fil-qafas tal-Artikolu 6, il-BĊE għandu, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ikun esklussivament kompetenti biex iwettaq, għal finijiet superviżorji prudenzjali, il-kompiti li ġejjin b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti:
(a) |
jawtorizza lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jirtira l-awtorizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġett għal-Artikolu 14; |
(b) |
għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, li jixtiequ jistabbilixxu fergħa jew jipprovdu servizzi transkonfinali fi Stat Membru mhux parteċipanti, biex iwettqu l-kompiti li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkollha skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni; |
(c) |
jivvaluta n-notifiki ta’ akkwist u d-disponiment ta’ holdings kwalifikanti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, ħlief fil-każ ta’ riżoluzzjoni bankarja, u soġġett għal-Artikolu 15; |
(d) |
jiżgura l-konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3), li jimponu rekwiżiti prudenzjali fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-oqsma ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji, titolizzazzjoni, limiti ta’ skoperturi kbar, likwidità, ingranaġġ, u rapportar u divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni dwar dawk il-kwistjonijiet; |
(e) |
jiżgura l-konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3), li jimponi rekwiżiti fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jimplimentaw arranġamenti, inkluż ir-rekwiżiti kompetenti u xierqa għall-persuni responsabbli mill-ġestjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, proċessi għall-ġestjoni tar-riskji, mekkaniżmi interni ta’ kontroll, politiki u prattiki dwar remunerazzjoni sodi ta’ governanza u proċessi effikaċi ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern, inklużi mudelli Bbażati fuq Klassifikazzjonijiet Interni; |
(f) |
iwettaq rieżami superviżorju, inkluż fejn adatt f’koordinazzjoni mal-ABE, stress tests u l-pubblikazzjoni possibbli tagħhom sabiex jiddetermina jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fondi proprji miżmuma minn dawn l-istituzzjonijiet jiżgurawx ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom, u abbażi ta’ dak l-eżami superviżorju biex jimponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu rekwiżiti speċifiċi addizzjonali ta’ fondi proprji, rekwiżiti speċifiċi ta’ pubblikazzjoni, rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità u miżuri oħra fil-każijiet disponibbli speċifikament għall-awtoritajiet kompetenti permezz tal-liġi rilevanti tal-Unjoni; |
(g) |
iwettaq superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-kumpaniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’wieħed mill-Istati Membri parteċipanti, inkluż ta’ kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta, u biex jipparteċipa fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, inkluż f’kulleġġi ta’ superviżuri mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f’dawk il-kulleġġi bħala osservaturi, b’rabta mal-kumpaniji prinċipali mhux stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri parteċipanti; |
(h) |
jipparteċipa f’superviżjoni supplementari ta’ konglomerat finanzjarju b’rabta ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fih u jassumi l-kompiti ta’ koordinatur meta l-BĊE jinħatar bħala l-koordinatur għal konglomerat finanzjarju skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni; |
(i) |
iwettaq kompiti superviżorji b’rabta ma’ pjanijiet ta’ rkupru, u intervent bikri meta istituzzjoni ta’ kreditu jew grupp fejn il-BĊE jkun is-superviżur ta’ konsolidazzjoni, ma jissodisfawx jew x’aktarx ser jiksru r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli u, biss fil-każijiet stipulati b’mod espliċitu mil-liġi rilevanti tal-Unjoni għall-awtoritajiet kompetenti, bidliet strutturali meħtieġa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiġi prevenut stress finanzjarju jew falliment, eskluża kull setgħa ta’ riżoluzzjoni. |
2. Għal istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti, li jistabbilixxu fergħa jew li jipprovdu servizzi transkonfinali fi Stat Membru parteċipanti, il-BĊE għandu jwettaq, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-kompiti li għalihom l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali huma kompetenti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni.
3. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, u bl-objettiv li jiġu żgurati standards għoljin ta’ superviżjoni, il-BĊE għandu japplika l-liġi rilevanti kollha tal-Unjoni, u fejn din il-liġi tal-Unjoni hija magħmula minn Direttivi, il-leġislazjzoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi. Fejn il-liġi rilevanti tal-Unjoni tkun magħmula minn Regolamenti u fejn attwalment dawk ir-Regolamenti jagħtu opzjonijiet lill-Istati Membri, il-BĊE għandu japplika wkoll il-leġislazzjoni nazzjonali waqt li jeżerċita dawk l-opzjonijiet.
Għal dak il-għan, il-BĊE għandu jadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet, u jieħu deċiżjonijiet soġġett għal u f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u b’mod partikolari kwalunkwe att leġislattiv u mhux leġislattiv, inklużi dawk imsemmija fl-Artikoli 290 u 291 TFUE. Hu għandu b’mod partikolari jkun soġġett għal standards tekniċi regolatorji u implimentattivi vinkolanti żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għall-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament, u għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament dwar il-manwal superviżorju Ewropew żviluppat mill-ABE skont dak ir-Regolament. Il-BĊE jista’ jadotta wkoll Regolamenti sal-punt neċessarju biss li jiġu organizzati jew speċifikati l-arranġamenti għat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu minn dan ir-Regolament.
Qabel ma jadotta regolament, il-BĊE għandu jwettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u janalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tar-regolamenti kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tas-suġġett, f’liema każ il-BĊE għandu jiġġustifika dik l-urġenza.
Fejn neċessarju, il-BĊE għandu jikkontrbiwixxi fi kwalunkwe rwol parteċipanti għall-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni mill-ABE skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew għandu jiġbed l-attenzjoni tal-ABE għal ħtieġa potenzjali biex tibgħat lill-Kummissjoni abbozz ta’ standards li jemendaw l-istandards tekniċi regolatorji jew ta’ implimentazzjoni eżistenti.
Artikolu 5
Kompiti u strumenti makroprudenzjali
1. Kull meta adatt jew ikkunsidrat meħtieġ, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet nominati nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti għandhom japplikaw rekwiżiti għal riżervi ta’ kapital li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-livell rilevanti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni flimkien mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, inklużi rati ta’ riżervi kontroċikliċi, u kwalunkwe miżura oħra li għandha l-għan li tindirizza riskji sistemiċi jew makroprudenzjali previsti, u soġġetti għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fil-każijiet stabbiliti speċifikament fil-liġi rilevanti tal-Unjoni. Għaxart ijiem ta’ ħidma qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, l-awtorità kkonċernata għandha tavża kif meħtieġ l-intenzjoni tagħha lill-BĊE. Meta l-BĊE joġġezzjona, dan għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu bil-miktub fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma. L-awtorità kkonċernata għandha tqis kif meħtieġ ir-raġunijiet tal-BĊE qabel ma tipproċedi bid-deċiżjoni kif adatt.
2. Il-BĊE jista’, jekk ikkunsidrat neċessarju, minflok l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew nominati nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti, japplika rekwiżiti ogħla għal riżervi ta’ kapital minn dawk applikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew nominati nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-livell rilevanti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni flimkien mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, inklużi rati ta’ riżervi kontroċikliċi, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, u japplika miżuri aktar stretti li għandhom l-għan li jindirizzaw riskji sistemiċi jew makroprudenzjali fil-livell ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġett għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fil-każijiet speċifikament stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.
3. Kwalunkwe awtorità kompetenti nazzjonali jew awtorità nominata nazzjonali tista’ tipproponi lill-BĊE biex jaġixxi skont il-paragrafu 2, sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tas-sistema finanzjarja u l-ekonomija fl-Istat Membru tagħha.
4. Meta l-BĊE ikollu l-intenzjoni li jaġixxi skont il-paragrafu 2, huwa għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet nominati nazzjonali fl-Istati Membri kkonċernati. B’mod partikolari għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet nominati nazzjonali kkonċernati għaxart ijiem ta’ ħidma qabel ma tittieħed tali deċiżjoni. Meta xi waħda mill-awtoritajiet ikkonċernati toġġezzjona, din għandha tagħti r-raġunijiet tagħha bil-miktub fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma. Il-BĊE għandu jqis kif meħtieġ dwak ir-raġunijiet qabel ma jipproċedi bid-deċiżjoni kif adatt.
5. Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 2, il-BĊE għandu jieħu kont tas-sitwazzjoni speċifika tas-sistema finanzjarja, tas-sitwazzjoni ekonomika u taċ-ċiklu ekonomiku fl-Istati Membri individwali jew f’xi partijiet minnhom.
Artikolu 6
Kooperazzjoni fi ħdan il-MSU
1. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu fi ħdan MSU li huwa magħmul mill-BĊE u minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-BĊE għandu jkun responsabbli mill-funzjonament effettiv u konsistenti tal-MSU.
2. Kemm il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal dmir ta’ kooperazzjoni b’rieda tajba, u obbligu biex jiskambjaw informazzjoni.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-BĊE li jirċievi direttament, jew li jkollu aċċess għal informazzjoni rapportata, fuq bażi kontinwa, minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom b’mod partikolari jipprovdu lill-BĊE bl-informazzjoni meħtieġa kollha għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti konferiti lill-BĊE minn dan ir-Regolament.
3. Fejn adatt u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà u l-kontabbiltà tal-BĊE għall-kompiti kkonferiti lilu permezz ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu responsabbli biex jassistu lill-BĊE, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-qafas imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe att relatat mal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4 relatat mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha, inkluża l-assistenza f’attivitajiet ta’ verifika. Huma għandhom isegwu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-BĊE meta jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 4.
4. Fir-rigward tal-kompiti definiti fl-Artikolu 4, ħlief għall-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 tiegħu, il-BĊE għandu jkollu r-responsabbiltajiet stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkollhom ir-responsabbiltajiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, fil-qafas tal-proċeduri, u soġġett għall-proċeduri, imsemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-kumpaniji holding finanzjarji jew il-kumpaniji holding finanzjarji mħalltin li ġejjin jew fergħat, li huma stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti:
— |
dawk li huma inqas sinifikanti fuq bażi konsolidata, fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti, jew individwalment fil-każ speċifiku tal-fergħat, li huma stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti. Is-sinifikanza għandha tkun ivvalutata abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu hawn fuq, istituzzjoni ta’ kreditu jew kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta ma għandhiex titqies bħala inqas sinifikanti, dment li ma jkunx ġustifikat b’ċirkostanzi partikolari li għandhom jiġu speċifikati fil-metodoloġija, jekk kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:
(i) |
il-valur totali tal-assi tagħha jaqbeż EUR 30 biljun; |
(ii) |
il-proporzjon tal-assi totali tagħha fuq il-PDG tal-Istat Membru parteċipanti tal-istabbiliment jaqbeż 20 %, sakemm il-valur totali tal-assi tagħha ma jkunx taħt il-5 biljun euro; |
(iii) |
wara notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħha li hija tqis tali istituzzjoni bħala li għandha rilevanza sinifikanti rigward l-ekonomija domestika, il-BĊE jieħu deċiżjoni li tikkonferma tali sinifikanza wara valutazzjoni komprensiva mill-BĊE, inkluż valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ, ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu. |
Il-BĊE jista’ wkoll, fuq inizjattiva proprja, jikkunsidra li istituzzjoni tkun ta’ rilevanza sinifikanti fejn tkun stabbilixxiet sussidjarji bankarji f’aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed u l-attivi jew il-passivi transkonfinali tagħha jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-attivi jew il-passivi totali tagħha soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-metodoloġija.
Dawk li għalihom assistenza finanzjarja pubblika ġiet rikjesta jew riċevuta direttament mill-EFSF jew il-MES ma għandhomx jitqiesu bħala inqas sinifikanti.
Minkejja s-subparagrafi preċedenti, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament fir-rigward tat-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-aktar sinifikanti f’kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti, sakemm mhux iġġustifikat minħabba ċirkostanzi partikolari.
5. Fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-paragrafu 4, u fi ħdan il-qafas definit fil-paragrafu 7:
(a) |
il-BĊE għandu joħroġ regolamenti, linji gwida jew struzzjonijiet ġenerali lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, skont liema l-kompiti definiti fl-Artikolu 4 ħlief għall-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 tiegħu jitwettqu u deċiżjonijiet superviżorji jiġu adottati minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali; Tali struzzjonijiet jistgħu jirreferu għas-setgħat speċifiċi fl-Artikolu 16(2) għal gruppi jew kategoriji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-fini li tkun żgurata l-konsistenza tal-eżiti superviżorji fi ħdan il-MSU; |
(b) |
meta meħtieġ biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ standards superviżorji għoljin, il-BĊE jista’ f’kull ħin, fuq l-inizjattiva proprja wara li jikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew fuq talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jiddeċiedi li jeżerċita direttament hu stess is-setgħat rilevanti kollha għal istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 4, inkluż f’każ fejn l-assistenza finanzjarja tkun intalbet jew riċevuta indirettament mill-EFSF jew il-MES; |
(c) |
il-BĊE għandu jeżerċita sorveljanza fuq il-funzjonament tas-sistema, abbażi tar-responsabbiltajiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-punt (c) tal-paragrafu 7; |
(d) |
il-BĊE jista’ f’kull ħin jagħmel użu mis-setgħat imsemmija fl-Artikoli 10 sa 13; |
(e) |
il-BĊE jista’ jitlob ukoll informazzjoni, fuq bażi ad hoc jew kontinwa, mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar il-prestazzjoni tal-kompiti mwettqa minnhom skont dan l-Artikolu. |
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iwettqu u jkunu responsabbli għall-kompiti msemmija fil-punti (b), (d) sa (g) u (i) tal-Artikolu 4(1) u għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet superviżorji rilevanti kollha fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fil-qafas u soġġett għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 13, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-awtoritajiet nominati nazzjonali għandhom iżommu s-setgħat, f’konformità mad-dritt nazzjonali, li jiksbu informazzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding, kumpaniji holding imħallta u impriżi inklużi fis-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post f’dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-kumpaniji holding, il-kumpaniji holding imħallta u l-impriżi. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-BĊE, skont il-qafas stabbilit fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, dwar il-miżuri meħudin skont dan il-paragrafu u jikoordinaw mill-qrib dawk il-miżuri mal-BĊE.
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jirrappurtaw lill-BĊE fuq bażi regolari dwar il-prestazzjoni tal-attivitajiet imwettqa taħt dan l-Artikolu.
7. Il-BĊE għandu, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u abbażi ta’ proposta minn Bord Superviżorju, jadotta u jippubblika qafas biex jiġu organizzati arranġamenti prattiċi ta’ implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-qafas għandu jinkludi, tal-anqas, dan li ġej:
(a) |
il-metodoloġija speċifika għall-valutazzjoni tal-kriterji msemmija fl-ewwel, it-tienu u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 4 u l-kriterji li taħthom ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4, is-subparagrafu 4 ma jibqax japplika għal istituzzjoni speċifika ta’ kreditu u l-arranġamenti riżultanti għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-paragrafi 5 u 6. Dawk l-arranġamenti u l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kriterji msemmija fl-ewwel, it-tienu u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 4 għandhom jiġu rieżaminati biex jirriflettu kwalunkwe bidla rilevanti, u għandhom jiżguraw li meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun tqieset bħala sinifikanti jew inqas sinifikanti dik il-valutazzjoni għandha tiġi modifikata biss fil-każ ta’ bidliet sostanzjali u nontransitorji taċ-ċirkostanzi, b’mod partikolari dawk iċ-ċirkostanzi relatati mas-sitwazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li huma rilevanti għal dik il-valutazzjoni. |
(b) |
id-definizzjoni tal-proċeduri, inklużi l-limiti ta’ żmien, u l-possibbiltà li jitħejja abbozz ta’ deċiżjonijiet li għandu jintbagħat lill-BĊE għall-konsiderazzjoni, għar-relazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux meqjusa inqas sinifikanti skont il-paragrafu 4; |
(c) |
id-definizzjoni tal-proċeduri, inklużi l-limiti ta’ żmien, għar-relazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu meqjusa inqas sinifikanti skont il-paragrafu 4. Tali proċeduri għandhom b’mod partikolari jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, skont il-każijiet definiti fil-qafas, biex:
|
8. Kull fejn l-BĊE jkun assistit mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew awtoritajiet nominati nazzjonali għall-fini li jeżerċitaw il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-atti rilevanti tal-Unjoni fir-rigward tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri differenti.
Artikolu 7
Kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-Euro
1. Fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti fl-oqsma msemmija fl-Artikoli 4(1), 4(2) u 5 b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro, fejn ġiet stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ tali Stat Membru skont dan l-Artikolu.
Għal dak il-għan, il-BĊE jista’ jindirizza struzzjonijiet lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro.
2. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandha tiġi stabbilita, b’deċiżjoni adottata mill-BĊE, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-ABE bit-talba li jidħlu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE b’rabta mal-eżerċitar tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 4 u 5 fir-rigward tal-istituzzjonijiet kollha ta’ kreditu stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 6; |
(b) |
fin-notifika, l-Istat Membru kkonċernat jintrabat:
|
(c) |
l-Istat Membru kkonċernat adotta leġislazzjoni nazzjonali rilevanti biex jiżgura li l-awtorità nazzjonali kompetenti ser tkun obbligata tadotta kwalunkwe miżura b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mitluba mill-BĊE, skont il-paragrafu 4. |
3. Id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-Deċiżjoni għandha tapplika 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha.
4. Meta l-BĊE jqis li miżura relatata mal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi adottata mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat b’rabta ma’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta, hu għandu jindirizza l-istruzzjonijiet lil dik l-awtorità, fejn jispeċifika skeda ta’ żmien rilevanti.
Dik l-iskeda ma għandhiex tkun inqas minn 48 siegħa sakemm adozzjoni aktar bikrija ma tkunx indispensabbli biex tiġi evitata ħsara irreparabbli. L-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-obbligu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.
5. Il-BĊE għandu jiddeċiedi li joħroġ twissija lill-Istat Membru kkonċernat li l-kooperazzjoni mill-qrib ser tiġi sospiża jew tintemm jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni korrettiva deċiżiva fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta, fl-opinjoni tal-BĊE, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati mill-Istat Membru kkonċernat; jew |
(b) |
meta, fl-opinjoni tal-BĊE, l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat ma taġixxix f’konformità mal-obbligu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2. |
Jekk tali azzjoni ma tkunx ittieħdet sa 15-il jum wara n-notifika ta’ tali twissija, il-BĊE jista’ jissospendi jew jittermina l-kooperazzjoni mill-qrib ma’ dak l-Istat Membru.
Id-deċiżjoni li tiġi sospiża jew terminata l-kooperazzjoni mill-qrib għandha tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni għandha tindika d-data minn meta tibda tapplika, filwaqt li jitqiesu b’mod debitu l-effikaċja superviżorja u l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
6. L-Istat Membru jista’ jitlob lill-BĊE biex jittermina l-kooperazzjoni mill-qrib fi kwalunkwe ħin wara l-iskadenza tat-tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni adottata mill-BĊE għall-istabbiliment ta’ kooperazzjoni mill-qrib. It-talba għandha tispjega r-raġunijiet għat-terminazzjoni, inkluż, meta rilevanti, konsegwenzi negattivi sinifikanti potenzjali fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru. F’dan il-każ, il-BĊE għandu immedjatament jipproċedi bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni li ttemm il-kooperazzjoni mill-qrib u għandu jindika d-data minn meta tapplika f’perijodu massimu ta’ tliet xhur, b’konsiderazzjoni debita tal-effikaċja superviżorja u l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7. Jekk Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jinnotifika lill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 26(8) tan-nuqqas ta’ qbil raġunat tiegħu bl-oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, il-Kunsill Governattiv għandu, f’perijodu ta’ 30 jum, jagħti l-opinjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ qbil raġunat espress mill-Istat Membru u, filwaqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu biex isir dan, jikkonferma jew jirtira l-oġġezzjoni tiegħu.
Fil-każ li l-Kunsill Governattiv jikkonferma l-oġġezzjoni tiegħu, l-Istat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jista’ jinnotifika lill-BĊE li huwa mhux ser jintrabat mid-deċiżjoni potenzjali relatata ma’ abbozz emendat ta’ deċiżjoni possibbli mill-Bord Superviżorju.
Il-BĊE għandu mbagħad jikkunsidra s-sospensjoni jew it-terminazzjoni possibbli tal-kooperazzjoni mill-qrib ma’ dak l-Istat Membru, b’konsiderazzjoni dovuta tal-effettività superviżorja u jieħu deċiżjoni f’dak ir-rigward.
Il-BĊE għandu jieħu kont, b’mod partikolari, tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
jekk in-nuqqas ta’ tali sospensjoni jew terminazzjoni jistax jhedded l-integrità tal-MSU jew ikollux konsegwenzi negattivi sinifikanti fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri; |
(b) |
jekk tali sospensjoni jew terminazzjoni jistax ikollha konsegwenzi negattivi sinifikanti fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali fl-Istat Membru li jkun ta notifika dwar nuqqas ta’ qbil motivat f’konformità mal-Artikolu 26(8); |
(c) |
jekk huwiex sodisfatt jew le li l-awtorità nazzjonali kompetenti adottatx miżuri li, fl-opinjoni tal-BĊE:
|
Il-BĊE għandu jinkludi dawn il-konsiderazzjonijiet fid-deċiżjoni tiegħu u jikkomunikahom lill-Istat Membru kkonċernat.
8. Jekk Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma jaqbilx ma’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, huwa għandu jgħarraf lill-Kunsill Governattiv bin-nuqqas ta’ qbil raġunat tiegħu fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni. Il-Kunsill Governattiv għandu mbagħad jiddeċiedi dwar il-kwistjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, filwaqt li jqis dawk ir-raġunijiet bis-sħiħ, u jispjega bil-miktub id-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lill-BĊE li jtemm il-kooperazzjoni mill-qrib b’effett immedjat u ma jkunx marbut bid-deċiżjoni li ssir.
9. Stat Membru li jkun ittermina l-kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE ma jistax jidħol għal kooperazzjoni mill-qrib ġdida qabel ma jiskadu tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni tal-BĊE li tittermina l-kooperazzjoni mill-qrib.
Artikolu 8
Relazzjonijiet internazzjonali
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, ħlief il-BĊE, inkluż l-ABE, b’rabta mal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament, il-BĊE jista’ jiżviluppa kuntatti u jidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, soġġett għal koordinazzjoni xierqa mal-ABE. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
KAPITOLU III
Setgħat tal-BĊE
Artikolu 9
Setgħat superviżorji u investigatorji
1. Għall-fini esklussiv tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu bl-Artikoli 4(1), 4(2) u 5(2), il-BĊE għandu jitqies, kif adatt, bħala l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata fl-Istati Membri parteċipanti kif stabbiliti mill-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.
Għall-istess fini esklussiv, il-BĊE għandu jkollu s-setgħat u l-obbligi kollha li jinsabu f’dan ir-Regolament. Huwa għandu jkollu wkoll is-setgħat u l-obbligi kollha li l-awtoritajiet kompetenti u nominata għandu jkollhom skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor b’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-BĊE għandu jkollu s-setgħat elenkati fit-Taqsimiet 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu.
Sal-limitu neċessarju għat-twettiq tal-kompiti konferiti fuqu b’dan ir-Regolament, il-BĊE jista’, permezz ta’ struzzjonijiet, jesiġi li dawk l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom, taħt u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali, fejn dan ir-Regolament ma jikkonferix tali setgħat fuq il-BĊE. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinformaw b’mod sħiħ lill-BĊE dwar l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat.
2. Il-BĊE għandu jeżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu skont l-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3). Fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigatorji rispettivi tagħhom, il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib.
3. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-BĊE għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 7.
Artikolu 10
Talba għal informazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 9(1), u soġġett għall-kundizzjonijiet li jinsabu fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’ jesiġi li l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin, soġġett għall-Artikolu 4, jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati għall-finijiet superviżorji u ta’ statistika relatati:
(a) |
istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti; |
(b) |
kumpaniji holding finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti; |
(c) |
kumpaniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti; |
(d) |
kumpaniji holding finanzjarji b’attività mħallta stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti; |
(e) |
persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d); |
(f) |
partijiet terzi li lilhom l-entitajiet msemmija fil-punti (a) sa (d) ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet. |
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Id-dispożizzjonijiet ta’ segretezza professjonali ma jeżentawx lil dawk il-persuni mid-dmir li jagħtu dik l-informazzjoni. Il-forniment ta’ dik l-informazzjoni ma għandux jitqies bħala ksur tas-segretezza professjonali.
3. Meta l-BĊE jikseb l-informazzjoni direttament mill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 hu għandu jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati.
Artikolu 11
Investigazzjonijiet ġenerali
1. Sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, u soġġett għal kundizzjonijiet oħrajn li jinsabu fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’ jwettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji ta’ kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 10(1) stabbilita jew lokalizzata fi Stat Membru parteċipanti.
Għal dak il-għan, il-BĊE għandu jkollu d-dritt li:
(a) |
jesiġi s-sottomissjoni ta’ dokumenti; |
(b) |
jeżamina l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1) u jagħmel kopji jew jieħu estrazzjonijiet mit-tali kotba u reġistri; |
(c) |
jikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm minn kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 10(1) jew ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom; |
(d) |
jintervista kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni; |
2. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-BĊE.
Meta persuna tostakola l-isvolġiment ta’ investigazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru parteċipanti fejn tkun tinsab is-sede rilevanti għandha tipprovdi, f’konformità mad-dritt nazzjonali, l-assistenza meħtieġa inkluż, fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 12 u 13, billi tiffaċilita l- aċċess mill-BĊE għas-sede kummerċjali tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 10(1), sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet imsemmija qabel.
Artikolu 12
Spezzjonijiet fuq il-post
1. Sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, u soġġett għall-kundizzjonijiet l-oħħrajn li jinsabu fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’, skont l-Artikolu 13 u soġġett għal notifika minn qabel lill-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata, iwettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha neċessarji fis-sede kummerċjali tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 10(1) u kwalunkwe intrapriża oħra inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata fejn il-BĊE huwa s-superviżur konsolidanti skont il-punt (g) tal-Artikolu 4(1). Meta t-twettiq xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jeħtieġu hekk, il-BĊE jista’ jwettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel lil dawk il-persuni ġuridiċi.
2. L-uffiċjali tal-BĊE u persuni oħra awtorizzati minnu biex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini u art fejn joperaw il-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-BĊE u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 11(1).
3. Il-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post abbażi ta’ deċiżjoni tal-BĊE.
4. L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati jew nominati mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn għandha ssir l-ispezzjoni għandhom, taħt is-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-BĊE, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali tal-BĊE u lil persuni oħra awtorizzati minnu. Għal dak il-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru parteċipanti kkonċernat għandhom ukoll ikollhom id-dritt li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
5. Meta l-uffiċjali tal-BĊE u persuni oħra awtorizzati jew nominata mill-BĊE li jakkumpanjawhom jaraw li persuna topponi għal spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru parteċipanti kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza neċessarja skont id-dritt nazzjonali. Sal-limitu meħtieġ għall-ispezzjoni, din l-assistenza għandha tinkludi s-siġillar ta’ kwalunkwe bini kummerċjali u kotba jew reġistri. Meta s-setgħa ma tkunx disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata, hija għandha tuża s-setgħat tagħha biex titlob l-assistenza neċessarja ta’ awtoritajiet nazzjonali oħrajn.
Artikolu 13
Awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja
1. Jekk spezzjoni fuq il-post prevista fl-Artikolu 12(1) u (2) jew l-assistenza prevista fl-Artikolu 12(5) tesiġi awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għat-tali awtorizzazzjoni.
2. Meta awtorizzazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun saret applikazzjoni għaliha, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-BĊE tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi filwaqt li jitqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koersivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-BĊE għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari fir-rigward tar-raġunijiet li l-BĊE jkollu biex jissuspetta li jkun sar ksur tal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u l-gravità tal-ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koersivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tanalizza n-neċessità tal-ispezzjoni u lanqas ma għandha titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-BĊE. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-BĊE għandha tkun soġġetta għal analiżi mill-QtĠ.
Artikolu 14
Awtorizzazzjoni
1. Kwalunkwe applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jingħata bidu għall-operat ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ser tiġi stabbilita fi Stat Membru parteċipanti għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ser tiġi stabbilita skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali rilevanti.
2. Jekk l-applikant jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti fil-liġi nazzjonali rilevanti ta’ dak l-Istat Membru, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tieħu, fil-perijodu previst fil-liġi nazzjonali rilevanti, abbozz ta’ deċiżjoni biex tipproponi lill-BĊE biex jagħti l-awtorizzazzjoni. L-abbozz ta’ deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE u lill-applikant għal awtorizzazzjoni. Fil-każijiet l-oħra, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.
3. L-abbozz ta’ deċiżjoni għandu jiġi kkunsidrat li jiġi adottat mill-BĊE sakemm il-BĊE ma joġġezzjonax f’perijodu massimu ta’ għaxart ijiem ta’ ħidma, li jista’ jiġi estiż darba għall-istess perijodu f’każijiet debitament ġustifikati. Il-BĊE għandu joġġezzjona għall-abbozz ta’ deċiżjoni biss meta ma jintlaħqux il-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni. Huwa għandu jiddikjara r-raġunijiet għar-rifjut bil-miktub.
4. Id-deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi nnotifikata mill-awtorità nazzjonali kompetenti lill-applikant għal awtorizzazzjoni.
5. Soġġett għall-paragrafu 6, il-BĊE jista’ jirtira l-awtorizzazzjoni fil-każijiet stabbiliti fid-dritt rilevanti tal-Unjoni fuq l-inizjattiva proprja, wara konsultazzjonijiet mal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru parteċipanti fejn tkun stabbilita l-istituzzjoni ta’ kreditu, jew fuq proposta minn tali awtorità nazzjonali kompetenti. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom b’mod partikolari jiżguraw li qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet rigward l-irtirar, il-BĊE jagħti biżżejjed żmien lill-awtoritajiet nazzjonali biex jiddeċiedu dwar l-azzjonijiet neċessarji ta’ rimedju, inklużi miżuri ta’ riżoluzzjoni possibbli, u jieħdu kont tagħhom.
Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti li tkun ipproponiet l-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 tqis li l-awtorizzazzjoni trid tiġi rtirata skont il-liġi nazzjonali rilevanti, din għandha tissottometti proposta lill-BĊE għal dak il-għan. F’dak il-każ, il-BĊE għandu jieħu deċiżjoni dwar l-irtirar propost filwaqt li jikkunsidra bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni għall-irtirar imressqa mill-awtorità nazzjonali kompetenti.
6. Sakemm l-awtoritajiet nazzjonali jibqgħu kompetenti għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, f’każijiet fejn huma jqisu li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni jippreġudika l-implimentazzjoni adegwata ta’ azzjonijiet neċessarji għar-riżoluzzjoni jew biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, huma għandhom jinnotifikaw debitament l-oġġezzjoni tagħhom lill-BĊE bi spejgazzjoni fid-dettall tal-preġudizzju li l-irtirar jista’ jikkawża. F’dawk il-każijiet, il-BĊE għandu jastjeni milli jipproċedi għall-irtirar għal perijodu miftiehem b’mod reċiproku mal-awtoritajiet nazzjonali. Il-BĊE jista’ jestendi dak il-perijodu jekk huwa tal-opinjoni li jkun sar progess suffiċjenti. Jekk, madankollu, il-BĊE jiddetermina f’deċiżjoni raġunata li azzjonijiet adatti neċessarji biex tinżamm l-istabbilta finanzjarja ma ġewx implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali, l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għandu japplika immedjatament.
Artikolu 15
Valutazzjoni ta’ akkwiżizzjonijiet ta’ holdings kwalifikanti
1. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1), kwalunke notifika ta’ akkwist ta’ holding kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti jew kwalunke informazzjoni relatata għandha tiġi introdotta mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu hija stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali rilevanti bbażata fuq l-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3).
2. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tivvaluta l-akkwiżizzjoni proposta, u għandha tibgħat in-notifika u proposta għal deċiżjoni biex tiġi opposta jew ma tiġix opposta l-akkwiżizzjoni, ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-atti msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3), lill-BĊE, tal-inqas għaxart ijiem qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ valutazzjoni rilevanti kif iddefinit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, u għandha tgħin lill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 6.
3. Il-BĊE għandu jiddeċiedi jekk jopponix l-akkwiżizzjoni abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fid-dritt rilevanti tal-Unjoni u f’konformità mal-proċedura u fil-perijodi ta’ valutazzjoni stabbiliti fih.
Artikolu 16
Setgħat superviżorji
1. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu msemmija fl-Artikolu 4(1) u mingħajr preġudizzju għal setgħat oħra konferiti lill-BĊE, il-BĊE għandu jkollu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex jesiġi li kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta fl-Istati Membri parteċipanti tieħu l-miżuri neċessarji fi stadju bikri biex jiġu indirizzati l-problemi rilevanti fi kwalunkwe ċirkostanza li ġejja:
(a) |
l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tilħaqx ir-rekwiżiti tal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3); |
(b) |
il-BĊE għandu prova li l-istituzzjoni ta’ kreditu x’aktarx ser tikser ir-rekwiżiti tal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) fit-12-il xahar li jmiss; |
(c) |
ibbażati fuq determinazzjoni, fil-qafas ta’ rieżami superviżorju f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 4(1), li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjoni ta’ kreditu u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnha ma jiżgurawx ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħha. |
2. Għall-fini tal-Artikolu 9(1), il-BĊE għandu jkollu, b’mod partikolari, is-setgħat li ġejjin:
(a) |
li jeħtieġu li l-istituzzjonijiet iżommu fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti kapitali stipulati fl-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) marbuta ma’ elementi ta’ riskji u riskji mhux koperti mill-atti rilevanti tal-Unjoni; |
(b) |
li jobbliga r-rinfurzar tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji; |
(c) |
li jesiġi li l-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti superviżorji f’konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u li jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż titjib għal dak il-pjan rigward il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskadenza; |
(d) |
li jobbliga lill-istituzzjonijet japplikaw politika speċifika ta’ provvediment jew trattament ta’ assi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji; |
(e) |
li jirrestrinġi jew jillimita n-negozju, l-operazzjonijiet jew netwerk ta’ istituzzjonijiet jew jitlob iċ-ċessjoni ta’ attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi fuq is-solidità ta’ istituzzjoni; |
(f) |
li jobbliga t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi ta’ istituzzjonijiet; |
(g) |
li jobbliga lill-istituzzjonijiet jillimitaw rimunerazzjoni varjabbli bħala perċentwali ta’ dħul nett meta tkun inkonsistenti mal-manteniment ta’ bażi kapitali soda; |
(h) |
li jobbliga lill-istituzzjonijiet jużaw profitti netti biex jissaħħu l-fondi proprji; |
(i) |
li jirrestrinġi jew jipprojbixxi distribuzzjonijiet mill-istituzzjoni lill-azzjonisti, membri jew detenturi ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix avveniment ta’ falliment tal-istituzzjoni; |
(j) |
li jimponi rekwiżiti ta’ rapputar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rappurtar dwar pożizzjonijiet tal-kapital u l-likwidità; |
(k) |
li jimponi rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità, inkluż restrizzjonijiet fuq diskrepanzi fil-maturità bejn assi u passivi; |
(l) |
li jitlob divulgazzjonijiet addizzjonali; |
(m) |
li jneħħi fi kwalunkwe ħin membri mill-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3). |
Artikolu 17
Setgħat tal-awtoritajiet ospitanti u kooperazzjoni dwar superviżjoni fuq bażi kkonsolidata
1. Bejn l-Istati Membri parteċipanti l-proċeduri stabbiliti fid-dritt rilevanti tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jixtiequ jistabbilixxu fergħa jew jeżerċitaw il-libertà li jipprovdu servizzi billi jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u l-kompetenzi relatati tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti għandhom japplikaw biss għall-finijiet ta’ kompiti mhux ikkonferiti lill-BĊE bl-Artikolu 4.
2. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-dritt rilevanti tal-Unjoni b’rabta mal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri differenti għat-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata m’għandhomx japplikaw sal-punt li l-BĊE hu l-unika awtorità kompetenti involuta.
3. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu kif definit fl-Artikolu 4 u 5, il-BĊE għandu jirrispetta bilanċ ġust bejn l-Istati Membri parteċipanti kollha skont l-Artikolu 6(8) u għandu, fir-relazzjoni tiegħu mal-Istati Membri mhux parteċipanti, jirrispetta l-bilanċ bejn l-Istati Membri domiċiljari u ospitanti stabbilit fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 18
Penali amministrattivi
1. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji, jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta, b’mod intenzjonali jew, b’negliġenza, jiksru rekwiżit skont atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom għandu jkun hemm disponibbli penali pekunjarji amministrattivi għall-awtoritajiet kompetenti skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji sa darbtejn l-ammont tal-profitt miksub jew it-telf evitat minħabba ksur meta dawn jistgħu jiġu ddeterminati, jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali, kif definit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, ta’ persuna ġuridika fis-sena ta’ negozju preċedenti jew tali penali pekunarji oħrajn kif jista’ jiġi previst fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.
2. Meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża parent, il-fatturat annwali totali rilevanti msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kont ikkonsolidat tal-impriża parent aħħarija fis-sena ta’ negozju preċedenti.
3. Il-penali applikati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Meta jiġi biex jiddetermina jekk jimponix penali u biex jiddetermina l-penali x-xierqa, il-BĊE għandu jaġixxi skont l-Artikolu 9(2).
4. Il-BĊE għandu japplika dan l-Artikolu f’konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-proċeduri li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98, kif adatt.
5. F’każijiet mhux koperti bil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE jista’ jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jibdew proċedimenti bil-ħsieb li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li jiġu imposti penali adegwati skont l-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u kwalunkwe leġislazzjoni nazzjonali rilevanti li tagħti setgħat speċifiċi li attwalment mhumiex meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni. Il-penali applikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun applikabbli b’mod partikolari għall-penali pekunarji li għandhom jiġu imposti fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding mħallta għal ksur tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi rilevanti tal-UE, u għal kwalunkwe penali jew miżura amministrattiva li għandha tiġi imposta fuq membri tal-bord maniġerjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta jew kwalunkwe individwu ieħor li skont id-dritt nazzjonali jkun responsabbli għal ksur minn istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta.
6. Il-BĊE għandu jippubblika kwalunkwe penali msemmija fil-paragrafu 1, jekk tkunx ġiet appellata jew le, fil-każijiet ta’ u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.
7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 6, għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, f’każ ta’ ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98.
KAPITOLU IV
Prinċipji organizzativi
Artikolu 19
Indipendenza
1. Meta jkun qed iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkunu qed jaġixxu fi ħdan il-MSU għandhom jaġixxu b’mod indipendenti. Il-membri tal-Bord Superviżorju Bankarju u l-Kumitat ta’ tmexxija għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la m’għandhom ifittxu u lanqas m’għandhom jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor.
2. L-stituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u l-gvernijiet tal-Istati Membri u kwalunkwe korp ieħor għandhom jirrispettaw dik l-indipendenza.
3. Wara eżami tal-ħtieġa għal Kodiċi ta’ Kondotta mill-Bord Superviżorju, il-Kunsill Governattiv għandu jistabbilixxi u jippubblika Kodiċi ta’ Kondotta għall-persunal u d-diriġenti tal-BĊE involuti fis-superviżjoni bankarja b’mod partikolari l-konflitti ta’ interess.
Artikolu 20
Obbligu ta’ rendikont u rappurtar
1. Il-BĊE għandu jagħti rendikont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bi qbil ma’ dan il-Kapitolu.
2. Il-BĊE għandu fuq bażi annwali jissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro, rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferit lilu b’dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar l-evoluzzjoni prevista tal-istruttura u l-ammont tat-tariffi superviżorji msemmijin fl-Artikolu 30.
3. Il-President tal-Bord Supeviżorju tal-BĊE għandu jippreżenta dak ir-rapport fil-pubbliku lill-Parlament Ewropew, u lill-Grupp tal-euro fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn kwalunkwe Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhix l-euro.
4. Il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE jista’, fuq talba tal-Grupp tal-euro, jinstema’ fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu mill-Grupp tal-euro fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn kwalunkwe Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro.
5. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Bord Supeviżorju tal-BĊE għandu jipparteċipa fi smigħ fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.
6. Il-BĊE għandu jwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal mistoqsijiet li jsirulu mill-Parlament Ewropew, jew mill-Grupp tal-euro, skont il-proċeduri tiegħu stess u fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn kwalunkwe Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro.
7. Meta l-Qorti Ewropea tal-Awdituri teżamina l-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 27.2. tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE, hija għandha tieħu kont ukoll tal-kompiti superviżorji mogħtijin lill-BĊE minn dan ir-Regolament.
8. Fuq talba l-President tal-Bord ta’ Superviżjoni tal-BĊE għandu jkollu diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-privat mal-President u l-Viċi Presidenti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar il-kompiti superviżorji tiegħu fejn tali diskussjonijiet ikunu meħtieġa biex il-Parlament Ewropew ikun jista’ jeżerċita s-setgħat tiegħu skont it-TFUE. Għandu jiġi konkluż qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar l-arranġamenti dettaljati ta’ organizzazzjoni ta’ tali diskussjonijiet, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità sħiħa skont l-obbligi ta’ kunfidenzjalità imposti fuq il-BĊE bħala awtorità kompetenti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni.
9. Il-BĊE għandu jikkoopera b’mod sinċier ma’ kwalunkwe investigazzjoni mill-Parlament Ewropew, soġġetta għat-TFUE. Il-BĊE u l-Parlament Ewropew għandhom jikkonkludu arranġamenti adatti dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika u s-sorveljanza fuq l-eżerċitar tal-kompiti mogħtijin lill-BĊE b’dan ir-Regolament. Dawk l-arranġamenti għandhom ikopru, inter alia, l-aċċess għall-informazzjoni, il-kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet u l-informazzjoni dwar il-proċedura ta’ għażla tal-President tal-Bord Supeviżorju.
Artikolu 21
Parlamenti nazzjonali
1. Meta jippreżenta r-rapport previst fl-Artikolu 20(2), il-BĊE għandu simultanjament jgħaddi dak ir-rapport direttament lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti.
Il-Parlamenti nazzjonali jistgħu jindirizzaw lill-BĊE l-osservazzjonijiet raġonati tagħhom dwar dak ir-rapport.
2. Il-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti, permezz tal-proċeduri tagħhom stess, jistgħu jitolbu lill-BĊE biex jirrispondi bil-miktub għal kwalunkwe osservazzjoni jew mistoqsija li huma jagħmlu lill-BĊE fir-rigward tal-kompiti tal-BĊE skont dan ir-Regolament.
3. Il-Parlament nazzjonali ta’ Stat Membru parteċipanti jista’ jistieden lill-President jew membru tal-Bord Superviżorju biex jipparteċipa fi skambju ta’ fehmiet fir-rigward tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’dak l-Istat Membru flimkien ma’ rappreżentant tal-awtorità nazzjonali kompetenti.
4. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali lejn il-parlamenti nazzjonali skont il-liġi nazzjonali għall-prestazzjoni ta’ dawk il-kompiti mhux konferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament u għall-prestazzjoni tal-attivitajiet imwettqa minnhom skont l-Artikolu 6.
Artikolu 22
Proċess dovut għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet superviżorji
1. Qabel ma jieħu deċiżjonijiet superviżorji bi qbil mal-Artikolu 4 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu III, il-BĊE għandu jagħti l-opportunità li l-persuni li jkunu soġġetti għall-proċedimenti jinstemgħu. Il-BĊE għandu jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu unikament fuq l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ikkonċernati kienu kapaċi jikkummentaw dwarhom.
L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex ma jitħalliex li jsir dannu sinifikanti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, il-BĊE jista’ jadotta deċiżjoni proviżorja u għandu jagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun malajr wara li jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu.
2. Id-drittijiet għal difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ fil-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-BĊE, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali.
Id-deċiżjonijiet tal-BĊE għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.
Artikolu 23
Rapportar ta’ ksur
Il-BĊE għandu jiżgura li jiġu implimentati mekkaniżmi effikaċi għar-rappurtar ta’ ksur mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta jew awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri parteċipanti tal-atti legali msemmijin fl-Artikolu 4(3), inklużi proċeduri speċifiċi biex jirċievi rapporti ta’ ksur u biex isegwihom. Tali proċeduri għandhom ikunu konsistenti mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni u jiżguraw li l-prinċipji li ġejjin jiġu applikati: bil-protezzjoni xierqa għal min jirrapporta ksur, bil-protezzjoni tad-data personali u bil-protezzjoni xierqa għall-akkużat.
Artikolu 24
Bord Amministrattiv ta’ Rieżami
1. Il-BĊE għandu jistabbilixxi Bord Amministrattiv ta’ Rieżami għall-finijiet li jwettaq rieżami amministrattiv intern tad-deċiżjonijiet meħudin mill-BĊE fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtijin lilu b’dan ir-Regolament wara li tkun ġiet ippreżentata talba għal rieżami skont il-paragrafu 5. L-iskop tar-rieżami amministrattiv intern għandu jappartjeni għall-konformità proċedurali u sostantiva ma’ dan ir-Regolament ta’ tali deċiżjonijiet.
2. Il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami għandu jkun magħmul minn ħames individwi ta’ reputazzjoni tajba, minn Stati Membri u bi mgħoddi ta’ għarfien u esperjenza professjonali ppruvati rilevanti, inkluża esperjenza superviżorja, sa livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-settur bankarju jew servizzi finanzjarji oħrajn, bl-esklużjoni tal-persunal attwali tal-BĊE, kif ukoll persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn li huma involuti fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE minn dan ir-Regolament. Il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami għandu jkollu riżorsi u ħiliet suffiċjenti biex jivvaluta l-eżerċizzju tas-setgħat tal-BĊE taħt dan ir-Regolament. Il-membri tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami u żewġ supplenti għandom jinħatru mill-BĊE għal terminu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba, b’segwitu għal sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma m’għandhom ikunu marbutin b’ebda struzzjoni.
3. Il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami għandu jiddeċiedi abbażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas tlieta mill-ħames membri tiegħu.
4. Il-membri tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Għal dak l-għan, huma għandhom jagħmlu dikjarazzjoni pubblika tal-impenji u dikjarazzjoni pubblika tal-interessi li tindika kull interess dirett jew indirett li jista’ jitqies bħala ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom minn jew għan-nuqqas tagħhom ta’ kwalunkwe tali interess.
5. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, titlob rieżami ta’ deċiżjoni tal-BĊE skont dan ir-Regolament li tkun indirizzata lejn dik il-persuna jew li tkun tikkonċerna direttament u individwalment lil dik il-persuna. Talba għal rieżami ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv imsemmija fil-paragrafu 7 ma għandhiex tkun ammissibbli.
6. Kwalunkwe talba għar-rieżami għandha ssir bil-miktub, inkluża stqarrija tar-raġunijiet, u għandha tiġi ppreżentata lill-BĊE fi żmien xahar mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna li titlob ir-rieżami, jew, fl-assenza tagħha, mill-jum li tkun saret taf b’hekk din il-persuna, skont il-każ.
7. Wara li jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tar-rieżami, il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami għandu jesprimi opinjoni fi żmien adatt skont l-urġenza tal-kwistjoni u mhux aktar tard minn xahrejn minn meta jirċevi t-talba u jgħaddi l-każ għat-tħejjija ta’ abbozz ta’ deċiżjoni ġdid lill-Bord Superviżorju. Il-Bord Superviżorju għandu jqis l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami u għandu jippreżenta minnufih abbozz ta’ deċiżjoni ġdid lill-Kunsill Governattiv. L-abbozz ta’ deċiżjoni ġdid għandu jew jabroga d-deċiżjoni inizjali, jew jissostitwiha b’deċiżjoni ta’ kontenut identiku, jew inkella jissostitwiha b’deċiżjoni emendata. L-abbozz ta’ deċiżjoni ġdid għandu jitqies adottat sakemm il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax f’perijodu massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol.
8. Talba għal rieżami skont il-paragrafu 5 ma għandhiex ikollha effett sospensiv. Madankollu, il-Kunsill Governattiv jista’, fuq proposta tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami, jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
9. L-opinjoni espressa mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami, l-abbozz ta’ deċiżjoni ġdid ippreżentat mill-Bord Superviżorju u d-deċiżjoni adottata mill-Kunsill Governattiv skont dan l-Artikolu għandu jkun motivat u nnotifikat lill-partijiet.
10. Il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli operattivi tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami.
11. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt li jitressqu proċeduri quddiem il-QtĠ.
Artikolu 25
Separazzjoni mill-funzjoni ta’ politika monetarja
1. Meta jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jfittex li jilħaq biss l-objettivi stabbiliti b’dan ir-Regolament.
2. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għal, u b’mod separat mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhom la jinterferixxu ma’, lanqas jiġu determinati mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja. Barra minn hekk, il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhomx jinterferixxu mal-kompiti tiegħu relatati mal-BERS u ma’ kwalunkwe kompitu ieħor. Il-BĊE għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif ikun ikkonforma ma’ din id-dispożizzjoni. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhomx ibiddlu l-monitoraġġ kontinwu tas-solvenza tal-kontropartijiet tal-politika monetarja tiegħu.
Il-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament għandu jkun, mil-lat organizzattiv, separat minn, u soġġett għal linji ta’ rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq ta’ kompiti oħrajn ikkonferiti lill-BĊE.
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-BĊE għandu jadotta u jagħmel pubblika kwalunkwe regola interna neċessarja, inklużi regoli rigward is-segretezza professjonali u skambji ta’ informazzjoni bejn iż-żewġ oqsma funzjonali.
4. Il-BĊE għandu jiżgura li l-operazzjoni tal-Kunsill Governattiv tkun kompletament differenzjata fir-rigward tal-funzjonijiet monetarji u superviżorji. Tali differenzjazzjoni għandha tinkludi laqgħat u aġendi strettament separati.
5. Bil-għan li tkun żgurata s-separazzjoni bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji, il-BĊE għandu joħloq panel ta’ medjazzjoni. Dan il-panel għandu jirriżolvi d-differenzi ta’ fehmiet espressi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti konċernati rigward oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta’ deċiżjoni mill-Bord Superviżorju. Dan il-panel għandu jinkludi membru wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti, lli jintgħażel minn kull Stat Membru parteċipanti fost il-membri tal-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju, u għandu jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza sempliċi, fejn kull membru jkollu vot wieħed. Il-BĊE għandu jadotta u jagħmel pubbliku regolament li jistabbilixxi tali panel ta’ medjazzjoni u r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
Artikolu 26
Bord superviżorju
1. L-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE għandhom jitwettqu bis-sħiħ minn korp intern magħmul mill-President u l-Viċi President tiegħu, maħturin skont il-paragrafu 3 u erba’ rappreżentanti tal-BĊE, maħturin skont il-paragrafu 5, u rappreżentant wieħed tal-awtorità kompetenti nazzjonali f’kull Stat Membru parteċipanti (“Bord Superviżorju”). Il-membri kollha tal-Bord Superviżorju għandhom jaġixxu fl-interess tal-Unjoni inġenerali.
Fejn l-awtorità kompetenti mhijiex bank ċentrali, il-membru tal-Bord Superviżorju msemmi f’dan il-paragrafu jista’ jiddeċiedi li jġib rappreżentant mill-bank ċentrali tal-Istat Membru. Għall-finijiet tal-proċedura tal-votazzjoni speċifikata fil-paragrafu 6, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri għandhom flimkien jitqiesu bħala membru wieħed.
2. Il-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki.
3. Wara s-smigħ tal-Bord Superviżorju, il-BĊE għandu jibgħat proposta għall-ħatra tal-President u l-Viċi President lill-Parlament Ewropew għal approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta’ din il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jaħtar lill-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju. Il-President għandu jintgħażel abbażi ta’ proċedura ta’ għażla miftuħa, li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinżammu debitament informati dwarha, minn fost individwi ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u ta’ esperjenza f’materji bankarji u finanzjarji u li mhumiex membri tal-Kunsill Governattiv. Il-Viċi President tal-Bord Superviżorju għandu jintgħażel minn fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membri tal-Kunsill li mhumiex Stati Membri parteċipanti.
Ladarba jinħatar, il-President għandu jkun professjonista full-time u m’għandu jkollu l-ebda kariga ma’ awtoritajiet kompetenti nazzjonali. It-terminu tal-kariga għandu jkun għal ħames snin u m’għandux ikun jista’ jiġġedded.
4. Jekk il-President tal-Bord Siperviżorju ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu jew jekk jinstab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, wara proposta mill-BĊE, li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex il-President jitneħħa mill-mandat. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membri tal-Kunsill li mhumiex Stati Membri parteċipanti.
Wara l-irtirar obbligatorju tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju bħala membru tal-Bord Eżekuttiv, iddikjarat skont l-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE, il-Kunsill jista’, wara proposta mill-BĊE, li tkun ġiet approvata mill-Parlament, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex il-Viċi President jitneħħa mill-kariga. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membri tal-Kunsill li mhumiex Stati Membri parteċipanti.
Għal dawk il-finijiet il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jinforma lill-BĊE li huma jqisu li l-kondizzjonijiet għat-tneħħija tal-President jew tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju mill-kariga huma sodisfatti, u l-BĊE għandu jwieġeb għal dan.
5. L-erba’ rappreżentanti tal-BĊE maħturin mill-Kunsill Governattiv ma għandhomx iwettqu doveri relatati direttament mal-funzjoni monterarja tal-BĊE. Ir-rappreżentanti kollha tal-BĊE għandu jkollhom drittijiet ta’ vot.
6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord Superviżorju għandhom jittieħdu permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. F’każ ta’ parità, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv
7. B’deroga mill-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Superviżorju għandu jieħu deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-regolamenti skont l-Artikolu 4(3), fuq il-bażi ta’ maġġioranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-TUE fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji mehmuż mat-TUE u t-TFUE, għall-membri li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru parteċipanti. Kull wieħed mill-erba’ rappreżentanti tal-BĊE maħturin mill-Kunsill Governattiv għandu jkollu vot ugwali għall-vot medjan tal-membri l-oħrajn.
8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, il-Bord Superviżorju għandu jwettaq ħidma preparatorja rigward il-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE u jipproponi lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE abbozzi ta’ deċiżjonijiet kompleti li għandhom jiġu adottati minn dan tal-aħħar, skont proċedura li trid tiġi stabbilita mill-BĊE. L-abbozz ta’ deċiżjonijiet ser jiġi trasmess fl-istess ħin lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. Abbozz ta’ deċiżjoni għandu jitqies bħala adottat sakemm il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax f’perijodu li għandu jiġu ddefinit mill-proċedura msemmija hawn fuq iżda li tkunx aktar minn perijodu massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol. Madankollu, jekk Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma jaqbilx ma’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(8). F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-perijodu msemmi hawn fuq ma għandux ikun ta’ aktar minn 48 siegħa. Jekk il-Kunsill Governattiv joġġezzjona għal abbozz ta’ deċiżjoni, huwa għandu jagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub, b’mod partikolari billi jiddikjara l-interessi tal-politika monetarja. Jekk deċiżjoni tinbidel wara oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv, Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jista’ jinnotifika lill-BĊE bin-nuqqas ta’ qbil raġonat tiegħu dwar l-oġġezzjoni u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(7).
9. Għandu jkun hemm segretarjat li jappoġġa l-attivitajiet tal-Bord Superviżorju, inkluż it-tħejjija tal-laqghat, fuq bażi full-time.
10. Il-Bord Superviżorju, li jivvota skont ir-regola stabbilita fil-paragrafu 6, għandu jistabbilixxi kumitat ta’ tmexxija minn fost il-membri tiegħu b’kompożizzjoni iktar limitata biex jappoġġa l-attivitajiet tiegħu, inkluż it-tħejjija tal-laqgħat.
Il-kumitat ta’ tmexxija tal-Bord Superviżorju m’għandux ikollu setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jkun ippresedut mill-President jew, fin-nuqqas eċċezzjonali tal-President, mill-Viċi President tal-Bord Superviżorju. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ tmexxija għandha tiżgura bilanċ u rotazzjoni ġusti bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Huwa għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn għaxar membri inkluż il-President, il-Viċi President u rappreżentant addizzjonali wieħed mill-BĊE. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jeżegwixxi l-kompiti preparatorji tiegħu fl-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali u għandu jaħdem fi trasparenza sħiħa mal-Bord Superviżorju.
11. Rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jipparteċipa bħala osservatur, meta jkun mistieden, fil-laqgħat tal-Bord Superviżorju. L-osservaturi ma għandux ikollhom aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali rigward istituzzjonijiet individwali.
12. Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta regoli interni li jistabbilixxu fid-dettall ir-relazzjoni tiegħu mal-Bord Superviżorju. Il-Bord Superviżorju għandu wkoll jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, filwaqt li jivvota skont ir-regola stabbilita fil-paragrafu 6. Iż-żewġ settijiet ta’ regoli għandhom jiġu pubblikati. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord Superviżorju għandhom jiżguraw it-trattament ugwali tal-Istati Membri parteċipanti kollha.
Artikolu 27
Segretezza professjonali u skambju ta’ informazzjoni
1. Membri tal-Bord Superviżorju, persunal tal-BĊE u persunal issekondat mill-Istati Membri parteċipanti li jwettqu dmirijiet superviżorji, anke meta jintemmu dmirijiethom, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 37 tal-[…] Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE u fl-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.
Il-BĊE għandu jiżgura li individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonalment, b’rabta mal-iżvolġiment ta’ dmirijiet superviżorji huma soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti ta’ segretezza professjonali.
2. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jkun awtorizzat, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, li jiskambja informazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali jew tal-Unjoni fil-każijiet fejn id-dritt rilevanti tal-Unjoni jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jiddivulgaw informazzjoni lil dawk l-entitajiet jew fejn l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għat-tali divulgazzjoni skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 28
Riżorsi
Il-BĊE għandu jkun responsabbli biex jiddedika r-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex jeżerċita l-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament.
Artikolu 29
Il-baġit u l-kontijiet annwali
1. In-nefqa tal-BĊE biex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament għandha tkun identifikabbli b’mod separat fil-baġit tal-BĊE.
2. Il-BĊE għandu, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 20, jirrapporta fid-dettall dwar il-baġit għall-kompiti superviżorji tiegħu. Il-kontijiet annwali tal-BĊE mfasslin u ppubblikati skont l-Artikolu 26.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE għandhom jinkludu d-dħul u l-infiq relatat mal-kompiti superviżorji.
3. F’konformità mal-Artikolu 27.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE, għandha tiġi verifikata t-taqsima superviżorja tal-kontijiet annwali.
Artikolu 30
Tariffi għas-superviżjoni
1. Il-BĊE għandu jimponi tariffa superviżorja annwali għas-superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u l-fergħat stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti. It-tariffi għandhom ikopri n-nefqa mġarrba mill-BĊE fir-rigward tal-kompiti mogħtijin lilu skont l-Artikoli 4 sa 6 ta’ dan ir-Regolament Dawn it-tariffi m’għandhomx jaqbżu n-nefqa relatata ma’ dawn il-kompiti.
2. L-ammont tat-tariffa imposta fuq istituzzjoni jew fergħa ta’ kreditu għandu jkun ikkalkolat, skont l-arranġamenti stabbiliti, u ppubblikat minn qabel, mill-BĊE.
Qabel ma jistabbilixxi dawn l-arranġamenti, il-BĊE għandu jwettaq konsultazzjonijiet pubbliċi u janalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati potenzjali, u jippubblika r-riżultati tat-tnejn li huma.
3. It-tariffi għandhom jiġu kkalkolati fl-ogħla livell tal-konsolidazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti, u għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi relatati mal-importanza u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, inkluż l-assi tagħħa ppreżati skont ir-riskju.
Il-bażi għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali għal sena kalendarja speċifika għandha tkun in-nefqa relatata mas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet u l-fergħat ta’ kreditu f’dik is-sena. Il-BĊE jista’ jeħtieġ pagamenti bil-quddiem fir-rigward tat-tariffa għas-superviżjoni annwali li għandha tkun ibbażata fuq estimu raġonevoli. Il-BĊE għandu jikkomunika mal-awtorità nazzjonali kompetenti qabel jiddeċiedi dwar il-livell tat-tariffa finali sabiex ikun żgurat li s-superviżjoni tibqa’ kosteffettiva u raġonevoli għall-istituzzjonijiet u l-fergħat kollha ta’ kreditu kkonċernati. Il-BĊE għandu jikkomunika l-bażi għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat.
4. Il-BĊE għandu jirrapporta skont l-Artikolu 20.
5. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jimponu tariffi skont id-dritt nazzjonali u, sal-punt li ma jkunx ġew konferiti kompiti superviżorji lill-BĊE, jew fir-rigward tal-ispejjeż tal-kooperazzjoni ma’ u l-assistenza lill-BĊE u waqt li jaġixxu skont l-istruzzjonijiet tiegħu, skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u soġġett għall-arranġamenti magħmula għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-Artikoli 6 u 12 tiegħu.
Artikolu 31
Persunal u skambju tal-persunal
1. Il-BĊE għandu jistabbilixxi, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kollha, arranġamenti biex jiżgura skambju xieraq u sekondar ta’ persunal mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif ukoll bejniethom.
2. Il-BĊE jista’ jesiġi kif xieraq li timijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkunu qed jieħdu azzjonijiet superviżorji fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta li tkun tinsab fi Stat Membru parteċipanti wieħed skont dan ir-Regolament jinvolvu wkoll persunal minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ Stati Membri parteċipanti oħra.
3. Il-BĊE għandu jistabbilixxi u jżomm proċeduri komprensivi u formali inklużi proċeduri etiċi u perijodi proporzjonati biex jivvaluta minn qabel u jipprevjeni konflitti ta’ interess possibbli li jirriżultaw mill-impjieg sussegwenti fi żmien sentejn tal-membri tal-Bord Superviżorju u l-membri tal-persunal tal-BĊE involuti f’attivitajiet superviżorji, u għandu jipprevedi żvelar adatt soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
Dawk il-proċeduri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti. Għall-membri tal-Bord Superviżorju li huma rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, dawk il-proċeduri għandhom jiġu stabbiliti u implimentati b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli.
Għall-membri tal-persunal tal-BĊE involuti f’attivitajiet superviżorji, dawk il-proċeduri għandhom jiddeterminaw kategoriji tal-pożizzjonijiet li għalihom tapplika tali valutazzjoni, kif ukoll perijodi li huma proporzjonati għall-funzjonijiet ta’ dawk il-membri tal-persunal fl-attivitajiet superviżorji matul l-impjieg tagħhom fil-BĊE.
4. Il-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jipprevedu li l-BĊE għandu jivvaluta jekk hemmx oġġezzjonijiet li l-membri tal-Bord Superviżorju jwettqu xogħol bi ħlas f’istituzzjonijiet tas-settur privat li għalihom il-BĊE jkollu responsabbiltà superviżorja wara li tkun intemmet il-kariga tagħhom.
Il-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom bħala regola japplikaw għal sentejn wara li l-membri tal-Bord Superviżorju jkun temmew il-kariga tagħhom u jistgħu jiġu aġġustati, abbażi ta’ ġustifikazzjoni debita, proporzjonat mal-funzjonijiet imwettqin matul il-mandat u t-tul ta’ żmien li tkun inżammet dik il-kariga.
5. Ir-Rapport Annwali tal-BĊE skont l-Artikolu 20 għandu jinkludi informazzjoni dettaljata, inkluża data statistika dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri msemmijin fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet ġenerali u finali
Artikolu 32
Rieżami
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, u sussegwentement kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi speċjali fuq il-monitoraġġ tal-impatt potenzjali fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:
(a) |
il-funzjonament tal-MSU fis-SESF u l-impatt tal-attivitajiet superviżorji tal-BĊE fuq l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u fuq il-koerenza u l-integrità tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji, inkluż l-impatt possibbli tiegħu fuq l-istrutturi tas-sistemi bankarji nazzjonali fl-Unjoni, u rigward l-effettività tal-kooperazzjoni u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-MSU u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti; |