ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.213.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 213

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
8 ta' Awwissu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2013 tat-30 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għal konvertibbli u titoli ta’ dejn skambjabbli ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 760/2013 tas-6 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran minn bastimenti u nases li jtajru l-bandiera tal-Portugall

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 761/2013 tas-6 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV u ż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni 1, 2, 3, 4 u 6, esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 tas-7 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram ( 1 )

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 763/2013 tas-7 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2009 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ pjanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adattabilità tad-denominazzjonijiet tal-varjetajiet ( 1 )

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 764/2013 tas-7 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/45/UE tas-7 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2002/55/KE u 2008/72/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE fir-rigward tal-isem botaniku tat-tadam ( 1 )

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/427/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2013 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Latvja u l-Bjelorussja u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza fil-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda (notifikata bid-dokument C(2013) 4980)

22

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 759/2013

tat-30 ta’ April 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għal konvertibbli u titoli ta’ dejn skambjabbli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (2) jistabbilixxi l-informazzjoni minima li trid tiġi inkluża f’prospett għal tipi differenti ta’ titoli sabiex jikkonforma mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/71/KE.

(2)

L-iskeda tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-ishma għandha tkun applikabbli għall-ishma u titoli oħrajn trasferibbli ekwivalenti għall-ishma iżda anke għal titoli oħrajn li jippermettu adeżjoni għall-kapital tal-emittent permezz ta’ konverżjoni jew skambju fejn l-ishma sottostanti mhumiex diġà soġġetti għal kummerċ f’suq regolat.

(3)

Fejn l-emittent tal-ishma sottostanti jappartjeni għall-istess grupp bħal min joħroġ it-titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli iżda l-ishma sottostanti mhumiex ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent mhijiex faċilment disponibbli għall-investituri. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni tal-iskeda tal-ishma għandha tkun applikabbli għal dawk l-ishma sottostanti u għandhom jiżdiedu mal-kumbinazzjonijiet li jintużaw għat-tfassil tal-prospett.

(4)

Fejn titoli b’ċertifikat jew titoli derivattivi jagħtu d-dritt għal akkwist tal-ishma tal-emittent jew l-ishma tal-grupp u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni rilevanti stabbilita fin-nota ta’ skeda dwar it-titoli għal titoli derivattivi għandha tiġi pprovduta lill-investituri.

(5)

Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-ishma sottostanti hija diġà disponibbli għall-azzjonisti u l-investituri b’mod ġenerali. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat li huwa biżżejjed li tiġi miżjuda dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti u d-dettalji ta’ fejn l-informazzjoni dwar is-sottostanti tista’ tinkiseb f’kombinazzjonijiet użati għat-tħejjija tan-nota dwar it-titoli tal-prospett.

(6)

Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-investituri għandhom ukoll jiġu pprovduti b’kull dikjarazzjoni tal-kapital li jdur u dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn tal-emittent tal-ishma sottostanti. Dawn ir-rapporti għandhom jipprovdu lill-investituri fin-nota dwar it-titoli bl-istess informazzjoni dwar il-kapaċità tal-emittent tal-ishma sottostanti li jkompli bħala negozju avvjat u fuq d-djun tiegħu meta mqabbel mal-kapitalizzazzjoni tiegħu bħalma jkun disponibbli meta jinvestu f’ishma direttament.

(7)

Fejn l-ishma sottostanti jinħarġu minn parti terza u ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat l-investituri m’għandhomx aċċess faċili għal deskrizzjoni ta’ dawk l-ishma sottostanti. Għalhekk, il-komponent addizzjonali li jiddeskrivi s-sehem sottostanti għandu jiżdied flimkien mal-kumbinazzjonijiet tat-tfassil fin-nota dwar it-titoli tal-prospett.

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali jeħtieġ li jiġi ċċarat, fit-tabella stipulata fl-Anness XVIII tar-Regulation (KE) Nru 809/2004, kif skedi u komponenti għandhom jiġu kkombinati meta jitfassal prospett, inkluż f’każ li huma biss ċerti oġġetti ta’ informazzjoni ta’ skedi u komponenti huma meħtieġa, meta ċerti oġġetti ta’ informazzjoni ma jistgħux ikunu applikabbli minħabba kombinazzjonijiet speċifiċi tal-iskedi u l-komponenti f’każijiet partikolari, u fejn l-emittent, l-offerent, jew il-persuna li tkun qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat jistgħu jagħżlu bejn l-iskedi differenti u l-komponenti skont limiti speċifiċi, bħad-denominazzjoni minima ta’ titoli ta’ dejn, jew kondizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 809/2004.

(9)

It-terminu “bonds” għandu jiġi mibdul bit-terminu “titoli ta’ dejn” sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tat-terminoloġija fi ħdan ir-Regolament (KE) Nru 809/2004.

(10)

L-applikazzjoni tal-komponent ta’ informazzjoni finanzjarja pro forma stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 hija kondizzjonali fuq bidla kbira importanti fid-daqs ta’ min joħroġ it-titoli, għalhekk il-kliem “(jekk applikabbli)” għandhom jiġu miżjuda mal-intestatura tal-kolonna bit-titolu “KOMPONENT” applikabbli għad-dokument tar-reġistrazzjoni fl-Anness XVIII ta’ dak ir-Regolament biex jirriflettu l-applikabilità kondizzjonali tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(11)

It-titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli jistgħu jipprovdu aċċess għal ishma ġodda meta jiġi eżerċitat id-dritt ta’ sottoskrizzjoni mid-detenturi tagħhom. Għaldaqstant, il-kwistjonijiet tad-drittijiet fuq titoli tad-dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma ġodda tal-emittent għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26a tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 sakemm l-ishma sottostanti huma ishma ġodda maħruġa mill-istess entità li toħroġ titoli tad-dejn. Il-prospett għall-offerta jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent maħruġa minn intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa għandhom ukoll jibbenefikaw mir-reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26b tar-Regolament (KE) Nru 809/2004. Għaldaqstant, it-taħlita tal-iskedi u l-komponenti applikabbli għall-ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent jew għal titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli maħruġa minn intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa għandhom jiżdiedu fl-Anness XVIII.

(12)

F’konsiderazzjoni tal-bżonn li l-emittenti jingħatalhom perjodu tranżizzjonali sabiex jadattaw għar-rekwiżiti ġodda introdotti b’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal prospetti u prospetti bażi li ġew approvati minn awtorità kompetenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew wara.

(13)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 809/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Fejn ishma b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.”

(2)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3, 4, u 5 li ġejjin huma miżjuda:

“3.   Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għall-kummeċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa minn punt 4.2.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness XII għandha tingħata wkoll.

4.   Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu tad-dejn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti għandha tingħata wkoll skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness III jew, kif ikun il-każ, tal-iskeda proporzjonata stipulat fl-Anness XXIV.

5.   Fejn titoli ta’ dejn b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.”

(3)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-iskeda għandha tapplika għal titoli li mhumiex fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-iskedi l-oħrajn tan-nota tat-titoli msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 16, ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 8(3) u (5) u l-Artikolu 16(3) u (5). L-iskeda għandha tapplika għal ċerti titoli fejn il-ħlas u/jew it-twettiq ta’ obbligi huma marbuta ma’ sottostanti.”

(4)

Fl-Artikolu 16 huma miżjuda l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin:

“3.   Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għall-kummeċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa minn punt 4.2.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness XII għandha tingħata wkoll.

4.   Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu tad-dejn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti għandha tingħata wkoll skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness III jew, kif ikun il-każ, tal-iskeda proporzjonata stipulat fl-Anness XXIV.

5.   Fejn titoli ta’ dejn b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.”

(5)

L-Artikolu 17(2), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

sakemm dawn l-ishma jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma jinħarġu jew se jinħarġu mill-emittent tat-titolu, minn entità li tappartjeni lill-grupp ta’ dak l-emittent jew minn parti terza u għadhom ma ġewx ikkummerċjati f’suq regolat jew suq ekwivalenti barra l-Unjoni fil-ħin tal-approvazzjoni tal-prospett li jkopri t-titoli, u li l-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma jistgħu jkunu forniti u riżolti fiżikament.”

(6)

It-titolu tal-Anness XIV għandu jinbidel b’dan li ġej:

Komponent ta’ informazzjoni addizzjonali fuq is-sehem sottostanti”.

(7)

L-Anness XVIII huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżitorja

1.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-approvazzjoni ta’ suppliment għal prospett jew prospett ta’ bażi fejn il-prospett jew il-prospett ta’ bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.

2.   Fejn skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinnotifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’ċertifikat ta’ approvazzjoni fir-rigward ta’ prospett jew prospett ta’ bażi approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha biċ-ċar u espliċitament tindika fiċ-ċertifikat li l-prospett jew il-prospett ta’ bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(2)  ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

“ANNESS XVIII

PARTI I

Tabella ta’ kombinazzjonijiet

Nru

ANNESS XVIII

Parti I

DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI

SKEDI

KOMPONENTI

SKEDI

TIPI TA’ TITOLI

Sehem

Dejn u derivattivi

(< EUR 100 000 )

Dejn u derivattivi

(> jew = EUR 100 000 )

Titoli abbażi ta’ assi

Dejn u derivattivi tal-Banek

Informazzjoni pro forma

(jekk applikabbli)

Impriza ta’ Investiment Kollettiv tat-Tip closed-end

L-Istati u l-Awtoritajiet Regjonali u Lokali tagħhom

Korpi Internazzjonali Pubblici/titoli ta’ dejn iggarantiti minn stat membru tal-OECD

1

Ishma (ishma preferenzali, ishma li jistgħu jiġu mifdija, ishma bi drittijiet ta’ sottoskrizzjoni preferenzali, eċċ...)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ inqas minn EUR 100 000

 

JEW

 

 

JEW

 

 

 

 

3

Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000

 

 

JEW

 

JEW

 

 

 

 

4

Titoli ta’ dejn ggarantiti minn parti terza

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

5

Titoli derivattivi ggarantiti minn parti terza

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

6

Titoli abbażi ta’ assi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

8

Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza li mhux ammessi f’suq regolat

L-emittent ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

L-emittent ta’ Ishma (Sottostanti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal emittent li mhux ammessi f’suq regolat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-grupp ta’ emittent li mhux ammessi f’suq regolat

L-emittent ta’ titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

L-emittent ta’ Ishma (Sottostanti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Titoli ta’ dejn b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Ishma b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist tal-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’suq regolat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt tal-akkwist tal-ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

15

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist ta’ ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat u titoli derivattivi marbuta ma’ garanzija li m’hijiex ishma ta’ emittent jew grupp mhux ammessi f’suq regolat (inkluż kwalunkwe titoli derivattivi li jagħtu dritt li jiġu riżolti bi flus kontanti)

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 


Nru

ANNESS XVIII

Parti I

NOTA TAT-TITOLI

SKEDI

KOMPONENTI ADDIZZJONALI

TIPI TA’ TITOLI

Sehem

Dejn

(< EUR 100 000 )

Dejn

(> jew = EUR 100 000 )

Titoli derivattivi

Garanziji

Titoli abbażi ta’ assi

Sehem sottostanti

1

Ishma (ishma preferenzali, ishma li jistgħu jiġu mifdija, ishma bi drittijiet ta’ sottoskrizzjoni preferenzali, eċċ...)

 

 

 

 

 

 

 

2

Titoli ta’ Dejn (Titoli ta’ Dejn vanilla, Titoli ta’ Dejn fuq dħul, Titoli ta’ Dejn Strutturati, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ inqas minn EUR 100 000

 

 

 

 

 

 

 

3

Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000

 

 

 

 

 

 

 

4

Titoli ta’ Dejn ggarantiti minn parti terza

 

JEW

JEW

 

 

 

 

5

Titoli derivattivi ggarantiti minn parti terza

 

 

 

 

 

 

 

6

Titoli abbażi ta’ assi

 

JEW

JEW

 

 

 

 

7

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat

 

JEW

JEW

U biss il-punt 4.2.2

 

 

 

8

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza mhux ammessi f’suq regolat

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 

 

 

 

Ishma (sottostanti)

 

 

 

 

 

 

U minbarra l-punt 2

9

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat

U biss il-punti 3.1 u 3.2

JEW

JEW

 

 

 

 

10

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-grupp ta’ emittent mhux ammessi f’suq regolat

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 

 

 

 

Ishma (sottostanti)

U biss il-punti 3.1 u 3.2

 

 

 

 

 

 

11

Titoli ta’ dejn b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat

 

JEW

JEW

U minbarra l-punt 4.2.2

 

 

 

12

Ishma b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat

 

 

 

U minbarra l-punt 4.2.2

 

 

 

13

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist tal-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’suq regolat

 

 

 

U minbarra l-punt 4.2.2

 

 

 

14

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt tal-akkwist tal-ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat

 

 

 

U minbarra l-punt 4.2.2

 

 

 

15

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist ta’ ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat u titoli derivattivi marbuta ma’ garanzija li m’hijiex ishma ta’ emittent jew grupp mhux ammessi f’suq regolat (inkluż kwalunkwe titoli derivattivi li jagħtu dritt li jiġu riżolti bi flus kontanti)

 

 

 

 

 

 

 

PARTI II

Tabella ta’ kombinazzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent u t-titoli tad-dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent meta dawn il-kwistjonijiet ta’ drittijiet u titoli ta’ dejn jinħarġu minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) jew kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa (“Small Caps”) (reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni)

Madankollu, l-emittenti jistgħu jagħżlu li jfasslu prospett skont r-reġim tad-divulgazzjoni sħiħa.

Nru

ANNESS XVIII

Parti II: PDR

DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI

SKEDI

KOMPONENTI

SKEDI

TIPI TA’ TITOLI

Sehem

Dejn u derivattivi

(< EUR 100 000 )

Dejn u derivattivi

(> jew = EUR 100 000 )

Titoli abbażi ta’ assi

Dejn u derivattivi tal-banek

Informazzjoni pro forma

(jekk applikabbli)

Imprizi ta’ Investiment Kollettiv tat-Tip closed-end

L-istati u l-awtoritajiet regjonali u lokali

Korpi Internazzjonali Pubblici/titoli ta’ dejn iggarantiti minn stat membru tal-OECD

1

Ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent, meta l-emittent ikollu ishma tal-istess klassi diġà ammessi f’suq regolat jew MTF jekk il-kundizzjonijiet f’Art. 26.a(2) huma sodisfatti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

3

Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

Ishma (sottostanti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 

JEW

 

 

 

 

Ishma (sottostanti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Nru

ANNESS XVIII

Parti II: PDR

NOTA TAT-TITOLI

SKEDI

KOMPONENTI ADDIZZJONALI

TIPI TA’ TITOLI

Sehem

Dejn

(< EUR 100 000 )

Dejn

(> jew = EUR 100 000 )

Titoli derivattivi

Garanziji

Titoli abbażi ta’ assi

Sehem sottostanti

1

Ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent, meta l-emittent ikollu ishma tal-istess klassi diġà ammessi f’suq regolat jew MTF jekk il-kundizzjonijiet f’Art. 26.a(2) huma sodisfatti

U biss il-punti 3.1 u 3.2

JEW

JEW

 

 

 

U minbarra l-punt 2

2

Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat

 

JEW

JEW

U biss il-punt 4.2.2

 

 

 

3

Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli fishma ta’ parti terza mhux ammessi f’suq regolat

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 

 

 

 

Ishma sottostanti

 

 

 

 

 

 

U minbarra l-punt 2

4

Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat

U biss il-punti 3.1 u 3.2

JEW

JEW

 

 

 

 

5

Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat

Titoli ta’ dejn

 

JEW

JEW

 

 

 

 

Ishma (sottostanti)

U biss il-punti 3.1 u 3.2”

 

 

 

 

 

 


8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 760/2013

tas-6 ta’ Awwissu 2013

li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran minn bastimenti u nases li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2) jew ftehimiet, jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti u nases li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti u nases li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jiġi pprojbit ukoll, li ħut minn dak l-istokk jinżamm abbord, jirrilokaw, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jinħasad, it-trasferiment, it-trażbord jew il-ħatt l-art minn dawk il-bastimenti minn din id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.01.2013, p. 54.


ANNESS

Nru

16/TQ40

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

BFT/AE45WM

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran

Data

4.7.2013


8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 761/2013

tas-6 ta’ Awwissu 2013

li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV u ż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni 1, 2, 3, 4 u 6, esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2) jew ftehimiet,jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54.


ANNESS

Nru

17/TQ40

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

SAN/2A3A4. u ż-żoni ta’ ġestjoni SAN/123_1, _2, _3, _4, _6

Speċi

Iċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati (Ammodytes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV u ż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni 1, 2, 3, 4 u 6 (esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula)

Data

4.7.2013


8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 762/2013

tas-7 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam tal-lista ta' sustanzi attivi approvati (2) tistipula s-sustanzi attivi meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram se jiskadu bejn it-30 ta’ April 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2016. L-applikazzjonijiet ġew ippreżentati għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta' dawn is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa neċessarju li jitħalla biżżejjed żmien biex l-applikanti jlestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi x’aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għalhekk għandu jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn l-ebda dossier supplimentari skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma jiġix ippreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipola li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tkun l-aktar tard.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26.


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 107, MCPA, id-data tat-“30 ta’ April 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Ottubru 2017”.

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 108, MCPB, id-data tat-“30 ta’ April 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Ottubru 2017”.

(3)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 111, klorpirifos, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.

(4)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 112, klorpirifos-metil, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.

(5)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 113, maneb, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.

(6)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 114, mankożeb, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.

(7)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 115, metiram, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.


8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 763/2013

tas-7 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2009 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ pjanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adattabilità tad-denominazzjonijiet tal-varjetajiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 9(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u partikolarment l-Artikolu 9(6) tagħha,

Billi:

(1)

Fir-rigward ta’ ċerti speċi, il-kategoriji stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (3) għandhom jiġu adattati sabiex jitqiesu l-bidliet fil-klassifikazzjoni botanika internazzjonali. L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti diġà inkluda, f’Novembru 2012, dawk il-bidliet fil-"Linji gwida dwar l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwarhom".

(2)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 10.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 1, Kategoriji fi ħdan ġenus, ir-ringieli li jikkonċernaw il-kategoriji 4.1 u 4.2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Kategoriji

Ismijiet Xjentifiċi

"Kategorija 4.1

Solanum tuberosum

Kategorija 4.2

Solanum lycopersicum, riżomi tat-tadam u tal-ibridi interspeċifiċi

Kategorija 4.3

Solanum melongena

Kategorija 4.4

Solanum għajr dak tal-kategoriji 4.1, 4.2 u 4.3"

(2)

Fit-Tabella 2, Kategoriji li fihom aktar minn ġenus wieħed, ir-ringieli li jikkonċernaw il-kategoriji 201 u 203 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Kategoriji

Ismijiet Xjentifiċi

“Kategorija 201

Secale, Triticum, xTriticosecale

Kategorija 203 (*)

Agrostis, Dactylis, Festuca, xFestulolium, Lolium, Phalaris, Phleum u Poa


8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 764/2013

tas-7 ta’ Awwissu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0709 93 10

TR

140,7

ZZ

140,7

0805 50 10

AR

87,9

BO

85,6

CL

99,9

TR

71,0

UY

86,0

ZA

100,0

ZZ

88,4

0806 10 10

EG

190,1

MA

180,7

TR

160,6

ZZ

177,1

0808 10 80

AR

155,3

BR

97,9

CL

126,0

CN

88,2

NZ

127,7

US

144,3

ZA

104,6

ZZ

120,6

0808 30 90

AR

134,7

CL

161,4

NZ

194,4

TR

153,4

ZA

108,5

ZZ

150,5

0809 29 00

TR

369,1

ZZ

369,1

0809 30

TR

146,0

ZZ

146,0

0809 40 05

BA

44,4

MK

61,9

TR

92,3

XS

57,7

ZZ

64,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/20


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/45/UE

tas-7 ta’ Awwissu 2013

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2002/55/KE u 2008/72/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE fir-rigward tal-isem botaniku tat-tadam

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(2), 44(2), 45 u 48(1)(b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 1(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku, il-Kodiċi Internazzjonali tan-Nomenklatura Botanika (l-ICBN) ġiet irriveduta, b’mod partikolari fir-rigward tal-isem botaniku tat-tadam.

(2)

Sabiex jidher dan l-iżvilupp, id-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (3) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2002/55/KE

Id-Direttiva 2002/55/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1)(b) il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

(2)

Fit-tabella mogħtija fil-punt 3(a) tal-Anness II, il-kliem “Lycopersicon esculentum.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

(3)

Fit-tabella mogħtija fil-punt 2 tal-Anness III, il-kliem “Lycopersicon esculentum.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2008/72/KE

Fit-tabella mogħtija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/72/KE, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2009/145/KE

Id-Direttiva 2009/145/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fit-tabella mogħtija fl-Anness I, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

(2)

Fit-tabella mogħtija fl-Anness II, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2014. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom it-tali referenza meta jiġu ppubblikati b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(2)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28.

(3)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 44.


DEĊIŻJONIJIET

8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Awwissu 2013

li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Latvja u l-Bjelorussja u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza fil-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda

(notifikata bid-dokument C(2013) 4980)

(It-testi bil-Latvjan u l-Litwan biss huma awtentiċi)

(2013/427/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3), 3(6) u 8 taghħa,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u partikolarment l-Artikolu 84 tiegħu,

Billi:

(1)

Peress li l-pjan approvat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/90/UE (3) huwa qafas dettaljat biżżejjed fit-tifsira tal-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (4), id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għall-infiq provdut fil-programm ta’ ħidma għall-għotjiet.

(2)

Id-deni klassiku tal-ħnieżer hija marda virali infettiva tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi li xxekkel il-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi.

(3)

Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’irziezet oħra tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru, fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew il-prodotti, is-semen, l-ova u l-embrijuni u wkoll mill-ħnieżer selvaġġi.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (5) tistipula l-miżuri li jridu jiġu applikati immedjatament fil-każ ta’ tifqigħa biex il-vajrus ma jitħalliex jinxtered aktar.

(5)

Fil-każ ta’ konferma tal-preżenza tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u meta dejta epidemjoloġika disponibbli tissuġġerixxi li qed jhedded li jinxtered, l-aktar miżura veterinarja effettiva u effiċjenti sabiex titrażżan il-firxa tal-marda huwa t-tilqim orali tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żona f’riskju..

(6)

Fl-20 ta’ Novembru 2012, il-Latvja nnotifikat żewġ każijiet primarji tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fil-kontej ta' Dagda u Zilupe, qrib ħafna tal-fruntiera tal-Bjelorussja u r-Russja.

(7)

Wara dawn it-tifqigħat, il-Latvja implimentat sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u mbagħad fil-ħnieżer għat-trobbija għall-użu personali fiż-żoni ta' madwar il-każijiet primarji li jiddefinixxu ż-żona infettata.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/90/UE approvat il-pjan ppreżentat mil-Latvja għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi, hekk kif il-kundizzjonijiet ambjentali jippermettu dan fiż-żoni indikati skont l-Artikolu 16(1) u r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2001/89/KE.

(9)

Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana, it-tifqigħ tad-deni klassiku tal-ħnieżer huwa meqjus bħala emerġenza, u bi qbil mill-kabinett tal-Ministri, kienet permessa l-proċedura ta’ urġenza għax-xiri tat-tilqima mingħajr sejħa miftuħa għall-offerti, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tat-tilqim fil-kampanja tar-rebbiegħa 2013.

(10)

Minħabba l-qrubija taż-żona infettata mal-Bjelorussja, ma jistax jiġi eskluż li l-ħnieżer selvaġġi infettati jaqsmu l-fruntiera bejn il-Latvja u l-Bjelorussja. Barra minn hekk, it-tim tal-emerġenza veterinarja tal-Komunità, wara żjara fuq il-post fi Frar 2013, irrakkomanda li ż-żona tat-tilqim tiġi estiża lejn żona ta’ lqugħ b'50 km fit-territorji Bjelorussi tul il-linja tal-fruntieri tal-Latvja.

(11)

Biex l-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi u dawk mrobbija għall-użu personali f’riskju tiġi evalwata, kien xieraq li b'mod urġenti jiġu stabbiliti attivitajiet armonizzati ta’ sorveljanza u stħarriġ epidemjoloġiċi, ibbażati fuq testijiet tal-laboratorju viroloġiċi u seroloġiċi għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi u selvaġġi f’ċerti żoni ta’ riskju għoli fl-inħawi taż-żona infettata fil-Latvja, il-Bjelorussja u kif ukoll il-Litwanja.

(12)

Il-Latvja ppreżentat l-ispejjeż stmati tal-pjan għat-tilqim ta’ emerġenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer tal-ħnieżer selvaġġi bl-indikazzjoni tan-numru approssimattiv tad-dożijiet tat-tilqim meħtieġa għat-territorju tal-Latvja u ż-żona newtrali għat-tilqim fil-Bjelorussja, u l-ispejjeż stmati biex jitwettaq dan it-tilqim. L-ispiża stmata għat-tilqim ta’ emerġenza tammonta għal EUR 221 800.

(13)

Biex il-marda tiġi miġġielda fit-territorji tal-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja, fl-ewwel ġimgħa ta’ April 2013, il-Latvja u l-Litwanja ressqu l-istima inizjali tal-ispejjeż li se jiġġarrbu għall-implimentazzjoni tal-istħarriġ epidemjoloġiku u l-miżuri ta’ sorveljanza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-kuntest tal-miżuri l-oħra ta’ emerġenza li ttieħdu. L-ispiża stmata għall-miżuri ta' sorveljanza tammonta għal EUR 227 000 fil-Latvja u l-Bjelorussja u EUR 17 000 fil-Litwanja.

(14)

L-eliġibbiltà retroattiva tal-ispejjeż mġarrba mil-Latvja mid-data tan-notifika tat-tifqigħat u mil-Litwanja u l-Bjelorussja mid-data tal-bidu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza hija ġġustifikata għaliex dawn l-azzjonijiet huma essenzjali biex jiddefinixxu ż-żona ta’ tilqim u għalhekk, tinqered il-marda b'suċċess.

(15)

L-Artikolu 3(6) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni trid tkun 100 % tal-ispiża tal-forniment tat-tilqim u 50 % tal-ispiża mġarrba fit-twettiq tat-tilqima. Madankollu, minħabba li l-infiq eċċessiv għall-baġit tal-Unjoni għandu jiġi evitat, jridu jiġu stabbiliti l-ammonti massimi li jirriflettu l-pagament raġonevoli għall-ispiża tal-forniment tat-tilqim u l-ispejjeż imġarrba għat-twettiq tat-tilqima. Il-pagament raġonevoli huwa l-pagament għall-materjal jew għas-servizz bi prezz proporzjonat meta mqabbel mal-prezz tas-suq. Sakemm il-Kummissjoni twettaq l-kontrolli fuq il-post, huwa meħtieġ li issa jiġi approvata l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni għal-l-Latvja u li jiġi ffissat l-ammont ta' pagament tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(16)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (6), għandhom jiġu ffinanzjati miżuri veterinarji skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

(17)

Il-pagament tal-kontribut finanzjarju għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati tabilħaqq twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ lill-Kummissjoni.

(18)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fl-2013, il-Latvja għandha tkun intitolata għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għall-pjan ta’ emerġenza tat-tilqim tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi li għandhom jitwettqu fil-Latvja u fil-Bjelorussja li tammonta għal:

(a)

100% tal-ispiża (il-VAT mhux inkluż) tal-provvista tad-dożi tat-tilqim;

(b)

50 % tal-ispejjeż tas-salarji u t-tariffi mħallsa lill-persunal li jagħmel it-tilqim fil-Latvja, u 50 % tal-ispiża (il-VAT mhux inkluż) tal-ispiża assoċjata direttament mat-tilqim fil-Latvja.

2.   L-ammonti massimi li għandhom jiġu rimborżati lil-Latvja għall-ispiża msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għax-xiri tat-tilqim, medja ta' EUR 0,91 għal kull doża;

(b)

għat-tilqim, medja ta' EUR 0,18 għal kull doża tat-tilqim imqassma fil-Latvja;

(c)

EUR 130 800 għall-ispiża tat-tilqim fil-Latvja;

(d)

EUR 91 000 għall-ispiża tat-tilqim fil-Bjelorussja;

Artikolu 2

1.   Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer, il-Latvja u l-Litwanja għandhom ikunu intitolati għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju għall-miżuri ta' sorveljanza seroloġiċi u viroloġiċi fil-ħnieżer domestiċi u selvaġġi, imwettqa fil-Litwanja u fil-Bjelorussja mill-1 ta’ April 2013 u fil-Latvja mill-20 ta’ Novembru 2012.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun bir-rata ta' 50 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Latvja u l-Litwanja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:

(i)

EUR 227 000 għal-Latvja;

(ii)

EUR 17 000 għal-Litwanja.

3.   L-ispiża massima li trid tiġi rimborżata lil-Latvja u l-Litwanja għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhiex taqbeż:

(i)

EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun;

(ii)

EUR 5 għal kull ħanżir selvaġġ inkluż fil-kampjun;

(iii)

EUR 2 għal kull test ELISA;

(iv)

EUR 10 għal kull test PCR;

(v)

EUR 10 għal kull test viroloġiku.

Artikolu 3

Soġġett għar-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-post imwettaq skont l-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, l-ewwel pagament parzjali għandu jitħallas lil-Latvja kif ġej:

(a)

sa EUR 224 300;

(b)

bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni stipulata fl-Artikoli 1 u 2.

Il-ħlas irid isir abbażi ta’ talba uffiċjali għar-rimborż ippreżentata mil-Latvja.

Artikolu 4

L-infiq eliġibbli għal kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandu jkun limitat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għall-miżuri stipulati fil punti 1 sa 4.

1.

Kampjunar:

(a)

il-persunal, ikun x'ikun l-istatus tiegħu, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tal-kampjunar; l-ispejjeż huma limitati għal salarji reali flimkien ma' spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fir-remunerazzjoni), u

(b)

l-ispejjeż ġenerali ekwivalenti għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f'(a).

2.

Ittestjar fil-laboratorju:

(a)

ix-xiri ta’ kits għat-testijiet, reaġenti u l-konsumabbli identifikabbli kollha u użati speċjalment għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(b)

il-persunal, ikun x’ikun l-istatus tiegħu, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-testijiet fil-post tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għal salarji reali flimkien mal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fir-remunerazzjoni, u

(c)

l-ispejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f’(a) u (b).

3.

Ix-xiri u l-ħażna ta’ dożi ta’ tilqim u/jew tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi.

4.

Id-distribuzzjoni tat-tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi:

(a)

il-persunal, ikun x'ikun l-istatus tiegħu, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-tqassim tal-lixki tal-vaċċini; l-ispejjeż huma limitati għas-salarji reali tagħhom flimkien mal-ispejjeż tas-sigurtà soċjali u l-ispejjeż statutorji oħra inklużi fir-remunerazzjoni.

(b)

l-ispejjeż ġenerali ekwivalenti għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f'(a).

Artikolu 5

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 2 għandha titħallas fuq il-bażi ta':

(a)

rapport tekniku finali skont l-Anness I dwar l-eżekuzzjoni teknika tat-tilqim ta’ emerġenza, inklużi r-riżultati miksuba, matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta' April 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013;

(b)

rapport tekniku finali skont l-Anness I dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-miżuri ta’ sorveljanza, inklużi r-riżultati miksuba, matul il-perjodu tal-20 ta' Novembru 2012 fil-Latvja u mill-1 ta' April 2013 fil-Litwanja sal-31 ta’ Diċembru 2013;

(c)

rapport finanzjarju finali, f’forma kompjuterizzata skont l-Anness III, dwar l-ispejjeż imġarrba mil-Latvja matul il-perjodu mill-20 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013 u mil-Litwanja matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013;

(d)

ir-riżultati ta’ kwalunkwe kontrolli fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

Id-dokumenti li jappoġġjaw ir-riżultati msemmija fil-punti (a) sa (c) għandhom ikunu disponibbli għall-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-punt (d) imwettqa mill-Kummissjoni.

2.   Ir-rapport tekniku finali u r-rapport finanzjarju finali msemmi fil-paragrafu 1(a) sa 1(c) iridu jitressqu sa mhux iktar tard mill-1 ta’ April 2014. Jekk dak il-limitu ta’ żmien ma jiġix irrispettat, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi ġustifikati kif xieraq għal dan id-dewmien, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni se titnaqqas b’25 % għal kull xahar kalendarju tad-dewmien.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja u lir-Repubblika tal-Litwanja.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 47, 20.2.2013, p. 70.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(6)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS I

Ir-rapport tekniku finali dwar it-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ

Stat Membru: …

Data: …

1.

Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:

1.1.

Mapep epidemjoloġiċi:

2.

Informazzjoni dwar it-tilqim:

2.1.

Deskrizzjoni tat-tilqima użata:

2.2.

In-numru ta’ dożijiet ta’ tilqim imqassma:

Reġjun/Żona tal-Istat Membru jew pajjiż terz

In-numru ta’ dożijiet ta’ tilqim, rebbiegħa 2013

In-numru ta’ dożijiet ta’ tilqim, sajf 2013

In-numru ta’ dożijiet ta’ tilqim, ħarifa 2013

In-numru ta’ dożijiet ta’ tilqim, TOTAL 2013

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

3.

Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi:


ANNESS II

Rapport tekniku finali dwar miżuri ta’ sorveljanza b’rabta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u domestiċi

Stat Membru: …

Data: …

1.

Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:

1.1.

Mapep epidemjoloġiċi:

1.2.

Informazzjoni dwar is-sorveljanza:

Reġjun/Żona tal-Istat Membru jew pajjiż terz

Numru ta’ ħnieżer domestiċi inklużi fil-kampjun

Numru ta’ ħnieżer selvaġġi inklużi fil-kampjun

Tip ta’ test (1)

Numru ta’ testijiet

Numru ta ħnieżer domestiċi pożittivi

Numru ta ħnieżer selvaġġi pożittivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali tal-2013

 

 

 

 

 

 

2.

Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi:

3.

Informazzjoni epidemjoloġika addizzjonali: l-inkjesti epidemjoloġiċi, annimali misjuba mejta, distribuzzjoni tal-età tar-reatturi pożittivi, leżjonijiet misjuba, eċc:


(1)  Indika: ELISA, PCR, Ag-ELISA, iżolament, oħrajn (speċifika).


ANNESS III

Rapport finanzjarju finali

Stat Membru: …

Data: …

1.

Vaċċinazzjoni ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi:

 

In-numru ta’ dożijiet ta’ tilqim imqassma

(1)

L-ispiża ta’ xiri tad-dożi ta' tilqim distribwiti (*)

(2)

L-ispiża tas-salarji u t-tariffi (ta’ persunal ingaġġat apposta) għad-distribuzzjoni tat-tilqim (*)

(3)

Spejjeż ġenerali (7 %) (*)

Formula

Spejjeż totali (*)

Formula

rebbiegħa (doppju: 2 × kampanja tad-distribuzzjoni)

 

 

 

 

 

sajf (doppju: 2 × kampanja tad-distribuzzjoni)

 

 

 

 

 

ħarifa (doppju: 2 × kampanja tad-distribuzzjoni)

 

 

 

 

 

Total tal-2013

 

 

 

 

 

2.

Miżuri ta’ sorveljanza b’rabta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u domestiċi

Testijiet fil-laboratorju

 

Numru ta’ testijiet imwettqa

L-ispiża tat-testijiet (**)

Test tal-laboratorju

(1)

Persunal

(2)

L-ispiża ġenerali

Formula

Totali Spejjeż

Formula

Testijiet seroloġiċi

(ELISA)

 

 

 

 

 

Testijiet PCR

 

 

 

 

 

Testijiet viroloġiċi

 

 

 

 

 

Teħid ta’ kampjuni

 

 

L-ispiżi tat-teħid tal-kampjuni (**)

Persunal

(1)

L-ispiża ġenerali

Formula

Spejjeż totali

Formula

Numru ta’ ħnieżer domestiċi inklużi fil-kampjun

 

 

 

 

Numru ta’ ħnieżer selvaġġi inklużi fil-kampjun

 

 

 

 

Jiena niċċertifika li:

din in-nefqa saret tassew, akkontata b’eżattezza u eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni,

id-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta’ spezzjoni,

l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni ma ntalbet għal dawn il-miżuri u d-dħul kollu li sar mill-operazzjonijiet taħtom huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni,

il-programm kien eżegwit skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni,

japplikaw il-proċeduri ta’ kontroll, partikolarment għall-verifika tal-eżattezza tal-ammonti dikjarati, għall-prevenzjoni, is-sejba u t-tiswija tal-irregolaritajiet.

Data:

Isem u firma tad-direttur operattiv:


(*)  L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT

(**)  L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT


8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.