ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.201.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 201

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
26 ta' Lulju 2013


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2013/42/UE tat-22 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta' Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

1

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat-22 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fir-rigward ta' fornimenti ta' ċerti prodotti u servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal frodi

4

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra

7

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 713/2013 tat-23 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi lopportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay għall-istaġun tas-sajd 2013/14

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 714/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1169/2012

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-entrati għall-benessri tal-annimali f'ċerti ċertifikati mudell tas-saħħa ( 1 )

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 li jikkonċerna l-ittikkettjar ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel b’fitosteroli, esteri fitosteroli, fitostanoli u/jew esteri fitostanoli miżjuda ( 1 )

49

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 719/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

51

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta’ Lulju 2013 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

53

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/395/PESK tal-25 ta’ Lulju 2013 li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/765/PESK

57

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2013/396/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ta’ inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet skont il-Liġi tal-Unjoni

60

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2013/397/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2009 li tapprova f’isem il-Komunità Ewropea ċerti emendi għall-Anness V tal-Ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward ta’ kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti magħmulin mill-annimali ( 1 )

66

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/42/UE

tat-22 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta' Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Il-frodi tat-taxxa fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) twassal għal telf baġitarju konsiderevoli u taffettwa l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni u b'hekk l-operazzjoni tas-suq intern. Reċentement żviluppaw forom ta' frodi tat-taxxa speċifiċi, għall-għarrieda u massivi speċjalment permezz tal-użu ta' mezzi elettroniċi li jiffaċilitaw kummerċ illeġittimu rapidu fuq skala kbira.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) tippermetti lill-Istati Membri li japplikaw għal deroga minn dik id-Direttiva sabiex jipprevjenu ċerti forom ta' evażjoni jew ta' evitar tat-taxxa.

(3)

L-esperjenza reċenti wriet li l-proċedura prevista fl-Artikolu 395 tad-Direttiva 2006/112/KE mhix kapaċi twieġeb malajr biżżejjed għat-talbiet mill-Istati Membri għal miżuri urġenti.

(4)

L-esperjenza wriet ukoll li n-nomina tar-riċevitur bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT (reverse charge) hija, f'ċerti każijiet, miżura effettiva biex iżżomm milli jitwettqu l-frodi tal-VAT f'setturi speċifiċi.

(5)

Skont id-dispożizzjonijiet ta' reverse charge fl-Artikoli 199 u 199a tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri m'għandhomx il-flessibbiltà li jirreaġixxu rapidament għal frodi għall-għarrieda u massiva fil-kategoriji ta' prodotti u servizzi li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-Artikoli. Għalhekk jeħtieġ li jsiru arranġamenti speċifiċi biex jiġu indirizzati dawn iċ-ċirkostanzi.

(6)

Waqt li jiġu kkunsidrati l-każijiet ta' frodi massivi li seħħew, reazzjoni rapida u eċċezzjonali għal aktar każijiet ta' frodi għall-għarrieda hi garantita l-aħjar permezz ta' miżura speċjali ta' Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida ("MRR") li tikkonsisti fl-alternattiva li reverse charge jiġi applikat għal perijodu qasir, wara notifika adatta mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex tiġi żgurata li l-eżekuzzjoni tal-alternattiva tkun proporzjonata għall-problema, il-Kummissjoni, ladarba tkun fil-pussess tal-informazzjoni rilevanti, għandha jkollha perijodu qasir li fih tevalwa n-notifika u tikkonferma jekk hi toġġezzjonax għall-miżura speċjali ta' MRR. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-opportunità li l-Kumissjoni tieħu kont tal-fehmiet tagħhom, u għandhom għalhekk ikunu infurmati totalment bin-notifika u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali pprovduta matul il-proċess. Barra minn hekk, il-Kunsill għandu mbagħad jiddeċiedi dwar kwalunkwe applikazzjoni ulterjuri tar-reverse charge permezz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva 2006/112/KE.

(7)

L-Istat Membru li jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu li japplika l-miżura speċjali ta' MRR jista' jagħmel dan ladarba l-Kummissjoni tkun nnotifikat in-nuqqas ta' oġġezzjoni.

(8)

Sabiex tipprevedi l-applikazzjoni ulterjuri tar-reverse charge, fl-opportunità l-aktar bikrija u qabel l-iskadenza tal-miżura speċjali ta' MRR, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 395 tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tkun soġġetta għal skadenza iqsar.

(9)

L-ipproċessar rapidu tan-notifiki tal-Istati Membri skont il-MRR ser ikun iffaċilitat jekk tiġi stabbilita formola standardizzata għal dawk in-notifiki u għall-forniment ta' kwalunkwe informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom għaldaqstant jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward ta' dik il-formola standardizzata.

(10)

Peress li MRR jista' jkun biss soluzzjoni temporanja sakemm jinsabu soluzzjonijiet leġislattivi għal perijodu aktar twil bil-għan li s-sistema tal-VAT ssir aktar reżiljenti għal każijiet ta' frodi tal-VAT, il-MRR għandu japplika biss għal perijodu limitat ta' żmien.

(11)

Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-MRR, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' valutazzjoni ġenerali dwar l-impatt tal-mekkaniżmu li jindirizza l-każijiet ta' frodi għall-għarrieda u massiva.

(12)

Billi l-objettiv tal-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri biex jiġu indirizzati fenomeni ta' frodi għall-għarrieda u massivi fil-qasam tal-VAT li ta' spiss ikollhom dimensjoni internazzjonali, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba li huma mhumiex f'pożizzjoni individwalment biex jiġġieldu kontra ċ-ċirkwiti tal-frodi relatati ma' forom ġodda ta' kummerċ li jinvolvu diversi pajjiżi simultanjament, u għalhekk biex ikun żgurat li rispons għal dawn il-fenomeni aktar rapidu, u bħala riżultat aktar adegwat u effettiv, ikun jista' jintlaħaq fil-livell tal-Unjoni Ewroepa, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif jidher fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, hekk kif jidher f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-objettiv.

(13)

Għalhekk, id-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 199b

1.   Stat Membru jista', f'każijiet ta' urġenza imperattiva u f'konformità mal-paragrafi 2 u 3, jinnomina r-riċevitur bħala l-persuna responsabbli li tħallas il-VAT fuq fornimenti speċifiċi ta' prodotti u servizzi b'deroga mill-Artikolu 193 bħal miżura speċjali ta' Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida ("MRR") fil-ġlieda kontra frodi għall-għarrieda u massiva li probabbilment twassal għal telf finanzjarju konsiderevoli u rrimedjabbli.

Il-miżura speċjali ta' MRR għandha tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll adatti mill-Istat Membru, fir-rigward ta' persuni taxxabbli li jipprovdu l-prodotti jew is-servizzi li għalihom tkun tapplika dik il-miżura, u għandha tkun għal perijodu ta' mhux aktar minn disa' xhur.

2.   Stat Membru li jixtieq jintroduċi miżura speċjali ta' MRR kif previst fil-paragrafu 1 għandu jibgħat notifika lill-Kummissjoni permezz tal-formola standardizzata stabbilita f'konformità mal-paragrafu 4 u fl-istess waqt jibgħatha lill-Istati Membri l-oħra. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li tindika s-settur ikkonċernat, it-tip u l-karatteristiċi tal-frodi, l-eżistenza ta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza, in-natura għall-għarrieda u massiva tal-frodi u l-konsegwenzi tagħha f'termini ta' telf finanzjarju konsiderevoli u rrimedjabbli. Jekk il-Kummisjoni tikkunsidra li m'għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, hi għandha tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi n-notifika u tispeċifika x'informazzjoni addizzjonali hi meħtieġa. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Istat membru kkonċernat għandha fl-istess waqt tintbagħat lill-Istati Membri l-oħra. Jekk l-informazzjoni addizzjonali pprovduta ma tkunx suffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat b'dan fi żmien ġimgħa.

L-Istat Membru li jixtieq jintroduċi miżura speċjali ta' MRR kif previst fil-paragrafu 1 għandu fl-istess waqt jagħmel ukoll applikazzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 395(2) u (3).

3.   Ladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li hija tikkunsidra meħtieġa għall-valutazzjoni tan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri b'dan. Fejn hija toġġezzjona għall-miżura speċjali ta' MRR, hija għandha tipproduċi opinjoni negattiva fi żmien xahar ta' dik in-notifika, u għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kumitat tal-VAT dwar dan. Fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax, hija għandha tikkonferma dan bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kumitat tal-VAT fl-istess perijodu ta' żmien. L-Istat Membru jista' jadotta l-miżura speċjali ta' MRR mid-data minn meta jirċievi dik il-konferma. Fil-valutazzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-fehmiet ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkunu ntbagħtulha bil-miktub.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi formola standardizzata biex tiġi ppreżentata n-notifika għal miżura speċjali ta' MRR msemmija fil-paragrafu 2 u tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-paragrafu 5.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u għal dan il-għan il-kumitat għandu jkun il-kumitat stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (*2).

(*1)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(*2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).";"

(2)

fl-Artikolu 395, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5.   F'każijiet ta' urġenza imperattiva kif stipulati fl-Artikolu 199b(1), il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 għandha titlesta fi żmien sitt xhur minn meta l-Kummissjoni tirċievi l-applikazzjoni.".

Artikolu 2

Qabel l-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ġenerali dwar l-impatt tal-MRR previst fil-punt 1 tal-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Opinjoni mogħtija fis-7 ta' Frar 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU C 11, 15.1.2013, p. 31.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p.1).


26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/4


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/43/UE

tat-22 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fir-rigward ta' fornimenti ta' ċerti prodotti u servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal frodi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) tispeċifika li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq transazzjonijiet li jinvolvu l-forniment taxxabbli ta’ prodotti jew servizzi. Madankollu, għal transazzjonijiet transkonfinali u għal ċerti setturi domestiċi b'riskju għoli, hi tipprevedi li l-obbligu tal-ħlas tal-VAT għandu jiġi ttrasferit lill-persuna li lilha jsir il-forniment (il-mekkaniżmu tar-reverse charge).

(2)

Minħabba l-gravità tal-frodi tal-VAT, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw, fuq bażi temporanja, mekkaniżmu li permezz tiegħu l-obbligu li titħallas il-VAT, fir-rigward ta' fornimenti ta' ċerti kategoriji ta' prodotti u servizzi jiġi ttrasferit għall-persuna li jsirilha l-forniment taxxabbli ta' prodotti jew servizzi, inkluż fejn dawk il-kategoriji la jkunu elenkati fl-Artikolu 199 tad-Direttiva 2006/112/KE u lanqas ikunu soġġetti għal derogi speċifiċi mogħtija lill-Istati Membri.

(3)

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni ressqet proposta fl-2009, li telenka numru ta' prodotti u servizzi li għalihom, għal perijodu limitat, jista' jiġi applikat il-mekkaniżmu tar-reverse charge. Il-Kunsill għażel li jaqsam il-proposta u adotta d-Direttiva tal-Kunsill 2010/23/UE (4), li madankollu kienet limitata biss għall-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, minħabba li s-sitwazzjoni ta' frodi f'dak is-settur kienet teħtieġ reazzjoni immedjata. Fl-istess waqt, il-Kunsill ħa l-impenn politiku li jkompli n-negozjati dwar il-parti li baqa' tal-proposta tal-Kummissjoni.

(4)

Minn dak iż-żmien, seħħet frodi f'setturi oħra u, għalhekk, prodotti u servizzi ġodda għandhom jinżiedu mal-parti li baqa' tal-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-lista predefinita ta' prodotti u servizzi li għaliha jista' japplika r-reverse charge. B'mod partikolari, seħħet frodi fir-rigward tal-forniment tal-gass u l-elettriku, is-servizzi ta' telekomunikazzjoni, konsols tal-logħob, tablet PCs u laptops, ċereali, għelejjel industrijali inklużi żrieragħ taż-żejt u pitravi taz-zokkor, u metalli mhux maħduma jew parzjalment maħduma inklużi metalli prezzjużi.

(5)

L-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverese chareg immirat lejn dawk l-prodotti u servizzi, li skont esperjenza reċenti huma partikolarment suxxettibbli għall-frodi, m'għandhiex taffettwa ħażin il-prinċipji fundamentali tas-sistema tal-VAT, bħal pereżempju l-pagamenti frazzjonati.

(6)

Il-lista definita minn qabel, li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu minnha, għandha tiġi ristretta għall-fornimenti ta’ prodotti u servizzi li, skont esperjenza reċenti, huma partikolarment suxxettibbli għall-frodi.

(7)

Fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge, l-Istati Membri għandhom id-diskrezzjoni li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu inklużi l-istabbiliment tal-limiti, il-kategoriji ta' fornituri jew riċevituri li dan il-mekkaniżmu jista' japplika għalihom u l-applikazzjoni parzjali tal-mekkaniżmu fi ħdan il-kategoriji.

(8)

Peress illi mekkaniżmu tar-reverse charge huwa miżura temporanja sakemm jinsabu soluzzjonijiet leġislattivi aktar fit-tul bil-ħsieb li s-sistema tal-VAT ssir aktar reżiljenti għal frodi kontra l-VAT, il-mekkaniżmu tar-reverse charge stabbilit skont l-Artikolu 199a tad-Direttiva 2006/112/KE għandu japplika biss għal perijodu ta' żmien limitat.

(9)

Sabiex ikun żgurat li l-mekkaniżmu tar-reverse charge ikun jista' jiġi applikat għal żmien twil biżżejjed sabiex ikun effettiv u biex tkun tista' ssir evalwazzjoni sussegwenti, hu meħtieġ li l-limitu ta' żmien attwali jiġi estiż. Bl-istess mod, id-data għall-perijodu ta' evalwazzjoni u d-data ta' tmiem għal dak il-perijodu, li matulu għandha tiġi rrapurtata bidla fl-attivitajiet frodulenti, għandhom jiġu postposti.

(10)

Sabiex l-Istati Membri kollha jiġu pprovduti bl-għażla li japplikaw il-mekkaniżmu tar-reverse charge msemmi hawn fuq, hi meħtieġa emenda speċifika għad-Direttiva 2006/112/KE.

(11)

Peress li l-objettiv tal-azzjoni proposta, jiġifieri li tiġi indirizzata l-frodi kontra l-VAT permezz ta’ miżuri temporanji li jidderogaw mir-regoli tal-Unjoni eżistenti, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membru u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(12)

Id-Direttiva 2006/112/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 193 ir-referenza għal "Artikoli 194 sa 199" hija sostitwita bir-referenza għal "Artikoli 194 sa 199b";

(2)

L-Artikolu 199a hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2018 u għal perijodu minimu ta' sentejn, jipprevedu li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT hija l-persuna taxxabbli li lilha jiġi fornut kwalunkwe wieħed minn dawn il-fornimenti:"

b)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(c)

fornimenti ta' telefowns ċellulari, li huma mezzi magħmula jew adattati għall-użu f’konnessjoni ma’ netwerk liċenzjat u operati fuq frekwenzi speċifikati, kemm jekk ikollhom jew jekk ma jkollhomx xi użu ieħor;

(d)

fornimenti ta' tagħmir ta' ċirkuwiti integrati bħal mikroproċessuri u unitajiet ta' proċessar ċentrali fl-istat ta' qabel l-integrazzjoni fi prodotti għall-utenti finali;

(e)

fornimenti ta' gass u elettriku għal negozjant taxxabbli kif definit fl-Artikolu 38(2);

(f)

fornimenti ta' ċertifikati tal-gass u l-elettriku;

(g)

fornimenti ta’ servizzi ta' telekominikazzjoni kif definit fl-Artikolu 24(2);

(h)

fornimenti ta' konsols tal-logħob, tablet PC's u laptops;

(i)

fornimenti ta' ċereali u għelejjel industrijali inklużi żrieragħ taż-żejt u pitravi taz-zokkor, li normalment ma jintużawx fl-istat mhux mibdul għall-konsum final;

(j)

fornimenti ta' metalli mhux maħduma u dawk parzjalment maħduma, inklużi metalli prezzjużi, fejn mhumiex koperti b'xi mod ieħor mill-punt (d) tal-Artikolu 199(1), l-arranġamenti speċjali għall-oġġetti użati, opri tal-arti, oġġetti ta’ kollezzjoni u antikitajiet skont l-Artikoli 311 sa 343 jew l-iskema speċjali għad-deheb ta’ investiment skont l-Artikoli 344 sa 356."

c)

il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"1a.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1.

1b.   L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1 għall-provvista ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew servizzi elenkati fil-punti (c) sa (j) ta' dak il-paragrafu hija soġġetta għall-introduzzjoni ta' obbligi ta' rappurtar xierqa u effettivi minn persuni taxxabbli li jfornu l-prodotti jew is-servizzi li għalihom japplika l-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1.";

d)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kumitat tal-VAT dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1 mal-introduzzjoni ta’ kwalunkwe mekkaniżmu bħal dan u għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-Kumitat tal-VAT:

(a)

il-portata tal-miżura li qed tapplika l-mekkaniżmu flimkien mat-tip u l-karatteristiċi tal-frodi, u deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri ta' akkumpanjament, inkluż kwalunkwe obbligu ta' rappurtar minn persuni taxxabbli u kwalunkwe miżura ta' kontroll;

(b)

l-azzjonijiet meħuda biex jinfurmaw lill-persuni taxxabbli rilevanti bl-introduzzjoni tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu;

(c)

il-kriterji ta’ evalwazzjoni biex ikun possibbli tqabbil bejn attivitajiet frodulenti fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi elenkati fil-paragrafu 1 qabel u wara l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu, l-attivitajiet frodulenti fir-rigward ta' prodotti u servizzi oħrajn qabel u wara l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu, u kull żieda f’tipi oħrajn ta’ attivitajiet frodulenti qabel u wara l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu;

(d)

id-data tal-bidu u l-perijodu li għandu jkun kopert mill-miżura li tapplika l-mekkaniżmu."

e)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1 għandhom, abbażi tal-kriterji ta’ evalwazzjoni previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 2, jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2017.";

f)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)

l-impatt fuq attivitajiet frodulenti fir-rigward tal-fornimenti ta' prodotti jew servizzi koperti bil-miżura;"

g)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.   Kull Stat Membru, li jkun individwa bidla fix-xejriet tal-attivitajiet frodulenti fit-territorju tiegħu fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi elenkati fil-paragrafu 1, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta' tali prodotti u servizzi, għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2017.

5.   Qabel l-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ġenerali dwar l-effetti tal-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1 fuq il-ġlieda kontra l-frodi.".

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-Direttiva għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU C 341E, 16.12.2010, p. 81.

(2)   ĠU C 339, 14.12.2010, p. 41.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2010/23/UE tas-16 ta' Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward ta' applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fir-rigward tal-forniment ta' ċerti servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal frodi (ĠU L 72, 20.3.2010, p. 1)


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/7


Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-26 ta’ Ġunju 2012, skont l-Artikolu 330(3) tiegħu, għandu jiġi applikat b’mod proviżorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja mill-1 ta’ Awwissu 2013. Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-UE ma tapplikax b’mod proviżorju l-Artikoli 2, 202(1), 291 u 292 tal-Ftehim, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 713/2013

tat-23 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi lopportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay għall-istaġun tas-sajd 2013/14

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 43 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi il-qabdiet totali permissibbli (TAC) għal kull tip ta' sajd jew grupp ta' tipi ta' sajd. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk jew gruppi ta' stokk u billi jitqiesu debitament l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (1).

(2)

Għall-finijiet tas-simplifikazzjoni u tal-ġestjoni adegwata tal-istokk, jixraq li jiġu stabbiliti t-TAC u l-kwoti għall-Istati Membri għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay (is-subżona VIII tal-ICES) għal staġun tal-ġestjoni annwali li jibda fl-1 ta' Lulju u jintemm fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta’ wara, pjuttost milli perjodu tal-ġestjoni ta' sena kalendarja. Madanakollu, is-sajd għandu jibqa' soġġett għad-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 (2) fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kwoti.

(3)

It-TAC għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2013/14 għandha tkun stabbilita abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, u billi jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd.

(4)

Sabiex tipprovdi għal ġestjoni multiannwali tal-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay, fid-29 ta' Lulju 2009, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk. Filwaqt li jitqies li l-valutazzjoni tal-impatt li fuqha tissejjes il-proposta, tipprovdi għall-valutazzjoni l-iktar riċenti tal-impatt tad-deċiżjonijiet tal-ġestjoni għall-istokk, jixraq li tiġi stabbilita TAC għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay skont dan. Skont il-parir li ta l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) f'Lulju 2013 il-bijomassa tal-istokk riproduttiv hija stmata madwar 56 055 tunnellata. Fid-dawl tal-valutazzjoni l-aktar reċenti disponibbli dwar l-impatt tad-deċiżjonijiet ta' ġestjoni għall-istokk, it-TAC għall-istaġun tas-sajd li jibda fl-1 ta' Lulju 2013 u jintemm fit-30 ta' Ġunju 2014 għandha tiġi stabbilita għal 17 100 tunnellata.

(5)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 (3), huwa neċessarju li jiġi stabbilit safejn l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay hu soġġett għall-miżuri stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(6)

Minħabba l-bidu tal-istaġun tas-sajd 2013/14 u għall-finijiet tar-rappurtar annwali tal-qabdiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2013,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay

1.   Il-qabda totali permissibbli (TAC) u l-allokazzjoni tagħha bejn l-Istati Membri għall-istaġun tas-sajd li jibda fl-1 ta' Lulju 2013 u jintemm fit-30 ta' Ġunju 2014 għall-istokk tal-inċova fis-Subżona VIII tal-ICES kif jiddefinixxi r-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għandhom ikunu kif ġej (f'tunnellati ta' piż ta' ħut ħaj):

L-ispeċi

:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Iż-żona tal-ICES

:

Iż-żona VIII

(ANE/08.)

Spanja

15 390

It-TAC analitika

Franza

1 710

L-UE

17 100

It-TAC

17 100

2.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbilita fil-paragrafu 1 u l-użu tagħha għandhom ikunu suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 39/2013.

3.   L-istokk imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies li hu soġġett għal TAC analitika għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Għandhom japplikaw l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

It-trażmissjoni tad-dejta

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (5), l-Istati Membri jressqu dejta lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-inċova li nqabdu fis-Subżona VIII tal-ICES, dawn għandhom jużaw il-kodiċi tal-istokk "ANE/08.".

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Edizzjoni Speċjali MT: Kap 04 Vol 05 P. 460 - 481).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tal-21 ta' Jannar 2013 li jiffissa, għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 04 Vol 02 P. 317 - 319).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).


26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 714/2013

tal-25 ta' Lulju 2013

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1169/2012

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Diċembru 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1169/2012 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill ipprovda lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet kollha li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b'dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1169/2012.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1169/2012 li hu kien iddeċieda li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta' raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista, fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta' dak ir-Regolament. Meta għamel din, huwa ħa kont ta' osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-Kunsill iddetermina wkoll li grupp addizzjonali kien involut f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward ta' dak il-grupp minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li hu għandu jkun miżjud mal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Id-deċiżjoni li l-grupp jissemma ma taffettwax it-trasferimenti finanzjarji leġittimi lejn il-Libanu u l- provvista ta' assistenza, inkluż assistenza umanitarja, mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-Libanu.

(7)

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1169/2012 għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1169/2012 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)   ĠU L 337, 11.12.2012, p. 2.

(3)   ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS

Lista ta' persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu 1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija); ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija); ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15 ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – membru tal-"Hofstadgroep".

6.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f'Algiers (l-Alġerija) – membru ta' "al-Takfir" u "al-Hijra".

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu.

8.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555.

9.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

10.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

11.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu 1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-"Organizzazzjoni Abu Nidal" – "ANO", (magħrufa Wkoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta' Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti").

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa".

3.

"Al-Aqsa e.V.".

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra".

5.

"Babbar Khalsa".

6.

Il-"Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" – "NPA", il-Filippini.

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Iżlamiku" – "IG").

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi" – "IBDA-C" (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant).

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem".

10.

"Hizballah Military Wing" (magħruf ukoll bħala "Hezbollah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Hizbullah Military Wing" magħruf ukoll bħala "Hizbollah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Hezballah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Hisbollah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Hizbu'llah Military Wing" magħruf ukoll bħala "Hizb Allah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Jihad Council" (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

"Hizbul Mujahideen" – "HM".

12.

"Hofstadgroep"

13.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp".

14.

L-"International Sikh Youth Federation" – "ISYF".

15.

Il-"Khalistan Zindabad Force"–"KZF".

16.

Il-"Partit tal-Ħaddiema Kurdi"– "PKK", (magħruf ukoll bħala "KADEK", magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL").

17.

"Liberation Tigers" ta' Tamil Eelam" – "LTTE".

18.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali").

19.

"Ġiħad Iżlamika tal-Palestina – "PIJ".

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" – "PFLP".

21.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala – "PFLP Kmand Ġenerali").

22.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" – "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja").

23.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" – "DHKP/C" (magħruf ukoll bħala "Devrimci Sol" ("Xellug Rivoluzzjonarju"), magħruf ukoll bħala "Dev Sol") (L-"Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu").

24.

"Sendero Luminoso" – "SL" It-("Triq li Tiddi").

25.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland").

26.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" – "TAK" (magħruf ukoll bħala "Kurdistan Freedom Falcons", magħruf ukoll bħala "Kurdistan Freedom Hawks").

26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 715/2013

tal-25 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Minn evalwazzjoni ta’ diversi flussi ta’ skart jirriżulta li s-swieq tar-riċiklaġġ għar-ruttam tar-ram għandhom jibbenefikaw mill-iżvilupp ta’ kriterji speċifiċi li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram miksub mill-iskart ma jibqax jitqies bħala skart. Dawk il-kriterji għandhom jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien ambjentali. Għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-klassifikazzjoni tar-ruttam tar-ram irkuprat bħala skart minn pajjiżi terzi.

(2)

Rapporti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li jeżisti suq għar-ruttam tar-ram u domanda għalih biex dan jintuża bħala bażi fl-industrija tal-produzzjoni ta’ metall mhux ferruż. Ir-ruttam tar-ram għandu għalhekk ikun pur biżżejjed u jilħaq l-istandards relevanti jew l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa mill-industrija tal-produzzjoni tal-metall mhux ferruż.

(3)

Il-kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart għandhom jiżguraw li r-ruttam tar-ram li jirriżulta minn operazzjoni ta’ rkupru jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-industrija tal-produzzjoni tal-metall mhux ferruż, li dan ikun konformi mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti u li ma jwassalx għal impatti globali negattivi fuq l-ambjent jew fuq saħħet il-bniedem. Ir-rapporti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li l-kriterji proposti dwar l-iskart li jintuża bħala materjal li jiddaħħal fl-operazzjoni ta’ rkupru, dwar il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament, kif ukoll dwar ir-ruttam tar-ram li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru jilħqu dawk l-għanijiet minħabba li għandhom jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ ruttam tar-ram bla propjetajiet perikolużi u ħieles biżżejjed minn metalli għajr ram u komposti mhux metalliċi.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-kriterji, huwa xieraq li jkun ipprovdut li jinħareġ tagħrif dwar ir-ruttam tar-ram li ma baqax jitqies bħala skart u li tiġi implimentata sistema ta’ ġestjoni.

(5)

Tista’ tkun meħtieġa reviżjoni tal-kriterji jekk, fuq il-bażi ta’ monitoraġġ tal-iżvilupp tal-kundizzjonijiet tas-suq għar-ruttam tar-ram, jiġu nnutati effetti ħżiena fuq is-swieq tar-riċiklaġġ għar-ruttam tar-ram, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mad-disponibbiltà ta’ tali ruttam u mal-aċċess għalih.

(6)

Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw irwieħhom għall-kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart, huwa xieraq li jingħata perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma’ dan ir-Regolament jibda japplika.

(7)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE ma tax opinjoni dwar il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għalhekk issottomettiet proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u bagħtitha lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill ma aġixxix fi żmien il-perjodu ta’ xahrejn (2) stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2), u għalhekk il-Kummissjoni ressqet il-proposta quddiem il-Parlament Ewropew mingħajr dewmien. Il-Parlament Ewropew ma opponiex il-miżura fi żmien 4 xhur mit-tressiq imsemmi hawn fuq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.

Barra minn hekk id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1.

“ruttam tar-ram” tfisser ruttam tal-metall li jikkonsisti prinċipalment f’ramm u f’ligi tar-ram;

2.

“detentur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha fil-pussess tagħha r-ruttam tar-ram;

3.

“produttur” tfisser id-detentur li jittrasferixxi r-ruttam tar-ram lil detentur ieħor għall-ewwel darba bħala ruttam tar-ram li ma baqax jitqies bħala skart;

4.

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi ruttam tar-ram li ma baqax jitqies bħala skart fit-territorju doganali tal-Unjoni;

5.

“persunal ikkwalifikat” tfisser persunal li huwa kkwalifikat bl-esperjenza jew bit-taħriġ biex jimmonitorja u jivvaluta l-propjetajiet tar-ruttam tar-ram;

6.

“spezzjoni viżwali” tfisser spezzjoni tar-ruttam tar-ram li tkopri l-partijiet kollha ta’ kunsinna u li ssir permezz tas-sensi tal-bniedem jew permezz ta’ kwalunkwe tagħmir mhux speċjalizzat;

7.

“kunsinna” tfisser lott ta’ ruttam tar-ram li huwa maħsub biex jiġi kkonsenjat minn produttur lil detentur ieħor u li jista’ jinżamm f’unità tat-trasport waħda jew iktar, bħall-kontejners.

Artikolu 3

Il-kriterji għar-ruttam tar-ram

Ir-ruttam tar-ram ma għandux jibqa’ jitqies bħala skart meta, mat-trasferiment mill-produttur lil detentur ieħor, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

ir-ruttam tar-ram li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I;

2.

l-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

3.

l-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru ġie ttrattat skont il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness I;

4.

il-produttur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

Artikolu 4

Dikjarazzjoni tal-konformità

1.   Il-produttur jew l-importatur għandu joħroġ, għal kull kunsinna ta’ ruttam tar-ram, dikjarazzjoni ta’ konformità li tkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Anness II.

2.   Il-produttur jew l-importatur għandu jagħti d-dikjarazzjoni ta’ konformità lid-detentur tal-kunsinna tar-ruttam tar-ram li jmiss. Il-produttur jew l-importatur għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal mill-inqas sena wara d-data tal-ħruġ tagħha u għandu jqiegħdha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta jintalab jagħmel dan.

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkun f’forma elettronika.

Artikolu 5

Sistema ta’ ġestjoni

1.   Il-produttur għandu jimplimenta sistema ta’ mmanniġjar adattata biex turi l-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3.

2.   Is-sistema ta’ mmanniġjar għandu jkun fiha sett ta’ proċeduri dokumentati dwar kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ tal-kwalità tar-ruttam tar-ram li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness I (inklużi t-teħid tal-kampjuni u l-analiżi);

(b)

l-effettività tal-monitoraġġ tar-radjazzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 1.5 tal-Anness I;

(c)

l-aċċettazzjoni tal-kontroll tal-iskart li ntuża bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(d)

il-monitoraġġ tal-proċessi u tat-tekniki ta’ trattament deskritti fit-Taqsima 3.3 tal-Anness I;

(e)

ir-reazzjoni tal-konsumaturi dwar il-konformità mal-kwalità tar-ruttam tar-ram;

(f)

iż-żamma tar-reġistri tar-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punti (a) sa (d);

(g)

ir-reviżjoni u t-titjib tas-sistema ta’ mmanniġjar;

(h)

it-taħriġ tal-persunal.

3.   Is-sistema ta’ mmanniġjar għandha tippreskrivi wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ stabbiliti fl-Anness I għal kull kriterju.

4.   Fejn kwalunkwe wieħed mit-trattamenti msemmija fit-Taqsima 3.3 tal-Anness I jitwettaq minn detentur preċedenti, il-produttur għandu jiżgura ruħu li l-fornitur jimplimenta sistema ta’ ġestjoni li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

5.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li kiseb akkreditazzjoni skont dak ir-Regolament, jew kwalunkwe verifikatur ambjentali ieħor, kif iddefinit fl-Artikolu 2 (20) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li huwa kkreditat jew illiċenzjat ma’ dak ir-Regolament, għandu jivverifika li s-sistema ta’ mmanniġġjar tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. Il-verifika għandha titwettaq kull tliet snin.

Huma biss verifikaturi b’dan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ akkreditament jew liċenzja bbażata fuq il-Kodiċi tan-NACE kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li għandhom jitqiesu bħala li għandhom biżżejjed esperjenza speċifika biex iwettqu l-verifika msemmija f’dan ir-Regolament.

(a)

* Kodiċi NACE 38 (Attivitajiet ta’ ġbir, trattament u rimi tal-iskart; irkupru ta’ materjali); jew

(b)

* Kodiċi NACE 24 (Manifattura ta’ metalli bażiċi) speċjalment li jinkludu s-subkodiċi 24.44 (Produzzjoni tar-ram).

6.   L-importatur għandu jeżiġi li l-fornituri tiegħu jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 u li tkun ġiet ivverifikata minn verifikatur estern indipendenti.

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-fornitur għandha tiġi ċċertifikata minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li huwa akkreditat minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

korp ta’ akkreditament li ġie rivedut b’suċċess bejn il-pari għal din l-attività mill-korp rikonoxxut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(b)

verifikatur ambjentali li huwa akkreditat jew liċenzjat minn korp ta’ akkreditament jew ta’ liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 li huwa wkoll suġġett għal reviżjoni bejn il-pari skont l-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament.

Il-verifikaturi li jixtiequ joperaw f’pajjiżi terzi għandhom jiksbu akkreditazzjoni jew liċenzja speċifika, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE (6).

7.   Il-produttur għandu jagħti aċċess għas-sistema ta’ mmanniġjar lill-awtoritajiet kompetenti meta jintalab jagħmel dan.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(2)   ĠU L 184, 17.7.1999. p. 23.

(3)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(4)   ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(6)   ĠU L 330, 14.12.2011, p. 25.


ANNESS I

Il-kriterji għar-ruttam tar-ram

Kriterji

Rekwiżiti ta’ awtomonitoraġġ

Taqsima 1.   Il-kwalità tar-ruttam tar-ram li tirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru

1.1.

Ir-ruttam għandu jkun ikklassifikat skont speċifikazzjoni tal-klijent, speċifikazzjoni tal-industrija jew standard għal użu dirett fil-produzzjoni ta’ sustanzi jew ta’ oġġetti metalliċi minn dawk li jdewbu l-metall, raffinaturi tal-metall, dawk li jerġgħu jdewbu l-metall jew produtturi oħra tal-metall.

Persunal kwalifikat għandu jikklassifika kull konsenja.

1.2.

L-ammont totali ta’ impuritajiet għandu jkun ta’ ≤ 2 % skont il-piż.

L-impuritajiet huma:

metalli li mhumiex ram u ligi tar-ram;

materjali mhux metalliċi bħal ħamrija, trab, insulazzjoni u ħġieġ;

materjali kombustibbli u mhux metalliċi bħal lastku, plastik, drapp, injam u sustanzi kimiċi jew organiċi oħrajn;

gagazza, ħmieġ tal-metall, xkumar, trabijiet tal-filtri tal-arja, trabijiet tat-tagħmir tat-tħin, ħama

Persunal kwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja.

F’intervalli xierqa (mill-inqas kull 6 xhur), għandhom jiġu analizzati kampjuni rappreżentattivi ta’ kull grad tar-ruttam tar-ram biex jitkejjel l-ammont totali ta’ impuritajiet. L-ammont totali ta’ impuritajiet għandu jitkejjel skont il-piż wara li l-partiċelli u l-oġġetti metalliċi tar-ram/ligi tar-ram ikunu ġew isseparati mill-partiċelli u mill-oġġetti li jikkonsistu f’impuritajiet billi jintgħażlu bl-idejn jew b’mezzi oħrajn ta’ separazzjoni (bħal ‘kalamita jew abbażi tad-densità).

Il-frekwenzi xierqa tal-analiżi tal-kampjuni rappreżentattivi għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

it-tendenza mistennija tal-varjabbiltà (pereżempju kif murija mir-riżultati storiċi);

ir-riskju inerenti ta’ varjabbiltà fil-kwalità tal-iskart li ntuża bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru u fil-prestazzjoni tal-proċessi ta’ trattament;

il-preċiżjoni inerenti tal-metodu ta’ monitoraġġ; u wkoll

il-qrubija tar-riżultati għall-valuri ta’ limitu għall-ammont totali ta’ impuritajiet.

Il-proċess tad-determinazzjoni tal-frekwenzi tal-monitoraġġ għandu jkun iddokumentat bħala parti mis-sistema ta’ mmanniġjar u għandu jkun disponibbli għall-verifiki.

1.3.

Ir-ruttam ma għandux ikun fih ossidu tal-metall eċċessiv fi kwalunkwe forma, ħlief għall-ammonti tipiċi li jirriżultaw minn ħażna fuq barra ta’ ruttam ippreparat f’kundizzjonijiet atmosferiċi normali.

Persunal kwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja.

1.4.

Ir-ruttam ma għandux ikollu żejt viżibbli, emulsjonijiet żejtnija, lubrikanti jew griż ħlief għal ammonti negliġibbli li ma jwasslux għal taqtir.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull kunsinna, u għandu joqgħod attent l-iktar għal dawk il-partijiet minn fejn hemm l-iktar ċans li jibda jqattar iż-żejt.

1.5.

Ma hemm bżonn tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rispons skont regoli nazzjonali jew internazzjonali dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għar-ruttam ta’ metall radjuattiv.

Dan ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku adottata skont il-Kapitolu III tat-Trattat tal-Euratom, partikolarment d-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom (1).

Persunal ikkwalifikat għandu jimmonitorja r-radjoattività ta’ kull kunsinna. Kull kunsinna ta’ ruttam għandu jkollha magħha ċertifikat, stabbilit skont regoli nazzjonali jew internazzjonali, dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għar-ruttam tal-metall radjoattiv. Iċ-ċertifikat jista’ jiġi inkluż fid-dokumentazzjoni l-oħra li takkumpanja l-kunsinna.

1.6.

Ir-ruttam ma għandu juri l-ebda waħda mill-propjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE. Ir-ruttam għandu jkun konformi mal-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (2) u ma għandux jaqbeż il-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament Nru (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Il-propjetajiet tal-ligi tal-metalli inklużi fil-ligi tar-ram mhumiex rilevanti għal dan ir-rekwiżit.

Persunal ikkwalifikat għandu jinvestiga kull kunsinna permezz ta’ spezzjoni viżwali. Fejn l-ispezzjoni viżwali tqajjem xi suspett ta’ possibbiltà ta’ propjetajiet perikolużi, għandhom jittieħdu iktar miżuri xierqa ta’ monitoraġġ, bħat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar fejn ikun xieraq. Il-persunal għandu jitħarreġ dwar il-propjetajiet perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mar-ruttam tar-ram u dwar il-karatteristiċi li jippermettu lil dak li jkun jagħraf il-propjetajiet perikolużi. Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-materjali perikolużi għandha tkun iddokumentata fis-sistema tal-immanniġjar.

1.7.

Ir-ruttam ma għandu l-ebda kontenitur taħt pressjoni, magħluq, jew mhux miftuħ biżżejjed li jista’ jikkawża splużjonijiet f’forn tax-xogħol fil-metall.

Persunal ikkwalifikat għandu jinvestiga kull kunsinna permezz ta’ spezzjoni viżwali.

1.8.

Ir-ruttam ma għandux ikun fih klorur tal-polivinil fil-forma ta’ kisi, żebgħa jew plastik residwu.

Persunal ikkwalifikat għandu jinvestiga kull kunsinna permezz ta’ spezzjoni viżwali.

Taqsima 2.   L-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru

2.1.

L-iskart li kien fih ram jew ligi tar-ramm rikoverabbli biss jista’ jintuża bħala materja prima.

2.2.

L-iskart perikoluż ma għandux jintuża bħala materja prima ħlief fejn jingħataw provi li jkunu ġew applikati l-proċessi u t-tekniki speċifikati fil-‘kriterji dwar it-trattament u t-tekniki’ biex jitneħħew il-propjetajiet perikolużi kollha.

2.3.

L-iskart li ġej ma għandux jintuża bħala materja prima:

limatura u serratura li fihom fluwidi bħal żejt jew emulsjonijiet żejtnija u

l-btieti u l-kontenituri, ħlief għat-tagħmir minn vetturi li ma għadhomx jintużaw, li fihom jew li kien fihom iż-żejt jew iż-żebgħa.

Il-kontroll tal-aċċettazzjoni tal-iskart kollu li jasal (permezz ta’ spezzjoni viżwali) u tad-dokumentazzjoni li takkumpanjah għandu jitwettaq minn persunal ikkwalifikat li jkun ingħata taħriġ dwar kif jagħraf l-iskart li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti f’din it-Taqsima.

Taqsima 3.   Il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament

3.1.

Ir-ruttam tar-ram għandu jkun ġie sseparat mill-ewwel fis-sors jew waqt il-ġbir jew l-iskart ta’ materja prima għandu jkun ġie ttrattat sabiex ir-ruttam tar-ram jiġi sseparat mill-komponenti mhux metalliċi u minn dawk tal-metall li ma fihomx ramm. Ir-ruttam tar-ram li jinkiseb minn dawn l-operazzjonijiet għandu jinżamm separat minn kwalunkwe skart ieħor.

3.2.

It-trattamenti mekkaniċi kollha (bħall-qtugħ, ġeżżież, tqattigħ f’biċċiet żgħar jew il-granulazzjoni; l-għażla, is-separazzjoni, it-tindif, it-tneħħija tas-sustanzi li jniġġsu, l-iżvujtar) li huma meħtieġa biex jiġi ppreparat ir-ruttam tal-metall għall-użu finali dirett tiegħu bħala materja prima għandhom ikunu tlestew.

3.3.

Għall-iskart li jkun fih komponenti perikolużi, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti speċifiċi li ġejjin:

Il-materja prima li tkun ġejja minn skart ta’ tagħmir elettriku jew elettroniku jew minn vetturi li ma għadhomx jintużaw għandha tkun għaddiet mit-trattamenti kollha mitluba mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

Il-klorofluworokarbonji f’tagħmir imwarrab għandhom ikunu nqabdu fi proċess approvat mill-awtoritajiet kompetenti;

Il-kejbils għandu jkunu tqattgħu biċċa biċċa jew għandu jkun tneħħilhom il-kisi. Jekk kejbil ikun fih kisi organiku (tal-plastik), il-kisi organiku għandu jkun tneħħa bl-aħjar tekniki disponibbli;

Il-btieti u l-kontenituri għandhom ikunu żvujtati u mnaddfa;

Is-sustanzi perikolużi fl-iskart li ma ssemmiex fil-punt (1) għandhom ikunu tneħħew b’mod effiċjenti fi proċess li jkun approvat mill-awtorità kompetenti.

 


(1)   ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

(2)   ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(3)   ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(4)   ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(5)   ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.


ANNESS II

Dikjarazzjoni ta’ Konformità mal-kriterji li jiddeterminaw meta l-iskart ma jibqax jitqies bħala tali, imsemmija fl-Artikolu 4(1)

1.

Produttur/importatur tar-ruttam tar-ram:

Isem:

Indirizz:

Persuna ta’ kuntatt:

Numru tat-telefown:

Faks:

E-mail:

2.

(a)

L-isem jew il-kodiċi tal-kategorija tar-ruttam tar-ram, skont speċifikazzjoni jew standard tal-industrija:

(b)

Fejn rilevanti, id-dispożizzjonijiet tekniċi prinċipali ta’ speċifikazzjoni tal-klijent, bħall-kompożizzjoni, id-daqs, it-tip u l-propjetajiet:

3.

Il-kunsinna tar-ruttam tar-ram tikkonforma mal-ispeċifikazzjoni jew l-istandard tal-industrija msemmi fil-punt 2(a) jew mal-ispeċifikazzjoni tal-konsumatur fil-punt 2(b).

4.

Kwantità tal-konsenja f’kg:

5.

Ġie stabbilit ċertifikat ta’ test għar-radjoattività skont ir-regoli nazzjonali jew internazzjonali dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għar-ruttam ta’ metall radjoattiv.

6.

Il-produttur tar-ruttam tal-metall japplika sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li hija konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2013, li ġiet ivverifikata minn korp akkreditat ta’ valutazzjoni tal-konformità jew minn verifikatur ambjentali jew, f’każ li r-ruttam tal-metall li ma baqax jitqies bħala skart jiġi impurtat fit-territorju doganali tal-Unjoni, minn verifikatur estern indipendenti.

7.

Il-kunsinna ta’ ruttam tal-metall tissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 715/2013.

8.

Dikjarazzjoni tal-produttur/tal-importatur tar-ruttam tal-metall: Jiena niċċertifika li, skont l-aħjar għarfien tiegħi, it-tagħrif mogħti hawn fuq huwa komplut u korrett:

Isem:

Data:

Firma:


26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 716/2013

tal-25 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 27 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi fl-Istati Membri, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ termini komposti, allużjonijiet, denominazzjonijiet tal-bejgħ u indikazzjonijiet ġeografiċi għall-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, xorb spirituż jew oġġett tal-ikel ieħor jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikollu fil-preżentazzjoni tiegħu terminu kompost li jinkludi l-isem ta’ waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jew waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament jew jista’ jkun fih allużjoni waħda jew iżjed li jinkludu waħda jew aktar minn dawk il-kategoriji jew indikazzjonijiet ġeografiċi. Sabiex jiġi żgurat l-użu uniformi ta’ termini komposti u allużjonijiet fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-użu tagħhom għall-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż u oġġetti oħrajn tal-ikel.

(3)

Meta jkun hemm referenza għal ċertu xorb spirituż fil-preżentazzjoni ta’ oġġett tal-ikel, dak ix-xorb spirituż għandu jikkonforma bis-sħiħ mar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u ma jiġix dilwit. Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata t-tifsira tat-terminu “dilwizzjoni” meta qed tirreferi għal xorb spirituż, peress li ċerti proċessi ta’ manifattura ma għandhomx jitqiesu bħala dilwizzjoni.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jiġu ssodisfati, l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jiġu eżaminati mill-Kummissjoni u għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-implimentazzjoni dettaljati dwar il-proċeduri ta’ applikazzjoni, eżami, oġġezzjoni u kanċellazzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż. Biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi ta’ dawk ir-regoli, għandhom jitfasslu mudelli tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-fajl tekniku, id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni, l-emenda tal-fajl tekniku u l-kanċellazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika.

(5)

Biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u pajjiżi terzi fir-rigward ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajls tekniċi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tagħhom, minbarra l-fajls tekniċi kompluti.

(6)

Restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-ippakkjar ta’ xorb spirituż b’indikazzjoni ġeografika, bħalma hu l-obbligu li x-xorb spirituż jiġi ppakkjajt f’żona ġeografika definita, jikkostitwixxu restrizzjonijiet fuq il-moviment ħieles tal-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu neċessarji, proporzjonati u xierqa biex jipproteġu r-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.

(7)

Għandu jiġi stabbilit simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż sabiex il-konsumatur ikun jista’ jidentifika ċertu xorb spirituż li l-karatteristiċi tiegħu huma marbuta mal-oriġini tax-xorb.

(8)

Meta wieħed jikkunsidra ż-żmien meħtieġ mill-Istati Membri biex jimplimentaw il-miżuri marbutin mal-użu tat-termini komposti u l-allużjonijiet, l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri għandha tiġi differita.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 b’mod partikolari:

(a)

l-użu ta’ termini komposti u allużjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ oġġett tal-ikel;

(b)

l-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u l-użu ta’ simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“xorb spirituż” tfisser waħda mill-kategoriji 1 sa 46 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008;

(b)

“indikazzjoni ġeografika” tfisser waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008;

(c)

“terminu kompost” tfisser il-kombinazzjoni ta’ terminu elenkat fil-kategoriji 1 sa 46 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jew indikazzjoni ġeografika ta’ xorb spirituż, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, flimkien ma’:

(i)

l-isem ta’ wieħed jew aktar mill-oġġetti tal-ikel ħlief dawk użati għall-produzzjoni ta’ dak ix-xorb spirituż skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, jew aġġettivi li joħorġu minn dawk l-ismijiet, u/jew

(ii)

it-terminu “likur”;

(d)

“allużjoni” tfisser referenza diretta jew indiretta għal waħda jew aktar mill-kategoriji jew indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż, għajr ir-referenza f’terminu kompost jew lista ta’ ingredjenti msemmija fl-Artikolu 9(9) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

KAPITOLU II

REGOLI DWAR L-UŻU TA’ TERMINI KOMPOSTI U ALLUŻJONIJIET

Artikolu 3

Termini komposti

1.   It-terminu “xorb spirituż” ma għandux ikun parti minn terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika.

2.   Terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika ma għandux jikkonsisti minn kumbinazzjoni tat-terminu “likur” bl-isem ta’ waħda mill-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

3.   Terminu kompost ma għandux jieħu post id-denominazzjoni tal-bejgħ ta’ xorb spirituż.

4.   It-terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika għandu jidher b’karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur. Dan ma għandux jiġi interrott b’xi element testwali jew ta’ stampi li ma jifformawx parti minnu u ma għandux jidher f’daqs tat-tipa akbar minn dik tad-denominazzjoni tal-bejgħ.

Artikolu 4

Allużjonijiet

L-allużjoni għal xi kategorija jew indikazzjoni ġeografika ta’ xorb spirituż, bħala preżentazzjoni ta’ oġġett tal-ikel, ma għandhiex tidher fl-istess linja bħad-denominazzjoni tal-bejgħ. Għax-xarbiet alkoħoliċi, l-allużjoni għandha tidher f’daqs ta’ tipa iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u t-terminu kompost.

Artikolu 5

Dilwizzjoni ta’ xorb spirituż

Għall-finijiet tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, it-tnaqqis tal-qawwa alkoħolika ta’ xorb spirituż taħt il-qawwa alkoħolika minima stabbilita għal dak ix-xorb spirituż fil-kategorija korrispondenti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, esklussivament biż-żieda ta’ ilma, għandu jitqies bħala dilwizzjoni.

KAPITOLU III

INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

Artikolu 6

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni u tkun magħmula mill-:

(a)

formola tal-applikazzjoni, skont il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(b)

fajl tekniku, skont il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(c)

ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku msemmi fil-punt (b).

Artikolu 7

Applikazzjonijiet transfruntieri

1.   Fil-każ li indikazzjoni ġeografika transfruntieri tinvolvi biss Stati Membri, l-applikazzjoni rilevanti għandha tiġi ppreżentata b’mod konġunt jew minn wieħed mill-Istati Membri f’isem l-oħrajn. Fil-każ tal-aħħar, l-applikazzjoni għandha tinkludi dokument minn kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra konċeranti li jawtorizza l-Istat Membru jressaq l-applikazzjoni biex jaġixxi f’ismu.

Meta indikazzjoni ġeografika transfruntieri tinvolvi pajjiżi terzi biss, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni jew minn wieħed mill-applikanti f’isem l-oħrajn jew minn wieħed mill-pajjiżi terzi f’isem l-oħrajn u għandha tinkludi:

(a)

il-prova tal-protezzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati; u

(b)

dokument minn kull wieħed mill-pajjiżi terzi l-oħra kkonċernati li jawtorizza l-pajjiż terz li jippreżenta l-applikazzjoni sabiex jaġixxi f’ismu.

Fil-każ li indikazzjoni ġeografika transfruntieri tinvolvi mill-inqas Stat Membru wieħed u mill-inqas pajjiż terz wieħed, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni minn wieħed mill-Istati Membri, l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew entitajiet privati mill-pajjiż terz inkwistjoni u għandha tinkludi:

(a)

il-prova tal-protezzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati; u

(b)

dokument minn kull wieħed mill-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi kkonċernati li jawtorizza l-parti li tippreżenta l-applikazzjoni biex taġixxi f’ismu.

2.   L-Istat Membru jew l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni, li tippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni transfruntieri għandha ssir d-destinatarja ta’ kwalunkwe notifika jew deċiżjoni maħruġa mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Il-wasla tal-applikazzjoni

1.   Id-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għandha tkun id-data tal-wasla tagħha mill-Kummissjoni.

2.   L-Istat Membru jew l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni għandha tirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika dan li ġej:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

l-isem li se jiġi rreġistrat;

(c)

in-numru ta’ paġni rċevuti;

(d)

id-data tal-wasla tal-applikazzjoni.

Artikolu 9

Indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti

1.   Jekk il-fajl tekniku għal indikazzjoni ġeografika stabbilita, ippreżentat skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 ma jurix li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(1) ta’ dak ir-Regolament ġew issodisfati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi perjodu ta’ żmien biex jiġi emendat jew irtirat jew biex jitressqu kummenti mill-Istat Membru.

2.   Jekk dawn in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati mill-Istat Membru fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu, il-fajl tekniku għandu jitqies li ma ġiex ppreżentat u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu japplika.

Artikolu 10

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika kkonċernata

Jekk il-fajl tekniku jistabbilixxi li l-imballaġġ tax-xorb spirituż għandu jitwettaq fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata jew f’żona li tinsab qrib ħafna tiegħu, għandha tingħata ġustifikazzjoni għal dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

Artikolu 11

L-ammissibilità tal-applikazzjoni

1.   L-applikazzjoni hija ammissibbli jekk din tikkonsisti mill-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 6.

2.   Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta l-Kummissjoni għandha tistieden lill-applikant sabiex jirrimedja d-defiċejnza fi żmien xahrejn. Jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mhux ammissibbli.

Artikolu 12

L-iskrutinju tal-kundizzjonijiet tal-validità

1.   Jekk indikazzjoni ġeografika ma tkunx konformi mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jew jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni għandha tiffissa perjodu ta’ żmien biex tiġi emendata jew irtirata jew biex jitressqu kummenti mill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni.

2.   Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati mill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni.

Artikolu 13

Oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni

1.   L-oġġezzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitfasslu f’konformità mal-forma stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament u ppreżentati lill-Kummissjoni. Id-data tal-preżentazzjoni tal-oġġezzjoni għandha tkun id-data tal-wasla tagħha mill-Kummissjoni.

2.   Il-persuna li toġġezzjona għandha tirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika dan li ġej:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

in-numru ta’ paġni rċevuti;

(c)

id-data tal-wasla tal-oġġezzjoni.

Artikolu 14

L-ammissibilità ta’ oġġezzjoni

1.   L-oġġezzjoni tkun ammissibbli jekk issemmi d-dritt(ijiet) preeżistenti ddikjarati, fejn rilevanti, u r-raġuni(jiet) għall-oġġezzjoni u li waslet fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

2.   Jekk l-oġġezzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta’ marka kummerċjali preċedenti, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, l-oġġezzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-prova tat-tressiq tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, ir-reġistrazzjoni jew l-użu ta’ dik il-marka kummerċjali, bħaċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jew il-prova tal-użu tagħha, u l-prova tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent tagħha.

3.   Kwalunkwe oġġezzjoni għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti ppreżentati bħala appoġġ għall-oġġezzjoni, akkumpanjati mid-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti.

L-informazzjoni u l-evidenza ppreżentati b’appoġġ għall-użu ta’ marka kummerċjali preċedenti għandhom jirreferu għall-post, it-tul ta’ żmien, id-daqs u n-natura tal-użu tal-marka kummerċjali preċedenti, u tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent tagħha.

4.   Jekk l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma jkunux ġew prodotti, il-Kummissjoni għandha tistieden lil dak li oġġezzjona jirrimedja n-nuqqasijiet f’perjodu ta’ xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-oġġezzjoni bħala mhux ammissibbli.

Artikolu 15

L-iskrutinju ta’ oġġezzjoni

1.   Jekk l-oġġezzjoni hija ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tikkomunikaha lill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni u tistedinhom jippreżentaw osservazzjonijiet fi żmien perjodu ta’ xahrejn. Kwalunkwe osservazzjonijiet rċevuti f’dan il-perjodu ta’ żmien għandhom jiġu kkomunikati lill-persuna li toġġezzjona.

2.   Il-Kummissjoni għandha titlob lill-partijiet biex jippreżentaw kummenti dwar l-osservazzjonjiet li waslu mill-partijiet l-oħrajn f’perjodu ta’ xahrejn.

3.   Jekk il-Kummissjoni tqis li l-oġġezzjoni tkun fondata, din għandha tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

4.   Jekk, fil-każ ta’ ħafna oġġezzjonijiet, wara eżami preliminari ta’ oġġezzjoni bħal din jew iktar, jista’ ma jkunx possibbli li l-applikazzjoni tiġi aċċettata għar-reġistrazzjoni; il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-proċeduri l-oħrajn ta’ oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persuni l-oħrajn li joġġezzjonaw bi kwalunkwe deċiżjoni li taffettwahom.

5.   Meta tiġi rrifjutata applikazzjoni għal reġistrazzjoni, il-proċeduri ta’ oġġezzjoni li ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqin u l-persuni kkonċernati li joġġezzjonaw għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

Artikolu 16

Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

1.   Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 9(2), 11(2), 12(2) u 15(3) għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli lilha.

Id-deċiżjonijiet, inklużi r-raġunijiet għalihom, għandhom jiġu notifikati lill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni, u, jekk ikun il-każ, lil dawk li joġġezzjonaw.

2.   Sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika hija rrifjutata skont l-Artikoli 11(2), 12(2) u 15(3) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 17(8) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex tirreġistra l-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 17

L-użu tal-lingwi

L-indikazzjoni ġeografika għandha tiġi reġistrata bil-lingwa/i użata/i biex tiddeskrivi/jiddeskrivu l-prodott inkwistjoni fiż-żona ġeografika kkonċernata u bl-ortografija oriġinali tagħha.

Artikolu 18

Preżentazzjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni

1.   Talba għal kanċellazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika għandha titfassal skont il-forma stabbilita fl-Anness IV u għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Id-data tal-preżentazzjoni tat-talba ta’ kanċellazzjoni għandha tkun id-data tal-wasla tagħha fil-Kummissjoni.

2.   L-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni għandu jirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

in-numru ta’ paġni rċevuti; kif ukoll

(c)

id-data tal-wasla tat-talba.

Artikolu 19

Ammissibilità ta’ talba għall-kanċellazzjoni

1.   Talba għall-kanċellazzjoni hija ammissibbli, jekk tiddikjara b’mod ċar l-interess leġittimu tal-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni u tispjega r-raġuni(jiet) għal tali kanċellazzjoni.

2.   Kwalunkwe talba għall-kanċellazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti ppreżentati b’appoġġ għall-kanċellazzjoni. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti rilevanti ta’ appoġġ u b’mod partikolari, b’dikjarazzjoni mingħand l-Istat Membru jew l-awtorità tal-pajjiż terz fejn ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-awtur tat-talba huwa lokalizzat.

3.   Jekk l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jkunux ingħataw fl-istess żmien tat-talba għall-kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistieden lil dak li oġġezzjona jirrimedja n-nuqqasijiet fi żmien xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talba bħala mhux ammissibbli.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni kif ukoll lill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz, li l-indikazzjoni ġeografika tagħhom hija affettwata mit-talba għall-kanċellazzjoni, tad-Deċiżjoni ta’ inammissibbiltà.

Artikolu 20

L-iskrutinju ta’ kanċellazzjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrifjutat it-talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 19(3), din għandha tikkomunika t-talba lill-Istat Membru jew l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz, li l-indikazzjoni ġeografika tagħhom hija affettwata mit-talba għall-kanċellazzjoni, u tistedinhom jippreżentaw osservazzjonijiet fi żmien xahrejn. Kwalunkwe osservazzjoni riċevuta f’dan iż-żmien limitat għandha tiġi kkomunikata lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq kanċellazzjoni jekk l-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni ma tippreżentax xi osservazzjoni jew ma tikkonformax mal-limitu taż-żmien ta’ xahrejn.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li tħassar l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-evidenza disponibbli lilha wara li tgħaddi d-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet. Din għandha tikkonsidra jekk il-konformità mal-fajl tekniku tal-indikazzjoni ġeografika ma għadhiex ikar possibbli jew ma tistax tibqa’ tiġi garantita, partikolarment jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 ma għadhomx jiġu ssodisfati jew ma jistgħux jibqgħu jiġu ssodisfati fil-futur qrib.

Tali deċiżjoni għall-kanċellazzjoni għandha tiġi notifikata lill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni jew lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni.

4.   Jekk aktar minn talba waħda għall-kanċellazzjoni dwar l-istess indikazzjoni ġeografika tkun ġiet ippreżentata u, wara eżami preliminari ta’ waħda jew aktar minn dawn it-talbiet, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma għadux iġġustifikat li l-indikazzjoni ġeografika tibqa’ protetta, din tista’ tissospendi l-proċeduri ta’ kanċellazzjoni oħrajn dwar dik l-indikazzjoni ġeografika. Din għandha tinforma lill-awturi l-oħrajn tat-talbiet għall-kanċellazzjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li taffettwahom.

Jekk indikazzjoni ġeografika tiġi kkanċellata, il-Kummissjoni għandha tagħlaq il-proċeduri ta’ kanċellazzjoni li ġew sospiżi u tinforma lill-awturi l-oħrajn bit-talba għall-kanċellazzjoni skont kif inhu xieraq.

Artikolu 21

Emenda fil-fajl tekniku

1.   Applikazzjoni għall-emenda fil-fajl tekniku relatat ma’ indikazzjoni ġeografika reġistrata, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandha titfassal skont l-Anness V ta’ dan ir-Regolament u tiġi ippreżentata f’format elettroniku.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikoli 8 sa 15 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis. Dawn il-proċeduri għandhom jikkonċernaw biss il-punti tal-fajl tekniku li huma s-suġġett ta’ din l-emenda.

3.   Meta applikazzjoni għall-emenda fil-fajl tekniku tiġi ppreżentata minn applikant li mhuwiex l-applikant inizjali, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-applikazzjoni lill-applikant inizjali.

Artikolu 22

L-użu ta’ simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati

1.   Is-simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati stabbilit fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (2) jista’ jintuża għal xorb spirituż. Dak is-simbolu ma jistax jintuża flimkien ma’ terminu kompost li jinkludi indikazzjoni ġeografika. L-indikazzjoni “INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA” tista’ tinbidel bit-termini ekwivalenti f’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni kif stabbilit f’dak l-Anness.

2.   Fejn is-simbolu tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 jidher fuq it-tikketta ta’ xorb spirituż, dan għandu jkun akkumpanjat minn indikazzjoni ġeografika korrispondenti.

KAPITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċcjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2013. L-Artikoli 3 u 4 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


ANNESS I

APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa użata għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-indikazzjoni ġeografika li se tiġi rreġistrata

Kategorija tax-xorb spirituż:

Applikanti

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-istatus legali, id-daqs u l-kompożizzjoni (fil-każ ta’ persuni legali)

Nazzjonalità …

Tel., e-mail …

Intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*) —

L-awtorità tal-pajjiż terz (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Tel., e-mail …

L-evidenza tal-protezzjoni fil-pajjiż terz

Fajl tekniku

In-numru ta’ paġni …

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

Firma/firem …


ANNESS II

IL-FAJL TEKNIKU

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa użata għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-indikazzjoni ġeografika li se tiġi rreġistrata

Kategorija tax-xorb spirituż:

Id-deskrizzjoni tax-xorb spirituż:

Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi

Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija)

Iż-żona ġeografika kkonċernata,

Il-metodu kif isir ix-xorb spirituż

Rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini

Id-dettalji taż-żona ġeografika jew l-oriġini, rilevanti għar-rabta;

Karatteristiċi speċifiċi tax-xorb spirituż li għandhom rabta maż-żona ġeografika

Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Applikanti

Stat Membru, Pajjiż Terz jew persuna legali/naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-istatus legali (fil-każ ta’ persuni legali) …

Suppliment mal-isem tal-indikazzjoni ġeografika

Regoli speċifiċi għat-tikkettar


ANNESS III

TALBA GĦALL-OĠĠEZZJONI GĦAL INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluża din il-paġna) …

Il-lingwa tat-talba għall-oġġezzjoni …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

Il-persuna li toġġezzjona

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Nazzjonalità …

Tel., e-mail …

Intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*)

L-awtorità tal-pajjiż terz (fakultattiva) (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-Indikazzjoni ġeografika oġġezzjonata

Id-drittijiet ta’ qabel

Indikazzjoni ġeografika reġistrata (*)

Indikazzjoni ġeografika nazzjonali (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Isem …

In-numru tar-reġistrazzjoni …

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

Marka kummerċjali

Sinjal …

Lista ta’ prodotti u servizzi …

In-numru tar-reġistrazzjoni …

Id-data tar-reġistrazzjoni …

Il-pajjiż tal-oriġini …

Ir-reputazzjoni/il-fama (*) …

[(*) ħassar kif jixraq]

Ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni

Isem il-firmatarju …

Firma: …


ANNESS IV

TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluża din il-paġna) …

L-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

Il-lingwa tat-talba għall-kanċellazzjoni

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż)

Nazzjonalità …

Tel., e-mail …

L-Indikazzjoni ġeografika kontestata (*)

L-interess leġittimu tal-awtur tat-talba

Dikjarazzjoni mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz

Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni

Isem il-firmatarju …

Firma: …


ANNESS V

APPLIKAZZJONI FL-EMENDA GĦALL-FAJL TEKNIKU TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluża din il-paġna) …

Il-lingwa tal-emenda …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

Intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*) —

L-awtorità tal-pajjiż terz (fakultattiva) (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Tel., e-mail …

Isem l-indikazzjoni ġeografika:

Titlu tal-ispeċifikazzjoni affetwata mill-emenda

L-isem protett (*)

Deskrizzjoni tal-prodott (*)

Żona ġeografika (*)

Rabta (*)

L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet tal-kontroll (*)

Oħrajn (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Emenda

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma twassalx għal emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ewlenin (*)

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li twassal għal emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ewlenin (*)

[(*) ħassar kif jixraq] —

Spjegazzjoni tal-emenda

L-ispeċifikazzjonijiet emendati ewlenin

[fuq karta separata]

Isem il-firmatarju …

Firma: …


26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 717/2013

tal-25 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-entrati għall-benessri tal-annimali f'ċerti ċertifikati mudell tas-saħħa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn verifiki veterinarji fuq il-fruntiera skont dik id-Direttiva (2) jipprevedi li l-kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għall-importazzjoni fl-Unjoni jew fi tranżitu minnha jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa konformi mal-mudelli stabbiliti fl-Anness XV tiegħu.

(2)

Ċerti ċertifikati mudell stabbiliti fl-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprovdu li l-veterinarju uffiċjali jrid jiċċertifika l-konformità mar-regoli tal-benessri tal-annimali stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni tal-annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew il-qtil (3).

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (4) ħassar u ħa post id-Direttiva 93/119/KE. Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

(4)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-dikjarazzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali fil-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa l-Kapitolu 3(D), II.1.3 (b)(iv) fil-Kapitolu 3(F) u II.2.2(b)(iv) fil-Kapitolu 8 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandhom jiġu aġġornati.

(5)

Biex jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi awtorizzat għal perjodu tranżitorju.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom.,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali akkumpanjati minn ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Diċembru 2013 skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 qabel l-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiddaħħlu fl-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 340, 31.12.1993, p. 21.

(4)   ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.


ANNESS

L-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Kapitolu 3(D) jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU 3(D)

Ċertifikat tas-saħħa

għal ikel nej għall-annimali domestiċi biex jinbiegħ b’mod dirett jew prodotti sekondarji mill-annimali biex jintemgħu lill-annimali tal-pil, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

(2)

Il-Kapitolu 3(F) jibidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU 3(F)

Ċertifikat tas-saħħa

għal prodotti sekondarji mill-annimali (3) għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni