ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.249.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 249

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
19 ta' Settembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 895/2013 tat-18 ta’ Settembru 2013 li jemenda għall-202 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 896/2013 tat-18 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/459/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2013 li taħtar membru Svediż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

5

 

 

2013/460/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2013 li tirrifjuta li tagħti deroga mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini għaz-zokkor minn Curaçao (notifikata bid-dokument C(2013) 5826)

6

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2013/461/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT ( 1 )

10

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 178/13/COL tat-30 ta’ April 2013 li teżenta l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (In-Norveġja)

16

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 895/2013

tat-18 ta’ Settembru 2013

li jemenda għall-202 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-11 ta' Settembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni naturali":

"Mufti Rashid Ahmad Ladehyanoy (magħruf ukoll bħala (a) Ludhianvi, Mufti Rashid Ahmad (b) Ahmad, Mufti Rasheed (c) Wadehyanoy, Mufti Rashid Ahmad). Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: (a) Fundatur ta' Al-Rashid Trust; (b) Irrapurtat li miet fil-Pakistan fit-18 ta' Frar 2002. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 17.10.2001."


19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 896/2013

tat-18 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

59,4

XS

46,1

ZZ

52,8

0707 00 05

MK

53,8

TR

121,6

ZZ

87,7

0709 93 10

TR

132,6

ZZ

132,6

0805 50 10

AR

108,8

CL

148,5

IL

110,5

TR

117,7

UY

99,8

ZA

118,3

ZZ

117,3

0806 10 10

EG

188,1

TR

147,0

ZZ

167,6

0808 10 80

AR

100,9

BA

65,7

BR

41,7

CL

114,6

CN

66,9

NZ

150,8

US

140,8

ZA

119,4

ZZ

100,1

0808 30 90

AR

231,4

CL

29,5

CN

82,5

TR

131,5

ZZ

118,7

0809 30

TR

125,5

ZZ

125,5

0809 40 05

BA

47,2

XS

46,6

ZZ

46,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2013

li taħtar membru Svediż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2013/459/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Svediż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Annika BRÖMS,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Jonas BERGGREN, Kap tal-uffiċċju ta’ Brussell tal-Konfederazzjoni tal-Impriżi Svediżi, huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Settembru 2013

li tirrifjuta li tagħti deroga mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini għaz-zokkor minn Curaçao

(notifikata bid-dokument C(2013) 5826)

(2013/460/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tal-Anness III tagħha,

Billi:

IR-REGOLI TA’ ORIĠINI STIPULATI FL-ANNESS III TAD-DEĊIŻJONI 2001/822/KE

(1)

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinanti” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva L-Artikolu 37 tiegħu jistipula li d-derogi minn dawk ir-regoli ta’ oriġini jistgħu jiġu adottati fejn ikun ġustifikat bl-iżvilupp ta’ industriji eżistenti jew il-ħolqien ta’ industriji ġodda f’pajjiż jew territorju.

(2)

Il-punti (g), (j), (k) u (o) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, jipprovdu li t-tħin parzjali jew totali taz-zokkor, is-separazzjoni u t-tqegħid f’boroż huma kkunsidrati operazzjonijiet li mhumiex biżżejjed biex jingħatalhom l-istatus ta’ prodotti oriġinanti.

(3)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 6 tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE jipprevedi li l-kumulazzjoni ACP/EC-OCT għall-prodotti taz-zokkor kollha kklassifikati fil-Kapitolu 17 tas-SA titneħħa f’fażijiet u jnaqqas il-kwantitajiet li għalihom tali kumulazzjoni hija progressivament permessa. Billi tiffissal-kwantità fil-livell ta’ żero tunnellati, it-tneħħija gradwali fl-aħħar nett wasslet għall-projbizzjoni ta’ tali kumulazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2011.

DEROGI PREĊEDENTI MOGĦTIJA LILL-ANTILLI OLANDIŻI GĦAL PRODOTTI TAZ-ZOKKOR

(4)

Fl-2002, il-Pajjiżi l-Baxxi talbu deroga mir-regola tal-oriġini fil-każ ta’ prodotti taz-zokkor li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1701 11 90, 1701 99 10 u 1701 91 00 ipproċessata fl-Antilli Olandiżi għal kwantità annwali ta’ 3 000 tunnellata. Dik it-talba kienet mogħtija u d-deroga ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2007.

(5)

Fl-2009, il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu talba għal estensjoni tad-deroga mogħtija fl-2002, liema talba ġiet miċħuda b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/699/KE (2). Madankollu, dik id-Deċiżjoni approvat talba ġdida għal deroga inkluża fit-talba għal estensjoni, fil-limiti tal-kwantitajiet li għalihom ġew allokati l-liċenzji ta’ importazzjoni taz-zokkor lill-Antilli Olandiżi fl-2009 u fl-2010.

(6)

Fl-2010, il-Pajjiżi l-Baxxi talbu deroga ġdida fir-rigward ta’ prodotti taz-zokkor ipproċessati fl-Antilli Olandiżi għall-perjodu mill-2011 sal-2013. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/47/UE (3) id-deroga ngħatat skont il-paragrafi 1, 3 u 7 tal-Artikolu 37 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE u taħt ċerti kondizzjonijiet, li l-għan tagħhom kien li jibbilanċjaw l-interessi leġittimi tal-operaturi tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-objettivi tal-Unjoni tal-organizzazzjoni tas-suq komuni għaz-zokkor. Il-prodotti li għalihom ingħatat id-deroga kienu soġġetti għal attivitajiet ta’ pproċessar reali fl-Antilli Olandiżi u l-valur miżjud maz-zokkor mhux raffinat fl-Antilli Olandiżi kien ikkunsidrat li jkun tal-inqas 45 % tal-valur tal-prodott finali.

(7)

Id-Deċiżjoni 2011/47/UE spjegat li t-tneħħija gradwali tal-kumulazzjoni ta’ oriġini ACP/EC-OCT rigward iz-zokkor, kif previst fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 6 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, uriet li kien il-ħsieb tal-Unjoni li tiffoka l-preferenzi kummerċjali fuq l-attività ekonomika li tikkontribwixxi b’mod sostenibbli għall-iżvilupp tal-PTEE filwaqt li tikkunsidra s-settur taz-zokkor tal-Unjoni. Dan il-prinċipju ġie applikat bil-għan li jiddetermina l-kwantitajiet li għalihom ingħatat id-deroga permezz tad-Deċiżjoni 2011/47/UE. It-talba ppreżentata fl-2010 indikat ukoll li l-kumpanija f’Curaçao li tibbenefika mid-derogi preċedenti kellha l-għan li tiddiversifika lil hinn mill-produzzjoni taz-zokkor li teħtieġ aktar deroga. Għalhekk l-ammonti għad-deroga tneħħew gradwalment (5 000 tunnellata għall-2011, 3 000 tunnellata għall-2012 u 1 500 tunnellata għall-2013).

(8)

Fit-talba mressqa fl-2010, il-Pajjiżi l-Baxxi enfasizzaw li l-kumpanija f’Curaçao, li tibbenefika minn derogi preċedenti, kellha l-għan li tiddiversifika fil-produzzjoni ta’ taħlit u “zokkor bijo” li t-tnejn li huma jindirizzaw distintivament swieq differenti minn tal-prodotti taz-zokkor kopert minn din it-talba mressqa fl-2010. Kien meħtieġ li d-deroga mitluba fl-2010 tikseb il-kapital neċessarju għall-investimenti meħtieġa għal diversifikazzjoni bħal din. Konsegwentement, bl-għotja tad-deroga permezz tad-Deċiżjoni 2011/47/UE, kien mistenni li d-deroga għandha tiġġenera d-dħul meħtieġ biex tiffinanzja dawn l-investimenti fid-diversifikazzjoni ta’ prodotti u attivitajiet, sabiex il-kumpanija li tibbenefika mid-deroga ma jkollhiex għalfejn titlob aktar derogi.

L-EWWEL TALBA MRESSQA FL-2013 GĦAL DEROGA GĦALL-PRODOTTI TAZ-ZOKKOR

(9)

Fil-11 ta’ Frar 2013, il-Pajjiżi l-Baxxi talbu f’isem l-Antilli Olandiżi deroga ġdida mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, data tal-iskadenza tad-Deċiżjoni 2001/822/KE. It-talba tkopri kwantità annwali totali ta’ 5 500 tunnellata ta’ prodotti taz-zokkor tal-kodiċi NM 1701 14 90, deskritti bħala “zokkor bijo”, li joriġinaw f’pajjiżi terzi u li jiġu pproċessati f’Curaçao għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(10)

Din it-talba ġiet irtirata uffiċjalment mill-Pajjiżi l-Baxxi fis-17 ta’ April 2013 minħabba li l-attivitajiet ta’ pproċessar deskritti fit-talba ma kinux għadhomx jitwettqu fl-Antilli Olandiżi. Il-kumpanija f’Curaçao kienet ċaqalqet parti mill-attivitajiet tal-ipproċessar taz-zokkor tagħha, b’mod partikolari l-produzzjoni ta’ ċangaturi taz-zokkor manifatturati minn zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, ippakkjat għall-bejgħ bl-imnut, għall-Belġju minn fejn hija attwalment tforni s-supermarkets fil-Pajjiżi l-Baxxi. Hija orjentat mill-ġdid il-linja tal-produzzjoni li kien fadlilha lejn is-separazzjoni, it-tindif, it-tħin u t-taħlit sempliċi ta’ zokkor organiku u l-ippakkjar tiegħu f’boroż ta’ 1 000 kg għat-trasport.

IT-TIENI TALBA MRESSQA FL-2013 GĦAL DEROGA GĦALL-PRODOTTI TAZ-ZOKKOR

(11)

Fis-17 ta’ April 2013, il-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew it-tieni talba għal deroga għal 5 000 tunnellata ta’ prodotti taz-zokkor, deskritti bħala zokkor organiku tal-kannamieli mhux maħdum tal-kodiċi NM 1701 14 90, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013. Il-Pajjiżi l-Baxxi spjegaw li minn diskussjonijiet mal-awtoritajiet ta’ Curaçao kien jidher li l-kwantitajiet li għalihom ingħatat id-deroga għall-2013 bid-Deċiżjoni 2011/47/UE mhux se jkunu biżżejjed biex jitkomplew l-attivitajiet tal-kumpanija li tieħu ħsieb l-ipproċessar taz-zokkor f’Curaçao.

(12)

It-tieni talba kienet prinċipalment motivata minn bidla fiċ-ċirkostanzi fil-kumpanija involuta, minħabba li l-kumpanija kienet biddlet l-attività tan-negozju tagħha lejn l-ipproċessar ta’ zokkor organiku tal-kannamieli, bidla fis-suq dinji taz-zokkor, peress li l-UE saret importatur nett taz-zokkor, il-fatt li l-valur miżjud lill-materja prima tal-pajjiżi terzi kienet aktar minn 45 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott finali, u l-ħolqien ta’ impjiegi diretti u indiretti f’Curaçao. Fl-14 ta’ Ġunju 2013 u t-28 ta’ Ġunju 2013, il-Pajjiżi l-Baxxi pprovdew informazzjoni addizzjonali biex isostnu t-talba tagħham tas-17 ta’ April 2013.

(13)

Bl-ittra tas-16 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Olandiżi jinnutaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-talba u l-intenzjoni tagħha li tirrakkomanda li t-talba tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni talbet ukoll li l-awtoritajiet Olandiżi jittrażmettu din il-valutazzjoni lill-kumpanija potenzjalment ikkonċernata mid-deroga biex tippermetti lill-Pajjiżi l-Baxxi u lill-kumpanija kkonċernata jqajmu kwalunkwe kwistjonijiet ta’ fatt jew liġi li jistgħu jikkonċernaw it-talba qabel ma l-Kummissjoni tilħaq id-deċiżjoni finali tagħha. Il-limitu taż-żmien għat-tweġiba ġie stabbilit għall-25 ta’ Lulju 2013. It-tweġiba waslet mill-awtoritajiet Olandiżi fl-24 ta’ Lulju 2013.

IL-VALUR MIŻJUD FUQ PRODOTTI MHUX ORIĠINANTI UŻATI

(14)

Il-paragrafu 7 tal-Artikolu 37 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE jipprovdi li d-derogi jingħataw fejn il-valur miżjud mal-prodotti mhux oriġinanti użati fil-PTEE kkonċernat huwa mill-inqas 45 % tal-valur tal-prodott lest, dejjem jekk id-deroga mhix tali li tikkawża ħsara serja lil settur ekonomiku tal-Komunità jew wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

(15)

L-informazzjoni rċevuta mill-kumpanija f’Curaçao, kif ikkomunikata mill-Pajjiżi l-Baxxi, dwar il-kalkolu tal-valur iġġenerat f’Curaçao għall-produzzjoni ta’ “zokkor tal-kannamieli bijo” fl-2013 jindika l-valur miżjud mill-ipproċessar ta’ 5 000 tunnellata ta’ “zokkor bijo”. Il-kumpanija indikat ukoll il-prezz tax-xiri għal tunnellata waħda ta’ “zokkor bijo” mhux raffinat li joriġina f’pajjiżi terzi u l-prezz mill-fabbrika li bih tinbiegħ tunnellata “zokkor bijo”. Skont il-kumpanija, dawn iċ-ċifri jiġġeneraw valur miżjud fir-rigward tal-prezz mill-fabbrika ta’ 52 %. Skont l-istess informazzjoni l-produzzjoni ta’ 1 500 tunnellata ta’ “zokkor bijo” għandha tiġġenera valur miżjud fir-rigward tal-prezz mill-fabbrika ta’ 88 %.

(16)

L-informazzjoni rċevuta mill-kumpanija, kif mibgħuta mill-Pajjiżi l-Baxxi, rigward il-kalkolu tal-valur iġġenerat f’Curaçao għal “zokkor kristallizzat ismar” fl-1 ta’ Jannar 2013, tindika l-valur miżjud permezz tax-xogħol u l-ipproċessar ta’ 5 500 tunnellata ta’ “zokkor kristallizzat ismar”. Fejn l-ogħla valur miżjud disponibbli għal kull tunnellata ta’ “zokkor kristallizzat ismar” huwa meqjus bħala realistiku, il-valur miżjud fir-rigward tal-prezz mill-fabbrika jammonta għal madwar 52,4 %. Madankollu, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar imwettqa fuq “zokkor bijo” jinvolvu inqas ipproċessar miz-“zokkor kristallizzat” ippakkjat għall-bejgħ bl-imnut. Il-valur miżjud inerenti f’dawk l-operazzjonijiet u l-ispejjeż tal-ipproċessar attwali jistgħu għalhekk ikunu aktar baxxi għal “zokkor bijo” ppakkjat f’boroż ta’ 1 000 kg għat-trasport milli għaz-“zokkor kristallizzat ismar” ippakkjat għall-bejgħ bl-imnut.

(17)

Skont ir-“Rapport 2013 - Perspettiva Globali taz-Zokkor” (4) l-ispiża tal-produzzjoni taz-zokkor tal-kannamieli fil-Brażil, li huwa l-aktar reġjun kompetittiv għall-produzzjoni taz-zokkor fid-dinja jammonta għal USD 224,7 għal kull tunnellata għall-produzzjoni tal-kannamieli u USD 95 għal kull tunnellata għall-ipproċessar tal-kannamieli f’zokkor mhux maħdum. L-ispejjeż totali, inklużi l-ispejjeż amministrattivi, huma USD 367,8 għal kull tunnellata jew, b’rata tal-kambju ta’ EUR 1 = USD 1,3, EUR 283 għal kull tunnellata zokkor tal-kannamieli mhux maħdum. B’kunsiderazzjoni tal-biedja u l-operazzjonijiet tal-ipproċessar involuti fil-produzzjoni ta’ zokkor mhux maħdum tal-kannamieli, jidher improbabbli li l-ispejjeż għal sempliċiment tindif, tħin u ppakkjar ta’ zokkor organiku tal-kannamieli, li tikkostitwixxi biss frazzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni, ikun ogħla. Meta wieħed iqis EUR 283 għal kull tunnellata bħala spejjeż realistiċi tal-produzzjoni għall-kalkolu tal-valur miżjud għat-tindif, it-tħin u l-ippakkjar ta’ zokkor organiku mhux maħdum tal-kannamieli fil-kumpanija f’Curaçao, il-prezz mill-fabbrika jkun jammonta għal EUR 1 020,19 għal kull tunnellata u l-valur miżjud fir-rigward tal-prezz mill-fabbrika jammonta għal sempliċiment 32,2 %.

(18)

Fis-simulazzjoni ta’ spejjeż komparabbli fil-Premessa 17, il-valur miżjud ma jilħaqx il-45 %. Għalhekk huwa realistiku li valur miżjud bħal dan jista’ jinkiseb mill-kumpanija f’Curaçao li twettaq ipproċessar sempliċi. Minflok, iċ-ċifri trażmessi lill-Kummissjoni jkollhom jitqiesu bħala li jinkludu komponenti u qligħ ġenerali li ma jikkostitwixxux ammonti li jikkontribwixxu għall-benefiċċju tal-popolazzjoni f’Curaçao.

L-INVESTIMENT FL-INDUSTRIJA EŻISTENTI FL-ANTILLI OLANDIŻI BIEX JIPPERMETTI LI R-REGOLI TAL-ORIĠINI GĦAZ-ZOKKOR JIĠU SSODISFATI

(19)

Skont il-punt (c) tal-paragrafu 3, tal-Artikolu 37 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, l-eżami ta’ talbiet għal derogi għandhom iqisu każijiet fejn ikun jista’ jintwera b’mod ċar li investiment sinifikanti f’industrija jistgħu jiġu skoraġġuti permezz tar-regoli tal-oriġini u fejn deroga li tiffavorixxi r-realizzazzjoni tal-programm ta’ investiment tippermetti li dawn ir-regoli jiġu ssodisfati fi stadji.

(20)

It-tneħħija gradwali ta’ kumulazzjoni ta’ oriġini AKP/PTEE-KE għaz-zokkor fl-1 ta’ Jannar 2011 kienet magħrufa bil-quddiem mill-kumpanija f’Curaçao u kellha biżżejjed żmien biex tħejji lilha nnifisha u tiddiversifika lejn il-produzzjoni ta’ prodotti li ma jkunux jeħtieġu deroga.

(21)

Matul il-perjodu mill-2009 sal-2013 il-kumpanija f’Curaçao bbenefikat minn derogi li jgħinu biex jiġi ġġenerat id-dħul meħtieġ għall-investiment fid-diversifikazzjoni lejn il-produzzjoni ta’ prodotti li ma jeħtiġux deroga mir-regoli ta’ oriġini. Skont it-tagħrif li wasal mingħand il-kumpanija, l-investimenti kienu baxxi ħafna fl-2009, u ma saru l-ebda investimenti bejn l-2010 u l-2012. Id-derogi għalhekk għenu biss biex jinżammu l-attivitajiet attwali tal-kumpanija f’Curaçao mingħajr ma kkontribwixxew b’mod sostenibbli għall-iżvilupp ta’ industrija eżistenti jew il-ħolqien ta’ waħda ġdida. Għalhekk huwa dubjuż li deroga ġdida tinkoraġġixxi lill-kumpanija biex tagħmel investimenti ġodda.

(22)

Sabiex it-taħlitiet ta’ zokkor ta’ HS 2106, li fihom il-pektin jew il-kaseina, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala li joriġinaw minn Curaçao biex b’hekk jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali fl-Unjoni, il-valur ta’ zokkor mhux oriġinanti użat fil-manifattura tal-prodott finali ma jistax jaqbeż it-30 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika. Bid-diversifikazzjoni lejn il-produzzjoni ta’ tali taħlitiet, kif propost fit-talba attwali, il-kumpanija xorta waħda meħtieġa tapplika għal deroga sabiex tkun tista’ tikkonforma mar-regoli ta’ oriġini.

IL-ĦILA TAL-INDUSTRIJA EŻISTENTI FL-ANTILLI OLANDIŻI LI TKOMPLI L-ESPORTAZZJONIJIET TAZ-ZOKKOR LEJN L-UNJONI

(23)

Skont il-punt (b) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 37 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, l-eżami ta’ talbiet għal derogi għandhom iqisu każijiet fejn l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini eżistenti se jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-industrija eżistenti fil-PTEE li tissokta bl-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni, b’referenza partikolari għall-każijiet meta dan ikun jista’ jwassal għall-waqfien tal-attivitajiet tagħha.

(24)

Il-Kummissjoni żżomm karta tal-bilanċ sabiex tanalizza is-suq taz-zokkor u biex tara jekk il-ħażniet taz-zokkor humiex biżżejjed, kemm jekk ikun meħtieġ zokkor addizzjonali jew jekk xi zokkor ikun irid jitneħħa mis-suq sabiex jinżamm livell ta’ prezz viċin il-prezz ta’ referenza. Dik il-karta tal-bilanċ kontinwament turi kwantità ta’ bejn 50 000 u 60 000 tunnellata zokkor li jiġu importati b’dazju sħiħ.

(25)

Għal prodotti taz-zokkor tal-kodiċi NM 1701 14 90, fl-Unjoni tapplika tariffa doganali ta’ EUR 419 għal kull tunnellata. Meta jitqies li l-prezz tas-suq dinji għaz-zokkor abjad, li jinkludi l-ispejjeż għar-raffinar, innegozjat fil-London Futures Exchange huwa ta’ madwar EUR 380 għal kull tunnellata u japplika dazju doganali ta’ EUR 419 għal kull tunnellata, il-prezz ta’ dan iz-zokkor ikun mill-inqas EUR 800 għal kull tunnellata meta kkonsenjata fl-Unjoni bid-dazji mħallsa. Il-prezz medju ta’ dawn il-prodotti taz-zokkor immanifatturati fl-Unjoni kif ikkomunikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (5) huwa ta’ madwar EUR 725 kull tunnellata. Taħt tali kondizzjonijiet dawn il-prodotti taz-zokkor x’aktarx li ma jiġux importati bi profitt fl-Unjoni sakemm ma jkunx zokkor ta’ livell għoli bħal dak organiku jew zokkor tal-kummerċ ġust, li jinbiegħ bi prezz ħafna iktar għoli minn prodotti oħrajn taz-zokkor.

(26)

Għalhekk huwa probabbli li parti sostanzjali mill-importazzjonijiet fl-Unjoni b’dazju tad-dwana sħiħ ikunu organiċi jew tal-kummerċ ġust peress li zokkor ta’ dan it-tip jista’ jinbiegħ għal sa EUR 3 000 għal kull tunnellata fis-settur tal-bejgħ bl-imnut. Il-volum tal-importazzjonijiet ta’ zokkor organiku tal-kannamieli b’dazju sħiħ fl-Unjoni juri li esportaturi taz-zokkor madwar id-dinja qegħdin jissoppravvivu fis-suq attwali.

(27)

Biż-żieda mal-prezz tax-xiri taz-zokkor mhux maħdum kif ikkomunikat mill-kumpanija, EUR 283 għal kull tunnellata bħala spiża realistika tal-produzzjoni għall-kalkolu tal-valur miżjud għat-tħin u l-ippakkjar ta’ zokkor organiku mhux maħdum tal-kannamieli fil-kumpanija f’Curaçao, il-marġni ta’ qligħ u l-ispejjeż tat-tbaħħir kif ikkomunikat mill-kumpanija u d-dazju fuq l-importazzjoni li jkollu jitħallas fl-Unjoni, il-kumpanija f’Curaçao għandha tibqa’ xorta f’pożizzjoni li tesporta “zokkor bijo” lejn l-Unjoni b’mod kosteffettiv mingħajr ma jkollha toqgħod fuq deroga li se teżenta lill-importatur fl-Unjoni mill-ħlas ta’ dazji fuq l-importazzjoni applikabbli. Barra minn hekk, il-livell tal-prezz tal-bejgħ għal kull tunnellata ta’ “zokkor bijo” lix-xerrej fil-Pajjiżi l-Baxxi kif indikat mit-talba tal-Pajjiżi l-Baxxi jista’ jitqies li hu suffiċjenti biex ipatti għall-impatt tal-applikazzjoni ta’ dazju tad-dwana sħiħ.

(28)

Bħala operatur PTEE, il-kumpanija f’Curaçao li twettaq l-attivitajiet ta’ pproċessar fuq il-prodotti taz-zokkor qed tqiegħed lilha nnifisha fuq is-suq dinji u hija libera li tesporta l-prodotti tagħha lejn kwalunkwe parti tad-dinja, inkluża l-Unjoni. Dik il-kumpanija għalhekk tista’ titqabbel ma’ operaturi oħra madwar id-dinja kollha li jwettqu l-istess attività. B’mod partikolari, il-livell tal-ispejjeż tat-trasport mill-PTEE lejn l-Unjoni, li skont it-tagħrif miksub mill-kumpanija jammonta għal EUR 42,59 għal kull tunnellata ma jpoġġix lill-kumpanija f’Curaçao f’pożizzjoni żvantaġġata meta tikkompeti ma’ atturi oħra fis-suq għaliex il-kumpannija hija libera li tbigħ il-prodotti tagħha lil swieq li huma eqreb lejn il-post ta’ operazzjoni mill-Unjoni.

(29)

L-esportazzjonijiet taz-zokkor, għasel iswed u għasel jirrappreżentaw biss 6 % tal-esportazzjoni totali ta’ merkanzija minn Curaçao, ħlief prodotti taż-żejt. L-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-kontejners relatata mal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti taz-zokkor jirrappreżentaw biss 2 % tat-total tal-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-kontejners marbuta mal-importazzjoni u mal-esportazzjoni. Il-kontribut ta’ dawn l-esportazzjonijiet lejn l-iżvilupp tat-territorju tista’ biss tkun żgħira, fl-aħjar każ.

(30)

F’termini ta’ impjiegi, huwa mistenni li d-deroga toħloq 10 impjiegi addizzjonali li huwa sproporzjonatament baxx meta mqabbel maż-żieda mitluba fil-volum tal-produzzjoni. B’mod partikolari, dawn l-10 impjiegi addizzjonali li huma mistennija li jinħolqu huma inqas mill-20 impjieg mitluf minn mindu saret it-talba fl-2010, fejn il-Pajjiżi l-Baxxi indikaw li 35 persuna kienu jaħdmu fil-kumpanija f’Curaçao, u t-tieni talba tal-2013 li tiddikjara li 15-il persuna kienu jaħdmu fil-kumpanija.

KONKLUŻJONI

(31)

L-impatt tar-rifjut tad-deroga l-ġdida mitluba fis-17 ta’ April 2013 se jkun minimu. Rifjut la mhu se jfixkel il-kumpanija fit-tkomplija tal-esportazzjonijiet tagħha ta’ prodotti taz-zokkor lejn l-Unjoni u lanqas mhu se jkollu effett deterrenti fuq l-investiment fl-industrija taz-zokkor f’Curaçao għaliex il-marġni ta’ profitt xorta jkun biżżejjed biex jiffaċilita l-investimenti, anke meta fl-Unjoni titħallas ir-rata ta’ dazju sħiħa.

(32)

Bħala riżultat, id-deroga mitluba mhix ġustifikata fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3 u l-paragrafu 7 tal-Artikolu 37 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE.

(33)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-talba mressqa fis-17 ta’ April 2013 mill-Pajjiżi l-Baxxi, u li tlestiet fl-14 u fit-28 ta’ Ġunju 2013, għal deroga mid-Deċiżjoni 2001/822/KE fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini għaz-zokkor minn Curaçao, hija b’dan miċħuda.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 239, 10.9.2009, p. 55.

(3)  ĠU L 21, 25.1.2011, p. 3.

(4)  ippubblikat fir-reviżjoni “Sugar and HFCS production costs -global benchmarking”, maħruġa mill-LMC international.

(5)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/10


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Settembru 2013

fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/461/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 26 tat-TFUE jiddefinixxi s-suq intern bħala żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat. L-Artikolu 4, paragrafu 3 tat-TUE jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.

(2)

Is-suq intern joffri bosta opportunitajiet għal individwi li jixtiequ jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru ieħor u għan-negozji li jixtiequ jespandu s-swieq tagħhom. Minkejja li s-suq intern ġeneralment jaħdem tajjeb, xi kultant jinqalgħu problemi fejn l-awtoritajiet pubbliċi ma jirrispettawx il-liġi tal-Unjoni.

(3)

Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/893/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 dwar il-prinċipji għall-użu ta’ “SOLVIT” — in-Netwerk għas-Soluzzjoni ta’ Problemi fis-Suq Intern (1), is-SOLVIT inħoloq bħala netwerk ta’ ċentri stabbiliti mill-Istati Membri fi ħdan l-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom stess, bħala mezz rapidu u informali għas-soluzzjoni tal-problemi li l-individwi u n-negozji jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fis-suq intern.

(4)

Filwaqt li s-SOLVIT huwa ta’ natura informali u pragmatika, it-twaqqif tiegħu jikkontribwixxi biex jiżgura li s-soluzzjonijiet misjuba huma konformi mal-liġi tal-Unjoni. Is-SOLVIT huwa bbażat fuq proċess trasparenti għas-soluzzjoni tal-problemi li jinvolvu żewġ Stati Membri. Filwaqt li l-Kummissjoni mhix normalment involuta fir-riżoluzzjoni tal-każijiet, hi tinsab f’kuntatt mill-qrib maċ-ċentri tas-SOLVIT, toffri taħriġ legali regolari u, f’xi każijiet kumplessi, tipprovdi pariri informali. Il-Kummissjoni timmonitorja wkoll il-ġestjoni u l-eżitu tal-każijiet tas-SOLVIT permezz tal-bażi tad-dejta onlajn u tista’ tintervjeni kull meta tikkunsidra li s-soluzzjonijiet proposti miċ-ċentri tas-SOLVIT ma jkunux konformi mal-liġi tal-Unjoni. L-istruttura msemmija hawn fuq mhux biss tikkontribwixxi għal-legalità tar-riżultati f’każijiet individwali, iżda riżultati tal-evalwazzjoni jindikaw li x-xogħol tas-SOLVIT wassal ukoll għal titjib fil-konformità globali mal-liġi tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali.

(5)

Is-SOLVIT evolva b’mod sinifikanti minn mindu beda. Illum il-ġurnata jitratta għaxar darbiet aktar każijiet minn għaxar snin ilu. Dan jitratta wkoll varjetà akbar ta’ każijiet milli kien oriġinarjament previst. Il-maġġoranza assoluta tal-każijiet jiġu solvuti b’suċċess, fi żmien medju ta’ disa’ ġimgħat, li jwassal għal punteġġ għoli ta’ sodisfazzjoni fost dawk l-individwi u n-negozji li użaw is-SOLVIT.

(6)

Filwaqt li s-SOLVIT huwa ta’ suċċess, l-iskala akbar tas-servizz amplifikat bosta sfidi. Evalwazzjoni fil-fond tan-netwerk li twettqet matul l-2010 tindika li mhux iċ-ċentri tas-SOLVIT kollha għandhom ir-riżorsi jew il-pożizzjoni xierqa. L-adozzjoni tal-każijiet u l-livell ta’ servizz offrut ivarjaw ukoll madwar in-netwerk. Barra minn hekk, ftit wisq nies u negozji jsiru jafu bis-SOLVIT.

(7)

Abbażi ta’ dawn is-sejbiet, jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex ikompli jissaħħaħ is-SOLVIT u tiżdied il-viżibbiltà tiegħu onlajn kif ukoll offlajn, kif enfasizzat fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ir-Rinfurzar tas-soluzzjoni effettiva tal-problemi fis-Suq Uniku, fil-Komunikazzjoni dwar Governanza Aħjar għas-Suq Uniku (2) u fir-rapport tal-UE dwar iċ-Ċittadinanza (3). Bħala parti minn dan l-eżerċizzju, ir-Rakkomandazzjoni 2001/893/KE għandha tiġi sostitwita b’waħda ġdida. Din ir-Rakkomandazzjoni l-ġdida għandha l-għan li tipprovdi ċarezza dwar x’għandu jwassal is-SOLVIT, abbażi tal-aħjar prattika. Din tistabbilixxi miri u standards għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex jiġi żgurat li n-negozji u ċ-ċittadini jirċievu assistenza effettiva f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-liġi tal-Unjoni mhux qed tiġi rrispettata. Hija għandha wkoll l-għan li tiggarantixxi li ċ-ċentri tas-SOLVIT japplikaw l-istess regoli u jagħtu l-istess tip ta’ servizz konsistenti madwar in-netwerk.

(8)

Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni konsistenti tal-mandat madwar in-netwerk kollu, din ir-Rakkomandazzjoni tiddefinixxi t-tipi ta’ każijiet li għandhom jiġu ttrattati mis-SOLVIT. Ir-Rakkomandazzjoni 2001/893/KE ddikjarat li s-SOLVIT jittratta każijiet ta’ “applikazzjoni ħażina” tar-“regoli tas-suq uniku”. Id-definizzjoni tal-ambitu b’dan il-mod wasslet għal inkonsistenza. L-ewwel nett ġie argumentat li t-terminu “applikazzjoni ħażina” jimplika li fiċ-ċentri tas-SOLVIT ma jistgħux jiġu trattati każijiet fejn ir-regoli nazzjonali jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni (l-hekk imsejħa “każijiet strutturali”), u t-tieni nett li s-SOLVIT jista’ jaġixxi biss fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni jkollha bażi tas-suq intern.

(9)

Illum il-ġurnata, il-każijiet tas-SOLVIT huma ddefiniti bħala l-problemi transkonfinali kollha kkawżati minn ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni li tirregola s-suq intern minn awtorità pubblika, fejn u sakemm dawn il-problemi mhumiex soġġetti għal proċedimenti legali fuq livell nazzjonali jew tal-UE.

(10)

It-terminu ‘ksur’ jintuża biex jispeċifika li ċ-ċentri tas-SOLVIT jadottaw bħala każ tas-SOLVIT is-sitwazzjonijiet kollha fejn l-awtoritajiet pubbliċi ma jirrispettawx il-liġi tal-Unjoni li tirregola s-suq intern, tkun xi tkun il-kawża oriġinali tal-problema. Il-maġġoranza assoluta tal-każijiet trattati mis-SOLVIT jirriflettu sitwazzjonijiet fejn awtorità pubblika tapplika b’mod ħażin il-liġi tal-Unjoni li tirregola s-suq intern. Madankollu, iċ-ċentri tas-SOLVIT urew ukoll li jistgħu joffru għajnuna effettiva fejn jinqalgħu problemi strutturali. Għalkemm il-każijiet strutturali jippreżentaw biss parti żgħira mill-każijiet kollha tas-SOLVIT, l-adozzjoni ta’ każijiet bħal dawn mis-SOLVIT hija importanti biex jiġi żgurat li dawn il-problemi ma jiġux injorati. Dan joffri l-aħjar garanzija li l-problemi strutturali jiġu indirizzati b’mod effettiv fil-livell xieraq.

(11)

Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonferma li s-SOLVIT jittratta każijiet li jippreżentaw problema transkonfinali ma’ awtorità pubblika. Il-kriterju transkonfinali jiżgura li każ tas-SOLVIT jiġi ttrattat miċ-ċentri tas-SOLVIT f’żewġ Stati Membri, li jiggarantixxi t-trasparenza u l-kwalità tar-riżultati. Il-kriterju tal-awtorità pubblika huwa marbut mal-fatt li s-SOLVIT huwa parti mill-amministrazzjoni nazzjonali u jaġixxi fuq bażi informali biss.

(12)

Din ir-Rakkomandazzjoni tfittex ukoll li tiċċara l-livell ta’ servizz li l-individwi u n-negozji jistgħu jistennew mis-SOLVIT. Tindika kif l-applikanti għandhom ikunu informati u l-assistenza minima li għandhom jiġu offruti. Din ir-Rakkomandazzjoni tiċċara wkoll il-passi proċedurali u l-iskadenzi varji li għandhom jiġu rispettati meta jkun qed jiġi trattat każ tas-SOLVIT flimkien mas-segwitu li għandu jingħata meta ma jkunx jista’ jiġi solvut każ.

(13)

Barra minn hekk, din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi standards minimi li ċ-ċentri tas-SOLVIT għandhom ikunu konformi magħhom, f’termini ta’ organizzazzjoni, kompetenza legali, u relazzjonijiet ma’ netwerks oħra. Tiċċara wkoll ir-rwol tal-Kummissjoni fi ħdan in-netwerk tas-SOLVIT.

(14)

Il-Kummissjoni reċentement bniet mill-ġdid il-bażi ta’ dejta onlajn tas-SOLVIT bħala modulu uniku fis-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern. Minħabba din l-integrazzjoni teknika, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (4) dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali u informazzjoni kunfidenzjali japplikaw ukoll għall-proċeduri tas-SOLVIT. Din ir-Rakkomandazzjoni tispeċifika wkoll ċerti aspetti tal-ipproċessar tad-dejta personali fis-SOLVIT, skont ir-Regolament tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI).

(15)

Din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex l-għan li tispeċifika kif il-Kummissjoni tittratta l-ilmenti li tirċievi direttament u ma tippreġudikax, bl-ebda mod, ir-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati. Lanqas ma għandha l-għan li tispeċifika r-rwol tal-“EU Pilot” u tal-koordinaturi nazzjonali tal-“EU Pilot”. Dawn l-elementi huma indirizzati fil-linji gwida speċifiċi, li jiġu aġġornati regolarment.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

I.   OBJETTIV U DEFINIZZJONIJIET

A.   Objettiv

Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi prinċipji li jirregolaw il-funzjonament tas-SOLVIT. L-għan tas-SOLVIT hu li jipprovdi soluzzjonijiet f’waqthom, effettivi u informali għall-problemi li l-individwi u n-negozji jiltaqgħu magħhom meta jiġu miċħuda mid-drittijiet tagħhom tal-UE fis-suq intern mill-awtoritajiet pubbliċi. Tikkontribwixxi għal funzjonament aħjar tas-suq uniku billi trawwem u tippromwovi konformità aħjar mal-liġi tal-Unjoni. Biex jinkiseb dan l-għan, iċ-ċentri nazzjonali tas-SOLVIT għandhom jaħdmu flimkien fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni.

B.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.   “Applikant”: persuna naturali jew ġuridika li tiltaqa’ ma’ problema transkonfinali u tissottomettiha għand is-SOLVIT direttament jew permezz ta’ intermedjarju, jew organizzazzjoni li tissottometti problema konkreta f’isem il-membru(i) tagħha;

2.   “Problema transkonfinali”: problema li jiltaqa’ magħha applikant fi Stat Membru wieħed li tinvolvi ksur potenzjali tal-liġi tal-UE li tirregola s-suq intern minn awtorità pubblika fi Stat Membru ieħor; dan jinkludi problemi kkawżati lill-applikanti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom stess, wara li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment ħieles jew meta jippruvaw jagħmlu dan;

3.   “Liġi tal-Unjoni li tirregola s-suq intern”: kwalunkwe leġiżlazzjoni, regoli jew prinċipji tal-Unjoni relatati mal-funzjonament tas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 26(2) tat-TFUE. Dan jinkludi regoli li ma jimmirawx li jirregolaw is-suq intern bħala tali iżda li jkollhom impatt fuq il-libertà tal-moviment tal-prodotti, servizzi, persuni u kapital bejn l-Istati Membri;

4.   “Awtorità pubblika”: kwalunkwe parti tal-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru, fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew kwalunkwe korp, tkun xi tkun il-forma ġuridika tiegħu, li ġie magħmul responsabbli, skont miżura adottata mill-Istat, biex jipprovdi servizz pubbliku taħt il-kontroll tal-Istat u li jkollu, għal dak l-għan, setgħat speċjali lil hinn minn dawk li jirriżultaw mir-regoli normali applikabbli fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-individwi;

5.   “Proċedimenti legali”: proċedimenti formali għas-soluzzjoni ta’ tilwima quddiem korp ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju. Dan jeskludi appelli amministrattivi kontra l-istess awtorità li tkun ikkawżat il-problema;

6.   “Problema strutturali”: ksur ikkawżat minn regola nazzjonali li tmur kontra l-liġi tal-Unjoni;

7.   “Ċentru tad-Domiċilju”: iċ-Ċentru tas-SOLVIT fl-Istat Membru li għandu l-aktar rabtiet mill-qrib mal-applikant abbażi pereżempju tan-nazzjonalità, ir-residenza, l-istabbiliment jew il-post fejn l-applikant akkwista d-drittijiet inkwistjoni;

8.   “Ċentru Ewlieni”: iċ-Ċentru tas-SOLVIT tal-Istat Membru li fih iseħħ l-allegat ksur tal-liġi tal-Unjoni li tirregola s-suq intern;

9.   “Bażi ta’ dejta tas-SOLVIT”: l-applikazzjoni onlajn maħluqa fi ħdan is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI) biex tappoġġja l-ġestjoni tal-każijiet tas-SOLVIT.

II.   IL-MANDAT TAS-SOLVIT

In-netwerk tas-SOLVIT jittratta problemi transkonfinali kkawżati minn ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni li tirregola s-suq intern minn awtorità pubblika, fejn u sakemm dawn il-problemi mhumiex soġġetti għal proċedimenti legali fuq livell nazzjonali jew tal-UE. Jikkontribwixxi għal funzjonament aħjar tas-suq uniku billi jrawwem u jippromwovi konformità aħjar mal-liġi tal-Unjoni.

III.   IS-SERVIZZ OFFRUT MIS-SOLVIT

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jistgħu jibbenefikaw mis-servizz minimu li ġej:

1.

Iċ-ċentri tas-SOLVIT għandhom ikunu disponibbli permezz tat-telefown jew posta elettronika, u għandhom jipprovdu risposta f’waqtha għall-komunikazzjonijiet indirizzati lilhom.

2.

L-applikanti għandhom jirċievu fi żmien ġimgħa l-ewwel reazzjoni għall-problema tagħhom, inkluża indikazzjoni dwar jekk is-SOLVIT ikunx jista’ jieħu f’idejh il-każ tagħhom, jekk indikazzjoni bħal din tkun possibbli fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk meħtieġ, għandhom fl-istess ħin jiġu mistiedna jissottomettu kull dokumentazzjoni meħtieġa għall-ipproċessar tal-fajl tagħhom. Fi żmien xahar wara din l-ewwel valutazzjoni u jekk il-fajl tagħhom ikun komplut, l-applikanti għandhom jirċievu konferma dwar jekk il-każ tagħhom ikunx aċċettat miċ-Ċentru Ewlieni u għalhekk miftuħ bħala każ tas-SOLVIT.

3.

Meta problema ma tistax tiġi aċċettata bħala każ tas-SOLVIT, l-applikanti għandhom jingħataw raġunijiet u parir dwar azzjoni possibbli oħra li tista’ tgħinhom jegħlbu l-problema, inklużi s-sinjalar jew it-trasferiment tal-problema, fejn possibbli, għal netwerk relevanti ieħor ta’ informazzjoni jew netwerk għas-soluzzjoni tal-problemi jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti relevanti.

4.

Fi żmien għaxar ġimgħat mid-data tal-ftuħ tal-każ, l-applikant għandu jirċievi soluzzjoni għall-problema tiegħu, li tista’ tinkludi kjarifika tal-liġi tal-Unjoni applikabbli. F’ċirkostanzi eċċezzjonali u b’mod partikolari meta tkun se tinstab soluzzjoni dalwaqt jew meta tkun ikkonċernata problema strutturali, il-każ jista’ jinżamm miftuħ lil hinn mill-iskadenza, dment li jiġi informat l-applikant, sa massimu ta’ għaxar ġimgħat.

5.

L-applikanti għandhom ikunu informati dwar in-natura informali tas-SOLVIT u l-proċeduri u l-iskedi li japplikaw. Din l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar mezz ieħor possibbli ta’ rimedju, twissija li l-ġestjoni ta’ każ tas-SOLVIT ma jipposponix l-iskadenzi nazzjonali għal appell, u li s-soluzzjonijiet offruti mis-SOLVIT huma informali u ma jistgħux jiġu appellati. L-applikanti għandhom ikunu informati wkoll li s-SOLVIT huwa bla ħlas. L-applikanti għandhom ikunu informati b’mod regolari dwar l-istat tal-każ tagħhom.

6.

Billi l-proċedimenti tas-SOLVIT huma ta’ natura informali, dawn ma jwaqqfux applikant milli jniedi proċedimenti formali fil-livell nazzjonali, li jirriżulta fl-għeluq tal-każ tas-SOLVIT.

7.

Meta jinkiseb riżultat ta’ suċċess, l-applikant għandu jingħata parir dwar l-azzjonijiet li għandu jieħu sabiex jibbenefika mis-soluzzjoni proposta.

8.

Hekk kif jidher li l-każ mhux se jiġi solvut fi ħdan is-SOLVIT, il-każ għandu jingħalaq u l-applikant għandu jkun informat mingħajr dewmien. F’każ bħal dan, is-SOLVIT għandu wkoll javża lill-applikant dwar modi oħra possibbli ta’ rimedju fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni. Meta min jilmenta jingħata parir biex iressaq ilment mal-Kummissjoni, iċ-ċentri tas-SOLVIT għandhom jinkoraġġuh biex jirreferi għal proċedimenti preċedenti fis-SOLVIT (billi jagħti numru ta’ referenza u sommarju ta’ dawn il-proċedimenti). Il-każijiet mhux solvuti għandhom jiġu sistematikament irrappurtati lill-Kummissjoni permezz tal-bażi tad-dejta.

9.

Wara l-għeluq tal-każ, l-applikanti għandhom ikunu mistiedna biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kif il-każ ġie ttrattat mis-SOLVIT.

IV.   L-ORGANIZZAZZJONI TAĊ-ĊENTRI TAS-SOLVIT

1.

Kull Stat Membru għandu jkollu ċentru tas-SOLVIT.

2.

Biex jiġi żgurat li ċ-ċentri tas-SOLVIT jistgħu iwettqu l-kompiti stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċentri tas-SOLVIT:

(a)

ikollhom biżżejjed persunal imħarreġ kif xieraq u b’għarfien operazzjonlai ta’ aktar minn lingwa waħda tal-Unjoni fejn meħtieġ biex tiġi żgurata komunikazzjoni rapida u trasparenti ma’ ċentri oħra tas-SOLVIT;

(b)

ikollhom kompetenza legali jew esperjenza relevanti xierqa fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjonijiet legali indipendenti tal-każijiet;

(c)

ikunu jinsabu fil-parti tal-amministrazzjoni nazzjonali b’setgħat ta’ koordinazzjoni biżżejjed biex ikunu jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni fi ħdan l-amministrazzjoni tagħhom;

(d)

ikunu jistgħu jistabbilixxu netwerk fi ħdan l-amministrazzjoni nazzjonali sabiex ikollhom aċċess għall-kompetenza legali speċifika u l-appoġġ meħtieġa sabiex isibu soluzzjonijiet prattiċi għall-każijiet.

V.   IL-PROĊEDURA TAS-SOLVIT

A.   Il-prinċipji li jirregolaw it-trattament tal-każijiet tas-SOLVIT

1.

Il-każijiet kollha tas-SOLVIT għandhom ikunu trattati minn żewġ ċentri tas-SOLVIT, iċ-Ċentru tad-Domiċilju u ċ-Ċentru Ewlieni.

2.

Iċ-Ċentru tad-Domiċilju u ċ-Ċentru Ewlieni għandhom jikkooperaw b’mod miftuħ u trasparenti bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet rapidi u effettivi għall-applikanti.

3.

Iċ-Ċentru tad-Domiċilju u ċ-Ċentru Ewlieni għandhom jaqblu dwar liema lingwa għandha tintuża biex jikkomunikaw ma’ xulxin, filwaqt li jżommu f’moħħhom l-għan li jsolvu l-problemi permezz ta’ kuntatti informali bl-iktar mod rapidu u effiċjenti possibbli u jiżguraw trasparenza u rappurtar.

4.

Il-problemi kollha rċevuti, il-valutazzjonijiet magħmula miċ-ċentri tas-SOLVIT involuti fil-każ, il-passi meħuda u r-riżultati proposti għandhom jiġu rreġistrati fil-bażi tad-dejta tas-SOLVIT b’mod ċar u komprensiv. Fejn każ jippreżenta problemi strutturali, dan għandu jkun immarkat bħala tali fil-bażi tad-dejta sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja b’mod sistematiku każijiet bħal dawn.

5.

Is-soluzzjonijiet proposti kollha jridu jkunu dejjem f’konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni.

6.

Iċ-ċentri tas-SOLVIT għandhom iżommu ma’ dawn ir-regoli dettaljati tal-immaniġġjar tal-każijiet stabbiliti fil-manwal dwar it-trattament tal-każijiet tas-SOLVIT, li l-Kummissjoni se tirrevedi regolarment f’kooperazzjoni maċ-ċentri tas-SOLVIT.

B.   Iċ-Ċentru tad-Domiċilju

1.

Iċ-Ċentru tad-Domiċilju għandu jirreġistra l-problemi legali kollha rċevuti, kemm jekk dawn jikkwalifikaw bħala każ tas-SOLVIT jew le.

2.

Ladarba ċ-Ċentru tad-Domiċilju jkun aċċetta li jadotta lment bħala każ tas-SOLVIT, huwa għandu jlesti l-fajl u jwettaq analiżi legali komprensiva tal-problema qabel ma jissotomettih liċ-Ċentru Ewlieni.

3.

Meta jirċievi proposta għal soluzzjoni miċ-Ċentru Ewlieni, inkluża kjarifika tal-liġi tal-Unjoni applikabbli, huwa għandu jivverifika li s-soluzzjoni tkun f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

4.

Iċ-Ċentru tad-Domiċilju għandu jipprovdi lill-applikant b’tagħrif xieraq u f’waqtu matul il-passi relevanti tal-proċedura.

C.   Iċ-Ċentru Ewlieni

1.

Iċ-Ċentru Ewlieni għandu jikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ każ fi żmien ġimgħa wara li jkun ġie ppreżentat miċ-Ċentru tad-Domiċilju.

2.

Iċ-Ċentru Ewlieni għandu jimmira li jsib soluzzjonijiet għall-applikanti, inkluż kjarifiki dwar il-liġi applikabbli tal-Unjoni u għandu jinforma regolarment liċ-Ċentru tad-Domiċilju dwar il-progress tiegħu.

3.

Meta l-problema mressqa mill-applikant tkun waħda strutturali, iċ-Ċentru Ewlieni għandu jivvaluta kemm jista’ jkun malajr jekk il-problema tistax tiġi solvuta permezz tal-proċedura tas-SOLVIT. Jekk iqis li dan mhuwiex possibbli, għandu jagħlaq il-każ bħala wieħed mhux solvut u jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti responsabbli għall-implimentazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni fl-Istat Membru, sabiex jiżguraw li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni jintemm b’mod effettiv. Il-Kummissjoni għandha tkun informata permezz tal-bażi tad-dejta.

VI.   IR-RWOL TAL-KUMMISSJONI

1.

Il-Kummissjoni tgħin u tappoġġja l-funzjonament tas-SOLVIT billi:

(a)

torganizza regolarment sessjonijiet ta’ taħriġ u avvenimenti tan-netwerk f’kooperazzjoni maċ-ċentri nazzjonali tas-SOLVIT;

(b)

tabbozza u taġġorna l-manwal dwar it-trattament tal-każijiet tas-SOLVIT f’kooperazzjoni maċ-ċentri nazzjonali tas-SOLVIT;

(c)

tipprovdi għajnuna għat-trattament tal-każijiet fuq it-talba ta’ ċentri tas-SOLVIT. F’każijiet kumplessi dan jista’ jinkludi l-għoti ta’ parir legali informali. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom iwieġbu għar-rikjesti għal parir legali informali fi żmien ġimagħtejn. Dan il-parir huwa informali biss u ma jistax jitqies bħala vinkolanti fuq il-Kummissjoni;

(d)

timmaniġġja u żżomm il-bażi tad-dejta tas-SOLVIT u interfaċċja pubblika u tipprovdi taħriġ u materjali speċifiċi biex tiffaċilita l-użu tagħha miċ-ċentri tas-SOLVIT;

(e)

timmonitorja l-kwalità u l-prestazzjoni taċ-ċentri tas-SOLVIT u l-każijiet li jittrattaw. F’każijiet li jippreżentaw problema strutturali, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-każ u, fejn meħtieġ, tagħti pariri u assistenza biex ikun żgurat li l-problema strutturali tissolva. Il-Kummissjoni se tqis jekk il-problemi strutturali mhux solvuti jeħtieġux segwitu ulterjuri;

(f)

tiżgura l-komunikazzjoni xierqa bejn is-SOLVIT, iċ-CHAP (5) u l-“EU Pilot” (6) sabiex jiġi żgurat segwitu xieraq tal-każijiet tas-SOLVIT mhux solvuti, biex timmonitorja l-każijiet strutturali u tevita t-trattament doppju tal-ilmenti;

(g)

tinforma ċ-ċentri tas-SOLVIT, fuq talba tagħhom, dwar is-segwitu mogħti mill-Kummissjoni għall-każijiet mhux solvuti, meta jkun sar ilment mal-Kummissjoni.

2.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tressaq ilment li tkun irċeviet lis-SOLVIT bil-ħsieb li tinstab xi soluzzjoni rapida u informali, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tkun għamlet l-ilment.

VII.   IL-KONTROLL TAL-KWALITÀ U R-RAPPURTAR

1.

Iċ-ċentri tas-SOLVIT għandhom iwettqu kontrolli regolari tal-kwalità tal-każijiet li jittrattw bħala Ċentru tad-Domiċilju u bħala Ċentru Ewlieni kif imniżżel fid-dettall fil-manwal dwar it-trattament tal-każijiet.

2.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jwettqu b’mod regolari kontrolli ġenerali tal-kwalità tal-każijiet kollha u jiġbdu l-attenzjoni taċ-ċentri tas-SOLVIT ikkonċernati bil-problemi possibbli, biex dawn jieħdu azzjoni xierqa sabiex jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati.

3.

Il-Kummissjoni se tirraporta regolarment dwar il-kwalità u l-prestazzjoni tas-SOLVIT. Hija se tirrapporta wkoll dwar it-tip ta’ problemi li rċieva s-SOLVIT u l-każijiet trattati fi ħdan is-SOLVIT, bil-ħsieb li tiddefinixxi x-xejriet u tidentifika l-problemi li għad baqa’ fis-suq intern. Fi ħdan dan il-qafas ta’ rappurtar, il-Kummissjoni se tirraporta separatament dwar il-każijiet strutturali.

VIII.   IL-VIŻIBILITÀ TAN-NETWERK

1.

Il-Kummissjoni se tippromwovi l-għarfien u l-użu tas-SOLVIT ma’ organizzazzjonijiet Ewropej tal-partijiet interessati u mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u se ttejjeb l-aċċessibbiltà u l-preżenza tas-SOLVIT permezz ta’ mezzi onlajn.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli informazzjoni sempliċi dwar is-servizzi tas-SOLVIT u li tali servizzi jkunu faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari fuq is-siti relevanti kollha tal-amministrazzjoni pubblika.

3.

L-Istati Membri għandhom ukoll iwettqu attivitajiet li jissensibilizzaw lill-partijiet interessati tagħhom dwar is-SOLVIT. Il-Kummissjoni se tipprovdi assistenza għal dawn l-attivitajiet.

IX.   IL-KOOPERAZZJONI MA’ NETWERKS OĦRA U PUNTI TA’ KUNTATT

1.

Biex jiżguraw li l-applikanti jirċievu għajnuna effettiva, iċ-ċentri tas-SOLVIT għandhom jikkooperaw ma’ netwerks oħra ta’ informazzjoni u għajnuna Ewropej jew nazzjonali, bħal Ewropa Tiegħek, Europe Direct, Pariri tal-Ewropa Tiegħek, Netwerk Enterprise Europe, iċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur, EURES, FIN-NET u Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen. Iċ-ċentri tas-SOLVIT għandhom jistabbilixxu wkoll relazzjonijiet ta’ ħidma tajbin mal-membri nazzjonali rispettivi tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, sabiex jippermettu trattament effettiv tal-każijiet ta’ sigurtà soċjali.

2.

Iċ-ċentri tas-SOLVIT għandhom ikunu f’kuntatt regolari u jikkooperaw mill-qrib mal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom tal-“EU Pilot”, sabiex jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni xieraq dwar il-każijiet u l-ilmenti riċevuti.

3.

Il-Kummissjoni se tiffaċilita kooperazzjoni bħal din billi, fost affarijiet oħra, torganizza avvenimenti konġunti tan-netwerk u tistabbilixxi mezzi tekniċi ta’ konnessjoni, ma’ netwerks u punti ta’ kuntatt bħal dawn kif indikat fil-punt 1 (7).

X.   IL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA PERSONALI U L-KUNFIDENZJALITÀ

L-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, inkluż, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti tat-trasparenza u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, huwa rregolat mir-Regolament dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (ir-Regolament tal-IMI). B’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu japplika dan li ġej:

1.

L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-ilmenti tagħhom lis-SOLVIT permezz ta’ interfaċċja pubblika marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, magħmula għad-dispożizzjoni tagħhom mill-Kummissjoni. L-applikanti m’għandhomx aċċess għall-bażi tad-dejta tas-SOLVIT.

2.

Iċ-Ċentri tad-Domiċilju u ċ-Ċentri Ewlienin għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-dejta tas-SOLVIT u jkunu jistgħu jittrattaw il-każ li jkunu involuti fih permezz ta’ din il-bażi tad-dejta. Dan jinkludi aċċess għad-dejta personali tal-applikant.

3.

Ċentri tas-SOLVIT oħra li ma jkunux involuti f’każ partikolari u l-Kummissjoni għandu jkollhom biss aċċess għall-qari tal-informazzjoni anonima dwar il-każ.

4.

Iċ-Ċentru tad-Domiċilju normalment għandu jiżvela l-identità tal-applikant liċ-Ċentru Ewlieni biex jiffaċilita s-soluzzjoni tal-problemi. L-applikant għandu jiġi informat dwar dan fil-bidu tal-proċess u jingħata l-opportunità li joġġezzjona, f’liema każ l-identità tal-applikant m’għandhiex tiġi żvelata.

5.

L-informazzjoni pprovduta mill-applikant għandha tintuża miċ-Ċentru Ewlieni u mill-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati mill-ilment biss għall-iskop tas-soluzzjoni tal-każ. L-uffiċjali li jittrattaw il-każ għandhom jipproċessaw id-dejta personali biss għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet trasmessa. Għandhom jittieħdu wkoll il-passi xierqa biex tiġi ssalvagwardjata informazzjoni kummerċjalment sensittiva li ma tinkludux dejta personali.

6.

Każ jista’ jiġi ttrasferit lejn netwerk jew organizzazzjoni oħra għas-soluzzjoni tal-problemi biss bil-kunsens tal-applikant.

7.

Il-persunal tal-Kummissjoni għandu jkollu aċċess għad-dejta personali tal-applikanti biss fejn dan ikun meħtieġ biex:

(a)

jiġi evitat li jkun hemm trattament doppju tal-istess problema ppreżentata lill-Kummissjoni jew istituzzjoni tal-Unjoni oħra permezz ta’ proċedura oħra;

(b)

jiġi offrut parir legali informali skontit-Taqsima VI;

(c)

jiġi deċiż dwar il-possibbiltà ta’ segwitu għal każijiet diġà ttrattati mis-SOLVIT;

(d)

jissolvew kwistjonijiet tekniċi li jaffettwaw il-bażi tad-dejta tas-SOLVIT.

8.

Id-dejta personali relatata mal-każijiet tas-SOLVIT għandha tiġi bblukkata fis-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern 18-il xahar wara l-għeluq ta’ każ tas-SOLVIT. Deskrizzjonijiet anonimizzati ta’ każijiet tas-SOLVIT għandhom jibqgħu fil-bażi tad-dejta tas-SOLVIT u jistgħu jintużaw għal skopijiet ta’ statistika, rappurtar u żvilupp tal-politiki.

XI.   DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 2001/893/KE. Ir-referenzi kollha għar-Rakkomandazzjoni 2001/893/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din ir-Rakkomandazzjoni.

XII.   ID-DATA TAL-APPLIKAZZJONI U D-DESTINATARJI

Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2013.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 331, 15.12.2001, p. 79.

(2)  COM(2012) 259 final.

(3)  COM(2013) 269 final.

(4)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1.

(5)  Il-ġestjoni tal-ilmenti/Accueil des Plaignants — Is-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ilmenti tal-Kummissjoni.

(6)  COM(2007) 502 final.

(7)  Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-mezzi tekniċi huma stabbiliti permezz ta’ Pariri tal-Ewropa Tiegħek u qed jiġu żviluppati flimkien ma’ Europe Direct.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/16


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 178/13/COL

tat-30 ta’ April 2013

li teżenta l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (In-Norveġja)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA EFTA (“L-AWTORITÀ”)

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”),

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE li jistabbilixxi l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-settur tas-servizzi pubbliċi (Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali) (“Id-Direttiva 2004/17/KE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1), 30(4) u 30(6) tagħha,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikoli 1 u 3 tal-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni tal-Awtorità tad-19 ta’ April 2012 li tagħti s-setgħa lill-Membru li għandu responsabbiltà speċjali għall-akkwisti pubbliċi biex jieħu ċerti deċiżjonijiet fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi (id-Deċiżjoni Nru 138/12/COL),

WARA li kkonsultat lill-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA,

Billi:

I.   IL-FATTI

1   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Novembru 2012, (1) u wara diskussjonijiet qabel in-notifika, l-Awtorità rċeviet talba mill-Gvern Norveġiż biex tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għal attivitajiet taż-żejt mhux maħdum fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża (“l-NCS”). F’ittra datata l-25 ta’ Jannar 2013, l-Awtorità talbet lill-Gvern Norveġiż biex jissottometti informazzjoni addizzjonali. (2) Il-Gvern Norveġiż bagħat ir-risposta tiegħu lill-Awtorità f’ittra datata l-15 ta’ Frar 2013. (3) In-notifika u r-risposta mill-Gvern Norveġiż ġew diskussi f’konferenza telefonika fl-4 ta’ Marzu 2013. (4) Permezz ta’ ittri mingħand l-Awtorità fit-22 ta’ Marzu 2013, il-Kumitat tal-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA ġie kkonsultat u mitlub jagħti l-fehma tiegħu bi proċedura bil-miktub. (5) Wara l-għadd tal-voti mill-membri tiegħu, il-Kumitat tal-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità fis-16 ta’ April 2013. (6)

(2)

It-talba mill-Gvern Norveġiż tikkonċerna l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ żejt mhux maħdum u gass naturali fuq l-NCS, inkluż l-iżvilupp (jiġifieri, il-bini ta’ infrastruttura xierqa għall-produzzjoni futura, bħal pjattaformi għall-produzzjoni, pipelines, terminals, eċċ). Il-Gvern Norveġiż fit-talba tiegħu, iddeskriva tliet attivitajiet:

(a)

l-esplorazzjoni għaż-żejt mhux maħdum u gass naturali;

(b)

il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, u

(c)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

2   IL-QAFAS LEGALI

(3)

L-għan tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE huwa li jippermetti eżenzjoni għar-rekwiżiti tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku f’sitwazzjoni fejn il-parteċipanti f’suq joperaw b’mod kompetittiv. L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva jipprovdi li:

“Kuntratti maħsuba biex jgħinu biex attività msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 titwettaq ma għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq, l-attività hija esposta direttament għal kompetizzjoni fuq swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett.”

(4)

L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva jistabbilixxi żewġ rekwiżiti li għandhom jintlaħqu t-tnejn qabel ma l-Awtorità tkun tista’ tadotta deċiżjoni pożittiva rigward talba għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 30(4), waqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva.

(5)

L-ewwel rekwiżit fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE huwa li l-attività għandha tkun qed isseħħ f’suq fejn l-aċċess mhuwiex ristrett. L-Artikolu 30(3) tad-Direttiva jipprovdi li “aċċess għal suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Anness XI”. L-Anness XI tad-Direttiva jelenka diversi direttivi.

(6)

Fost id-direttivi elenkati fl-Anness XI hemm id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, (7) li ġiet inkorporata fil-liġi ŻEE fl-1995 u hija msemmija fil-punt 12 tal-Anness IV għall-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Direttiva 98/30/KE hija elenkata wkoll fost id-direttivi stabbiliti fl-Anness XI. Din id-Direttiva ġiet sostitwita mid-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE. Din tal-aħħar ġiet inkorporata fil-liġi ŻEE fl-2005 u hija msemmija fil-punt 23 tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE. (8)

(8)

Għaldaqstant, l-aċċess għas-suq jista’ jitqies li ma jkunx ristrett jekk l-Istat Norveġiż ikun implimenta u applika korrettament l-Atti msemmija fil-punti 12 u 23 tal-Anness IV għall-Ftehim ŻEE, li jikkorrispondu għad-Direttiva 94/22/KE u d-Direttiva 2003/55/KE rispettivament. (9)

(9)

It-tieni rekwiżit fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE huwa li l-attività, fl-Istat tal-EFTA fejn issir, hija esposta direttament għall-kompetizzjoni. Il-kwistjoni ta’ jekk attività hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni jew le għandha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ “kriterji li huma f’konformita mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq kompetizzjoni, bħalma huma l-karatteristiċi tal-merkanzija jew is-servizzi konċernati, l-eżistenza ta’ merkanzija jew servizzi alternattivi, il-prezzijiet u l-preżenza attwali jew potenzali ta’ aktar minn provveditur wieħed tal-merkanzija jew servizzi msemmija”. (10)

(10)

L-eżistenza ta’ esponiment dirett għal kompetizzjoni għandha tiġi evalwata fuq il-bażi ta’ diversi indikaturi, li ebda wieħed minnhom ma huwa, per se, deċiżiv. Fir-rigward tas-swieq ikkonċernati b’din id-Deċiżjoni, is-sehem tas-suq tal-parteċipanti ewlenin f’suq partikolari jikkostitwixxi kriterju wieħed li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni. Kriterju ieħor huwa l-livell ta’ konċentrazzjoni f’dawk is-swieq. (11) L-esponiment dirett għal kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. Billi l-kundizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni, għandha ssir valutazzjoni separata għal kull attività jew suq rilevanti.

(11)

Din id-Deċiżjoni qiegħda tingħata biss għall-finijiet ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE u hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

3   IS-SISTEMA TAL-LIĊENZJAR NORVEĠIŻA

(12)

L-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum (12) jipprovdi l-bażi legali sottostanti għas-sistema ta’ liċenzjar għall-attivitajiet taż-żejt mhux maħdum fuq l-NCS. L-Att dwar iż-Żejt Mhux Maħdum u r-Regolamenti dwar iż-Żejt Mhux Maħdum jirregolaw l-għoti tal-liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali fuq l-NCS. Il-Ministeru Norveġiż taż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija jħabbar il-blokok li għalihom il-kumpaniji jistgħu jissottomettu applikazzjoni għal liċenzja. Ir-Re Norveġiż fil-Kunsill jagħti l-liċenzja ta’ produzzjoni. L-għoti ta’ liċenzja ta’ produzzjoni jsir fuq il-bażi ta’ kriterji fattwali u oġġettivi. (13) Normalment, liċenzja ta’ produzzjoni tingħata lil grupp ta’ kumpaniji, li kumpanija waħda minnhom tinħatar bħala l-operatur responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-liċenzja.

(13)

Fin-Norveġja, hemm żewġ tipi ta’ sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji: (i) is-sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji li jkopru oqsma immaturi fuq l-NCS (sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji nnumerati); u (ii) l-Għotjiet f’Żoni Predefiniti (sensieli ta’ APA) li jkopru l-oqsma maturi. Iż-żewġ tipi ta’ sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji huma l-istess, minbarra l-mod kif huma mibdija. Is-sensieli tal-għoti ta’ liċenzjar tal-APA jsiru kull sena u jkopru l-erja fuq l-NCS li hija kkunsidrata li tkun matura (jiġifieri, meta l-ġeoloġija tkun magħrufa sew). (14) Is-sensiela tal-għoti tal-liċenzji nnumerati (bħala medja) mwettqa kull tieni sena li tkopri oqsma immaturi (jiġifieri, fejn il-ġeoloġija hija ftit li xejn magħrufa). (15) Is-sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji nnumerati huma mibdija mill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija li jistieden lill-kumpaniji attivi fuq l-NCS biex jinnominaw żoni (blokki) li jixtiequ jiġu inklużi fis-sensiela li jmiss ta’ għoti ta’ liċenzji. Il-kundizzjonijiet legali (liġijiet, regolamenti, dokumenti liċenzjar) li jirregolaw iż-żewġ tipi ta’ sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji huma eżattament l-istess. Il-Gvern Norveġiż informa lill-Awtorità li l-attivitajiet ta’ esplorazzjoni mwettqa taħt iż-żewġ tipi ta’ sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji huma l-istess ukoll.

(14)

Fis-sensieli tal-għoti tal-liċenzji, kumpaniji kkwalifikati taż-żejt japplikaw għal liċenzji ta’ produzzjoni, jiġifieri, id-dritt esklussiv li jiġu mwettqa attivitajiet taż-żejt mhux maħdum fuq l-NCS. Kif definit fit-Taqsima 1-6 c) tal-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum, l-attivitajiet taż-żejt mhux maħdum jinkludu “l-attivitajiet kollha assoċjati mad-depożiti taż-żejt mhux maħdum taħt il-baħar, inklużi l-esplorazzjoni, it-tħaffir għall-esplorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasport, l-utilizzazzjoni u d-dekommissjonar, inkluż l-ippjanar ta’ tali attivitajiet, iżda madankollu ma jinkludux it-trasport taż-żejt mhux maħdum fi kwantitajiet kbar bil-vapur”. Konsegwentement, fis-sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji, il-kumpaniji japplikaw għad-dritt esklussiv biex jesploraw u jipproduċu kull żejt mhux maħdum u gass naturali li jistgħu jinstabu fiż-żona koperta mil-liċenzja tal-produzzjoni.

(15)

Meta jinstab żejt mhux maħdum u/jew gass naturali, il-liċenzjati, jekk dawn jiddeċiedu li jiżviluppaw iż-żona, huma obbligati li jissottomettu Pjan għall-Iżvilupp u l-Operazzjoni (“PDO”) taż-żona lill-Ministru Norveġiż taż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija għall-approvazzjoni. (16) L-approvazzjoni tal-PDO tagħti lid-detenturi tal-liċenzja d-dritt esklussiv biex jibdew l-iżvilupp u, sussegwentement, il-produzzjoni. Iż-żejt mhux maħdum li jiġi prodott isir il-proprjetà tad-detentur individwali tal-liċenzja.

(16)

Il-kumpaniji li huma detenturi ta’ liċenzja fuq l-NCS ivarjaw minn kumpaniji internazzjonali kbar taż-żejt sa kumpaniji taż-żejt żgħar ħafna, li ħafna minnhom kienu operaturi ġodda fl-NCS matul madwar l-aħħar 10 snin.

(17)

It-tabelli ta’ hawn taħt huma sottomessi mill-Gvern Norveġiż u juru attivitajiet fuq l-NCS f’termini ta’ liċenzji ta’ produzzjoni ġodda mogħtija, erja mogħtija u numru ta’ kumpaniji fuq l-NCS. (17)

Liċenzji ġodda mogħtija:

Image

Erja mogħtija:

Image

Numru ta’ kumpaniji fuq l-NCS:

Image

II.   VALUTAZZJONI

4   L-ATTIVITAJIET KOPERTI MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

(18)

It-talba tal-Gvern Norveġiż għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tkopri tliet attivitajiet separati fuq l-NCS: (a) l-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u gass naturali; (b) il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum; u (c) il-produzzjoni tal-gass naturali. L-Awtorità eżaminat it-tliet attivitajiet separatament. (18)

(19)

“Produzzjoni” għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni se titqies li tinkludi “żvilupp” (jiġifieri, l-istabbiliment ta’ infrastruttura xierqa għall-produzzjoni, bħal pjattaformi taż-żejt, pipelines, terminals, eċċ). It-trasport ta’ gass naturali mill-NCS għas-suq permezz tan-netwerk tal-pipelines upstream mhux parti minn din id-Deċiżjoni.

5   AĊĊESS GĦAS-SUQ/SWIEQ

(20)

Id-Direttiva 94/22/KE (id-Direttiva tal-Liċenzjar) ġiet inkorporata fil-punt 12 tal-Anness IV fil-Ftehim ŻEE permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 19/1995 li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 1995.

(21)

Il-Gvern Norveġiż innotifika lill-Awtorità dwar it-traspożizzjoni tiegħu ta’ din id-Direttiva fit-18 ta’ Marzu 1996. Saret valutazzjoni ta’ konformità mill-Awtorità u, wara dan, in-Norveġja għamlet numru ta’ modifiki fil-leġiżlazzjoni tagħha. Wara li dawn il-modifiki ġew imwettqa, l-Awtorità kienet tal-fehma li n-Norveġja kienet implimentat id-Direttiva tal-Liċenzjar kif xieraq.

(22)

Id-Direttiva 2003/55/KE (id-Direttiva tal-Gass) ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE fil-punt 23 mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 146/2005/KE fit-2 ta’ Diċembru 2005. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ għall-Istati ŻEE tal-EFTA fl-1 ta’ Ġunju 2007.

(23)

Il-Gvern Norveġiż innotifika l-implimentazzjoni parzjali tad-Direttiva tal-Gass fl-4 ta’ Ġunju 2007 u l-implimentazzjoni sħiħa fid-19 ta’ Frar 2008. Saret ukoll valutazzjoni tal-konformità mill-Awtorità għal din id-Direttiva. Wara numru ta’ modifiki fil-leġiżlazzjoni nazzjonali Norveġiża, l-Awtorità kienet tal-fehma li n-Norveġja kienet implimentat id-Direttiva tal-Gass kif xieraq.

(24)

Fid-dawl tal-informazzjoni ppreżentata f’din it-Taqsima, u għall-finijiet preżenti, jidher li l-Istat Norveġiż implimenta u applika korrettament l-Atti msemmija fil-punti 12 u 23 tal-Anness IV għall-Ftehim ŻEE, li jikkorrispondu għad-Direttiva 94/22/KE u d-Direttiva 2003/55/KE rispettivament.

(25)

Konsegwentement, u skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2004/17/KE, l-aċċess għas-suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett fit-territorju tan-Norveġja, inkluż l-NCS.

6   ESPONIMENT GĦAL KOMPETIZZJONI

(26)

Kif spjegat hawn fuq, l-Awtorità hija tal-fehma li huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk is-setturi kkonċernati humiex direttament esposti għal kompetizzjoni. Għal dan il-għan, hija eżaminat l-evidenza pprovduta mill-Gvern Norveġiż u ssupplimentata b’evidenza disponibbli fl-isfera pubblika fejn meħtieġ.

6.1   Esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali

6.1.1   Suq rilevanti

(27)

L-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali tikkonsisti fis-sejba ta’ riżervi ġodda ta’ riżorsi ta’ idrokarburi. Il-produzzjoni tinkludi kemm il-bini ta’ infrastrutturi adegwati għall-produzzjoni kif ukoll l-isfruttament tar-riżorsi. L-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali tikkostitwixxi suq wieħed tal-prodotti rilevanti separat mis-swieq għall-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali. Din id-definizzjoni hija bbażata fuq il-fatt li mhuwiex possibbli mill-bidu nett li jiġi ddeterminat jekk l-esplorazzjoni hix se tirriżulta f'xi skoperta ta’ żejt mhux maħdum jew gass naturali. Il-Gvern Norveġiż ikkonferma li dan japplika kemm għas-sensieli tal-għoti tal-liċenzji nnumerati u s-sensieli tal-għoti ta’ liċenzji tal-APA. Din id-definizzjoni tas-suq hija konformi wkoll mal-prattika tal-Kummissjoni Ewropea. (19)

(28)

L-esplorazzjoni ta’ żoni immaturi u maturi hija mwettqa mill-istess tip ta’ kumpaniji u l-attivitajiet jiddependu fuq l-istess tip ta’ teknoloġija (jiġifieri, irrispettivament mit-tip ta’ sensiela tal-għoti tal-liċenzji). Anki jekk il-ġeoloġija hija magħrufa aħjar fis-sensiela tal-għoti tal-liċenzji tal-APA, il-kumpaniji taż-żejt ma għandhom ebda għarfien eżatt dwar l-eżistenza taż-żejt mhux maħdum, jew jekk skoperta possibbli jistax ikun fiha żejt jew gass jew it-tnejn li huma. Għalhekk l-Awtorità ssib li s-suq rilevanti huwa l-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali, li jinkludi attivitajiet ta’ esplorazzjoni mwettqa kemm taħt is-sensieli tal-għoti ta’ liċenzji nnumerati kif ukoll is-sensieli tal-għoti tal-liċenzji nnumerati u s-sensieli tal-għoti tal-liċenzji tal-APA.

(29)

Il-kumpaniji involuti fl-attivitajiet ta’ esplorazzjoni ma għandhomx tendenza li jillimitaw l-attivitajiet tagħhom għal żona ġeografika partikolari. Pjuttost, ħafna mill-kumpaniji huma preżenti fuq livell globali. Il-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjonijiet tagħha ddikjarat b’mod konsistenti li l-ambitu ġeografiku tas-suq tal-esplorazzjoni huwa dinji. (20) Il-Gvern Norveġiż jaqbel mad-definizzjoni tas-suq ġeografiku tal-Kummissjoni. L-Awtorità ssib li s-suq ġeografiku rilevanti huwa globali.

6.1.2   Esponiment dirett għal kompetizzjoni

(30)

Matul il-perjodu 2011-2013, madwar 50 kumpanija ngħataw status ta’ detentur ta’ liċenzja fil-liċenzji ta’ produzzjoni u konsegwentement jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ esplorazzjoni fuq l-NCS. (21)

(31)

L-ishma tas-suq tal-operaturi attivi fl-esplorazzjoni huma tipikament imkejla b’referenza għal żewġ fatturi varjabbli: riżervi ppruvati u l-produzzjoni mistennija. (22)

(32)

Ir-riżervi ppruvati taż-żejt madwar id-dinja fl-2011 ammontaw għal 1 652,6 biljun barmil u l-figura korrispondenti għall-gass naturali kienet 208.4 triljun metru kubu, jew madwar 1 310,8 biljun barmil ta’ ekwivalenti taż-żejt. (23) Fl-aħħar tal-2011, ir-riżervi ppruvati taż-żejt fin-Norveġja ammontaw għal 6,9 elf miljun barmil, li jirrappreżentaw 0,4 % tar-riżervi dinjija. (24) Ir-riżervi ppruvati tal-gass naturali fin-Norveġja fl-2011 ammontaw għal 2,1 triljun metri kubi, li jirrappreżentaw 1 % tar-riżervi dinjin. (25) Ebda waħda mill-ħames l-akbar kumpaniji attivi fuq l-NCS ma għandha sehem dinji ta’ riżervi ppruvati ta’ aktar minn 1 %. (26)

(33)

Il-Gvern Norveġiż ma għandux informazzjoni fuq l-ishma tas-suq dinjija tal-akbar ħames kumpaniji fuq l-NCS imkejla f’termini ta’ produzzjoni mistennija. Madankollu, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li hemm korrelazzjoni diretta bejn ir-riżervi ppruvati taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali u l-produzzjoni futura mistennija. (27) Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, l-ishma tas-suq dinjija tal-akbar kumpaniji fuq l-NCS imkejla f’termini ta’ produzzjoni mistennija mhumiex probabbli, fi kwalunkwe każ, li jwasslu għal bidla fil-valutazzjoni tal-Awtorità.

(34)

Barra minn hekk, l-Awtorità kkunsidrat informazzjoni dwar in-numru ta’ applikazzjonijiet għal sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji fuq l-NCS u operaturi ġodda fuq l-NCS. Il-figuri li rċieva l-Gvern Norveġiż dwar l-għoti tal-liċenzji fit-tliet sensieli tal-għoti tal-liċenzji l-aktar riċenti fuq l-NCS (li saru fl-2011 – 2012) juru li n-numru ta’ applikazzjonijiet kien sa disa’ kumpaniji għal kull liċenzja mħabbra. Fil-perjodu mill-2008 sal-2012, 13-il operatur ġdid ingħataw liċenzja ta’ produzzjoni fuq l-NCS. Għalhekk, in-numru ta’ kumpaniji li ngħataw liċenzja fuq l-NCS huwa konsiderevoli. (28)

(35)

Fuq il-bażi tal-elementi ta’ hawn fuq, il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq dinji għall-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali għandhom ikunu kkaratterizzati bħala baxxi. Huwa probabbli li l-kumpaniji li huma attivi f’dan is-suq huma suġġetti għal pressjoni kompetittiva konsiderevoli. Ma hemm xejn li jindika li s-settur ma jkunx qed jiffunzjona b’mod immexxi mis-suq. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li s-suq għall-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali huwa direttament espost għall-kompetizzjoni fis-sens tad-Direttiva 2004/17/KE.

6.2   Produzzjoni taż-żejt mhux maħdum

6.2.1   Suq rilevanti

(36)

Iż-żejt mhux maħdum huwa komodità globali u l-prezz tiegħu huwa ddeterminat mill-provvista u d-domanda fuq bażi dinjija. Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni Ewropea, (29) l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum huwa suq tal-prodott separat, li l-ambitu ġeografiku tiegħu huwa dinji. Il-Gvern Norveġiż jaqbel ma’ din id-definizzjoni tas-suq. (30) L-Awtorità żżomm l-istess definizzjoni tas-suq għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

6.2.2   Esponiment dirett għall-kompetizzjoni

(37)

Meta ssir skoperta ta’ żejt mhux maħdum (jew gass naturali), id-detenturi tal-liċenzji, jekk jiddeċiedu li jiżviluppaw il-qasam, huma obbligati li jissottomettu Pjan għall-Iżvilupp u l-Operazzjoni (“DPO”) tal-qasam lill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija għall-approvazzjoni. L-oqsma fuq l-NCS li primarjament jipproduċu ż-żejt (31) u li ġie sottomess u approvat DPO għalihom matul l-aħħar ħames snin huma dawn li ġejjin:

Sena

Deskrizzjoni

(Isem tal-qasam u l-liċenzja)

Mogħtija lil

2008

Morvin, PL134B

Statoil Petroleum

Eni Norge

Total E&P Norge

2009

Goliat, PL229

Eni Norge

Statoil Petroleum

2011

Knarr, PL373S

BG Norge

Idemitsu Petroleum Norge

Wintershall Norge

RWE Dea Norge

2011

Ekofisk Sør, Eldfisk II, PL

ConocoPhillips

Total E&P Norge

Eni Norge

Statoil Petroleum

Petoro AS

2011

Vigdis nordøst, PL089

Statoil Petroleum

Petoro AS

ExxonMobil E&P Norway

Idemitsu Petroleum Norge

Total E&P Norge

RWE Dea Norge

2011

Stjerne, parti minn Oseberg Sør

PL079, PL104

Statoil Petroleum

Petoro AS

Total E&P Norge

ConocoPhillips

2011

Hyme, PL348

Statoil Petroleum

GDF Suez E&P Norge

Core Energy

E.ON E&P Norge

Faroe Petroleum Norge

VNG Norge

2011

Brynhild, PL148

Lundin Norway

Talisman Energy Norway

2012

Jette, PL027C, PL169C,

PL504

Det norske oljeselskap

Petoro AS

2012

Skuld, PL128

Statoil Petroleum

Petoro AS

Eni Norge

2012

Edvard Grieg, PL338

Lundin Norway

Wintershall Norge

OMV Norge

2012

Bøyla, PL340

Marathon Oil Norge

ConocoPhillips

Lundin Norway

2012

Svalin, PL169

Statoil Petroleum

Petoro AS

ExxonMobil E&P Norway

(38)

Għalhekk, PDOs għall-produzzjoni taż-żejt li jkopru total ta’ 20 kumpanija ġew aċċettati fil-perjodu mill-2008 sal-2012. Barra minn hekk, PDO li tkopri tliet parteċipanti ġodda fis-suq ġiet aċċettata mill-Ministeru għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija fl-2010. (32)

(39)

Minbarra l-kumpaniji tal-istat Norveġiżi, il-lista turi li d-detenturi tal-liċenzja huma kumpaniji kbar taż-żejt kif ukoll kumpaniji iżgħar. Il-Gvern Norveġiż isostni li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji taż-żejt fuq l-NCS huma parti minn korporazzjonijiet b’portafoll tan-negozju globali diversifikat. Iż-żejt mhux maħdum prodott huwa għalhekk mibjugħ b’mod konsiderevoli lill-kumpaniji assoċjati. Madankollu, aktar minn nofs il-produzzjoni tinbiegħ fis-suq immedjat. Il-figura ta’ hawn taħt turi l-volum ta’ bejgħ ta’ żejt mhux maħdum fl-2009 mill-NCS.

Volum ta’ bejgħ taż-żejt mhux maħdum fl-2009 mill-NCS:

Image

(40)

Il-produzzjoni totali taż-żejt madwar id-dinja kuljum fl-2011 ammontat għal 83 576 elf barmil. Fl-2011, total ta’ 2 039 elf barmil ġew prodotti kuljum fin-Norveġja. Dan ammonta għal 2,3 % tal-produzzjoni dinjija. (33)

(41)

F’termini ta’ produzzjoni ta’ żejt mhux maħdum fuq l-NCS, Statoil kellha l-akbar sehem fl-2011. Produtturi oħrajn fuq l-NCS inkludew kumpaniji internazzjonali kbar taż-żejt bħal ExxonMobil, Total, ConocoPhillips, Marathon, Shell, BP u Eni. Ebda wieħed minn dawn il-parteċipanti ma kellu sehem fis-suq dinji għall-produzzjoni taż-żejt fl-2011 ikbar minn 3 %. (34) Il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq rilevanti kollu għalhekk kien baxx.

(42)

Il-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjonijiet tagħha skont id-Direttiva 2004/17/KE kkunsidrat li s-suq globalizzat tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum huwa kkaratterizzat minn kompetizzjoni qawwija fost numru ta’ parteċipanti. (35) Ma hemm l-ebda indikazzjonijiet li dan kellu jinbidel matul l-aħħar snin.

(43)

Fid-dawl tal-elementi msemmija hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li ma hemm xejn li jindika li s-settur mhux qed jaħdem b’mod immexxi mis-suq, u għalhekk, li s-suq għall-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum huwa espost direttament għal kompetizzjoni fis-sens tad-Direttiva 2004/17/KE.

6.3   Produzzjoni ta’ gass naturali

6.3.1   Suq rilevanti

(44)

Is-suq għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-gass ġie eżaminat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet (36) f’numru ta’ deċiżjonijiet fejn hija qieset li hemm suq wieħed għall-provvista upstream tal-gass (li jinkludi wkoll l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-gass) lill-klijenti fiż-ŻEE (i.e. gass prodott fil-oqsma tal-gass u mibjugħ lill-konsumaturi – inklużi l-operaturi nazzjonali stabbiliti – fiż-ŻEE). (37)

LNG versus gass imwassal permezz tal-pajpijiet

(45)

Il-gass naturali jista’ jiġi ttrasportat permezz ta’ pipelines tal-gass up-stream jew minn bastimenti fil-forma ta’ Gass Naturali Likwifikat (“LNG”). L-esportazzjoni tal-gass tan-Norveġja għall-2012 kienet ta’ madwar 112 biljun metru kubu, li 107 biljun metru kubu minnhom kien gass imwassal permezz tal-pajpijiet u 5 biljun metru kubu ntbagħat bħala LNG. (38)

(46)

Il-Gvern Norveġiż isostni li l-provvisti tal-LNG huma sostitwibbli u jikkompetu direttament mal-gass imwassal permezz tal-pajpijiet. Ladarba l-LNG jiġi rigassifikat, jista’ jidħol fil-grupp tal-pipeline tal-gass naturali minflok il-gass li huwa pprovdut permezz ta’ pipelines miż-żoni upstream. Zeebrugge fil-Belġju hija msemmija bħala eżempju: ladarba l-gass imwassal permezz tal-pajpijiet mill-NCS ikun għadda mit-terminal ta’ nżul u l-LNG jkun ġie rigassifikat fit-terminal tal-LNG f’Zeebrugge, iż-żewġ sorsi tal-gass huma kompletament sostitwibbli. Għalkemm l-infrastruttura ta’ rigassifikazzjoni mhijiex preżenti fl-Istati kollha taż-ŻEE, il-kapaċità tar-rigassifikazzjoni kibret bil-qawwi matul is-snin riċenti. Il-kapaċità tar-rigassifikazzjoni fiż-ŻEE qed toqrob 200 biljun metru kubu. Bl-espansjoni tan-netwerk tal-pipeline, l-LNG qed isir disponibbli għal numru dejjem akbar ta’ klijenti taż-ŻEE.

(47)

Il-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjonijiet riċenti ħalliet miftuħa l-mistoqsija dwar jekk il- gass ipprovdut LNG għandux jiġi differenzjat minn provvisti tal-gass imwassal permezz tal-pajpijiet. (39)

(48)

Għall-finijiet tad-Deċiżjoni preżenti, l-Awtorità ssib li l-mistoqsija dwar jekk għandhiex issir distinzjoni bejn il-gass imwassal permezz tal-pajpijiet u LNG tista' titħalla miftuħa wkoll.

Valur Kalorifiku Għoli versu Valur Kalorifiku Baxx

(49)

Downstream hemm netwerks separati fis-seħħ għad-distribuzzjoni tal-gass HCV u l-gass LCV u l-utenti finali huma konnessi mal-grilja xierqa għall-provvista tagħhom. Il-gass HCV jista’ jiġi mibdul f’gass LCV u viċi versa. Il-produtturi tal-gass Norveġiżi jipprovdu gass tat-tip HCV.

(50)

Il-Gvern Norveġiż isostni li l-livell ta’ sostitwibbiltà bejn il-gass LCV u l-gass HCV għandu jimplika li dawn il-prodotti jaqgħu fl-istess suq għall-provvista tal-gass minn perspettiva upstream. Huwa sottomess ukoll li l-provvista ta’ gass LCV jagħmlu parti relattivament żgħira mill-provvista totali ta’ gass liż-ŻEE: madwar 10 %.

(51)

Għall-finijiet tad-Deċiżjoni preżenti, l-Awtorità ssib li l-mistoqsija dwar jekk għandhiex issir distinzjoni bejn il-gass HCV u l-gass LCV tista’ titħalla miftuħa.

Konklużjoni dwar id-definizzjoni tas-suq tal-prodotti

(52)

Fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq tal-prodotti, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-Awtorità tqis li hemm suq wieħed għall-provvista upstream tal-gass (li jinkludi wkoll l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-gass). Il-mistoqsijiet dwar jekk l-LNG jew il-gass LCV humiex inklużi fis-suq rilevanti tal-prodotti ma jaffettwawx l-eżitu ta’ din id-Deċiżjoni.

Ambitu ġeografiku

(53)

Il-Gvern Norveġiż isostni li t-tliet direttivi tas-suq tal-gass ħolqu suq tal-gass naturali liberalizzat u integrat fil-Majjistral tal-Ewropa. L-UE timmira li tintegra s-swieq b'mod sħiħ sal-2014. B’suq uniku għall-gass, il-Gvern Norveġiż huwa tal-fehma li mhuwiex rilevanti li jiġu kkunsidrati l-ishma tas-suq għall-Istati individwali taż-ŻEE. Huwa sostna li ladarba l-gass ikun laħaq il-fruntiera tas-suq intern Ewropew, dan se jgħaddi liberament għal fejn ikun meħtieġ skont is-sorsi tal-provvista u tad-domanda.

(54)

Mill-esportazzjoni tal-gass permezz tal-pajpijiet mill-NCS, madwar 70 % ġew ittrasportati lejn it-terminals riċevituri fil-Ġermanja u r-Renju Unit, u l-kumplament lejn it-terminals fil-Belġju u Franza. Il-gass li jitwassal permezz tal-pajpijiet min-Norveġja jinbiegħ permezz ta’ konnessjonijiet tal-pipeline u ftehimiet ta’ tpartit lil numru addizzjonali ta’ Stati taż-ŻEE: aktar minn 10 Stati ŻEE b’kollox. Mill-produzzjoni tal-LNG mill-NCS, madwar żewġ terzi storikament ġew mibjugħa liż-ŻEE. Dan ifisser li kważi l-gass Norveġiż kollu huwa esportat lejn iż-ŻEE.

(55)

Barra minn hekk, il-Gvern Norveġiż isostni li x-xerrejja tal-gass fiż-ŻEE għandhom numru ta’ sorsi ta’ provvista disponibbli differenti. Dawn jinkludu kemm il-gass mill-UE (tipikament id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi, u r-Renju Unit) kif ukoll dak minn pajjiżi ġirien (tipikament ir-Russja, l-Alġerija, u l-Libja flimkien man-Norveġja) u minn pajjiżi lil hinn minnhom (pereżempju, il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani jew in-Niġerja, fil-forma ta’ LNG).

(56)

Il-Gvern Norveġiż isostni wkoll li hubs kemm fir-Renju Unit kif ukoll fil-kontinent Ewropew qegħdin isiru dejjem aktar likwidi u l-formazzjoni tal-prezzijiet fil-hubs differenti turi li ntlaħaq livell konsiderevoli ta’ integrazzjoni.

(57)

Fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq ġeografiku, Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni Ewropea taħt ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet ikkonkludew li huwa probabbli li din tinkludi ż-ŻEE, flimkien mal-importazzjonijiet tal-gass Russi u Alġerini, iżda ħallew id-definizzjoni tas-suq ġeografiku miftuħa. Fid-deċiżjoni dwar il-fużjoni bejn Statoil u Hydro l-Kummissjoni ma kkunsidratx li kien neċessarju li tiddeċiedi jekk iż-żona ġeografika rilevanti xierqa li għandha tiġi kkunsidrata kinitx: (i) iż-ŻEE, (ii) iż-żona li tinkludi dawk il-pajjiżi taż-ŻEE li fihom jinbiegħ il-gass mill-NCS (direttament mill pipelines jew permezz ta’ tpartit) jew (iii) kull pajjiż individwali fejn il-partijiet ibigħu l-gass. (40) Irrispettivament mid-definizzjoni ġeografika kkunsidrata, dik il-konċentrazzjoni ma twassalx għal tħassib kompetittiv fis-suq għall-provvista upstream tal-gass.

(58)

Għall-finijiet tad-Deċiżjoni preżenti, u għar-raġunijiet stipulati hawn taħt, l-Awtorità ssib li mhuwiex meħtieġ li tiddeċiedi dwar l-ambitu preċiż tas-suq ġeografiku għall-gass naturali. Taħt kwalunkwe delineazzjoni raġonevoli tas-suq ġeografiku, l-Awtorità tqis li l-settur ikkonċernat huwa espost direttament għall-kompetizzjoni.

6.3.2   Esponiment dirett għal kompetizzjoni

(59)

Meta ssir skoperta ta’ gass naturali (jew żejt mhux maħdum), id-detenturi ta’ liċenzja, jekk jiddeċiedu li jiżviluppaw iż-żona, huma obbligati li jissottomettu Pjan għall-Iżvilupp u l-Operazzjoni (“PDO”) taż-żona lill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija għall-approvazzjoni. Iż-żoni li primarjament jipproduċu l-gass fuq l-NCS, (41) u li għalihom ġie sottomess u ġie approvat PDO fl-aħħar ftit snin, huma dawn li ġejjin:

Sena

Deskrizzjoni

(Isem taż-żona u l-liċenzja)

Mogħtija lil

2008

Yttergryta, PL062

Statoil Petroleum

Total E&P Norge

Petoro AS

Eni Norge

2008

Żvilupp mill-ġdid ta’ Troll,

PL054, PL085, PL085C

Petoro AS

Statoil Petroleum

Norske Shell

Total E&P Norge

ConocoPhillips

2009

Oselvar, PL274

DONG E&P Norge

Bayerngas Norge

Noreco Norway

2010

Trym, PL147

Bayerngas Norge

DONG E&P Norge

2010

Gudrun, PL025

Statoil Petroleum

GDF SUEZ E&P Norge

2010

Marulk, PL122

Statoil Petroleum

DONG E&P Norge

Eni Norge

2010

Gaupe, PL292

BG Norge

Lundin Norway

2011

Valemon, PL050, PL050B,

PL050C, PL050D, PL193B,

PL193D

Statoil Petroleum

Petoro AS

Centrica Resources Norge

Enterprise Oil Norge

2011

Visund, Sør, PL120

Statoil Petroleum

Petoro AS

ConocoPhillips

Total E&P Norge

2012

Kumpressjoni taħt il-baħar ta’ Åsgard

Petoro AS

Statoil Petroleum

Eni Norge

Total E&P Norge

ExxonMobil E&P Norway

2011

Atla, PL102C

Total E&P Norge

Petoro AS

Centrica Resources Norge

Det norske oljeselskap

2012

Martin Linge, PL040, PL043

Total E&P Norge

Petoro AS

Statoil Petroleum

(60)

PDOs għall-produzzjoni tal-gass li jkopru total ta’ 14-il kumpanija ġew aċċettati matul il-perjodu mil-2008 – 2012. PDOs li jkopru tliet parteċipanti ġodda ġew aċċettati fil-perjodu mill-2009 – 2011. (42) Aktar minn 25 kumpanija fuq l-NCS jesportaw il-gass lejn iż-ŻEE. (43)

(61)

Fl-2011, il-produzzjoni tal-gass fin-Norveġja ammontat għal 101,4 biljun metru kubu li jirrappreżentaw 3,1 % tal-produzzjoni dinjija. (44) Aktar minn 95 % tal-produzzjoni fuq l-NCS huma esportati lejn iż-ŻEE permezz ta’ gass li jiġi mwassal permezz tal-pajpijiet lejn sitt punti ta’ nżul f’erba’ pajjiżi (ir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Belġju, u Franza). (45) Madwar 1,4 biljun metru kubu (inqas minn 2 %) tal-gass prodott fuq l-NCS ġew ikkonsmati domestikament fin-Norveġja.

(62)

Hemm numru ta’ kumpaniji indipendenti li huma attivi fil-produzzjoni tal-gass fuq l-NCS. Barra minn hekk, ġew aċċettati kumpaniji ġodda bħala detenturi ta’ liċenzji. Il-ħames l-akbar kumpaniji li jipproduċu l-gass fuq l-NCS, imkejla f’termini tal-livell ta’ produzzjoni annwali, huma: Petoro, Statoil, Exxon Mobil, Total u Shell. Statoil hija l-akbar kumpanija li tipproduċi l-gass fuq l-NCS. Is-sehem ikkombinat tal-akbar tliet kumpaniji li jipproduċu l-gass mill-produzzjoni totali tal-gass fuq l-NCS ma jaqbiżx il-50 %. (46)

(63)

L-Istati Membri tal-UE jikkonsmaw madwar 500 biljun metri kubi ta’ gass fis-sena. Skont l-Eurogas, (47) fl-2011, il-provvisti tal-gass mill-Istati Membri tal-UE ammontaw għal 33 % tal-provvisti totali netti, segwit mir-Russja (24 %), in-Norveġja (19 %) (48) u l-Alġerija (9%), mogħtija kemm mill-pipeline kif ukoll bħala LNG. Sorsi oħrajn minn partijiet differenti tad-dinja kkontribwixxew il-15 % li jifdal.

(64)

Id-detenturi kollha ta’ liċenzja fuq l-NCS huma responsabbli biex ibigħu l-gass tagħhom stess. Il-kumpaniji produtturi fuq l-NCS għandhom ftehimiet għall-bejgħ tal-gass ma’ xerrejja f’numru ta’ Stati Membri tal-UE. Is-sehem fl-2011 tal-konsum totali ta’ gass li huwa pprovdut mill-gass Norveġiż f’kull wieħed mis-sitt Stati Membri tal-UE li jimportaw l-aktar gass mill-NCS kien kif ġej: (49)

Stat taż-ŻEE

% tal-konsum ipprovdut mill-gass Norveġiż

Ir-Renju Unit

35  %

Il-Ġermanja

32  %

Il-Belġju

34  %

Il-Pajjiżi l-Baxxi

24  %

Franza

26  %

L-Italja

14  %

Konsum nazzjonali tal-gass taż-ŻEE – IHS CERA

(65)

Statoil hija t-tieni l-akbar fornitur tal-gass fiż-ŻEE wara Gazprom b’madwar 20 % (50) tal-konsum totali taż-ŻEE. Kif jidher mit-tabella ta’ hawn fuq, fl-Istati prinċipali taż-ŻEE li jiġi fornut lilhom gass Norveġiż, il-fornituri tal-NCS jiffaċċjaw kompetizzjoni minn fornituri li jġibu l-gass tagħhom minn żoni ġeografiċi oħrajn. Konsegwentement, ix-xerrejja fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa f’dawn l-Istati taż-ŻEE għandhom sorsi alternattivi ta’ provvista għall-gass mill-NCS. Dan jista’ jintwera aktar mill-istatistika miġbura mill-Eurogas (it-tabella ta’ hawn taħt), li turi li minbarra l-gass Norveġiż, l-Istati Membri tal-UE rċevew provvisti tal-gass minn produzzjoni indiġena, ir-Russja, l-Alġerija, il-Qatar u sorsi oħrajn:

PROVVISTI TAL-GASS NATURALI F’PAJJIŻI MEMBRI TAL-EUROGAS U L-UE, 2011 (51)

TWh

Produzjoni Indiġena

Ir-Russja

In-Norveġja

L-Alġerija

Il-Qatar

Sorsi oħrajn (*)

Tibdil fl-istokks (**)

Bilanċi oħrajn

Provvisti Netti Totali

% ta’ Bidla 2011/ 2010

L-Awstrija

18,8

59,8

14,5

0,0

0,0

29,4

–22,1

–4,9

95,6

–6  %

Il-Belġju

0,0

3,4

82,4

0,0

30,8

66,9

–0,2

0,0

183,3

–15  %

Il-Bulgarija

4,2

29,3

0,0

0,0

0,0

0,0

0,2

–1,4

32,3

11  %

Ir-Repubblika Ċeka

1,4

63,3

12,2

0,0

0,0

23,2

–10,0

–4,6

85,5

–10  %

Id-Danimarka

81,7

0,0

0,0

0,0

0,0

–31,9

–1,8

–7,4

40,6

–18  %

L-Estonja

0,0

6,5

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

6,5

–10  %

Il-Finlandja

0,0

43,4

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

43,4

–12  %

Franza

6,5

72,6

182,9

66,7

37,4

135,0

–22,4

–1,5

477,2

–13  %

Il-Ġermanja

137,3

336,9

303,1

0,0

0,0

110,2

–22,8

0,0

864,7

–11  %

Il-Greċja

0,0

30,3

0,0

8,7

1,9

10,5

–0,1

–0,1

51,2

23  %

L-Ungerija

32,5

72,6

0,0

0,0

0,0

5,6

14,0

–0,6

124,2

–6  %

L-Irlanda

2,1

0,0

0,0

0,0

0,0

51,1

0,0

0,0

53,2

–12  %

L-Italja

88,5

247,1

38,6

242,8

65,7

149,0

–8,2

0,9

824,4

–6  %

Il-Latvja

0,0

16,2

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

16,2

–13  %

Il-Litwanja

0,0

57,0

0,0

0,0

0,0

–21,9

–0,1

0,0

35,0

9  %

Il-Lussemburgu

0,0

3,2

6,9

0,0

0,0

3,2

0,0

0,0

13,4

–13  %

Il-Pajjiżi l-Baxxi

746,7

44,0

129,0

0,9

3,7

– 481,6

0,0

15,8

458,3

–10  %

Il-Polonja

47,6

102,7

0,0

0,0

0,0

17,4

–8,4

–1,4

157,9

2  %

Il-Portugall

0,0

0,0

0,0

21,6

0,0

36,9

0,0

0,0

58,5

0  %

Ir-Rumanija

117,0

34,2

0,0

0,0

0,0

0,0

–0,4

0,0

150,8

3  %

Is-Slovakkja

1,0

62,4

0,0

0,0

0,0

–5,7

0,2

–0,1

57,7

–3  %

Is-Slovenja

0,0

5,3

0,0

2,6

0,0

0,9

–0,1

0,1

8,8

–16  %

Spanja

1,9

0,0

13,9

147,4

51,5

160,4

–4,5

1,6

372,2

–7  %

L-Isvezja

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

14,9

0,0

0,0

14,9

–20  %

Ir-Renju Unit

526,7

0,0

244,2

2,6

230,6

–76,7

–22,6

–0,1

904,7

–17  %

L-UE

1 813,9

1 290,1

1 027,7

493,3

421,6

196,8

– 109,2

–3,7

5 130,5

–10  %

% tal-Bidla 2011/10

–11  %

2  %

–3  %

–8  %

21  %

–45  %

– 199  %

–78  %

–10  %

 

L-Isvizzera

0,0

7,6

7,3

0,0

0,0

19,6

0,0

0,0

34,5

–10  %

It-Turkija

8,1

270,3

0,0

44,2

0,0

144,7

0,0

2,4

469,7

18  %

(66)

Meta wieħed iqis l-Istati Membri tal-UE bl-akbar sehem ta’ gass min-Norveġja, hemm sorsi alternattivi ta’ provvista. Xi wħud minn dawn l-alternattivi huma:

Fir-Renju Unit, fejn il-gass mill-NCS jammonta għal madwar 35 %, hemm produzzjoni domestika tal-gass konsiderevoli (għalkemm din qed tonqos mill-2000). (52) L-importazzjonijiet tal-LNG għar-Renju Unit kibru sostanzjalment matul l-aħħar ftit snin. (53)

Fil-Belġju, fejn il-gass mill-NCS jammonta għal madwar 34 %, l-LNG huwa rigassifikat fit-terminal tal-LNG f’Zeebrugge u huwa sostitwibbli bil-gass li jiġi mwassal permezz tal-pajpijiet.

Fil-Ġermanja, fejn il-gass mill-NCS jammonta għal madwar 32 %, iż-żewġ pipelines tan-Nord Stream mir-Russja ġew inawgurati fl-2011 u fl-2012 rispettivament u jipprovdu sors ġdid ta’ provvisti tal-gass mir-Russja. Il-Gvern Norveġiż huwa tal-opinjoni li l-ftuħ ta’ dawn il-pipelines probabbilment se jwassal għal kompetizzjoni akbar bejn il-gas Norveġiż u dak Russu, peress li dan iżid id-diversifikazzjoni fil-provvista lejn l-Ewropa.

(67)

Ix-xerrejja fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa għandhom josservaw l-impenji tagħhom ta’ xiri obbligatorju taħt kuntratti rilevanti tal-bejgħ fit-tul rilevanti mal-fornituri tal-gass Norveġiżi. Ladarba dawn l-impenji huma onorati, ix-xerrejja bl-ingrossa huma liberi li jaqilbu għal sorsi alternattivi ta’ provvista, bħal gass spot imwassal permezz tal-pajpijiet, LNG spot jew jistgħu jżidu volumi meħuda taħt kuntratti fit-tul ma’ fornituri oħrajn. Kuntratti tal-bejgħ aktar riċenti għandhom tendenza li jkollhom tul ta’ żmien iqsar. Kif sottomess mill-Gvern Norveġiż, is-suq spot qed isir aktar importanti b’hubs dejjem akar likwidi kemm fir-Renju Unit kif ukoll fil-kontinent Ewropew. Barra minn hekk, fl-UE, il-kapaċità għar-rigassifikazzjoni aktar minn irdoppjat fl-aħħar ħames snin. Fl-2011, 25 % tal-importazzjonijiet netti tal-gass tal-UE twasslu permezz tal-LNG, imqassma fl-Istati Membri tal-UE li ġejjin:

PROVVISTI TA’ LNG FL-ISTATI MEMBRI TAL-EUROGAS U L-UE, 2011 (54)

TWh

Importazzjonijiet Netti

tal-LNG

% tal-Bidla

2011/2010

Il-Belġju

49,8

–19 %

Franza

163,9

5  %

Il-Greċja

13,5

5  %

L-Italja

94,2

–2 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi

9,5

 

Il-Portugall

34,7

7  %

Spanja

257,2

–18  %

Ir-Renju Unit

270,7

33  %

L-UE

893,5

2  %

It-Turkija

68,9

–21 %

(68)

Il-pressjoni kompetittiva fis-suq tal-gass naturali tiġi wkoll mill-eżistenza ta’ prodotti alternattivi għall-gass (bħal faħam jew sorsi ta’ enerġija rinnovabbli).

(69)

Il-pipelines ewlenin tal-gass kollha mill-NCS lejn il-kontinent Ewropew u lejn ir-Renju Unit huma proprjetà ta’ Gassled. (55) L-aċċess għan-netwerk tal-pipeline upstream huwa ġestit minn Gassco AS, kumpanija kompletament proprjetà tal-Istat Norveġiż. Gassco AS mhix proprjetarja ta’ ishma jew ta’ kapaċità fin-netwerk tal-pipeline upstream u taġixxi b’mod indipendenti fl-għoti ta’ aċċess għal kapaċità ħielsa. Is-sistema tat-trasport tal-gass hija newtrali għall-parteċipanti kollha li għandhom bżonn trasport tal-gass naturali. Il-kumpaniji ta’ produzzjoni u l-utenti kwalifikati għandhom dritt għall-aċċess għas-sistema fuq kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, oġġettivi u trasparenti. L-utenti għandhom aċċess għall-kapaċità fis-sistema bbażata fuq il-ħtieġa tagħhom għat-trasport tal-gass. (56) Għalhekk, l-operaturi tal-gass attwali u ġodda fuq l-NCS jistgħu jiksbu aċċess għan-netwerk tal-pipeline upstream u jistgħu jipprovdu l-gass lill-klijenti f’kompetizzjoni ma’ operaturi oħrajn fuq l-NCS.

(70)

Fid-dawl tal-elementi msemmija hawn fuq, l-Awtorità tqis li ma hemm xejn li jindika li s-settur mhux qed jiffunzjona b’mod immexxi mis-suq, u li l-produzzjoni tal-gass naturali fuq l-NCS għalhekk hija esposta direttament għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/17/KE.

III.   KONKLUŻJONI

(71)

L-Awtorità tqis li l-attivitajiet li ġejjin fin-Norveġja u b’mod partikolari fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża huma esposti direttament għal kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE:

(a)

l-esplorazzjoni għaż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali;

(b)

il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, u

(c)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

(72)

Peress li l-kundizzjoni ta’ aċċess mhux ristrett għas-suq titqies li ntlaħqet, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti intiżi biex jippermettu s-servizzi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafi 2 u 71 ta’ din id-Deċiżjoni li għandhom jiġu mwettqa fin-Norveġja u b’mod partikolari fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża.

(73)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali ta’ Marzu 2013 kif jirriżulta mill-informazzjoni mibgħuta mill-Gvern Norveġiż. Din tista’ tiġi riveduta, jekk bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali jew fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jibqgħux jintlaħqu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jistabbilixxi l-proċeduri għall-għotja ta’ kuntratti pubbliċi fis-settur tas-servizzi pubbliċi (Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali) ma għandux japplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettu li s-servizzi li ġejjin jiġu mwettqa fin-Norveġja u b’mod partikolari fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża:

(a)

l-esplorazzjoni għaż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali;

(b)

il-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, u

(c)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2013.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ

Markus SCHNEIDER

Direttur fil-Kariga


(1)  Li waslet għand l-Awtorità fis-6 ta’ Novembru 2012 (Avveniment Nru 652027).

(2)  Avveniment Nru 657306.

(3)  Li waslet għand l-Awtorità fid-19 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663304).

(4)  Avveniment Nru 665288.

(5)  Avveniment Nru 666730, Avveniment Nru 666722 u Avveniment Nru 666680.

(6)  Avveniment Nru 669171.

(7)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3 u ĠU L 79, 29.3.1996, p. 30 u inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 19/95 (ĠU L 158, 8.7.1995, p. 40 u s-Suppliment ŻEE Nru 25, 8.7.1995, p. 1) (“id-Direttiva dwar il-Liċenzjar”).

(8)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57, kif ikkoreġut bil-ĠU L 16, 23.1.2004, p. 74 u inkorporat fil-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 146/2005 (ĠU L 53, 23.2.2006, p. 43 u s-Suppliment ŻEE Nru 10, 23.2.2006, p. 17) (“id-Direttiva tal-Gass”). Din id-Direttiva ġiet sostitwita mid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94), iżda din tal-aħħar għadha ma ġiex inkorporata fil-liġi taż-ŻEE.

(9)  Ara t-Taqsima 5 ta’ hawn taħt.

(10)  L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/17/KE.

(11)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Awtorità tat-22 ta’ Mejju 2012 li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (id-Deċiżjoni Nru 189/12/COL, ĠU L 287, 2012/10/18, p. 21 u s-Suppliment ŻEE Nru 58, 2012/10/18, p. 14).

(12)  L-Att tad-19 ta’ Novembru 1996 Nru 72 dwar l-attivitajiet taż-żejt mhux maħdum. (http://www.npd.no/en/Regulations/-Acts/Petroleum-activities-act/). Id-Direttiva dwar il-Liċenzjar tal-Idrokarburi 94/22/KE hija implimentata fl-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum mill-1 ta’ Settembru 1995 u fir-Regolamenti għall-Att relatati maż-żejt mhux maħdum (ir-Regolament Norveġiż tas-27 ta’ Ġunju 1997 Nru 653) (http://www.npd.no/en/Regulations/Regulations/Petroleum-activities/).

(13)  Ara t-Taqsimiet 3-3 u 3-5 tal-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum u t-Taqsima 10 tar-Regolament Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum.

(14)  Il-kriterji għal żoni maturi huma deskritti fil-white paper lill-Parlament Norveġiż - Industrija għall-futur - l-attivitajiet tan-Norveġja taż-żejt mhux maħdum [Meld. St 28 (2010-2011) Rapport lill-Parlament Norveġiż (Storting), p 88]. Il-kriterji li ġejjin ġew applikati fiż-żona tal-APA li tespandi: (i) żoni viċin l-infrastruttura (li tinkludi kemm l-infrastruttura eżistenti kif ukoll dik ippjanata, b’riżorsi potenzjali fiż-żoni kkunsidrati bħala kritiċi fis-sens tal-ħin); (ii) żoni bi storja ta’ esplorazzjoni (li jinkludu żoni li qabel kienu mogħtija u rilaxxati, żoni b’mudelli u żoni ‘play’ magħrufin li jinsabu bejn iż-żoni mogħtija u dawk rilaxxati), u (iii) żoni li jmissu ma’ żoni eżistenti predefiniti, iżda li ma saritx applikazzjoni għalihom fis-sensiela tal-għoti ta’ liċenzji nnumerati (ara http://www.regjeringen.no/en/dep/oed/press-center/press-releases/2013/apa-2013-acreage-announcement.html?id=714569). Total ta’ 324 liċenzji ta’ produzzjoni ng]ataw minn meta ġiet stabbilita s-sistema tal-APA fl-2003 u saru total ta’ 32 skoperta [Meld. St. 28 (2010–2011) Rapport lill-Parlament Norveġiż (Storting), p. 86 – 87].

(15)  Is-sensieli ta’ għoti ta’ liċenzji nnumerati huma mfassla bil-ħsieb lejn żoni fejn hemm għarfien ġeoloġiku limitat, u fejn l-esplorazzjoni gradwali hija espedjenti. Ingħataw żoni permezz ta’ 21 sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji nnumerati, b’liċenzji mogħtija fil-21 sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji fir-rebbiegħa tal-2011 (il-white paper - Industrija għall-futur – L-attivitajiet taż-żejt mhux maħdum tan-Norveġja [Meld. St 28 (2010-2011) Rapport lill-Parlament Norveġiż (Storting), p. 21]. Is-sensieli tal-għoti ta’ liċenzji nnumerati jinkludu prinċipalment żoni ta’ fruntiera tal-NCS fejn il-potenzjal għal skoperti kbar huwa l-ogħla. It-22 sensiela ta’ għoti ta’ liċenzji nbdiet fit-2 ta’ Novembru 2011 b’għotjiet ta’ liċenzji ġodda ta’ produzzjoni ppjanati matul ir-rebbiegħa tal-2013 (http://www.regjeringen.no/nb/dep/oed/-pressesenter/pressemeldinger/2011/initiates-22nd-licensing-round.html?id=661990). Ara wkoll il-pubblikazzjoni mill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija flimkien mad-Direttorat Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum – Fatti 2012 – Is-Settur Norveġiż taż-Żejt Mhux Maħdum, Kapitolu 5 dwar Attività ta’ Esplorazzjoni, p. 30 et seq (http://www.npd.no/en/Publications/Facts/Facts-2012/Chapter-5/ ).

(16)  Ara t-Taqsima 4-2 tal-Att Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum.

(17)  SDFI fl-ewwel żewġ tabelli tirreferi għall-Interess Finanzjarju Dirett tal-Istat Norveġiż. L-Istat Norveġiż għandu żewġ ishma kbar fl-liċenzji taż-żejt u tal-gass fuq l-NCS permezz tal-SDFI. Il-portafoll tal-SDFI huwa mmexxi mill-kumpanija tal-Istat Petoro AS (www.petoro.no).

(18)  Dan huwa konformi mal-prattika tal-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjonijiet ta’ fużjoni u fid-deċiżjonijiet tagħha fl-għoti ta’ eżenzjoni taħt l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE. Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ IV/M.1383 Nru - Exxon/Mobil); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ IV/M.1532 - BP Amoco/Arco); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (COMP/M.1573 - Norsk Hydro/Saga), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ Nru IV/M.4545 - STATOIL/HYDRO); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.4934 – KAZMUNAIGAZ/ROMPETROL), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2009 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.5585 – Centrica/Venture productio). Ara wkoll Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2011 li teżenta l-esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass u l-isfruttament taż-żejt fid-Danimarka bl-esklużjoni ta’ Greenland u l-Gżejjer Faroe mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 197, 29.7..2011, p. 20); id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2011 li teżenta l-esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass u l-isfruttament taż-żejt fl-Italja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 166, 25.6.2011, p 28.); id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’Marzu 2010 li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u l-gass fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 52), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u l-gass fil-Pajjiżi l-Baxxi mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 53).

(19)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2003 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.3052 – ENI/FORTUM GAS), Każ Nru IV/M.1383 – Exxon/Mobil, u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Danimarka, l-Italja, l-Ingilterra, Wales, l-Iskozja u l-Pajjiżi l-Baxxi (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).

(20)  Ara, pereżempju, il-Każ Nru COMP/M.3052 – ENI/FORTUM GAS (paragrafu 13) u l-Każ Nru COMP/M.4545 – STATOIL/HYDRO (paragrafu 7) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).

(21)  In-numru jkopri kemm il-liċenzji ta’ produzzjoni fis-sensieli tal-għoti ta’ liċenzji nnumerati u l-liċenzji tal-APA (ara l-Avveniment Nru 663313, p. 1-20).

(22)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Exxon/Mobil (paragrafi 25 u 27) (in-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).

(23)  Ara r-Reviżjoni tal-Istatistika tal-BP ta’ Ġunju 2012 dwar l-Enerġija Dinjija (“l-Istatistika tal-BP”), fil-p. 6. ( http://www.bp.com/liveassets/bp_internet/globalbp/globalbp_uk_english/reports_and_publications/statistical_energy_review_2011/STAGING/local_assets/pdf/statistical_review_of_world_energy_full_report_2012.pdf ).

(24)  Ara l-Istatistika tal-BP, p. 6.

(25)  Ara l-Istatistika tal-BP, p. 20.

(26)  Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 63313, p. 22).

(27)  Ara pereżempju, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonċerna d-Danimarka (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq) u Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Italja (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).

(28)  Ara wkoll il-pubblikazzjoni mill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt Mhux Maħdum u l-Enerġija flimkien mad-Direttorat Norveġiż dwar iż-Żejt Mhux Maħdum – Fatti 2012 – Is-Settur Noveġiż taż-Żejt Mhux Maħdum, Kapitolu 5 dwar Ix-xenarju u l-attività tal-parteċipanti, p. 33 – 35 (http://www.npd.no/en/Publications/Facts/Facts-2012/Chapter-5/).

(29)  Ara n-nota f’qiegħ l-paġna 18 hawn fuq.

(30)  Madankollu, peress li l-maġġoranza taż-żoni fuq l-NCS fihom kemm żejt kif ukoll gass, il-Gvern Norveġiż esprima l-fehma li l-produzzjoni konġunta taż-żejt u tal-gass fiż-żoni tagħmilha impossibbli li ssir distinzjoni bejn it-tnejn fil-qafas tad-Direttiva 2004/17/KE.

(31)  Peress li ż-żoni fihom kemm żejt kif ukoll gass, it-tabella f’din it-Taqsima 6.2 tinkludi ż-żoni li primarjament jipproduċu ż-żejt. Iż-żoni li primarjament jipproduċu l-gass huma elenkati fit-Taqsima 6.3 hawn taħt.

(32)  Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 25).

(33)  Ara l-Istatistika tal-BP, p. 8.

(34)  Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 26).

(35)  Ara l-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Danimarka (paragrafu 16) (nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq). Ara wkoll id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Italja (paragrafu 16), u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ingilterra, l-Iskozja u Wales (paragrafu 16), u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pajjiżi l-Baxxi (paragrafu 12) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).

(36)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.01.2004, p. 1). Inkorporata fil-Ftehim ŻEE fl-Anness XIV, il-Kapitolu A, il-punt 1 bid-Deċiżjoni Nru 78/2004 (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 13 u s-Suppliment ŻEE Nru 32, 19.6.2004, p. 1).

(37)  Ara l-Każ Nru IV/M.4545 – STATOIL/HYDRO (paragrafu 9) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 ta’ hawn fuq).

(38)  Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 33).

(39)  Ara d-Deċiżjoni Ewropea tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2012 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE Każ Nru COMP/M.6477 – BP/CHEVRON/ENI/SONANGOL/TOTAL/JV (paragrafu 19). Ara wkoll il-Każ Nru IV/M.4545 – STATOIL/HYDRO (paragrafu 12), u d-Deċiżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pajjiżi l-Baxxi (paragrafu 13), u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ingilterra, l-Iskozja u Wales (paragrafu 15) (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 18 ta’ hawn fuq).

(40)  Każ Nru IV/M.4545 – STATOIL/HYDRO, paragrafu 16 (in-nota f’qiegħ il-paġna 18 hawn fuq).

(41)  Peress li ż-żoni fuq l-NCS fihom kemm żejt kif ukoll gass, it-tabella f’din it-Taqsima 6.3 fiha ż-żoni li primarjament jipproduċu l-gass. Iż-żoni li primarjament jipproduċu ż-żejt huma elenkati fit-Taqsima 6.2 hawn fuq.

(42)  Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 28).

(43)  Ara n-notifika tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 5 ta’ Novembru 2012 (Avveniment Nru 652027, p. 30).

(44)  Ara l-Istatistika tal-BP, p. 22.

(45)  Terminals riċevituri f’:Dornum, Dunkerque, Easington, Emden, St Fergus u Zeebrugge (http://www.gassco.no/wps/wcm/connect/Gassco-NO/Gassco/Home/norsk-gass/Transportsystemet).

(46)  Ara l-ittra tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 15 ta’ Frar 2013 (Avveniment Nru 663313, p. 28).

(47)  Ara r-Rapport tal-Istatistika tal-Eurogas 2012, p. 1 (http://www.eurogas.org/uploaded/Statistical%20-Report%202012_final_211112.pdf).

(48)  Jidher mill-informazzjoni mibgħuta mill-Gvern Norveġiż lill-Awtorità li l-figura tista’ tkun kemmxejn ogħla. Madankollu, dan ma jaffettwax l-eżitu tad-Deċiżjoni f’dan il-każ.

(49)  L-istatistika għad-destinazzjoni tal-gass naturali Norveġiż għaż-ŻEE hija bbażata fuq in-nazzjonalità tal-kumpanija tax-xiri.

(50)  Dan il-volum ta’ bejgħ jinkludi l-bejgħ ta’ Statoil f’isem Petoro / SDFI.

(51)  Din it-tabella tittieħed mir-Rapport tal-Istatistika tal-Eurogas 2012, p. 6.

Unitajiet:

siegħa terawatt (valur kalorifiku gross).

Nota:

Il-figuri huma l-aħjar stimi disponibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni.

(*)  Inklużi esportazzjonijiet netti.

(**)  (-) Injezzjoni / (+) Irtirar.

(52)  Digest of UK energy statistics’(“DUKES”) 2012, Id-Dipartiment tal-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima, Kapitolu 4 Gass naturali (https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/65800/5954-dukes-2012-chapter-4-gas.pdf ), p. 95.

(53)  DUKES (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 50), p. 95.

(54)  Din it-tabella tittieħed mir-Raport tal-Istatistika tal-Eurogas 2012, p. 7.

Unitajiet:

sigħat terawatt (valur kalorifiku gross).

(55)  Gassled hija impriża konġunta mhux inkorporata rregolata skont il-liġi Norveġiża. Is-sidien ta’ Gassled kollha għandhom interess indiviż, li jikkorrispondi għall-interess parteċipanti rispettiv tagħhom, fid-drittijiet u l-obbligi kollha tal-impriża konġunta [ara n-notifika tal-Gvern Norveġiż lill-Awtorità datata 5 ta’ Novembru 2012 (Avveniment Nru 652027), p. 7-8].

(56)  Ara l-white paper Industrija għall-futur – L-attivitajiet tan-Norveġja rigward iż-żejt mhux maħdum [Meld. St. 28 (2010–2011) Rapport lill-Parlament Norveġiż (Storting)], p. 68.


19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.