ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.195.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 195

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
18 ta' Lulju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 678/2013 tad-9 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 dwar l-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja

2

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 679/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li jistabilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 u l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jkunu assenjati f’pajjiżi terzi

3

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 680/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2012 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 681/2013 tas-17 ta’ Lulju 2013 li jemenda l-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli ( 1 )

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 682/2013 tas-17 ta’ Lulju 2013 li jemenda għall-196 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

18

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 683/2013 tas-17 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 684/2013 tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Settembru 2013 sat-30 ta’ Novembru 2013

22

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/387/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014

24

 

 

2013/388/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2013 dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru (BĊE/2013/22)

27

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2013 tat-12 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ( ĠU L 105, 13.4.2013 )

30

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/1


Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali

Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ dawn il-miżuri.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2011 li jistabbilixxi l-Annessi X u XI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (4) ġie adottat fl-10 ta’ Novembru 2011. F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Jannar 2009, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (5) safejn dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001 (6).

F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim, id-Danimarka, permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Jannar 2012, innotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2011. Dan ifisser li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2011 se jiġu applikati għar-relazzjonijiet ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka.

F’konformità mal-Artikolu 4(4) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1142/2011 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim safejn din temenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 4/2009, u hija meqjusa bħala annessa miegħu.

B’referenza għall-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1142/2011 fid-Danimarka tista’ sseħħ amministrattivament skont it-Taqsima 9 tal-Att dwar il-liġi Daniża Nru 1563 tal-20 ta’ Diċembru 2006 fuq ir-Regolament Brussell I. Il-miżuri amministrattivi neċessarji daħlu fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2012.


(1)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.

(2)  ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 293, 11.11.2011, p. 24.

(5)  ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 149, 12.6.2009, p. 80.


REGOLAMENTI

18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 678/2013

tad-9 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 dwar l-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 140(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (1) jipprovdi għas-sostituzzjoni tal-euro għall-muniti tal-Istati Membri li ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fiż-żmien meta l-Komunità daħlet fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, il-Latvja hija Stat Membru b’deroga kif definit fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni mil-Latvja tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2014 (2), il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga favur il-Latvja titneħħa b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(4)

L-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja teħtieġ l-estensjoni għal-Latvja tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-introduzzjoni tal-euro stipulati fir-Regolament (KE) Nru 974/98.

(5)

Il-Pjan Nazzjonali tal-Latvja għall-Bidla lejn l-euro jispeċifika li l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro għandhom isiru valuta legali f’dak l-Istat Membru fil-ġurnata tal-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tiegħu. B’konsegwenza ta’ dan, id-data tal-introduzzjoni tal-euro u d-data tal-bidla tal-flus kontanti għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2014. Ma għandu japplika l-ebda perijodu ta’ “tneħħija gradwali”.

(6)

Għaldaqstant l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 974/98 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 974/98 huwa emendat billi l-filliera li ġejja tiddaħħal fit-tabella bejn l-entrati għal Ċipru u l-Lussemburgu.

“Il-Latvja

L-1 ta’ Jannar 2014

L-1 ta’ Jannar 2014

Le”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.

(2)  Ara l-paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 679/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li jistabilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 u l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jkunu assenjati f’pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u s-sistema applikabbli għal impjegati oħrajn tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13, tal-Anness X tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi terzi u li għalhekk jiġu ffissati l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 u mill-1 ta’ Lulju 2012 għar-rimunerazzjonijiet imħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, għall-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Unjoni li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

(2)

Il-koeffiċjenti korrettivi li kienu s-suġġett ta’ ħlas fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 964/2011 (2) jistgħu jwasslu għal aġġustamenti pożittivi jew negattivi fir-remunerazzjonijiet, b’effett retroattiv.

(3)

Għandu jsir provvediment għall-ħlas ta’ arretrati fil-każ ta’ żidiet fir-remunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda.

(4)

Għandu jsir provvediment għall-irkupru tas-somom imħallsa żejda fl-eventwalità ta’ tnaqqis fil-ħlas b’riżulat ta’ peżati ġodda għall-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Għandu jsir provvediment għal kull tali rkupru biex ikun ristrett għal perjodu ta’ mhux aktar minn sit xhur qabel ud-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni li jkunu assenjati f’pajjiżi terzi u jkunu mħallsa fil-munita tal-pajjiż fejn ikunu assenjati, huma dawk stipulati fl-Anness I.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni li jkunu assenjati f’pajjiżi terzi u jkunu mħallsa fil-munita tal-pajjiż fejn ikunu assenjati, huma dawk stipulati fl-Anness II.

3.   Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3) u għandhom jikkorrispondu mar-rati applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2011 u l-1 ta’ Lulju 2012 rispettivament.

Artikolu 2

1.   L-istituzzjonijiet għandhom iħallsu l-arretrati fil-każ ta’ żieda fir-remunerazzjoniminħabba l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Annessi I u II.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi negattivi fuq ir-rimunerazzjoni fl-eventwalità ta’ tnaqqis fir-rimunerazzjoni b’ riżultat tal-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Annessi I u II, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-aġġustamenti retrospettivi li jinvolvu l-irkupru tas-somom imħallsa żejda għandhom ikunu ristretti għal perjodu taż-żmien ta’ sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-irkupru għandu jiġi mifrux fuq mhux iktar minn tnax-il xahar minn din id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 29.9.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 298 26.10.2012, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07, Volum 007, p. 3 - 11).


ANNESS I

Koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi

Lulju 2011

Rata tal-kambju

Lulju2011 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Lulju 2011 (**)

l-Afganistan (***)

0

0

0,0

l-Albanija

85,81

141,370

60,7

l-Alġerija

71,42

103,525

69,0

l-Angola

149,7

132,885

112,7

l-Arġentina

3,545

5,91281

60,0

l-Armenja

407,4

533,510

76,4

l-Awstralja

1,533

1,35850

112,8

l-Ażerbajġan

1,154

1,13539

101,6

il-Bangladexx

52,20

106,189

49,2

il-Barbados

3,198

2,89943

110,3

il-Belarus

3 025

7 099,45

42,6

il-Beliże

1,750

2,86408

61,1

il-Benin

588,4

655,957

89,7

il-Bolivja

5,973

9,99653

59,8

il-Bosnja u Ħerzegovina (Banja Luka)

1,254

1,95583

64,1

il-Bosnja-Ħerzegovina (Sarajevo)

1,461

1,95583

74,7

il-Botswana

5,693

9,37207

60,7

il-Brażil

2,550

2,26870

112,4

Il-Burkina Faso

624,0

655,957

95,1

il-Burundi (***)

0

0

0

il-Kambodja

4 521

5 852,50

77,2

il-Kamerun

610,9

655,957

93,1

il-Kanada

1,202

1,40370

85,6

il-Kap Verde

82,37

110,265

74,7

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

672,4

655,957

102,5

iċ-Ċad

697,5

655,957

106,3

iċ-Ċilì

447,0

679,490

65,8

iċ-Ċina

8,475

9,32350

90,9

il-Kolombja

2 184

2 568,34

85,0

il-Kongo (Brazzaville)

754,4

655,957

115,0

il-Kosta Rika

605,6

726,890

83,3

il-Côte d’Ivoire

635,6

655,957

96,9

Il-Kroazja

5,836

7,38330

79,0

Kuba

USD 0,956

USD 1,44250

66,3

Kongo, Repubblika Demokratika ta’ (Kinshasa)

USD 2,010

USD 1,44250

139,3

Ġibuti

235,7

256,363

91,9

ir-Repubblika Dominikana

32,43

54,7816

59,2

l-Ekwador

USD 0,9702

USD 1,44250

67,3

l-Eġittu

5,181

8,56810

60,5

El Salvador

USD 0,9966

USD 1,44250

69,1

l-Eritrea

24,26

21,5463

112,6

l-Etjopja

19,48

24,2877

80,2

Fiġi

1,627

2,51572

64,7

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

37,13

61,6063

60,3

il-Gabon

681,7

655,957

103,9

il-Gambja

29,29

40,6400

72,1

il-Ġeorġja

1,716

2,34730

73,1

il-Gana

1,682

2,15435

78,1

il-Gwatemala

7,911

11,2402

70,4

il-Ginea (Konakry)

5 871

9 678,22

60,7

il-Ginea Bissaw

634,1

655,957

96,7

il-Gujana

178,9

291,125

61,5

Ħaiti

45,56

57,9164

78,7

il-Ħonduras

19,69

27,2562

72,2

Ħong Kong

10,44

11,2265

93,0

l-Islanda

149,7

165,150

90,6

l-Indja

40,61

64,7210

62,7

L-Indoneżja (Banda Aceh)

8 778

12 413,0

70,7

L-Indoneżja (Jakarta)

9 585

12 413,0

77,2

l-Iraq (***)

0

0

0

l-Iżrael

5,251

4,94760

106,1

il-Ġamajka

115,5

122,758

94,1

il-Ġappun (Tokyo)

158,6

116,930

135,6

il-Ġordan

0,8589

1,02273

84,0

il-Kazakistan (Astana)

182,4

208,440

87,5

il-Kenja

89,11

129,536

68,8

il-Kosovo (Pristina)

0,6806

1,00000

68,1

il-Kirgiżistan

44,87

65,3193

68,7

il-Laos

9 113

11 438,0

79,7

il-Libanu

1 647

2 174,57

75,7

il-Lesoto

6,427

9,88460

65,0

il-Liberja

USD 1,328

USD 1,44250

92,1

il-Libja (***)

0

0

0

il-Madagaskar

2 305

2 770,49

83,2

il-Malawi

180,9

216,503

83,6

il-Malasja

3,179

4,37270

72,7

il-Mali

636,8

655,957

97,1

il-Mawritanja

234,4

387,915

60,4

il-Mawrizju

32,88

40,1709

81,9

il-Messiku

12,22

16,9954

71,9

il-Moldova

10,62

16,4444

64,6

il-Montenegro

0,6462

1,00000

64,6

il-Marokk

8,437

11,2940

74,7

Możambik

32,04

40,3800

79,3

in-Namibja

8,110

9,88460

82,0

in-Nepal

78,49

102,520

76,6

il-Kaledonja Ġdida

134,8

119,332

113,0

in-New Zealand

1,790

1,75590

101,9

in-Nikaragwa

17,76

32,3385

54,9

in-Niġer

555,3

655,957

84,7

Niġerja (Abuja)

186,1

220,507

84,4

in-Norveġja

10,78

7,80550

138,1

il-Pakistan

60,24

122,565

49,1

il-Panama

USD 0,8448

USD 1,44250

58,6

il-Papwa Ginea Ġdida

3,694

3,29924

112,0

il-Paragwaj

3 814

5 770,00

66,1

il-Perù

3,141

3,98058

78,9

il-Filippini

44,94

62,7700

71,6

ir-Russja

43,61

40,3780

108,0

ir-Rwanda

709,4

855,942

82,9

is-Samoa

2,923

3,29714

88,7

l-Arabja Sawdija

3,423

5,28110

64,8

is-Senegal

594,1

655,957

90,6

is-Serbja (Belgrad)

79,49

101,040

78,7

Sjerra Leone

5 708

6 301,53

90,6

Singapor

2,076

1,77990

116,6

il-Gżejjer Solomon

11,08

10,3926

106,6

l-Afrika t’Isfel

6,327

9,88460

64,0

il-Korea t’Isfel

1 604

1 553,32

103,3

Is-Sudan tan-Nofsinhar (Juba) (***)

0

0

0

is-Sri Lanka

118,1

154,886

76,2

is-Sudan (Khartoum)

3,382

3,93024

86,1

is-Surinam

2,661

4,76025

55,9

is-Sważiland

6,880

9,88460

69,6

l-Isvizzera (Bern)

1,532

1,20360

127,3

l-Isvizzera (Ġinevra)

1,562

1,20360

129,8

is-Sirja

51,84

67,0950

77,3

it-Tajwan

34,73

41,7050

83,3

it-Taġikistan

4,194

6,72897

62,3

it-Tanzanija

1 358

2 194,38

61,9

it-Tajlandja

34,04

44,4290

76,6

Timor-Leste

USD 1,424

USD 1,44250

98,7

it-Togo

571,5

655,957

87,1

Trinidad u Tobago

7,042

9,10380

77,4

it-Tuneżija

1,329

1,96490

67,6

it-Turkija

1,963

2,36040

83,2

l-Uganda

2 049

3 579,47

57,2

l-Ukraina

8,217

11,3372

72,5

l-Istati Uniti (New York)

1,287

1,44250

89,2

l-Istati Uniti (Washington)

1,214

1,44250

84,2

l-Urugwaj

25,17

26,2220

96,0

l-Użbekistan

1 235

2 468,20

50,0

il-Vanwatu

148,3

130,330

113,8

il-Venezwela

5,470

6,19503

88,3

il-Vjetnam

15 446

29 758,8

51,9

ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

5,526

4,94760

111,7

il-Jemen

215,8

308,407

70,0

iż-Żambja

6 109

6 906,98

88,4

iż-Żimbabwe (***)

0

0

0


(*)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali (USD għal Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Timor Leste)

(**)  Brussell = 100 %.

(***)  Mhux disponibbli, minħabba instabbiltà lokali jew dejta mhux affidabbli.

N.B.

Il-parità ekonomika jew parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPP) hija:

L-għadd ta’ unitajiet monetarji meħtieġa biex jinxtara l-istess prodott li jinxtara minn Brussell (għal kull euro).

Il-figura pprovduta fl-ewwel kolonna (Parità tal-Kapaċità tal-Akkwist - PPP) tikkostitwixxi r-riżultat tal-multiplikazzjoni tar-Rata tal-Kambju (TX) bil-Koeffiċjent Korrettiv (CC).

Għalhekk, il-formula matematika użata biex jiġu kkalkulati l-Koeffiċjenti korrettivi (CC) hija: PPP (ikkomunikata mill-Eurostat) diviża b’TX = CC.

Il-kalkolu tal-ammonti dovuti lill-impjegati għandu jsir permezz tal-applikazzjoni mhux varjabbli tal-PPP stabbilita minn din it-tabella - u mhux permezz ta’ multiplikazzjoni ġdida kull darba, ta’ CC b’TX tad-data li fiha ssir it-tranżazzjoni, minħabba li din it-TX hija varjabbli u għaldaqstant tista’ twassal għal PPP differenti (żbaljata).


ANNESS II

Koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012

POST TAL-IMPJIEG

Paritajiet ekonomiċi

Lulju 2012

Rata tal-kambju

Lulju 2012 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Lulju 2012 (**)

l-Afganistan (***)

0

0

0

l-Albanija

82,84

138,180

60,0

l-Alġerija

75,86

100,187

75,7

l-Angola

160,0

119,596

133,8

l-Arġentina

3,706

5,60300

66,1

l-Armenja

407,5

525,440

77,6

l-Awstralja

1,524

1,23570

123,3

l-Ażerbajġan

1,146

0,975682

117,5

il-Bangladexx

57,29

102,802

55,7

il-Barbados

3,228

2,49691

129,3

il-Belarus

6 304

10 440,0

60,4

il-Beliże

1,761

2,36066

74,6

il-Benin

666,1

655,957

101,5

il-Bolivja

6,022

8,58084

70,2

il-Bosnja u Ħerzegovina (Banja Luka)

1,246

1,95583

63,7

il-Bosnja-Ħerzegovina (Sarajevo)

1,473

1,95583

75,3

il-Botswana

5,800

9,74659

59,5

il-Brażil

2,500

2,58980

96,5

il-Burkina Faso

628,1

655,957

95,8

il-Burundi (***)

0

0

0

il-Kambodja

4 428

5 096,50

86,9

il-Kamerun

608,2

655,957

92,7

il-Kanada

1,205

1,27640

94,4

il-Kap Verde

78,73

110,265

71,4

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

716,1

655,957

109,2

iċ-Ċad

731,0

655,957

111,4

iċ-Ċilì

448,6

625,731

71,7

iċ-Ċina

8,357

7,89590

105,8

il-Kolombja

2 142

2 219,68

96,5

il-Kongo (Brazzaville)

736,5

655,957

112,3

il-Kosta Rika

619,0

618,385

100,1

il-Côte d’Ivoire

626,2

655,957

95,5

il-Kroazja

5,785

7,51700

77,0

Kuba

USD 1,007

USD 1,24180

81,1

Kongo, Repubblika Demokratika ta’ (Kinshasa)

USD 2,169

USD 1,24180

174,7

Ġibuti

235,7

220,694

106,8

ir-Repubblika Dominikana

32,01

49,0020

65,3

l-Ekwador

USD 0,9882

USD 1,24180

79,6

l-Eġittu

5,400

7,61135

70,9

El Salvador

USD 0,9701

USD 1,24180

78,1

l-Eritrea

24,09

19,3848

124,3

l-Etjopja

20,80

22,4315

92,7

Fiġi

1,685

2,28728

73,7

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

36,16

61,6269

58,7

il-Gabon

670,2

655,957

102,2

il-Gambja

29,61

41,0300

72,2

il-Ġeorġja

1,577

2,06140

76,5

il-Gana

1,917

2,37345

80,8

il-Gwatemala

7,980

9,75743

81,8

il-Ginea (Konakry)

6 371

8 684,29

73,4

il-Ginea Bissaw

615,5

655,957

93,8

il-Gujana

181,6

257,135

70,6

Ħaiti

47,18

52,3771

90,1

il-Ħonduras

20,20

24,1879

83,5

Ħong Kong

10,43

9,63490

108,3

l-Islanda

154,8

157,970

98,0

l-Indja

46,98

70,6030

66,5

l-Indoneżja (Banda Aceh)

8 837

11 762,5

75,1

l-Indoneżja (Jakarta)

9 639

11 762,5

81,9

l-Iraq (***)

0

0

0

l-Iżrael

5,052

4,90000

103,1

il-Ġamajka

118,8

110,466

107,5

il-Ġappun (Tokyo)

158,7

98,6000

161,0

il-Ġordan

0,8632

0,880436

98,0

il-Kazakistan (Astana)

188,0

187,240

100,4

il-Kenja

91,29

105,306

86,7

il-Kosovo (Pristina)

0,6882

1,00000

68,8

il-Kirgiżistan

46,34

58,5603

79,1

il-Laos

8 978

10 027,5

89,5

il-Libanu

1 650

1 872,01

88,1

il-Lesoto

6,421

10,4610

61,4

il-Liberja

USD 1,449

USD 1,24180

116,7

il-Libja (***)

0

0

0

il-Madagaskar

2 341

2 760,59

84,8

il-Malawi

204,2

339,388

60,2

il-Malasja

3,090

3,96760

77,9

il-Mali

668,9

655,957

102,0

il-Mawritanja

236,2

371,485

63,6

il-Mawrizju

31,40

38,4557

81,7

il-Messiku

12,21

16,9208

72,2

il-Moldova

10,36

15,2783

67,8

il-Montenegro

0,6372

1,00000

63,7

il-Marokk

7,859

11,0435

71,2

Możambik

30,62

33,9600

90,2

in-Namibja

8,432

10,4610

80,6

in-Nepal

80,60

115,105

70,0

il-Kaledonja Ġdida

134,1

119,332

112,4

in-New Zealand

1,771

1,57280

112,6

in-Nikaragwa

17,49

29,2136

59,9

in-Niġer

548,4

655,957

83,6

Niġerja (Abuja)

205,1

195,043

105,2

in-Norveġja

10,46

7,54650

138,6

il-Pakistan

63,76

117,995

54,0

il-Panama

USD 0,8365

USD 1,24180

67,4

il-Papwa Ginea Ġdida

3,774

2,59471

145,4

il-Paragwaj

3 821

5 699,86

67,0

il-Perù

3,115

3,29263

94,6

il-Filippini

44,10

52,6300

83,8

ir-Russja

43,58

41,1430

105,9

ir-Rwanda

702,6

766,389

91,7

is-Samoa

3,004

2,88925

104,0

l-Arabja Sawdija

3,597

4,70810

76,4

is-Senegal

602,6

655,957

91,9

is-Serbja (Belgrad)

78,59

114,007

68,9

Sjerra Leone

6 407

5 389,51

118,9

Singapor

2,039

1,58840

128,4

il-Gżejjer Solomon

11,34

8,76972

129,3

l-Afrika t’Isfel

6,387

10,4610

61,1

il-Korea t’Isfel

1 637

1 436,46

114,0

is-Sudan tan-Nofsinhar (Juba) (***)

0

0

0

is-Sri Lanka

119,5

166,548

71,8

is-Sudan (Khartoum)

4,248

6,32792

67,1

is-Surinam

2,707

4,09794

66,1

is-Sważiland

6,916

10,4610

66,1

l-Isvizzera (Bern)

1,549

1,20100

129,0

l-Isvizzera (Ġinevra)

1,565

1,20100

130,3

Is-Sirja

59,26

80,2250

73,9

it-Tajwan

34,33

37,1755

92,3

it-Taġikistan

4,099

5,91817

69,3

it-Tanzanija

1 402

1 975,97

71,0

it-Tajlandja

32,81

39,5890

82,9

Timor-Leste

USD 1,487

USD 1,24180

119,7

it-Togo

546,2

655,957

83,3

Trinidad u Tobago

6,886

7,83830

87,9

it-Tuneżija

1,313

2,00650

65,4

it-Turkija

2,130

2,26910

93,9

l-Uganda

2 405

3 093,73

77,7

l-Ukraina

8,223

10,0218

82,1

l-Istati Uniti (New York)

1,253

1,24180

100,9

l-Istati Uniti (Washington)

1,213

1,24180

97,7

l-Urugwaj

25,03

26,9856

92,8

l-Użbekistan

1 280

2 340,48

54,7

il-Vanwatu

154,3

117,465

131,4

il-Venezwela

5,734

5,33310

107,5

il-Vjetnam

14 902

25 966,0

57,4

ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

5,301

4,90000

108,2

il-Jemen

237,9

265,497

89,6

iż-Żambja

6 486

6 453,46

100,5

iż-Żimbabwe (***)

0

0

0


(*)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste. Kongo u Timor-Leste).

(**)  Brussell = 100 %.

(***)  Mhux disponibbli, minħabba instabbiltà lokali jew dejta mhux affidabbli.

N.B.

Il-parità ekonomika jew parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPP) hija:

L-għadd ta’ unitajiet monetarji meħtieġa biex jinxtara l-istess prodott li jinxtara minn Brussell (għal kull euro).

Il-figura pprovduta fl-ewwel kolonna (Parità tal-Kapaċità tal-Akkwist - PPP) tikkostitwixxi r-riżultat tal-multiplikazzjoni tar-Rata tal-Kambju (TX) bil-Koeffiċjent Korrettiv (CC).

Għalhekk, il-formula matematika użata biex jiġu kkalkulati l-Koeffiċjenti korrettivi (CC) hija: PPP (ikkomunikata mill-Eurostat) diviża b’TX = CC.

Il-kalkolu tal-ammonti dovuti lill-impjegati għandu jsir permezz tal-applikazzjoni mhux varjabbli tal-PPP stabbilita minn din it-tabella - u mhux permezz ta’ multiplikazzjoni ġdida kull darba, ta’ CC b’TX tad-data li fiha ssir it-tranżazzjoni, minħabba li din it-TX hija varjabbli u għaldaqstant tista’ twassal għal PPP differenti (żbaljata).


18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/15


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 680/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2012 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi

(1)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r- Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (1) (“il-Ftehim ta’ Sħubija”).

(2)

Protokoll ġdid li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija (“il-Protokoll il-ġdid”) kien applikat b’mod proviżorju mis-16 ta’ Diċembru 2012, id-data tal-firma tiegħu, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/827/UE (2). Il-Protokoll il-ġdid jikkonċedi lil bastimenti tal-UE opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra li fuqhom il-Mawritanja teżerċita s-sovrenità jew il-ġurisdizzjoni tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mas-sajd. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd konċessi lill-Unjoni skont il-Protokoll il-ġdid kienet definita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1259/2012 (3).

(3)

Fl-20 ta’ Frar 2013, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll il-ġdid, il-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mawritanja (“il-Kumitat Konġunt”) previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija adotta miżuri li jirrigwardaw reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jinkludu miżuri li jiddefenixxu mill-ġdid l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn il-kategoriji 5 (bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni) u 6 (bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ).

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2012 għandu għalhekk jiġi emendat. Ladarba d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tapplika mill-20 ta’ Frar 2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandu japplika mill-20 ta’ Frar 2013,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1259/2012 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 1(1), il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(e)

Kategorija 5 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni

Spanja

17-il liċenzja

Franza

8 liċenzji

(f)

Kategorija 6 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Spanja

18-il liċenzja

Franza

1 liċenzja”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-20 ta’ Frar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/827/UE tat-18 ta’ Diċembru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 43.).

(3)  ĠU L 361, 31.12.2012, p. 87.


18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 681/2013

tas-17 ta’ Lulju 2013

li jemenda l-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/48/KE tistipula valuri ta’ limitu għall-barju, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istitut Nazzjonali Olandiż għas-Saħħa Pubblika u l-Ambjent (RIVM) li saru fir-rapport tal-2008 bit-titlu “Chemicals in Toys. A general methodology for assessment of chemical safety of toys with a focus on elements”. Ir-rakkomandazzjonijiet tar-RIVM huma bbażati fuq il-konklużjoni li l-esponiment tat-tfal għall-kimiċi fil-ġugarelli ma jistax jaqbeż ċertu livell, imsejjaħ “doża tollerabbli ta’ kuljum”. Billi t-tfal huma esposti għall-kimiċi minn sorsi oħra apparti l-ġugarelli, perċentwal biss mid-doża tollerabbli ta’ kuljum tista’ tiġi allokata għall-ġugarelli. Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (CSTEE) irrakkomanda, fir-rapport tiegħu tal-2004, li jista’ jiġi allokat massimu ta’ 10 % tad-doża tollerabbli ta’ kuljum għall-ġugarelli. Din l-allokazzjoni ġiet approvata mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER), fl-opinjoni tiegħu intitolata “Evalwazzjoni tal-limiti ta’ migrazzjoni għall-karatteristiċi kimiċi fil-ġugarelli” u adottata fl-1 ta’ Lulju 2010.

(2)

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-RIVM, il-persentaġġ massimu tad-doża tollerabbli ta’ kuljum għandu jiġi mmultiplikat bil-piż ta’ tifel/tifla, stmat għal 7,5 kg, u diviż bil-kwantità ta’ materjal tal-ġugarelli li jinbela’, sabiex jinkisbu l-valuri limiti għas-sustanzi kimiċi elenkati fid-Direttiva 2009/48/KE.

(3)

Għall-barju, ir-RIVM uża doża tollerabbli ta’ kuljun ta’ 0,6 mg/kg ta’ piż tal-ġisem/kuljum, skont l-approċċ tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għas-Sustanzi Tossiċi u r-Reġistru tal-Mard (ATSDR) fir-rapport tagħha tal-2005 dwar il-profil tossikoloġiku għall-barju, ibbażat fuq dejta ta’ esperimenti fuq l-annimali. Ir-RIVM qies ukoll valutazzjonijiet oħrajn tal-barju, ibbażati fuq dejta umana, iżda dawn ma ntużawx biex jiddeterminaw id-doża ta’ barju tollerabbli ta’ kuljum. Għalkemm id-dejta umana titqies bħala bażi iktar xierqa għad-derivazzjoni tad-doża tollerabbli ta’ kuljum, ir-RIVM qies li l-istudji li jipprovdu din id-dejta kellhom difetti serji. Għalhekk, intużat dejta mill-esperimenti fuq l-annimali li hija iktar affidabbli għad-derivazzjoni tad-doża tollerabbli ta’ kuljum.

(4)

Sabiex jiġu definiti xenarji possibbli ta’ esponiment għas-sustanzi kimiċi, il-kwantità ta’ materjal tal-ġugarelli li jinbela’ ġie stmat mir-RIVM għal 8 mg kuljum għal ġugarelli b’materjal mibrux, 100 mg għal materjal fraġli tal-ġugarelli u 400 mg għal materjal tal-ġugarelli likwidu jew li jwaħħal. Dawn il-limiti ta’ inġestjoni kienu appoġġjati minn SCHER fl-opinjoni tagħha intitolata “Riskji minn sustanzi CMR organiċi” adottata fit-18 ta’ Mejju 2010.

(5)

Permezz tal-applikazzjoni ta’ 10 % tad-doża tollerabbli ta’ kuljum, immultiplikata bil-piż tat-tifel/tifla u diviża bil-kwantità tal-materjal tal-ġugarelli li jinbela’, ġew stabbiliti l-valuri ta’ limitu li ġejjin għall-barju: 56 000 mg/kg għal materjal mibrux, 4 500 mg/kg għal materjal xott u 1 125 mg/kg għal materjal likwidu.

(6)

Fl-2007, l-Aġenzija tal-Istati Uniti għas-Sustanzi Tossiċi u r-Reġistru tal-Mard, ippubblikat aġġornament tar-rapport tagħha dwar il-profil tossikoloġiku tal-barju, fejn hija proposta doża tollerabbli ta’ kuljum ta’ 0,2 mg/kg ta’ piż tal-ġisem/kuljum. Dan l-aġġornament sar disponibbli wara l-finalizzazzjoni tar-rapport tar-RIVM. Barra minn hekk, wara d-diskussjonijiet mal-partijiet interessati, ġie kkunsidrat li r-rapport tal-IPCS tal-2001 ma ġiex ikkunsidrat kif xieraq mir-RIVM.

(7)

Waqt li qieset dan, il-Kummissjoni bagħtet talba għall-opinjoni ta’ SCHER, u talbet għal valutazzjoni addizzjonali tal-limiti tal-migrazzjoni għall-barju, u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tad-doża tollerabbli ta’ kuljum li għandha tintuża, fid-dawl tad-dokument tal-IPCS u l-ATSDR (2007).

(8)

Fl-opinjoni tiegħu, adottata fit-22 ta’ Marzu 2012, il-kumitat SCHER ikkonkluda li d-dejta disponibbli dwar il-bnedmin mhix xierqa sabiex minnha tiġi derivata d-doża tollerabbli ta’ kuljum. Studji ta’ kwalità tajba dwar l-annimali huma aktar xierqa biex tiġi derivata d-doża tollerabbli ta’ kuljum għall-barju, li skont il-kumitat SCHER, għandha tkun 0,2/kg ta’ piż tal-ġisem/kuljum.

(9)

Dan il-valur iqis l-assorbiment gastrointestinali tal-barju. SCHER jikkalkula li t-tfal ta’ bejn sena u 15-il sena għandhom assorbiment gastrointestinali ta’ 30 % filwaqt li t-trabi jassorbu 60 %. Madanakollu il-kumitat SCHER jibbaża d-doża tollerabbli ta’ kuljum tal-barju, fuq “l-agħar xenarju possibbli” li skont dan, it-tfal jassorbu 100 % tal-barju li huma esposti għalih.

(10)

L-applikazzjoni ta’ 10 % tad-doża ġdida tollerabbli ta’ kuljum, immultiplikata bil-piż tat-tifel/tifla u diviża bil-kwantità tal-materjal tal-ġugarelli li jinbela’ tirriżulta fil-limiti tal-barju li ġejjin: 18 750 mg/kg għal materjal mibrux, 1 500 mg/kg għal materjal xott u 375 mg/kg għal materjal likwidu.

(11)

Sabiex jiġi żgurat il-ħarsien possibbli tas-saħħa u tal-ħajja umana, b’mod partikolari t-tfal, huwa meħtieġ li jiġu applikati dawn il-limit ta’ migrazzjoni aktar baxxi għall-barju bl-inqas dewmien possibbli. Għalhekk, id-Direttiva għandha tiġi emendata b’Regolament li jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Lulju 2013, u b’hekk jiġi evitat perjodu itwal ta’ traspożizzjoni ta’ Direttiva li matulu jkunu japplikaw limiti differenti ta’ migrazzjoni.

(12)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/48/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ġugarelli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.


ANNESS

L-entrata għal barju fil-punt 13 tal-parti III tal-Anness II għad-Direttiva 2009/48/KE tinbidel b’dan li ġej:

Element

mg/kg

f’materjal tal-ġugarelli xott, fraġli, f’għamla ta’ trab jew flessibbli

mg/kg

f’materjal tal-ġugarelli likwidu jew li jwaħħal

mg/kg

f’materjal tal-ġugarelli mibrux

“Barju

1 500

375

18 750 ”


18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 682/2013

tas-17 ta’ Lulju 2013

li jemenda għall-196 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta' Lulju 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

This Regulation shall enter into force on the day following that of its publication in the Official Journal of the European Union.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  OJ L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

"Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani (alias (a) Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani, (b) Nayef Bin Muhammad al- Qahtani, (c) Nayif Muhammad al-Qahtani, (d) Nayf Mohammed al-Qahtani, (e) Naif Mohammad Said al- Qahtani Alkodri, (f) Naif Mohammed Saeed al-Kodari al-Qahtani, (g) Nayef Bin Mohamed al-Khatani, (h) Mohammed Naif al-Khatani, (i) Nayef bin Mohamed al-Khatany, (j) Al-Qahtani Abohemem, (k) Abi Hamam, (l) Abu-Hamam, (m) Abu-Humam, (n) Abu-Hammam, (o) Abu Hammam al-Qahtani). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 25.3.1988. Post tat-twelid: L-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Mill-Arabja Sawdija. Passaport Nru: G449745 (Il-passaport mill-Arabja Sawdija maħruġ fit-30 ta' Mejju 2006, validu sas-6 ta' April 2011). Informazzjoni oħra: Assoċjat ma' Al Qaida fil-Peninżula tal-Arabja u l-mexxej tagħha, Nasir ’abd-al-Karim ’Abdullah Al-Wahishi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.5.2010."


18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 683/2013

tas-17 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

18,5

ZZ

18,5

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 93 10

MA

60,4

TR

133,2

ZZ

96,8

0805 50 10

AR

80,6

CL

81,7

TR

70,0

UY

78,3

ZA

93,6

ZZ

80,8

0808 10 80

AR

148,8

BR

112,7

CL

128,9

CN

95,9

NZ

143,3

US

157,7

ZA

123,1

ZZ

130,1

0808 30 90

AR

127,0

CL

140,0

CN

70,6

NZ

159,4

TR

174,5

ZA

133,8

ZZ

134,2

0809 10 00

TR

191,0

ZZ

191,0

0809 29 00

TR

328,0

ZZ

328,0

0809 30

TR

184,5

ZZ

184,5

0809 40 05

BA

137,2

MK

99,6

XS

103,8

ZZ

113,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 684/2013

tas-17 ta’ Lulju 2013

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Settembru 2013 sat-30 ta’ Novembru 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2013, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina.

(3)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Lulju 2013 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007.

(4)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2013 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Lulju 2013 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

X

Importaturi ġodda

09.4099

X

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

39,706425  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,395689  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

“X”: Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


DEĊIŻJONIJIET

18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Lulju 2013

dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014

(2013/387/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 140(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra r-rapport mill-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra d-diskussjoni tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro,

Billi:

(1)

It-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (“UEM”) beda fl-1 ta’ Jannar 1999. Il-Kunsill, li ltaqa’ fi Brussell fit-3 ta’ Mejju 1998 fil-kompożizzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern, iddeċieda li l-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta’ Jannar 1999 (3).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2000/427/KE (4), il-Kunsill iddeċieda li l-Greċja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2001. Permezz tad-Deċiżjoni 2006/495/KE (5), il-Kunsill iddeċieda li s-Slovenja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2007. Permezz tad-Deċiżjonijiet 2007/503/KE (6) u 2007/504/KE (7) il-Kunsill iddeċieda li Ċipru u Malta ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2008. Permezz tad-Deċiżjoni 2008/608/KE (8), il-Kunsill iddeċieda li s-Slovakkja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Permezz tad-Deċiżjoni 2010/416/UE (9), il-Kunsill iddeċieda li l-Estonja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro.

(3)

Skont il-paragrafu 1 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (“it-Trattat tal-KE”), ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill li ma kienx biħsiebu jgħaddi għat-tielet fażi tal-UEM fl-1 ta’ Jannar 1999. Dik in-notifika ma tbiddlitx. Skont il-paragrafu 1 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward id-Danimarka anness mat-Trattat tal-KE u d-Deċiżjoni meħuda mill-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern f’Edinburgh f’Diċembru 1992, id-Danimarka nnotifikat lill-Kunsill li ma kinitx se tieħu sehem fit-tielet fażi tal-UEM. Id-Danimarka ma talbitx li tinbeda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”).

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 98/317/KE, l-Isvezja għandha deroga kif iddefinit fl-Artikolu 139(1) TFUE. B’konformità mal-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (10), ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija u l-Polonja għandhom derogi kif iddefinit fl-Artikolu 139(1) TFUE. Skont l-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 (11), il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom derogi kif iddefinit fl-Artikolu 139(1) TFUE. Skont l-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja (12), il-Kroazja għandha deroga kif iddefinit fl-Artikolu 139(1) TFUE.

(5)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) ġie stabbilit fl-1 ta’ Lulju 1998. Is-Sistema Monetarja Ewropea ġiet sostitwita minn mekkaniżmu għar-rati tal-kambju, li t-twaqqif tiegħu ġie miftiehem permezz ta’ riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja tas-16 ta’ Ġunju 1997 (13). Il-proċeduri għal mekkaniżmu għar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II) ġew stabbiliti fil-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu għar-rati tal-kambju fit-tielet fażi tal-unjoni ekonomika u monetarja (14).

(6)

L-Artikolu 140(2) TFUE jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħassir tad-deroga tal-Istati Membri kkonċernati. Mill-inqas darba kull sentejn, jew fuq talba ta’ Stat Membru b’deroga, il-Kummissjoni u l-BĊE għandhom jirrappurtaw lill-Kunsill skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 140(1) TFUE. Fil-5 ta’ Marzu 2013, il-Latvja ressqet talba formali għal valutazzjoni tal-konverġenza.

(7)

Il-leġislazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri, inklużi l-istatuti tal-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiġu adattati skont il-ħtieġa bl-għan li tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-Artikoli 130 u 131 TFUE u mal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (“Statut tas-SEBĊ u tal-BĊE”). Ir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE jagħtu valutazzjoni dettaljata tal-kompatibbiltà tal-leġislazzjoni tal-Latvja mal-Artikoli 130 u 131 TFUE u mal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE.

(8)

Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 13 dwar il-kriterji ta’ konverġenza msemmija fl-Artikolu 140 TFUE, il-kriterju dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 140(1) TFUE jfisser li Stat Membru għandu prestazzjoni tal-prezzijiet li tkun sostenibbli u rata medja ta’ inflazzjoni, li tkun ġiet osservata matul perijodu ta’ sena qabel l-eżami, li l-iktar, ma tkunx taqbeż b’iżjed minn punt perċentwali u nofs dik tat-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f’termini ta’ stabbiltà tal-prezzijiet. Għall-finijiet tal-kriterju dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet, l-inflazzjoni għandha titkejjel permezz tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICPs) definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (15). Għall-valutazzjoni tal-kriterju tal-istabbiltà tal-prezzijiet, l-inflazzjoni ta’ Stat Membru titkejjel permezz tal-bidla perċentwali fil-medja aritmetika ta’ 12-il indiċi mensili f’relazzjoni mal-medja aritmetika ta’ 12-il indiċi mensili tal-perijodu ta’ qabel. Fir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE, tqies valur referenzjarju kkalkulat bħala l-medja artimetika sempliċi tar-rati ta’ inflazzjoni tat-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f’dik li hi l-istabbiltà tal-prezzijiet, biż-żieda ta’ 1,5 punti perċentwali. Fil-perijodu ta’ sena li jispiċċa f’April 2013, il-valur referenzjarju tal-inflazzjoni ġie kkalkulat li kien 2,7 fil-mija, bl-Isvezja, il-Latvja u l-Irlanda bħala t-tliet Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni f’dik li hi l-istabbiltà ta’ prezzijiet, b’rati ta’ inflazzjoni ta’ 0,8 fil-mija 1,3 fil-mija u 1,6 fil-mija rispettivament.

Huwa meħtieġ li jiġu esklużi l-pajjiżi bl-aqwa prestazzjoni li r-rati ta’ inflazzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu meqjusa bħala valur referenzjarju sinifikanti għal Stati Membri oħra. Tali pajjiżi fil-passat kienu identifikati fir-Rapporti ta’ Konverġenza tal-2004 u l-2010. Fis-sitwazzjoni attwali, huwa meħtieġ li l-Greċja tiġi eskluża mill-aqwa prestaturi, minħabba li r-rata ta’ inflazzjoni u l-profil tagħha jiddevjaw b’marġni wiesa’ mill-medja taż-żona tal-euro, li jirriflettu b’mod prinċipali l-ħtiġijiet ibsin ta’ aġġustament u sitwazzjoni eċċezzjonali tal-ekonomija Griega, u jekk din tiġi inkluża taffettwa b’mod ħażin il-valur referenzjarju u għaldaqstant il-ġustizzja tal-kriterju (16).

(9)

Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 13, il-kriterju dwar il-pożizzjoni baġitarja tal-gvern imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 140(1) TFUE għandu jfisser li fil-waqt tal-eżami, l-Istat Membru ma jkunx is-suġġett ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(6) TFUE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv.

(10)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 13, il-kriterju dwar il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea li jissemma fit-tielet inċiż tal-Artikolu 140(1) TFUE jfisser li Stat Membru jkun irrispetta l-marġni għall-varjazzjonijiet normali li jipprovdi għalihom il-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju (ERM) tas-Sistema Monetarja Ewropea mingħajr tensjonijiet gravi għal tal-anqas l-aħħar sentejn qabel l-eżami. B’mod partikolari, l-Istat Membru ma għandux ikun żvaluta r-rata bilaterali ċentrali tal-munita tiegħu kontra l-euro fuq inizjattiva tiegħu stess matul l-istess perijodu. Mill-1 ta’ Jannar 1999, l-ERM II jipprovdi l-qafas għall-evalwazzjoni tas-sodisfar tal-kriterju tar-rata tal-kambju. Fl-evalwazzjoni tas-sodisfar ta’ dan il-kriterju fir-rapporti tagħhom, il-Kummissjoni u l-BĊE eżaminaw il-perijodu ta’ sentejn li ntemm fis-16 ta’ Mejju 2013.

(11)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 13 il-kriterju dwar il-konverġenza tar-rati ta’ mgħax li jissemma fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 140(1) TFUE jfisser li, fuq osservazzjoni matul perijodu ta’ sena qabel l-eżami, Stat Membru kellu medja tar-rati ta’ mgħax nominali fit-tul li ma jaqbiżx b’aktar minn żewġ punti perċentwali dik ta’, l-aktar nett, it-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f’termini ta’ stabbiltà tal-prezzijiet. Għall-finijiet tal-kriterju dwar il-konverġenza tar-rati ta’ mgħax, intużaw rati ta’ mgħax komparabbli fuq bonds ta’ referenza ta’ għaxar snin maħruġa mill-gvern. Fir-rapporti tal-Kummissjoni u tal-BĊE, sabiex jiġi evalwat is-sodisfar tal-kriterju tar-rati ta’ mgħax, tqies valur referenzjarju kkalkulat bħala l-medja artimetika sempliċi tar-rati ta’ mgħax nominali fit-tul tat-tliet Stati Membri bl-aħjar riżultati f’dik li hi l-istabbiltà tal-prezzijiet, bl-addizzjoni ta’ żewġ punti perċentwali. Abbażi ta’ dan, il-valur referenzjarju fil-perijodu ta’ sena li ntemm f’April 2013 kien 5,5 %.

(12)

B’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 13, id-data użata fil-valutazzjoni tal-kriterji ta’ konverġenza għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni pprovdiet data għat-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni. Id-data baġitarja ġiet ipprovduta mill-Kummissjoni wara li l-Istati Membri rrappurtaw sal-1 ta’ April 2013 b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 (17) dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv.

(13)

Abbażi tar-rapporti mressqa mill-Kummissjoni u l-BĊE dwar il-progress li sar fis-sodisfar mil-Latvja tal-obbligi tagħha rigward il-kisba tal-unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni kkonkludiet li:

(a)

fil-Latvja, il-leġislazzjoni nazzjonali, inkluż l-Istatut tal-bank ċentrali nazzjonali, hija kompatibbli mal-Artikoli 130 u 131 TFUE u mal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE.

(b)

rigward is-sodisfar mil-Latvja tal-kriterji ta’ konverġenza msemmija fl-erba’ inċiżi tal-Artikolu 140(1) TFUE:

ir-rata medja tal-inflazzjoni fil-Latvja, fis-sena li ntemmet f’April 2013, kienet ta’ 1,3 %, li hija aktar baxxa mill-valur referenzjarju, u x’aktarx tibqa’ taħt il-valur referenzjarju fix-xhur li ġejjin;

id-defiċit tal-baġit fil-Latvja ra tnaqqis kredibbli u sostenibbli għal taħt it-tlieta fil-mija tal-PDG sa tmiem l-2012. Permezz tad-Deċiżjoni 2013/317/UE tal-21 ta’ Ġunju 2013 (18), il-Kunsill, huwa u jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ħassar id-Deċiżjoni 2009/591/KE (19) dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Latvja;

Il-Latvja ilha membru tal-ERM II mit-2 ta’ Mejju 2005; meta daħlet fl-ERM II, l-awtoritajiet b’mod unilaterali impenjaw ruħhom biex iżommu l-lats f’marġni ta’ varjazzjoni ta’ ± 1 % madwar ir-rata ċentrali. Matul is-sentejn qabel din il-valutazzjoni, ir-rata ta’ kambju tal-lats ma ddevjatx mir-rata ċentrali tagħha b’aktar minn ± 1 % u ma esperjenzatx tensjonijiet;

fis-sena li ntemmet f’April 2013, ir-rata tal-imgħax fit-tul fil-Latvja kienet, fil-medja, 3,8 fil-mija, li jiġi taħt il-valur referenzjarju.

(c)

Fid-dawl tal-valutazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà legali u tas-sodisfar tal-kriterji ta’ konverġenza kif ukoll il-fatturi addizzjonali, il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonjiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro. Id-deroga favur il-Latvja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 qed titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  Rapport tal-5 ta’ Ġunju 2013, (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Rapport tal-5 ta’ Ġunju 2013, (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni 1998/317/KE (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 30).

(4)  ĠU L 167, 7.7.2000, p. 19.

(5)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25.

(6)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.

(7)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.

(8)  ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.

(9)  ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.

(10)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(11)  ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.

(12)  ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

(13)  ĠU C 236, 2.8.1997, p. 5.

(14)  ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.

(15)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.

(16)  F’April 2013, ir-rata medja ta’ inflazzjoni ta’ 12-il xahar tal-Greċja kienet 0,4 % u dik taż-żona tal-euro kienet 2,2 %, bid-differenza bejn it-tnejn prevista li tikber aktar fix-xhur li ġejjin.

(17)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

(18)  ĠU L 173, 26.6.2013, p. 48.

(19)  ĠU L 202, 4.8.2009, p. 50.


18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/27


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Lulju 2013

dwar miżuri temporanji fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru

(BĊE/2013/22)

(2013/388/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1, 6.3.2 u 6.4.2 tal-Anness I tagħha,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2013/4 tal-20 ta’ Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) u l-Artikoli 5 u 7 tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem il-‘BĊNi’) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kriterji standard li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stipulati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(2)

Bis-saħħa tat-Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema. Bis-saħħa tat-Taqsima 6.3.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew garanti jissodisfax il-ħtiġijiet tagħha għal standards għoljin fuq il-bażi ta’ kull informazzjoni li hija tista’ tqis relevanti.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/13 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru (3) issospendiet b’mod temporanju, bħala miżura ta’ eċċezzjoni, il-ħtiġijiet minimi tal-Eurosistema għal limiti minimi ta’ kwalità kreditizja applikabbli għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru. Wara li r-Repubblika ta’ Ċipru varat eżerċizzju għall-ġestjoni tad-dejn li jinvolvi l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli, il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi l-adegwatezza bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eursosistema ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru ġiet effettwata b’mod negattiv, u ddeċieda li jħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/13 fit-28 ta’ Ġunju 2013 (4).

(4)

Wara t-tmiem tal-eżerċizzju ta’ ġestjoni tad-dejn u l-konferma li r-Repubblika ta’ Ċipru qed tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju applikabbli lilha, il-Kunsill Governattiv ivvaluta wkoll illi strumenti tad-dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru preżentement għandhom standard ta’ kwalità suffiċjenti biex jiġġustifika l-eliġibbiltà tagħhom bħala kollateral għal operazzjoniijet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema.

(5)

Il-Kunsill Governattiv għalhekk iddeċieda illi l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għandha tiġi mradda lura, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ telf impost speċifiku lil strumenti bħal dawn illi huwa differenti minn dak stipulat fit-Taqsima 6.4.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(6)

Skont l-Artikolu 7 tal-Linja Gwida BĊE/2013/4, il-limitu minimu tal-kwalità kreditizja tal-Eurosistema ma japplikax għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvernijiet ċentrali ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix illi l-Istat Membru rispettiv ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-appoġġ finanzjarju u/jew tal-programm makroekonomiku. Madankollu, skont l-Artikolu 1(3) tal-istess Linja Gwida, għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7 tagħha, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika u l-Portugall biss huma meqjusa bħala Stati Membri taż-żona tal-euro konformi ma’ programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali. Għaldaqstant, hija meħtieġa deċiżjoni addizzjonali tal-Kunsill Governattiv sabiex jiġi rrinunzjat il-limitu minimu tal-kwalità kreditizja tal-Eurosistema għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru.

(7)

Din il-miżura t’eċċezzjoni ser tapplika b’mod temporanju sakemm il-Kunsill Governattiv iqis illi tista’ terġa’ tiddaħħal l-applikazzjoni normali tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Eurosistema u tal-qafas għall-kontroll tar-riskju għal operazzjonijiet tal-politika monetarja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sospensjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 u l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru

1.   Il-ħtiġijiet minimi tal-Eurosistema għall-kwalità kreditizja, kif speċifikat fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal ċerti assi negozjabbli fit-Taqsima 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom jiġu sospiżi għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru. Għalhekk, għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7 tal-Linja Gwida BĊE/2013/4, ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha titqies bħala Stat Membru taż-żona tal-euro konformi ma’ programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

2.   Strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru huma suġġetti għat-telf impost speċifiku stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   F’każ ta’ diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni, il-Linja Gwida BĊE/2011/14 u l-Linja Gwida BĊE/2013/4, f’kull każ kif implimentata f’livell nazzjonali mill-BĊNi, din id-Deċiżjoni għandha tipprevali.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Lulju 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 5.4.2013, p. 23.

(3)  ĠU L 133, 17.5.2013, p. 26.

(4)  Deċiżjoni tal-BĊE/2013/21 tat-28 ta’ Ġunju 2013 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/13 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 75).


ANNESS

Skeda ta’ telf impost applikabbli għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru

Bonds tal-Gvern

Medda ta’ maturità

Telf impost għal kupuni fissi u varjabbli

Telf impost għal kupun żero

0-1

14,5

14,5

1-3

27,5

29,5

3-5

37,5

40,0

5-7

41,0

45,0

7-10

47,5

52,5

> 10

57,0

71,0

Bonds tal-bank iggarantiti mill-Gvern u bonds ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji iggarantiti mill-gvern

Medda ta’ maturità

Telf impost għal kupuni fissi u varjabbli

Telf impost għal kupun żero

0-1

23,0

23,0

1-3

37,0

39,0

3-5

47,5

50,5

5-7

51,5

55,5

7-10

58,0

63,0

> 10

68,0

81,5


Rettifika

18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/30


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2013 tat-12 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 105 tat-13 ta’ April 2013 )

F’paġna 3, fl-Artikolu 1(9), f’dak li jirrigwarda l-paragrafu 4 tal-Artikolu 41b tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006:

minflok:

“4.   Il-Paragrafu 2 ma għandux japplika għall-appoġġ preparatorju u assistenza teknika għal LEADER.”,

aqra:

“4.   Il-paragrafu 2 la għandu japplika għall-appoġġ preparatorju għal LEADER u lanqas għall-assistenza teknika.”.


18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.