ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.230.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 230

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
29 ta' Awwissu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 816/2013 tat-28 ta’ Awwissu 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u tal-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku f’supplimenti tal-ikel solidu u l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward speċifikazzjonijiet għall-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205), Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u tal-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2013 tat-28 ta’ Awwissu 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 818/2013 tat-28 ta’ Awwissu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-esteri tas-Sukrożju tal-aċidi grassi (E 473) fl-aromatizzanti għax-xarbiet ċari bit-togħma abbażi tal-ilma ( 1 )

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 819/2013 tat-28 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2013/46/UE tat-28 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2006/141/KE dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment ( 1 )

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/443/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Awwissu 2013 dwar ċerti miżuri protettivi relatati mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fl-Italja inkluż l-istabbiliment ta’ żoni aktar ristretti u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/439/UE (notifikata bid-dokument C(2013) 5623)  ( 1 )

20

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 816/2013

tat-28 ta’ Awwissu 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u tal-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku f’supplimenti tal-ikel solidu u l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward speċifikazzjonijiet għall-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205), Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u tal-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u partikolarment l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel inklużi l-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara applikazzjoni.

(4)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-Kopolimeru metakrilat anjoniku u tal-Kopolimeru metakrilat newtrali bħala aġenti tal-kisi f’supplimenti tal-ikel solidu tressqu nhar il-25 u s-27 ta’ April 2009 u ġew magħmula disponibbli lill-Istati Membri.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sigurtà tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali (4) u tal-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku (5) meta jintużaw bħala addittivi tal-ikel u kkonkludiet li l-użu tagħhom f’supplimenti tal-ikel solidu, fil-livelli tal-użu propost, mhumiex ta’ tħassib għas-siġurtà.

(6)

Hemm bżonn teknoloġiku għall-użu tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u l-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku fis-supplimenti tal-ikel solidu. Il-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali huwa intenzjonat għall-użu ta’ aġent tal-kisi b’rilaxx imtawwal (sustained-release). Il-formulazzjonijiet tar-rilaxx imtawwal jippermettu taħlil kontinwu tan-nutrijent f’ħin definit. Il-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku huwa maħsub biex jintuża bħala aġent tal-kisi biex jipproteġi kontra l-ingredjenti irritanti għall-istonku u/jew jipproteġi n-nutrijenti sensittivi kontra d-diżintegrazzjoni mill-aċidu gastriku. Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu taż-żewġ addittivi tal-ikel f’supplimenti tal-ikel solidu u li jiġu assenjati n-numri E 1206 bħala numru E lill-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u E 1207 bħala numru E lill-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 (6) awtorizza l-użu tal-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205) f’supplimenti tal-ikel solidu u r-Regolament (UE) Nru 231/2012 jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel, inklużi l-livelli massimi għall-arseniku, iċ-ċomb, il-merkurju u r-ram. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu aġġornati sabiex jitqiesu l-livelli massimi għaċ-ċomb, il-merkurju u l-kadmju fis-supplimenti tal-ikel kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (7).

(8)

Il-livell massimu tal-arseniku f’supplimenti tal-ikel ma ġiex stabbilit fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, il-livelli speċifiċi huma stipulati fil-liġijiet tal-Istati Membri. Għalhekk, sabiex jitqiesu l-liġijiet tal-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet tal-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205) fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-arseniku.

(9)

Il-livell massimu tar-ram fis-supplimenti tal-ikel ma ġiex stabbilit fil-livell tal-Unjoni u m’hemm l-ebda indikazzjoni tal-presenza tar-ram f’livelli tossikoloġiki sinifikanti fil-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205). Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-ram mis-sezzjoni tal-purità għal Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205) fir-Regolament (UE) Nru 231/2012.

(10)

Xi speċifikazzjonijiet għandhom jiġu adottati għal Kopolimeru tal-metakrilat newtrali (E 1206) u l-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku (E 1207). Il-kriterji tal-purità għall-arseniku, iċ-ċomb, il-merkurju u l-kadmju għandhom isegwu l-istess approċċ ta’ dawk għal Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205) u l-livelli massimi għandhom jikkunsidraw li l-forma kummerċjali tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali (E 1206) u l-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku (E 1207) hemm dispersjoni ta’ 30 % tas-sustanza xotta fl-ilma.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u r-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  EFSA Journal 2010; 8(7):1655.

(5)  EFSA Journal 2010; 8(7):1656.

(6)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti B, l-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 1206 u E 1207 huma mdaħħla fil-punt 3 “addittivi apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa”, wara l-annotazzjoni għal E 1205 kopolimeru tal-metakrilat bażiku:

“E 1206

Koplimeru tal-metakrilat newtrali

E 1207

Koplimeru tal-metakrilat anjoniku”

(2)

Fil-Parti E l-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-kategorija tal-ikel 17.1 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f’forom li jistgħu jintmagħdu” wara l-annotazzjoni għal E 1205 Kopolimeru metakrilat bażiku:

 

“E 1206

Koplimeru tal-metakrilat newtrali

200 000

 

 

 

 

E 1207

Koplimeru tal-metakrilat anjoniku

100 000 ”

 

 

 


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Is-sezzjoni tal-purità għal E 1205 (Kopolimeru tal-metakrilat bażiku) hija sostitwita b’dan li ġej:

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 2,0 % (105 °C, 3 h)

Valur tal-alkali

162 – 198 mg KOH/g ta’ sustanza mnixxfa

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,1 %

Monomeri residwi

Butilmetakrilat < 1 000  mg/kg

Metilmetakrilat < 1 000  mg/kg

Metakrilat dimetilamminoetiliku < 1 000  mg/kg

Residwi tas-solvent

Propan-2-ol < 0,5 %

Butanol < 0,5 %

Metanol < 0,1 %

Arseniku

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 1 mg/kg”

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 1206 u E 1207 jiddaħħlu wara l-annotazzjoni għal E 1205 (koplimeru tal-metakrilat bażiku):

E 1206 KOPOLIMERU TAL-METAKRILAT NEWTRALI

Sinonimi

Polimeru tal-etilakrilat-metilmetakrilat; Polimeru tal-etilakrilat u tal-metilmetakrilat; Etilakrilat, polimeru bil-metilmetakrilat; Polimeru tal-metilmetakrilat u tal-etilakrilat; Metilmetakrilat, polimeru bl-etilakrilat

Definizzjoni

Il-kopolimeru tal-metakrilat newtrali huwa kopolimeru kompletament polimerizzat tal-metil metakrilat u l-etil akrilat. Huwa prodott bl-użu tal-proċess tal-polimerizzazzjoni ta’ emulsjoni. Huwa manifatturat permezz tal-polimerizzazzjoni inizjata (jew li tinbeda) b’reazzjoni ta’ ossidazzjoni u riduzzjoni tal-monomeri tal-etilakrilat u tal-metilmetakrilat, bl-użu ta’ sistema li tagħti bidu għal reazzjoni ta’ ossidazzjoni u riduzzjoni u li tiġġenera radikali ħielsa, stabbilizzata bl-etere monosteariliku tal-polietilenglikol u l-aċidu viniliku/l-idrossidu tas-sodju. Il-monomeri residwi huma mneħħija permezz ta’ distillazzjoni tal-fwar tal-ilma.

Nru tal-CAS

9010-88-2

Isem kimiku

Poli (etakrilat-co-metil metakrilat) 2 1

Formula kimika

Poly[(CH2:CHCO2CH2CH3)-co-(CH2:C(CH3)CO2CH3)]

piż molekulari medju

Madwar 600 000  g/mol

Analiżi/Fdal wara l-evaporazzjoni

28,5–31,5 %

1 g dispersjoni hija mnixfa fil-forn għal 3 sigħat f’temperatura ta’ 110 C.

Deskrizzjoni

Dispersjoni bajda ħalib (forma kummerċjali hija ta’ dispersjoni tat-30 % tas-sustanza xotta fl-ilma) ta’ viskożità baxxa b’riħa ħafifa karatteristika.

Identifikazzjoni

Spettroskopija tas-assorbiment infrared

Karatteristika tal-kompożizzjoni

Viskożità

Mass. 50 mPa.s, 30 rpm/20 °C (Brookfield viscosimetry)

valur-pH

5,5–8,6

Densità relattiva (f’20 °C)

1,037–1,047

Solubbiltà

Id-dispersjoni tista’ titħallat mal-ilma f’kull proporzjon. Il-polimeru u d-dispersjoni huma liberament solubbli fl-aċetun, fl-etanol u fl-alkoħol isopropiliku. Mhux solubbli meta jitħallat mall-idrossidu tas-sodju 1 N f’proporzjon ta’ 1:2.

Purità

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,4 % fid-dispersjoni

Monomeri residwi

Total ta’ monomeri (total ta’ metil metakrilat u etil akrilat): mhux aktar minn 100 mg/kg fid-dispersjoni

Emulsjonant tar-residwu

Eter monosteariliku tal-polietilengliko (eter tal-istearil makrogol 20) mhux aktar minn 0,7 % fid-dispersjoni

Residwi tas-solvent

Etanol mhux aktar mill-0,5 % fid-dispersjoni

Metanol mhux aktar mill-0,1 % fid-dispersjoni

Arseniku

Mhux aktar minn 0,3 mg/kg fid-dispersjoni

Ċomb

Mhux aktar minn 0,9 mg/kg fid-dispersjoni

Merkurju

Mhux aktar minn 0,03 mg/kg fid-dispersjoni

Kadmju

Mhux aktar minn 0,3 mg/kg fid-dispersjoni

E 1207 KOPOLIMERU TAL-METAKRILAT ANJONIKU

Sinonimi

Metilakrilat, metilmetakrilat, polimeru tal-aċidu metakriliku; Aċidu metakriliku, polimeru bil-metilakrilat u metilmetakrilat

Definizzjoni

Il-kopolimeru tal-metakrilat anjoniku huwa kopolimeru kompletament polimerizzat tal-aċidu metakrilat, metilmetakrilat u l-metilakrilat. Huwa mmanifatturat f’medju milwiem bil-polimerizzazzjoni f’emulsjoni tal-metilmetakrilat, tal-metilakrilat u tal-aċidu metakriliku bl-użu ta’ inizjatur ta’ radikali ħielsa stabbilizzat bil-lawrilsulfat tas-sodju u l-monooleat tal-poliossietilen sorbitan (polisorbat 80). Il-monomeri residwi huma mneħħija permezz ta’ distillazzjoni tal-fwar tal-ilma.

Nru tal-CAS

26936-24-3

Isem kimiku

Poli (metilakrilat-co-metilmetakrilat-co-aċidu metakrilat) 7 3 1

Formula kimika

Poly[(CH2:CHCO2CH3)-co-(CH2:C(CH3)CO2CH3)-co-(CH2:C(CH3)COOH)]

piż molekulari medju

Madwar 280 000  g/mol

Analiżi/Fdal wara l-evaporazzjoni

28,5–31,5 %

1 g tad-dispersjoni hija mnixfa fil-forn għal 5 sigħat f’temperatura ta’ 110 C.

9,2–12,3 % tal-unitajiet tal-aċidu metakriliku fuq sustanza niexfa

Deskrizzjoni

Dispersjoni bajda ħalib (forma kummerċjali hija ta’ dispersjoni tat-30 % tas-sustanza xotta fl-ilma) ta’ viskożità baxxa u b’riħa ħafifa karatteristika.

Identifikazzjoni

Spettroskopija tas-assorbiment infrared

Karatteristika tal-kompożizzjoni

Viskożità

Mass. 20 mPa.s, 30 rpm/20 °C (Brookfield viscosimetry)

valur-pH

2,0–3,5

Densità relattiva (f’20 °C)

1,058–1,068

Solubbiltà

Id-dispersjoni tista’ titħallat mal-ilma f’kull proporzjon. Il-polimeru u d-dispersjoni huma liberament solubbli fl-aċetun, fl-etanol u fl-alkoħol isopropiliku. Solubbli meta jitħallat mall-idrossidu tas-sodju 1 N f’proporzjon ta’ 1:2. Solubbli fuq il-pH 7,0.

Purità

Il-valur aċiduż

60–80 mg KOH/g ta’ sustanza mnixxfa

Irmied sulfatat

Mhux aktar minn 0,2 % fid-dispersjoni

Monomeri residwi

Total ta’ monomeri (total tal-aċidu metakrilat, metilmetakrilat u metilakrilat): mhux aktar minn 100 mg/kg fid-dispersjoni

Emulsjonanti tar-residwu

Sulfat lawrju tas-sodju mhux aktar minn 0,3 % fuq is-sustanza xotta

Polisorbat 80 mhux aktar minn 1,2 % fuq is-sustanza xotta

Residwi tas-solvent

Metanol mhux aktar mill-0,1 % fid-dispersjoni

Arseniku

Mhux aktar minn 0,3 mg/kg fid-dispersjoni

Ċomb

Mhux aktar minn 0,9 mg/kg fid-dispersjoni

Merkurju

Mhux aktar minn 0,03 mg/kg fid-dispersjoni

Kadmju

Mhux aktar minn 0,3 mg/kg fid-dispersjoni”


29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 817/2013

tat-28 ta’ Awwissu 2013

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3), 14 u 30(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, f’enżimi tal-ikel, f’aromatizzanti, f’nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

Dawn il-listi u l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara talba.

(5)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku bħala emulsifikant f’ċerti kategoriji tal-ikel u fl-aromatizzanti tressqet fit-12 ta’ Novembru 2007 u tinsab għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(6)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sigurtà tal-gomma Għarbija modifikata b’aċidu ottensilsuċċiniku, bħala emulsifikant li għandu jiżdied ma’ aromatizzanti u ċerti oġġetti tal-ikel oħra u esprimiet l-opinjoni tagħha nhar il-11 ta’ Marzu 2010 (4). l-Awtorità kkonkludiet li, abbażi tar-riżultati tal-istudji disponibbli, l-informazzjoni dwar il-gomma tal-akaċja nnifisha u dwar lamti modifikati tal-aċidu Ottenilsuċċiniku oħra, l-użu ta’ gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku bħala emulsifikant fl-ikel fl-użi u l-livelli tal-użu proposti mhuwiex ta’ tħassib għas-sigurtà.

(7)

Hemm il-ħtieġa teknoloġika li l-gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku tintuża bħala emulsifikant f’ċerti prodotti tal-ikel kif ukoll bħala emulsifikant f’emulsjonijiet tal-aromatizzant taż-żejt li jiġu miżjuda ma’ varjetà ta’ oġġetti tal-ikel minħabba li għandha proprjetajiet imtejba meta mqabbla ma’ emulsjonijiet eżistenti. Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku fil-kategoriji tal-ikel li saret applikazzjoni għalihom u li jiġi assenjat in-numru E 423 għal dak l-addittiv tal-ikel.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jkun inkluż fil-listi tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbiliti fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-ewwel darba.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u r-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  EFSA Journal 2010; 8 (3):1539.


ANNESS I

A.

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti B, fit-Tabella 3 “L-addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 422:

“E 423

gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku”

(2)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(a)

fil-kategorija 05.4 “Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 416:

 

“E 423

gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku

10 000

Icings biss”

 

(b)

Fil-kategorija 12.6 “Zlazi”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 416:

 

“E 423

gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku

10 000 ”

 

 

(c)

Fil-kategorija 14.1.4 “zlazi”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 405:

 

“E 423

gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku

1 000

biss f’xarbiet għall-enerġija u xarbiet li fihom il-meraq tal-frott”

 

B.

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

Fil-Parti 4 “Addittivi tal-ikel inklużi aġenti veikoli fl-aromatizzanti tal-ikel”, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 416:

“E 423

gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategoriji 03: Silġ li jista’ jittiekel; 07.2: Prodotti fini tal-forn; 08.2: Laħam ipproċessat, tjur ipproċessat biss; 09.2: Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji u fil-kategorija 16: Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4

500 mg/kg fl-emulsjoni aromatika

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategorija 14.1.4: Għax-xarbiet aromatizzati, xarbiet bit-togħma biss li ma fihx meraq tal-frott u f’karbonizzati xarbiet bit-togħma b’meraq tal-frott u fil-kategorija 14.2: Xarbiet alkoħoliċi, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b’livell ta’ alkoħol baxx

220 mg/kg fl-emulsjoni aromatika

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategoriji 05.1 Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif koperti mid-Direttiva 2000/36/KE, 05.2 Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs, 05.4 Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4 u fil-kategorija 06.3: ċereali għall-kolazzjon.

300 mg/kg fl-emulsjoni aromatika

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategorija 01.7.5 Ġobon ipproċessat

120 mg/kg fl-emulsjoni aromatika

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategorija 05.3 Ċuwingamm.

60 mg/kg fl-emulsjoni aromatika

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategorija 01.8 Analogi ta’ prodotti tal-ħalib, inkluż whiteners tax-xorb; 04.2.5: Ġamm, ġelatini u marmellati u prodotti simili; 04.2.5.4: Butir tal-ġewż u pejsts tal-ġewż; 08.2: Laħam ipproċessat; 12.5 Sopop u brodijiet, 14.1.5.2 oħrajn, biss kafè ta’ malajr (instant coffee) u te u f’ikliet ta’ bil-lest (ready-to-eat dishes) ibbażati fuq iċ-ċereali.

240 mg/kg fl-emulsjoni aromatika

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategorija 10.2 bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati.

140 mg/kg fl-emulsjoni aromatika

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategorija 14.1.4: Xarbiet aromatizzati, xarbiet aromatizzati mhux karbonizzati biss b’meraq tal-frott; 14.1.2: Meraq tal-frott kif iddefinit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u meraq tal-ħaxix, meraq tal-ħaxix biss u fil-kategorija 12.6 zlazi, grejvi biss u zlazi ħelwin.

400 mg/kg fl-emulsjoni aromatika

Emulsjonijiet ta’ żejt aromatiku użati fil-kategorija 15: Oġġetti mielħa u ikliet ħfief ta’ bil-lest (ready-to-eat snacks).

440 mg/kg fl-emulsjoni aromatika”


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel E 422:

“E 423 GOMMA GĦARBIJA MODIFIKATA B’AĊIDU OTTENILSUĊĊINIKU

Sinonimi

Ottenilbutandjoat tal-idroġenu tal-gomma Għarbija; Ottenilsuċċiniku tal-idroġenu tal-gomma Għarbija; Gomma Għarbija modifikata bl-OSA; Gomma tal-akaċja modifikata bl-OSA

Definizzjoni

Il-gomma Għarbija modifikata b’aċidu Ottenilsuċċiniku tiġi prodotta bl-esterifazzjoni tal-gomma Għarbija (Acacia seyal), jew tal-gomma Għarbija (Acacia senegal) f’soluzzjoni milwiema b’mhux aktar minn 3 % ta’ anidride ta’ aċidu ottenilsuċċiniku. Tiġi sussegwentement imnixxfa bl-isprej.

EINECS

 

Isem kimiku

 

Formula kimika

 

Piż molekulari medju

Frazzjoni (i): 3,105 g/mol

Frazzjoni (ii) 1,106 g/mol

Test

 

Deskrizzjoni

Trab abjad maħmuġ għal kannella ċar li jiċċirkola b’mod ħieles

Identifikazzjoni

Viskożità ta’ taħlita ta’ 5 % f’25 °C

Mhux aktar minn 30 mPa.s..

Reazzjoni ta’ preċipitazzjoni

Jifforma preċipitat flokkulenti f’soluzzjoni ta’ subaċetat taċ-ċomb (TS)

Solubbiltà

Jinħall faċilment fl-ilma; ma jinħallx fl-etanol

pH għal soluzzjoni milwiema ta’ 5 %

3,5 sa 6,5

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 15 % (105 °C, 5 sigħat)

Grad tal-esterifikazzjoni

Mhux aktar minn 0,6 %

Irmied totali

Mhux iktar minn 10 % (530 °C)

Irmied li ma jinħallx fl-aċidu

Mhux aktar minn 0,5 %

Materja li ma tinħallx fl-ilma

Mhux aktar minn 1,0 %

Test għal-lamtu jew id-destrina

Għalli soluzzjoni milwiema 1 f’50 tal-kampjun, żid madwar 0,1 ml jodju TS. Ma għandu jiġi prodott l-ebda kulur fil-blu jew fl-aħmar.

Test għall-gomgom bit-tannin

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni milwiema 1 f’50 tal-kampjun żid madwar 0,1 ml klorur ferriku TS. Ma għandha tiġi ffurmata l-ebda kolorazzjoni sewda jew preċipitat iswed.

Aċidu ottenilsuċċiniku residwu

Mhux aktar minn 0,3 %

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi

Salmonella sp.

Nieqsa f’25 g

Escherichia coli

Nieqsa f’1 g”


29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 818/2013

tat-28 ta’ Awwissu 2013

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-esteri tas-Sukrożju tal-aċidi grassi (E 473) fl-aromatizzanti għax-xarbiet ċari bit-togħma abbażi tal-ilma

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu tal-aromatizzanti tal-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista' tiġi emendata bil-proċedura komuni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(4)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-esteri tas-Surkożju tal-aċidi grassi (E 473) bħala emulsjonanti fl-aromatizzanti ġiet sottomessa fl-20 ta' Awwissu 2008 u tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(5)

L-emulsjonanti huma meħtieġa sabiex jistabbilizzaw l-amoratizzanti żejtnija meta dawn huma miżjuda fix-xorb abbażi tal-ilma. Mingħajr iż-żjieda tal-emulsjonant, iż-żejt aromatizzanti ma jkunx solubbli u jidher fuq il-wiċċ tax-xorb bħala ċirku żejtni. Dan jevita t-tixrid tal-aromatizzanti fix-xarba u jżid l-esponiment tagħha għall-ossiġnu, li jwassal għal tnaqqis fl-aċċettabilità organolettika. Dan jagħmel ukoll l-iżvilupp tax-xarbiet ċari estremament diffiċli. Dawn il-kwistjonijiet jistgħu jingħelbu sa ċertu punt bl-użu taż-żjut maħsulin, madankollu dawk inaqqsu l-aċċettabilità organolettika. L-użu tal-esteri tas-Sukrożju tal-aċidi grassi jippermetti xarbiet ċari, b’funzjonalità mtejba tal-aromatizzanti miżjudin.

(6)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel imniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(7)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ħarġet l-opinjoni tagħha dwar l-esteri tas-Sukrożju tal-aċidi grassi (E 473) u stabbiliet id-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum ta’ 40 mg/kg bw/jum (3). L-esponiment għall-esteri tas-Sukrożju tal-aċidi grassi li jirriżulta mill-użu addizzjonali propost għall-użu fix-xarbiet ċari mhux alkoħoliċi aromatizzanti jirrappreżenta inqas minn 0.1 % tad-DAK (4). Meta wieħed iqis li l-esponiment, minħabba l-użu addizzjonali ta’ dan l-addittiv, huwa negliġibbli meta mqabbel mad-DAK, dan l-użu addizzjonali tal-esteri tas-Sukrożju tal-aċidi grassi (E 473) x’aktarx ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem.

(8)

Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu tal-esteri tas-Sukrożju tal-aċidi grassi (E 473) bħala addittiv fl-ikel fl-aromizzanti għax-xarbiet ċari bit-togħma u abbażi tal-ilma.

(9)

Għaldaqstant, l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2004) 106, 1-24.

(4)  The EFSA Journal 2012; 10(5):2658.


ANNESS

Fil-Parti 4 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-annotazzjoni li ġejja qed tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-addittiv tal-ikel E 459:

"E 473

Esteri tas-Sukrożju tal-aċidi grassi

L-aromatizzanti għax-xarbiet ċari bit-togħma abbażi tal-ilma li jappartjenu lill-kategorija 14.1.4

15 000  mg/kg fl-aromatizzanti, 30 mg/l fl-ikel finali"


29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 819/2013

tat-28 ta’ Awwissu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

127,5

ZZ

127,5

0805 50 10

AR

122,1

CL

123,1

TR

70,0

UY

79,4

ZA

107,9

ZZ

100,5

0806 10 10

EG

179,1

TR

140,5

ZZ

159,8

0808 10 80

AR

100,3

BR

108,7

CL

130,5

CN

67,2

NZ

129,2

US

130,9

ZA

108,3

ZZ

110,7

0808 30 90

AR

194,7

CN

88,3

TR

147,4

ZA

84,5

ZZ

128,7

0809 30

TR

141,5

ZZ

141,5

0809 40 05

BA

47,5

MK

52,2

XS

55,6

ZZ

51,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/16


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/46/UE

tat-28 ta’ Awwissu 2013

li temenda d-Direttiva 2006/141/KE dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (2) tistabbilixxi regoli ta’ kompożizzjoni u ta’ tikkettar għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment.

(2)

Id-Direttiva 2006/141/KE tipprovdi speċifikament għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment biex jiġu mmanifatturati biss minn sorsi ta’ proteina ddefiniti f’din id-Direttiva. Dawn is-sorsi ta’ proteina huma l-proteini tal-ħalib tal-baqar u l-iżolati tal-proteina tas-soja, waħidhom jew imħalltin, kif ukoll l-idrolisati tal-proteina.

(3)

Fit-28 ta’ Frar 2012, fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, ressqet opinjoni xjentifika dwar l-adattabbiltà tal-proteina fil-ħalib tal-mogħoż bħala sors ta’ proteina fil-formuli tat-trabi u fil-formuli tal-prosegwiment. Din l-opinjoni kkonkludiet li l-proteina mill-ħalib tal-mogħoż tista’ tkun adattata bħala sors ta’ proteina għall-formuli tat-trabi u għall-formuli tal-prosegwiment dejjem jekk il-prodott finali jkun konformi mal-kriterji ta’ kompożizzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2006/141/KE.

(4)

Abbażi ta’ din l-opinjoni, il-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment immanifatturati mill-proteina tal-ħalib tal-mogħoż għandhom ikunu permessi fis-suq dejjem jekk il-prodott finali jkun konformi mal-kriterji ta’ kompożizzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2006/141/KE. Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/141/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Fil-5 ta’ Ottubru 2005, fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ressqet opinjoni xjentifika dwar is-sigurtà u l-adattabbiltà għall-użu nutrittiv partikolari mit-trabi tal-formula bbażata fuq idrolisati parzjali tal-proteina tax-xorrox b’kontentut ta’ proteina ta’ mill-anqas 1,9 g/100 kcal, li kien anqas mill-livell minimu li dak iż-żmien kien previst fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Din l-opinjoni kkonkludiet li l-formula tat-trabi, ibbażata fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox meħuda mill-ħalib tal-baqar b’kontenut ta’ proteina ta’ 1,9 g/100 kcal (0,47 g/100 kJ) u li tikkorrispondi mal-formulazzjoni tal-proteina vvalutata, hija sikura u adattata għall-użu bħala sors uniku ta’ nutrizzjoni għat-trabi. Abbażi ta’ din l-opinjoni, id-Direttiva 2006/141/KE, kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda l-Annessi III u VI tad-Direttiva 2006/141/KE rigward rekwiżiti ta’ kompożizzjoni għal ċerti formuli tat-trabi (3), tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni tal-formula tat-trabi mmanifatturata mill-idrolisati tal-proteina b’tali kontenut ta’ proteina dejjem jekk il-prodott ikun konformi ma’ ċerti kriterji speċifiċi stabbiliti fiha.

(6)

Din l-opinjoni tikkonkludi li, filwaqt li l-ebda dejta dwar formuli tal-prosegwiment ibbażati fuq il-proteina idrolizzata tax-xorrox b’kontenut ta’ proteina ta’ 1,9 g/100 kcal (0,47 g/100 kJ), formula b’dik il-formulazzjoni ta’ proteina tkun adattata għal trabi akbar fl-età, flimkien ma’ ikel kumplimentari.

(7)

Abbażi ta’ din l-għażla, u sabiex ikun permess l-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi, formuli tal-prosegwiment bħal dawn għandhom ikunu permessi fis-suq. Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/141/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/141/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ formuli tat-trabi mmanifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż kif imfisser fil-punt 2.1 tal-Anness I b’kontenut ta’ proteini bejn il-minimu u 0,5 g/100 kJ (2 g/100 kcal), l-addattabilità tal-formula tat-trabi għall-użu nutrittiv partikolari mit-trabi għandha tintwera permezz ta’ studji xierqa, magħmula skont gwida esperta li tkun ġeneralment aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ studji bħal dawn.”

(b)

Fil-paragrafu 2 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ ta’ formuli tal-prosegwiment immanifatturati mill-idrolisati tal-proteini msemmija fil-punt 2.2 tal-Anness II b’kontenut ta’ proteini bejn il-minimu u 0,56 g/100 kJ (2,25 g/100 kcal), l-addattabilità tal-formula tal-prosegwiment tat-trabi għall-użu nutrittiv partikolari mit-trabi għandha tintwera permezz ta’ studji xierqa, magħmula skont gwida esperta li tkun ġeneralment aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ studji bħal dawn u għandhom ikunu skont l-ispeċifikazzjonijiet xierqa stabbiliti fl-Anness VI.”

(2)

Fl-Artikolu 12, il-frażi ta’ introduzzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej:

“L-isem li bih jinbiegħu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment immanifatturati kollha kemm huma mill-proteini tal-ħalib tal-baqar, għandu jkun rispettivament:”

(3)

L-Annessi I, II, III, u VI huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2014. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 25.


ANNESS

L-Annessi I, II, III u VI tad-Direttiva 2006/141/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 2.1 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“2.1   Formuli tat-trabi mmanifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż

(ii)

In-nota 1 f’qiegħ il-paġna tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

Formuli tat-trabi mmanifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż b’kontenut ta’ proteini bejn il-minimu u 0,5 g/100 kJ (2 g/100 kcal) għandhom ikunu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1).”

(b)

Fil-punt 2.3, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“2.3   Formuli tat-trabi mmanifatturati mill-iżolati tal-proteina tas-soja, waħidhom jew imħalltin mal-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż

(c)

Fil-punt 10.1, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“10.1   Formuli tat-trabi mmanifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż jew mill-idrolisati tal-proteina

(d)

Fil-punt 10.2, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“10.2   Formuli tat-trabi mmanifatturati mill-iżolati tal-proteina tas-soja, waħidhom jew imħalltin mal-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2.1, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“2.1   Formuli tat-trabi manifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż

(b)

Fil-punt 2.2, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:

“Minimu (1)

Massimu

0,45 g/100 kJ

(1,8 g/100 kcal)

0,8 g/100 kJ

(3,5 g/100 kcal)

(c)

Fil-punt 2.3, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“2.3   Formuli tat-trabi mmanifatturati mill-iżolati tal-proteina tas-soja, waħidhom jew imħalltin mal-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż

(d)

Fil-punt 8.1, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“8.1   Formuli tat-trabi mmanifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż jew mill-idrolisati tal-proteina

(e)

Fil-punt 8.2, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“8.2   Formuli tat-trabi mmanifatturati mill-iżolati tal-proteina tas-soja, waħidhom jew imħalltin mal-proteini tal-ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż

(3)

Fil-punt 3 tal-Anness III, in-nota 1 f’qiegħ il-paġna tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

L-arginina u l-kloridat tiegħu għandhom jintużaw fil-manifattura ta’ formuli tat-trabi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1) u formuli tal-prosegwiment msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2).”

(4)

It-titolu tal-Anness VI jinbidel b’dan li ġej:

“Speċifikazzjoni għas-sors u l-kontenut tal-proteina u l-ipproċessar tal-proteina użata fil-manifattura tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment b’kontenut ta’ proteini inqas minn 0,56 g/100 kJ (2,25 g/100 kcal) magħmula mill-idrolisati tal-proteini tax-xorrox li ġejjin mill-proteina tal-ħalib tal-baqar”


(1)  Formuli tal-prosegwiment immanifatturati mill-idrolisati tal-proteina b’kontenut ta’ proteini bejn il-minimu u 0,56 g/100 kJ (2,25 g/100 kcal) għandhom ikunu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2).”


DEĊIŻJONIJIET

29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Awwissu 2013

dwar ċerti miżuri protettivi relatati mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fl-Italja inkluż l-istabbiliment ta’ żoni aktar ristretti u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/439/UE

(notifikata bid-dokument C(2013) 5623)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/443/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur tal-irziezet jikkawżaw żewġ forom ta’ dik il-marda li jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Il-forma ta’ patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma ta’ patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta’ mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur tal-irziezet. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-qligħ mit-trobbija tat-tjur tal-irziezet.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f’ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Jekk tfaqqa’ l-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jixtered ma’ azjendi oħra fejn jinżammu t-tjur tal-irziezet jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f’hekk, din tista’ tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta’ kummerċ tat-tjur ħaj jew il-prodotti tiegħu.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejbien kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati jekk tfaqqa’ din il-marda fit-tjur tal-irziezet jew f’għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jitwaqqfu żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza jekk tfaqqa’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (4) tistipula regoli għall-kummerċ fl-Unjoni f’dawk il-prodotti tal-konsum, inklużi ċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jintużaw.

(6)

Wara n-notifika mingħand l-Italja dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 f’azjenda fil-komun ta’ Ostellato fil-provinċja ta’ Ferrara fir-reġjun tal-Emilia-Romagna fil-15 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/439/UE (5), li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għal żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza li jridu jiġu stabbiliti madwar il-post tat-tifqigħa.

(7)

Fil-21 ta’ Awwissu 2013 l-Italja nnotifikat bit-tieni tifqigħa tal-marda fil-komun ta’ Mordano fil-provinċja ta’ Bologna u fit-23 ta’ Awwissu 2013 bit-tielet tifqigħa tal-marda fil-komun ta’ Portomaggiore fil-provinċja ta’ Ferrara, it-tnejn li huma fir-Reġjun tal-Emilia-Romagna, u minnufih ħadet il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni, sorveljanza u aktar ristretti, li għandhom jiġu definiti fil-Partijiet A, B u C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b’kollaborazzjoni mal-Italja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri ta’ dawk iż-żoni li stabbilixxiet l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-azjenda proprja fejn ġiet konfermata t-tifqigħa.

(9)

Sabiex ikun evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u jkunu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ li jimponu pajjiżi terzi, hemm bżonn li dawn iż-żoni stabbiliti fl-Italja jiġu definiti malajr fil-livell tal-Unjoni u li jiġi stipulat li ebda konsenja tat-tjur ħaj, tjur lest biex ibid, flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tfaqqis ma għandha tintbagħat minn dawk iż-żoni lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi.

(10)

Il-flieles ta’ ġurnata joħolqu riskju negliġibbli li tixtered il-marda diment li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30(c)(iii) it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2005/94/KE, dawn ikunu faqqsu minn bajd għat-tfaqqis li jkun ġej minn azjendi tat-tjur li jkunu jinsabu barra miż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u li l-post tat-tfaqqis tad-dispaċċ ikun jista’ jiżgura bil-loġistika u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-bijosigurtà tiegħu li ma sar ebda kuntatt bejn dak il-bajd u bajd għat-tfaqqis ieħor jew flieles ta’ ġurnata li jkunu ġejjin minn qatgħat tat-tjur fiż-żoni stabbiliti ta’ protezzjoni jew sorveljanza u li għalhekk ikollhom status ta’ saħħa differenti.

(11)

Il-bajd għat-tfaqqis joħloq l-istess riskju negliġibbli li tixtered il-marda diment li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30(c)(iv) tad-Direttiva 2005/94/KE, dan ikun ġej minn azjendi li jkunu jinsabu barra miż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u li l-imballaġġ tagħhom ikun diżinfettat qabel id-dispaċċ lejn il-post għat-tfaqqis magħżul.

(12)

Għalhekk jixraq li l-awtorità kompetenti tal-Italja tawtorizza d-dispaċċ ta’ konsenji ta’ flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tfaqqis miż-żoni ristretti l-oħra definiti f’din id-Deċiżjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2005/94/KE diment li l-Italja tkun innotifikat bil-miktub minn qabel u l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ta’ destinazzjoni jkun ikkonferma li ftiehem bil-quddiem biex jirċievi dawn il-konsenji.

(13)

Sabiex tkun verifikata konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jixraq li ċ-ċertifikati veterinarji stipulati fid-Direttiva 2009/158/KE ikollhom referenza għal dan il-għan.

(14)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/439/UE għandha titħassar.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja għandha tiżgura li ż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u aktar ristretti stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) u (4) tad-Direttiva 2005/94/KE għallinqas ikunu jinkludu ż-żoni elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Italja għandha tiżgura li ebda konsenja ta’ tjur ħaj, tjur lest biex ibid, flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tfaqqis ma jintbagħtu miż-żoni elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness lejn Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Italja tista’ awtorizza d-dispaċċ ta’ konsenji ta’ flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tfaqqis miż-żoni elenkati fil-Parti C tal-Anness lejn Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi diment li:

(a)

jiġu applikati l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 30(c)(iii) it-tieni subparagrafu u (iv) tad-Direttiva 2005/94/KE; u

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ta’ destinazzjoni tkun ingħatat notifika bil-miktub bil-quddiem u timpenja ruħha li tirċievi konsenji ta’ flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tfaqqis u li tinnotifika d-data tal-wasla tagħhom fl-azjenda ta’ destinazzjoni fit-territorju tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Italja.

3.   L-Italja għandha tiżgura li ċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw il-konsenji msemmija fil-paragrafu 2 li jridu jintbagħtu lill-Istati Membri l-oħra, ikollhom il-kelmiet:

“Il-konsenja tikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/443/UE (*).

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/439/UE titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

(5)  Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/439/UE tad-19 ta’ Awwissu 2013 dwar ċerti miżuri protettivi relatati mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fl-Italja (ĠU L 223, 21.8.2013, p. 10).


ANNESS

IL-PARTI A

Iż-żoni ta’ protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi postali

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE

IT

L-Italja

 

Żona li tinkludi l-komuni ta’:

 

 

 

44020

Ostellato

14.9.2013

 

 

40027

Mordano

30.9.2013

48010

Bagnara di Romagna

40026

Parti mit-territorju tal-komun ta’ Imola li jinsab fil-lvant tat-triq statali 610 u fit-tramuntana tat-triq statali 9 “Via Emilia”.

48027

Parti mit-territorju tal-komun ta’ Solarolo li jinsab fit-tramuntana tat-triq konnessjoni mal-awtostrada A14 lejn Ravenna.

 

 

44015

Portomaggiore

18.9.2013

IL-PARTI B

Iż-żoni ta’ sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi postali

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

IT

L-Italja

 

Żona li tinkludi l-komuni ta’:

 

 

 

44011

Argenta

23.9.2013

44022

Comacchio

44027

Migliarino

44020

Migliaro

44015

Portomaggiore

44039

Tresigallo

 

 

48014

Castelbolognese

9.10.2013

40023

Castelguelfo

48017

Conselice

48010

Cotignola

48018

Faenza

40026

Imola (il-bqija tal-komun)

48022

Lugo

48024

Massalombarda

48020

Sant’Agata sul Santerno

48027

Solarolo (il-bqija tal-komuni)

 

 

44020

Masi Torello

27.9.2013

44123

Parti mit-territorju tal-komun ta’ Ferrara li jinsab fil-lvant tat-triq statali 15 “Via Pomposa” u t-triq ewlenija “Via Ponte Assa”.

IL-PARTI C

Iż-żoni aktar ristretti kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi postali

Isem

Id-data sa meta applikabbli l-miżuri

IT

L-Italja

 

Żona li tinkludi l-komuni ta’:

 

 

 

48011

Alfonsine

11.9.2013

29002

Ariano nel Polesine

39002

Bagnacavallo

38002

Berra

40003

Brisighella

39004

Bertinoro

39005

Casola Valsenio

40005

Castrocaro Terme e Terra del Sole

39007

Cervia

40007

Cesena

40008

Cesenatico

38005

Codigoro

29017

Corbola

40011

Dovadola

40013

Forlimpopoli

40012

Forlì

39011

Fusignano

40015

Gambettola

40016

Gatteo

38025

Goro

38010

Jolanda di Savoia

38011

Lagosanto

40018

Longiano

38013

Massa Fiscaglia

40019

Meldola

38014

Mesola

40022

Modigliana

29034

Papozze

29039

Porto Tolle

29052

Porto Viro

40032

Predappio

39014

Ravenna

39015

Riolo Terme

39016

Russi

40041

San Mauro Pascoli

40045

Savignano sul Rubicone

29046

Taglio di Po


29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


29.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.