ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.272.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 272

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
12 ta' Ottubru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013 tal-10 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 972/2013 tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Μεσσαρά (Messara) (DPO)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 973/2013 tal-10 ta’ Ottubru 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni għal isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Nürnberger Bratwürste/Nürnberger Rostbratwürste (IĠP)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013 dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti min-Nikaragwa

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 975/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013 dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mil-Ħonduras

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 976/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013 dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membru tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi ħdan kwoti għal ċerti prodotti mill-Panama

25

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 977/2013 tal-11 ta' Ottubru 2013 dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mill-Amerika Ċentrali

31

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 978/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Sklandrausis (STG)]

33

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 979/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, rigward il-livelli li jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il- mandolin u s-satsumas, il-klementini, il-qaqoċċ, il-larinġ, il-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini

35

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 980/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

37

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 981/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2014 skont ċerti kwoti tal-GATT

39

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2013/49/UE tal-11 ta’ Ottubru 2013 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ( 1 )

41

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/496/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Ottubru 2013 dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK tal-10 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

46

 

 

2013/498/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2013 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarju mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta’ emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer f’pajjiżi terzi ġirien (notifikata bid-dokument C(2013) 6540)

47

 

 

2013/499/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2013 dwar miżura meħuda mill-Ġermanja skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva Nru 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ mini-ATV tat-tip HB-ATV49Q-Electric manifatturata minn Huabao Electric Appliance Co. Ltd. (notifikata bid-dokument C(2013) 6552)  ( 1 )

55

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 971/2013

tal-10 ta’ Ottubru 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u jipprevedi, fost l-oħrajn, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma miżmumin jew ikkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX għal dak ir-Regolament.

(2)

Fi 10 ta’ Ottubru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/497/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u tipprevedi kriterji tal-elenkar aġġustati biex jiġu inklużi persuni u entitajiet li li jkunu evadew jew kisru l-miżuri restrittivi.

(3)

Dik il-miżuri taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentaha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artiklu 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:,

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)

hija persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li evada jew kiser, jew assista lil persuna, entità jew korp elenkat biex jevadi jew jikser id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK jew tal-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010);".

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)

huma membru tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) jew persuna ġuridika, entità jew korp proprjetà ta' jew ikkontrollat mill-IRGC jew minn wieħed jew aktar mill-membri tiegħu, jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxi f'isimhom, jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jipprovdu assigurazzjoni jew servizzi essenzjali oħra lill-IRGC, jew lil entitajiet propjetà ta' jew ikkontrollati minnhom jew li jaġixxu f'isimhom";

(c)

il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e)

huma persuna ġuridika, entità jew korp li huwa proprjetà ta' jew ikkontrollat mill-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL), jew li jaġixxu f'isimhom jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxi f'isimhom, jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jipprovdu assigurazzjoni jew servizzi essenzjali oħra lill-IRISL, jew lil entitajiet propjetà ta' jew ikkontrollati minnhom jew li jaġixxu f'isimhom.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. SINKEVIČIUS


(1)   ĠU 195, 27.7.2010. p. 39.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2020 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(3)  Ara paġna 46 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 972/2013

tad-9 ta’ Ottubru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Μεσσαρά (Messara) (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Greċja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Μεσσαρά” (Messara) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Μεσσαρά” (Messara) għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 396, 21.12.2012, p. 24.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Il-kategorija 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

IL-GREĊJA

Μεσσαρά (Messara) (DPO)


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 973/2013

tal-10 ta’ Ottubru 2013

li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni għal isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Nürnberger Bratwürste/Nürnberger Rostbratwürste (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mill-Ġermanja għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1257/2003 (2).

(2)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-emenda fid-deskrizzjoni tal-prodott.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda inkwistjoni u ddeċidiet li hija ġustifikata. Billi l-emenda hija minuri, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” hija b’dan emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II ta’ dan ir-Regolament fih id-Dokument Uniku konsolidat li jistabbilixxi l-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 177, 16.7.2003, p. 3.


ANNESS I

L-emenda li ġejja fl-ispeċifikazzjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” ġiet approvata:

It-test li ġej għandu jiżdied mad-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni wara “laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi”: Laħam xaħmi, partikolarment majjal taż-żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar u xaħam tad-dahar.

1.   

Il-ħtieġa għall-emenda nqalgħet b’riżultat tar-regoli l-ġodda b’rabta mat-tikkettar tal-ingredjenti ta’ oġġetti tal-ikel (Dikjarazzjoni Kwantitattiva tal-Ingredjenti – QUID) introdotti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE tas-26 ta’ Novembru 2001 li temenda d-Direttiva dwar it-Tikkettar, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel. L-Anness I tad-Direttiva dwar it-Tikkettar issa jistipula li ingredjent jista’ jkun deskritt bħala “...-laħam” biss jekk ma jaqbiżx kontenut ta’ xaħam u ta’ nsiġ ta’ ċelloli konnettivi kif speċifikati. Għal-laħam tal-majjal, il-kontenut ta’ xaħam ma għandhux jaqbeż 30 % u l-kontenut ta’ nsiġ ta’ ċelloli konnettivi 25 %. Ingredjent li jaqbeż dan il-valur ta’ limitu għandu jkun deskritt bħala ‘laħam xaħmi’ pereżempju.

Ir-riċetta ta’ “Nürnberger Bratwürste/“Nürnberger Rostbratwürste” tippermetti kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 30 %. L-ispeċifikazzjoni pprovdiet biss għal “laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi”. Skont ir-rekwiżit ta’ QUID, il-kontenut ogħla ta’ xaħam issa għandu jkun indikat fuq l-imballaġġ skont is-Sezzjoni 3(1), Nru 3 tal-Ordni dwar it-Tikkettar ta’ Oġġetti tal-Ikel (Lebensmittel-Kennzeichnungsverordnung (LMKV)). Din l-emenda għal-LMKV skont id-Direttiva ma kinitx s’issa inkluża fir-riċetta jew fl-ispeċifikazzjoni ta’ “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste”. Ir-riċetta u l-ispeċifikazzjoni għandhom, għalhekk, ikunu emendati biex il-prodott jinġieb skont ir-rekwiżiti l-ġodda tat-tikkettar.

L-Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tan-“Nürnberger Bratwürste” (Schutzverband Nürnberger Bratwürste) qablet li teżamina mill-ġdid ir-riċetta u li tniedi l-proċedura tal-emenda tal-ispeċifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/2003 (ref. DPMA 398 99 002.6) fit-28 ta’ Settembru 2006.

2.   

“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” tradizzjonalment jinħadmu miż-żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar jew xaħam tad-dahar skont ir-riċetta li għadddiet minn żmien għal żmien. Dawn l-ingredjenti huma l-aktar li jagħmlu z-zalzett konsistenti u lixx. Mingħajr dawn l-ingredjenti, il-prodott tal-laħam ikkapuljat jinxef konsiderevolment waqt il-qali u jinqasam f’biċċiet. Il-laħam xaħmi huwa wkoll l-aktar li jagħti t-togħma, li ssir aktar qawwija bl-isfumaturi ta’ ħwawar li jagħtu l-ħwawar speċifiċi karatteristiċi tan-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste”.

L-għan tal-lista aktar dettaljata huwa li l-ingredjenti jkunu ċċarati. M’hemmx għarfien komuni tat-terminu “laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi” fost l-esperti fil-qasam fil-Ġermanja. Xi wħud iqisu li “laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi” ma tinkludix laħam xaħmi. Dan ifisser li l-ispeċifikazzjoni ta’ “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” ma kinitx kompleta mill-bidu. Dan huwa sustanzjat b’referenza għal definizzjoni fil-linji gwida dwar ir-Reġistru Ġermaniż tal-Oġġetti tal-Ikel li fih it-termini ‘grob entfettetes Schweinefleisch’ (laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi) u ‘Speck’ (laħam xaħmi) huma ddefiniti separatament.

Dan il-punt fil-linji gwida ma jistax jinftiehem ukoll mill-awtoritajiet superviżorji. L-uffiċċju ta’ spezzjoni tal-Bavarja ta’ Fuq (Landesuntersuchungsanstalt Nordbayern) kien involut ukoll fit-tħejjija tal-ispeċifikazzjoni tal-bidu, u bit-tagħrif li kellu dwar l-ingredjenti, ma qisx li kien hemm ħtieġa li jispeċifika ulterjorment il-komponenti minkejja l-qagħda deskritta fil-qosor hawn fuq. Il-partijiet kollha involuti naturalment assumew li laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi setgħu jinkludu wkoll xi laħam xaħmi. Mod ieħor, ir-riċetta ma setgħetx tikkostitwixxi kontenut ta’ xaħam sa 35 %. Dan il-proporzjon jista’ jintlaħaq biss jekk “laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi” tinkludi xi ħaġa miż-żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar jew xaħam tad-dahar.

Il-proporzjon ta’ laħam xaħmi fir-riċetta huwa ristrett, l-ewwel, bil-limitu ta’ 35 % li japplika għall-kontenut ta’ xaħam. It-tieni, huwa limitat minħabba d-dispożizzjoni li tistipula li proteina tal-laħam li tkun ħielsa minn proteina ta’ nsiġ ta’ ċelloli konnettivi (MPFCP) ma għandhiex tkun anqas minn 12 %. Minħabba li l-kontenut ta’ MPFCP ta’ laħam xaħmi huwa biss ta’ 8 % bħala medja, il-kontenut ogħla ta’ MPFCP ta’ mill-anqas 12 % tal-prodott aħħari jista’ jinkiseb biss flimkien ma’ laħam partikolarment dgħif u ta’ kwalità għolja b’kontenut ta’ MPFCP ‘il fuq sewwa minn 12 %. L-ispeċifikazzjoni ta’ kontenut minimu ta’ MPFCP fir-riċetta, għalhekk, jillimita l-kontenut ta’ laħam xaħmi. Id-definizzjoni tat-terminu “laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi” kif użata fir-riċetta ma jeħtiġilhiex, għalhekk, li tkun interpretata skont il-linji gwida. X’akarx jidher mir-riċetta nfisha li t-terminu huwa użat f’tifsira differenti hawnhekk milli fil-linji gwida.

Barra minn hekk, il-linji gwida ma jorbtux. Huwa rikonoxxut li l-linji gwida ma jirriflettux il-fehmiet ta’ konsumaturi jew ta’ speċjalisti fil-qasam, minħabba li dawn ma kinux intalbu jagħtu l-fehmiet tagħhom meta l-linji gwida tħejjew. X’aktarx li l-linji gwida jirriflettu l-fehmiet ta’ ċerti partijiet interessati. Il-linji gwida fil-fatt huma konsiderevolment differenti minn prattiki tradizzjonali ta’ produzzjoni. Dan kien diġà jidher fit-tħejjija tal-ispeċifikazzjoni ta’ “Nürnberger Bratwürste PGI’/“Nürnberger Rostbratwürste PGI’, minħabba li l-kompożizzjoni ta’ “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” deskritta hawnhekk kienet differenti konsiderevolment mir-riċetta attwali użata lokalment. Għalhekk il-linji gwida kienu emendati wara l-proċess ta’ reġistrazzjoni. Il-prattiki tradizzjonali applikati fil-produzzjoni ta’ “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” għandhom jikkostitwixxu wkoll il-punt ta’ referenza għad-definizzjoni tal-ingredjent “laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi” kif użat fir-riċetta. Hawnhekk l-ingredjenti ‘żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar jew xaħam tad-dahar’ jintużaw b’mod tradizzjonali. F’ġieħ iċ-ċarezza għall-partijiet kollha, l-ingredjenti “laħam xaħmi, partikolarment majjal taż-żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar u xaħam tad-dahar” issa għandhom ikunu elenkati espliċitament fir-riċetta.


ANNESS II

Dokument uniku konsolidat

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)

“NÜRNBERGER BRATWÜRSTE”/“NÜRNBERGER ROSTBRATWÜRSTE”

KE Nru: DE-PGI-0105-0184-28.9.2010

IĠP (X) DPO ()

1.   Isem

“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2

Prodotti tal-laħam (imsajjar, immelllaħ, affumikat, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Zalzett għax-xiwi twil 7-9 cm f’musrana tan-nagħaġ issikkata, imqatta’ medju; tal-piż unitarju nej ta’ madwar 20-25 g;

Kompożizzjoni:

Laħam tal-majjal b’xi xaħam imneħħi, laħam xaħmi, partikolarment majjal taż-żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar u xaħam tad-dahar, mhux mili, mhux imnixxef (bl-eċċezzjoni ta’ Bratwürste ffumikati); it-taħlita ta’ ħwawar tvarja skont ir-riċetta tradizzjonali, il-merdqux speċjalment huwa tipiku; għandu jkun hemm mhux anqas minn 12 % ta’ proteina ta’ laħam ħieles minn proteina ta’ nsiġ ta’ ċelloli konnettivi, u kontenut ta’ xaħam assolut ta’ mhux aktar minn 35 %; il-perċentwali ta’ proteina ta’ laħam ħieles minn proteina ta’ nsiġ ta’ ċelloli konnettivi fil-proteina tal-laħam ma jkunx anqas minn 75 % fil-volum (istometrikalment) u mhux anqas minn 80 % (kimikament).

3.3.   Materja prima (għal prodotti proċessati biss)

Laħam xaħmi, partikolarment majjal taż-żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar u xaħam tad-dahar; il-kontenut ta’ xaħam tal-prodott aħħari huwa limitat għal 35 %; ma għandux ikun hemm anqas minn 12 % ta’ proteina ta’ laħam ħieles minn proteina ta’ nsiġ ta’ ċelloli konnettivi (MPFCP); taħlita ta’ ħwawar, l-aktar merdqux; imsaren tan-nagħaġ.

3.4.   Għalf (għal prodotti li ġejjin minn annimali biss)

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata

L-istadji kollha fil-produzzjoni ta’ “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata. Dawn huma kif ġej:

tnaqqis fil-laħam mitħun u kkapuljat

taħlit tal-laħam imnaqqas u taħlit ma’ ħwawar biex tinħoloq it-taħlita taz-zalzett,

mili tal-imsaren tan-nagħaġ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-belt ta’ Nuremberg.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-produzzjoni ta’ Bratwürste f’Nuremberg hija tradizzjoni ta’ mijiet ta’ snin li hemm provi x’juru li tmur lura għall-1313. It-tnaqqis tipiku fit-tul u fil-piż ta’ “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” imur lura mill-anqas għas-sena 1573. Il-post fejn tinsab Nuremberg fl-intersezzjoni ta’ żewġ rotot importanti tal-kummerċ kien ifisser li f’Nuremberg kien hemm ħwawar mill-lvant għall-produzzjoni taz-zalzett minn żmien bikri.

It-tradizzjoni attwali fil-produzzjoni ta’ Bratwurst f’Nuremberg għandha passat illustri. In-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” kienu apprezzati ħafna minn Goethe u Jean Paul, pereżempju. Bratwurst-Glöcklein fiż-żona ta’ St. Sebald kienet waħda mid-djar pubbliċi l-aktar famużi fil-Ġermanja tas-seklu 19; ma kinitx miftuħa biss għall-aristokratiċi u l-plutokrati, iżda kienet ukoll waqfa essenzjali għal kull min kien iżur il-belt.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

In-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” huma kkaratterizzati mill-għamla żgħira tagħhom mhux tas-soltu u mill-ħjiel tal-merdqux. Huma konformi ma’ standard ta’ kwalità għolja li kien ikkontrollat għal ħafna żmien, huma magħrufin lil hinn sewwa mir-reġjun ta’ Nuremberg u għandhom fama tajba ħafna mal-konsumaturi.

Dan huwa rifless fil-fatt li l-programm standard ta’ żjara lill-belt illum jinkludi ikla ta’ “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” f’wieħed mill-ħafna ‘Bratwurstküchen’ jew ‘Wurstbratereien’ fiċ-ċentru tal-belt ta’ Nuremberg.

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

It-tradizzjoni li għandha mijiet ta’ snin ta’ produzzjoni ta’ Bratwurst f’Nuremberg, l-istandard ta’ kwalità għolja li ilu jiġi kkontrollat għal ħafna żmien u l-għamla żgħira mhux tas-soltu għamlu lill-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” magħrufa u apprezzati ħafna mal-Ġermanja kollha u mad-dinja.

L-ispeċjalità ħarġet fil-Belt Imperjali ta’ Nuremberg bħala riżultat tal-post ġeografiku fejn kienet tinsab fl-intersezzjoni ewlenija tar-rotot tal-kummerċ u l-ħwawar mill-Asja tal-Lvant, li introduċew ħwawar bħall-merdqux, in-noċemuskata u l-bżar. Kien minħabba li kien hemm dawn il-ħwawar mill-Asja li l-ewwel nett setgħet issir il-produzzjoni. Minħabba li Nuremberg kienet belt li kellha x’taqsam f’ħafna kummerċ għal distanzi twal u b’għadd ta’ tradizzjonijiet moderni raffinati, hawnhekk kien isir zalzett dejjem aktar iżgħar, aktar raffinat u mħawwar aħjar, li maż-żmien sar il-famuż “Nürnberger Bratwürste”.

Bil-kontra taż-żoni fil-kampanja, sa mill-bidu l-belt saħqet aktar fuq il-kwalità. Filwaqt li l-kwantità kienet minn ta’ quddiem band’oħra, il-prinċipju li fuqu ssawret il-produzzjoni f’Nuremberg kien il-kwalità qabel il-kwantità, u kien dan li ġab miegħu d-daqs żgħir taz-zlazet.

Konformità mar-riċetta u l-kwalità jmorru lura għar-regoli ta’ superviżjoni tal-kunsill tal-belt ta’ Nuremberg. Nuremberg bir-raġun tista’ tippretendi li kellha l-iskema ta’ superviżjoni l-aktar antika għall-oġġetti tal-ikel, li tissemma fil-kodiċi penali li jmur lura għas-sena 1300.

Bil-pubblikazzjoni tar-riċetta, b’eżerċizzju strett ta’ superviżjoni u bir-restrizzjoni tal-produzzjoni għaż-żona tal-belt, il-belt ta’ Nuremberg għenet biex ikun żgurat li l-karattru taz-zalzett ikun indikazzjoni tal-oriġini tiegħu.

Il-konnessjoni maż-żona ġeografika kienet, għalhekk, ibbażata fil-bidu fuq il-post ġeografiku bħala l-intersezzjoni ewlenija tar-rotot tal-ħwawar u tal-kummerċ u fuq l-introduzzjoni bikrija tas-superviżjoni tal-oġġetti tal-ikel. Il-post ġeografiku u s-superviżjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-protezzjoni assoċjata tar-riċetta, għalhekk, irriżultaw fil-kwalità partikolari taz-zalzett. Il-belt imperjali bit-netwerk estensiv tagħha ta’ kummerċ mad-dinja kollha ġabet speċjalità li kienet magħrufa ħafna mill-Medju Evu ’l quddiem. Illum ir-rabta hija bbażata fuq il-fama li tgawdi din l-ispeċjalità li tradizzjonalment hija apprezzata mad-dinja kollha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (2))

Markenblatt Vol. 44 tat-2.11.2007, Parti 7a-bb, p. 20269

https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/142


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(2)  Sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠÜ L 343, 14.12.2012, p. 1).


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 974/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti min-Nikaragwa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra ((minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”).: F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva. Fil-każ ta’ għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A ta’ dak l-Anness jipprovdi għall-possibbiltà ta’ derogi mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II fil-qafas tal-kwoti annwali. Billi l-Unjoni ddeċidiet li tuża dik il-possibiltà, huwa meħtieġ li jiġu provduti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi għall-importazzjonijiet min-Nikaragwa.

(3)

Il-kwoti stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II għandhom jiġu ġestiti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal-benefiċċju mill-konċessjonijiet tat-tariffa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif provdut fil-Ftehim.

(5)

Billi l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II tal-Ftehim, fil-kwoti kif imfissra fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu 1, il-prodotti elenkati fl-Anness ikunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stabbilit fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

NIKARAGWA

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni tal-kwota 09.7105 sa 09.7138, il-volum tal-kwota annwali ma jistax jaqbeż l-għadd li ġej ta’ oġġetti (pari) għas-sena kalendarja rispettiva:

SA

2013

2014

2015

2016

2017

Mill-2018

Unitajiet Totali għal kull sena (kwota globali għal kull sena, limiti għal kull sottotitlu)

3 645 833

9 537 500

10 325 000

11 112 500

11 900 000

12 687 500


Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu tal-kwota

Kwota annwali tal-volum (fi prodotti (pari) jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.7105

6104 23 00

Ensembles tan-nisa jew tal-bniet ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

20 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

54 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

58 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

62 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

66 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

70 000

09.7106

6104 42 00

Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

81 250

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

210 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

226 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

241 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

257 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

273 000

09.7107

6104 43 00

Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

31 250

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

81 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

87 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

93 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

99 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

105 000

09.7108

6104 53 00

Dbielet u dbielet mifrudin tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

12 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

32 400

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

34 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

37 200

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

39 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

42 000

09.7109

6104 63 00

Qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

125 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

324 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

348 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

372 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

396 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

420 000

09.7110

6105 10 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

320 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

831 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

893 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

954 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 016 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 078 000

09.7111

6106 10 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

245 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

637 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

684 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

731 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

778 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

826 000

09.7112

6106 20 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

166 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

432 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

464 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

496 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

528 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

560 000

09.7113

6107 11 00

Qliezet ta’ taħt u briefs, tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

1 495 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

3 877 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

4 164 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

4 451 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

4 738 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

5 026 000

09.7114

6107 12 00

Qliezet ta’ taħt u briefs tal-irġiel jew tas-subien, ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

220 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

572 400

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

614 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

657 200

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

699 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

742 000

09.7115

6108 22 00

Briefs u qliezet ta’ taħt tan-nisa jew tal-bniet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

1 158 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

3 002 400

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

3 224 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

3 447 200

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

3 669 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

3 892 000

09.7116

6109 10 00

T-shirts, flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

1 620 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

4 201 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

4 512 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

4 823 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

5 134 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

5 446 000

09.7117

6109 90

T-shirts, flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ta’ materjali ta’ tessuti li mhumiex qoton,

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 080 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 160 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 240 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 320 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 400 000

09.7118

6203 23

Ilbiesi sħaħ tal-irġiel jew tas-subien, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

20 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

54 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

58 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

62 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

66 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

70 000

09.7119

6203 42

Qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 080 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 160 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 240 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 320 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 400 000

09.7120

6203 43

Qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet tal-irġiel jew tas-subien, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

195 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

507 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

545 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

582 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

620 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

658 000

09.7121

6204 43 00

Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

102 083

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

264 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

284 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

303 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

323 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

343 000

09.7122

6204 44 00

Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri artifiċjali

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

58 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

151 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

162 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

173 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

184 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

196 000

09.7123

6204 62

Qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

570 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 479 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 589 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 698 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 808 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 918 000

09.7124

6204 63

Qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

145 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

378 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

406 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

434 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

462 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

490 000

09.7125

6205 20 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

137 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

356 400

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

382 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

409 200

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

435 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

462 000

09.7126

6207 11 00

Qliezet ta’ taħt u briefs tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

152 083

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

394 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

423 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

452 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

481 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

511 000

09.7127

6207 19 00

Qliezet ta’ taħt u briefs tal-irġiel jew tas-subien, ta’ materjali ta’ tessuti oħrajn

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

22 917

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

59 400

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

63 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

68 200

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

72 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

77 000

09.7128

6207 21 00

Qomos tas-sodda u piġami tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

39 583

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

102 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

110 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

117 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

125 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

133 000

09.7129

6207 22 00

Qomos tas-sodda u piġami tal-irġiel jew tas-subien, ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

8 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

21 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

23 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

24 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

26 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

28 000

09.7130

6207 91 00

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

66 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

172 800

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

185 600

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

198 400

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

211 200

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

224 000

09.7131

6208 21 00

Ilbiesi tas-sodda u piġami tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

41 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

108 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

116 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

124 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

132 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

140 000

09.7132

6208 22 00

Ilbiesi tas-sodda u piġami tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

37 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

97 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

104 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

111 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

118 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

126 000

09.7133

6208 91 00

Flokkijiet ta’ taħt biċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħra, briefs, qliezet ta’ taħt, négligés, ġagagi tal-banju u blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

4 167

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

10 800

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

11 600

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

12 400

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

13 200

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

14 000

09.7134

6208 92 00

Flokkijiet ta’ taħt biċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħra, briefs, qliezet ta’ taħt, négligés, ġagagi tal-banju u blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

4 167

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

10 800

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

11 600

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

12 400

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

13 200

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

14 000

09.7135

6212 10

Riċipettijiet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

12 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

32 400

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

34 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

37 200

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

39 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

42 000

09.7136

6212 20 00

Ċinet u ċinet tal-qliezet ta’ taħt, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

208 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

540 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

580 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

620 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

660 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

700 000

09.7137

6212 30 00

Corselettes, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

8 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

21 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

23 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

24 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

26 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

28 000

09.7138

6212 90 00

Kurpetti, ċineg, suspenders, takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 080 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 160 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 240 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 320 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 400 000


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 975/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mil-Ħonduras

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”). F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva. Fil-każ ta’ għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A ta’ dak l-Anness jipprovdi għall-possibbiltà ta’ derogi mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II fil-qafas tal-kwoti annwali. Billi l-Unjoni ddeċidiet li tuża dik il-possibiltà, huwa meħtieġ li jiġu provduti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi għall-importazzjonijiet mill-Ħonduras.

(3)

Il-kwoti stipulati fl-Appendiċi 2 A tal-Anness II għandhom jiġu ġestiti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal-benefiċċju mill-konċessjonijiet tat-tariffa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif provdut fil-Ftehim.

(5)

Billi l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II tal-Ftehim, fil-kwoti kif imfissra fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu 1, il-prodotti elenkati fl-Anness ikunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stipulat fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

IL-ĦONDURAS

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu tal-kwota

Kwota annwali tal-volum (fi prodotti (pari) jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.7052

6115

Panty hose, tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inkluża maljerijab’kompressjoni ggradwata (per eżempju, kalzetti għal vini varikużi) u ilbiesgħar-riġlejn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

2 916 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

7 000 000

09.7053

6205 20 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

4 583 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

11 880 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

12 760 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

13 640 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

14 520 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

15 400 000

09.7054

6205 30 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

5 729 167

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

14 850 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

15 950 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

17 050 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

18 150 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

19 250 000

09.7055

6205 90

Qomos tal-irġiel jew tas-subien ta’ materjali ta’ tessuti oħrajn

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 080 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 160 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 240 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 320 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 400 000

09.7056

6206 30 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

4 166 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

10 800 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

11 600 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

12 400 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

13 200 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

14 000 000

09.7057

6206 40 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet,ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

5 416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

14 040 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

15 080 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

16 120 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

17 160 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

18 200 000

09.7058

6206 90

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet ta’ materjali ta’ tessuti oħrajn

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 080 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 160 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 240 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 320 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 400 000

09.7059

6212 10

Riċipettijiet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

2 083 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

5 400 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

5 800 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

6 200 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

6 600 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

7 000 000

09.7060

8544 30 00

Settijiet ta’ sistemi ta’ wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta’ sistemi ta’ wajers ta’ tip użat f’vetturi, biċċiet tal-ajru jew bastimenti

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

3 333 tunnellata ta’ piż nett

8544 42

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000  V, mgħammrin b’konnekters

8544 49

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000  V, mhux mgħammrin b’konnekters

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

8 000 tunnellata ta’ piż nett

8544 60

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ ogħla minn 1 000  V


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 976/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membru tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi ħdan kwoti għal ċerti prodotti mill-Panama

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu li tikkonċerna kwistjonijiet ta’ kummerċ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”): F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva. Fil-każ ta’ għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A u ta’ dak l-Anness jipprovdi għall-possibilità ta’ derogi mir-regoli ta’ oriġini spjegati fl-Appendiċi 2 tal-Anness fil-qafas tal-kwoti annwali. Billi l-Unjoni ddeċidiet li tuża dik il-possibiltà, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi għall-importazzjonijiet mill-Panama.

(3)

Il-kwoti stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II għandhom jiġu ġestiti fuq il-bażi ta’ min jasal l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal-benefiċċju mill-konċessjonijiet tat-tariffa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif provdut fil-Ftehim.

(5)

Billi l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament japplika minn dik id-data.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċetnrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), japplikaw għall-kwoti stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 għall-Anness II għall-Ftehim, fi ħdan il-kwoti kif imfissra fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu 1, il-prodotti jridu jkunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif imfisser fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

IL-PANAMA

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Numru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Kwota annwali tal-volum

(f’punti (par) jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.7061

6103 22 00

Ensembles tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

16 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

43 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

47 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

50 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

54 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

58 000

09.7062

6104 22 00

Ensembles tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

16 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

43 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

47 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

50 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

54 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

58 000

09.7063

6106 10 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan- nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

58 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

152 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

165 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

177 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

190 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

203 000

09.7064

6108 21 00

Qliezet ta’ taħt tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

320 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

839 300

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

908 600

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

977 900

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 047 200

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 116 500

09.7065

6109 10 00

T-shirts, flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

458 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 199 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 298 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 397 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 496 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 595 000

09.7066

6110 20

Ġersijiet, pullovers, kardigans, sdieri u oġġetti simili, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

333 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

872 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

944 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 016 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 088 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 160 000

09.7067

6111 20

Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ ta’ trabi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

20 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

54 500

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

59 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

63 500

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

68 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

72 500

09.7068

6115

Panty hose, tajts, kalzetti, peduni u maljerija oħra, inklużi kalzetti għal vini minfuħin u ilbies għar-riġlejn mingħajr qigħan imwaħħlin, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

625 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 500 000

09.7069

6203 22

Ensembles tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

4 167

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

10 900

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

11 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

12 700

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

13 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

14 500

09.7070

6203 42

Qliezet tal-irġiel jew tas-subien, overols b’vavalor u ċ-ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

83 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

218 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

236 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

254 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

272 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

290 000

09.7071

6203 43

Qliezet tal-irġiel jew tas-subien, overols b’vavalor u ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorts ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

41 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

109 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

118 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

127 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

136 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

145 000

09.7072

6205 20 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

41 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

109 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

118 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

127 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

136 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

145 000

09.7073

6206 30 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet ta’ nisa jew ta’ bniet, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

41 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

109 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

118 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

127 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

136 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

145 000

09.7074

6209 20 00

Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ ta’ trabi, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

20 833

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

54 500

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

59 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

63 500

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

68 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

72 500


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 977/2013

tal-11 ta' Ottubru 2013

dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mill-Amerika Ċentrali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”). F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva. Fil-każ ta’ għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A ta’ dak l-Anness jipprovdi għall-possibbiltà ta’ derogi mir-regoli ta’ oriġini spjegati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II fil-qafas tal-kwoti annwali. Billi l-Unjoni ddeċidiet li tuża dik il-possibiltà, huwa meħtieġ li jiġu provduti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi għall-importazzjonijiet mill-Amerka Ċentrali.

(3)

Il-kwoti stabbiliti fl-Appendiċi 2A tal-Anness II għandhom jiġu ġestiti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal-benefiċċju mill-konċessjonijiet tat-tariffi għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif previst fil-Ftehim.

(5)

Minħabba li l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 għall-Anness II tal-Ftehim, fil-kwoti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu 1, il-prodotti jkunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stipulat fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-kwoti stipulati fl-Anness jiġu ġestiti b’konformità mal-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

L-AMERIKA ĊENTRALI

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota

(f’tunnellati ta’ piż nett jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.7014

1604 14 16

Qatgħat tat-tonn mingħajr xewk (fillets) magħrufin bħala “loins”

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

4 000

09.7015

3920

Pjanċi, folji, film, fojl u strixxa oħrajn, ta’ plastiks, mhux ċellulari u mhux rinfurzati, laminati, mirfudin jew hekk magħqudin ma’ materjali oħrajn

Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju

5 000

09.7016

8544 30 00

Settijiet ta’ sistemi ta’ wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta’ sistemi ta’ wajers ta’ tip użat f’vetturi, biċċiet tal-ajru jew bastimenti

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

5 000

8544 42

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000  V, mgħammrin b’konnekters

8544 49

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000  V, mhux mgħammrin b’konnekters

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

12 000

8544 60

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ ogħla minn 1 000  V


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 978/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Sklandrausis (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52, il-paragrafu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2).

(2)

Skont l-Artikolu 8, il-paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba mil-Latvja biex id-denominazzjoni “Sklandrausis” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, id-denominazzjoni “Sklandrausis” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(3)   ĠU C 349, 15.11.2012, p. 23.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Il-kategorija 2.3.   Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini

Il-LATVJA

Sklandrausis (STG)


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 979/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, rigward il-livelli li jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il- mandolin u s-satsumas, il-klementini, il-qaqoċċ, il-larinġ, il-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2010, l-2011 u l-2012, għandhom jiġu adattati l-livelli li jiskattaw id-dazji addizzjonali għall- mandolin u s-satsumas, il-klementini, u l-qaqoċċ mill-1 ta’ Novembru 2013, għal-larinġ mill-1 ta’ Diċembru 2013, u għal-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini mill-1 ta’ Jannar 2014.

(3)

Għaldaqstant jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)   ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Mingħajr ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan- NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Volumi tal-iskattar (f’tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

462 389

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

30 766

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

13 080

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

15 100

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

12 663

78.0100

0709 93 10

Zukkini

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

112 241

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

252 542

78 0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

82 192

78 0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

81 570

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

310 090

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

51 670

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

124 303

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

553 379

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

72 914

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

183 233

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

25 489

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

4 930

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

33 967

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

2 712

78.0280

0809 40 05

Pruni

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

10 441 ”


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/37


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 980/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

49,2

ZZ

49,2

0707 00 05

MK

50,7

TR

121,6

ZZ

86,2

0709 93 10

TR

141,8

ZZ

141,8

0805 50 10

AR

106,6

CL

119,3

IL

100,2

TR

92,4

ZA

112,1

ZZ

106,1

0806 10 10

BR

258,5

MK

32,3

TR

138,6

ZZ

143,1

0808 10 80

AR

101,1

BA

56,1

BR

89,2

CL

153,6

NZ

138,6

ZA

137,6

ZZ

112,7

0808 30 90

AR

199,8

TR

124,7

US

162,0

ZZ

162,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 981/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2014 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS” [Ir-Regolament dwar l-OKS unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kapitolu III, taqsima 2, tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jistabbilixxi l-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qafas tal-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti gruppi ta’ prodotti u kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2014. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti koeffiċjenti ta' allokazzjoni.

(3)

Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati huma għal kwantitajiet iktar baxxi minn dawk disponibbli, huwa xieraq li tkun prevista l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdal b'mod proporzjonali għall-kwantitajiet mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-komunikazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati.

(4)

Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-“16-Tokyo u 16-, 17-, 18-, 20- u 21-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna 5 ta' dan l-Anness.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati mit-"22-, 25-Tokjo u 22-, 25- Urugwaj" fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba.

Il-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fi żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.


ANNESS

Identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2014

(f’kg)

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2

In-numru tan-nota

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

16

Mhux speċifikament previst (NSPF)

16-Tokjo

908 877

0,3080103

 

16-Urugwaj

3 446 000

0,1854822

 

17

Blue Mould

17-Urugwaj

350 000

0,1001430

 

18

Cheddar

18-Urugwaj

1 050 000

0,3431372

 

20

Edam/Gouda

20-Urugwaj

1 100 000

0,1700154

 

21

Tip Taljan

21-Urugwaj

2 025 000

0,1303088

 

22

Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn

22-Tokjo

393 006

 

19,6503000

22-Urugwaj

380 000

 

9,5000000

25

Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn

25-Tokjo

4 003 172

 

3,0793630

25-Urugwaj

2 420 000

 

2,7344632


DIRETTIVI

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/41


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/49/UE

tal-11 ta’ Ottubru 2013

li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20, paragrafu 1, tagħha,

Wara li ġie kkonsultat l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/87/KE, ir-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2010 tal-25 ta’ Jannar 2010 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rappurtaġġ elettroniku tal-bastimenti li jirrapurtaw fin-navigazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (2) jiddefinixxu r-rekwiżiti prinċipali għall-iskambju ta’ sett minimu ta’ dejta tal-buq tal-bastiment fost l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni u l-awtoritajiet tal-RIS.

(2)

Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2006/87/KE, aktar minn 14 000 bastiment ġew assenjati b’Numru ta’ Identifikazzjoni Uniku Ewropew għall-Bastimenti (ENI). L-ammont konsiderevoli ta’ ENIs irendi diffiċli l-iskambju effiċjenti tad-dejta mingħajr l-għodda xierqa. Dan jista’ jwassal għal riskji ogħla ta’ sikurezza matul l-operazzjoni tal-bastiment (ġestjoni tat-traffiku) iżda wkoll għal problemi amministrattivi (eż. għadd doppju fl-istatistiċi). L-ENIs huma maħżuna fit-transponders tas-sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS) Interna skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2007 tat-13 ta’ Marzu 2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi ta’ monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (3) (RIS) sabiex il-bastimenti jkunu jistgħu jiġu identifikati awtomatikament fil-każ li jiġu pprovduti b’ENI.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu din id-dejta b’mod partikolari sabiex jiġi evitat li bastiment wieħed jingħata żewġ ENIs, billi l-awtoritajiet tal-RIS jeħtieġu d-dejta għal diversi applikazzjonijiet tal-RIS, bħal pereżempju li jinżammu djarji dwar il-lock u titħejja l-istatistika dwar il-lock. In-numru ta’ transponders tas-sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS) interna għadu qed jikber b’mod rapidu u b’hekk l-skambju effiċjenti tad-dejta sar essenzjali għall-funzjonament xieraq tal-immaniġġjar tat-traffiku. Reġistru elettroniku ċentrali (bażi tad-dejta dwar il-buq) li miegħu l-awtoritajiet kollha huma konnessi huwa għalhekk meħtieġ biex jinħoloq skambju effiċjenti tad-dejta u jiġi adattat l-Anness ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku.

(4)

Fl-istess waqt, in-numru ta’ awtoritajiet kompetenti li jistgħu joħorġu ċertifikati Komunitarji ta’ navigazzjoni interna żdied b’mod sinifikanti. Fil-preżent, 49 awtorità minn disa’ Stati Membri qed jużaw il-bażi tad-dejta għall-identifikazzjoni ta’ bastiment u l-assenjazzjoni tal-ENI. Dawn l-Awtoritajiet Kompetenti jeħtiġilhom jiksbu informazzjoni affidabbli dwar il-bastiment u ċ-ċertifikat tiegħu għal preparazzjoni ta’ spezzjonijiet tekniċi u għall-ħruġ, it-tiġdid jew l-irtirar ta’ dawn iċ-ċertifikati. Wara li ċ-ċertifikat ikun ġie maħruġ, imġedded jew irtirat l-awtoritajiet l-oħra kollha kompetenti għandhom jiġu infurmati. In-nuqqas ta’ informazzjoni jew informazzjoni żbaljata tista’ tirriżulta f’valutazzjonijiet mhux kompluti mill-awtorità kompetenti, li jistgħu jiddeterminaw xi riskju għas-sikurezza u applikazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/87/KE.

(5)

Iż-żieda fl-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti tal-UE u l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha jiskambjaw l-informazzjoni tagħhom dwar l-assenjazzjoni tal-ENI ma’ Stati Membri oħra għandha impatt negattiv fuq l-iskambju effettiv ta’ informazzjoni bejniethom, li mbagħad tolqot il-ħruġ taċ-ċertifikati skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/87/KE minħabba li huwa possibbli li ż-żewġ ċertifikati jinħarġu bbażati fuq l-istess ENI. Dan jikkuntrasta mas-sitwazzjoni tar-Rhine fejn hemm biss ftit awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati u l-awtoritajiet kollha tar-Rhine huma involuti f’komunikazzjoni attiva bejniethom u b’hekk jagħmlu l-fluss ta’ informazzjoni bejniethom effettiv. L-iskambju effiċjenti ta’ dejta bbażata fuq il-bażi tad-data dwar il-buq għalhekk huwa kundizzjoni neċessarja biex jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta’ sikurezza bejn iċ-ċertifikat Komunitarju ta’ navigazzjoni interna u ċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fir-Rhine.

(6)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-livell ta’ protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-bastimenti jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (5).

(7)

Għalhekk, id-Direttiva 2006/87/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati nazzjonali tal-kaptani għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (6),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 2006/87/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Stati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sena mid-dħul tagħha fis-seħħ. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Kull proċessar ta’ dejta personali għall-għan ta’ din id-Direttiva għandu jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 57, 6.3.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 105, 23.4.2007, p. 35.

(4)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(5)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)   ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.


ANNESS

Fl-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE, l-Artikolu 2.18(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 5 għandhom idaħħlu mingħajr dewmien kull Numru ta’ Identifikazzjoni Uniku Ewropew għall-Bastimenti assenjat, id-dejta għall-identifikazzjoni tal-bastiment stabbilit fl-Appendiċi IV kif ukoll kwalunkwe bidliet fir-reġistru elettroniku miżmum mill-Kummissjoni (“il-bażi tad-dejta dwar il-buq”). Din id-dejta tista’ tintuża mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Mannheim, għall-iskop uniku li jitwettqu miżuri amministrattivi għaż-żamma tas-sigurtà u l-iffaċilitar tan-navigazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 2.02 sa 2.15 u l-Artikolu 2.18 (3) ta’ dan l-Anness kif ukoll l-Artikoli 8, 10, 11, 12, 15, 16 u 17 ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità jew dik nazzjonali, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità tat-tagħrif mibgħut lilhom skont din id-Direttiva u għandhom jużaw dan it-tagħrif konformement ma’ din id-Direttiva.

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), b’mod partikolari l-Artikoli 25 jew 26, u biss fuq bażi ta’ każ każ. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiżgura li t-trasferiment ikun neċessarju għall-fini msemmija fis-subparagrafu 1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-dejta lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

It-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali mill-Kummissjoni għandhom jitwettqu sakemm ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jiġu ssodisfati u abbażi ta’ każ każ biss. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-trasferiment ikun neċessarju għall-fini msemmija fis-subparagrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali ma tittrasferixxix id-dejta lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali sakemm ma tingħata l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni.


(*1)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(*2)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.” ”


DEĊIŻJONIJIET

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/44


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Ottubru 2013

dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll

(2013/496/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta’ Mejju 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Tfassal Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji dwar is-sustanza psikoattiva ġdida 5-(2-aminnopropil)indol skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI milll-Kumitat Xjentifiku estiż taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) matul sessjoni speċjali, u sussegwentement intbagħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fis-16 ta’ April 2013.

(2)

Is-sustanza 5-(2-aminnopropil)indol hija derivattiv sintetiku tal-indol sostitwit fin-naħa tal-fenil fis-sistema taċ-ċrieki tal-indol. Jidher li hija sustanza stimulanti li jista’ jkollha wkoll effetti alluċinoġeniċi. 5-(2-aminnopropil)indol nstab l-aktar f’forma ta’ trab, iżda wkoll f’forma ta’ pilloli u kapsuli. Huwa kummerċjalment disponibbli fuq l-Internet u minn “head shops”, imqiegħed fis-suq bħala “kimika għar-riċerka”. Instab ukoll f’kampjuni ta’ prodott mibjugħ bħala “stimulant legali” imsejjaħ “Benzo Fury”, u f’pilloli li jixbħu l-ecstasy.

(3)

L-informazzjoni u d-dejta eżistenti jissuġġerixxu li t-tossiċità akuta ta’ 5-(2-aminnopropil)indol tista’ tipprovoka effetti negattivi fil-bniedem bħal pereżempju t-takikardija u l-ipertermija, u tista’ wkoll tikkawża mydriasis, aġitazzjoni u tregħid. 5-(2-aminnopropil)indol jista’ jinteraġixxi ma’ sustanzi oħra, inklużi prodotti mediċi u stimulanti li jaġixxu fuq is-sistema monoaminerġika. Huwa diffiċli li jiġu determinati l-effetti fiżiċi speċifiċi ta’ 5-(2-aminnopropil)indol fil-bniedem għaliex ma hemmx studji ppublikati li jivvalutaw it-tossiċità akuta u kronika tiegħu, l-effetti psikoloġiċi u ta’ mġiba, jew il-potenzjal tad-dipendenza, u minħabba l-iskarsità ta’ informazzjoni u dejta disponibbli.

(4)

Kien hemm total ta’ 24 każijiet ta’ mewt irreġistrati f’erba’ Stati Membri minn April sa Awwissu 2012, li fir-rigward tagħhom 5-(2-aminnopropil)indol waħdu, jew flimkien ma’ sustanzi oħra, ġie inidividwat f’kampjuni meħuda post mortem. Filwaqt li mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza r-rwol ta’ 5-(2-aminnopropil)indol fl-imwiet kollha, f’xi każijiet ġie speċifikament imniżżel fil-kawża tal-mewt. Jekk din is-sustanza psikoattiva ġdida issir aktar disponibbli u tibda tintuża aktar, l-implikazzjonijiet għas-saħħa individwali u pubblika jistgħu jkunu sinifikanti. Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji soċjali li jġib miegħu 5-(2-aminnopropil)indol.

(5)

Disa’ pajjiżi Ewropej irrappurtaw lill-EMCDDA u lill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) li huma sabu 5-(2-aminnopropil)indol. L-ebda dejta dwar il-prevalenza ma hija disponibbli dwar l-użu ta’ 5-(2-aminnopropil)indol, iżda mill-informazzjoni limitata li teżisti jidher li jista’ jiġi kkunsmat f’ambjenti simili bħala stimulanti oħra, bħal fid-dar, fil-bars u n-nightclubs jew fil-festivals tal-mużika.

(6)

Ma hemm l-ebda informazzjoni li tissuġġerixxi li 5-(2-aminnopropil)indol huwa manifatturat fl-Unjoni, u ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi l-involviment tal-kriminalità organizzata fil-manifattura, it-tqassim jew il-provvista ta’ din is-sustanza psikoattiva ġdida.

(7)

Is-sustanza 5-(2-aminnopropil)indol ma għandha l-ebda valur jew użu mediku magħruf, stabbilit jew rikonoxxut, u ma hemm l-ebda awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li tkopri din is-sustanza psikoattiva ġdida fl-Unjoni. Minbarra l-użu tiegħu bħala standard ta’ referenza analitiku u fir-riċerka xjentifika, ma hemm l-ebda indikazzjoni li qed jintuża għal skopijiet oħra.

(8)

Is-sustanza 5-(2-aminnopropil)indol ma kinitx, u attwalment mhijiex, taħt valutazzjoni mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, kif definita fid-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Żewġ Stati Membri jikkontrollaw din is-sustanza psikoattiva ġdida taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom bis-saħħa tal-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971. Ħames pajjiżi Ewropej japplikaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar sustanzi psikoattivi ġodda, oġġetti perikolużi jew mediċini biex jikkontrollaw 5-(2-aminnopropil)indol.

(9)

Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji juri li hemm evidenza xjentifika limitata disponibbli fuq 5-(2-aminnopropil)indol u jindika li aktar riċerka tkun meħtieġa biex jiġu determinati r-riskji għas-saħħa u dawk soċjali li dan iġib miegħu. Madankollu, l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli jipprovdu raġuni suffiċjenti biex 5-(2-aminnopropil)indol jiġi soġġett għal miżuri ta’ kontroll fl-Unjoni. Bħala riżultat tar-riskji għas-saħħa li dan iġib miegħu, kif iddokumentat permezz tal-iskoperta tiegħu f’diversi każijiet rappurtati ta’ mewt, il-fatt li l-utenti jistgħu bla ma jafu jikkunsmawh, u n-nuqqas ta’ valur jew użu mediku 5-(2-aminnopropil)indol għandu jkun soġġett għal miżuri tal-kontroll fl-Unjoni.

(10)

Billi sitt Stat Membru diġà jikkontrollaw 5-(2-aminnopropil)indol permezz ta’ tipi differenti ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, il-fatt li din is-sustanza tiġi soġġetta għal miżuri ta’ kontroll fl-Unjoni jgħin biex tiġi evitata li joħorġu ostakli għall-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi u dik ġudizzjarja, u jipproteġi lill-utenti mir-riskji li jista’ jġib miegħu l-konsum tiegħu.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI jirriżerva s-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill biex jippermetti l-forniment ta’ rispons rapidu, bbażat fuq kompetenza esperta, fil-livell tal-Unjoni għall-ħruġ ta’ sustanzi psikoattivi ġodda misjuba u rrappurtati mill-Istati Membri, billi jissottometti dawk is-sustanzi għal miżuri ta’ kontroll fl-Unjoni kollha. Billi ġew issodisfati l-kondizzjonijiet u l-proċedura biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta’ tali setgħat ta’ implimentazzjoni, għandha tiġi adottata deċiżjoni ta’ implimentazzjoni sabiex 5-(2-aminnopropil)indol jitqiegħed taħt kontroll fl-Unjoni kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanza psikoattiva ġdida 5-(2-aminnopropil)indol hija b’dan issuġġettata għal miżuri ta’ kontroll fl-Unjoni kollha.

Artikolu 2

Sat-13 ta' Ottubru 2014, l-Istati Membri se jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, biex 5-(2-aminnopropil)indol jiġi ssuġġettat għal miżuri ta’ kontroll u pieni kriminali, kif stipulat fil-leġiżlazzjoni tagħhom b’mod konformi mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BERNATONIS


(1)   ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/497/PESK

tal-10 ta’ Ottubru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1).

(2)

Il-kriterji għan-nomina fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni fl-Unjoni u għall-iffriżar ta' fondi, li jkopru persuni u entitajiet li jkunu assistew persuni jew entitajiet nominati sabiex jevadu jew jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti relevanti jew tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, għandhom jiġu aġġustati sabiex jinkludu persuni u entitajiet li jkunu huma nnfushom evadew jew kisru daw id-dispożiozzjonijiet.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni 2010/413/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 19(1), il-punt (b) jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

persuni oħrajn mhux koperti mill-Anness I li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma', jew jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, anke permezz ta' involviment fl-akkwist tal-oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjal u teknoloġija pprojbita, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew persuni li evadew jew kisru, jew għenu lil persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru, id-dispożizzjonijiet ta’ UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010) jew din id-Deċiżjoni, kif ukoll membri oħra tal-IRGC u persuni li jaġixxu f'isem l-IRGC jew l-IRISL, u persuni li jipprovdu assigurazzjoni jew servizzi essenzjali oħra lill-IRGC u lill-IRISL, jew lil entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li jaġixxu f'isimhom, kif elenkati fl-Anness II;”.

(2)

Fl-Artikolu 20(1), il-punt (b) jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness I li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma', jew jipprovdu appoġġ għal, attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż permezz ta' involviment fl-akkwist tal-oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjal u teknoloġija pprojbita, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċti, jew persuni u entitajiet li evadew jew kisru, jew għenu lil persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru, id-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif ukoll membri oħra u entitajiet tal-IRGC u l-IRISL u entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew persuni u entitajiet li jipprovdu assigurazzjoni jew servizzi essenzjali oħra lill-IRGC u l-IRISL, jew lil entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, kif elenkati fl-Anness II;”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. SINKEVIČIUS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar id-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/47


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Ottubru 2013

li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarju mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta’ emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer f’pajjiżi terzi ġirien

(notifikata bid-dokument C(2013) 6540)

(It-testi bl-Estonjan, il-Latvjan, il-Litwan u l-Polakk biss huma awtentiċi)

(2013/498/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u partikolarment l-Artikolu 84 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer (ASF) hija marda virali u infettiva, normalment waħda fatali, li tolqot lil ħnieżer domestiċi u slavaġ, u tikkawża disturbi serji lill-kummerċ ġewwa l-Unjoni stess u lill-esportazzjoni mill-istess Unjoni lejn pajjiżi terzi ta’ ħnieżer ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali tal-ispeċi tal-porċini.

(2)

Wara l-konferma tal-ASF fil-Ġeorġja fl-2007, il-marda nfirxet għall-Federazzjoni Russa fejn bosta tifqigħat ta’ dik il-marda ġew irrappurtati fil-ħnieżer u ċ-ċingjali slavaġ fil-parti Ewropea kollha tar-Russja. Barra minn hekk, f’Ġunju 2013, il-Belarus irrappurtat il-konferma ta’ tifqigħa tal-ASF fil-ħnieżer domestiċi fir-reġjun ta’ Grodno, madwar 40 kilometru mill-fruntiera Litwana u qrib il-fruntiera mal-Polonja.

(3)

Is-sitwazzjoni tal-ASF fil-pajjiżi bil-konfini mal-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi theddida diretta lil azjendi agrikoli tal-ħnieżer fi ħdan l-Unjoni, minħabba li l-vajrus jista’ jiddaħħal fl-Istati Membri li għandhom il-fruntieri tagħhom ma’ pajjiżi terzi infettati permezz taċ-ċingjal salvaġġ li jidħol fit-territorju tal-Unjoni minn żoni infettati, iżda wkoll permezz ta’ vetturi li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u għalf jew bl-introduzzjoni mhux awtorizzata fl-Unjoni ta’ prodotti derivati minn annimali tal-ispeċi tal-porċini.

(4)

Ir-riskju tal-introduzzjoni tal-ASF fl-Unjoni huwa ogħla għall-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja minħabba l-okkorrenza u l-evoluzzjoni ta’ dan il-mard fit-territorju tal-fruntiera mal-Belarus u l-Federazzjoni Russa u huma infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li kellhom l-intenzjoni li jadottaw għall-protezzjoni tat-territorji tagħhom u dawk ta’ Stati Membri oħra.

(5)

L-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja implimentaw sorveljanza għas-sejbien bikri tal-ASF kemm fi ħnieżer slavaġ u kemm fi ħnieżer domestiċi u qajmu kuxjenza dwar il-marda kif ukoll lestew pjan ta’ tħejjija fil-qafas tal-pjanijiet tal-kontinġenza tagħhom imfassla f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) li jiżguraw rispons rapidu kemm-il darba tiddaħħal l-ASF. Il-Litwanja hija mhedda direttament bil-preżenza tal-ASF fuq il-fruntiera tagħha mal-Belarus. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-marda fit-territorju tagħha jekk jiddaħħal l-ASF, il-Litwanja għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi żona ta’ lqugħ ta’ 10 kilometri tul il-fruntiera mal-Belarus, li fiha se jnaqqsu d-densità ta’ ospiti suxxettibbli billi jippromwovu l-qatla tal-ħnieżer u billi jipprevjenu l-ħżin mill-ġdid fl-azjendi agrikoli tal-ħnieżer.

(6)

Ħnieżer slavaġ li jgħaddu mill-fruntieri bejn il-pajjiżi terzi affettwati u l-UE joħolqu riskju li jdaħħlu magħhom l-ASF, speċjalment f’ċerti żoni b’agrikoltura intensiva fejn iċ-ċingjal salvaġġ huwa attirat mill-uċuħ tar-raba’. Bħala miżura ta’ żmien qasir ta’ mitigazzjoni tar-riskju, f’tentattiv biex tnaqqas dan ir-riskju u abbażi ta’ dejta ta’ riċerka preliminari disponibbli dwar l-effikaċja tal-użu ta’ repellenti sintetiċi magħmulin minn sustanzi b’riħa qawwija ħafna li jissuġġerixxu pjuttost effiċjenza għolja u perjodu relattiv fit-tul, il-Litwanja għandha l-intenzjoni li tapplika dawn ir-repellenti f’ċerti żoni tat-territorju tagħha qrib il-fruntiera orjentali tagħha sabiex tiskoraġġixxi ċ-ċingjali slavaġ milli jidħlu fl-għelieqi tal-qamħirrun u f’uċuħ oħra tar-raba’.

(7)

It-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi li kienu possibilment f’kuntatt mal-vajrus tal-ASF huma fost il-miżuri ta’ prekawzjoni kontra d-dħul tal-ASF fl-Unjoni. Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE (4) tistipula ċerti miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ASF mill-Belarus u l-Federazzjoni Russa u tistabbilixxi li l-vetturi li jkunu ittrasportaw annimali ħajjin u għalf u li jidħlu fl-Unjoni minn żoni infettati jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq, u li tali tindif u diżinfezzjoni jkunu dokumentati adegwatament.

(8)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (5), ir-riskju tal-introduzzjoni tal-ASF fl-Unjoni permezz ta’ kunsinni personali li fihom prodotti tal-ħnieżer mibgħuta bil-posta jew li jinġarru f’bagalji ta’ vjaġġaturi li jaslu b’mod partikolari mill-Belarus u l-Federazzjoni Russa, huwa ogħla min-negliġibbli u jeħtieġ kontrolli addizzjonali f’punti tad-dħul.

(9)

Barra minn hekk, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati inklużi veterinarji, bdiewa professjonali u mhux professjonali, sewwieqa tat-trakkijiet, aġenti tad-dwana, passiġġieri u l-pubbliku ġenerali għandhom ikunu mgħarrfa mir-riskji tal-introduzzjoni tal-ASF u l-konsegwenzi tagħha permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati tajjeb.

(10)

Fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu 2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja ppreżentaw pjanijiet rispettivi u stimi tal-ispiża inizjali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza fl-oqsma kkunsidrati f’riskju ta’ introduzzjoni tal-ASF mill-Belarus u l-Federazzjoni Russa. L-appoġġ finanzjarju għall-persunal huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza previsti fil-pjanijiet sottomessi. Il-pjanijiet ġew eżaminati mill-Kummissjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u nstabu li jikkonformaw mad-Direttiva 2002/60/KE.

(11)

L-azzjonijiet meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja sabiex inaqqsu direttament ir-riskju tal-introduzzjoni tal-marda fl-Unjoni, jiġifieri t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi, għandha jiġu kofinanzjati b’rata ta’ 100 %.

(12)

Is-sorveljanza addizzjonali meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja fiż-żoni b’riskju akbar tad-dħul tal-marda u l-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni minn dawk l-Istati Membri għandhom jiġu kofinanzjati b’rata ta’ 50 %.

(13)

L-azzjonijiet meħuda mil-Litwanja bl-użu ta’ ripellenti f’żoni ta’ riskju għoli qrib il-fruntieri orjentali tagħha sabiex jitnaqqas ir-riskju li tidħol il-marda fl-Unjoni permezz taċ-ċingjal, għandhom jiġu kofinanzjati b’rata ta’ 50 %. L-azzjonijiet speċjali meħuda mil-Litwanja biex tnaqqas id-densità tal-ħnieżer fil-fruntiera mal-Belarus għandhom ikunu kofinanzjati b’rata ta’ 30 %.

(14)

Minħabba l-urġenza tal-miżuri, l-ispiża mġarrba mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja mit-2 ta’ Lulju 2013, id-data tan-notifika tal-miżuri ta’ emerġenza, għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni.

(15)

L-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jipprevedi li l-ispejjeż eligibbli u l-livell, tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti. Madankollu, minħabba l-ħtieġa li tkun evitata nefqa eċċessiva għall-baġit tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti massimi li jirriflettu ħlas raġonevoli għal ċerti attivitajiet ta’ sorveljanza.

(16)

Il-pagament raġonevoli huwa l-pagament għall-materjal jew għas-servizz bi prezz proporzjonat meta mqabbel mal-prezz tas-suq. Sakemm jitwettqu kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni, issa hu meħtieġ li tiġi approvata l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni lill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(17)

Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarju għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati tabilħaqq twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ lill-Kummissjoni.

(18)

Billi l-pjanijiet ippreżentati mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għal miżuri ta’ emerġenza kontra l-introduzzjoni tal-ASF mill-Belarus u l-Federazzjoni Russa mwettqa fl-2013 huma qafas dettaljat biżżejjed fit-tifsira tal-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (6), id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għan-nefqa prevista fil-programm ta’ ħidma għall-għotjiet.

(19)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fil-qafas ta’ miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni kontra l-ASF meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja fl-2013, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza u ttestjar viroloġiċi u seroloġiċi tal-laboratorju mwettqa fuq kampjuni miksuba wara l-1 ta’ Lulju 2013 matul sorveljanza fi ħnieżer domestiċi u ċingjali slavaġ f’dawk l-Istati Membri.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja u l-Polonja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:

(i)

EUR 15 000 għall-Estonja;

(ii)

EUR 80 000 għal-Latvja;

(iii)

EUR 46 000 għal-Litwanja;

(iv)

EUR 20 000 għall-Polonja.

3.   L-ispiża massima li trid tiġi rimborżata lill-Estonja, il-Latvja, l-Litwanja u l-Polonja għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhiex taqbeż:

(i)

EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun;

(ii)

EUR 5 għal kull ċingjal salvaġġ inkluż fil-kampjun;

(iii)

EUR 2 għal kull test ELISA;

(iv)

EUR 10 għal kull test PCR;

(v)

EUR 10 għal kull test viroloġiku.

4.   In-nefqa eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għal:

(a)

testijiet tal-laboratorju

(i)

ix-xiri ta’ kits għat-testijiet, reaġenti u l-oġġetti konsumabbli identifikabbli kollha u użati speċjalment għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(ii)

il-persunal, ikun xi jkun l-istatus tiegħu, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-testijiet fil-post tal-laboratorju;

(b)

il-persunal, ikun xi jkun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-programmi għajr it-testijiet fil-laboratorju.

(c)

l-ispejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f’(a) u (b).

L-ispejjeż għall-persunal imsemmi fil-punti (a)(ii) u (b) huma limitati għal salarji reali flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħra inklużi fir-rimunerazzjoni.

Artikolu 2

1.   Fil-qafas tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-protezzjoni kontra l-ASF fl-2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom ikunu intitolati biex jirċievu kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għax-xiri ta’ tagħmir u oġġetti konsumabbli għall-attivitajiet ta’ tindif u diżinfezzjoni mwettqa f’dawn l-Istati Membri wara d-data tal-1 ta’ Lulju 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja u l-Polonja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 20 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 735 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 738 000 għal-Litwanja;

(d)

EUR 98 000 għall-Polonja.

Artikolu 3

1.   Fil-qafas tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-protezzjoni kontra l-ASF fl-2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-ispejjeż tall-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni implimentati f’dawk l-Istati Membri wara d-data tal-1 ta’ Lulju 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 14 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 40 000 għal-Litwanja;

(d)

EUR 25 000 għall-Polonja.

Artikolu 4

1.   Fil-qafas tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-protezzjoni kontra l-ASF fl-2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom ikunu intitolati biex jirċievu kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba biex jinxtraw is-sustanzi ripellenti għaċ-ċingjali slavaġ li jridu jintużaw f’żoni magħżula ta’ riskju għoli tal-Litwanja wara d-data tal-1 ta’ Lulju 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li se ġġarrab l-Litwanja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż EUR 30 000.

Artikolu 5

1.   Fil-qafas tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-protezzjoni kontra l-ASF fl-2013, il-Litwanja għandha tkun intitolata għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-ispejjeż ta’ kumpens lil sidien tal-ħnieżer għat-telf ikkawżat minn qatla bikrija fiż-żona ta’ lqugħ ta’ 10 kilometri tul il-fruntiera mal-Belarus.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 30 % tal-ispejjeż li se ġġarrab il-Litwanja u ma għandhiex taqbeż l-EUR 600 000.

Artikolu 6

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 4 għandha titħallas fuq il-bażi ta’:

(a)

rapport tekniku finali skont l-Anness I dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-miżuri ta’ sorveljanza, imsemmija fl-Artikolu 1, inklużi r-riżultati miksuba matul il-perjodu ta’ bejn it-2 ta’ Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013;

(b)

rapport finanzjarju finali, f’format kompjuterizzat, skont l-Anness II, dwar l-ispejjeż imġarrba matul il-perjodu bejn it-2 ta’ Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013;

(c)

ir-riżultati ta’ kwalunkwe kontrolli fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

Id-dokumenti li jappoġġjaw ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom ikunu disponibbli għall-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-punt (c) imwettqa mill-Kummissjoni.

2.   Ir-rapport tekniku finali u r-rapport finanzjarju finali msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jitressqu sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2014. Jekk dak il-limitu ta’ żmien ma jiġix irrispettat, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi ġustifikati kif xieraq għal dan id-dewmien, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni se titnaqqas b’25 % għal kull xahar kalendarju tad-dewmien.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja u lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta’ Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 206/2009 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77 24.3.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad- 29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1)


ANNESS I

Rapport tekniku finali dwar il-miżuri ta’ sorveljanza marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali slavaġġ u fil-ħnieżer domestiċi

Stat Membru:

Data:

1.

Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:

1.1.

Mapep epidemjoloġiċi:

1.2.

Informazzjoni dwar is-sorveljanza:

Stat Membru

Numru ta’ ħnieżer domestiċi inklużi fil-kampjun

Numru ta’ ċingjali slavaġġ inklużi fil-kampjun

Tip ta’ test (1)

Numru ta’ testijiet

Numru ta ħnieżer domestiċi pożittivi

Numru ta ċingjali slavaġġ pożittivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali tal-2013

 

 

 

 

 

 

2.

Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi:

3.

Informazzjoni epidemjoloġika addizzjonali: l-inkjesti epidemjoloġiċi, annimali misjuba mejta, distribuzzjoni tal-età tar-reatturi pożittivi, leżjonijiet misjuba, eċc:

(1)  Indika: ELISA, PCR, Ag-ELISA, iżolament tal-vajrus, oħrajn (speċifika).


ANNESS II

Rapport tekniku finali dwar il-miżuri ta’ sorveljanza marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer

Stat Membru:

Data:

1.

Miżuri ta’ sorveljanza b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali slavaġ u l-ħnieżer domestiċi

Teħid ta’ kampjuni

Kategorija

Spiża tat-teħid tal-kampjuni

Numru ta’ annimali mdaħħla fil-kampjun

L-ispiża ta’ unità għal kull annimal inkluż fil-kampjuni

Spiża totali

Ħnieżer domestiċi

 

 

 

Ċingjali slavaġ

 

 

 

Persunal

It-tip

Spiża għal kull unità

Numru ta’ staff

Spejjeż totali

 

 

 

 

Testijiet fil-laboratorju

 

Numru ta’ testijiet imwettqa

L-ispiża tat-testijiet (*1)

Test tal-laboratorju

(1)

Persunal

(2)

L-ispiża ġenerali

Formula

Spejjeż totali

Formula

Testijiet seroloġiċi (ELISA)

 

 

 

 

 

Testijiet PCR

 

 

 

 

 

Testijiet viroloġiċi

 

 

 

 

 

2.

Tindif u diżinfezzjoni

2(a)   TAGĦMIR

Deskrizzjoni

Spiża/valur (VAT eskluża)

Data tax-xiri

 

 

 

Total

 

 


2(b)   OĠĠETTI KONSUMIBBLI

Deskrizzjoni

Spiża/valur (VAT eskluża)

Data tax-xiri

 

 

 

Total

 

 

3.

Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attivitajiet

Spiża/valur (VAT eskluża)

Data tal-konsenja

 

 

 

Total

 

 

4.

Użu ta’ ripellenti:

OĠĠETTI KONSUMIBBLI

Deskrizzjoni

Spiża/valur (VAT eskluża)

Data tax-xiri

 

 

 

Total

 

 

5.

Ħnieżer maqtula fiż-żona ta’ lqugħ fil-fruntiera mal-Belarus — għal-Litwanja:

Numru ta’ identifikazzjoni tal-azjenda agrikola

Bidwi: Kunjom u isem

Muniċipalità

Data tal-qatla

Numru ta’ annimali maqtula għal kull kategorija

L-ammont ta’ kumpens imħallas skont il-kategorija (VAT eskluża)

Il-kumpens totali li tħallas (VAT eskluża)

Data tal-pagament

 

 

 

 

ħnieżer nisa

ċingjali

ħnienes

ħnieżer

ħnieżer nisa

ċingjali

ħnienes

ħnieżer

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Jiena niċċertifika li:

din in-nefqa saret tassew, akkontata b’eżattezza u eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni,

id-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta’ spezzjoni,

l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni ma ntalbet għal dawn il-miżuri u d-dħul kollu li sar mill-operazzjonijiet marbuta magħhom huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni,

il-programm kien eżegwit skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni,

japplikaw il-proċeduri ta’ kontroll, partikolarment għall-verifika tal-eżattezza tal-ammonti dikjarati, għall-prevenzjoni, is-sejba u t-tiswija tal-irregolaritajiet.

Data:

Isem u firma tad-Direttur Operattiv:


(*1)  L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Ottubru 2013

dwar miżura meħuda mill-Ġermanja skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva Nru 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ mini-ATV tat-tip HB-ATV49Q-Electric manifatturata minn Huabao Electric Appliance Co. Ltd.

(notifikata bid-dokument C(2013) 6552)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/499/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/42/KE, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ mini-ATV elettrika (vettura all-terrain) tat-tip HB-ATV49Q-Electric immanifatturata minn HuaBao Electric Appliance Co. Ltd., Zhiying Street, Guashan Industry Area, Yongkang, Zhejiang, iċ-Ċina, importata fl-UE minn QBB Funsporthandel, Hofstraβe 21, 56841 Traben-Trarbach, il-Ġermanja.

(2)

Ir-raġuni mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi kienet in-nuqqas ta’ konformità tal-mini-ATV ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE:

1.3.2 - Ir-riskju ta’ ksur waqt it-tħaddim

Il-frejm tal-ATV kellu probabbiltà li jinkiser waqt l-użu minħabba l-kwalità ħażina tal-welding;

1.3.7 - Riskji li għandhom x’jaqsmu mal-partijiet li jiċċaqilqu

It-trażmissjoni biċ-ċinga (belt drive) kienet aċċessibbli u mingħajr ilqugħ protettiv;

1.7.3 - Immarkar tal-makkinarju

L-immarkar ma kienx jinkludi l-isem sħiħ u l-indirizz tal-manifattur;

1.7.4 - Struzzjonijiet

Il-mini-ATV ma kinetx akkumpanjata bi struzzjonijiet bil-Ġermaniż.

(3)

L-awtoritajiet Ġermaniżi indikaw li, filwaqt li l-prodott kellu t-tikketta KE, ma kellux dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE miktuba u ffirmata mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(1)(e) tad-Direttiva Nru 2006/42/KE.

(4)

In-notifika kienet akkumpanjata minn rapport ta’ spezzjoni stabbilit mil-Landesamt für Umwelt, Wasserwirtschaft und Gewerbeaufsicht Rheinland-Pfalz.

(5)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva Nru 2006/42/KE, il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur u lill-importatur, fejn talbithom jikkummentaw dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi. Ma waslet ebda tweġiba.

(6)

Il-verifika tal-evidenza mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi tikkonferma li l-mini-ATV elettrika tat-tip HB-ATV49Q-Electric manifatturata minn Huabao Electric Appliance Co. Ltd. mhix konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza tad-Direttiva Nru 2006/42/KE u li dan in-nuqqas ta’ konformità jwassal għal riskji serji ta’ korriment tal-utenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ mini-ATV elettrika tat-tip HB-ATV49Q-Electric manifatturata minn Huabao Electric Appliance Co. Ltd. hija ġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)   ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.