ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.251.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2013 tal-20 ta’ Settembru 2013 li jistipula r-regoli għal applikazzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet) ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2013/465/PESK |
|
|
* |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
2013/466/UE |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
||
|
* |
Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/1 |
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (3), id-deċiżjoni tad-Danimarka dwar jekk għandhiex timplimenta l-kontenut ta’ dawn il-miżuri jew le tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (4) ġie adottat fl-10 ta’ Novembru 2011. F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Jannar 2009, id-Danimarka diġà nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (5) safejn dan jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001 (6).
F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim, permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Jannar 2012, id-Danimarka diġà nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1142/2011. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1142/2011 se jkunu applikati għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka (7).
Barra minn hekk, id-Danimarka għandha, permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Frar 2013 (wara l-ittra tad-9 ta’ Marzu 2011), innotifikat għall-aħħar darba lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħha taħt l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 47(3) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 u talbet biex huma jkunu rikonoxxuti għall-finijiet tal-Annessi X u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1142/2011.
Għalhekk, għall-finijiet tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 stabbilita mill-Kummissjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009), l-awtoritajiet amministrattivi Daniżi rilevanti huma: L-Amministrazzjoni Reġjonali tal-Istat (Statsforvaltningen) u l-Ministru tal-Affarijiet Soċjali, it-Tfal u l-Integrazzjoni (it-Taqsima tal-Affarijiet tal-Familja tal-Bord Nazzjonali tal-Appelli Soċjali) (Social-, Børne- og Integrationsministeriet (Ankestyrelsen, Familieretsafdelingen)). Għall-finijiet tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 stabbilit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (l-Artikolu 47(3) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009), l-awtorità rilevanti hija l-Ministeru tal-Ġustizzja (Justitsministeriet).
In-notifika tad-Danimarka tal-awtoritajiet kompetenti Daniżi li għandhom jitqiesu bħala awtoritajiet rilevanti taħt l-Annessi X u XI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 stabbiliti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni joħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-addattamenti preżenti għall-Artikolu 2(2)(b) u (c) tal-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.
(2) ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.
(4) ĠU L 293, 11.11.2011, p. 24.
(6) ĠU L 149, 12.6.2009, p. 80.
(7) ĠU L 195, 18.7.2013, p. 1.
REGOLAMENTI
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 905/2013
tad-19 ta’ Settembru 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwota għall-2013. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għall-2013, għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22.
ANNESS
Nru |
39/DSS |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
BSF/56712- |
Speċi |
Ċinturin iswed (Aphanopus carbo) |
Żona |
L-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII |
Data |
20.8.2013 |
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 906/2013
tad-19 ta’ Settembru 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni VIIf u VIIg minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tas-21 ta' Jannar 2013 li jiffissa, għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-Kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 23, 25.01.2013, p. 1.
ANNESS
Nru |
45/TQ39 |
Stat Membru |
Il-Belġju |
Stokk |
PLE/7FG. |
Speċi |
Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) |
Żona |
Iż-żoni VIIf u VIIg |
Data |
27.8.2013 |
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 907/2013
tal-20 ta’ Settembru 2013
li jistipula r-regoli għal applikazzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet) li tradizzjonalment kienu jintużaw biex jindikaw kwalità partikolari ta’ kategorija ta’ ikel jew xorb li jistgħu jimplikaw effett fuq is-saħħa jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament wara li ssir applikazzjoni mill-operaturi tan-negozju tal-ikel konċernati. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet fuq deskrizzjonijiet ġeneriċi jkunu ttrattati b’mod trasparenti u fi żmien raġjonevoli, l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jesiġi li l-Kummissjoni tadotta u tagħmel pubbliċi r-regoli skont liema jistgħu jsiru dawn l-applikazzjonijiet. |
(3) |
Ir-regoli għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tkun organizzata b’tali mod li tippreżenta u tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni. Barra minn hekk dawn m’għandhomx iwaqqfu lill-Kummissjoni milli titlob informazzjoni supplimentari, fejn xieraq u skont in-natura tad-deskrizzjoni ġenerika u l-kobor tad-deroga mitluba. |
(4) |
Huwa xieraq li l-assoċjazzjonijiet kummerċali li jirrappreżentaw setturi speċifiċi tal-ikel, jitħallew jissottomettu applikazzjonijiet f’isem il-membri tagħhom, sabiex jiġu evitati applikazzjonijiet multipli fir-rigward tal-istess deskrizzjoni ġenerika (denominazzjoni). |
(5) |
Sabiex, fost l-oħrajn, ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi, l-użu tal-pretensjonijiet m’għandux ikun falz, ambigwu jew qarrieqi. L-istess prinċipju japplika għall-użu ta’ deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet) li jistgħu jimplikaw effett fuq is-saħħa. Sabiex jinkiseb dan l-għan u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtoritajiet nazzjonali se jkollhom jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom stess, wara li jikkunsidraw il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, biex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur normali f’każ partikolari. |
(6) |
Id-deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet) għandhom jikkorrispondu għal użu ppruvat għal perjodu ta’ mill-inqas 20 sena fi ħdan l-Istat Membru/i qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
L-Istati Membri ġew ikkonsultati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet) skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jintbagħtu u jiġu ppreżentati skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
ANNESS
PARTI A
Sottomissjoni tal-applikazzjoni
1. |
L-applikazzjoni tista’ ssir għall-użu ta’ deskrizzjoni ġenerika fi Stat Membru wieħed jew aktar. Din l-applikazzjoni tintbagħat lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru wieħed (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “Stat Membru riċevitur”). L-operaturi jistgħu jagħżlu l-Istat Membru li għalih se jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom minn fost dawk l-Istati Membri fejn tintuża d-deskrizzjoni ġenerika. |
2. |
L-applikazzjoni hija sottomessa elettronikament inklużi l-elementi kollha elenkati fil-Parti B ta’ dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu jitolbu kopja stampata jekk ikunu jeħtieġu dan. Għad-dejta msemmija fil-Parti B, il-punti 1.5 u 2 ta’ dan l-Anness, lista ta’ referenzi weħedha mhix biżżejjed. |
3. |
Mal-wasla ta’ applikazzjoni l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru riċevitur għandha:
|
4. |
L-Istat Membru riċevitur jivverifika, mingħajr dewmien, u b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i), jekk l-applikazzjoni fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa kif elenkata fil-Parti B ta’ dan l-Anness. Fejn l-applikazzjoni ma jkunx fiha l-elementi kollha meħtieġa skont il-Parti B ta’ dan Anness, l-Istat Membru riċevitur jitlob l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-applikant u jgħarraf l-applikant dwar il-perjodu li fih għandha tiġi pprovduta din l-informazzjoni. |
5. |
Applikazzjoni titqies bħala mhux valida f’każijiet fejn applikant ma jipprovdix informazzjoni addizzjonali kif mitluba mill-Istat Membru riċevitur. F’każ bħal dan l-Istat Membru riċevitur ħarraf lill-applikant, lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe Stat Membru/i ieħor(oħra) konċernat(i) u jindika r-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni titqies mhux valida. L-applikant jingħata l-possibbiltà li jerġa’ jissottometti l-istess applikazzjoni billi jeskludi l-Istat(i) Membru/i li għalih/hom id-dejta mitluba ma ngħatatx. |
6. |
L-Istat Membru riċevitur jibgħat l-applikazzjoni valida lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha, mingħajr dewmien u jgħarraf lill-applikant dwar dan. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi bil-miktub lill-Istat Membru riċevitur dwar il-wasla tal-applikazzjoni valida fi żmien 14-il jum minn meta tirċevieha. |
7. |
L-Istat Membru riċevitur u l-Istat(i) Membru/i konċernat(i) jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-trażmissjoni tal-applikazzjoni valida. L-opinjoni tiddikjara jekk id-deskrizzjoni ġenerika tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tinkiseb eżenzjoni skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u jekk hix appoġġjata mill-elementi msemmija fil-Parti B, il-punti 1.3, 1.4, 1.5 u, skont il-każ, il-punt 2 ta’ dan l-Anness, u tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw dik l-opinjoni. L-opinjonijiet huma sottomessi bil-miktub. Stati Membri oħra jistgħu wkoll jipprovdu l-opinjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni lill-Kummissjoni sal-istess data tal-iskadenza u skont l-istess modalitajiet. |
8. |
Wara li tirċievi l-applikazzjoni valida minn Stat Membru, u l-opinjoni(jiet) imsemmija fil-punt 7 ta’ din il-Parti tal-Anness, il-Kummissjoni tista’, fi żmien raġonevoli, tibda l-proċedura tal-approvazzjoni tad-deskrizzjoni ġenerika skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
PARTI B
Kontenut tal-applikazzjoni
1. Informazzjoni obbligatorja
L-applikazzjoni tikkonsisti minn dan li ġej:
1.1. Sommarju tal-applikazzjoni li jinkludi:
— |
l-isem u l-indirizz tal-applikant, |
— |
id-deskrizzjoni ġenerika soġġetta għall-applikazzjoni, |
— |
deskrizzjoni qasira tal-kwalità partikolari tal-klassi ta’ ikel jew ta’ xorb li d-deskrizzjoni ġenerika tkopri, u |
— |
l-Istat(i) Membru/i li għalih/hom l-applikazzjoni li tikkonċerna l-użu tad-deskrizzjoni ġenerika ssir mill-applikant. |
1.2. Applikant
Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt tal-operatur tan-negozju tal-ikel li jissottomettu applikazzjoni u/jew tal-persuna awtorizzata li tikkomunika mal-Kummissjoni f’isem l-applikant.
Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ deskrizzjoni ġenerika jistgħu jintbagħtu wkoll mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali, li jaġixxu f’isem il-membri tagħhom u jinkludu l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-assoċjazzjoni kummerċali li tissottometti applikazzjoni u/jew tal-persuna awtorizzata li tikkomunika mal-Kummissjoni f’isem tal-assoċjazzjoni kummerċjali. Informazzjoni dwar l-appoġġ tal-applikazzjoni mill-membri tal-assoċjazzjoni kummerċjali hija apprezzata.
1.3. Id-deskrizzjoni ġenerika soġġetta għall-applikazzjoni,
1. |
Id-deskrizzjoni ġenerika kif użata fil-lingwa(i) fejn hija tradizzjonalment użata. Spjegazzoni tad-deskrizzjoni ġenerika bl-Ingliż, fejn xieraq. |
2. |
L-Istat(i) Membru/i fejn tintuża d-deskrizzjoni ġenerika. |
1.4. Il-klassi ta’ ikel jew ta’ xorb li tkopri d-deskrizzjoni ġenerika
1. |
Indikazzjoni tal-klassi ta’ ikel jew ta’ xorb kummerċjalizzati permezz tad-deskrizzjoni ġenerika li għalihom issir l-applikazzjoni. |
2. |
Spjegazzjoni dettaljata, li tenfasizza l-kwalità partikolari u l-elementi li jiddistingwu l-klassi ta’ ikel jew ta’ xorb ikkummerċjalizzati permezz tad-deskrizzjoni ġenerika, li għalihom issir l-applikazzjoni, minn prodotti oħra li jinsabu fl-istess klassi ta’ ikel jew ta’ xorb. |
1.5. Id-dejta ta’ appoġġ fir-rigward tal-użu tad-deskrizzjoni ġenerika
Prova bibljografika rilevanti jew evidenza verifikabbli mod ieħor li turi l-preżenza fis-suq tal-klassi ta’ ikel jew ta’ xorb bid-deskrizzjoni ġenerika, matul mill-inqas perjodu ta’ 20 sena, fl-Istat(i) Membru/i, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. L-informazzjoni addizzjonali li trid tiġi pprovduta jekk tkun mitluba bl-inizjattiva tal-Istati Membri: dejta ta’ appoġġ b’rabta mal-fehim/mal-perċezzjoni tal-konsumatur
L-Istati Membri riċevituri u l-Istat(i) Membru/i konċernati jistgħu jitolbu għad-dejta addizzjonali mill-applikant dwar dawn it-tipi ta’ informazzjoni, qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni, jekk dan iqisuh neċessarju għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni:
— |
Provi jew informazzjoni rilevanti dwar il-fehim u l-perċezzjoni tal-konsumaturi tal-effetti li jistgħu jkunu implikati mid-deskrizzjoni ġenerika. It-tali dejta tkopri lill-Istat(i) Membru/i fejn tintuża d-deskrizzjoni ġenerika. |
— |
Provi rilevanti jew informazzjoni li turi li l-konsumatur jassoċja d-deskrizzjoni ġenerika mal-klassi speċifika ta’ ikel jew ta’ xorb imsemmija fil-punt 1.4 ta’ din il-parti tal-Anness. |
3. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali (fakultattiv)
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 908/2013
tal-20 ta’ Settembru 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
47,7 |
XS |
41,5 |
|
ZZ |
44,6 |
|
0707 00 05 |
MK |
46,1 |
TR |
116,3 |
|
ZZ |
81,2 |
|
0709 93 10 |
TR |
130,3 |
ZZ |
130,3 |
|
0805 50 10 |
AR |
122,2 |
CL |
109,5 |
|
IL |
142,1 |
|
TR |
117,7 |
|
UY |
111,2 |
|
ZA |
115,2 |
|
ZZ |
119,7 |
|
0806 10 10 |
EG |
187,8 |
TR |
157,6 |
|
ZZ |
172,7 |
|
0808 10 80 |
AR |
100,6 |
BA |
105,9 |
|
BR |
78,8 |
|
CL |
108,3 |
|
CN |
71,1 |
|
NZ |
135,9 |
|
US |
146,0 |
|
ZA |
116,6 |
|
ZZ |
107,9 |
|
0808 30 90 |
AR |
231,4 |
CL |
29,5 |
|
CN |
82,5 |
|
TR |
132,2 |
|
ZZ |
118,9 |
|
0809 30 |
TR |
130,2 |
ZZ |
130,2 |
|
0809 40 05 |
BA |
41,0 |
XS |
46,6 |
|
ZZ |
43,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUMM GEORGIA/1/2013
tat-13 ta’ Settembru 2013
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)
(2013/465/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorgja (EUMM Georgia), inkluża d-deċiżjoni biex jinħatar Kap ta' Missjoni. |
(2) |
Fl-14 ta' Settembru 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUMM Georgia/1/2012 (2) li testendi l-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ, bħala Kap tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2013. |
(3) |
Fl-24 ta' Lulju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Toivo KLAAR bħala Kap tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Settembru 2013 sal-14 ta' Diċembru 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Toivo KLAAR huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) mill-15 ta' Settembru 2013 sal-14 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/13 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Settembru 2013
dwar obbligi mhux diskriminatorji konsistenti u metodoloġiji tal-ikkostjar li jippromwovu l-kompetizzjoni u jtejbu l-ambjent tal-investiment fil-broadband
(2013/466/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (id-Direttiva Qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) u l-Kumitat tal-Komunikazzjoni (COCOM),
Billi:
(1) |
Sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni u jiżdiedu l-produttività, l-impjiegi u l-kompetittività, u fl-aħħar mill-aħħar biex jinħoloq tkabbir ekonomiku u jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020, hu essenzjali li jiġi żviluppat aktar is-suq intern tal-UE għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari bit-tifrix ta’ netwerks tal-Internet b’veloċità għolja. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) u l-BEREC jgħinu fl-iżvilupp tas-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika billi joħolqu approċċi komuni għall-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju li tiddefinixxi d-Direttiva 2002/21/KE (il-Qafas Regolatorju). |
(2) |
It-tifrix tal-broadband b’veloċità għolja għandu rwol importanti fl-investiment tal-Unjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-irkupru ekonomiku ġenerali. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew fasslu miri ambizzjużi għat-tifrix tal-broadband b’veloċità għolja, bħala parti mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE) li għandha l-Unjoni, waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020. |
(3) |
Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa huwa t-tifrix tan-netwerks tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (Netwerks tal-NGA). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa għandha l-għan li tappoġġa l-investimenti sostanzjali li se jkun hemm bżonn isiru fis-snin li ġejjin. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tippromwovi investiment u innovazzjoni effiċjenti f’infrastrutturi ġodda u msaħħa filwaqt li jingħaraf il-bżonn li tinżamm kompetizzjoni effettiva, li tkun inċentiv importanti għall-investiment fit-tul. Din ir-Rakkomandazzjoni tara li (i) ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bl-applikazzjoni ta’ regoli aktar stretti tan-nondiskriminazzjoni, (ii) jinstabu prezzijiet regolati tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur li jkunu prevedibbli u stabbli, u li (iii) tiżdied iċ-ċertezza dwar iċ-ċirkostanzi li għandhom iwasslu biex ma jiġux imposti prezzijiet regolati tal-aċċess għar-ram għas-servizzi tal-NGA. Jekk tiżdied il-prevedibbiltà legali u regolatorja b’dan il-mod, tkun ta’ għajnuna biex jingħata spinta lill-investiment meħtieġ fil-futur qarib u medju. |
(4) |
Hemm bżonn li tinħoloq il-prevedibbiltà regolatorja biex tippromwovi investiment u innovazzjoni effiċjenti f’infrastruttura ġdida u msaħħa. Huwa importanti li matul iż-żmien jintuża approċċ regolatorju konsistenti u stabbli biex l-investituri jiksbu l-kunfidenza li għandhom bżonn biex ifasslu pjanijiet sostennibbli għan-negozju. Sabiex joħolqu l-prevedibbiltà meħtieġa fuq perjodu itwal ta’ żmien, jiġifieri lil hinn minn reviżjoni waħda tas-suq, l-NRAs għandhom jiċċaraw kemm jista’ jkun fil-miżuri li jimponu rimedji regolatorji skont il-Qafas Regolatorju, kif il-bidliet previsti fil-qagħda tas-suq jistgħu jaffettwaw ir-rimedji rilevanti. |
(5) |
Waqt il-valutazzjoni tal-abbozzi tal-miżuri nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, deher li fl-Unjoni għadhom jeżistu inkonsistenzi sinifikanti fl-applikazzjoni tal-obbligi tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 10 u tal-obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet u l-kontabbiltà tal-kostijiet skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (2), għas-suq tal-aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk min-naħa tal-operatur (suq 4) u tal-aċċess għall-broadband min-naħa tal-operatur (suq 5) kif jissemmew fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/879/KE (3). |
(6) |
L-obbligi regolatorji imposti skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE xorta għadhom ivarjaw b’mod konsiderevoli fl-Unjoni, anke meta l-problemi sottostanti tas-suq jistgħu jitqabblu. Filwaqt li għadd dejjem akbar ta’ NRAs dan l-aħħar qiesu applikazzjoni aktar dettaljata ta’ obbligu ġenerali tan-nondiskriminazzjoni billi użaw l-Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment u żguraw ekwivalenza stretta tal-aċċess, il-miżuri abbozzati notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE f’dan ir-rigward juru diverġenza sinifikanti fost l-approċċi tal-NRAs fejn jidħol il-kamp ta’ applikazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ tal-konformità u l-infurzar ta’ dan l-obbligu, b’mod partikolari fejn jidħol il-mudell magħżul tal-ekwivalenza (jekk jiġi applikat wieħed għal kollha). |
(7) |
Bl-istess mod, l-obbligi regolatorji dwar l-ipprezzar tal-aċċess impost skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE fi swieq 4 u 5 jvarja wkoll b’mod konsiderevoli fl-Istati Membri tal-Unjoni, għalkemm dawn il-varjazzjonijiet mhumiex ġustifikati b’differenzi sottostanti fiċ-ċirkostanzi nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ħeġġet b’mod konsistenti lill-NRAs fis-setgħat tagħha skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE biex (i) jużaw metodi xierqa għall-kontabbiltà tal-kostijiet u jiżguraw ipprezzar konsistenti tal-prodotti tal-aċċess fl-istess katina tal-valur biex jissalvagwardjaw il-prinċipju tal-iskaluni tal-investiment, (ii) japplikaw il-prinċipji tal-mudell tal-kost rilevanti b’mod konsistenti għad-dejta tal-input rilevanti kollha, u (iii) jagħrfu l-importanza li jużaw il-kostijiet ta’ netwerk effiċjenti modern biex jiffissaw il-prezzijiet tal-aċċess. |
(8) |
Il-varjazzjonijiet sinifikanti fl-approċċi regolatorji li għażlu l-NRAs għal dawn iż-żewġ rimedji, idewwmu l-iżvilupp tas-suq intern għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u jfixklu benefiċċji soċjali potenzjalment sinifikanti għall-ekonomija ġenerali. Dawn il-varjazzjonijiet joħolqu inċertezza regolatorja u jwasslu għal nuqqas ta’ regolamentazzjoni konsistenti dwar l-aċċess u għalhekk jillimitaw l-opportunitajiet li jinħolqu l-ekonomiji ta’ skala. |
(9) |
Fejn tinstab SMP fis-swieq 4 u/jew 5, għandu jiġi applikat sett xieraq ta’ rimedji skont il-prinċipji previsti fid-Direttiva 2002/19/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tagħha. Bħala tali, ir-rimedji stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jiġu applikati skont il-prinċipji tad-Direttivi 2002/21/KE u 2002/19/KE. |
(10) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija konsistenti mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/572/UE (4) u tibni fuq il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ obbligi speċifiċi fil-Qafas Regolatorju stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE. Pereżempju, din tispeċifika f’aktar dettall, meta aċċess min-naħa tal-operatur orjentat lejn il-kost għal broadband NGA jista’ ma jkunx meħtieġ, kif jistipula l-punt 36 tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE, u toħloq xenarji li fihom salvagwardji kompetittivi stabbiliti għandhom iwasslu biex l-NRAs jitbiegħdu mill-prinċipju ġenerali ta’ aċċess NGA orjentat lejn il-kost kif isemmi l-punt 25 tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE. Minħabba f’hekk, fl-interpretazzjoni taż-żewġ Rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu l-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni, b’mod partikolari fil-premessi 25 sa 28 kif ukoll 49 u 50 u fil-punt 58. |
(11) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tittratta wkoll kwistjonijiet li ma jindirizzawx ir-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE, bħal pereżempju l-applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE u approċċ konsistenti biex jiġu kkalkulati l-prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur. |
APPLIKAZZJONI TA’ OBBLIGU TAN-NONDISKRIMINAZZJONI
Tiġi żgurata ekwivalenza tal-aċċess
(12) |
Wieħed mill-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp ta’ ambjent tassew ekwu għal min ifittex aċċess għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika huwa t-trattament preferenzjali tan-negozji downstream, pereżempju l-fergħa għall-konsumatur, tal-operatur integrat vertikalment li għandu saħħa sinifikanti fis-suq (operatur SMP) b’diskriminazzjoni relatata mal-prezz u mhux relatata mal-prezz (pereżempju, diskriminazzjoni fejn tidħol il-kwalità tas-servizz, l-aċċess għall-informazzjoni, it-tattiċi ta’ dewmien, rekwiżiti mhux dovuti u d-disinn strateġiku ta’ karatteristiċi essenzjali tal-prodott). F’dan ir-rigward, bis-sempliċi applikazzjoni ta’ obbligu ġenerali tan-nondiskriminazzjoni, hu partikolarment diffiċli biex tinstab u tiġi indirizzata imġiba diskriminatorja mhux relatata mal-prezz. Għaldaqstant hu importanti li tkun żgurata ekwivalenza vera tal-aċċess billi jiġu applikati b’mod strett l-obbligi mhux diskriminatorji u billi jintużaw mezzi effettivi li jissorveljaw u jinfurzaw il-konformità. |
(13) |
Fejn jidħlu t-trattament u l-prevenzjoni tal-imġiba diskriminatorja mhux relatata mal-prezz, il-Kummissjoni rat varjazzjoni konsiderevoli fl-approċċ regolatorju li għażlu l-NRAs. Il-Kummissjoni tqis li fil-prinċipju, l-ekwivalenza tal-inputs (EoI) hi l-aktar mod żgur biex tinkiseb protezzjoni effettiva mid-diskriminazzjoni, għax min ifittex aċċess ikun jista’ jikkompeti man-negozju downstream tal-operatur SMP integrat vertikalment billi juża l-istess sett eżatt ta’ prodotti regolati min-naħa tal-operatur, bl-istess prezzijiet u bl-użu tal-istess proċessi tranżazzjonali. Barra minn hekk, u għall-kuntrarju tal-kunċett tal-Ekwivalenza tal-Produzzjoni (EoO), l-EoI hu mgħammar aħjar għat-trasparenza u biex jindirizza l-problema tal-asimmetriji tal-informazzjoni. |
(14) |
Skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE, l-NRAs huma meħtieġa jiżguraw li l-obbligi regolatorji imposti b’reazzjoni għal denominazzjoni ta’ operatur li għandu SMP, ikunu msejsa fuq in-natura tal-problema identifikata u pproporzjonati fid-dawl tal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/21/KE u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5)(b) tagħha. Jekk jingħataw inputs regolati min-naħa tal-operatur abbażi ta’ EoI, x’aktarx iwasslu għal kostijiet ogħla tal-konformità milli jwasslu l-forom anqas stretti ta’ obbligi mhux diskriminatorji, minħabba l-aġġustamenti li jkunu meħtieġa fis-sistema. Barra minn hekk, operatur SMP ma jkunx jista’ jgawdi minn xi sinerġiji vertikali għax dan jitħalla juża biss għalih innifsu l-istess prodotti tal-operatur li jipprovdi jew joffri lill-kompetituri tiegħu. Madankollu, dawn il-kostijiet ogħla tal-konformità għandhom jitkejlu skont il-benefiċċji ta’ kompetizzjoni downstream aktar qawwija. |
(15) |
F’dan ir-rigward, li l-operatur SMP jintalab jipprovdi input stroriku bbażat fuq ir-ram min-naħa tal-operatur għas-sistemi eżistenti abbażi ta’ EoI, hu inqas probabbli li joħloq benefiċċji netti biżżejjed biex jgħaddi mit-test tal-proporzjonalità minħabba l-kostijiet ogħla għall-iddisinjar mill-ġdid tas-sistemi eżisteni tal-forniment u l-appoġġ operattiv biex jagħmilhom konformi mal-EoI. Mill-banda l-oħra, li l-operatur SMP jintalab jipprovdi inputs tal-NGA min-naħa tal-operatur, li f’bosta każijiet jingħataw għal sistemi ġodda, abbażi ta’ EoI, hu probabbli li joħloq benefiċċji netti biżżejjed u għalhekk ikun proporzjonat jekk jitqiesu l-kostijiet inkrimentali tal-konformità li jkunu aktar baxxi b’mod komparattiv, biex ikunu żgurati sistemi mibnijin ġodda li jkunu konformi mal-EoI. Qabel jagħti inputs ġodda fit-taqsimijiet downstream tiegħu, l-operatur SMP għandhom jkun jista’ jibni fl-EoI, fil-fażi tad-disinn għal prodotti ġodda b’kost proporzjonat. |
(16) |
Minħabba l-kostijiet tal-konformità potenzjalment għoljin, jaf ikun sproporzjonat li l-operatur SMP jintalab japplika EoI f’kull livell tal-katina tal-valur. Għalhekk, l-NRAs l-ewwel jeħtiġilhom jidentifikaw il-livell li fih, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, l-impożizzjoni tal-EoI tagħti l-aqwa benefiċċji għall-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, imbagħad jivvalutaw jekk l-EoI tkunx xierqa u proporzjonata wkoll għal livelli addizzjonali. Minħabba l-kapaċità tal-EoI li toħloq l-innovazzjoni aktar malajr fis-suq għall-konsumatur, fil-prinċipju, l-EoI għandha tiddaħħal fl-ifnad livell possibbli tan-netwerk li fih il-kompetizzjoni tkun effettiva u sostenibbli fit-tul. Fi Stati Membri b’għadd kbir ta’ operaturi SMP fuq skala żgħira, l-impożizzjoni tal-EoI fuq kull operatur tista’ tkun sproporzjonata. |
(17) |
Meta l-NRAs jikkonkludu li obbligu li jagħtu inputs regolati min-naħa tal-operatur abbażi ta’ EoI ikun sproporzjonat, għandu jiġi applikat mudell tal-EoO li jiżgura li l-inputs min-naħa tal-operatur mogħtija lil operaturi alternattivi — filwaqt li ma jintużawx l-istess sistemi u proċessi — ikunu komparabbli, fejn jidħlu l-funzjonament u l-prezz, ma’ dawk li l-operatur SMP integrat vertikalment jikkonsma għalih innifsu. |
(18) |
Deċiżjoni li timponi EoI meta xierqa, iġġustifikata u proporzjonata u wara konsultazzjoni skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, hija obbligu tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE, mingħajr preġudizzju għal (i) l-impożizzjoni potenzjali ta’ obbligu għal separazzjoni funzjonali skont l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/19/KE meta NRA tikkonkludi li l-obbligi xierqa (inklużi obbligi tan-nondiskriminazzjoni bħal EoI) ma rnexxilhomx jiksbu kompetizzjoni effettiva; (ii) xi separazzjoni volontarja skont l-Artikolu 13b tad-Direttiva 2002/19/KE; u (iii) analiżi tal-kundizzjonijiet kompetittivi fiż-żoni li jkopri t-tifrix konġunt tan-netwerks tal-fibra sad-dar (FTTH) li hija rakkomandata fil-punt 28 tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE. |
(19) |
Skontijiet tal-volum u/jew ftehimiet fuq il-prezz tal-aċċess fit-tul huma għodda importanti biex jiżdied l-investiment tal-NGA, b’mod partikolari meta l-użu mill-konsumaturi għadu baxx, u jista’ jkun kompatibbli ma’ approċċ tal-EoI u l-EoO. Madankollu, sabiex ikun żgurat li jista’ jsir dħul fis-suq minn kompetituri effiċjenti, NRAs għandhom jaċċettaw skontijiet tal-volum mingħand operaturi SMP għan-negozji downstream tagħhom stess, pereżempju il-fergħa tagħhom għall-konsumatur, biss jekk ma jaqbżux l-ogħla skont tal-volum offrut b’rieda tajba lil partijiet terzi li qed ifittxu aċċess. Bl-istess mod, l-NRAs għandhom jaċċettaw ftehimiet fuq il-prezz tal-aċċess fit-tul mingħand operaturi SMP għan-negozju downstream tagħhom, pereżempju il-fergħa tagħhom għall-konsumatur, biss jekk ma jaqbżux l-ogħla skont għal aċċess fit-tul offrut b’rieda tajba lil partijiet terzi li qed ifittxu aċċess. |
Bħala minimu, tkun żgurata r-replikabbiltà teknika tal-offerti l-ġodda għall-konsumatur tal-operatur SMP
(20) |
Indipendentement mill-kunċett tal-ekwivalenza eżatta li timponi l-NRA, meta l-NRA tiddeċiedi li obbligu tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE hu xieraq, proporzjonat u oġġettivament ġustifikat, hu importanti li għal kundizzjonijiet ekwi jkun żgurat li min ifittex aċċess alternattiv ikunu jista’ jirreplika teknikament l-offerta għall-konsumatur tal-operatur SMP abbażi tal-input regolat min-naħa tal-operatur li dan jirċievi. Filwaqt li l-NRA m’għandhomx bżonn jippreskrivu fid-dettall id-disinn preċiż tal-prodotti rilevanti tal-aċċess min-naħa tal-operatur, dawn għandhom jiżguraw li jkun sar test tar-replikabbiltà teknika għal servizz jew pakkett ġdid għall-konsumatur, li jiżgura li jiġu eżaminati għadd ta’ fatturi. |
(21) |
Meta l-NRAs jagħmlu t-test tar-replikabbiltà teknika jew meta jkunu qed jivvalutaw ir-riżultati tat-test li jkun għamel l-operatur SMP, dawn għandhom iqisu wkoll ir-riskju tal-monopolizzazzjoni tas-suq downstream permezz tal-offerta l-ġdida u l-impatt fuq l-innovazzjoni. Pereżempju, il-prodott rilevanti tal-aċċess min-naħa tal-operatur għandu jkun disponibbli għal min ifittex aċċess, fi żmien raġonevoli qabel l-operatur SMP jagħmel offerta korrispondenti għall-konsumatur, ħalli jkun evitat il-vantaġġ mhux xieraq taż-żmien għall-operatur SMP, jekk wieħed iqis il-bżonn ta’ operatur alternattiv effiċjenti li jiżviluppa u jadatta is-sistemi u l-proċessi tiegħu stess biex ikun jista’ joffri servizz ġdid kompetittiv għall-konsumatur. |
(22) |
Billi hu importanti li l-kompetizzjoni tiżgura r-replikabbiltà teknika, hu kruċjali li l-fornitur SMP regolat jiżgura r-replikabbiltà teknika tal-offerti ġodda għall-konsumatur qabel isiru u kull waqt wara li jkunu saru. Għaldaqstant, test tar-replikabbiltà teknika jista’ jsir qabel u wara li tkun saret offerta ġdida għall-konsumatur, skont meta l-NRA jidhrilha li jkun xieraq. Pereżempju, meta l-kapaċità tal-NRA li tippubblika d-dejta kummerċjali tal-operatur SMP tkun limitata bir-regoli tal-kunfidenzjalità skont il-liġi nazzjonali tagħha, l-NRA tista’ tagħżel li tagħmel it-test tar-replikabbiltà teknika wara li jinbdew is-servizzi għall-konsumatur. |
MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ TAL-OBBLIGI TAN-NONDISKRIMINAZZJONI
L-Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment
(23) |
Minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza fejn jidħol it-tqabbil bejn il-kwalità tas-servizz li l-operatur SMP jagħti lilu nnifsu u l-kwalità tas-servizz li jagħti lil parti terza li qed tfittex aċċess, ħafna drabi jkun ferm diffiċli li tinstab imġiba diskriminatorja, u allura li tiġi infurzata n-nondiskriminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE. Il-KPIs huma l-aktar għodod xierqa biex tinstab imġiba diskriminatorja potenzjali u tissaħħaħ it-trasparenza fejn jidħlu t-twassil u l-kwalità tal-prodotti tal-operatur SMP regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fis-swieq rilevanti. Sabiex tiżided it-trasparenza u tikber il-kunfidenza fis-suq, l-NRAs permezz tal-fora industrijali xierqa, jistgħu jiffaċilitaw il-ftehim bejn l-operatur SMP u parti terza li jfittxu aċċess dwar il-KPIs fid-dettall, u jiżguraw li dawn il-KPIs jiġu awditjati u ppubblikati b’tali mod li tkun tista’ tinstab imġiba diskriminatorja potenzjali minn kmieni. Il-KPIs għandhom ikunu relatati mal-attivitajiet ewlenin fiċ-ċiklu tal-forniment, li jkopri l-fażijiet kollha, jiġifieri mill-proċess tal-ordni, it-twassil jew il-forniment tas-servizz, il-kwalità tas-servizz inkluż il-ħsarat u kemm idumu biex jissewwew, u l-migrazzjoni minn min ifittex aċċess bejn inputs regolati differenti min-naħa tal-operatur. |
Ftehimiet fil-Livell ta’ Servizz u Garanziji fil-Livell ta’ Servizz
(24) |
Sabiex tkun żgurata nondiskriminazzjoni sħiħa, il-KPIs għandhom ikunu kkumplimentati minn SLAs u SLGs. Jekk jiġu imposti SLAs, ikun żgurat li min ifittex aċċess jingħata l-kwalità tas-servizz miftiehma, billi l-użu tal-SLGs korrispondenti jaġixxi bħala deterrent kontra l-imġiba diskriminatorja. L-NRAs għandhom jiġu involuti mill-qrib fl-iżvilupp tal-SLAs, pereżempju billi japprovaw l-SLAs li jkun żviluppa l-operatur SMP bħala parti minn offerta ta’ referenza regolatorja. |
IL-METODOLOĠIJA TAL-IKKOSTJAR
Il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar
(25) |
Metodoloġija tal-ikkostjar li tfassal prezzijiet tal-aċċess li jirreplikaw kemm jista’ jkun lil dawk mistennija f’suq effettivament kompetittiv, hija xierqa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Qafas Regolatorju. Metodoloġija tal-ikkostjar bħal din għandha tissejjes fuq netwerk effiċjenti u modern, tirrifletti l-bżonn ta’ prezzijiet stabbli u prevedibbli maż-żmien tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur, li tevita varjazzjonijiet u ħasdiet sinifikanti, sabiex jinħoloq qafas ċar għall-investiment, u tkun kapaċi tiġġenera prezzijiet tar-ram orjentati lejn il-kost li jkunu jistgħu jankraw magħhom is-servizzi tal-NGA u jittrattaw kif xieraq u b’mod konsistenti l-impatt tat-tnaqqis fil-volumi li tikkawża t-tranżizzjoni minn ram għal NGA, jiġifieri li tkun evitata żieda artifiċjali fil-prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur li nkella jiġu osservati għax il-klijenti jaqilbu għan-netwerk NGA tal-operatur SMP. |
(26) |
L-irkupru tal-kostijiet hu prinċipju ewlieni f’metodoloġija tal-ikkostjar. Dan jiżgura li l-operaturi jkunu jistgħu jkopru l-kostijiet li jiġġarrbu b’mod effiċjenti u jirċievu lura redditu xieraq mill-kapital investit. |
(27) |
Metodoloġija tal-ikkostjar li tagħti sinjal ċar ta’ “ibni-jew-ixtri” toħloq bilanċ xieraq bejn li jkunu żgurati dħul effiċjenti u inċentivi biżżejjed għall-investiment, u b’mod partikolari t-tifrix ta’ netwerks tal-NGA biex b’hekk iwasslu servizzi broadband ġodda, aktar veloċi u ta’ kwalità aħjar. |
(28) |
Il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar għandha tiżgura trasparenza u konsistenza fl-Unjoni. Din għandha tiżgura wkoll li ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi jiġu riflessi f’approċċ konsistenzi ta’ mudellar. |
(29) |
Il-Metodoloġija tal-ikkostjar imsejħa BU LRIC+ (bottom-up long-run incremental costs plus) hija l-aħjar waħda biex jintlaħqu l-għanijiet ħalli jiġu ffissati l-prezzijiet regolati tas-servizzi tal-aċċess min-naħa tal-operatur. Din il-metodoloġija timmudella l-kapital inkrimentali (inkluż dak mitluf) u l-kostijiet operattivi li jġarrab operatur effiċjenti ipotetiku biex iforni is-servizzi kollha tal-aċċess u jżid mark-up għal irkupru strett tal-kostijiet komuni. Għaldaqstant il-metodoloġija tal-BU LRIC + tippermetti għall-irkupru tal-kostijiet kollha mġarrba b’mod effiċjenti. |
(30) |
Il-metodoloġija tal-BU LRIC + tikkalkula l-kostijiet attwali b’mod progessiv (jiġifieri skont teknoloġiji aġġornati, id-domanda mistennija, u l-bqija) li jġarrab operatur effiċjenti tan-netwerk biex daż-żmien jibni netwerk modern li jkun jiflaħ jagħti dawn is-servizzi oħra. Għaldaqstant, il-BU LRIC + jagħti sinjali tajbin u effiċjenti għad-dħul. |
(31) |
Meta n-netwerks tal-kejbil, tal-fibra (FttX) u, sa ċertu punt, mobbli (b’mod partikolari n-netwerks mobbli LTE jew Evoluttivi fit-Tul) ikunu qed jikkompetu man-netweks tar-ram, l-operaturi SMP jirreaġġixxu billi jaġġornaw in-netwerks tar-ram tagħhom u bil-mod il-mod jibdluhom b’NGA biex jindirizzaw it-theddida ta’ kompetizzjoni. Għaldaqstant, peress li daż-żmien l-ebda operatur ma jibni netwerk tar-ram pur, il-metodoloġija tal-BU LRIC + tikkalkula l-kostijiet attwali għat-tifrix ta’ netwerk tal-NGA effiċjenti u modern. |
(32) |
Dan in-netwerk tal-NGA effiċjenti ikun jikkonsisti kollu kemm hu, jew parti minnu, minn elementi ottiċi skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u għandu jkun kapaċi jilħaq il-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa stabbiliti fejn jidħlu l-medda tal-frekwenzi, il-kopertura u l-użu. |
(33) |
Valutazzjoni tal-assi ta’ netwerk tal-NGA bħal din bil-kostijiet attwali, jirrifletti l-aħjar il-proċess kompetitti sottostanti u, b’mod partikolari, ir-replikabbiltà tal-assi. |
(34) |
B’differenza mill-assi, bħat-tagħmir tekniku u l-mezz tat-trażmissjoni (bħal pereżempju il-fibra), l-assi tal-inġinerija ċivili (bħal pereżempju l-kanali, it-trinek u l-arbli) huma assi li x’aktarx ma jistgħux jiġu rreplikati. Il-bidla teknoloġika u l-livell tal-kompetizzjoni u d-domanda tal-bejgħ mhux mistennija jħallu operaturi alternattivi jifirxu infrastruttura paralleli tal-inġinerija ċivili, għallinqas meta l-assi storiċi tal-infrastruttura tal-inġinerija ċivili jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw għall-finijiet tat-tifrix ta’ netwerk tal-NGA. |
(35) |
Fil-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar, il-Bażi Regolatorja tal-Assi (RAB) li tikkorrispondi mal-assi storiċi tal-inġinerija ċivili hi vvalutata skont il-kostijiet attwali filwaqt li titqies il-ħajja ekonomika li għaddiet tal-assi u allura l-kostijiet li l-operatur SMP regolat diġà rkupra. Dan l-approċċ jagħti sinjali ta’ dħul effiċjenti fis-suq għad-deċiżjonijiet dwar “ibni” jew “ixtri”, u jevita r-riskju ta’ rkupru żejjed tal-kostijiet għal infrastruttura ċivili storika li tista’ terġa’ tintuża. Irkupru żejjed tal-kostijiet jaf ma jkunx ġustifikat biex jiżgura dħul effiċjenti u biex jippreserva l-inċentivi għall-investiment għax l-alternattiva “ibni” ma tkunx ekonomikament fattibbli għal din il-kategorija tal-assi. |
(36) |
Il-metodu ta’ indiċjar jiġi applikat biex jiġu kkalkulati l-kostijiet attwali għar-RAB li tikkorrispondi għall-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili. Dan il-metodu hu ppreferut għax hu prattiku, sod u trasparenti. Dan jistrieħ fuq id-dejta passata dwar l-infiq, id-deprezzament akkumulat, u d-disponiment tal-assi, sakemm dawn ikunu disponibbli mill-kontijiet u r-rapporti finanzjarji statutorji u regolati tal-operatur SMP regolat u skont indiċi tal-prezz disponibbli pubblikament bħall-indiċi tal-prezz għall-konsumatur. |
(37) |
Għaldaqstant, ir-RAB inizjali li tkun tikkorrispondi għall-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili, tiġi ffissata bil-valur tar-rendikont regolatorju, nett tad-deprezzament akkumulat meta jkun qed isir il-kalkolu, u indiċjata b’indiċi tal-prezz xieraq, bħall-indiċi tal-prezz għall-konsumatur. |
(38) |
Ir-RAB inizjali tibqa’ tiġi bblokkata aktar u riportata minn perjodu regolatorju għal li jmiss. L-ibblukkar tar-RAB jiżgura li ladarba assi storiku irreplikabbli riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili, jiġi deprezzat għalkollox, din l-assi ma tibqax parti mir-RAB, u għalhekk ma tibqax tirrappreżenta kost għal min ifittex aċċess, bħalma ma jibqax kost għall-operatur SMP. Dan l-approċċ ikompli jiżgura rinumerazzjoni xierqa għall-operatur SMP u fl-istess waqt jagħti ċertezza regolatorja kemm lill-operatur SMP kif ukoll lil min ifittex aċċess maż-żmien. |
(39) |
Il-linji attivi tar-ram qed jonqsu minħabba li l-klijenti qed jaqilbu għan-netwerks tal-kejbil u/jew mobbli. L-immudellar ta’ netwerk wieħed tal-NGA effiċjenti għar-ram u l-prodotti tal-aċċess tal-NGA jinnewtralizza l-effett tal-inflazzjoni tal-volum li joħloq l-immudellar ta’ netwerk tar-ram, jekk il-kostijiet fissi tan-netwerk jitqassmu fost għadd dejjem inqas ta’ linji attivi tar-ram. B’dan ikun jista’ jitmexxa b’mod progressiv il-volum tat-traffiku minn ram għal NGA bit-tifrix tal-NGA u biex wieħed jaqleb għal NGA. Il-volum tat-traffiku li jimxi għal infrastrutturi oħra biss (pereżempju tal-kejbil, mobbli), li ma jkunx inkluż fil-mudell tal-kost, se jżid il-kostijiet tal-unità. |
(40) |
Fil-dawl tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u minħabba ċirkostanzi nazzjonali differenti, l-NRAs għandhom bżonn livell ta’ flessibbiltà biex jimmudellaw dan in-netwerk tal-NGA effiċjenti u modern. Għalhekk in-netwerk tal-NGA jista’ jissejjes fuq waħda mill-bosta teknoloġiji tal-aċċess u tipoloġiji tan-netwerk disponibbli għall-operaturi biex jifirxu netwerk tal-NGA. |
(41) |
Netwerk tal-FttH, netwerk tal-FttC jew taħlita tat-tnejn jistgħu jitqiesu bħala netwerk tal-NGA effiċjenti u modern. B’dan l-approċċ, il-kost ikkalkulat għan-netwerk tal-NGA għandu jiġu aġġustat biex jirrifletti l-karatteristiċi differenti ta’ netwerk tar-ram. Dan jeħtieġ li tiġi kkalkulata d-differenza fil-kost bejn prodott tal-aċċess ibbażat fuq NGA u prodott tal-aċċess ibbażat kollu kemm hu fuq ir-ram, billi jsiru l-aġġustamenti rielvanti fl-inġinerija tan-netwerk fil-mudell tal-NGA biex jinstab il-prezz tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur. Meta jiġu biex jistabbilixxu l-ħajja ekonomika tal-assi f’netwerk immudellat tal-FttC, l-NRAs għandhom iqisu l-iżviluppi teknoloġiċi u tan-netwerk li huma mistennija jsiru fil-komponenti differenti tan-netwerk. |
(42) |
Meta t-tipoloġija tan-netwerk tal-NGA li trid tiġi mmudellata tkun differenti min-netwerk tar-ram sal-punt li l-aġġustamenti tal-inġinerija fil-mudell tal-inġinerija tal-NGA ma jkunux fattibbli, l-NRAs jistgħu jiksbu l-kost tar-ram billi jimmudellaw netwerk overlay tal-NGA, li fih, żewġ netwerks paralleli (ram u fibra, FttH jew FttC) ikunu jaqsmu sa ċertu punt l-istess netwerk għall-infrastruttura ċivili. B’dan l-approċċ, l-effett tal-inflazzjoni tal-volum jiġi nnewtralizzat għall-assi tal-inġinerija ċivili għax in-netwerks tar-ram u tal-fibra mmudellati jkunu jużaw bejniethom l-assi tal-inġinerija ċivili. Għalhekk il-kostijiet tal-unità ta’ dawn l-assi, li jirrappreżentaw l-akbar biċċa tal-kostijiet f’netwerk tal-aċċess, jibqgħu stabbli. |
Skeda tal-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-ikkostjar
(43) |
Hu meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni twil biżżejjed biex ikun evitat it-tfixkil bla bżonn u biex jingħata approċċ regolatorju stabbli u trasparenti. La l-NRAs għandhom jimplimentaw il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar u allura l-operaturi għandhom bżonn jadattaw il-pjanijiet kummerċjali tagħhom skont dan, il-perjodu ta’ tranżizzjoni jitqies xieraq sal-31 ta’ Diċembru 2016. L-NRAs mhumiex mitluba jżommu mudelli tal-kost biex jikkalkulaw il-prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur meta ma jkunx hemm regolamentazzjoni ex ante tal-prezz imposta, bħal pereżempju n-nuqqas ta’ domanda għal dawn is-servizzi. |
(44) |
F’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza l-prevedibbiltà regolatorji, kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi faxxa tal-prezzijiet li fiha tantiċipa li se jaqgħu l-prezzijiet tal-aċċess unbundled sħaħ medji ta’ kull xahar għal-loop lokali tar-ram għall-kiri (netti mit-taxxi kollha), meta tiġi applikata l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar. |
(45) |
Ir-rwol ewlieni tal-faxxa hu li jiggwida l-NRAs meta jimplimentaw il-metodoloġija tal-ikkostjar biex jilħqu l-għanijiet ġenerali tar-Rakkomandazzjoni jiġifieri l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-prezzijiet tal-aċċess għar-ram. Meta, malli tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni, il-prezzijiet regolati tal-aċċess LLU għar-ram ta’ kull xahar ikunu barra mill-faxxa f’xi Stati Membri, l-NRAs li jkunu qed jimplimentaw il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar f’dawn l-Istati Membri għandhom jagħmlu dan minnufih. Dan hu għalihom biex jivvalutaw jekk il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar tkunx teħtieġ aġġustamenti fil-prezz ftit ftit sal-31 ta’ Diċembru 2016, b’mod partikolari f’dawk l-Istati membri fejn il-prezzijiet tal-aċċess bħalissa mhumiex orjentati lejn il-kost, u għalhekk aktarx ikunu jeħtieġu aktar aġġustamenti sinifikanti fil-prezz. Biex jitneħħa d-dubju, din ir-Rakkomandazzjoni ma teħtieġx li l-NRAs jimponu prezzijiet tal-aċċess fil-faxxa meta l-NRA tapplika l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar jew il-metodoloġija użata skont il-punt 40. |
(46) |
Il-prezzijiet tal-aċċess jitqiesu stabbli anke meta dawn isegwu xejra f’termini nominali. Madankollu dawn m’għandhomx ivarjaw b’mod sinifikanti matul il-perjodu rilevanti taż-żmien u għalhekk jibqgħu prevedibbli. |
(47) |
Skont il-prinċipji tat-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji, kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet, il-metodoloġija applikati bħalissa ħlief il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar jistgħu wkoll jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 40. L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipji lil Stati Membri individwali għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ każ b’każ u jagħti permess għal valutazzjoni bikrija b’notifika lill-Kummissjoni, il-BEREC jew NRAs oħra qabel il-31 ta’ Diċembru 2016. |
(48) |
L-NRAs b’riżorsi limitati, jista’ jkollhom il-bżonn eċċezzjonali ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni lil hinn mill-2016 biex jitħejja l-mudell rakkomandat tal-ikkostjar. F’dawn iċ-ċirkostanzi, NRA għandu jqis li jistabbilixxi prezzijiet interim li jkunu bbażati fuq punt referenzjali li jqis biss medja tar-rati tal-aċċess stabbiliti mill-NRAs f’konformità mat-termini ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Fil-perjodu interim, l-NRAs ikkonċernati jistgħu jitolbu għall-appoġġ prattiku u l-gwida tal-BEREC biex jegħlbu din il-limitazzjoni tar-riżorsi u, b’mod partikolari, il-kost biex tiġi implimentata l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar. |
IN-NONIMPOŻIZZJONI TAL-PREZZIJIET REGOLATI TAL-AĊĊESS MIN-NAĦA TAL-OPERATUR FUQ IN-NETWERKS TAL-NGA
(49) |
Minħabba l-inċertezza attwali fid-domanda dwar il-forniment ta’ servizzi tal-broadband b’veloċità għolja, hu importanti li jkun hemm ċertu livell ta’ flessibbiltà fl-ipprezzar biex jiġu ttestjati l-punti tal-prezz u jitfasslu prezzijiet xierqa għall-penetrazzjoni, sabiex jiġu promossi l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti skont l-Artikolu 8(5)(d) tad-Direttiva 2002/21/KE u dawn l-operaturi jitħallew jinvestu fin-netwerks tal-NGA. B’dan l-operaturi SMP u min ifittex aċċess ikunu jistgħu jaqsmu parti mir-riskju tal-investiment billi jiddifferenzjaw il-prezzijiet tal-aċċess min-naħa tal-operatur skont kemm qed jimpenja ruħu min ifittex aċċess. Dan jista’ jwassal għal prezzijiet orħos għall-ftehimiet fit-tul b’garanziji tal-volum, li jaf iwasslu biex min ifittex aċċess jieħu parti mir-riskji assoċjati mad-domanda inċerta. Barra minn hekk, il-flessibbiltà fl-ipprezzar fil-livell tal-operaturi hi meħtieġa biex min ifittex aċċess kif ukoll in-negozju għall-konsumatur tal-operatur SMP ikunu jistgħu jintroduċu d-differenzjazzjoni fil-prezz fis-suq tal-broadband għall-konsumatur ħalli jiġu indirizzati aħjar l-preferenzi tal-konsumatur u titrawwem penetrazzjoni tas-servizzi tal-broadband b’veloċità għolja ħafna. |
(50) |
F’konformità mal-punti 48 sa 57, sabiex ikun evitat li din il-flessibbiltà fl-ipprezzar twassal għal prezzijiet eċċessivi fi swieq fejn instab SMP, din għandha tkun akkumpanjata b’salvagwardji addizzjonali biex titħares il-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, l-obbligu aktar strett tan-nondiskriminazzjoni, jiġifieri l-EoI u r-replikabbiltà teknika, għandu jiġi kkumplimentat b’replikabbiltà ekonomika garantita ta’ prodotti downstream flimkien ma’ regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur. |
(51) |
Sabiex tkun żgurata t-trasparentza u biex jitħeffef il-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-ambjent tal-investiment għall-broadband tal-NGA kif ukoll il-kundizzjonijiet kompetittivi, l-NRAs għandhom jitolbu lill-operaturi biex lill-NRAs jipprovdulhom informazzjoni aġġornata, inklużi dwar l-investiment u l-pjanijiet tat-tifrix tal-NGA b’mod regolari. Ir-riżultati ta’ xi eżerċizzju ta’ monitoraġġ bħal dan se jservi wkoll bħala input għall-proċess tal-monitoraġġ mill-BEREC dedikat u n-netwerk ta’ esperti tal-Kummissjoni kif jissemma fil-premessa 69. |
(52) |
Fid-dawl tal-benefiċċji tal-flessibbiltà fl-ipprezzar f’dawn iċ-ċirkostanzi, bl-approċċ rakkomandat, il-prezzijiet tal-aċċess min-naħa tal-operatur għal inputs min-naħa tal-operatur tal-NGA passivi jew inputs min-naħa tal-operatur tal-NGA mhux fiżiċi jew virtwali li joffru l-istess funzjonalitajiet, jitqiesu ristretti biżżejjed (jiġifieri l-problemi tal-kompetizzjoni relatati mal-prezz jitqiesu li qed jiġu indirizzati b’mod effettiv) meta: (i) ikun hemm restrizzjonijiet fil-prezz għall-konsumatur li jistgħu jidhru u li jkunu ġejjin mill-kompetizzjoni tal-infrastruttura jew prezz ankra li jkun ġej mill-prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur orjentati lejn il-kost, u (ii) it-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika jkun fis-seħħ meta r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur m’għandhiex tiġi imposta, u (iii) ikun hemm obbligu li jingħataw servizzi tal-aċċess min-naħa tal-operatur abbażi ta’ EoI. Fi kliem ieħor, meta tiġi applikata EoI u l-NRAs jidhrilhom li s-salvagwardji kompetittivi t’hawn fuq huma fis-seħħ, dawn m’għandhomx jimponu prezz tal-aċċess regolat għal dawk l-imputs tal-NGA min-naħa tal-operatur. |
(53) |
Għal inputs attivi tal-NGA min-naħa tal-operatur, jeżistu salvagwardji kompetittivi biżżejjed jekk min ifittex aċċess ikun jista’ jistrieħ fuq prodotti upstream fis-suq għal aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk (pereżempju aċċess diżassoċjat jew aċċess kważi diżassoċjat), li jingħata abbażi ta’ EoI, diment li t-teħid proprju ta’ dawn il-prodotti upstream jew il-preżenza ta’ infrastrutturi alternattivi joħolqu restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur, ħalli ma jkunx hemm bżonn salvagwardji addizzjonali fil-livell tal-bejgħ min-naħa tal-operatur. |
(54) |
Din ir-restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur, ma tkunx b’saħħitha biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li s-suq rilevanti min-naħa tal-operatur hu kompetittiv b’mod effettiv u għalhekk li l-ebda operatur m’għandu SMP. Iżda din ir-restrizzjoni fil-prezz għall-konsumatur għandha tippreveni li l-operatur li għandu SMP fil-livell tal-bejgħ min-naħa tal-operatur milli jfassal prezzijiet eċċessivi għall-konsumatur. |
(55) |
In-nonimpożizzjoni jew it-tneħħija tal-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur għan-netwerks tal-NGA skont il-punti 48 u 49 huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu biex jiġu indirizzati l-marġnijiet mhux biżżejjed li joħorġu mit-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika kif inhu stipulat f’din ir-Rakkomandazzjoni għall-finijiet biex tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni meta r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur m’għandhiex tiġi imposta fuq l-operatur SMP. |
(56) |
Jekk il-prodott li joffri l-operatur SMP fin-netwerk tal-aċċess storiku ma jkunx jista’ jeżerċita restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur fuq il-prodott tal-NGA (pereżempju fil-każ ta’ diżattivazzjoni tar-ram), fil-prinċipju dan ikun jista’ jinbidel bi prodott ibbażat fuq NGA maħdum apposta biex ikollu l-istess l-karatteristiċi tal-prodott. Madankollu, mhux maħsub li din l-ankra bbażata fuq NGA se jkun hemm bżonnha fil-futur qarib jew qabel l-2020. |
(57) |
Il-proċess għall-implimentazzjoni tal-EoI għandha tistabbilixxih l-NRA wara li tkun ikkonsultat mal-operatur SMP u l-partijiet interessati. Pjan direzzjonali fid-dettall li jistabbilixxi l-miri ewlenin meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-EoI għall-prodotti tal-aċċess rilevanti għandhom ikunu parti mill-miżura adottata. |
(58) |
Il-benefiċċju ta’ impenn sod għal implimentazzjoni f’waqtha ta’ miżuri tan-nondiskriminazzjoni għandu jipprovdi salvagwardji biżżejjed biex il-flessibbiltà fl-ipprezzar tkun tista’ ssir qabel l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan direzzjonali, u jaf ikollha effett pożittiv immedjat fuq l-inċentivi tal-investiment. Min-naħa l-oħra, hemm bżonn ftit diskrezzjoni għall-NRAs dwar l-għażla taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-flessibbiltà fl-ipprezzar ħalli tkun protetta l-kompetizzjoni, b’mod partikolari biex ikun evitat ir-riskju li jitfixklu l-ftehimiet eżistenti tal-aċċess. |
(59) |
Jekk l-operatur SMP regolat ma jżomm kelmtu fejn jidħlu l-impenji tiegħu fil-pjan direzzjonali, dan iwassal għal konsegwenzi b’effett ta’ deterrent. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ konformità ma’ waħda jew għadd ta’ passi importanti tal-pjan direzzjonali għandu jwassal għal treġġigħ lura tas-suppożizzjoni li l-EoI tkun ġiet imposta, kif jissemma fil-punt 51 ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Minħabba f’hekk, il-kundizzjonijiet tan-nondiskriminazzjoni biex ma jiġux imposti jew jinżammu prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur għan-netwerks tal-NGA, ma jibqgħux jiġu ssodisfati u għandhom iwasslu għall-impożizzjoni mill-ġdid ta’ prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur jew għall-NRA biex tuża s-setgħat tagħha li timponi penali skont il-Qafas Regolatorju. |
(60) |
Sabiex il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur ikunu jistgħu jiġu imposti meta ma jkunx hemm konformità mal-obbligu tan-nondiskriminazzjoni kif stabbilit fil-punt 54 mingħajr il-bżonn li l-NRAs jerġgħu jagħmlu analiżi ġdida tas-suq, dawn il-konsegwenzi possibbli għandhom ikunu parti mill-miżura notifikata fil-bidu filwaqt li d-dejta kummerċjali li fuqha l-NRA ibbażat l-ewwel analiżi tas-suq ma tkunx tbiddlet b’mod sinifikanti. Li jkunx hemm ir-rekwiżit biex issir analiżi ġdida tas-suq huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi notifikata kull emenda fir-rimedji skont il-proċedura tal-Artikolu 7. |
(61) |
Biex ikun stabbilit jekk min ifittex aċċess alternattiv ikunx jista’ jirreplika ekonomikament offerta downstream li jipprovdi l-operatur SMP bl-input regolat disponibbli min-naħa tal-operatur, meta r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur m’għandhiex tiġi imposta, l-NRA għandha tagħmel test tar-replikabbiltà ekonomika. |
(62) |
Minħabba l-inċertezzi fejn tidħol id-domanda attwali għal servizzi għall-konsumatur ibbażati fuq NGA, l-operaturi SMP li l-inputs min-naħa tal-operatur tal-NGA tagħhom ma jkunux soġġetti għal prezzijiet tal-aċċess regolati, jistgħu jużaw strateġiji għall-penetrazzjoni tal-ipprezzar ħalli tiżdied id-domanda tal-konsumatur għal dawn is-servizzi għall-konsumatur ibbażati fuq NGA. It-test tar-replikabbiltà ekonomika għandu l-għan li, mal-bqija tas-salvagwardji kompetittivi li ddaħħlu bħall-EoI, it-test tar-replikabbiltà teknika, u restrizzjoni dimostrabbli tal-prezz għall-konsumatur li tkun ġejja minn ankra tar-ram jew infrastrutturi alternattivi, jiżgura li l-operaturi SMP ma jabbużawx din il-flessibbiltà fl-ipprezzar ħalli jeskludu kompetituri (potenzjali) mis-suq. Il-gwida mogħtija fl-Anness II hi limitata għall-applikazzjoni tal-punt 56. |
(63) |
Dan it-test se jkun mingħajr preġudizzju għat-testijiet ex post tal-pressjoni fuq il-marġni li huma applikati skont il-liġi tal-kompetizzjoni mill-Kummissjoni u/jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-kompetizzjoni. Barra minn hekk, l-NRAs jistgħu japplikaw ukoll testijiet ex ante tal-pressjonijiet fuq il-marġni għal inputs regolati min-naħa tal-operatur ħalli jkun żgurat li l-ipprezzar tal-aċċess min-naħa tal-operatur ta’ prodotti tal-aċċess ibbażati fuq ir-ram ma jxekklux il-kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ lill-konsumatur jew biex ikun żgurat spazju ekonomiku adegwat bejn l-inputs differenti tal-aċċess għar-ram. Madankollu, l-istrateġiji għall-penetrazzjoni tal-ipprezzar ma għandhomx jitqiesu għal inputs storiċi bbażati fuq ir-ram minħabba l-maturità tas-suq u l-orjentament lejn il-kostijiet ġeneralment applikabbli għall-inputs min-naħa tal-operatur ibbażati fuq ir-ram. |
(64) |
L-NRAs għandhom jiżguraw li l-marġni bejn il-prezz tal-operatur SMP għall-konsumatur u l-prezz ta’ input tal-NGA min-naħa tal-operatur ikopri il-kostijiet downstream inkrementali u persentaġġ raġonevoli tal-kostijiet komuni. Meta r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur għall-inputs min-naħa tal-operatur tal-NGA m’għandhiex tiġi imposta fuq l-operatur SMP f’każ li s-salvagwardji addizzjonali jiġu implimentati skont din ir-Rakkomandazzjoni, in-nuqqas ta’ replikabbiltà ekonomika jista’ jidher jekk jintwera li l-fergħa tad-downstream għall-konsumatur tal-operatur SMP nnifsu ma tkunx tista’ tinnegozja bi qligħ abbażi tal-prezz upstream li l-fergħa operattiva upstream tal-operatur SMP titlob lill-kompetituri tiegħu (it-testijiet tal-EEO (operatur effiċjenti bl-istess mod)). Bl-istandard tal-EEO, l-NRAs ikunu jistgħu jappoġġaw l-investimenti tal-operaturi SMP f’netwerks tal-NGA u jagħtu inċentivi għall-innovazzjoni fis-servizzi bbażati fuq l-NGA. |
(65) |
Meta jkunu japplikaw ċirkostanzi speċifiċi tas-suq, bħal meta d-dħul fis-suq jew it-twessigħ tiegħu ikunu ġew frustrati fil-passat, l-NRAs jistgħu jaġġustaw għall-iskala lill-kostijiet tal-operatur SMP, sabiex jiżguraw li r-replikabbiltà ekonomika tkun prospett realistiku. F’dawn il-każijiet, l-iskala raġonevolment effiċjenti li tidentifika l-NRA m’għandhiex tmur lil hinn minn dik ta’ struttura tas-suq b’għadd biżżejjed ta’ operaturi li jikkwalifikaw, ħalli tkun żgurata kompetizzjoni effettiva. |
(66) |
L-NRA għandha tistabbilixxi l-proċedura u l-parametri li se tħaddem meta tkunu qed tagħmel it-testijiet ex ante tar-replikabbiltà ekonomika, u tippubblikahom bil-quddiem fil-miżura tagħha li tiġi adottata wara analiżi tas-suq. L-NRA tista’ tagħmel it-test qabel titnieda offerta ġdida għall-konsumatur mingħand l-operatur SMP, eż: jekk l-NRA ikun jidhrilha li jixraq tallinja ż-żmien għat-test tar-replikabbiltà ekonomika mat-test għar-replikabbiltà teknika anke jekk dan isir qabel it-tnedija. L-NRA ma għandhiex tagħmel it-test għal kull offerta ġdida għall-konsumatur iżda fejn jidħlu l-prodotti ewlenin biss li trid tidentifika l-NRA. NRA tista’ tagħmel it-test fuq inizjattiva tagħha stess, pereżempju fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni ta’ miżura li tippermetti flessibbiltà fl-ipprezzar fin-netwerks tal-NGA, b’mod partikolari meta fil-passat il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur ikunu ġew imposti, jew biex iwieġbu għall-bidliet fl-istruttura tas-suq, pereżempju minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi. |
(67) |
It-test tar-replikabbiltà ekonomika li stabbilixxiet l-NRA bil-quddiem għandu jkun dettaljat kif xieraq u għall-inqas għandu jkun fih sett ta’ parametri rilevanti sabiex ikunu żgurati l-prevedibbiltà u t-trasparenza meħtieġa għall-operaturi. L-NRAs għandhom japplikaw mudell tal-LRIC + filwaqt li jqisu l-kostijiet downstream awditjati tal-operatur SMP u jivvalutaw il-marġni kemm qala’ bejn l-aktar prodotti rilevanti għall-konsumatur inklużi s-servizzi broadband (il-prodotti ewlenin) u l-input regolati tal-aċċess għall-NGA l-aktar użat jew identifikat, skont approċċ li jħares ‘il quddiem, bħala l-aktar rilevanti biex iwassal dawn il-prodotti għall-konsumatur għall-perjodu tar-reviżjoni tas-suq inkwistjoni. Id-disinn tat-test, li japplika għall-kostijiet downstream awditjati tal-operatur SMP u għal prodotti ewlenin biss, għandu l-għan li jiżgura li l-investimenti tal-NGA u l-effett tal-flessibbiltà fl-ipprezzar rakkomandata ma jixxekklux minn din is-salvagwardja. Sabiex ma ikun eskluż is-sussidjar trasversali bejn prodotti differenti f’pakketti jew ta’ portafoll, l-NRAs għandhom jagħmlu biss test ta’ livell wieħed, jiġifieri bejn is-servizzi għall-konsumatur u l-iktar input tal-aċċess tal-NGA rilevanti għal min ifittex aċċess (pereżempju, aċċess fibra fil-kaxxetta, unbundling virtwali). Madankollu, maż-żmien jista’ jkun li input tal-aċċess tal-NGA ġdid issir aktar prominenti (pereżempju diżassoċjar tal-fibra fl-ODF) u għalhekk it-test tar-replikabbiltà ekonomika għandu jsir b’referenza għal dan l-input il-ġdid minflok għall-input l-aktar użat qabel. Jekk iċ-ċirkostanzi kompetittivi nazzjonali juru differenza bejn żoni ġeografiċi mil-lat tal-input tal-aċċess tal-NGA użat (pereżempju fiż-żoni rurali u fiż-żoni densament popolati), l-NRAs għandhom ivarjaw it-test ibbażat fuq l-input speċifiċi identifikati bħala dawk l-aktar rilevanti. |
(68) |
L-NRAs jaf ma jkunux jistgħu jsibu dawn ir-restrizzjonijiet kompetittivi msemmija hawn fuq fil-firxa kollha tas-suq definit. Meta l-NRAs ma jkunux jistgħu jikkonkludu li l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti huma stabbli maż-żmien u tali li jistgħu jiġġustifikaw id-definizzjoni ta’ swieq subnazzjonali, l-NRAs għandhom iqisu li jwieġbu għall-kundizzjonijiet kompetittivi diverġenti billi japplikaw għadd ta’ rimedji differenzjati, jiġifieri billi jneħħu r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet min-naħa tal-operatur għal dawk iż-żoni biss, fejn is-salvagwardji meħtieġa tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jiġu stabbiliti. Meta l-NRA ikun jidhrilha li l-kundizzjonijiet kompetittivi u regolatorji huma tali li l-operatur SMP ikun ristrett biżżejjed fl-iffissar tal-prezzijiet tiegħu, l-NRA, bl-applikazzjoni tal-Qafas Regolatorju, tista’ tieqaf milli timponi regolazzjoni tal-prezz. L-implimentazzjoni tas-separazzjoni funzjonali jew volontarja f’konformità mal-Artikoli 13a jew 13b tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess) rispettivament, għandha titqies b’mod xieraq fil-valutazzjoni tal-adegwatezza li ma tiġix imposta regolazzjoni tal-prezz fuq netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss. |
(69) |
Il-BEREC u l-Kummissjoni qablu li l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni se tiġi segwita mill-qrib f’netwerk dedikat ta’ esperti bejn il-Kummissjoni u l-BEREC biex l-impatti prattiċi tar-Rakkomandazzjoni isirilhom monitoraġġ, l-aktar l-impatt fuq l-investiment, il-kompetizzjoni u l-prezzijiet min-naħa tal-konsumatur, u skont il-bżonn jagħti gwida lill-NRAs. Dan għandu jgħin biex jiġu indirizzati f’waqthom u b’mod koperattiv, xi konsegwenzi mhux maħsuba. Dan in-netwerk dedikat ta’ esperti se jgawdi mill-input li jagħtu l-NRAs fejn tidħol l-informazzjoni aġġornata dwar l-investiment tal-operaturi u l-pjanijiet tat-tifrix tal-NGA kif inhu previst fil-punt 55. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
GĦAN U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
1. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet regolatorji sabiex tiġi promossa kompetizzjoni effettiva, issaħħaħ is-suq uniku għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, u tħeġġeġ l-investimenti fin-netwerks tal-NGA (tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss). Din tgħin, b’mod teknoloġikament newtrali, għall-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 li jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi, titqajjem l-innovazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar għal servizzi diġitali aktar effiċjenti lill-utenti finali fl-Unjoni u biex tiżdied l-inklużjoni diġitali. Din għandha l-għan ukoll li żżid iċ-ċertezza legali u l-previdibilità regolatorja fid-dawl tal-orizzonti fit-tul tal-investiment fin-netwerks tal-NGA. |
2. |
Meta, waqt il-proċeduri ta’ analiżi tas-suq li jsiru skont l-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2002/21/KE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) isibu li suq imsemmi fil-punt 5 hawn taħt ma jkunx effettivament kompetittiv u jidentifikaw impriżi li individwalment jew b’mod konġunt għandhom saħħa sinifikanti fis-suq (SMP) fuq dak is-suq (bħala operatur(i) SMP), dawn għandhom jimponu, meta xieraq, l-obbligi tan-nondiskriminazzjoni fejn jidħlu l-interkonnessjoni u/jew l-aċċess, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE u l-kontroll tal-prezzijiet u l-kontabbilità tal-kost, b’mod partikolari l-orjentament lejn il-kost, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE. |
3. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha x’taqsam mal-applikazzjoni ta’ dawk l-obbligi u tistabbilixxi approċċ komuni għall-promozzjoni tal-implimentazzjoni konsistenti u effettiva tagħhom fejn jidħlu n-netwerks storiċi u tal-NGA meta dawn jippermettu l-forniment tas-servizzi tal-broadband. |
4. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tagħti aktar gwida dwar il-prinċipji regolatorji stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li skonthom għandha jew ma għandhiex tiġi applikata r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-aċċess min-naħa tal-operatur. |
5. |
Il-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni japplikaw għas-suq għall-aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk min-naħa tal-operatur (suq 4) u l-aċċess għall-broadband min-naħa tal-operatur (suq 5) imsemmijin fir-Rakkomandazzjoni 2007/879/KE jew xi swieq suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante li jidentifikaw l-NRAs waqt analiżi tas-suq li jieħdu posthom u jkopru l-istess saffi tan-netwerk. Din fost l-oħra tinkludi (i) l-aċċess għall-infrastruttura tal-inġinerija ċivili, (ii) aċċess diżassoċjat għal-loops tar-ram u l-fibra, (iii) aċċess diżassoċjat għas-subloop tar-ram, (iv) aċċess mhux fiżiku jew virtwali għan-netwerk, u (v) aċċess għall-broadband min-naħa tal-operatur (servizzi bitstream) fin-netwerks tar-ram u tal-fibra (li fost l-oħrajn jinkludu l-ADSL, l-ADSL2+, il-VDSL u l-Eternet). |
DEFINIZZJONIJIET
6. |
Għall-fini ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fid-Direttivi 2002/21/KE, u 2002/19/KE u fir-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
APPLIKAZZJONI TA’ OBBLIGU TAN-NONDISKRIMINAZZJONI
Tiġi żgurata ekwivalenza tal-aċċess
7. |
L-aktar mod żgur biex tinkiseb nondiskriminazzjoni effettiva hu bl-applikazzjoni tal-ekwivalenza tal-input (EoI) li tiżgura ambjent ekwu bejn in-negozji downstream tal-operatur SMP, pereżempju l-fergħa tiegħu għall-konsumatur, u partijiet terzi li jfittxu aċċess, u tippromwovi l-kompetizzjoni. Meta l-NRAs jidhrilhom li l-impożizzjoni ta’ obbligu tan-nondiskriminazzjoni fuq l-operaturi SMP skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE jkun xieraq, proporzjonat u ġustifikat skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2002/21/KE u l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE, dawn għandhom jeżaminaw jekk ikunx proporzjonat li jeżiġu li l-operaturi SMP jagħtu inputs rilevanti min-naħa tal-operatur abbażi ta’ EoI. Waqt dan isir, l-NRAs iridu jqisu fost l-oħrajn li l-kostijiet tal-konformità, pereżempju minħabba d-disinn mill-ġdid tas-sistemi eżistenti, jisbquhom il-benefiċċji previsti mill-kompetizzjoni. Waqt li dan isir, l-NRAs fil-valutazzjoni tal-propozjonalità għandhom iqisu fost l-oħrajn, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: (i) il-kostijiet inkrementali tal-konformità mal-EoI x’aktarx se jkunu baxxi meta jkunu qed jiġu ddisinjati sistemi ġodda, (ii) in-nonimpożizzjoni potenzjalment relatata tal-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur għan-netwerks tal-NGA kif rakkomandat fil-punti 48 u 49, (iii) l-effett potenzjalment pożittiv li jista’ jkollha l-applikazzjoni tal-EoI fuq l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni, (iv) kull impenn volontarju tal-operatur SMP biex jagħti inputs min-naħa tal-operatur lil min ifittex aċċess abbażi ta’ EoI, sakemm din l-offerta volontarja tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni u (v) l-għadd u d-daqs tal-operatur(i) SMP. |
8. |
Meta proporzjonata, l-EoI għandha tiġi applikata fl-aktar livell(i) xieraq fil-katina tal-valur għal dawk l-inputs min-naħa tal-operatur, li l-operatur SMP jagħti lin-negozji downstream tiegħu stess, pereżempju lill-fergħa tiegħu għall-konsumatur, sakemm ikun jista’ jintwera lill-NRA, wara li ntalbu l-opinjonijiet tal-partijiet terzi li jfittxu aċċess, mhemmx domanda raġonevoli għall-input min-naħa tal-operatur inkwistjoni. |
9. |
Meta l-EoI tkun sproporzjonata, l-NRAs għandhom jiżguraw li l-operatur SMP jagħti l-inputs min-naħa tal-operatur lil min ifittex aċċess, abbażi ta’ ekwivalenza tal-produzzjoni (EoO). |
10. |
L-NRAs għandhom jiżguraw li meta jiġi impost obbligu tan-nondiskriminazzjoni, min ifittex aċċess ikun jista’ juża s-sistemi u l-proċessi rilevanti bl-istess mod bħal-fergħa downstream għall-konsumatur tal-operaturi SMP stess, bl-istess livell ta’ affidabbiltà u rendiment. |
Tkun żgurata r-replikabbiltà teknika tal-offerti l-ġodda lill-konsumatur tal-operatur SMP
11. |
L-NRAs għandhom jeżiġu li l-operaturi SMP, soġġetti għal obbligu tan-nondiskriminazzjoni, jagħtu lil min ifittex aċċess, inputs regolati min-naħa tal-operatur, li bihom min qed ifittex aċċess ikun jista’ jirreplika teknikament b’mod effettiv l-offerti ġodda lill-konsumatur tal-fergħa downstream għall-konsumatur tal-operatur SMP, b’mod partikolari meta l-EoI ma tkunx ġiet implimentata kollha. |
12. |
Għal dan il-għan u sabiex ikun garantit ambjent ekwu bejn il-fergħa downstream għall-konsumatur tal-operatur SMP u l-partijiet terzi li jfittxu aċċess, l-NRAs għandhom jiżguraw li dawk interni u partijiet terzi li jfittxu aċċess ikollhom aċċess għall-istess informazzjoni teknika u kummerċjali dwar l-input regolat rilevanti min-naħa tal-operatur, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali. L-informazzjoni rilevanti tinkludi informazzjoni dwar inputs regolati ġodda min-naħa tal-operatur jew dwar bidliet f’inputs regolati min-naħa tal-operatur li diġà jeżistu, li trid tingħata fi żmien definit skont il-każ. |
13. |
Waqt il-valutazzjoni tar-replikabbiltà teknika tal-offerta l-ġdida lill-konsumatur tal-operatur SMP, l-NRA għandha tqis: (i) jekk l-input(s) korrispondenti min-naħa tal-operatur għall-ordni, it-twassil u t-tiswija meħtieġa għal operatur effiċjenti biex jiżviluppa jew jadatta s-sistemi u l-proċessi tiegħu stess ħalli joffri servizzi ġodda kompetittivi għall-konsumatur, ikunu disponibbli fi żmien raġonevoli qabel l-operatur SMP jew il-fergħa downstream tiegħu għall-konsumatur tniedi s-servizz korrispondenti tagħha stess għall-konsumatur, filwaqt li tqis il-fatturi stabbiliti fl-Anness I, u (ii) id-disponibbilità ta’ SLAs u KPIs korrispondenti. |
14. |
It-test meħtieġ tar-replikabbiltà teknika jista’ jagħmlu l-operatur SMP jew l-NRA. |
15. |
Jekk l-operatur SMP jagħmel it-test tar-replikabbiltà teknika hu stess, l-NRA għandha teżiġi li l-operatur SMP jagħtiha r-riżultati tat-test inkluża kull informazzjoni meħtieġa biex jintwera li r-replikabbiltà teknika hi żgurata b’mod sħiħ, b’avviż biżżejjed biex l-NRA tkun tista’ tivvalida r-riżultati tat-test u biex min qed ifittex aċċess ikun jista’ jirreplika l-offerta rilevanti għall-konsumatur skont il-parametri speċifikati fl-Anness I. |
16. |
Inkella, jekk l-NRA tagħmel it-test tar-replikabbiltà teknika, din għandha teżiġi li l-operatur SMP jinnotika lill-NRA, id-dettalji tal-offerti l-ġodda għall-konsumatur, li jkunu jikkunsmaw input regolat rilevanti min-naħa tal-operatur, kif ukoll kull informazzjoni li l-NRA għandha bżonn tivvaluta r-replikabbiltà, b’avviż biżżejjed qabel it-tnedija ta’ dawn l-offerti lill-konsumatur. Avviż bħal dan għandu jkun biżżejjed għall-NRA biex tkun tista’ tagħmel it-test tar-replikabbiltà teknika u għal min ifittex aċċess biex jirreplika l-offerta rilevanti għall-konsumatur skont il-parametri speċifikati fl-Anness I. |
17. |
Meta l-NRA jidhrilha li r-replikabbiltà teknika tal-offerta l-ġdida lill-konsumatur mhix żgurata, din għandha teżiġi li l-operatur SMP jemenda l-input(s) regolati rilevanti min-naħa tal-operatur b’tali mod li jiżgura r-replikabbiltà teknika. |
18. |
Meta l-NRA jidhrilha li offerta għall-konsumatur, li mhix teknikament replikabbli, tagħmel ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni, din għandha teżiġi, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li l-operatur SMP iwaqqaf jew idewwem il-forniment tal-offerta rilevanti għall-konsumatur sakemm issir konformità mar-rekwiżit tar-replikabbiltà teknika. |
MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ TAL-OBBLIGI TAN-NONDISKRIMINAZZJONI
L-Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment
19. |
Meta jiġi impost obbligi tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE, l-NRAs għandhom jimponu li l-operatur SMP juża l-indikaturi ewlenin tar-rendiment (KPIs) għal monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligu tan-nondiskriminazzjoni. |
20. |
Il-KPIs għandhom ikejlu r-rendiment mill-inqas fir-rigward tal-elementi ewlenin li ġejjin fil-forniment tas-servizzi regolati min-naħa tal-operatur:
|
21. |
L-NRAs għandhom jimponu KPIs għal kull element ewlieni msemmi hawn fuq fil-forniment tas-servizzi regolati min-naħa tal-operatur. Il-KPIs għandhom jippermettu li jitqabblu s-servizzi mogħtija internament lill-fergħa downstream għall-konsumatur tal-operatur SMP u dawk mogħtija esternament lil partijiet terzi li jfittxu aċċess. |
22. |
Id-dettalji speċifiċi tal-KPIs imposti mill-NRA skont il-punt 21 jistgħu jinqablu bejn l-operatur SMP u partijiet terzi li jfittxu aċċess u għandhom jiġu aġġornati sikwit kif ikun meħtieġ. |
23. |
Filwaqt li timponi l-KPIs, l-NRA għandha tqis il-miżuri tar-rendiment li diġà jeżistu anki meta jintużaw biss għal finijiet interni tal-operatur SMP. |
24. |
Sabiex ikun żgurat li mġiba potenzjalment diskriminatorja tinqabad minn kmieni u li jkun hemm trasparenza fejn jidħol il-forniment tas-servizzi regolati min-naħa tal-operatur, l-NRAs għandhom jiżguraw li KPIs jiġu ppubblikati, mill-inqas kull tliet xhur, f’forma xierqa fil-websajt tal-NRAs jew fil-websajt ta’ parti terza indipendenti li taħtarha l-NRA. |
25. |
L-NRAs għandhom jiżguraw li l-KPIs jiġu awditjati sikwit mill-NRA jew, inkella minn awditur indipendenti. |
26. |
Meta r-riżultati tal-KPIs juru li l-operatur SMP ma jkunux jista’ jikkonforma mal-obbligu tiegħu tan-nondiskriminazzjoni, l-NRA għandha tintervjeni billi tinvestiga l-kwistjoni f’aktar dettall, u meta jkun hemm bżonn, tinfurza konformità. Id-deċiżjoni tagħhom li tirrimedja nuqqas ta’ konformità, l-NRAs għandhom jippubblikawha, pereżempju fuq il-websajt tagħhom. |
Ftehimiet fil-Livell ta’ Servizz u Garanziji fil-Livell ta’ Servizz
27. |
L-NRAs għandhom jeżiġu li l-operatur SMP jimplimenta l-SLAs korrispondenti flimkien mal-KPIs. |
28. |
L-NRAs għandhom jeżiġu li l-operatur SMP jipprovdi l-SLGs korrispondenti meta jinkisru l-SLAs. |
29. |
L-NRAs għandhom jiżguraw li fil-prinċipju jkunu saru l-ħlasijiet tal-SLG fost l-operaturi mingħajr dewmien żejjed u bi proċess stabbilit minn qabel għall-ħlasijiet u l-kontijiet. Il-livell ta’ dawn il-penali għandu jkun dissważiv biżżejjed li jiżgura li l-operatur SMP jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta’ twassil. |
IL-METODOLOĠIJA TAL-IKKOSTJAR
Il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar
30. |
Għall-finijiet biex jiġu ffissati l-prezzijiet tal-aċċess għar-ram u l-NGA min-naħa tal-operatur, meta l-orjentazzjoni lejn il-kostijiet tiġi imposta bħala rimedju, meta jkun xieraq, proporzjonat u ġustifikat skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2002/21/KE u l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE, l-NRAs għandhom jadottaw il-metodoloġija tal-ikkostjar tal-BU LRIC + li tinkludi approċċ tal-immudellar minn isfel għal fuq li juża l-LRIC bħala mudell tal-kost u biż-żieda ta’ mark-up għall-irkupru tal-kostijiet komuni. |
31. |
L-NRAs għandhom jadottaw metodoloġija tal-ikkostjar BU LRIC + li tikkalkula l-kost attwali li jġarrab operatur effiċjenti ipotetiku biex jibni netwerk effiċjenti modern, li jkun netwerk tal-NGA. Dan hu mingħajr preġudizzju għal jekk netwerk tal-NGA li jkun hemm fis-suq ġeografiku rilevanti hux soġġett għal obbligu ta’ prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur, li jissemma fil-punt 36 tar-Rakkomandazzjoni 2010/572/UE u fil-punti 48 u 49 ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
32. |
Meta jimmudellaw netwerk tal-NGA, l-NRAs għandhom jiddefinixxu netwerk tal-NGA effiċjenti ipotetiku li jkun kapaċi jilħaq il-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa stabbiliti fejn jidħlu l-medda tal-frekwenzi, il-kopertura u l-użu, li jkun jikkonsisti kollu jew parzjalment minn elementi ottiċi. Meta jimmudellaw netwerk tal-NGA, l-NRAs għandhom jinkludu xi assi eżistenti tal-inġinerija ċivili li ġeneralment ikun jistgħu wkoll jilqgħu fihom ukoll netwerk tal-NGA flimkien mal-assi tal-inġinerija ċivili li jridu jinbnew ġodda biex jilqgħu netwerk tal-NGA. Għalhekk, meta jibnu l-mudell tal-BU LRIC+, l-NRAs m’għandhomx jassumu l-bini ta’ netwerk tal-infrastruttura ċivili għalkollox ġdid biex jifirxu netwerk tal-NGA. |
33. |
L-NRAs għandhom jivvalutaw l-assi kollha li jikkostitwixxu r-RAB tan-netwerk immudellat abbażi tal-kostijiet ta’ sostituzzjoni, ħlief għall-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili. |
34. |
L-NRAs għandhom jivvalutaw l-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili u r-RAB korrispondenti tagħhom abbażi tal-metodu tal-indiċjar. B’mod speċifiku, l-NRAs għandhom jiffissaw ir-RAB għal dan it-tip ta’ assi fil-valur nett tal-kontabbiltà regolatorja tad-depprezzar akkumulat meta jsir il-kalkolu, indiċjat b’indiċi tal-prezz xieraq, bħall-indiċi tal-prezz għall-konsumatur. L-NRAs għandhom jeżaminaw il-kontijiet tal-operatur SMP meta jkunu disponibbli ħalli jsibu jekk dawn humiex affidabbli biżżejjed bħala bażi biex jerġa’ jinħoloq il-valur tal-kontabbiltà regolatorja. Inkella dawn għandhom jagħmlu stima abbażi ta’ punt ta’ riferiment tal-aqwa prattiki fi Stati Membri komparabbli. L-NRAs m’għandhomx jinkludu l-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili li huma deprezzati għalkollox u għandhom jintużaw. |
35. |
Meta jkunu qed japplikaw il-metodu għall-istima tal-assi stabbilit fil-punt 34, L-NRAs għandhom jibblokkaw ir-RAB li tikkorrispondi għall-assi storiċi riutilizzabbli tal-inġinerija ċivili u mbagħad jirriportawha minn perjodu regolatorju għal li jkun imiss. |
36. |
L-NRAs għandhom jiffissaw kemm se jservu l-assi tal-inġinerija ċivili f’tul li jikkorrispondi għall-perjodu mistenni taż-żmien li matulu l-assi jista’ jintuża u għall-profil tad-domanda. Dan normalment ma tkunx inqas minn 40 sena fil-każ tal-kanali |
37. |
Fid-dawl tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, l-NRAs għandhom iqisu l-bosta approċċi għall-immudellar tan-netwerk tal-NGA effiċjenti ipotetiku skont it-teknoloġija tal-aċċess u t-topoloġija tan-netwerk li jixirqu l-aktar għaċ-ċirkostanzi nazzjonali. Meta jiddeterminaw il-prezzijiet tal-aċċess ta’ servizzi li huma bbażati għalkollox fuq ir-ram, l-NRAs għandhom jaġġustaw il-kost ikkalkulat għal dan in-netwerk tal-NGA immudellat biex ikun jirrifletti l-karatteristiċi differenti tas-servizzi tal-aċċess min-naħa tal-operatur li huma bbażati għalkollox fuq ir-ram Għal dan l-għan, l-NRAs għandhom jikkalkulaw id-differenza tal-kost bejn prodotti tal-aċċess ibbażat fuq FttC/FttH pereżempju, u prodott tal-aċċess ibbażat għalkollox fuq ir-ram billi jinbidlu l-elementi ottiċi b’elementi tar-ram bi prezz effiċjenti, meta jkun xieraq, fil-mudell tal-inġinerija tal-NGA. Meta jkun xieraq, inkella l-NRAs jistgħu jiksbu l-kost tar-ram billi jimmudellaw netwerk overlay tal-NGA, li fih żewġ netwerks (ram u fibra, FttH jew FttC) sa ċertu punt jaqsmu bejniethom l-istess infrastruttura ċivili. |
Skeda tal-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-ikkostjar
38. |
L-NRAs għandhom iqisu l-prinċipju tat-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà mingħajr varjazzjonijiet sinifikanti meta jiffissaw il-prezzijiet tal-aċċess orjentati lejn il-kostijiet, kemm meta jiżviluppaw il-metodoloġija tal-ikkostjar irrakkomandata fil-punti 30 sa 37 (il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar) u meta jimplimentawha ġaladarba tkun ġiet finalizzata jew meta jużaw metodoloġija skont il-punt 40. |
39. |
L-NRAs għandhom jiżguraw li l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar tiġi implimentata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, ħlief li l-NRAs jikkonformaw mal-punt 40. |
40. |
Meta jimponu prezzijiet tal-aċċess orjentati lejn il-kostijiet, wara l-31 ta’ Diċembru 2016 l-NRAs jistgħu jibqgħu japplikaw il-metodoloġija tal-ikkostjar li jkunu qed jużaw meta tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni, jekk din tkun tilħaq l-għanijiet tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar kif jistabbilixxu l-premessi 25 sa 28 u tkun tissodisfa l-kriterji li ġejjin: (i) jekk mhux qed jiġi mmudellat netwerk tal-NGA, din għandha tirrifletti il-qlib gradwali minn netwerk tar-ram għal netwerk tal-NGA; (ii) din għandha tapplika metodu tal-valutazzjoni tal-assi li jqis li ċerti assi tal-infrastruttura ċivili ma jiġux irreplikati fil-proċess kompetittiv; (iii) din għandu jkollha magħha l-miri dokumentati tal-prezzijiet tan-netwerk tar-ram li jkunu juru li mhux se jvarjaw b’mod sinifikanti u allura se jibqgħu stabbli għal żmien twil, u li l-metodoloġija alternattiva tilħaq l-għan tat-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet; u (iv) din għandha tkun teħtieġ biss modifiki minimi fejn tidħol il-metodoloġija tal-ikkostjar fis-seħħ f’dak l-Istat Membru ħalli jiġu ssodisfati l-ewwel tliet kriterji. |
41. |
Il-Kummissjoni tantiċipa li, fid-dawl tal-prezzijiet tal-aċċess fl-Istati Membri osservati, u jekk wieħed iżomm f’moħħu l-potenzjal ta’ varjazzjonijiet limitati fil-kostijiet lokali, l-applikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar, jiġifieri li nibbażaw fuq netwerk effiċjenti modern, li jirrifletti l-bżonn ta’ prezzijiet tal-aċċess għar-ram min-naħa tal-operatur li jkunu stabbli u prevedibbli matul iż-żmien, u li jindirizza b’mod xieraq u konsistenti l-impatt tat-tnaqqis fil-volumi, u tal-metodoloġiji użati skont il-punt 40, x’aktarx se twassal għal prezzijiet tal-aċċess għar-ram stabbli u għal prezzijiet medji tal-Unjoni tal-aċċess tal-kiri fix-xahar għal-loop lokali tar-ram diżassoċjat li jkunu bejn EUR 8 u EUR 10 (netti mit-taxxi kollha) espressi fi prezzijiet tal-2012 (il-firxa tal-prezzijiet). |
42. |
Minħabba dan ta’ hawn fuq, f’dawk l-Istati Membri li meta din ir-Rakkomandazzjoni tidħol fis-seħħ, ikollhom il-prezzijiet tal-kiri fix-xahar għal-loop lokali tar-ram diżassoċjat li jkunu jaqgħu fil-faxxa tal-prezzijiet, kif aġġustata skont l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur (annwali) medji tal-Unjoni, l-NRAs jistgħu jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2016 il-metodoloġija tal-ikkostjar li jkunu qed jużaw meta tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-NRAs jikkonformaw mal-punt 40 biex jibqgħu japplikaw din il-metodoloġija wara dan il-perjodu. L-NRAs għandhom iżommu f’moħħhom l-għanijiet tat-trasparenza u l-prevedibbiltà regolatorji kif ukoll il-ħtieġa li tkun żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet mingħajr varjazzjonijiet sinifikanti. |
43. |
Ħlief fil-każijiet li jkopri l-punt 40, f’dawk l-Istati Membri li meta din ir-Rakkomandazzjoni tidħol fis-seħħ, ikollhom prezzijiet tal-kiri fix-xahar għal-loop lokali tar-ram diżassoċjat li ma jkunux jaqgħu fil-faxxa tal-prezzijiet, l-NRAs għandhom jikkalkulaw il-kostijiet u l-prezzijiet tal-aċċess li jirriżultaw abbażi tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar mill-aktar fis possibbli u jgħarrfu l-miżura abbozzata korrispondenti skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE f’waqtu sabiex jiżguraw implimnetazzjoni sħiħa tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar sal-31 ta’ Diċembru 2016, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-ħtieġa potenzjali li jsiru aġġustamenti gradwali fil-prezzijiet, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri li l-prezzijiet tal-aċċess tagħhom bħalissa mhumiex orjentati lejn il-kost. Iż-żmien meta ssir in-notifika għandu jqis li meta d-differenza bejn ir-rata regolata fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni u r-rata li toħroġ meta l-NRA tapplika l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar, tkun sinifikanti, l-NRA għandha timponi prezzijiet tal-aċċess li ftit ftit jiżguraw li r-rata li toħroġ meta l-NRA tapplika l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar tintlaħaq sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, filwaqt li jitqies l-impatt li aġġustamenti f’daqqa fil-prezzijiet jaf iħallu fuq il-kompetizzjoni. Biex jitneħħa d-dubju, l-NRAs m’għandhomx bżonn jimponu prezzijiet tal-aċċess fil-faxxa meta dawn japplikaw il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar jew metodoloġija użata skont il-punt 40. |
44. |
L-NRAs li beħsiebhom japplikaw il-punt 40 għandhom jinnotifikaw il-miżura abbozzata korrispondenti skont il-proċedura tal-konsultazzjoni fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE mill-aktar fis possibbli u f’waqtha biex il-Kummissjoni tirrevedi l-konformità mal-Qafas Regolatorju u din ir-Rakkomandazzjoni b’mod partikolari, u biex tiżgura implimentazzjoni f’waqtha. |
45. |
F’ċirkostanzi eċċezzjonali meta l-NRA, b’mod partikolari minħabba riżorsi limitati, ma tkunx tista’ tiffinalizza l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar sal-31 ta’ Diċembru 2016, din għandha tistabbilixxi prezzijiet tal-aċċess interim abbażi ta’ punt ta’ riferiment li jqis biss medja tar-rati tal-aċċess li stabbilixxew l-NRAs f’pajjiżi komparabbli (f’termini ta’ inputs tal-kost) u f’konformità ma’ din ir-Rakkomandazzjoni. Il-BEREC, inkluż il-gruppi ta’ ħidma tiegħu relatati, id f’id mal-Kummissjoni, għandu jassisti lill-NRA mill-aktar fis possibbli biex timplimenta l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar ħalli tegħleb din il-limitazzjoni tar-riżorsi, b’mod partikolari, il-kost biex timplimenta l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar. |
46. |
Ġaladarba l-NRAs ikunu ffinalizzaw l-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar, dawn għandhom jikkunsidraw li din ma tinbidilx, b’applikazzjoni tal-Artikolu 8(5)(a) tad-Direttiva 2002/21/KE ħalli jippromwovu l-prevedibilità regolatorja billi jiżguraw prezzijiet tal-aċċess stabbli f’mill-anqas żewġ perjodi ta’ reviżjoni xierqa, diment li dawn iżommu obbligu tal-kontroll tal-prezz matul dan il-perjodu. |
47. |
Meta tkun qed issir implimentazzjoni tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar jew metodoloġiji alternattivi tal-ikkostjar li jkunu konformi mal-punti 40 u 44, u l-NRA iżżomm il-metodoloġija konformi mal-punt 46, l-NRAs għandhom biss jaġġornaw l-input tad-dejta fil-metodoloġija tal-ikkostjar meta jkunu qed jagħmlu reviżjoni ġdida tas-suq, fil-prinċipju wara tliet snin. Meta jkunu qed jaġġornaw il-mudell l-NRAs, fil-prinċipju u diment li l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu baqgħu stabbli, għandhom biss jaġġustaw din id-dejta skont l-evoluzzjoni reali tal-prezzijiet tal-input individwali u kull darba għandhom jiżguraw l-irkupru sħiħ maż-żmien tal-ispejjeż imġarrba biex jipprovdu s-servizzi regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur. L-NRAs għandhom jippubblikaw l-eżitu aġġornat tal-metodoloġija tal-ikkostjar u l-prezzijiet tal-aċċess li jirriżultaw tul il-perjodu rilevanti ta’ tliet snin. |
IN-NONIMPOŻIZZJONI TAL-PREZZIJIET REGOLATI TAL-AĊĊESS MIN-NAĦA TAL-OPERATUR FUQ IN-NETWERKS TAL-NGA
48. |
L-NRA għandha tiddeċiedi li ma timponix jew ma żżommx il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq inputs attivi tal-NGA min-naħa tal-operatur, ħlief dawk l-inputs speċifikati fil-punt 49 skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE meta, fl-istess miżura, l-NRA timponi fuq l-operatur SMP obbligi tan-nondiskriminazzjoni dwar l-inputs tal-NGA passivi u attivi min-naħa tal-operatur skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE li huma konsistenti ma’:
diment li t-teħid proprju tal-inputs passivi upstream min-naħa tal-operatur jew tal-inputs mhux fiżiċi jew virtwali min-naħa tal-operatur li joffru funzjonalitajiet ekwivalenti jew il-preżenza ta’ infrastrutturi alternattivi jkunu joħolqu restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur. |
49. |
L-NRA għandha tiddeċiedi li ma timponix jew ma żżommx il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq inputs tal-NGA passivi min-naħa tal-operatur jew inputs virtwali jew mhux fiżiċi min-naħa tal-operatur li joffru funzjonalitajiet ekwivalenti, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE meta, fl-istess miżura, l-NRA timponi fuq l-operatur SMP obbligi tan-nondiskriminazzjoni dwar l-inputs tal-NGA passivi min-naħa tal-operatur jew inputs virtwali jew mhux fiżiċi min-naħa tal-operatur li joffru funzjonalitajiet ekwivalenti, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/19/KE li huma konsistenti ma’:
|
50. |
Fi swieq ġeografiċi fejn il-kundizzjonijiet elenkati fil-punti 48 u 49 jiġu ssodisfati biss f’xi oqsma f’dawn is-swieq, l-NRAs għandhom jiddifferenzjaw ir-rimedji u jżommu jew jimponu l-obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE f’dawk l-oqsma biss fejn dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati. L-NRAs għandhom jimplimentaw il-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar ħalli l-eżitu ma jintlaqatx mill-impożizzjoni tar-rimedji ddifferenzjati f’suq ġeografiku partikolari. |
51. |
NRA titqies li qed timponi EoI skont il-punti 48(a) u 49(d) meta din tinkludi dan ir-rimedju, li kien soġġett għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, fl-istess miżura finali fejn jidhrilha li ma timponix jew ma żżommx prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq inputs tal-NGA min-naħa tal-operatur. Il-miżura għandha tinkludi d-dettalji u ż-żmien tal-implimentazzjoni tal-EoI (il-“pjan direzzjonali”). Il-pjan direzzjonali għandu jinkludi passi speċifiċi bi skeda għall-implimentazzjoni ta’ kull pass importanti. Għallinqas, l-ewwel passi importanti għandhom jinkludu obbligi li tkun żgurata r-replikabbiltà teknika u jipprevedu l-impożizzjoni tal-aktar KPIs, SLAs u SLGs rilevanti li hemm bżonn għall-forniment mill-aktar fis possibbli tas-servizzi regolati ewlenin min-naħa tal-operatur u sa mhux aktar tard minn sitt xhur mill-impożizzjoni tal-obbligu tal-EoI. |
52. |
L-NRAs m’għandhomx jimponu prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq xi input regolat tal-NGA min-naħa tal-operatur, fl-istess suq fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 48 u 49, irrispettivament jekk l-obbligu tal-EoI ikunx impost fuq is-sett kollu tal-inputs f’dak is-suq jew jekk dan japplikax biss għal dawk il-livelli ta’ dak is-suq li l-NRA tqis proporzjonati. |
53. |
Id-deċiżjoni tal-NRA li ma timponix jew li ma żżommx prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur m’għandhiex tapplika għal aċċess għall-infrastruttura tal-inġinerija ċivili, kemm jekk bħala parti mis-suq tal-prodotti kif ukoll jekk imposta bħala rimedju anċillari. |
54. |
Meta NRA tiddeċiedi li tneħħi prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur li jkunu ġew imposti qabel, abbażi ta’ pjan direzzjonali maqbul tal-EoI, u l-operatur SMP ma jagħmilx il-passi miftiehma, l-NRAs għandhom iqisu li jergħu jimponu l-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur f’konformità mal-metodoloġija f’din ir-Rakkomandazzjoni u skont il-prinċipji previsti fid-Direttiva 2002/19/KE jew iqisu li jużaw is-setgħat tagħha biex jimponu penali skont il-Qafas Regolatorju. |
55. |
L-NRAs għandhom jakkumpanjaw id-deċiżjoni li ma jimponux jew li ma jżommux prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur, b’miżuri li jissorveljaw l-evoluzzjoni tal-ambjent tal-investiment għall-broadband tal-NGA u l-kundizzjonijiet kompetittivi, fosthom billi jitolbu lill-operaturi biex lill-NRAs jipprovdulhom informazzjoni aġġornata dwar l-investiment u l-pjanijiet tat-tifrix tal-NGA b’mod regolari, li meta legalment possibbli l-NRA għandha taqsam man-netwerk dedikat ta’ esperti bejn il-Kummissjoni u l-BEREC kif deskritt fil-premessa 69. |
56. |
NRA titqies li qed timponi l-obbligi tar-replikabbiltà ekonomika msemmija fil-punti 48(c) u 49(c) meta din tikkonkludi li l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c), li kienu soġġetti għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, fl-istess miżura finali fejn jidhrilha li ma timponix jew ma żżommx prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur fuq inputs tal-NGA min-naħa tal-operatur.
|
57. |
Ġaladarba l-miżura tkun ġiet adottata, l-NRA għandha tippubblika l-pjan direzzjonali fuq il-websajt flimkien mad-dettalji tat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika bħala parti mill-miżura finali. L-NRA għandha tqis li tuża l-għodod tal-infurzar kollha li jagħtiha l-Qafas Regolatorju biex tiżgura l-konformità mal-aspetti kollha tal-miżuri imposti. |
58. |
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 48 sa 57 ma għandhomx jidhru bħala l-uniċi ċirkostanzi meta l-NRAs jistgħu jiddeċiedu li ma jimponux prezzijiet regolati tal-aċċess għall-inputs tal-NGA min-naħa tal-operatur. Skont jekk tintweriex ekwivalenza fl-effettività tal-aċċess u skont il-kundizzjonijiet kompetittivi, b’mod partikolari kompetizzjoni effettiva bbażata fuq l-infrastruttura, jista’ jkun hemm xenarji oħra meta l-impożizzjoni ta’ prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur ma tkunx mandata skont il-Qafas Regolatorju. |
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
59. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hi mingħajr preġudizzju għad-definizzjonijiet tas-suq, ir-riżultati tal-analiżi tas-suq u l-obbligi regolatorji adottati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE qabel id-data meta tidħol fis-seħħ din ir-Rakkomandazzjoni. |
60. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi prejodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016 għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija rakkomandata tal-ikkostjar fil-punti 30 sa 37. Minħabba f’hekk, jidher li l-effett tagħha se jinħoloq progressivament u fi żmien twil. L-impatt fuq l-investiment, il-kompetizzjoni u l-prezzijiet min-naħa tal-konsumatur se jsegwuh mill-qrib il-BEREC u l-Kummissjoni, anki skont l-informazzjoni li jagħtu l-NRAs f’konformità mal-punt 55. Din ir-Rakkomandazzjoni se tiġi riveduta meta l-impatt tagħha jkun jista’ jiġi vvalutat kollu, u dan mhux mistenni jiġri qabel seba’ snin mid-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tagħmel reviżjoni qabel, fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi President
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(2) Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva dwar l-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/879/KE tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Rakkomdandazzjoni dwar is-Swieq Rilevanti) (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 65).
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/572/UE tal-20 ta’ Settembru 2010 dwar l-aċċess irregolat għan-Netwerks ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 35).
(5) Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).
ANNESS I
L-ispeċifikazzjoni taż-żmien u d-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni
Meta tiġi biex tivvaluta t-tul raġonevoli taż-żmien meħtieġ, l-NRAs għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:
(1) |
jekk il-prodott ikunx prodott ġdid jew aġġornament ta’ prodott eżistenti; |
(2) |
iż-żmien meħtieġ għal konsultazzjoni u ftehim dwar il-proċessi min-naħa tal-operatur għall-forniment tas-servizzi rilevanti; |
(3) |
iż-żmien meħtieġ biex tinħoloq offerta ta’ referenza u jiġu ffirmati l-kuntratti; |
(4) |
iż-żmien meħtieġ biex jinbidlu u jiġu aġġornati s-sistemi tal-IT rilevanti; |
(5) |
iż-żmien meħtieġ għall-kummerċjalizzazzjoni tal-offerta l-ġdida għall-konsumatur. |
ANNESS II
Il-parametri tat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika
Meta l-obbligi tal-EoI ikunu diġà ġew implimentati jew qegħdin fil-proċess biex jiġu implimentati skont il-punt 51 u meta r-replikabbiltà teknika tkun żgurata, it-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika msemmi fil-punt 56 jivvaluta jekk il-marġni bejn il-prezz għall-konsumatur tal-prodotti rilevanti għall-konsumatur u l-prezz tal-inputs regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur ibbażati fuq NGA rilevanti, ikun ikopri l-kostijiet downstream inkrementali u persentaġġ raġonevoli tal-kostijiet komuni. Meta jiġu biex jistabbilixxu l-parametri tat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika, l-NRAs għandhom jiżguraw li l-operatur SMP ma jitqigħedx fi żvantaġġ fil-konfront ta’ min ifittex l-aċċess fejn jidħol it-tqassim tar-riskju tal-investiment.
Il-parametri msemmija fil-punt 56(a) huma:
(i) |
Il-kostijiet downstream rilevanti Il-kostijiet downstream huma kkalkulati abbażi tal-kostijiet tan-negozji downstream tal-operatur SMP stess (test tal-EeO). L-NRAs għandhom jużaw il-kostijiet downstream awditjati tal-operatur SMP diment li dawn ikunu diżaggregati biżżejjed. Meta d-dħul fis-suq jew it-twessigħ tiegħu ikunu ġew frustrati fil-passat (kif pereżempju juru s-sejbiet ta’ x’ġara fil-passat) jew meta l-volumi tal-linji tassew baxxi u l-ilħuq ġeografiku tagħhom li hu limitat b’mod sinifikanti meta mqabbla man-netwerk tal-NGA tal-operatur, juru li kundizzjonijiet ekonomiċi oġġettivi ma jiffavorixxux l-akkwist fil-kobor minn operatur alternattiv, l-NRAs jistgħu jaġġustaw għall-iskala lill-kostijiet downstream tal-operatur SMP, ħalli jiżguraw li r-replikabbiltà ekonomika tkun prospett realistiku. F’dawn il-każijiet, l-iskala raġonevolment effiċjenti li tidentifika l-NRA m’għandhiex tmur lil hinn minn dik ta’ struttura tas-suq b’għadd biżżejjed ta’ operaturi li jikkwalifikaw, ħalli tkun żgurata kompetizzjoni effettiva filwaqt li żżomm f’moħħha wkoll il-kompetizzjoni minn pjattaformi oħrajn. |
(ii) |
Il-kost standard rilevanti Il-kost inkrementali biex jingħata s-servizz downstream rilevanti huwa l-istandard xieraq. Għandu jintuża mudell tal-LRIC + biex jiġi kkalkulat dan il-kost inkrementali (inklużi kostijiet irrekuperabbli) u biex jiżdied mark-up għall-kostijiet komuni relatati mal-attivitajiet downstream. |
(iii) |
L-inputs regolati rilevanti min-naħa tal-operatur u l-prezzijiet ta’ referenza rilevanti L-NRAs għandhom jidentifikaw l-aktar inputs regolati użati jew li mistennija jintużaw minn min ifittex aċċess fis-saff tal-aċċess min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA li x’aktarx ikun prevalenti fiż-żmien tar-reviżjoni attwali tas-suq, fid-dawl tal-pjanijiet tat-tixrid tal-operatur SMP, it-topoloġiji tan-netwerks magħżula u l-użu tal-offerti min-naħa tal-operatur. Input bħal dan jista’ jkun input attiv, input passiv, jew input virtwali jew mhux fiżiku li joffri funzjonalitajiet ekwivalenti għal input passiv. L-NRAs għandhom jagħmlu t-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika biex jivvalutaw il-marġni tal-qligħ bejn il-prodott(i) għall-konsumatur imsemmija fil-punt (iv) hawn taħt u l-aktar input regolat rilevanti li jiġi identifikat fis-saff min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA li jintgħażel. Barra minn hekk, meta jkun ġustifikat, b’mod partikolari meta prodott għall-konsumatur mhux imsemmi fil-punt (iv) jitnieda abbażi ta’ input differenti minn dak identifikat qabel, jew meta jkun hemm domanda sostanzjali għall-aċċess f’saff ġdid min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA, l-NRAs għandhom jivvalutaw ukoll il-marġni tal-qligħ bejn il-prodott għall-konsumatur u l-input il-ġdid regolat min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA. Jekk il-karatteristiċi tan-netwerk tal-operatur SMP u d-domanda għall-offerti min-naħa tal-operatur ivarjaw ħafna fit-territorju kollu ta’ Stat Membru, l-NRA għandha tivvaluta l-fattibilità ta’ differenzjazzjoni tal-aktar saff regolat min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA li jkun rilevanti għal kull żona ġeografika, u tadatta t-test skont dan. Meta jiġu biex jidentifikaw il-prezzijiet ta’ referenza rilevanti min-naħa tal-operatur, l-NRAs għandhom iqisu l-prezz tal-aċċess li effettivament jitlob l-operatur SMP lil parti terza li tfittex aċċess għall-input regolat rilevanti min-naħa tal-operatur. Dawn il-prezzijiet għall-aċċess min-naħa tal-operatur għandhom ikunu ekwivalenti għall-prezzijiet li l-operatur SMP jitlob lill-fergħa tiegħu stess għall-konsumatur. B’mod partikolari, sabiex ikun żgurat il-bilanċ ġust fiċ-ċirkostanzi nazzjonali bejn li jinċentivaw strateġiji tal-ipprezzar effiċjenti u flessibbli fil-livell tal-operatur u fl-istess waqt li jiżguraw marġni biżżejjed għal min ifittex aċċess biex tinżamm kompetizzjoni sostenibbli, l-NRAs għandhom jagħtu importanza xierqa lill-preżenza ta’ skontijiet għall-volum u/jew ftehimiet fit-tul dwar l-ipprezzar tal-aċċess bejn l-operatur SMP u min ifittex aċċess. |
(iv) |
Il-prodotti rilevanti għall-konsumatur L-NRAs għandhom jivvalutaw l-aktar prodotti rilevanti għall-konsumatur inklużi s-servizzi broadband (“il-prodotti ewlenin”) li joffri l-operatur SMP abbażi tas-saff identifikat tal-aċċess min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA. L-NRAs għandhom jidentifikaw prodotti ewlenin abbażi tal-osservazzjonijiet tagħhom tas-suq attwali u li jħarsu ‘l quddiem, b’mod partikolari li jqisu r-rilevanza tagħhom għall-kompetizzjoni bħalissa u futura. Dawn għandhom jinkludu valutazzjoni tal-ishma tas-suq tal-konsumatur f’termini tal-volum u l-valur tal-prodotti bbażati fuq inputs regolati tal-NGA min-naħa tal-operatur u, meta disponibbli, in-nefqa tar-reklamar. Il-prodotti ewlenin x’aktarx jiġu offruti bħala pakkett. L-NRAs għandhom jivvalutaw varjazzjonijiet innovattivi ta’ dawn il-pakketti, jekk dawn x’aktarx ikunu se jieħdu post il-prodott ewlieni. Barra minn hekk, l-NRAs għandhom iqisu jekk prodott partikolari għall-konsumatur li ma jkunx fost l-aktar prodotti rilevanti għall-konsumatur tal-operatur SMP, ikunx partikolarment attraenti għal operaturi alternattivi li jistgħu jiffukaw fuq ċertu prodotti niċċa jew prodotti għall-konsumatur bi kwalità aktar baxxa. L-NRAs jistgħu jiddeċiedu li jinkludu dan il-prodott fost il-prodotti ewlenin. |
(v) |
Il-perjodu taż-żmien rilevanti L-NRAs għandhom jevalwaw il-profittabbiltà tal-prodotti ewlenin abbażi ta’ analiżi dinamika ta’ bosta perjodi, bħall-approċċ tal-fluss tal-flus skontat (DCF). L-NRAs għandhom jidentifikaw perjodu taż-żmien ta’ referenza xieraq biex matulu jiġi vvalutat jekk il-marġni bejn il-prezz min-naħa tal-konsumatur tal-prodott ewlieni u l-prezz tal-input rilevanti tal-aċċess min-naħa tal-operatur ibbażat fuq NGA jippermettix l-irkupru tal-kostijiet downstream (inkluż persentaġġ raġonevoli tal-kostijiet komuni) ikkalkulat skont (i) u (ii) t’hawn fuq. Il-perjodu rilevanti għal dan it-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika għandu jiġi stabbilit skont il-medja stmata tal-ħajja tal-klijenti. Din il-medja tal-ħajja tal-klijenti tkun il-perjodu taż-żmien li matulu l-klijent jikkontribwixxi għall-irkupru ta’ (a) il-kostijiet downstream li jiġu annwalizzati skont il-metodu ta’ deprezzament li jixraq għall-assi inkwistjoni u għall-ħajja ekonomika tal-assi korrispondenti li hemm bżonn biex isir il-bejgħ bl-imnut (inklużi l-kostijiet tan-netwerk li ma jiddaħħlux fis-servizz tal-aċċess għall-NGA min-naħa tal-operatur) u (b) kostijiet downstream oħra li normalment ma jiġux annwalizzati (tipikament il-kostijiet tal-akkwist tal-abbonat) u li l-operatur iġarrab biex ikollu klijenti u għandu jara li jirkupra matul il-medja tal-ħajja ta’ dawn tal-aħħar. Meta jiġu biex jikkalkulaw il-medja tal-ħajja tal-klijenti, l-NRAs għandhom iqisu l-karatteristiċi differenti u l-kundizzjonijiet kompetittivi tal-forniment tas-servizzi fin-netwerks tal-NGA, meta mqabbel man-netwerk storiku tar-ram, meta dawn aktarx iwasslu biex l-utenti tan-netwerks tal-NGA ikollhom medja tal-ħajja tal-klijenti differenti meta mqabbla ma’ dik tal-utenti tan-netwerk tar-ram. Il-gwida mogħtija għat-test ex ante tar-replikabbiltà ekonomika msemmi fil-punt 56 u f’dan l-Anness hi limitata għall-ambitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, fejn tidħol l-applikazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE flimkien mal-Artikoli 10 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE, u għalhekk tkun tapplika f’ċirkostanzi differenti mit-testijiet ex ante tal-pressjoni fuq il-marġni applikati fuq il-prezzijiet regolati tal-aċċess min-naħa tal-operatur u hi għalkollox mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u/jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għall-interpretazzjoni tagħhom min-naħa tal-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din il-gwida hi mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni jew xi linji gwida li tista’ toħroġ il-Kummissjoni fil-futur dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni fl-Unjoni. |
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/s3 |
NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI
Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.
Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.