ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.282.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 282

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
24 ta' Ottubru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/521/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea

3

 

 

2013/522/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

13

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar r-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

15

 

 

2013/523/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea

35

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2013 tat-23 ta’ Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer ( 1 )

36

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2013 tat-23 ta’ Ottubru 2013 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

39

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2013 tat-23 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

43

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1019/2013 tat-23 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward l-istamina fi prodotti tas-sajd ( 1 )

46

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1020/2013 tat-23 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/524/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, fir-rigward tal-modifika ta’ kodiċijiet HS u kodiċijiet tal-imballaġġ

50

 

 

2013/525/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda

71

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 394/11/COL tal-14 ta’ Diċembru 2011 li temenda, għat-tlieta u tmenin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ sostenn favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja

72

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ottubru 2013

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea

(2013/521/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/649/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) ġie inizjalat fis-26 ta’ Ottubru 2012, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data ulterjuri.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); ir-Renju Unit għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġiapprovat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) huwa approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 12(1), tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 10 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BERNATONIS


(1)  ĠU L 288, 19.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

U

IR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kap Verde”,

minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”,

BIX-XEWQA li jiffaċilitaw il-kuntatti bejn persuni bħala kundizzjoni importanti għal żvilupp sod ta’ rabtiet ekonomiċi, umanitarji, kulturali, xjentifiċi u oħrajn, billi jiffaċilitaw il-ħruġ ta’ viżi għaċ-ċittadini tagħhom fuq il-bażi ta’ reċiproċità;

WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar Sħubija ta’ Mobilità bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kap Verde, skont liema l-partijiet se jieħdu passi biex jiżviluppaw djalogu dwar kwistjonijiet relatati għal viżi għal żjarat qosra, bil-ħsieb li jiffaċilitaw il-mobilità ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni,

FILWAQT LI JFAKKRU l-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou u l-Partenarjat Speċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kap Verde, approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fid-19 ta’ Novembru 2007,

FILWAQT LI JAGĦRFU li dan l-iffaċilitar m’għandux iwassal għal immigrazzjoni illegali u jagħtu attenzjoni speċjali lis-sigurtà u l-ammissjoni mill-ġdid;

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq jew lejn l-Irlanda;

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka;

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan u ambitu

L-għan ta’ dan il-Ftehim hu sabiex jiffaċilita, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, il-ħruġ ta’ viżi għal ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni għal żjarat intiżi għal mhux aktar minn 90 jum għal kull perjodu ta’ 180 jum.

Artikolu 2

Klawżola Ġenerali

1.   Il-miżuri biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta’ viżi stabbiliti f’dan il-Ftehim għandu japplika għal ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni biss safejn dawn mhumiex eżenti mill-ħtieġa ta’ viża skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha jew tal-Kap Verde, jew taħt dan il-ftehim jew ftehimiet oħrajn internazzjonali.

2.   Il-liġi nazzjonali tal-Kap Verde jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, bħaċ-ċaħda milli tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta’ dokumenti ta’ vvjaġġar, evidenza ta’ mezzi ta’ għixien suffiċjenti u ċ-ċaħda tad-dħul u miżuri ta’ espulsjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finjiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;

(b)

“ċittadin tal-Unjoni “ tfisser ċittadin ta’ Stat Membru kif deskritt fil-punt a);

(c)

“ċittadin tal-Kap Verde” tfisser persuna li għandha ċittadinanza Kap Verdiana;

(d)

“viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda minn Stat Membru jew mill-Kap Verde li hija meħtieġa bl-għan ta’ dħul, għal għanijiet ta’ transitu jew għal żjara intiża għal mhux aktar minn 90 jum b’kollox, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ diversi Stati Membri jew fit-territorju tal-Kap Verde;

(e)

“persuna legalment residenti” tfisser:

 

fil-każ tal-Unjoni, ċittadin tal-Kap Verde awtorizzat jew intitolat li joqgħod għal aktar minn 90 jum fit-territorju ta’ Stat Membru, fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.

 

fil-każ tal-Kap Verde, kull ċittadin tal-Unjoni, kif definit fil-punt b), li għandu permess ta’ residenza skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 4

Ħruġ ta’ viżi għal dħul ta’ aktar minn darba

1.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi ta’ diversi dħul b’terminu ta’ validità ta’ ħames snin għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini:

(a)

il-membri ta’ Gvernijiet u Parlamenti nazzjonali u reġjonali u lill-membri tal-Qrati Kostituzzjonali u Qrati Supremi u tal-Qorti tal-Awdituri, jekk ma jkunux eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim preżenti, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom;

(b)

il-membri permanenti ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, lill-Istati Membri jew lill-Unjoni, jieħdu sehem f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll bħal f’avvenimenti fit-territorju tal-Istati Membri jew il-Kap Verde organizzati fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(c)

nies fin-negozju u rappreżentanti ta’ imprizi li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri jew il-Kap Verde;

(d)

konjugi, tfal (inklużi tfal adottati), li jkunu taħt l-età ta’ 21 jew ikunu dipendenti, u qraba li jżuru rispettivament

iċ-ċittadini tal-Kap Verde li jkunu residenti legalment fit-territorju ta’ Stat Membru jew iċ-ċittadini tal-Unjoni li huma legalment residenti fil-Kap Verde, jew

iċ-ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, jew ċittadini tal-Kap Verde residenti fil-Kap Verde.

Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b’mod ċar ma’ limitu iqsar ta’ soġġorn, il-validità tal-viża ta’ dħul aktar minn darba għandu jkun limitat għal din il-waqfa, b’mod partikolari fejn

it-terminu tal-kariga, fil-każ ta’ dawk koperti mill-punt (a) hawn fuq,

it-tul ta’ żmien tal-kariga ta’ membru permanenti ta’ delegazzjoni uffiċjali, fil-każ ta’ dawk koperti b’punt (b) hawn fuq,

it-tul ta’ żmien fil-pożizzjonijiet bħala nies fin-negozju u rappreżentanti tal-kumpaniji, fil-każ ta’ dawk koperti mill-punt (c) hawn fuq, jew

il-permess ta’ residenza maħruġ liċ-ċittadini tal-Kap Verde li jirrisjedu fit-territorju ta’ Stat Membru u liċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fil-Kap Verde, fil-każ ta’ dawk koperti b’punt (d) hawn fuq,

ikun inqas minn ħames snin.

2.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi ta’ dħul aktar minn darba b’perjodu ta’ validità ta’ sena għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta’ qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, u jkunu użawha skont il-liġijiet ta’ dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:

(a)

għar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw regolarment fl-Istati Membri jew fil-Kap Verde għal raġunijiet ta’ taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju;

(b)

Membri tal-professjonijiet liberali li jieħdu sehem f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri jew il-Kap Verde;

(c)

Persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta’ skambju, li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri jew il-Kap Verde;

(d)

parteċipanti f’avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

(e)

ġurnalisti u persuni akkreditati li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

(f)

tfal tal-iskola, studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta’ studju jew taħriġ edukattiv, inkluż il-qafas ta’ programmi ta’ skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola;

(g)

rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet reliġjużi rikonoxxuti fil-Kap Verde jew fl-Istati Membri li jivvjaġġaw regolarment fl-Istati Membri jew fil-Kap Verde rispettivament;

(h)

persuni li jagħmlu żjajjar regolari minħabba raġunijiet mediċi;

(i)

parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ skambju organizzati minn bliet ġemellati jew awtoritajiet muniċipali;

(j)

Membri permanenti ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, l-Istati Membri jew l-Unjoni, jieħdu sehem regolarment f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll bħal f’avvenimenti fit-territorju tal-Istati Membri jew il-Kap Verde organizzati fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi;

Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b’mod ċar ma’ limitu iqsar ta’ soġġorn, il-validità ta’ viża għandu jkun limitat għal din il-waqfa.

3.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi għal dħul aktar minn darba bit-terminu ta’ validità ta’ minimu ta’ sentejn u massimu ta’ ħames snin għall-kategoriji ta’ ċittadini msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jekk kemm-il darba fis-sentejn ta’ qabel uikunu użaw tajjeb il-viża ta’ dħul aktar minn darba b’perjodu ta’ validità ta’ sena, skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat ospitanti.

Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b’mod ċar ma’ limitu iqsar ta’ soġġorn, il-validità ta’ viża għandha tkun limitata għal din il-waqfa.

4.   Il-perjodu totali ta’ residenza ta’ persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux jaqbeż id-90 jum għal kull perjodu ta’ 180 fit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde.

Artikolu 5

Il-miżati tal-viżi u l-ispejjeż tas-servizz

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jew il-Kap Verde m’għandhomx jiġbru l-miżati tal-viżi minn dawn il-kategoriji ta’ persuni:

(a)

Membri permanenti ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, l-Istati Membri jew l-Unjoni, jieħdu sehem f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi uffiċjali ta’ skambju, kif ukoll bħal f’avvenimenti organizzati fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivifit-territorju tal-Istati Membri jew il-Kap Verde;

(b)

tfal taħt l-età ta’ 12-il sena;

(c)

it-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta’ studju jew ta’ taħriġ edukattiv;

(d)

ir-riċerkaturi li jivjaġġaw għal raġunijiet ta’ riċerka xjentifika;

(e)

il-parteċipanti li m’għandhomx aktar minn 25 sena li jipparteċipaw f’seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ.

2.   Fejn l-Istati Membri jew il-Kap Verde jikkooperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi, l-ispejjeż tas-servizz jistgħu jiġu miġbura. Il-ħlas għas-servizz għandu jkun proporzjonat mal-ispejjeż li jeħel il-fornitur estern ta’ servizz meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu u m’għandux jaqbeż l-EUR 30. Il-Kap Verde, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.

Artikolu 6

Tluq f’każ ta’ dokumenti mitlufa jew misruqa

Ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni li jkunu tilfu d-dokumenti ta’ identità tagħhom, jew li jkunu nsterqulhom dawn id-dokumenti waqt iż-żjara tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde rispettivament, jistgħu jħallu dak it-territorju fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ identità validi maħruġa minn missjonijiet diplomatiċi jew postazzjonijiet konsulari tal-Kap Verde jew tal-Istati Membri li jippermettu l-qsim tal-fruntiera mingħajr viża jew awtorizzazzjoni oħra.

Artikolu 7

Estensjoni tal-viża f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni

Iċ-ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni li m’għandhomx il-possibblità li jħallu t-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde sad-data stabbilita fil-viżi tagħhom minħabba raġunijiet ta’ force majeure għandhom ikollhom it-terminu tal-viżi tagħhom estiż mingħajr ħlas skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat li qed jilqa’ għall-perjodu meħtieġ għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat ta’ residenza tagħhom.

Artikolu 8

Passaporti diplomatiċi u ta’ servizz

1.   Ċittadini tal-Kap Verde jew tal-Istati Membri, titulari ta’ passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu, iħallu jew jiċċaqilqu fit-territorji tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde mingħajr viżi.

2.   Iċ-ċittadini msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri jew il-Kap Verde għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta’ 180 jum.

Artikolu 9

Il-validità territorjali tal-viżi

Soġġetti għar-regoli u regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri u tal-Kap Verde, u soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar viżi b’validità territorjali limitata, iċ-ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni għandhom ikunu intitolati għal vjaġġar fit-territorju tal-Istati Membri u tal-Kap Verde fuq bażi ugwali maċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Kap Verde rispettivament.

Artikolu 10

Kumitat Konġunt għat-tmexxija tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta’ tmexxija tal-ftehim (“il-Kumitat”) li jikkonsisti f’rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Kap Verde. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat mill-Kummissjoni Ewropea, megħjuna minn esperti tal-Istati Membri.

2.   Il-Kumitat għandu, b’mod partikolari, ikollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(b)

jissuġġerixxi emendi jew żidiet għall-Ftehim;

(c)

isolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Ftehim.

3.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ kull meta jkun meħtieġ, fuq talba minn waħda mill-Partijiet u għall-inqas darba f’sena.

4.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 11

Ir-relazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma’ ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Kap Verde

Sa mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew multilaterali mwettqa bejn l-Istati Membri u l-Kap Verde, safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati mill-Ftehim preżenti.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija hawn taħt tlestew.

2.   Permezz ta’ deroga għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ biss fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kap Verde dwar riammissjoni jekk dik id-data tkun wara d-data prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu ta’ żmien indefinit, kemm-il darba ma jiġix itterminat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bi ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet ikunu avżaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan l-għan.

5.   Kull Parti tista’ tissospendi l-applikazzjonit ta’ dan il-Ftehim parzjalment jew bis-sħiħ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u protezzjoni tas-saħħa pubblika. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha minnufih tgħarraf lill-Parti l-oħra malli r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw.

6.   Kull Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim billi tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim għandu jieqaf iseħħ 90 jum wara d-data tal-wasla ta’ dan l-avviż.

Magħmul b’żewġ kopji fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Прая на двадесет и шести октомври две хиляди и дванадесета година.

Hecho en Praia, el veintiséis de octubre de dos mil doce.

V Praie dne dvacátého šestého října dva tisíce dvanáct.

Udfærdiget i Praia den seksogtyvende oktober to tusind og tolv.

Geschehen zu Praia am sechsundzwanzigsten Oktober zweitausendzwölf.

Kahe tuhande kaheteistkümnenda aasta oktoobrikuu kahekümne kuuendal päeval Praias.

′Εγινε στην Πράια, στις είκοσι έξι Οκτωβρίου δύο χιλιάδες δώδεκα.

Done at Praia on the twenty-sixth day of October in the year two thousand and twelve.

Fait à Praia, le vingt-six octobre deux mille douze.

Fatto a Praia, addì ventisei ottobre duemiladodici.

Prajā, divi tūkstoši divpadsmitā gada divdesmit sestajā oktobrī.

Priimta du tūkstančiai dvyliktų metų spalio dvidešimt šeštą dieną Prajoje.

Kelt Praiában, a kétezer-tizenkettedik év október havának huszonhatodik napján.

Magħmul fi Praja, fis-sitta u għoxrin jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u tnax.

Gedaan te Praia, de zesentwintigste oktober tweeduizend twaalf.

Sporządzono w Prai dnia dwudziestego szóstego października roku dwa tysiące dwunastego.

Feito em Praia, em vinte e seis de outubro de dois mil e doze.

Întocmit la Praia la douăzeci și șase octombrie două mii doisprezece.

V Praii dňa dvadsiateho šiesteho októbra dvetisícdvanásť.

V Praii, dne šestindvajsetega oktobra leta dva tisoč dvanajst.

Tehty Praiassa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattakaksitoista.

Som skedde i Praia den tjugosjätte oktober tjugohundratolv.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

За Република Кабо Верде

Por la República de Cabo Verde

Za Kapverdskou republiku

For Republikken Kap Verde

Für die Republik Kap Verde

Cabo Verde Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Πράσινου Ακρωτηρίου

For the Republic of Cape Verde

Pour la République du Cap-Vert

Per la Repubblica del Capo Verde

Kaboverdes Republikas vārdā –

Žaliojo Kyšulio Respublikos vardu

A Zöld-foki Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Kap Verde

Voor de Republiek Kaapverdië

W imieniu Republiki Zielonego Przylądka

Pela República de Cabo Verde

Pentru Republica Capului Verde

Za Kapverdskú republiku

Za Republiko Zelenortski otoki

Kap Verden tasavallan puolesta

För Republiken Kap Verde

Image


PROTOKOLL

tal-ftehim dwar l-Istati Membri li ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen

Dawk l-Istati Membri li huma marbuta bl-acquis ta’ Schengen imma li għadhom ma joħorġux viżi ta’ Schengen, filwaqt li jistennew id-deċiżjoni relevanti tal-Kunsill għal dak l-għan, għandhom joħorġu viżi nazzjonali li l-validità tagħhom tkun limitata għat-territorju tagħhom.

Skont id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 582/2008/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, minn Ċipru u mir-Rumanija ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom (1), ittieħdu miżuri armonizzati sabiex jiġi ssimplifikat it-tranżitu ta’ detenturi ta’ viżi ta’ Schengen u ta’ permessi ta’ reżidenza ta’ Schengen madwar it-territorju tal-Istati Membri li għadhom ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen.


(1)  ĠU L 161, 20.6.2008, p. 30.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar il-passaporti diplomatiċi u tas-servizz

Kull Parti tista’ tinvoka sospensjoni parzjali tal-Ftehim, u partikolarment tal-Artikolu 8, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12(5) ta’ dan il-Ftehim, jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tkun abbużata mill-Parti l-oħra jew twassal għal theddida għas-sigurtà pubblika.

Jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tkun sospiża, iż-żewġ Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat imwaqqaf bil-Ftehim bil-ħsieb li jsolvi problemi li jwasslu għal sospensjoni.

Bħala priorità, iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw l-impenn tagħhom sabiex jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà għal passaporti diplomatiċi u tas-servizz, partikolarment billi jintegraw identifikanti biometriċi. Għall-Unjoni, dan ikun żgurat b’konformità mall-ħtiġijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (1).


(1)  ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1.


Dikjarazzjoni konġunta dwar l-armonizzazzjoni ta’ informazzjoni dwar proċeduri għall-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra u dokumenti li għandhom jitressqu meta ssir l-applikazzjoni għal viżi għal żjarat qosra

Filwaqt li jagħrfu l-importanza tat-trasparenza għall-applikanti għall-viża, il-Partijiet fil-Ftehim preżenti jqisu li għandhom jittieħdu miżuri xierqa:

b’mod ġenerali, sabiex jitfassal tagħrif bażiku għall-applikanti dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni għal viżi, il-viżi u dwar il-validità tal-viżi maħruġa.

kull Parti, waħedha, tfassal lista ta’ ħtiġijiet minimi sabiex tiżgura li l-applikanti jingħataw informazzjoni bażika koerenti u uniformi u jkun jinħtieġ li jressqu, fil-prinċipju, l-istess dokumenti ta’ appoġġ.

It-tagħrif imsemmi hawn fuq għandu jinfirex ħafna (fuq it-tabelli ta’ tagħrif ta’ konsulati, f’fuljetti, fuq siti tal-Internet eċċ.).


Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Renju tad-Danimarka

Il-Partijiet jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għall-proċeduri tal-ħruġ ta’ viżi minn missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari tar-Renju tad-Danimarka.

F’ċirkustanzi bħal dawn, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Renju tad-Danimarka u tal-Kap Verde jikkonkludu, bla dewmien, ftehim bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra f’termini simili għall-Ftehim bejn l-Unjoni u l-Kap Verde.


Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Renju Unit tal-gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq u l-Irlanda

Il-Partijiet jinnotaw li l-Ftehim preżenti ma japplikax għat-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda.

F’ċirkustanzi bħal dawn, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Irlanda u l-Kap Verde, jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi.


Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, il-konfederazzjoni Svizzera u l-prinċipat tal-Liechtenstein

Il-Partijiet jinnutaw ir-rabta mill-qrib bejn l-Unjoni fuq naħa, u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, partikolarment permezz tal-Ftehimiet tat-18 ta’ Mejju 1999 u tas-26 ta’ Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

F’ċirkustanzi bħal dawn, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Federazzjoni Svizzera, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u l-Kap Verde jikkonkludu, bla dewmien, ftehim bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra f’termini simili għal dan il-Ftehim.


Dikjarazzjoni konġunta dwar kooperazzjoni fejn jidħlu dokumenti tal-ivvjaġġar

Il-Partijiet jaqblu li l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 11, meta jkun qed jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, jevalwa l-impatt tal-livell ta’ sigurtà tad-dokumenti rispettivi tal-ivvjaġġar fuq il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet jaqblu li b’mod regolari jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda biex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, biex jiżviluppaw l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar dawk il-miżuri li jirrigwarjaw il-proċess ta’ personalizzazzjoni tal-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar.


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ottubru 2013

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(2013/522/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/77/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ("il-Ftehim") ġie ffirmat, f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(3)

L-Artikolu 18 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni li, skont l-Artikolu 18(5) tiegħu, għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa opportun li tiġi prevista proċedura simplifikata biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

(4)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ("il-Ftehim") huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna(i) li jkollha s-setgħa, li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 22(2) tal-Ftehim sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim (2).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita minn esperti mill-Istati Membri, tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni stabbilit bl-Artikolu 18 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu, skont l-Artikolu 18(5) tal-Ftehim, għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BERNATONIS


(1)  ĠU L 37, 8.2.2013, p. 1.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/15


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar r-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET KONTRAENTI L-GĦOLJIN,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE, minn hawn 'il quddiem imsejħa il-“Kap Verde”,

DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali b'mod aktar effettiv;

WARA LI KKUNSIDRAW l-obbligu li jniedu n-negozjati għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' riammissjoni fuq talba ta' parti waħda, imsemmija fl-Artikolu 13(5)(c)(ii) tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Cotonou”;

XEWQANA li jiffaċilitaw ir-rispett mill-partijiet tal-obbligu tagħhom ta' riammissjoni taċ-ċittadini tagħhom stess, ikkonfermat mill-Artikolu 13(5)(c)(i) tal-Ftehim ta' Cotonou;

WARA LI KKUNSIDRAW id-dikjarazzjoni komuni tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar is-sħubija għall-mobbiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kap Verde, skont liema l-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżviluppaw djalogu dwar il-kwistjoni ta' riammissjoni ta' persuni mingħajr awtorizzazzjoni, sabiex jiżguraw kooperazzjoni effikaċi għar-ritorn tagħhom;

XEWQANA li jistabbilixxu, permezz ta' dan il-Ftehim u fuq bażi ta' reċiproċità, proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta' persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta' dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Kap Verde jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta' dawn il-persuni bi spirtu ta' kooperazzjoni;

FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, tal-Istati Membri tagħha u tal-Kap Verde li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u, b'mod partikolari, mill-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951;

FILWAQT LI KKUNSIDRAW li, skont il-Protokoll (Nru 21) dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem f'dan il-Ftehim, sakemm ma jinnotifikawx ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem, b'mod konformi ma' dak il-Protokoll.

FILWAQT LI KKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li jaqa' taħt it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“partijiet kontraenti” tfisser il-Kap Verde u l-Unjoni;

b)

“ċittadin tal-Kap Verde” tfisser kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità tal-Kap Verde;

c)

“ċittadin ta' Stat Membru” tfisser kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità ta' Stat Membru, skont id-definizzjoni tal-Unjoni;

d)

“Stat Membru” tfisser kull Stat Membru tal-Unjoni marbut b'dan il-Ftehim;

e)

“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità li mhux tal-Kap Verde jew ta' wieħed mill-Istati Membri;

f)

“apolidi” tfisser kwalunkwe persuna li ma għandhiex nazzjonalità;

g)

“permess ta' residenza” tfisser permess ta' kull tip maħruġ mill-Kap Verde jew minn wieħed mill-Istati Membri li jagħti permess lil persuna tirrisjedi fit-territorju tiegħu. Din id-definizzjoni ma tinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa' f'dawn it-territorji li jingħataw fil-qafas tal-ipproċessar ta' applikazzjoni ta' ażil jew applikazzjoni għall-permess ta' residenza;

h)

“viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Kap Verde jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul jew għat-tranżitu fit-territorju tiegħu. Din ma tinkludix il-viża ta' tranżitu tal-ajruport;

i)

“Stat Rikjedenti”tfisser l-Istat (il-Kap Verde jew wieħed mill-Istati Membri) li jkun ippreżenta applikazzjoni għar-riammissjoni skont l-Artikolu 7 jew applikazzjoni ta' tranżitu skont l-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim;

j)

“Stat Rikjest” tfisser l-Istat (il-Kap Verde jew wieħed mill-Istati Membri) li lilu tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għar-riammissjoni skont l-Artikolu 7 jew applikazzjoni ta' tranżitu skont l-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim;

k)

“awtorità kompetenti” tfisser kull awtorità nazzjonali tal-Kap Verde jew ta' wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skont l-Artikolu 19(1)(a) tiegħu;

l)

“tranżitu” tfisser il-passaġġ ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew ta' persuna apolidi mit-territorju tal-Istat Rikjest meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat Rikjedenti għall-pajjiż tad-destinazzjoni;

m)

“reġjun tal-fruntiera” tfisser żona li testendi sa 30 kilometru mit-territorji tal-portijiet marittimi inklużi ż-żoni doganali u tal-ajruporti internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Kap Verde.

TAQSIMA I

OBBLIGI TA' RIAMMISSJONI TAL-KAP VERDE

Artikolu 2

Riammissjoni taċ-ċittadini tiegħu stess

1.   Skont l-Artikolu 13(5)(c)(i) tal-Ftehim ta' Cotonou, il-Kap Verde għandu jaċċetta r-riammissjoni fit-territorju tiegħu, fuq talba ta' Stat Membru u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f'dan il-Ftehim, tal-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti meta tingħata prova, jew ikun jista' jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta' prova prima facie miġjuba, li dawn ikunu ċittadini tal-Kap Verde.

2.   Il-Kap Verde għandu wkoll jaċċetta r-riammissjoni:

a)

tat-tfal minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta' nazzjonalità tagħhom, għajr jekk ikollhom dritt indipendenti ta' residenza fl-Istat Membru Rikjedenti,

b)

tal-konjugi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, dment li għandhom jew jiksbu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Kap Verde, għajr jekk ikollhom dritt indipendenti ta' residenza fl-Istat Membru Rikjedenti.

3.   Il-Kap Verde għandu wkoll jaċċetta r-riammissjoni ta' kull persuna li, wara d-dħul tagħha fit-territorju ta' Stat Membru, tkun ġiet imċaħħda jew tkun irrinunzjat għan-nazzjonalità tal-Kap Verde, għajr jekk din il-persuna tkun kisbet tal-inqas il-wiegħda li tikseb in-naturalizzazzjoni minn Stat Membru.

4.   Wara li l-Kap Verde jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni, il-missjoni diplomatika kompetenti jew l-uffiċċju konsulari tal-Kap Verde għandhom, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament u l-aktar tard fi żmien erbat ijiem ta' xogħol, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b'validità ta' sitt xhur. Jekk fi żmien erbat ijiem ta' xogħol il-Kap Verde ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tal-mudell standard tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-Unjoni stabbilit għall-iskopijiet ta' tkeċċija (1).

5.   Jekk, għal xi raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perijodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-Missjoni Diplomatika jew l-uffiċċju konsulari kompetenti tal-Kap Verde għandu, fi żmien erbat ijiem ta' xogħol, joħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess perijodu ta' validità. Jekk fi żmien erbat ijiem ta' xogħol il-Kap Verde ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar il-ġdid, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tal-mudell standard tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-Unjoni stabbilit għall-iskopijiet ta' tkeċċija (2).

Artikolu 3

Riammissjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz u persuni apolidi

1.   Il-Kap Verde għandu jirriammetti fit-territorju tiegħu, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità oħra ħlief dawk previsti f'dan il-Ftehim, kull ċittadin ta' pajjiż terz jew kull persuna apolidi li ma tissodisfax, jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti meta jiġi ppruvat, jew jista' jiġi preżunt b'mod validu fuq il-bażi ta' provi prima facie provduti, li din il-persuna:

a)

meta daħlet f'dan it-territorju, għandha jew kellha viża valida maħruġa mill-Kap Verde flimkien ma' prova legali tad-dħul fit-territorju tal-Kap Verde jew permess ta' residenza validu maħruġ mill-Kap Verde; jew

b)

tkun daħlet b'mod illegali fit-territorju ta' Stat Membru direttament mill-Kap Verde u li l-preżenza tagħha qabel fit-territorju tal-Kap Verde tkun ġiet stabbilita.

2.   L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:

a)

jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolidi kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-Kap Verde; jew

b)

jekk l-Istat Rikjedenti jkun ħareġ liċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew lill-persuna apolidi viża jew permess ta' residenza qabel jew wara li din il-persuna daħlet fit-territorju tiegħu, għajr fejn:

i)

din il-persuna jkollha viża valida maħruġa mill-Kap Verde flimkien ma' prova legali tad-dħul fit-territorju tal-Kap Verde jew permess ta' residenza validu maħruġ mill-Kap Verde, ta' perijodu ta' validità aktar twil jew li jkun għadu validu; jew

ii)

din il-persuna tkun qabżet it-tul ta' żmien ta' residenza awtorizzat mill-viża tagħha jew għamlet xi attivitajiet mhux awtorizzati mill-viża tagħha fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti.

3.   Wara li l-Kap Verde jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni, l-Istat Membru Rikjedenti għandu joħroġ lill-persuna kkonċernata l-mudell standard tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-Unjoni għall-iskopijiet ta' tkeċċija (3).

TAQSIMA II

OBBLIGU TA' RIAMMISSJONI TAL-UNJONI

Artikolu 4

Riammissjoni taċ-ċittadini tagħha stess

1.   Skont l-Artikolu 13(5)(c)(i) tal-Ftehim ta' Cotonou, Stat Membru għandu jaċċetta r-riammissjoni fit-territorju tiegħu, fuq talba tal-Kap Verde u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f'dan il-Ftehim, tal-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Kap Verde meta tingħata prova, jew ikun jista' jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta' prova prima facie miġjuba, li dawn ikunu ċittadini ta' dan l-Istat Membru.

2.   Stat Membru għandu wkoll jaċċetta r-riammissjoni:

a)

tat-tfal minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta' nazzjonalità tagħhom, għajr jekk ikollhom dritt indipendenti ta' residenza fil-Kap Verde;

b)

tal-konjugi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, dment li għandhom jew jiksbu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru Rikjest, għajr jekk ikollhom dritt indipendenti ta' residenza fil-Kap Verde.

3.   Stat Membru għandu wkoll jaċċetta r-riammissjoni ta' kull persuna li, wara d-dħul tagħha fit-territorju tal-Kap Verde, tkun ġiet imċaħħda jew tkun irrinunzjat għan-nazzjonalità ta' Stat Membru, għajr jekk din il-persuna tkun kisbet tal-inqas il-wiegħda li tikseb in-naturalizzazzjoni mill-Kap Verde.

4.   Wara li l-Istat Membru Rikjest ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni, il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament u fi żmien erbat ijiem ta' xogħol, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b'validità ta' sitt xhur.

5.   Jekk, għal xi raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perijodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-Missjoni Diplomatika jew l-uffiċċju konsulari kompetenti ta' dan l-Istat Membru għandu, fi żmien erbat ijiem ta' xogħol, joħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess perijodu ta' validità.

Artikolu 5

Riammissjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz u persuni apolidi

1.   Stat Membru għandu jirriammetti fit-territorju tiegħu, wara applikazzjoni mill-Kap Verde u mingħajr ebda formalità oħra ħlief dawk previsti f'dan il-Ftehim, kull ċittadin ta' pajjiż terz jew kull persuna apolidi li ma tissodisfax, jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Kap Verde meta jiġi ppruvat, jew jista' jiġi preżunt b'mod validu fuq il-bażi ta' provi prima facie provduti, li din il-persuna:

a)

meta daħlet f'dan it-territorju, għandha jew kellha viża valida maħruġa mill-Istat Membru Rikjest flimkien ma' prova legali ta' dħul fit-territorju tal-Istat Membru Rikjest jew permess ta' residenza validu maħruġ mill-Istat Membru Rikjest; jew

b)

tkun daħlet b'mod illegali fit-territorju tal-Kap Verde direttament mill-Istat Membru Rikjest u li l-preżenza tagħha qabel fit-territorju tal-Istat Membru Rikjest tkun ġiet stabbilita.

2.   L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk:

a)

iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolidi kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-Istat Membru Rikjest; jew

b)

il-Kap Verde jkun ħareġ liċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew lill-persuna apolidi viża jew permess ta' residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tiegħu, għajr jekk:

i)

din il-persuna jkollha viża maħruġa mill-Istat Membru Rikjest flimkien ma' prova legali tad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru Rikjest jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Membru Rikjest, ta' perijodu ta' validità aktar twil jew li jkun għadu validu; jew

ii)

din il-persuna tkun qabżet it-tul ta' żmien ta' residenza awtorizzat mill-viża tagħha jew għamlet xi attivitajiet mhux awtorizzati mill-viża tagħha fit-territorju tal-Kap Verde.

3.   L-obbligu ta' riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 jaqa' fuq l-Istat Membru li ħareġ il-viża jew il-permess ta' residenza. Jekk bosta Stati Membri jkunu ħarġu viża jew permess ta' residenza, l-obbligu ta' riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 jaqa' fuq l-Istat Membru li joħroġ id-dokument bl-itwal perijodu ta' validità jew, jekk wieħed jew aktar mid-dokumenti jkunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu skadew, l-obbligu ta' riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 jaqa' fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument bid-data ta' skadenza l-aktar reċenti. Jekk l-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jkunx jista' jiġi ppreżentat, l-obbligu ta' riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 jaqa' fuq l-Istat Membru min fejn il-persuna tkun telqet l-aħħar.

4.   Wara li l-Istat Membru ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għar-riammissjoni, jekk ikun meħtieġ, il-Kap Verde joħroġ lill-persuna kkonċernata d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ biex din tmur lura.

TAQSIMA III

PROĊEDURA TA' RIAMMISSJONI

Artikolu 6

Prinċipji

1.   Soġġett għall-paragrafi 2 u 3, kwalunkwe trasferiment ta' persuna li għandha tiġi riammessa fuq il-bażi ta' wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli minn 2 sa 5 għandha teħtieġ il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għar-riammissjoni, magħmula b'mod konformi mal-Artikolu 7, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

2.   It-trasferiment tal-persuna li għandha tiġi riammessa jista' jsir mingħajr applikazzjoni għar-riammissjoni jew notifika bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 11(1) tal-Istat Rikjedenti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest:

a)

għaċ-ċittadini tal-Istat Rikjest stess, jekk il-persuna li għandha tiġi riammessa jkollha dokument tal-ivvjaġġar jew karta tal-identità validi;

b)

għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz jew il-persuni apolidi, jekk il-persuna nqabdet fl-ajruport tal-Istat Rikjedenti wara li tkun waslet direttament mit-territorju tal-Istat Rikjest.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi jew il-persuni apolidi li jkollhom dokument tal-ivvjaġġar validu u viża jew permess ta' residenza validi maħruġa mill-Istat Rikjest, it-trasferiment ikun jeħtieġ biss in-notifika bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 11(1) tal-Istat Rikjedenti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 2, it-trasferiment ta' kull persuna li teħtieġ il-preżenza ta' skorta jeħtieġ in-notifika bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 11(1) tal-Istat Rikjedenti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, jekk persuna tinqabad fir-reġjun tal-fruntiera tal-Istat Rikjedenti wara li qasmet illegalment il-fruntiera direttament mit-territorju tal-Istat Rikjest, l-Istat Rikjedenti jista' jippreżenta applikazzjoni għar-riammissjoni sa jumejn ta' xogħol wara li tkun ġiet arrestata l-persuna kkonċernata (proċedura aċċellerata).

Artikolu 7

Applikazzjoni għar-riammissjoni

1.   Kull applikazzjoni għar-riammissjoni għandha ssir bil-miktub, sakemm ikun possibbli, u għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

a)

id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta' residenza) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minuri mhux miżżewġa u/jew tal-konjugi;

b)

għaċ-ċittadini nnifishom, l-indikazzjoni tal-mezzi li bihom tkun se tingħata prova jew prova prima facie tan-nazzjonalità għandha tkun provduta b'mod konformi mal-Annessi 1 u 2 rispettivament;

c)

għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-persuni apolidi, l-indikazzjoni tal-mezzi li bihom tkun se tingħata prova jew prova prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u tal-persuni apolidi, b'mod konformi mal-Annessi 3 u 4 rispettivament;

d)

ritratt tal-persuna li tkun se tiġi riammessa.

2.   Sa fejn hu possibbli, l-applikazzjoni għar-riammissjoni għandu jkollha wkoll l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

a)

dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li għandha tiġi trasferita jista' jkollha bżonn għajnuna jew kura, bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għad-dikjarazzjoni;

b)

l-indikazzjoni ta' kull miżura oħra ta' protezzjoni jew sigurtà partikolari, jew ta' informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li jistgħu jkunu meħtieġa għat-trasferiment tagħha.

3.   Formola komuni li għandha tintuża għall-applikazzjonijiet għar-riammissjoni tinsab fl-Anness 5 ta' dan il-Ftehim.

4.   L-applikazzjonijiet għar-riammissjoni jistgħu jiġu ppreżentati bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni, inklużi l-mezzi elettroniċi jew il-faks.

Artikolu 8

Mezzi ta' prova tan-nazzjonalità

1.   Il-prova tan-nazzjonalità skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tista' b'mod partikolari tiġi provduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim, anki meta l-perijodu ta' validità tagħhom ikun skada. Jekk jiġu ppreżentati dawn id-dokumenti, l-Istati Membri u l-Kap Verde għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku n-nazzjonalità mingħajr ħtieġa ta' investigazzjoni ulterjuri. Il-prova tan-nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta' dokumenti foloz.

2.   Il-prova prima facie tan-nazzjonalità rikjesta fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tista' tiġi provduta, b'mod partikolari, permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 għal dan il-Ftehim, anki jekk il-perijodu ta' validità tagħhom ikun skada. Jekk jiġu ppreżentati dawn id-dokumenti, l-Istati Membri u l-Kap Verde għandhom iqisu li n-nazzjonalità ġiet stabbilita, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Il-prova prima facie tan-nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta' dokumenti foloz.

3.   Jekk ma jkun jista' jiġi ppreżentat l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2, il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari kompetenti tal-Istat Rikjest, fuq talba tal-Istat Rikjedenti li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni għar-riammissjoni, għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex issir intervista lill-persuna li tkun se tiġi riammessa mingħajr dewmien żejjed, u l-aktar tard fi żmien tlett ijiem kalendarji mill-jum li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha. Il-proċedura applikabbli għal dawn l-intervisti tista' tiġi stabbilita fil-Protokolli ta' applikazzjoni previsti fl-Artikolu 19 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Mezzi ta' provi dwar iċ-ċittadini ta' pajjiż terz u l-persuni apolidi

1.   Il-prova tal-kundizzjonijiet ta' riammissjoni taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi u l-persuni apolidi msemmijin fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1), għandha tiġi provduta b'mod partikolari permezz tal-prova elenkata fl-Anness 3 ta' dan il-Ftehim. Din ma tistax tiġi provduta permezz ta' dokumenti foloz. Tali prova għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mill-Kap Verde mingħajr ħtieġa ta' ebda investigazzjoni ulterjuri.

2.   Il-prova prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi u l-persuni apolidi msemmijin fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1), għandha tiġi provduta b'mod partikolari permezz tal-prova elenkata fl-Anness 4 ta' dan il-Ftehim. Din ma tistax tiġi pprovduta permezz ta' dokumenti foloz. Meta tiġi ppreżentata din il-prova prima facie, l-Istati Membri u l-Kap Verde għandhom iqisu li l-kundizzjonijiet ġew stabbiliti, sakemm ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

3.   L-illegalità tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata li fihom hija nieqsa l-viża jew il-permess ta' residenza meħtieġa għat-territorju tal-Istat Rikjedenti. Dikjarazzjoni mill-Istat Rikjedenti li l-persuna kkonċernata nstabet mingħajr id-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-viża jew il-permess ta' residenza meħtieġa għandha wkoll tkun ta' prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

Artikolu 10

Limiti ta' żmien

1.   L-applikazzjoni għar-riammissjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew ta' persuna apolidi għandha tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest mhux aktar tard minn sena wara li l-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjedenti tkun saret taf li l-persuna kkonċernata ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn ikun hemm ostakli fattwali jew legali li jżommu l-applikazzjoni milli ssir fil-ħin, il-limitu ta' żmien għandu, fuq talba tal-Istat Rikjedenti, jiġi estiż iżda dan biss sakemm l-ostakli ma jibqgħux jeżistu.

2.   It-tweġiba għal kwalunkwe applikazzjoni għar-riammissjoni għandha tiġi provduta bil-miktub:

a)

fi żmien jumejn ta' xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret skont il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 6(5));

b)

fi żmien tmint ijiem fil-każijiet l-oħra kollha.

Dan it-terminu jibda jgħodd mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni għar-riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f'dan il-limitu ta' żmien, it-trasferiment jitqies li jkun ġie approvat.

It-tweġibiet għall-applikazzjonijiet għar-riammissjoni jistgħu jkunu ppreżentati bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni, inklużi l-mezzi elettroniċi jew il-faks.

3.   Ir-rifjut ta' kwalunkwe applikazzjoni għar-riammissjoni għandu jiġi ġustifikat bil-miktub.

4.   Wara li tkun ingħatat l-approvazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għandha tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat Rikjedenti, dan it-terminu jista' jiġi estiż biż-żmien li hemm bżonn biex jiġu ttrattati l-ostakoli legali jew prattiċi.

Artikolu 11

Arranġamenti tat-trasferiment u modi ta' trasport

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2) u (3), qabel ir-ripatrijazzjoni ta' persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti għandhom jikkomunikaw bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest mill-inqas 48 siegħa minn qabel, id-data ta' trasferiment, il-punt ta' qsim tal-fruntiera, l-iskorti possibbli u informazzjoni oħra rigward it-trasferiment.

2.   It-trasport jista' jsir bl-ajru jew bil-baħar. Ir-ripatrijazzjoni bl-ajru ma għandux isir bilfors permezz tat-trasportaturi nazzjonali tal-Kap Verde jew l-Istati Membri u jista' jsir bl-użu ta' titjiriet skedati jew b'titjiriet ta' ajruplanicharter. Fil-każ ta' ripatrijazzjoni bl-iskorta, dawn l-iskorti ma għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat Rikjedenti, dment li huma persuni awtorizzati mill-Kap Verde jew minn kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 12

Riammissjoni bi żball

L-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna li ġiet riammessa mill-Istat Rikjest, jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli minn 2 sa 5 ta' dan il-Ftehim ma ġewx issodisfatti.

F'dawn il-każijiet ir-regoli proċedurali ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw mutatis mutandis u għandha tiġi provduta l-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-identità u n-nazzjonalità reali tal-persuna li għandha tittieħed lura.

TAQSIMA IV

OPERAZZJONIJIET TA' TRANŻITU

Artikolu 13

Prinċipji

1.   L-Istati Membri u l-Kap Verde għandhom jirrestrinġu t-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u ta' persuni apolidi għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat tad-destinazzjoni.

2.   Madankollu, il-Kap Verde għandu jawtorizza t-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk il-Kap Verde jitlob dan, sakemm ikunu żgurati t-tkomplija tal-vjaġġ fi Stati ta' tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni mill-Istat ta' destinazzjoni.

3.   It-tranżitu jista' jiġi rifjutat mill-Kap Verde jew minn Stat Membru:

a)

jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolidi hija f'riskju li tkun soġġetta għat-tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta' destinazzjoni jew Stat ieħor ta' tranżitu;

b)

jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolidi jkunu soġġetti għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Rikjest jew f'xi Stat ieħor ta' tranżitu; jew

c)

minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Rikjest.

4.   Il-Kap Verde jew Stat Membru jista' jirrevoka kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3, jirriżultaw jew jiġu fid-deher aktar tard li jkunu ta' xkiel fl-operazzjoni ta' tranżitu, jew jekk it-tkomplija tal-ivvjaġġar fi Stati ta' tranżitu possibbli jew ir-riammissjoni mill-Istat ta' destinazzjoni ma jkunx/tkunx aktar żgurat/a. F'dan il-każ, l-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna apolidi, jekk meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 14

Proċedura ta' tranżitu

1.   Kull applikazzjoni għal tranżitu għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

a)

it-tip ta' tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), l-Istati l-oħra possibbli ta' tranżitu u d-destinazzjoni finali prevista;

b)

id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-kunjom, l-isem, kunjom xbubitha, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid is-sess u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar);

c)

fejn hu maħsub li se jkun il-punt tad-dħul, id-data tat-trasferiment u l-użu possibbli tal-iskorti;

d)

dikjarazzjoni li tispeċifika li, fil-fehma tal-Istat Rikjedenti, il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 13(2) jkunu ssodisfatti, u li ma tkun magħrufa ebda raġuni għal rifjut skont l-Artikolu 13(3).

Formola komuni li għandha tintuża għall-applikazzjonijiet ta' tranżitu hija mehmuża bħala l-Anness 6 għal dan il-Ftehim.

L-applikazzjonijiet ta' tranżitu jistgħu jiġu ppreżentati bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni, inklużi l-mezzi elettroniċi jew il-faks.

2.   Fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni, l-Istat Rikjest għandu jinforma bil-miktub lill-Istat Rikjedenti dwar l-ammissjoni, jikkonferma l-punt tad-dħul tal-fruntiera u d-data ppjanata tal-ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut tal-ammissjoni u r-raġunijiet għal dan ir-rifjut. Jekk ma tingħata ebda tweġiba fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, it-tranżitu jkun meqjus li jkun approvat.

It-tweġibiet għall-applikazzjonijiet għat-tranżitu jistgħu jkunu ppreżentati bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni, inklużi l-mezzi elettroniċi jew il-faks.

3.   Jekk l-operazzjoni ta' tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun se tkun riammessa u l-iskorti possibbli jkunu eżentati milli jkollhom viża ta' tranżitu tal-ajruport.

Jekk l-operazzjoni ta' tranżitu lejn id-destinazzjoni finali ma tkunx tista' titkompla bil-mod previst għal raġunijiet ta' forza maġġuri, jekk meħtieġ, l-Istat Rikjest għandu joħroġ il-viża rikjesta mingħajr dewmien lill-persuna li għandha tiġi riammessa u lill-iskorti possibbli għall-perijodu meħtieġ għall-operazzjoni ta' tranżitu.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jassistu fl-operazzjonijiet ta' tranżitu, partikolarment permezz tas-sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta' faċilitajiet xierqa għal dak l-iskop.

TAQSIMA V

SPEJJEŻ

Artikolu 15

L-ispejjeż tat-trasport u tat-tranżitu

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jirkupraw l-ispejjeż marbuta mar-riammissjoni mill-persuna li għandha tiġi riammessa jew minn partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport imġarrba sal-fruntiera tal-Istat tad-destinazzjoni finali li huma relatati mal-operazzjonijiet ta' riammissjoni u ta' tranżitu skont dan il-Ftehim għandhom jitħallsu mill-Istat Rikjedenti.

TAQSIMA VI

PROTEZZJONI TAD-DATA U KLAWSOLA TA' NUQQAS TA' EFFETT

Artikolu 16

Protezzjoni tad-Data

Il-komunikazzjoni tad-data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kap Verde jew Stat Membru skont il-każ. L-ipproċessar tad-data personali, f'dan il-każ partikolari, għandu jkun soġġett għal-liġijiet nazzjonali tal-Kap Verde u, fejn il-kontrollur huwa awtorità kompetenti ta' Stat Membru, għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tal-liġi nazzjonali adottata minn dak l-Istat Membru skont din id-direttiva. Barra minn hekk, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

a)

id-data personali għandha tiġi pproċessata b'mod ġust u legali;

b)

id-data personali għandha tinġabar għall-għan speċifiku, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u ma tistax terġa' tiġi pproċessata mill-awtorità li tkun qed tikkomunikaha u lanqas mill-awtorità li tkun qed tirċiviha b'mod inkompatibbli ma' dak l-għan;

c)

id-data personali għandha tkun adekwata, relevanti u mhux eċċessiva fir-relazzjoni tal-għan għalxiex qed tiġi miġbura u/jew ipproċessata aktar; b'mod partikolari, id-data personali kkomunikata tista' tkun biss dwar dan li ġej:

i)

id-dettalji tal-persuna li tkun se tiġi ttrasferita (pereżempju l-kunjom, l-isem, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità attwali u dik preċedenti jekk ikun il każ);

ii)

il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perijodu ta' validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ);

iii)

il-postijiet ta' waqfien waqt vjaġġ u l-itinerarji;

iv)

informazzjoni oħra li tkun meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun se tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati l-ħtiġijiet għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim;

d)

id-data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, aġġornata;

e)

id-data personali għandha tinżamm b'mod li jippermetti l-identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati għal mhux aktar mill-perijodu neċessarju għall-fini li għalih tkun inġabret id-data jew li kompliet tiġi pproċessata;

f)

kemm l-awtorità li tikkomunika d-data personali kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad-data personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari għaliex dik id-data mhijiex xierqa, rilevanti, preċiża jew għaliex hija eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika lill-parti l-oħra ta' kwalunkwe reviżjoni, tħassir jew ibblokkjar;

g)

fuq talba, l-awtorità destinatarja għandha tinforma lill-awtorità li tikkomunika bl-użu tad-data kkomunikata u bir-riżultati miksuba minnha;

h)

id-data personali tista' tiġi kkomunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Il-komunikazzjoni ulterjuri tagħha lil korpi oħra tinħtieġ il-kunsens bil-quddiem tal-awtorità li tkun qed tikkomunikaha;

i)

l-awtorità li tikkomunika u l-awtorità destinatarja huma obbligati li jagħmlu reġistrazzjoni bil-miktub tal-komunikazzjoni u tal-irċevuta tad-data personali.

Artikolu 17

Klawsola ta' nuqqas ta' effett

1.   Dan il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kap Verde li jirriżultaw mil-liġi lnternazzjonali fosthom minn konvenzjonijiet internazzjonali li jkunu parteċipanti fihom, b'mod partikolari:

il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951 kif emendata bil-Protokoll dwar l-Istatus tar-Refuġjati tal-31 ta' Jannar 1967,

il-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta' Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil li jkunu ġew ippreżentati,

il-Konvenzjoni tal-10 ta' Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti,

il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu,

il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar ir-riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità barranija.

2.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jrażżan ir-ritorn ta' persuna b'arranġamenti oħrajn formali jew informali bejn l-Istat Rikjest u l-Istat Rikjedenti.

TAQSIMA VII

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu 18

Kumitat konġunt għar-riammissjoni

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lil xulxin b'għajnuna reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”) li se jkollu, b'mod partikolari, il-kompitu:

a)

li jissorvelja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

b)

li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-implimentazzjoni b'mod uniformi ta' dan il-Ftehim;

c)

jara li jkun hemm skambju ta' informazzjoni regolari dwar il-Protokolli tal-implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri diversi u l-Kap Verde skont l-Artikolu 19;

d)

li jirrakkomanda emendi għal dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti.

3.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u l-Kap Verde.

4.   Il-Kumitat għandu jiltaqa', jekk meħtieġ, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

5.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 19

Protokolli ta' applikazzjoni

1.   Fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Kap Verde, il-Kap Verde u dan l-Istat Membru għandhom iħejju Protokoll ta' applikazzjoni li għandu, fost oħrajn, ikopri r-regoli dwar:

a)

il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-punti tal-qsim tal-fruntiera u l-iskambju ta' punti ta' kuntatt;

b)

il-kundizzjonijiet li japplikaw għar-ritorn bi skorta, inkluż it-tranżitu bi skorta ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi;

c)

il-provi u d-dokumenti addizzjonali għal dawk elenkati fl-Annessi minn 1 sa 4 ta' dan il-Ftehim;

d)

il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċellerata;

e)

il-proċedura għall-intervisti.

2.   Il-protokolli ta' applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li l-Kumitat tar-Riammissjoni, previst fl-Artikolu 18 ikun ġie notifikat dwarhom.

3.   Il-Kap Verde jaqbel li għandha tiġi applikata kwalunkwe dispożizzjoni ta' Protokoll ta' applikazzjoni magħmul ma' Stat Membru partikolari wkoll fir-relazzjonijiet tiegħu ma' kwalunkwe Stat Membru ieħor fuq talba minn dan tal-aħħar.

Artikolu 20

Relazzjoni mal-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjoni tal-Istati Membri

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandu jkollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kull strument legalment vinkolanti dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni, li jkun ġie jew jista' jiġi konkluż, skont l-Artikolu 19, bejn l-Istati Membri individwali u l-Kap Verde, u dan safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan l-istrument ikunu inkompatibbli ma' dawk ta' dan il-Ftehim.

TAQSIMA VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Applikazzjoni territorjali

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, dan il-ftehim għandu japplika fit-territorju li fih huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-territorju tal-Kap Verde.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika fit-territorju tal-Irlanda u tar-Renju Unit biss jekk issir notifika indirizzata mill-Unjoni lill-Kap Verde dwar dan. Dan il-Ftehim ma għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ, tul ta' żmien u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 intemmu.

3.   Dan il-Ftehim jibda japplika għall-Irlanda u r-Renju Unit fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 21(2).

4.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien illimitat.

5.   Kull Parti Kontraenti tista' tiċħad dan il-Ftehim billi b'mod uffiċjali tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa' japplika wara sitt xhur mid-data ta' dik in-notifika.

Artikolu 23

Annessi

L-Annessi minn 1 sa 6 għandhom jifformaw parti integrali ta' dan il-Ftehim.

Magħmul f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan, bl-Ungeriż b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на осемнадесети април две хиляди и тринадесета година.

Hecho en Bruselas, el dieciocho de abril de dos mil trece.

V Bruselu dne osmnáctého dubna dva tisíce třináct.

Udfærdiget i Bruxelles den attende april to tusind og tretten.

Geschehen zu Brüssel am achtzehnten April zweitausenddreizehn.

Kahe tuhande kolmeteistkümnenda aasta aprillikuu kaheksateistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα οκτώ Απριλίου δύο χιλιάδες δεκατρία.

Done at Brussels on the eighteenth day of April in the year two thousand and thirteen.

Fait à Bruxelles, le dix-huit avril deux mille treize.

Fatto a Bruxelles, addi diciotto aprile duemilatredici.

Briselē, divi tūkstoši trīspadsmitā gada astoņpadsmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai tryliktų metų balandžio aštuonioliktą dienąe Briuselyj.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenharmadik év április havának tizennyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tmintax-il jum ta’ April tas-sena elfejn u tlettax.

Gedaan te Brussel, de achttiende april tweeduizend vier dertien.

Sporządzono w Brukseli dnia osiemnastego kwietnia roku dwa tysiące trzynastego.

Feito em Bruxelas, em dezoito de abril de dois mil e treze.

Întocmit la Bruxelles la optsprezece aprilie două mii treisprezece.

V Bruseli osemnásteho apríla dvetisíctrinásť.

V Bruslju, dne osemnajstega aprila leta dva tisoč trinajst.

Tehty Brysselissä kahdeksantenatoista päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakolmetoista.

Som skedde i Bryssel den artonde april tjugohundratretton.

Pela República de Cabo Verde

За Република Кабо Верде

Por la República de Cabo Verde

Za Kapverdskou republiku

For Republikken Kap Verde

Für die Republik Kap Verde

Cabo Verde Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Πράσινου Ακρωτηρίου

For the Republic of Cape Verde

Pour la République du Cap Vert

Per la Repubblica del Capo Verde

Kaboverdes Republikas vārdā –

Žaliojo Kyšulio Respublikos vardu

A Zöld-foki Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Tal-Kap Verde

Voor de Republiek Kaapverdië

W imieniu Republiki Zielonego Przylądka

Pentru Republica Capului Verde

Za Kapverdskú republiku

Za Republiko Zelenortski otoki

Kap Verden tasavallan puolesta

För Republiken Kap Verde

Image

Pela União Europeia

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image


(1)  Skont il-formola prevista fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994, ĠU KE C 274, 19.9.1996, p. 18.

(2)  Ibidem.

(3)  Ibidem.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


ANNESS 1

LISTA KOMUNI TAD-DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM HIJA KKUNSIDRATA BĦALA PROVA TAN-NAZZJONALITÀ

(L-ARTIKOLI 2(1), 4(1) U 8(1))

Meta l-Istat Rikjest huwa jew wieħed mill-Istati Membri jew il-Kap Verde:

passaport ta' kull tip (passaporti nazzjonali, diplomatiċi, tas-servizz, kollettivi u passaporti alternattivi inklużi l-passaporti tat-tfal),

laissez-passer maħruġ mill-Istat Rikjest,

karta tal-identità ta' kwalunkwe tip (inklużi dawk temporanji u provviżorji),

ktejjeb tas-servizz militari u karta tal-identità militari,

ktejjeb professjonali marittimu u ktejjeb tal-baħħara,

ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħrajn li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b'mod ċar,

Meta l-Istat Rikjest ikun il-Kap Verde:

il-konferma tal-identità b'riżultat ta' tfittxija magħmula fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (1),

fil-każ ta' Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, identifikazzjoni pożittiva stabbilita mill-informazzjoni miżmuma mill-Istati Membri dwar l-applikazzjonijiet għall-viża.

Meta l-Istat Rikjest huwa wieħed mill-Istati Membri

identifikazzjoni pożittiva stabbilita minn informazzjoni miżmuma mill-Kap Verde dwar l-applikazzjonijiet għall-viża.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perijodu qasir (Regolament VIS), (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).


ANNESS 2

LISTA KOMUNI TAD-DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM HIJA KKUNSIDRATA BĦALA PROVA PRIMA FACIE TAN-NAZZJONALITÀ

(L-ARTIKOLI 2(1), 4(1) U 8(2))

fotokopji ta' kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim,

liċenzja tas-sewqan jew fotokopja tagħha,

ċertifikati tat-twelid jew fotokopja tiegħu,

karta tas-servizz ta' kumpanija jew fotokopja tagħha,

dikjarazzjoni ta' xhieda,

dikjarazzjoni magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnu jew minnha, li b'mod partikolari jistgħu jintwerew permezz ta' riżultat ta' test uffiċjali,

marki tas-swaba',

kwalunkwe dokument ieħor li jista' jgħin sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata.


ANNESS 3

LISTA KOMUNI TAD-DOKUMENTI LI HUMA KKUNSIDRATI BĦALA PROVA TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TAĊ-ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI U L-PERSUNI APOLIDI

(L-ARTIKOLI 3(1), 5(1) U 9(1))

viża flimkien ma' prova tad-dħul fit-territorju tal-Istat Rikjest u/jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Rikjest,

timbru tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew prova oħra tad-dħul/ħruġ (pereżempju dik fotografika),

dokumenti, ċertifikati u kontijiet ta' kwalunkwe tip (pereżempju kontijiet tal-lukandi, karti tal-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta' dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b'mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju tal-Istat Rikjest,

biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġieri ta' passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza u l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Rikjest,

informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta' gwida jew aġenzija tal-ivvjaġġar,

dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, partikolarment, mill-impjegati tal-awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera,

dikjarazzjoni uffiċjali magħmula mill-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.


ANNESS 4

LISTA KOMUNI TAD-DOKUMENTI LI HUMA KKUNSIDRATI BĦALA PROVA PRIMA FACIE TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TAĊ-ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI U PERSUNI APOLIDI

(L-ARTIKOLI 3(1), 5(1) U 9(2))

viża maħruġa mill-Istat Rikjest,

deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' dan l-Istat tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun inqabdet fihom wara li tkun daħlet fit-territorju tal-Istat Rikjedenti,

informazzjoni dwar l-identità u/jew permanenza ta' persuna li tkun ġiet pprovduta minn organizzazzjoni internazzjonali (pereżempju l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati),

rapporti/konferma ta' informazzjoni minn membri tal-familja, persuni li jakkumpanjaw fl-ivvjaġġar, eċċ.,

dikjarazzjoni tal-persuna kkonċernata,

marki tas-swaba'.


ANNESS 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 6

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikoli 3 u 5

Il-Partijiet Kontraenti se jippruvaw jibagħtu lura lejn il-pajjiż tal-oriġini kull ċittadin ta' pajjiż terz li ma jissodisfax, jew li ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet legali fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorji rispettivi tagħhom.


Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna r-Renju tad-Danimarka

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li dan il-Ftehim ma japplikax għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għaċ-ċittadini tiegħu. F'tali ċirkostanzi jkun xieraq li r-Repubblika tal-Kap Verde u r-Renju tad-Danimarka jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ pajjiżi għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen tat-18 ta' Mejju 1999. F'tali ċirkostanzi jkun xieraq li r-Repubblika tal-Kap Verde tikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mar-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Konfederazzjoni Svizzera

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjon Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2008. F'tali ċirkostanzi jkun xieraq li r-Repubblika tal-Kap Verde tikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mal-Konfederazzjoni Svizzera skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Prinċipat tal-Liechtenstein

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjon Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li daħal fis-seħħ fis-7 ta' April 2011. F'tali ċirkostanzi jkun xieraq li r-Repubblika tal-Kap Verde tikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mal-Prinċipat tal-Liechtenstein skont l-istess termini ta' dan il-Ftehim.


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ottubru 2013

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea

(2013/523/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fażi 2 tal-Memorandum ta’ Qbil bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni Ewropea Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Komunitajiet Ewropej (l-“MoU”), adottat bejn l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea fit-13 ta’ Mejju 2009 u approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala ftehim internazzjonali tal-Unjoni, intemmet fl-1 ta’ Awwissu 2013.

(2)

Huwa fl-interess tal-Unjoni li testendi l-Fażi 2 tal-MoU filwaqt li tibqa’ tfittex riżoluzzjoni tad-disputa tad-WTO, Komunitajiet Ewropej — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

(3)

Il-Kummissjoni nnegozjat abbozz ta’ emendi għall-MoU għal dan il-għan, f’konformità mal-awtorizzazzjoni ta’ negozjar espressa fih.

(4)

L-MoU rivedut għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (l-“MoU rivedut”) huwa b’dan awtorizzat soġġett għall-konklużjoni tal-MoU rivedut imsemmi.

It-test tal-MoU rivedut huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw l-MoU rivedut f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  It-test tal-MoU rivedut se jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1016/2013

tat-23 ta’ Ottubru 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu tad-DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tar-razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriacea bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ April 2013 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu tad-DSM 11798 tal-familja Coriobacteriacea ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Din irrikonoxxiet li għandha l-kapaċità tittrasforma bijoloġikament it-trikoteċeni minn għalf kontaminat għall-ħnieżer. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriacea turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intlaħqu. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal 2013; 11(5):3203.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b’kontenut ta’ meraq ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini: Deossinivalenol (DON)

1m01

Razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae

Kompożizzjoni addittiva

Il-preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae li fiha minimu ta’ 5 × 109 CFU/g tal-addittiv.

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’: razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae

Metodu analitiku  (1)

L-enumerazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae: Metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-VM agar supplimentat bil-Oxyrase.

Identifikazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

Ħnieżer

1,7 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlitiet, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

L-użu tal-addittiv huwa permess fl-għalf li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali.

3.

Għas-sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-13 ta’ Novembru 2023


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1017/2013

tat-23 ta’ Ottubru 2013

li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa huma pprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ stqarrijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet li jkunu validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA), minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni, l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan u għandha tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-istqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Ceprodi KOT”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-“ikliet ħfief ipokalorifiċi (prodotti tal-KOT)” fuq it-tnaqqis tad-daqs tal-adipoċit fil-livell addominali fil-kuntest ta’ dieta bi ftit kaloriji (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2011-00016) (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Jikkontribwixxu biex inaqqsu d-daqs tal-adipoċiti fil-livell addominali, fil-kuntest ta’ dieta bi ftit kaloriji”.

(6)

Fit-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-“ikliet ħfief ipokalorifiċi (prodotti tal-KOT)” u effett fiżjoloġiku ta’ benefiċċju marbut mat-tnaqqis tad-daqs tal-adipoċit taħt il-ġilda fil-livell addominali. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(7)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Valio Ltd.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-isolewċil-prolil-prolina (IPP) u tal-valil-prolil-prolina (VPP) fuq iż-żamma ta’ pressjoni tad-demm normali (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2011-00121) (3). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-peptidi IPP u VPP jgħinu biex tinżamm pressjoni tad-demm normali”.

(8)

Fit-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-IPP u tal-VPP u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(9)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Diana Naturals”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-estratt polifenoliku tat-tuffieħ fil-forma ta’ trab imsejjaħ ‘Appl’In’® (Malus domestica) fuq it-tnaqqis tar-reazzjonijiet glikimiċi ta’ wara l-pranzu (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2011-00190) (4). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “L-estratt ‘Appl’In’® jikkontribwixxi biex titnaqqas ir-reazzjoni glikimika fin-nisa”.

(10)

Fil-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-estratt “Appl’In”® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(11)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Tchibo GmbH”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-konsum tal-kafè tat-tip “C21” u t-tnaqqis tal-ksur spontanju fil-ktajjen tad-DNA (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2011-00783) (5). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-konsum regolari tal-kafè tat-tip ‘C21’ jikkontribwixxi biex tinżamm l-integrità tad-DNA fiċ-ċelloli tal-ġisem”.

(12)

Fil-5 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-kafè tat-tip “C21” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(13)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Kao Corporation”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti taż-żejt tad-diaċilgliċerol (DAG) u t-tnaqqis tal-piż tal-ġisem (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2011-00751) (6). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Jekk tuża ż-żejt tad-diaċilgliċerol (DAG) minflok iż-żejt veġetali li tuża s-soltu tkun qed tgħin biex tikkontrolla l-piż ta’ ġismek, billi titlef il-piż”.

(14)

Fil-5 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum taż-żejt tad-diaċilgliċerol (DAG) (bħala sostitut taż-żjut tat-triaċilgliċerol) u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(15)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Giuliani S.p.A.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-ispermidina u t-titwil tal-fażi tat-tkabbir (l-anaġen) taċ-ċiklu tax-xagħar (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2011-00896) (7). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “L-ispermidina ttawwal il-fażi tat-tkabbir (l-anaġen) taċ-ċiklu tax-xagħar”.

(16)

Fis-7 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, l-effett mistqarr huwa marbut ma’ kundizzjonijiet patoloġiċi li jwasslu għat-tqassir tal-fażi tal-anaġen tat-tkabbir tax-xagħar u għaldaqstant huwa marbut mat-trattament ta’ marda.

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jikkumplimenta l-prinċipji ġenerali mogħtija fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (8). L-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE jistipula li t-tikkettar m’għandux jattribwixxi lil kwalunkwe prodott tal-ikel il-kwalità li jipprevjeni, jittratta jew jikkura marda umana, jew jirreferi għal kwalitajiet simili. Għaldaqstant, billi l-attribuzzjoni ta’ kwalitajiet mediċinali lill-prodotti tal-ikel hija pprojbita, l-istqarrija marbuta mal-effetti tal-ispermidina m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(18)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Clasado Ltd.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-galaktooligosakkaridi mill-prodott imsejjaħ “Bimuno”® (“Bimuno® GOS”) u t-tnaqqis tal-iskumdità gastrointestinali (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2011-00401) (9). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Jekk tikkonsma kuljum, u b’mod regolari, 1,37 grammi ta’ galaktooligosakkaridi mill-prodott imsejjaħ ‘Bimuno’®, tista’ tnaqqas l-iskumdità intestinali”.

(19)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-prodott imsejjaħ “Bimuno® GOS” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(20)

Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Nordic Sugar A/S”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-fibra tal-pitravi u t-tnaqqis fil-ħin tat-tranżitu intestinali (il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2011-00971) (10). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-fibra tal-pitravi tnaqqas il-ħin tat-tranżitu intestinali”.

(21)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-fibra tal-pitravi u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(22)

L-istqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-ispermidina u t-titwil tal-fażi tat-tkabbir (l-anaġen) taċ-ċiklu tax-xagħar, hija stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa li tattribwixxi kwalitajiet mediċinali lill-prodott tal-ikel li għalih tapplika l-istqarrija u għalhekk hija pprojbita għall-prodotti tal-ikel.

(23)

L-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa marbutin mal-“ikliet ħfief ipokalorifiċi (prodotti tal-KOT)” u maż-żejt tad-diaċilgliċerol (DAG) huma stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa bħall-istqarrijiet imsemmijin fl-Artikolu 13(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li huma suġġetti għall-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fl-Artikolu 28(6) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, minħabba li l-applikazzjonijiet ma sarux qabel id-19 ta’ Jannar 2008, ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 28(6)(b) ta’ dak ir-Regolament mhuwiex issodisfat, u għalhekk dawk l-istqarrijiet ma jistgħux jibbenefikaw mill-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat f’dak l-Artikolu.

(24)

L-istqarrijiet l-oħrajn dwar l-effetti fuq is-saħħa li huma suġġetti għal dan ir-Regolament huma stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa kif imsemmijin fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li huma suġġetti għall-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fl-Artikolu 28(5) ta’ dak ir-Regolament sa ma tiġi adottata l-lista tal-istqarrijiet permessi dwar l-effetti fuq is-saħħa, dejjem jekk dawn l-istqarrijiet ikunu konformi ma’ dak ir-Regolament.

(25)

Il-lista tal-istqarrijiet permessi dwar l-effetti fuq is-saħħa ġiet stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 (11) u ilha li bdiet tapplika mill-14 ta’ Diċembru 2012. F’dak li għandu x’jaqsam mal-istqarrijiet imsemmijin fl-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità jew il-kunsiderazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni kien għadha ma tlestietx sal-14 ta’ Diċembru 2012 u li, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mhumiex inklużi fil-lista tal-istqarrijiet permessi dwar l-effetti fuq is-saħħa, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw, sabiex kemm l-operaturi tan-negozji tal-ikel u kemm l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-projbizzjoni tat-tali stqarrijiet.

(26)

Hija u tistabbilixxi l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti li rċeviet mingħand l-applikanti u mingħand il-membri tal-pubbliku skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(27)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa mniżżlin fl-Anness ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-istqarrijiet permessi dwar l-effetti fuq is-saħħa kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2.   Madanakollu, l-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa msemmijin fil-paragrafu 1 li kienu jintużaw qabel ma daħal fis-seħħ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jintużaw għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  The EFSA Journal 2011: 9(9):2381.

(3)  The EFSA Journal 2011: 9(9):2380.

(4)  The EFSA Journal 2011: 9(10):2383.

(5)  The EFSA Journal 2011: 9(12):2465.

(6)  The EFSA Journal 2011: 9(12):2469.

(7)  The EFSA Journal 2011: 9(12):2466.

(8)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(9)  The EFSA Journal 2011: 9(12):2472.

(10)  The EFSA Journal 2011: 9(12):2467.

(11)  ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1.


ANNESS

Stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa miċħudin

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel

Stqarrija

Referenza tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA

L-Artikolu 13(5) – stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

“Ikliet ħfief ipokalorifiċi (prodotti tal-KOT)”

Jikkontribwixxu biex inaqqsu d-daqs tal-adipoċiti fil-livell addominali, fil-kuntest ta’ dieta bi ftit kaloriji.

Q-2011-00016

L-Artikolu 13(5) – stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

L-isolewċil-prolil-prolina (IPP) u l-valil-prolil-prolina (VPP)

Il-peptidi IPP u VPP jgħinu biex tinżamm pressjoni tad-demm normali.

Q-2011-00121

L-Artikolu 13(5) – stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

L-estratt polifenoliku tat-tuffieħ fil-forma ta’ trab imsejjaħ “Appl’In”® (Malus domestica)

L-estratt “Appl’In”® jikkontribwixxi biex titnaqqas ir-reazzjoni glikimika fin-nisa.

Q-2011-00190

L-Artikolu 13(5) – stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Il-kafè tat-tip “C21”

Il-konsum regolari tal-kafè tat-tip “C21” jikkontribwixxi biex tinżamm l-integrità tad-DNA fiċ-ċelloli tal-ġisem.

Q-2011-00783

L-Artikolu 13(5) – stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Iż-żejt tad-diaċilgliċerol (DAG)

Jekk tuża ż-żejt tad-diaċilgliċerol (DAG) minflok iż-żejt veġetali li tuża s-soltu tkun qed tgħin biex tikkontrolla l-piż ta’ ġismek, billi titlef il-piż.

Q-2011-00751

L-Artikolu 13(5) – stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

L-ispermidina

L-ispermidina ttawwal il-fażi tat-tkabbir (l-anaġen) taċ-ċiklu tax-xagħar.

Q-2011-00896

L-Artikolu 13(5) – stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Il-prodott imsejjaħ “Bimuno”® (“Bimuno® GOS”)

Jekk tikkonsma kuljum, u b’mod regolari, 1,37 grammi ta’ galaktooligosakkaridi mill-prodott imsejjaħ “Bimuno”®, tista’ tnaqqas l-iskumdità intestinali.

Q-2011-00401

L-Artikolu 13(5) – stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Il-fibra tal-pitravi

Il-fibra tal-pitravi tnaqqas il-ħin tat-tranżitu intestinali.

Q-2011-00971


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1018/2013

tat-23 ta’ Ottubru 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (2).

(2)

Madankollu, fiż-żmien tal-adozzjoni tal-lista tal-indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa, kien hemm għadd ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ma ġewx iffinalizzati l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) jew l-analiżi tagħhom mill-Kummissjoni (3).

(3)

Fost dawn l-indikazzjonijiet, l-Awtorità tat valutazzjoni tajba tal-indikazzjoni dwar is-saħħa li kienet tirreferi għall-effett tal-karboidrati fil-manteniment tal-funzjoni tal-moħħ, u dwar din l-indikazzjoni pproponiet li bħala kundizzjonijiet xierqa għall-użu jinkiteb “l-inġestjoni ta’ 130 g ta’ karboidrati glikimiċi kuljum hija stmata li tissodisfa l-eżiġenza ta’ glukożju mill-moħħ” (4).

(4)

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li l-indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa jridu jkunu akkumpanjati mill-kundizzjonijiet kollha meħtieġa (inklużi r-restrizzjonijiet) għall-użu tagħhom. Għaldaqstant, il-lista ta’ indikazzjonijiet permessi għandha tinkludi l-kliem tal-indikazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu tal-indikazzjonijiet, u fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-użu u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u b’konformità mal-opinjonijiet tal-Awtorità.

(5)

Iżda kien hemm għadd ta’ Stati Membri li espremew it-tħassib li din l-awtorizzazzjoni bil-kundizzjonijiet ta’ użu tagħha tista’ tippromwovi u tinkoraġġixxi l-konsum ta’ oġġetti tal-ikel li jkun fihom zokkor miżjud minbarra z-zokkor li fihom naturali. Barra minn hekk, tkun qed tagħti messaġġ konfliġġenti u li jħawwad lill-konsumaturi, partikolarment fid-dawl tal-parir li jingħata f’livell nazzjonali biex il-konsumaturi jnaqqsu miz-zokkor li jieħdu. Huwa meqjus li, għal din l-indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa, il-problema ta’ għanijiet konfliġġenti tista’ tiġi indirizzata jekk l-indikazzjoni tkun awtorizzata li tintuża biss f’kundizzjonijiet speċifiċi limitati għal oġġetti tal-ikel li jkun fihom ftit zokkor jew li ma jkunz żdiedilhom zokkor, iżda jista’ jkun fihom zokkor naturali.

(6)

Biex l-operaturi tan-negozju tal-ikel ikunu jistgħu jaddattaw ruħhom għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dan għandu jibda japplika sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(7)

B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li fih l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati kollha, għandu jiġi aġġornat fid-dawl tar-Regolament preżenti.

(8)

Meta stabbiliet il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti u l-pożizzjonijiet li rċeviet mingħand il-membri tal-pubbliku u l-partijiet interessati.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-13 ta’ Mejju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1.

(3)  Jikkorrispondu għal 2232 annotazzjoni (IDs) fil-lista kkonsolidata.

(4)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2226.pdf


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 tiddaħħal din l-entrata f’ordni alfabetika:

Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni

Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet fuq l-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali

In-numru tal-Ġurnal tal-EFSA

Numru ta’ annotazzjoni fil-Lista Kkonsolidata mressqa lill-EFSA għall-valutazzjoni tagħha

“Karboidrati

Il-karboidrati jikkontribwixxu għall-manteniment tal-funzjoni normali tal-moħħ

Biex tintwera l-indikazzjoni, għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett it-tajjeb jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 130 g ta’ karboidrati mis-sorsi kollha.

L-indikazzjoni tista’ tintuża għall-ikel li fih mill-inqas 20 g karboidrati, minbarra l-polijoli, li huma metabolizzati mill-bniedem, għal kull porzjon ikkwantifikat, u li jikkonforma mal-indikazzjoni dwar is-saħħa LIVELL BAXX TA’ ZOKKOR jew BLA ZOKKOR MIŻJUD kif elenkat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

L-indikazzjoni ma għandhiex tintuża fuq ikel li jkun 100 % zokkor.

2011;9(6):2226

603,653 ”


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1019/2013

tat-23 ta’ Ottubru 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward l-istamina fi prodotti tas-sajd

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, (1) u partikolarment l-Artikoli 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (2) jistipula kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni li jridu jkunu konformi magħhom l-operaturi tan-negozju tal-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta’ iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. B’mod partikolari, huwa jipprevedi kriterji ta’ sikurezza tal-ikel għall-istamina u pjanijiet ta’ kampjunar għal prodotti tas-sajd minn speċi ta’ ħut li huma assoċjati ma’ ammont għoli ta’ istidina.

(2)

Zalza tal-ħut prodotta bil-fermentazzjoni hija prodott likwidu tas-sajd. Il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius (3) stabbiliet il-livelli massimi rakkomandati ġodda ta’ istamina f’tali zalza tal-ħut li huma differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005. Dik ir-Rakkomandazzjoni hija skont l-informazzjoni dwar id-dejta ta’ esponiment tal-konsumatur ppreżentata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) fl-opinjoni xjentifika tagħha dwar kontroll imsejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji ta’ formazzjoni amini bijoġeniċi f’ikel iffermentat (4).

(3)

Billi z-zalza tal-ħut hija prodott tas-sajd likwidu, jista’ jkun mistenni li l-istamina titqassam b’mod indaqs. Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni jista’ għalhekk ikun aktar sempliċi milli għal prodotti tas-sajd li jseħħu f’forma oħra.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit kriterju tas-sikurezza tal-ikel separat għal zalza tal-ħut prodotta permezz ta’ fermentazzjoni ta’ prodotti tas-sajd sabiex il-kriterju jiġi allinjat mal-istandard il-ġdid tal-Codex Alimentarius u l-opinjoni tal-EFSA. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (2) għandha tiġi emendata wkoll.

(5)

Il-pjan normali għat-teħid tal-kampjuni għall-preżenza tal-istamina fil-prodotti tas-sajd jikkonsisti minn disa’ kampjuni li jeħtieġu ħafna materjal tal-kampjuni. In-nota ta’ qiegħ il-paġna 18 i tas-sikurezza tal-ikel 1.26 għall-prodotti tas-sajd tiddikjara li jistgħu jittieħdu kampjuni individwali fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. F’dawn il-każijiet, il-grupp kollu m’għandux jitqies mhux sikur minħabba riżultat ta’ kampjun wieħed. Madankollu, jekk wieħed mid-disa’ kampjuni analizzati jinstab li jkun ‘il fuq minn M il-grupp kollu għandu jitqies mhux sikur. Dan għandu jkun ukoll il-każ meta kampjuni singoli jinstabu li jkunu ogħla minn M. Konsegwentement, huwa xieraq li n-nota ta’ qiegħ il-paġna (18) tiġi emendata. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (18) għandha tiġi applikata wkoll għaż-żewġ kriterji tas-sikurezza tal-ikel 1.26 u 1.27.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(3)  Il-Codex Alimentarius standard għal Zalza tal-Ħut (CODEX STAN 302 – 2011).

(4)  The EFSA Journal 2011; 9(10):2393.


ANNESS

Il-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringiela 1.27 tinbidel b’dan li ġej:

“1.27

Prodotti tas-sajd, ħlief dawk fil-kategorija tal-ikel 1.27a, li kellhom trattament ta’ maturazzjoni tal-enżimi fl-imluħa, immanifatturati minn speċi ta’ ħut li huma assoċjati ma’ ammont għoli ta’ istidina (17)

Istamina

9 (18)

2

200  mg/kg

400  mg/kg

HPLC (19)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta’ żmien ta’ skadenza tagħhom”

(2)

Ir-ringiela 1.27 a li ġejja, hi miżjuda:

“1.27a

Zalza tal-ħut prodotta permezz ta’ fermentazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

Istamina

1

400  mg/kg

HPLC (19)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta’ żmien ta’ skadenza tagħhom”

(3)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 tinbidel b’dan li ġej:

“(2)

Għall-punti 1.1-1.25, 1.27a u 1.28 m = M.”

(4)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna 18 tinbidel b’dan li ġej:

“(18)

Kampjuni individwali jistgħu jittieħdu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. F’każ bħal dan is-suppożizzjoni stipulata fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li skontha l-grupp kollu għandu jitqies mhux sikur, ma għandhiex tapplika, sakemm ir-riżultat ma jkunx ogħla minn M.”

(5)

Taħt l-intestatura “Interpretazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar” l-aħħar paragrafu tat-test li għandu x’jaqsam mal-Istamina fi prodotti tas-sajd jinbidel b’dan li ġej:

“Istamina fi prodotti tas-sajd:

 

Istamina fi prodotti tas-sajd minn speċijiet tal-ħut assoċjati ma’ ammont għoli tal-istidina ħlief għal zalza tal-ħut prodotta permezz ta’ fermentazzjoni ta’ prodotti tas-sajd:

sodisfaċenti, jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

1.

il-valur medju osservat ikun ≤ m

2.

massimu ta’ valuri c/n osservati jkunu bejn m u M

3.

l-ebda valur osservat ma jeċċedi l-limitu ta’ M,

mhux sodisfaċenti, jekk il-valur medju osservat jeċċedi m jew iktar mill-valuri c/n jkunu bejn m u M jew wieħed jew iktar mill-valuri osservati jkun/u > M.

 

L-istamina fiz-zalza ħut prodotta permezz ta’ fermentazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

sodisfaċenti, jekk il-valur osservat ikun ≤ mil-limitu,

sodisfaċenti, jekk il-valur osservat ikun > mil-limitu.”


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1020/2013

tat-23 ta’ Ottubru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

37,2

MK

47,7

ZZ

42,5

0707 00 05

MK

58,9

TR

119,2

ZZ

89,1

0709 93 10

TR

147,7

ZZ

147,7

0805 50 10

AR

87,9

CL

90,0

IL

100,2

TR

80,3

ZA

101,2

ZZ

91,9

0806 10 10

BR

228,3

TR

173,2

ZZ

200,8

0808 10 80

CL

142,9

IL

85,8

NZ

177,4

US

168,1

ZA

112,8

ZZ

137,4

0808 30 90

CN

64,2

TR

125,4

US

165,9

ZZ

118,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Ottubru 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, fir-rigward tal-modifika ta’ kodiċijiet HS u kodiċijiet tal-imballaġġ

(2013/524/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1) (il-“Konvenzjoni”) jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni imwaqqaf mill-Konvenzjoni sabiex jirrakkomanda u jadotta, permezz ta’ deċiżjonijiet, emendi għall-Konvenzjoni u l-Appendiċi tagħha.

(2)

Fis-26 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Dognanali adotta Rakkomandazzjoni li temenda n-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata. Bħala konsegwenza ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni, fl-1 ta’ Jannar 2012 ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (2) daħal fis-seħħ u ssostitwixxa l-kodiċi HS 1701 11 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 1701 13 u 1701 14, kif ukoll il-kodiċi HS 2403 10 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 2403 11 u 2403 19.

(3)

Minħabba s-sostituzzjoni tal-kodiċijiet HS 1701 11 and 2403 10 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1006/2011, dawk il- kodiċijiet għandhom jiġu emendati wkoll fl-Anness I (Merkanzija li tinvolvi riskju ogħla ta’ frodi) għall-Appendiċi I għall-Konvenzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti ħarġet reviżjoni 8.1 tar-Rakkomandazzjoni Nru 21 dwar, inter alia, kodiċijiet tal-imballaġġ. Huwa għalhekk neċessarju li l-lista ta’ kodiċijiet tal-imballaġġ li tinsab fl-Anness A2 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni tiġi adattata f’konformità ma’ dik ir-reviżjoni.

(5)

Billi l-format tal-kodiċiiet tal-imballaġġ inbidel minn alphabetic2 (a2) għal alphanumeric2 (an2), it-Tip/Tul tat-tip ta’ tal-pakki (kaxxa 31) previst fl-Anness A1 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni għandu wkoll jiġi emendat skont dan.

(6)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda proposta għandha tiġi determinata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li tikkonċerna l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2013 mill-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Jista’ jintlaħaq qbil dwar bidliet żgħar għall-abbozz ta’ Deċiżjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni wara li jkunu debitament infurmaw lilll-Kunsill.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni msemmija fl-Artikolu 1, meta tiġi adottata, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 291).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/2013 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IT-TRANŻITU KOMUNI

ta’

li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tas-26 ta’ Ġunju 2009 tal-Kunsill għall-Koperazzjoni Doganali emendat in-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata. Bħala konsegwenza, fl-1 ta’ Jannar 2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (2) daħal fis-seħħ u ssostitwixxa l-kodiċi HS 170111 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 170113 u 170114, u l-kodiċi HS 240310 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 240311 u 240319.

(2)

Konsegwentement, il-kodiċijiet HS korrispondenti speċifikati fil-lista ta’ merkanzija li tinvolvi riskju ogħla ta’ frodi fl-Anness I għall-Appendiċi I għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Konvenzjoni”) għandhom jiġu emendati skont dan.

(3)

Minħabba verżjoni l-ġdida tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-reviżjoni 8.1, dwar, inter alia, il-kodiċijiet tal-imballaġġ, huwa xieraq li l-Anness A2 għall-Appendiċi III għall- Konvenzjoni jiġi adattat skont dan.

(4)

Billi l-format tal-kodiċijiet tal-pakketti inbidel minn alphabetical2 (a2) għal alphanumeric2 (an2), it-Tip/Tul tat-tip ta’ pakki (kaxxa 31) fl-Anness A1 tgħall-Appendiċi III għall- Konvenzjoni għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

L-emendi proposti jwasslu għal allinjament tad-dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu komuni mad-dispożizzjonijiet tal-UE dwar it-tranżitu.

(6)

Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għandha emendata kif stipulat fl-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-emendi stipulati fil-punt 1 tal-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012.

L-emendi stipulati fl-Appendiċi fil-punti 2 u 3 tal-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul fi ….,

Għall-Kumitat Konġunt UE-EFTA

dwar it-tranżitu komuni

Il-President


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382 - 386).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).

Appendiċi

1.

L-Anness I għall-Appendiċi I għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

(i)

Ir-ringiela għall-Kodiċijiet HS “1701 11, 1701 12, 1701 91, 1701 99” hija sostitwita b’dan li ġej:

“1701 12

1701 13

1701 14

1701 91

1701 99

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f’forma solida:

7 000  kg

 

—”;

(ii)

Ir-ringiela għall-Kodiċi HS “2403 10” hi sostwita b’dan li ġej:

“2403 11

2403 19

Tabakk tat-tipjip, kemm jekk fih sostituti ta’ tabakk f’kull proporzjon kif ukoll jekk ma fihx

35  kg

 

—”;

2.

L-iskrizzjoni “Tip ta’ pakki (kaxxa 31):It-Tip/Tul a2 Il-kodiċijiet tal-imballaġġ ippreżentati fl-Anness A2 għandhom ikunu użati.” fl-Anness A1 għall-Appendiċi III għal-Konvenzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tip ta’ pakketti

(kaxxa 31)

Tip/Tul: an2

 

Il-kodiċijiet tal-pakketti msemmija fl-Anness A2 għandhom ikunu użati.”.

3.

Il-Punt 5 tal-Anness A2 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KODIĊI TAL-IMBALLAĠĠ

(Rakkommandazzjoni UN/KEE Nru 21/Rev. 8.1 tat-12 ta’ Lulju 2010)

Erosol

AE

Ampolla, mhux protetta

AM

Ampolla, protetta

AP

Atomizzatur

AT

Borża

BG

Borża, reċipjent flessibbli

FX

Borża, tal-ixkora tal-ġuta

GY

Borża, kbira ħafna

JB

Borża, kbira

ZB

Borża, b’aktar minn saff wieħed

MB

Borża, tal-karta

5M

Borża, tal-karta, b’aktar minn ġenb wieħed

XJ

Borża, tal-karta, b’aktar minn ġenb wieħed, reżistenti għall-ilma

XK

Borża, tal-plastik

EC

Borża, b’film tal-plastik

XD

Borża, polybag

44

Borża, super lott

43

Borża, tat-tessut

5L

Borża, tat-tessut, li ma tnixxix

XG

Borża, tat-tessut, reżistenti għall-ilma

XH

Borża, tat-tessut, mingħajr kisja/inforra minn ġewwa

XF

Borża, kbira għax-xirja

TT

Borża, minsuġa bil-plastik

5H

Borża, tal-plastik minsuġ,ma jnixxix

XB

Borża, tal-plastik minsuġ, reżistenti għall-ilma

XC

Borża, tal-plastik minsuġ, mingħajr kisja/inforra minn ġewwa

XA

Balla, ikkumpressata

BL

Balla, mhux ikkumpressata

BN

Ballun

AL

Bużżieqa, mhux protetta

BF

Bużżieqa, protetta

BP

Virga

BR

Bittija

BA

Bittija, tal-injam

2C

Bittija, tal-injam, bit-tapp

QH

Bittija, tal-injam bl-għatu jinqala’

QJ

Vireg, f’lott/mazz/marbutin bċinturin

BZ

Friskatur

BM

Basket

BK

Basket, bil-maqbad, tal-kartun

HC

Basket, bil-maqbad, tal-plastik

HA

Basket, bil-maqbad, tal-injam

HB

Ċinturin

B4

Landa

BI

Blokka

OK

Bord

BD

Bord, f’gozz/mazz/marbutin b’ċinturin

BY

Rukkell

BB

Bolt

BT

Flixkun, gass

GB

Flixkun, mhux protett, għamla ta’ basla

BS

Flixkun, mhux protett, ċilindriku

BO

Flixkun, protett, għamla ta’ basla

BV

Flixkun, protett ċilindriku

BQ

Kaxxa tal-fliexken/xtilliera tal-fliexken

BC

Kaxxa

BX

Kaxxa, aluminju

4B

Kaxxa, Commonwealth Handling Equipment Pool (Ġabra ta’ Apparat ta’ Maniġġ tal-Commonwealth) (CHEP), Eurobox

DH

Kaxxa, fibreboard

4G

Kaxxa, għal likwidi

BW

Kaxxa, injam naturali

4C

Kaxxa, plastik

4H

Kaxxa, plastik, espandut

QR

Kaxxa, plastik, solidu

QS

Kaxxa, plywood

4D

Kaxxa, injam rikostitwit

4F

Kaxxa, azzar

4 A

Kaxxa, tal-injam, injam naturali, ordinarju

QP

Kaxxa, tal-injam, injam naturali, bi ġnub li ma jnixxux

QQ

Barmil

BJ

Oġġetti mhux ippakkjati, gass (f’1 031 mbar u 15 °C)

VG

Oġġetti mhux ippakkjati, gass likwifikat (f’temperatura/pressjoni mhux normali)

VQ

Oġġetti mhux ippakkjati, likwidi

VL

Oġġetti mhux ippakkjati, metall skreppjat

VS

Oġġetti mhux ippakkjati, partikoli solidi, irqaq (‘trabijiet’)

VY

Oġġetti mhux ippakkjati, solidi, partikoli granulari (‘frak’)

VR

Oġġetti mhux ippakkjati, solidi, partikoli kbar (‘noduli’)

VO

Mazz

BH

Sorra

BE

Sorra, tal-injam

8C

Bittija kbira (Butt)

BU

Gaġġa

CG

Gaġġa, Commonwealth Handling Equipment Pool (Ġabra ta’ Apparat ta’ Maniġġ tal-Commonwealth) (CHEP)

DG

Gaġġa, romblu

CW

Landa, ċilindrika

CX

Landa, rettangolari

CA

Landa, b’manku u żennuna

CD

Kaxxetta tal-landa

CI

Kanvas

CZ

Kapsula

AV

Damiġġjana (carboy), mhux protetta,

CO

Damiġġjana, protetta

CP

Kartonċina

CM

Karrettun, ċatt

FW

Kartun

CT

Kartriġġ

CQ

Kaxxetta

CS

Kaxxetta, karozza

7 A

Kaxxetta, isotermika

EI

Kaxxetta, qafas

SK

Kaxxetta, azzar

SS

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit

ED

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, kartun

EF

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, metall

EH

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, plastik

EG

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, tal-injam

EE

Kaxxetta, tal-injam

7B

Bittija (Cask)

CK

Senduq (Chest)

CH

Żingla

CC

Kaxxa bl-għatu b’ċirniera (clamshell)

AI

Senduq (Coffer)

CF

Tebut

CJ

Kojl

CL

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ

6P

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’ċestun tal-aluminju

YR

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-aluminju

YQ

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’pakkett tal-plastik li jespandi

YY

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-fibra

YW

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’kaxxa tal-fibreboard

YX

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-plywood

YT

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’pakkett tal-plastik solidu

YZ

Imballaġġ kompost, reċipjent f’kaxxa ta’ ċestun tal-azzar

YP

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-azzar

YN

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’ħamper tal-qasab

YV

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’kaxxa tal-injam

YS

Imballaġġ kompost, f’reċipjent tal-plastik

6H

Imballaġġ kompost, f’reċipjent tal-plastik f’ċestun tal-aluminju

YD

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-aluminju

YC

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-fibra

YJ

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-fibreboard

YK

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-plastik

YL

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-plywood

YH

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-plywood

YG

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-plastik solida

YM

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa ta’ ċestun tal-azzar

YB

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-azzar

YA

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-injam

YF

Kon

AJ

Kontenitur, flessibbli

1F

Kontenitur, ta’ gallun

GL

Kontenitur, tal-metall

ME

Kontejner, mhux speċifikat mod ieħor bħala apparat tat-trasport

CN

Barra tal-kontejner

OU

Għata

CV

Ċestun

CR

Ċestun, birra

CB

Ċestun, lott, kartun

DK

Ċestun, lott, plastik

DL

Ċestun, lott, tal-injam

DM

Ċestun, bil-qafas

FD

Ċestun, frott

FC

Ċestun, tal-metall

MA

Ċestun, ħalib

MC

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, kartun

DC

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, plastik

DA

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, tal-injam

DB

Ċestun, baxx

SC

Ċestun, tal-injam

8B

Kavetta

CE

Tazza

CU

Ċilindru

CY

Damiġġjana (Demijohn), mhux protetta

DJ

Damiġġjana (Demijohn), protetta

DP

Dispenser

DN

Drum

DR

Drum, aluminju

1B

Drum, aluminju, bl-għatu ma jinqalax

QC

Drum, aluminju, bl-għatu jinqala’

QD

Drum, fibra

1G

Drum, ħadid

DI

Drum, tal-plastik

IH

Drum, plastik, bl-għatu ma jinqalax

QF

Drum, plastik, bl-għatu jinqala’

QG

Drum, plywood

1D

Drum, azzar

1 A

Drum, azzar, mhux bl-għatu jinqala’

QA

Drum, azzar, bl-għatu jinqala’

QB

Drum, tal-injam

1 W

Envelopp

EN

Envelopp, azzar

SV

Filmpack

FP

Bittija żgħira

FI

Flask

FL

Flexibag

FB

Flexitank

FE

Reċipjent tal-ikel

FT

Reċipjent jissakkar tal-ikel

FO

Frejm

FR

Travu

GI

Travi, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

GZ

Ħamper

HR

Ganċ (hanger)

HN

Bittija kbira tal-birra

HG

Lingotta

IN

Lingotti, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

IZ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi

WA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju

WD

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju, likwidu

WL

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju, taħt pressjoni > 10 kPa

WH

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost

ZS

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, likwidi

ZR

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, taħt pressjoni

ZP

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, solidi

ZM

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, likwidi

ZQ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, taħt pressjoni

ZN

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, solidi

PLN

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, fibreboard

ZT

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, flessibbli

ZU

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall

WF

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, likwidu

WM

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, għajr azzar

ZV

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, pressjoni 10 kpa

WJ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam naturali

ZW

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam naturali, infurrat minn ġewwa

WU

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, karta, b’aktar minn ġenb wieħed

ZA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, karta, b’aktar minn ġenb wieħed, reżistenti għall-ilma

ZC

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, film tal-plastik

WS

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plywood

ZX

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plywood, infurrat minn ġewwa

WY

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam rikostitwit

ZY

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam rikostitwit, infurat minn ġewwa

WZ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu

AA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, likwidi

ZK

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, taħt pressjoni

ZH

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, solidu

ZF

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, likwidi

ZJ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, taħt pressjoni

ZG

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, solidi

ZD

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar

WC

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar, likwidu

WK

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar, taħt pressjoni > 10 kpa

WG

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut mingħajr kisja/inforra

WT

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, miksi

WV

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, miksi u infurrat

WX

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, infurrat

WW

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, miksi

WP

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, miksi u infurrat

WR

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, b’inforra

WQ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, mingħajr kisja/inforra

WN

Vażett

JR

Jerrycan, ċilindrika

JY

Jerrycan, plastik

3H

Jerrycan, plastik, bl-għatu ma jinqalax

QM

Jerrycan, plastik, bl-għatu jinqala’

QN

Jerry-can, rettangolari

JC

Jerry-can, azzar

3 A

Jerry-can, azzar, mhux bl-għatu ma jinqalax

QK

Jerry-can, azzar, bl-għatu jinqala’

QL

Buqar

JG

Borża tal-ġuta

JT

Kartell żgħir

KG

Kitt

KI

Kaxxetta kbira u li tiflaħ għall-ġarr

LV

Zokk maqtugħ

LG

Zkuk, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

LZ

Lott

LT

Kaxxa tal-injam għall-ġarr ta’ frott u ħaxix

LU

Bagalji

LE

Tapit żgħir

MT

Kaxxa tas-sulfarini

MX

Definita b’mod reċiproku

ZZ

Bejta

NS

Xibka

NT

Xikba, tubu, plastik

NU

Xibka, tubu, tessut

NV

Mhux disponibbli

NA

Octabin

OT

Imballaġġ

PK

Imballaġġ, kartun, b’toqob għal ħakma soda tal-fliexken

IK

Imballaġġ, displej, kartun

IB

Imballaġġ, displej, metall

ID

Imballaġġ, displej, plastik

IC

Imballaġġ, displej, tal-injam

IA

Imballaġġ, fluss

IF

Imballaġġ, imgeżwer fil-karta

IG

Imballaġġ, turija

IE

Pakkett (Packet)

PA

Satal

PL

Pelit

PX

Pelit, 100 ċm × 110 ċm

AH

Pelit, AS 4068-1993

OD

Pelit, kaxxa Magħquda ma’ kaxxa miftuħa u pelit

PB

Pelit, CHEP 100 cm × 120 cm

OC

Pelit, CHEP 40 ċm × 60 ċm

OA

Pelit, CHEP 80 ċm × 120 ċm

OB

Pelit, ISO T11

OE

Pelit, modulari, għenuq 80 ċm × 100 ċm

PD

Pelit, modulari, għenuq 80 ċm × 120 ċm

PE

Pelit, modulari, għenuq 80 ċm × 60 ċm

AF

Pelit, shrink-wrapped

AG

Pelit, triwall

TW

Pelit, tal-injam

8 A

Taġen

P2

Pakkett (Parcel)

PC

Pinna

PF

Biċċa

PP

Kanna

PI

Kanen, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PV

Żir

PH

Tavla

PN

Twavel, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PZ

Plejt

PG

Plejts, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PY

Pjattaforma, il-piż jew id-dimensjoni mhux speċifikati

OF

Borma

PT

Borżetta

PO

Kannestru

PJ

Xtilliera

RK

Xtilliera, spalliera

RJ

Reċipjent, fibra

AB

Reċipjent, ħġieġ

GR

Reċipjent, metall

MR

Reċipjent, karta

AC

Reċipjent, plastik

PR

Reċipjent, imgeżwer fil-plastik

MW

Reċipjent, tal-injam

AD

Rednet

RT

Rukkell

RL

Anella

RG

Virga

RD

Vireg, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

RZ

Romblu

RO

Qartas

SH

Xkora

SA

Xkora, b’aktar minn ġenb wieħed

MS

Kaxxetta ta’ baħri

SE

Sett

SX

Folja

ST

Folja, tgeżwira tal-plastik

SP

Sheet metal

SM

Folji, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

SZ

Shrinkwrapped

SW

Balzi

SI

Ċangatura

SB

Tubu li fih jinżammu l-vireg

SY

Folja karti bejn żewġ folji

SL

Dussies

SD

Ħajt ta’ rukkell

SO

Bagalja

SU

Pillola

T1

Kontejner tank, ġeneriku

TG

Tank, ċilindriku

TY

Tank, rettangolari

TK

Kaxxetta tat-te

TC

Tierce (bittija)

TI

Landa

TN

Trej

PU

Trej, b’oġġetti ċatti stivati b’mod orizzontali

GU

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, kartun

DV

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, plastik

DS

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, polystyrene

DU

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, tal-injam

DT

Trej, riġidu, stivabbli b’għatu (CEN TS 14482:2002)

IL

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, kartun

DY

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, trej tal-plastik

DW

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, tal-injam

DX

Kaxxa kbira u li tiflaħ għall-ġarr ta’ oġġetti

TR

Qatta

TS

Tnell

TB

Tnell, b’għatu

TL

Tubu

TU

Tubu, li jista’ jitgħaffeġ

TD

Tubu, b’żennuna

TV

Tubi, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

TZ

Bittija kbira tal-birra

TO

Tajer

TE

Mhux fil-gaġġa

UC

Unità

UN

Mhux ippakkjat jew imballat

NE

Unitajiet multipli, mhux ippakkjati jew imballati

NG

Unità singola, mhux ippakkjata jew imballata

NF

Ippakkjat f’vakwu

VP

Vanpack

VK

Tank (vat)

VA

Vettura

VN

Kunjett

VI

Flixkun tal-qasab

WB”.


24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/71


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ottubru 2013

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda

(2013/525/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fuq talba tal-Irlanda, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Irlanda permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE (2) bħala sostenn għal programm ekonomiku u ta’ riforma b’saħħtu biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja, bil-għan li l-ekonomija tmur lura għal sitwazzjoni ta’ tkabbir sostenibbli, u bil-għan li tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fl-Irlanda, fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni.

(2)

Il-Kummissjoni temmet l-għaxar reviżjoni tal-programm ta’ riforma ekonomika Irlandiża fl-10 ta’ Lulju 2013.

(3)

Tenħtieġ estenzjoni qasira tal-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza finanzjarja biex din tkun tippermetti li ssir valutazzjoni komprensiva u intera tal-konformità tal-programm fil-qafas tar-reviżjoni finali b’diliġenza dovuta u biex tiżgura li d-deċiżjoni dwar ir-rilaxx tal-aħħar pagament tkun tista’ tipproċedi f’waqtha.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-assistenza finanzjarja għandha tkun disponibbli għal tliet snin u xahrejn, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.”.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE tas-7 ta’ Diċembru 2010 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 34).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/72


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 394/11/COL

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li temenda, għat-tlieta u tmenin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ sostenn favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA ("L-AWTORITÀ"),

Billi:

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dan ikun previst espliċitament fil-Ftehim jew fil-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li hu meħtieġ,

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' sostenn favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (1),

Din il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar għajnuna mill-Istat madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kollha skont l-objettiv ta’ omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim taż-ŻEE,

Skont il-punt II taħt it-titolu "ĠENERALI" fil-paġna 11 tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jkunu jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,

L-Awtorità kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Istati tal-EFTA permezz ta' ittri bid-data tad-2 ta' Diċembru 2011 dwar dan is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati bl-introduzzjoni ta’ kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' sostenn favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja.

Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-verżjoni Ingliża ta’ din id-deċiżjoni hija l-unika waħda meqjusa bħala awtentika.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7.


ANNESS

L-APPLIKAZZJONI, MILL-1 TA’ JANNAR 2012, TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL MIŻURI TA’ SOSTENN FAVUR IL-BANEK FIL-KUNTEST TAL-KRIŻI FINANZJARJA

1.   Introduzzjoni

(1)

Sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja globali fil-ħarifa tal-2008, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) adottat erba' settijiet ta' Linji Gwida (1) li jipprovdu gwida dettaljata dwar il-kriterji għall-kompatibbiltà ta’ appoġġ mill-Istat lill-istituzzjonijiet finanzjarji (2) mar-rekwiżiti tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"). Il-Kapitli tal-Linji Gwida kkonċernati huma l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali preżenti (3) (il-Linji Gwida dwar il-Banek); ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u l-protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni bla bżonn (4) (il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni); it-trattament ta' assi danneġġati fis-settur bankarju taż-ŻEE (5) (“Il-Linji Gwida dwar l-Assi Danneġġati”) u r-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (6) (“Il-Linji Gwida għar-Ristrutturar”). Tlieta minn dawk l-erba' Linji Gwida, il-Linji Gwida Bankarji, il-Linji Gwida għar-Rikapitalizzazzjoni u l-Assi Danneġġati, jistabilixxu l-prerekwiżiti għall-kompatibbiltà tat-tipi ewlenin ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati tal-EFTA – garanziji fuq l-obbligazzjonijiet, ir-rikapitalizzazzjonijiet u l-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi – filwaqt li l-Linji Gwida għar-Ristrutturar jispjegaw il-karatteristiċi partikolari li jrid ikollu pjan ta’ ristrutturazzjoni (jew pjan ta’ vijabbiltà) fil-kuntest speċifiku ta’ għajnuna mill-Istat relatata ma’ kriżi mogħtija lill-banek fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Fit-2 ta' Marzu 2011, l-Awtorità adottat il-ħames sett ta' Linji Gwida dwar l-applikazzjoni, wara l-1 ta' Jannar 2011, tar-regoli dwar l-gћajnuna mill-Istat dwar miżuri ta' sostenn favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjara (7) (il-Linji Gwida ta' Estensjoni). Il-Linji Gwida ta' Estensjoni estendew il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar – l-unika waħda mill-erba' Linji Gwida li kellha data ta' skadenza speċifika – b'kundizzjonijiet emendati sal-31 ta' Diċembru 2011. L-Awtorità indikat ukoll fil-Linji Gwida ta' Estensjoni li hija kienet tqis li r-rekwiżiti sabiex l-għajnuna mill-Istat tiġi approvata skont l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, li, f’każi eċċezzjonali, jipprovdi għal għajnuna sabiex jiġi rrimedjat tħarbit serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru tal-EU jew ta' Stat tal-EFTA, kienu għadhom sodisfatti u li l-Linji Gwida dwar il-Banek, dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u dwar l-Assi Danneġġati kienu se jibqgħu fis-seħħ biex jipprovdu gwida dwar il-kriterji għall-kompatibilità ta' għajnuna relatata mal-kriżi lill-banek fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tat-Trattat taż-ŻEE.

(3)

L-aggravazzjoni tat-tensjonijiet fis-swieq tad-dejn sovran li kien hemm fl-2011 poġġiet lis-settur bankarju fiż-ŻEE taħt pressjoni li qed tiżdied, partikolarment f'termini ta' aċċess għal swieq ta' finanzjament fuq perjodu ta' żmien. Il-"pakkett bankarju", li kien hemm ftehim dwaru mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fil-laqgħa tagħhom tas-26 ta' Ottubru 2001 (8), għandu l-għan li jerġa' jġib fiduċja fis-settur permezz ta' garanziji fuq finanzjar fuq terminu ta' żmien medju u tal-ħolqien ta' protezzjoni kapitali temporanja li tammonta għal proporzjon mill-kapital ta' 9 % f'kapital tal-ogħla kwalità wara li tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni tas-suq tal-iskoperturi għad-dejn sovran. Minkejja dawk il-miżuri, l-Awtorità tqis li r-rekwiżiti għall-għajnuna mill-Istat li għandha tiġi approvata skont l-Artikolu 61(3)(b) se jibqgħu jkunu ssodisfati wara tmiem l-2011.

(4)

Għaldaqstant, il-Linji Gwida dwar il-Banek, dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u dwar l-Assi Danneġġati se jibqgħu fis-seħħ wara l-31 ta' Diċembru 2011. Bl-istess mod, l-ambitu temporali tal-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar qiegħed jiġi estiż għal wara l-31 ta' Diċembru 2011 (9). L-Awtorità se tissorvelja s-sitwazzjoni u se tieħu passi lejn regoli aktar permanenti ta' għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-banek, fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, malli l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu jippermettu dan.

(5)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-pakkett bankarju u sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-profil tar-riskju tal-banek minn meta bdiet il-kriżi, ikun tajjeb li r-regoli jiġu ċċarati u aġġornati ulterjorment f'ċerti rispetti. Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu l-emendi neċessarji għall-parametri għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat lill-banek relatata mal-kriżi sa mill-1 ta' Jannar 2012. B’mod partikolari, dawn il-Linji Gwida:

(a)

jissupplimentaw il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, billi jipprovdu gwida aktar dettaljata dwar l-iżgurar ta' remunerazzjoni adegwata għal strumenti kapitali mingħajr redditu fiss;

(b)

jispjegaw kif l-Awtorità se twettaq valutazzjoni proporzjonata tal-vijabbiltà fit-tul tal-banek fil-kuntest tal-pakkett bankarju; kif ukoll

(c)

jintroduċu metodoloġija riveduta biex jiġi żgurat li d-drittijiet li għandhom jitħallsu għal garanziji fuq obbligazzjonijiet tal-banek ikunu suffiċjenti biex l-għajnuna involuta tkun limitata għall-minimu, bl-għan li jiġi żgurat li l-metodoloġija tqis id-differenzjazzjoni akbar tal-marġnijiet tas-swap ta' inadempjenza tal-kreditu (credit default swap – CDS) fi żminijiet reċenti u l-impatt tal-marġnijiet tas-CDS tal-Istat tal-EFTA kkonċernat.

2.   L-ipprezzar u l-kundizzjonijiet għal rikapitalizzazzjonijiet mill-istat

(6)

Il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni jipprovdu gwida ġenerali dwar l-ipprezzar ta' injezzjonijiet ta' kapital. Dik il-gwida hija mmirata prinċipalment lejn l-istrumenti tal-kapital b'remunerazzjoni fissa.

(7)

Fid-dawl tal-bidliet regolatorji u l-ambjent tas-suq li qed jinbidel, l-Awtorità tantiċipa li l-injezzjonijiet ta' kapital tal-Istat fil-futur jistgħu iseħħu l-aktar fil-forma ta' ishma b'remunerazzjoni varjabbli. Ikun tajjeb li jkun hemm kjarifika tar-regoli dwar l-ipprezzar ta' injezzjonijiet ta' kapital peress li r-remunerazzjoni għal ishma tkun fil-forma ta' dividendi u qligħ kapitali (li ma jkunx hemm ċertezza dwarhom), li jagħmel diffiċli l-valutazzjoni diretta ex ante tar-remunerazzjoni fuq strumenti bħal dawn.

(8)

L-Awtorità, għaldaqstant, se tivvaluta r-remunerazzjoni ta' injezzjonijiet ta' kapital bħal dawn fuq il-bażi tal-prezz tal-ishma meta jinħarġu. L-injezzjonijiet tal-kapital għandhom ikunu sottoskritti bi skont suffiċjenti għall-prezz tal-ishma (wara aġġustament għall-"effett ta' dilwizzjoni" (10)) immedjatament qabel it-tħabbir tal-injezzjoni ta' kapital biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli ta' remunerazzjoni adegwata għall-Istat (11).

(9)

Għal banek elenkati, il-prezz referenzjarju tal-ishma għandu jkun il-prezz tas-suq ikkwotat ta' ishma bi drittijiet ekwivalenti għal dawk tal-ishma li jkunu qed jinħarġu. Għal banek mhux elenkati, ma hemmx prezz tas-suq bħal dan u l-Istati tal-EFTA għandhom jużaw approċċ ta' valutazzjoni xieraq ibbażat fuq is-suq (inkluż approċċ ta' grupp ta' pari P/E jew metodoloġiji ta' valutazzjoni oħra li huma ġeneralment aċċettati). L-ishma għandhom ikunu sottoskritti bi skont approprjat għal dak il-valur tas-suq (jew ibbażat fuq is-suq).

(10)

Jekk l-Istati tal-EFTA jissottoskrivu għal ishma mingħajr drittijiet ta' vot, jista' jkun meħtieġ skont ogħla, li d-daqs tiegħu għandu jirrifletti l-grad ta' differenza fl-ipprezzar bejn l-ishma bil-vot u dawk mingħajr vot fil-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq.

(11)

Miżuri ta' rikapitalizzazzjoni jridu jkunu jinkludu inċentivi approprjati għall-banek biex jieqfu jieħdu l-appoġġ mill-Istat malajr kemm jista' jkun. Għal dak li għandu x'jaqsam ma' ishma b'remunerazzjoni varjabbli, jekk l-inċentivi għat-tmiem ikunu mfassla b'tali mod li jillimita l-potenzjal ta' żieda għall-Istat tal-EFTA, pereżempju billi jinħarġu ċertifikati lill-azzjonisti eżistenti li jippermettulhom li jixtru lura l-ishma li jkunu għadhom kemm inħarġu mill-Istat bi prezz li jimplika qligħ annwali raġonevoli għall-Istat, ikun meħtieġ skont ogħla li jirrifletti l-limitu fuq il-potenzjal ta' żieda.

(12)

Fil-każijiet kollha, id-daqs tal-iskont irid jirrifletti d-daqs tal-injezzjoni kapitali fil-konfront tal-kapital ewlieni tal-livell wieħed eżistenti. Nuqqas ikbar ta' kapital fil-konfront tal-kapital eżistenti jindika riskju akbar għall-Istat, u għaldaqstant jirrikjedi skont ogħla.

(13)

L-istrumenti ibridi għandhom fil-prinċipju jkunu jinkludu "mekkaniżmu alternattiv ta' ħlas tal-kupuni" (alternative coupon satisfaction mechanism – ACSM) li bih il-kupuni li ma jkunux jistgħu jitħallsu bi flus kontanti, jitħallsu lill-Istat fil-forma ta' ishma li jinħarġu ġodda.

(14)

L-Awtorità se tkompli titlob lill-Istati tal-EFTA jippreżentaw pjan ta' ristrutturazzjoni (jew aġġornament ta' pjan ta' ristrutturazzjoni eżistenti) fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Awtorità li tawtorizza l-għajnuna għas-salvataġġ għal kwalunkwe bank li jirċievi appoġġ pubbliku fil-forma ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni jew miżuri dwar assi danneġġati. Fejn bank kien is-suġġett ta' deċiżjoni ta' salvataġġ preċedenti skont ir-regoli dwar il-kompatibilità tal-għajnuna lill-banek mal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE, kemm jekk bħala parti mill-istess operazzjoni ta' ristrutturazzjoni u kemm jekk le, l-Awtorità tista' tirrekjedi li l-pjan ta' ristrutturazzjoni jiġi ppreżentat fi żmien perjodu li jkun iqsar minn sitt xhur. L-Awtorità se twettaq valutazzjoni proporzjonata tal-vijabbiltà fit-tul tal-banek, billi tikkunsidra bis-sħiħ l-elementi li jindikaw li l-banek jistgħu jkunu vijabbli fit-tul mingħajr ma jkunu jeħtieġu ristrutturazzjoni sinifikanti, b'mod partikolari meta n-nuqqas ta' kapital ikun essenzjalment marbut ma' kriżi ta' fiduċja fid-dejn sovran, l-injezzjoni ta' kapital pubbliku tkun limitata għall-ammont neċessarju biex jiġi kkumpensat telf li jirriżulta mill-ipprezzar ta' bonds sovrani tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE skont il-valur fis-suq f'banek li altrimenti jkunu vijabbli, u l-analiżi tkun turi li l-banek inkwistjoni ma jkunux ħadu riskju eċċessiv fl-akkwist tad-dejn sovran.

3.   L-ipprezzar u l-kundizzjonijiet għal garanziji tal-istat

(15)

Il-banek jistgħu jgawdu minn garanzija tal-Istat għall-ħarġa ta' strumenti ġodda ta' dejn, kemm jekk garantiti u kemm jekk le, bl-eċċezzjoni ta' strumenti li jikkwalifikaw bħala kapital. Peress li l-pressjoni fuq il-finanzjament tal-banek hija kkonċentrata fuq is-swieq ta' finanzjament fuq perjodu ta' żmien, il-garanziji tal-Istat għandhom ġeneralment ikopru biss id-dejn b'maturità ta' bejn sena u ħames snin (seba' snin fil-każ ta' bonds koperti).

(16)

Minn meta bdiet il-kriżi, l-ipprezzar tal-garanziji tal-Istat kien marbut mal-marġni medjana tas-swap ta' inadempjenza tal-kreditu (credit default swap – CDS) tal-benefiċjarju matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Awwissu 2008. Dak l-ipprezzar żdied b'effett mill-1 ta' Lulju 2010 biex jirrifletti aħjar il-profil tar-riskju tal-benefiċjarji individwali (12).

(17)

Sabiex titqies id-differenzjazzjoni akbar skont ir-riskju tal-marġnijiet ta' CDS tal-banek fi żminijiet reċenti, dik il-formula ta' pprezzar għandha tiġi aġġornata biex tirreferi għal marġnijiet ta' CDS medjani matul perjodu ta' tliet snin li jispiċċa xahar qabel ma jingħataw il-garanziji. Billi ż-żidiet fil-marġnijiet tas-CDS fi snin reċenti huma parzjalment dovuti għal influwenzi li mhumiex speċifiċi għal banek individwali, b'mod partikolari t-tensjonijiet li qed jiżdiedu fis-swieq tad-dejn sovran u ż-żieda globali fil-perċezzjoni tar-riskju fis-settur bankarju, dik il-formula għandha tiżola r-riskju intrinsiku ta' banek individwali minn bidliet f'marġnijiet tas-CDS tal-Istati taż-ŻEE u tas-suq kollu kemm hu. Dik il-formula għandha wkoll tirrifletti l-fatt li l-garanziji fuq bonds koperti jesponu l-garanti għal riskju sostanzjalment aktar baxx minn garanziji fuq dejn mhux garantit.

(18)

Skont il-prinċipji msemmija fil-paragrafu 17, il-formula riveduta tal-ipprezzar li tinsab fl-Anness tistabbilixxi d-drittijiet minimi għal garanziji li għandhom japplikaw meta l-garanziji tal-Istat jingħataw fuq bażi nazzjonali, mingħajr ma jkun hemm kondiviżjoni tal-garanziji fost l-Istati tal-EFTA. L-Awtorità se tapplika dik il-formula għall-garanziji kollha tal-Istat fuq obbligazzjonijiet tal-banek b'maturità ta' sena jew aktar, li jkunu nħarġu fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara.

(19)

Fejn il-garanziji jkopru obbligazzjonijiet li ma jkunux denominati fil-munita domestika tal-garanti, għandu japplika dritt addizzjonali biex jiġi kopert ir-riskju tal-kambju li jkun ħa l-garanti.

(20)

Fejn ikun neċessarju li garanziji jkopru dejn b'maturità ta' anqas minn sena, l-Awtorità se tkompli tapplika l-formula eżistenti ta' pprezzar, li tinsab fl-Anness. L-Awtorità mhijiex se tawtorizza garanziji li jkopru dejn b'maturità ta' anqas minn tliet xhur ħlief f'każijiet eċċezzjonali meta garanziji bħala dawn ikunu meħtieġa għall-istabbiltà finanzjarja. F'każijiet bħal dawn, l-Awtorità se tivvaluta r-remunerazzjoni xierqa fid-dawl tal-ħtieġa għal inċentrivi xierqa biex is-sostenn mill-istat jintemm mill-aktar fis possibbli.

(21)

Jekk l-Istati tal-EFTA jiddeċiedu li jistabbilixxu arranġamenti għall-kondiviżjoni ta' garanziji fuq obbligazzjonijiet tal-banek, l-Awtorità se tirrevedi l-gwida tagħha f'dan id-dawl, biex b'mod partikolari tiżgura li tingħata influwenza lill-marġnijiet tas-CDS tal-Istati tal-EFTA biss sal-punt li dawn jibqgħu rilevanti.

(22)

Biex l-Awtorità tkun tista' tivvaluta l-applikazzjoni fil-prattika tal-formula riveduta tal-ipprezzar, l-Istati tal-EFTA għandhom jindikaw, meta jinnotifikaw skemi ta' garanziji ġodda jew estiżi, dritt indikattiv għal kull bank eliġibbli li jgawdi minn dawk il-garanziji, ibbażat fuq applikazzjoni tal-formula bl-użu ta' dejta reċenti tas-suq. L-Istati tal-EFTA għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Awtorità, fi żmien tliet xhur minn kull ħarġa ta' bonds garantiti, id-dritt għall-garanzija attwalment impost fil-konfront ta' kull ħarġa ta' bonds garantiti.


(1)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Arikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokol 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, ("il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat"), adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19.1.1994, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘l quddiem imsemmi l-ĠU) L 231 tat-03.09.1994 u s-Supplement taż-ŻEE Nru 32, 03.09.1994, p. 1. Il-Linji Gwida ġew emendati l-aħħar fit-02.03.2011. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websjat tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(2)  Għall-konvenjenza tal-qarrej, f'dan id-dokument qed issir referenza għal istituzzjonijiet finanzjarji bħala sempliċement "banek".

(3)  Disponibbli hawnhekk: http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16604&1=1

(4)  Disponibbli hawnhekk: http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16015&1=1

(5)  Disponibbli hawnhekk: http://www.eftasurv.int/?1=1&showLinkID=16585&1=1

(6)  Disponiblbi hawnhekk: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VIII—Return-to-viability-and-the-assessment-of-restructuring-measures-in-the-financial-sector.pdf

(7)  Disponibbli hawnhekk: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-VIII—Financial-Crisis-Guidelines-2011.pdf

(8)  Dikjarazzjoni tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-UE tas-26.10.2011, (http://www.consilium.europa-.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/ec/125621.pdf).

(9)  B'konsistenza mal-prattika preċedenti tal-Awtorità, skemi eżistenti jew ġodda ta' appoġġ lill-banek (irrispettivament mill-istrumenti ta' sostenn li jinkludu: garanziji, rikapitalizzazzjoni, likwidità, għajnuna għall-assi danneġġati, oħrajn) se jiġu estiżi jew approvati biss għal sitt xhur sabiex ikun possibbli li jsiru aġġustamenti ulterjuri, jekk meħtieġa, f'nofs l-2012.

(10)  L-"effett ta' dilwizzjoni" jista' jiġi kkwantifikat bl-użu ta' tekniki tas-suq li ġeneralment huma aċċettati (pereżempju l-prezz teoretiku bi dritt (theoretical ex-rights price – TERP)).

(11)  Jekk l-Istati tal-EFTA jissottoskrivu l-ħruġ ta' ishma, għandu jitħallas dritt adegwat għas-sottoskrizzjoni mill-istituzzjoni li toħroġ tali ishma.

(12)  Ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tat-30.4.2010 dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal skemi ta' garanzija mill-gvern li jkopru dejn tal-banek li joħorġu tat-30.6.2010 (http://ec.europa.eu/competition/state_aid/studies_reports/phase_out_bank_guarantees.pdf).

Appendiċi

Garanziji li jkopru dejn b'maturità ta' sena jew aktar

It-dritt għall-garanzija għandu, bħala minimu, ikun is-somma ta':

1)

dritt bażiku ta' 40 punt bażi (bp); kif ukoll

2)

dritt ibbażat fuq ir-riskju ekwivalenti għar-rizultat tal-multiplikazzjoni ta' 40 punt bażi ma' metriku tar-riskju magħmul minn (i) nofs il-proporzjon tal-marġni medjan ta' CDS tal-benefiċjarju bi prijorità ta' ħames snin mifrux fuq it-tliet snin li jispiċċaw xahar qabel id-data tal-ħruġ tal-bond garantit mal-livell medjan tal-indiċi ta' ħames snin tal-iTraxx Europe Senior Financials matul l-istess perjodu ta' tliet snin, flimkien ma' (ii) nofs il-proporzjon tal-marġni medjan ta' CDS bi prijorità ta' ħames snin tal-Istati kollha taż-ŻEE mal-marġni medjan ta' CDS bi prijorità ta' ħames snin mifrux fuq l-istess perjodu ta' tliet snin tal-Istat tal-EFTA li jagħti l-garanzija.

Il-formula għad-dritt għall-garanzija tista' tiġi espressa bħala:

Formula

li fiha A huwa l-marġni medjan tas-CDS bi prijorità ta' ħames snin tal-benefiċjarju, B huwa l-medjan tal-indiċi ta' ħames snin tal-iTraxx Europe Senior Financials, C huwa l-marġni medjan tas-CDS bi prijorità ta' ħames snin tal-Istati kollha taż-ŻEE, u D huwa l-marġni medjan tas-CDS bi prijorità ta' ħames snin tal-Istat tal-EFTA li jagħti l-garanzija.

Il-medjani huma kkalkulati fuq it-tliet snin li jispiċċaw xahar qabel il-ħruġ tal-bond garantit.

Fil-każ ta' garanziji għal bonds koperti, id-dritt għall-garanzija jista' jqis biss nofs id-dritt ibbażat fuq ir-riskju kkalkulat skont il-punt (2) ta' hawn fuq.

Banek mingħajr dejta rappreżentattiva dwar is-CDS

Fil-każ ta' banek mingħajr dejta dwar is-CDS, jew mingħajr dejta rappreżentattiva dwar is-CDS, iżda bi klassifikazzjoni ta' kreditu, għandu jiġi dderivat marġni tas-CDS ekwivalenti mill-valur medjan ta' marġnijiet tas-CDS ta' ħames snin matul l-istess perjodu kampjun għall-kategorija tal-ikklassifikar tal-bank ikkonċernat, ibbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-banek il-kbar fl-Istati taż-ŻEE. L-awtorità ta' sorveljanza se tivvaluta jekk id-dejta dwar is-CDS ta' bank tkunx rappreżentattiva.

Fil-każ ta' banek mingħajr dejta dwar is-CDS u mingħajr klassifikazzjoni ta' kreditu, għandu jiġi dderivat marġni tas-CDS ekwivalenti mill-valur medjan ta' marġnijiet tas-CDS ta' ħames snin matul l-istess perjodu kampjun għall-aktar kategorija baxxa tal-ikklassifikar (1), ibbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-banek il-kbar fl-Istati taż-ŻEE. Il-marġni kkalkulat tas-CDS, għal din il-kategorija ta' banek, tista' tiġi adattata fuq il-bażi ta' valutazzjoni superviżorja.

L-Awtorità se tiddetermina l-kampjuni rappreżentattivi tal-banek il-kbar fl-Istati taż-ŻEE.

Garanziji li jkopru dejn b'maturità ta' inqas minn sena

Minħabba li l-marġnijiet tas-CDS ma jipprovdux kejl adegwat tar-riskju ta' kreditu għal dejn b'maturità ta' inqas minn sena, id-dritt għal garanzija għal dejn bħal dan għandu bħala minimu jkun is-somma ta':

1)

dritt bażiku ta' 50 punt bażi; kif ukoll

2)

dritt ibbażat fuq ir-riskju ta' 20 punt bażi għal banek bi klassifikazzjoni ta' A+ jew A, 30 punt bażi għal banek bi klassifikazzjoni ta' A–, jew 40 punt bażi għal banek bi klassifikazzjoni taħt l-A– jew mingħajr klassifikazzjoni.


(1)  L-aktar kategorija baxxa tal-ikklassifikar hija l-kategorija A, minħabba li ma hemmx biżżejjed dejta disponibbli għall-kategorija tal-ikklassifikar BBB.