ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.241.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 241

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
10 ta' Settembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 865/2013 tad-9 ta’ Settembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward ta’ arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikat tal-qbid għall-prodotti tas-sajd tal-baħar

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 866/2013 tad-9 ta’ Settembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar it-tranżitu ta’ kunsinni ta’ laħam tat-tjur mill-Bjelorussja li jgħaddi mil-Litwanja għat-territorju Russu ta’ Kaliningrad ( 1 )

4

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2013 tad-9 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ( ĠU L 337, 18.12.2009 )

8

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ( ĠU L 337, 18.12.2009 )

9

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 865/2013

tad-9 ta’ Settembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward ta’ arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikat tal-qbid għall-prodotti tas-sajd tal-baħar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 12(4), 14(4), 20(3) u 52 tiegħu,

Billi:

(1)

L-arranġamenti amministrattivi ma' pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikati tal-qbid għall-prodotti tas-sajd huma elenkati fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2). Dawn l-arranġamenti jinkludu kampjuni taċ-ċertifikati tal-qbid ivvalidati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

(2)

L-awtoritajiet ta’ New Zealand emendaw il-format taċ-ċertifikat tal-kampjun tal-qabdiet ta’ New Zealand.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.


ANNESS

Fit-Taqsima 3 (New Zealand) tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009, l-Appendiċi 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 866/2013

tad-9 ta’ Settembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar it-tranżitu ta’ kunsinni ta’ laħam tat-tjur mill-Bjelorussja li jgħaddi mil-Litwanja għat-territorju Russu ta’ Kaliningrad

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1) u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli sanitarji ġenerali tal-annimali u li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni fl-Unjoni, kif ukoll l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, u tipprevedi l-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi u ċertifikazzjoni għat-tranżitu.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi li ċerti prodotti għandhom jiġu importati fi jew jgħaddu fi tranżitu mill-Unjoni biss minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti elenkati fit-Tabella li tinsab fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertfikazzjoni veterinarja għal dawn il-prodotti. Dawk ir-rekwiżiti jqisu wkoll jekk ġewx mitluba garanziji addizzjonali minħabba l-istatus tal-mard ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti. Il-garanziji addizzjonali li dawk il-prodotti jridu jkunu konformi magħhom huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(3)

L-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula li bajd speċifikat ħieles mill-patoġeni, laħam, laħam ikkapuljat u laħam mekkanikament isseparat ta’ tjur, għasafar li ma jtirux u tajr selvaġġ tal-priża, bajd u prodotti tal-bajd fi tranżitu minn ġewwa l-Unjoni għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat imfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat stipulat fl-Anness XI u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-istess ċertifikat.

(4)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeografika iżolata tat-territorju Russu ta’ Kaliningrad, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jidderoga mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament u jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu ta’ ċertu kunsinni minn u intiżi għar-Russja u li jgħaddu mil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu kontrolli addizzjonali u l-issiġillar tal-kunsinni.

(5)

Il-Bjelorussja talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza t-tranżitu mill-Unjoni ta’ laħam tat-tjur mill-Bjelorussja biex jgħaddi mil-Litwanja għat-territorju Russu ta’ Kaliningrad.

(6)

Minħabba l-qagħda ġeografika ta’ Kaliningrad u l-istrutturi proċedurali li diġà jeżistu stabbiliti fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward ta’ tranżitu ta’ prodotti minn u intiżi għar-Russja, it-tranżitu ta’ laħam tat-tjur mill-Bjelorussja li jgħaddi mil-Litwanja għat-territorju Russu ta’ Kaliningrad bil-ferrovija jew bit-triq għandu jkun permess, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(2), (3) u (4) għal prodotti oħra.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi l-prodott tal-laħam tat-tjur fl-Artikolu 18(2) u biex tinbidel l-annotazzjoni għall-Bjelorussja fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 18(2) jinbidel b’dan li ġej:

“2.   B’deroga mill-Artikolu 4(4), it-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Litwanja elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/821/KE, ta’ kunsinni ta’ bajd, prodotti tal-bajd u laħam tat-tjur li ġejjin mill-Bjelorussja u intiżi għat-territorju Russu ta’ Kaliningrad, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:”

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1, l-annotazzjoni għall-Bjelorussja tinbidel b’dan li ġej:

“BY — Il-Bjelorussja

BY-0

Il-pajjiż kollu

EP, E u POU (biss għat-tranżitu mil-Litwanja)

IX”

 

 

 

 

 

 

(2)

Fil-Parti 2, fis-sezzjoni “Garanzi addizzjonali (AG)”, l-annotazzjoni “IX” tinbidel b’dan li ġej:

“IX

:

it-tranżitu ta’ kunsinni ta’ bajd, prodotti tal-bajd u laħam tat-tjur li ġejjin mill-Bjelorussja u li huma intiżi għat-territorju Russu ta’ Kaliningrad biss għandu jitħalla jgħaddi biss mil-Litwanja sakemm hu konformi mal-Artikolu 18(2), (3) u (4).”


10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 867/2013

tad-9 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

29,8

ZZ

29,8

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

140,0

ZZ

140,0

0805 50 10

AR

118,3

CL

140,3

IL

117,8

TR

73,0

UY

127,6

ZA

125,6

ZZ

117,1

0806 10 10

BR

183,4

EG

184,4

IL

162,2

TR

142,9

ZA

168,3

ZZ

168,2

0808 10 80

AR

143,3

BR

103,3

CL

132,0

CN

67,2

NZ

134,3

US

147,8

ZA

115,4

ZZ

120,5

0808 30 90

AR

160,7

CN

81,6

TR

139,1

ZA

138,4

ZZ

130,0

0809 30

TR

138,2

ZZ

138,2

0809 40 05

BA

53,5

MK

55,2

XS

55,5

ZZ

54,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


Rettifika

10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/8


Rettifika għad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 337 tat-18 ta’ Diċembru 2009 )

F’paġna 39, premessa (19), l-aħħar żewġ sentenzi,

flok:

“… Għalhekk il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ konsistenza fl-applikazzjoni ta’ rimedji billi tadotta opinjonijiet dwar abbozz ta’ miżuri proposti minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tibbenefika mill-għarfien espert ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-analiżi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEREC qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u/jew l-opinjonijiet tagħha.”

aqra:

“… Għalhekk il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ konsistenza fl-applikazzjoni ta’ rimedji billi tadotta rakkomandazzjonijiet dwar abbozz ta’ miżuri proposti minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tibbenefika mill-għarfien espert ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-analiżi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEREC qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.”

F’paġna 42, premessa (47), nota 2 f'qiegħ il-paġna,

flok:

“(2)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2003 dwar is-Swieq Rilevanti tal-Prodotti u s-Servizzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għar-regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 45).”

aqra:

“(2)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 65).”

F’paġna 44, premessa (66),

flok:

“(66)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni bil-għan li l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju stabbiliti fl-Anness I jkunu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Dan huwa wkoll il-każ tal-lista minima ta’ partiti fl-Anness II li trid tkun ippubblikata biex ikun issodisfat l-obbligu tat-trasparenza.”

aqra:

“(66)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni bil-għan li l-kondizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) jiġu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Dan huwa wkoll il-każ tal-lista minima ta’ affarijiet fl-Anness II għad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) li trid tkun ippubblikata biex ikun issodisfat l-obbligu tat-trasparenza.”

F’paġna 47, punt (b) tal-Artikolu 1(3),

flok:

“(b)

għandhom jiġu inseriti l-paragrafi li ġejjin:

‘3a.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għal regolazzjoni tas-suq ex-ante jew għar-riżoluzzjoni ta’disputi bejn impriżi skont l-Artikolu 20 jew 21 ta’ din id-Direttiva għandhom jaġixxu indipendentement u m’għandhom jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew …’ ”

aqra:

“(b)

għandhom jiġu inseriti l-paragrafi li ġejjin:

‘3a.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għal regolazzjoni tas-suq ex-ante jew għar-riżoluzzjoni ta’ tilwima bejn impriżi skont l-Artikolu 20 jew 21 ta’ din id-Direttiva għandhom jaġixxu indipendentement u m’għandhom jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Il-korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew ibiddlu deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew …’ ”

F’paġna 58, Artikolu 1(23), Artikolu ġdid 21(3), l-ewwel subparagrafu,

flok:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kompetenti biex flimkienma jaċċettawx li jirriżolvu d-disputa meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tad-disputa b’mod f’waqtu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.”

aqra:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kompetenti biex flimkien ma jaċċettawx li jirriżolvu t-tilwima meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwima b’mod f’waqtu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.”

F’paġna 59, punt (a)(ii) tal-Artikolu 2(3), punt ġdid (ab):

flok:

“ ‘(ab)

f’każijiet iġġustifikati u sal-estent li jkun neċessarju, l-obbligi għall-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti aħħara biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli.’ ”

aqra:

“ ‘(ab)

f’każijiet iġġustifikati u sal-punt li jkun neċessarju, obbligi għall-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti aħħara biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli.’ ”

F’paġna 60, punt (a) tal-Artikolu 2(8), punt ġdid (a) tal-Artikolu 12(1),

flok:

“ ‘(a)

li jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u/jew faċilitajiet speċifiċi ta’ netwerks, inkluż aċċess għal elementi ta’ netwerk li mhumiex attivi/jew aċċess disassoċjat għal-linja lokali, sabiex fost oħrajn, ikunu permessi l-għażla u/jew l-għażla minn qabel tal-operaturi u/jew l-offerta ta’ abbonament fil-linja tal-bejgħ mill-ġdid;’;”

aqra:

“ ‘(a)

li jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u/jew faċilitajiet speċifiċi ta’ netwerks, inkluż aċċess għal elementi ta’ netwerk li mhumiex attivi/jew aċċess disassoċjat għal-linja lokali, sabiex fost oħrajn, ikunu permessi l-għażla u/jew l-għażla minn qabel tal-operaturi u/jew l-offerti ta’ abbonament fil-linja tal-bejgħ mill-ġdid;’;”

F’paġna 61, Artikolu 2(10), punt (c) tal-Artikolu ġdid 13a(2),

flok:

“(c)

…, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b’mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni għall-infrastruttura, u kull effett potenzjali fuq il-konsumaturi;”

aqra:

“(c)

…, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b’mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni, u kwalunkwe effett konsegwenzjali potenzjali fuq il-konsumaturi;”.


10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/9


Rettifika għad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 337 tat-18 ta’ Diċembru 2009 )

F’paġna 29, punt (c) tal-Artikolu 2(2),

flok:

“(c)

il-punt li ġej għandu jiżdied:

“(h)

‘ksur ta’ data personali’ tfisser …”;”

aqra:

“(c)

il-punt li ġej għandu jiżdied:

“(i)

‘ksur ta’ data personali’ tfisser …”;”.


10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.