ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.181.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2013/312/UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 605/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta’ klieb il-baħar abbord bastimenti
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 (3) jistabbilixxi projbizzjoni ġenerali għall-prattika tat-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar, fejn il-kelb il-baħar jitneħħulu l-pinen u l-kumplament tiegħu jintrema fil-baħar. |
(2) |
Il-ħut li jappartjeni għall-grupp tassonomiku Elasmobranchii, inklużi l-klieb il-baħar, ir-rebekkini u r-raj, ġeneralment huma vulnerabbli ħafna għas-sajd eċċessiv minħabba l-karatteristiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż li jikbru bil-mod, jimmaturaw tard, u jkollhom għadd żgħir ta’ frieħ, minkejja li l-produttività bijoloġika mhijiex l-istess għall-ispeċijiet kollha. Ġeneralment, fis-snin reċenti, xi popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar kienu ħafna fil-mira, inkluż minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta’ xi Stat Membru li qed joperaw f’ilmijiet tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni, u kienu mhedda serjament speċjalment minħabba ż-żieda drammatika fid-domanda għall-prodotti tal-klieb il-baħar, u b’mod partikolari għall-pinen tal-klieb il-baħar. |
(3) |
Il-pinen tal-klieb il-baħar ma jikkostitwixxux ingredjent tradizzjonali tad-dieta Ewropea, iżda l-klieb il-baħar jikkostitwixxu element neċessarju tal-ekosistema tal-baħar eżistenti fl-Unjoni. Il-ġestjoni u l-konservazzjoni ta’ stokkijiet ta’ klieb il-baħar, kif ukoll, aktar ġenerali, il-promozzjoni ta’ settur tas-sajd immexxi b’mod sostenibbli għall-ġid tal-ambjent u tan-nies li jaħdmu fis-settur, għandhom għalhekk ikunu prijorità. |
(4) |
L-għarfien xjentifiku attwali, ibbażat fuq l-eżami tar-rati ta’ qbid tal-klieb il-baħar, jindika ġeneralment li ħafna stokkijiet ta’ klieb il-baħar huma mhedda serjament, minkejja li s-sitwazzjoni mhijiex l-istess għall-ispeċijiet kollha jew anki għall-istess speċi f’żoni marittimi differenti. Skont l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN), aktar minn 25 % tal-ispeċijiet kollha ta’ klieb il-baħar pelaġiċi, li minnhom ‘il fuq minn 50 % huma klieb il-baħar pelaġiċi oċeaniċi kbar, jinsabu mhedda. F’dan l-aħħar snin, il-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord, jew il-ħatt ta’ għadd dejjem akbar ta’ speċijiet ta’ klieb il-baħar, inkluż dak ta’ klieb il-baħar li l-pinen tagħhom huma ta’ valur kummerċjali għoli, kien ipprojbit skont il-liġi tal-Unjoni jew fi ħdan il-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. |
(5) |
Il-ħuta kaħla (Priconace glauca) u l-pixxitondu (Isurus oxyrinchus), ikklassifikati mill-IUCN bħala “kważi mhedda” u “vulnerabbli” rispettivament, huma bħalissal-ispeċijiet predominanti ta’ kelb il-baħar li qed jinqabdu mill-flotta Ewropea, u l-ħuta kaħla tgħodd madwar 70 % tat-total rappurtat ta’ klieb il-baħar imħotta. Speċijiet oħra, madankollu, li jinkludu l-kurazza u l-Carcharhinus falciformis, huma wkoll soġġetti għall-qbid kemm fl-ilmijiet tal-Unjoni u kemm f’ilmijiet mhux tal-Unjoni u jikkontribwixxu għall-vijabilità ekonomika tas-sajd. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 attwalment jippermetti lill-Istati Membri biex joħorġu permessi speċjali għas-sajd li jippermettu l-ipproċessar abbord ta’ klieb il-baħar, fejn il-pinen ta’ kelb il-baħar jistgħu jitneħħew minn ma’ ġismu. Sabiex tkun żgurata li jkun hemm korrelazzjoni bejn il-piż tal-pinen tal-kelb il-baħar u l-ġisem tiegħu, ġie stabbilit proporzjon “pinna mal-karkassa”. Hemm diffikultajiet serji ta’ kontroll u infurzar meta jintuża l-proporzjon “pinna mal-karkassa”. L-użu ta’ tali proporzjon huwa insuffiċjenti biex il-prattika tas-selezzjoni kwalitattiva (high-grading) tiġi eliminata u, minħabba d-differenzi fit-tekniki ta’ kif il-pinen jinqatgħu u l-varjabilità tad-daqs u l-piż tal-pinna ta’ speċijiet differenti ta’ klieb il-baħar, l-użu tiegħu jista’ jirriżulta fit-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar mingħajr ma tinkixef l-azzjoni. Wara l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, il-pinen u l-kumplament tal-iġsma tal-ħut jistgħu jinħattu f’portijiet differenti. F’dawn il-każijiet, l-użu tal-proporzjoni ma jibqax effettiv u jagħti lok biex tokkorri t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ġbir tad-data, inter alia dwar l-identifikazzjoni tal-ispeċijiet u l-istruttura tal-popolazzjonijiet, il-bażi ta’ konsulenza xjentifika għall-istabbiliment ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tas-sajd, hija mxekkla. |
(7) |
Fid-dawl tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar adottat fl-1999 mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji kollha għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u biex jiġi minimizzat l-iskart u r-rimi minn qabdiet tal-klieb il-baħar. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ April 2009, il-Kunsill approva l-approċċ kumplessiv tal-Unjoni u objettivi speċifiċi kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni relatata dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità Ewropea għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar tal-5 ta’ Frar 2009. Il-Kunsill ħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-kwestjoni tat-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar u tippreżenta, malajr kemm jista’ jkun, proposta għall-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1185/2003, b’mod partikolari b’referenza għad-derogi u l-kondizzjonijiet assoċjati stipulati fih. |
(8) |
Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku tas-Sajd (STECF), jirrikonoxxi l-problema tat-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar, jitlob li din il-problema tkun eradikata, mingħajr derogi, u huwa tal-fehma li l-ispeċijiet Elasmobranchii għandhom jinħattu bil-pinen/bil-ġwienaħ tagħhom hekk kif jikbru b’mod naturali fuq ġisimhom. |
(9) |
L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd qegħdin jindirizzaw dejjem iktar din il-kwistjoni tat-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar. Barra minn hekk, il-korpi xjentifiċi tagħhom qed juru preferenza li l-klieb il-baħar jinħattu bil-pinen hekk kif jikbru b’mod naturali fuq ġisimhom u qegħdin jinnotaw li dan huwa l-aħjar mod li jimpedixxi t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar, u li jiffaċilita l-ġbir tad-data li hemm bżonn għall-valutazzjonijiet tal-istokkijiet. Ir-riżoluzzjonijiet annwali dwar is-sajd sostenibbli maħruġa mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mill-2007 ‘l hawn, il-Politika Globali kontra t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar tal-2008 tal-IUCN u l-Laqgħa tal-2010 tal-Konferenza għar-Rieżami tal-Ftehim dwar l-Istokkijiet tal-Ħut kollha talbu lin-nazzjonijiet jieħdu miżuri biex jirrikjedu li l-klieb il-baħar kollha jiġu mħotta bil-pinen tagħhom hekk kif jikbru b’mod naturali fuq ġisimhom. |
(10) |
Fl-2010 u l-2011, bħala parti mill-eżerċizzju meħtieġ tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika sabiex tiġbor informazzjoni dwar l-iktar mod xieraq li bih għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha li, sabiex jinkiseb l-objettiv bażiku tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-klieb il-baħar, dak ir-Regolament għandu jipprevedi li l-klieb il-baħar kollha jinħattu bil-pinen tagħhom hekk kif jikbru b’mod naturali fuq ġisimhom. |
(11) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt 3 huwa mħassar. |
(2) |
Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, sabiex ikun iffaċilitat il-ħżin abbord, il-pinen tal-klieb il-baħar jistgħu jiġu parzjalment imqatta’ u jintwew kontra l-karkassa, imma ma għandhomx jitneħħew minn mal-karkassa qabel ma jinħattu l-art.”. |
(3) |
L-Artikoli 4 u 5 huma mħassra. |
(4) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Rapporti 1. Meta bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru jaqbad, iżomm abbord, jittrażborda jew iħott klieb il-baħar, l-Istat Membru tal-bandiera għandu, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (*) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (**), jibgħat kull sena lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Mejju, rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tiegħu ta’ dan ir-Regolament matul is-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jiddeskrivi l-monitoraġġ mill-Istat Membru tal-bandiera tal-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-bastimenti tiegħu kemm fl-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni, u l-miżuri ta’ infurzar li jkun ħa fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità. B’mod partikolari, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha li ġejja:
2. Wara li l-Istati Membri jkunu bagħtu t-tieni rapport annwali tagħhom skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Jannar 2016, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi internazzjonali f’dan il-qasam. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 195.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2013.
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/4 |
REGOLAMENT (UE) Nru 606/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2013
dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 81(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Unjoni stabbilixxiet bħala għan li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja fejn il-moviment liberu tal-persuni huwa żgurat u l-aċċess għall-ġustizzja huwa ffaċilitat, b’mod partikolari permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili. Sabiex tali spazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament korrett tas-suq intern. |
(2) |
L-Artikolu 81(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet f’każijiet extraġudizzjarji. |
(3) |
Fi spazju komuni ta’ ġustizzja mingħajr fruntieri interni huwa essenzjali li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiżguraw ir-rikonoxximent rapidu u sempliċi u, fejn applikabbli, l-eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor ta’ miżuri ta’ protezzjoni ordnati fi Stat Membru biex jiġi żgurat li l-protezzjoni mogħtija lil persuna fiżika fi Stat Membru wieħed tinżamm u titkompla fi kwalunkwe Stat Membru ieħor li lejh jew fih dik il-persuna tivvjaġġa jew tmur toqgħod. Għandu jkun żgurat li l-eżerċizzju leġittimu minn ċittadini tal-Unjoni tad-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 21 tat-TFUE, ma jirriżultax f’telf ta’ dik il-protezzjoni. |
(4) |
Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni u l-għan li tiġi żgurata ċirkolazzjoni aktar rapida u b’anqas spejjeż tal-miżuri ta’ protezzjoni fi ħdan l-Unjoni jiġġustifikaw il-prinċipju li taħtu l-miżuri ta’ protezzjoni ordnati fi Stat Membru jkunu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħrajn mingħajr il-ħtieġa ta’ xi proċeduri speċjali. Bħala riżultat, miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru (“Stat Membru ta’ oriġini”) għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet ordnata fl-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent tagħha (“Stat Membru indirizzat”). |
(5) |
Sabiex jinkiseb l-għan tal-moviment liberu tal-miżuri ta’ protezzjoni, huwa meħtieġ u xieraq li r-regoli li jirregolaw ir-rikonoxximent u, fejn applikabbli, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni jkunu regolati minn strument legali tal-Unjoni li jkun vinkolanti u direttament applikabbli. |
(6) |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal miżuri ta’ protezzjoni ordnati bil-għan li jipproteġu persuna fejn ikun hemm raġunijiet serji biex jiġi kkunsidrat li l-ħajja, l-integrità fiżika jew psikoloġika, il-libertà personali, is-sigurtà personali jew l-integrità sesswali ta’ dik il-persuna jkunu f’riskju, pereżempju billi jipprevjenu kull forma ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess jew vjolenza f’relazzjonijiet intimi, bħal vjolenza fiżika, molestja, aggressjoni sesswali, stalking, intimidazzjoni jew forom oħra ta’ impożizzjoni indiretta. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li dan ir-Regolament japplika għall-vittmi kollha irrispettivament minn jekk humiex vittmi ta’ vjolenza bbażata fuq is-sess. |
(7) |
Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (3) tiżgura li l-vittmi tal-kriminalità jirċievu informazzjoni u appoġġ xierqa. |
(8) |
Dan ir-Regolament ikompli mad-Direttiva 2012/29/UE. Il-fatt li persuna tkun is-suġġett ta’ miżura ta’ protezzjoni ordnata f’materji ċivili ma jipprekludix neċessarjament li dik il-persuna tkun definita bħala ‘vittma’ taħt dik id-Direttiva. |
(9) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jinsab fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili fis-sens tal-Artikolu 81 tat-TFUE. Dan ir-Regolament japplika biss għall-miżuri ta’ protezzjoni ordnati f’materji ċivili. Il-miżuri ta’ protezzjoni adottati f’materji kriminali huma koperti mid-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (4). |
(10) |
Il-kunċett ta’ materji ċivili għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu, f’konformità mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni. In-natura tal-ambitu ċivili, amministrattiva jew kriminali tal-awtorità li tordna miżura ta’ protezzjoni m’għandhiex tkun determinanti għall-fini tal-valutazzjoni tal-karattru ċivili ta’ miżura ta’ protezzjoni. |
(11) |
Dan ir-Regolament m’għandux jinterferixxi mal-funzjonament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (5) (Regolament Brussell IIa). Deċiżjonijiet meħuda taħt ir-Regolament Brussell IIa għandhom ikomplu jiġu rikonoxxuti u eżegwiti taħt dak ir-Regolament. |
(12) |
Dan ir-Regolament iqis it-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri u ma jindaħalx fis-sistemi nazzjonali li taħthom huma ordnati miżuri ta’ protezzjoni. Dan ir-Regolament ma jobbligax lill-Istati Membri sabiex jimmodifikaw is-sistemi nazzjonali tagħhom sabiex jiffaċilitaw li jiġu ordnati miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili, u lanqas sabiex jintroduċu miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Sabiex jittieħed kont tad-diversi tipi ta’ awtoritajiet li jordnaw miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili fl-Istati Membri, u kuntrarjament għal oqsma oħra ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, dan ir-Regolament għandu japplika għal deċiżjonijiet kemm tal-awtoritajiet ġudizzjarji kif ukoll tal-awtoritajiet amministrattivi sakemm dawn tal-aħħar jagħtu garanziji fir-rigward, b’mod partikolari, tal-imparzjalità tagħhom u tad-dritt tal-partijiet għal reviżjoni ġudizzjarja. F’ebda każ m’għandhom l-awtoritajiet tal-pulizija jiġu kkunsidrati bħala awtoritajiet emittenti fis-sens ta’ dan ir-Regolament. |
(14) |
Abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, il-miżuri ta’ protezzjoni ordnati f’materji ċivili fl-Istat Membru ta’ oriġini għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istat Membru indirizzat bħala miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(15) |
Taħt il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, ir-rikonoxximent jikkorrispondi għat-tul ta’ żmien tal-miżura ta’ protezzjoni. Madankollu, b’kont meħud tad-diversità tal-miżuri ta’ protezzjoni taħt il-liġijiet tal-Istati Membri, partikolarment fir-rigward tat-tul ta’ żmien tagħhom, u tal-fatt li dan ir-Regolament tipikament japplika f’sitwazzjonijiet urġenti, l-effetti ta’ rikonoxximent taħt dan ir-Regolament għandhom, bħala eċċezzjoni, jiġu limitati għal perijodu ta’ 12-il xahar mill-ħruġ taċ-ċertifikat previst minn dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk il-miżura ta’ protezzjoni stess (kemm jekk provviżorja, jew limitata fiż-żmien, kif ukoll jekk indefinita fin-natura tagħha) ikollhiex aktar tul ta’ żmien. |
(16) |
F’każijiet fejn it-tul ta’ żmien ta’ miżura ta’ protezzjoni jaqbeż 12-il xahar, il-limitazzjoni tal-effetti ta’ rikonoxximent taħt dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuna protetta li tinvoka dik il-miżura ta’ protezzjoni taħt kwalunkwe att legali disponibbli ieħor tal-Unjoni li jipprovdi għar-rikonoxximent jew li tapplika għal miżura nazzjonali ta’ protezzjoni fl-Istat Membru indirizzat. |
(17) |
Il-limitazzjoni tal-effetti tar-rikonoxximent hija eċċezzjonali minħabba n-natura speċjali tas-suġġett ta’ dan ir-Regolament u m’għandhiex isservi bħala preċedent għal strumenti oħra f’materji ċivili u kummerċjali. |
(18) |
Dan ir-Regolament għandu jittratta biss ir-rikonoxximent tal-obbligu impost mill-miżura ta’ protezzjoni. Huwa ma għandux jirregola l-proċeduri għall-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni, u lanqas ma għandu jkopri xi sanzjonijiet potenzjali li jistgħu jiġu imposti jekk l-obbligu ordnat mill-miżura ta’ protezzjoni jinkiser fl-Istat Membru indirizzat. Dawk il-materji jibqgħu regolati bid-dritt ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, f’konformità mal-prinċipji ġenerali taħt id-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ protezzjoni rikonoxxuti taħt dan ir-Regolament jistgħu jsiru effettivi fl-Istat Membru indirizzat. |
(19) |
Il-miżuri ta’ protezzjoni koperti minn dan ir-Regolament għandhom jipprovdu protezzjoni lill-persuna protetta fil-post ta’ residenza tagħha, fil-post tax-xogħol tagħha jew f’kull post ieħor li dik il-persuna żżur fuq bażi regolari, bħar-residenza tal-qraba jew l-iskola jew l-istabbiliment edukattiv li jattendu t-tfal tagħha. Irrispettivament minn jekk dan il-post jew id-daqs taż-żona koperti mill-miżura ta’ protezzjoni humiex deskritti fil-miżura ta’ protezzjoni permezz ta’ indirizz speċifiku wieħed jew aktar jew b’riferiment għal ċertu spazju ċirkoskritt li fuqu l-persuna li tikkawża ir-riskju ma tistax, rispettivament, tersaq jew tidħol (jew taħlita ta’ dawn it-tnejn), ir-rikonoxximent tal-obbligu impost mill-miżura ta’ protezzjoni huwa relatat mal-iskop li l-post iservi għall-persuna protetta pjuttost milli mal-indirizz speċifiku. |
(20) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ qabel u dment li jinżammu n-natura u l-elementi essenzjali tal-miżura ta’ protezzjoni, l-awtorità komptenenti fl-Istat Membru indirizzat għandha tkun tista’ taġġusta l-elementi fattwali tal-miżura ta’ protezzjoni fejn tali aġġustament huwa meħtieġ sabiex ir-rikonoxximent tal-miżura ta’ protezzjoni jkun jista’ jkun effettiv f’termini prattiċi fl-Istat Membru indirizzat. L-elementi fattwali jinkludu l-indirizz, il-post f’sens ġenerali jew id-distanza minima li l-persuna li tikkawża r-riskju għandha żżomm mill-persuna protetta, mill-indirizz jew mill-post f’sens ġenerali. Madankollu, it-tip u n-natura ċivili tal-miżura ta’ protezzjoni ma jistgħux jiġu affettwati minn tali aġġustament. |
(21) |
Sabiex jiġi ffaċilitat kwalunkwe aġġustament ta’ miżura ta’ protezzjoni, iċ-ċertifikat għandu jindika jekk l-indirizz speċifikat fil-miżura ta’ protezzjoni jikkostitwixxix il-post tar-residenza, il-post tax-xogħol jew post li l-persuna protetta żżur fuq bażi regolari. Barra minn hekk, jekk rilevanti, l-ispazju ċirkoskritt (ir-raġġ approssimattiv mill-indirizz speċifiku) li għalih japplika l-obbligu impost mill-miżura ta’ protezzjoni fuq il-persuna li tikkawża r-riskju, għandu jiġi indikat ukoll fiċ-ċertifikat. |
(22) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-miżuri ta’ protezzjoni fl-Unjoni, jeħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi mudell uniformi ta’ ċertifikat u jipprovdi għall-istabbiliment ta’ formola standard multilingwi għal dak il-għan. L-awtorità emittenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat fuq talba tal-persuna protetta. |
(23) |
Il-kaxxi għal test liberu fil-formola standard multilingwi għaċ-ċertifikat għandhom ikunu kemm jista’ jkun limitati, sabiex it-traduzzjoni jew it-traslitterazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mingħajr l-impożizzjoni ta’ xi spiża fuq il-persuna protetta permezz tal-użu tal-formola standard fil-lingwa rilevanti. Kwalunkwe spiża għat-traduzzjoni neċessarja li tmur lil hinn mit-test tal-formola standard multilingwi għandha tiġi allokata kif previst taħt id-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini. |
(24) |
Fejn ċertifikat fih test liberu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru indirizzat għandha tiddetermina jekk hijiex meħtieġa xi traduzzjoni jew traslitterazzjoni. Dan ma għandux jipprekludi lill-persuna protetta jew lill-awtorità emittenti tal-Istat Membru tal-oriġini milli jipprovdu traduzzjoni jew traslitterazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess. |
(25) |
Sabiex jiġi żgurat rispett għad-drittijiet ta’ difiża tal-persuna li tikkawża r-riskju, fejn il-miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet ordnata fil-kontumaċja jew taħt xi proċedura li ma tipprevedix in-notifika minn qabel lil dik il-persuna (“proċedura ex-parte”), il-ħruġ taċ-ċertifikat għandu jkun possibbli biss jekk dik il-persuna kellha l-opportunità tħejji d-difiża tagħha kontra l-miżura ta’ protezzjoni. Madankollu, bil-ħsieb li tiġi evitata l-elużjoni u b’kont meħud tal-urġenza tipika tal-każijiet li jeħtieġu miżuri ta’ protezzjoni, ma għandux ikun meħtieġ li l-perijodu biex issir tali difiża jkun skada qabel ma jkun jista’ jinħareġ ċertifikat. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ hekk kif il-miżura ta’ protezzjoni tkun eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini. |
(26) |
B’kont meħud tal-objettivi ta’ sempliċità u rapidità, dan ir-Regolament jipprevedi metodi sempliċi u rapidi li għandhom jintużaw sabiex il-persuna li tikkawża r-riskju tiġi mgħarrfa bil-passi proċedurali. Dawk il-metodi speċifiċi ta’ tagħrif għandhom japplikaw biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament minħabba n-natura speċjali tas-suġġett tiegħu, m’għandhomx iservu ta’ preċedent għal strumenti oħrajn f’materji ċivili u kummerċjali u m’għandhomx jaffettwaw xi obbligu ta’ Stat Membru li jirrigwarda n-notifika barra l-pajjiż ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili li jirriżultaw minn konvenzjoni bilaterali jew multilaterali konkluża bejn dak l-Istat Membru u pajjiż terz. |
(27) |
Meta l-persuna li tikkawża r-riskju tiġi mgħarrfa biċ-ċertifikat u wkoll meta jsir xi aġġustatament lil kwalunkwe element fattwali ta’ miżura ta’ protezzjoni fl-Istat Membru indirizzat, għandu jittieħed kont debitu tal-interess tal-persuna protetta biex ma jiġux żvelati l-post fejn tinsab dik il-persuna jew dettalji oħra ta’ kuntatt. Dawn id-dettalji ma għandhomx jingħataw lill-persuna li tikkawża r-riskju sakemm tali żvelar ma jkunx meħtieġ għall-konformità ma’, jew l-eżekuzzjoni ta’, il-miżura ta’ protezzjoni. |
(28) |
Il-ħruġ taċ-ċertifikat ma għandux ikun suġġett għal appell. |
(29) |
Iċ-ċertifikat għandu jiġi rettifikat fejn, minħabba żball ovvju jew impreċiżjoni ovvja, bħal żball tipografiku, jew żball ta’ traskrizzjoni jew fl-ikkuppjar, iċ-ċertifikat ma jirriflettix b’mod korrett il-miżura ta’ protezzjoni, jew għandu jiġi rtirat jekk ikun ċar li ngħata skorrettament, pereżempju fejn intuża għal miżura li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew fejn inħareġ bi ksur tar-rekwiżiti għall-ħruġ tiegħu. |
(30) |
L-awtorità emittenti tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha, fuq talba, tassisti lill-persuna protetta fil-ksib ta’ informazzjoni dwar l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat li quddiemhom għandha tiġi invokata l-miżura ta’ protezzjoni jew tintalab l-eżekuzzjoni. |
(31) |
Il-funzjonament armonjuż tal-ġustizzja jirrikjedi li ma jingħatawx deċiżjonijiet irrikonċiljabbli f’żewġ Stati Membri. Għal dak il-għan, dan ir-Regolament għandu jipprevedi raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent jew eżekuzzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ rikonċiljazzjoni ma’ sentenza mogħtija jew rikonoxxuta fl-Istat Membru indirizzat. |
(32) |
Kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jiġġustifikaw rifjut mill-qrati tal-Istat Membru indirizzat li jirrikonoxxu jew jeżegwixxu miżura ta’ protezzjoni fejn l-applikazzjoni tagħha tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, il-qrati ma għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni ta’ ordni pubbliku sabiex jirrifjutaw ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni meta b’dan imorru kontra d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha. |
(33) |
Fil-każ tas-sospensjoni jew irtirar tal-miżura ta’ protezzjoni jew tal-irtirar taċ-ċertifikat fl-Istat Membru ta’ oriġini, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru indirizzat għandha, mal-ħruġ taċ-ċertifikat rilevanti, tissospendi jew tirtira l-effetti tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, l-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni. |
(34) |
Persuna protetta għandha jkollha aċċess effettiv għall-ġustizzja fi Stati Membri oħrajn. Sabiex ikun żgurat tali aċċess effettiv fi proċeduri koperti minn dan ir-Regolament, għandha tingħata għajnuna legali b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 biex jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwim transkonfinali billi jiġu stabbiliti regoli minimi komuni rigward l-għajnuna legali għal tali tilwim (6). |
(35) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun meħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu ċerta informazzjoni dwar ir-regoli u proċeduri nazzjonali tagħhom relatati mal-miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (7). Għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri permezz tal-Portal e-Justice Ewropew. |
(36) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-emendament sussegwenti tal-formoli previsti f’dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8). |
(37) |
Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u li sussegwentement jemendaw il-formoli previsti f’dan ir-Regolament. |
(38) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, huwa għandu bħala għan li jiżgura d-drittijiet tad-difiża u għal proċess imparzjali, kif stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-istess Karta. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’konformità ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji. |
(39) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi regoli għal mekkaniżmu sempliċi u rapidu għar-rikonoxximent ta’ miżuri ta’ protezzjoni ordnati fi Stat Membru f’materji ċivili, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(40) |
B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(41) |
B’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(42) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta opinjoni fis-17 ta’ Ottubru 2011 (9), ibbażata fuq l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (10), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal mekkaniżmu sempliċi u rapidu għar-rikonoxximent ta’ miżuri ta’ protezzjoni ordnati fi Stat Membru f’materji ċivili.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili ordnati minn awtorità emittenti fis-sens tal-punt (4) tal-Artikolu 3.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal każijiet transkonfinali. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, każ għandu jitqies bħala każ transkonfinali fejn ir-rikonoxximent tal-miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru jintalab fi Stat Membru ieħor.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“miżura ta’ protezzjoni” tfisser kull deċiżjoni, irrispettivament minn kif tissejjaħ, ordnata mill-awtorità emittenti tal-Istat Membru ta’ oriġini taħt id-dritt nazzjonali tiegħu u li timponi wieħed jew aktar mill-obbligi li ġejjin fuq il-persuna li tikkawża r-riskju bl-għan tal-protezzjoni ta’ persuna oħra, meta jista’ jkun hemm riskju għall-integrità fiżika jew psikoloġika ta’ din il-persuna protetta:
|
(2) |
“persuna protetta” tfisser persuna fiżika li tkun is-suġġett tal-protezzjoni mogħtija minn miżura ta’ protezzjoni; |
(3) |
“persuna li tikkawża r-riskju” tfisser persuna fiżika li fuqha ġew imposti wieħed jew aktar obbligi msemmijin fil-punt (1); |
(4) |
“awtorità emittenti” tfisser kwalunkwe awtorità ġudizzjarja jew kwalunkwe awtorità oħra nominata minn Stat Membru bħala li jkollha kompetenza fil-materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sakemm tali awtorità oħra toffri garanziji lill-partijiet fir-rigward tal-imparzjalità, u sakemm id-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-miżura ta’ protezzjoni jistgħu, taħt id-dritt tal-Istat Membru fejn toperai, ikunu suġġetti għal reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja u għandhom forza u effetti ekwivalenti għal dawk ta’ deċiżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja fl-istess materja; |
(5) |
“Stat Membru ta’ oriġini” tfisser l-Istat Membru li fih tiġi ordnata l-miżura ta’ protezzjoni; |
(6) |
“Stat Membru indirizzat” tfisser l-Istat Membru li fih jintalbu r-rikonoxximent u, fejn applikabbli, l-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni. |
KAPITOLU II
RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI TA’ MIŻURI TA’ PROTEZZJONI
Artikolu 4
Rikonoxximent u eżekuzzjoni
1. Miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa ebda proċedura speċjali u għandha tkun eżegwibbli mingħajr ma tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.
2. Persuna protetta li tixtieq tinvoka fl-Istat Membru indirizzat miżura ta’ protezzjoni ordnata fl-Istat Membru ta’ oriġini għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru indirizzat:
(a) |
b’kopja tal-miżura ta’ protezzjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; |
(b) |
biċ-ċertifikat maħruġ fl-Istat Membru ta’ oriġini f’konformità mal-Artikolu 5; u |
(c) |
fejn meħtieġ, bi traslitterazzjoni u/jew traduzzjoni taċ-ċertifikat skont l-Artikolu 16. |
3. Iċ-ċertifikat għandu jsir effettiv biss fil-limiti tal-eżegwibbiltà tal-miżura ta’ protezzjoni.
4. Irrispettivament minn jekk il-miżura ta’ protezzjoni jkollhiex aktar tul ta’ żmien, l-effetti tar-rikonoxximent taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati għal perijodu ta’ 12-il xahar, li jibdew jiddekorru mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.
5. Il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni għandha tkun regolata mid-dritt tal-Istat Membru indirizzat.
Artikolu 5
Ċertifikat
1. L-awtorità emittenti tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha, fuq talba mill-persuna protetta, toħroġ iċ-ċertifikat bl-użu tal-formola standard multilingwi stabbilita f’konformità mal-Artikolu 19 u li jkun fiha l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 7.
2. Ma għandu jkun hemm l-ebda appell kontra l-ħruġ taċ-ċertifikat.
3. Fuq talba mill-persuna protetta, l-awtorità emittenti tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha tipprovdi lill-persuna protetta bi traslitterazzjoni u/jew traduzzjoni taċ-ċertifikat billi jsir użu mill-formola standard multilingwi stabbilita f’konformità mal-Artikolu 19.
Artikolu 6
Rekwiżiti għall-ħruġ taċ-ċertifikat
1. Iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ biss jekk il-miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet notifikata lill-persuna li tikkawża r-riskju f’konformità mad-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini.
2. Fejn il-miżura ta’ protezzjoni kienet ordnata fil-kontumaċja, iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ biss jekk il-persuna li tikkawża r-riskju tkun ġiet notifikata bid-dokument istituttiv tal-proċediment jew b’dokument ekwivalenti jew, fejn rilevanti, tkun ġiet mgħarrfa b’mod ieħor bil-bidu tal-proċediment f’konformità mad-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini fi żmien suffiċjenti u b’tali mod li jippermetti lil dik il-persuna tiddifendi ruħha.
3. Fejn il-miżura ta’ protezzjoni ġiet ordnata taħt proċedura li ma tipprovdix li notifika minn qabel tingħata lill-persuna li tikkawża r-riskju (“proċediment ex-parte”), iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ biss jekk dik il-persuna kellha d-dritt li tikkontesta l-miżura ta’ protezzjoni taħt id-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini.
Artikolu 7
Kontenut taċ-ċertifikat
Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem u l-indirizz/id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità emittenti; |
(b) |
in-numru ta’ referenza tal-fajl; |
(c) |
id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat; |
(d) |
dettalji dwar il-persuna protetta: isem, data u post tat-twelid, fejn disponibbli, u indirizz sabiex jintuża għall-finijiet tan-notifika, preċeduti minn avviż viżibbli sew li dak l-indirizz jista’ jingħata lill-persuna li tikkawża r-riskju; |
(e) |
dettalji dwar il-persuna li tikkawża r-riskju: isem, data u post tat-twelid, fejn disponibbli, u indirizz li għandu jintuża għall-finijiet ta’ notifika; |
(f) |
l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni, inkluż, fejn applikabbli, it-tip ta’ miżura u l-obbligu impost minnha fuq il-persuna li tikkawża r-riskju u l-ispeċifikazzjoni tal-funzjoni tal-post u/jew l-ispazju ċirkoskritt li lilu jew fih dik il-persuna tkun ipprojbita milli, rispettivament, tavviċina jew tidħol; |
(g) |
it-tul ta’ żmien tal-miżura ta’ protezzjoni; |
(h) |
it-tul ta’ żmien tal-effetti tar-rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 4(4); |
(i) |
dikjarazzjoni li r-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 6 jkunu ġew sodisfatti; |
(j) |
informazzjoni dwar id-drittijiet mogħtija taħt l-Artikoli 9 u 13; |
(k) |
sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, it-titolu sħiħ ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 8
Notifika taċ-ċertifikat lill-persuna li tikkawża r-riskju
1. L-awtorità emittenti tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha tgħarraf lill-persuna li tikkawża r-riskju biċ-ċertifikat u bil-fatt li l-ħruġ taċ-ċertifikat jirriżulta fir-rikonoxximent u, fejn applikabbli, l-eżegwibbiltà tal-miżura ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kollha f’konformità mal-Artikolu 4.
2. Fejn il-persuna li tikkawża r-riskju tirrisjedi fl-Istat Membru ta’ oriġini, in-notifika għandha ssir f’konformità mad-dritt ta’ dak l-Istat Membru. Fejn il-persuna li tikkawża r-riskju tirrisjedi fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ oriġini jew f’pajjiż terz, in-notifika għandha ssir permezz ta’ ittra reġistrata b’konferma tar-riċezzjoni jew ekwivalenti.
Is-sitwazzjonijiet li fihom l-indirizz tal-persuna li tikkawża r-riskju ma tkunx magħrufa jew li fihom dik il-persuna tirrifjuta bħala riċevuta minnha n-notifika għandhom ikunu regolati mid-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini.
3. Il-post fejn tinsab il-persuna protetta jew dettalji oħrajn ta’ kuntatt magħha ma għandhomx jiġu żvelati lill-persuna li tikkawża r-riskju sakemm l-iżvelar tagħhom ma jkunx meħtieġ għall-konformità ma’, jew l-eżekuzzjoni ta’, il-miżura ta’ protezzjoni.
Artikolu 9
Rettifika jew irtirar taċ-ċertifikat
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) u fuq talba mill-persuna protetta jew tal-persuna li tikkawża r-riskju lill-awtorità emittenti tal-Istat Membru ta’ oriġini jew fuq inizjattiva proprja ta’ dik l-awtorità, iċ-ċertifikat għandu:
(a) |
jiġi rettifikat fejn, minħabba żball klerikali, ikun hemm diskrepanza bejn il-miżura ta’ protezzjoni u ċ-ċertifikat; jew |
(b) |
jiġi rtirat fejn ikun ċar li ngħata skorrettament, b’kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 u tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
2. Il-proċedura, inkluż kwalunkwe appell, fir-rigward tar-rettifika jew l-irtirar taċ-ċertifikat għandha tkun regolata mid-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini.
Artikolu 10
Assistenza lill-persuna protetta
Fuq talba mill-persuna protetta, l-awtorità emittenti tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha tassisti dik il-persuna protetta fil-ksib ta’ informazzjoni, kif tkun saret disponibbli taħt l-Artikoli 17 u 18, li tikkonċerna l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat li quddiemhom ser tiġi invokata l-miżura ta’ protezzjoni jew mitluba l-eżekuzzjoni.
Artikolu 11
Aġġustament tal-miżura ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru indirizzat għandha, fejn u sal-punt meħtieġ, taġġusta l-elementi fattwali tal-miżura ta’ protezzjoni sabiex il-miżura ta’ protezzjoni ssir effettiva f’dak l-Istat Membru.
2. Il-proċedura għall-aġġustament tal-miżura ta’ protezzjoni għandha tkun regolata mid-dritt tal-Istat Membru indirizzat.
3. L-aġġustament tal-miżura ta’ protezzjoni għandu jiġi notifikat lill-persuna li tikkawża r-riskju.
4. Fejn il-persuna li tikkawża r-riskju tirrisjedi fl-Istat Membru indirizzat, in-notifika għandha ssir f’konformità mad-dritt ta’ dak l-Istat Membru. Fejn il-persuna li tikkawża r-riskju tirrisjedi fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru indirizzat jew f’pajjiż terz, in-notifika għandha ssir permezz ta’ ittra reġistrata b’aċċettazzjoni tar-riċezzjoni jew ekwivalenti.
Is-sitwazzjonijiet li fihom l-indirizz tal-persuna li tikkawża r-riskju ma jkunx magħruf jew fejn dik il-persuna tirrifjuta bħala riċevuta minnha n-notifika għandhom ikunu regolati mid-dritt tal-Istat Membru indirizzat.
5. Jista’ jitressaq appell kontra l-aġġustament tal-miżura ta’ protezzjoni mill-persuna protetta jew mill-persuna li tikkawża r-riskju. Il-proċedura ta’ appell għandha tkun regolata mid-dritt tal-Istat Membru indirizzat. Madankollu, ir-rikors għal appell ma għandux ikollu effett sospensiv.
Artikolu 12
Ebda reviżjoni dwar il-mertu
Taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ tiġi riveduta miżura ta’ protezzjoni ordnata fl-Istat Membru ta’ oriġini fir-rigward tal-mertu tagħha fl-Istat Membru indirizzat.
Artikolu 13
Rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni
1. Ir-rikonoxximent u, fejn applikabbli, l-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni għandhom jiġu rifjutati, fuq rikors mill-persuna li tikkawża r-riskju, sa fejn tali rikonoxximent ikun:
(a) |
manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru indirizzat; jew |
(b) |
irrikonciljabbli ma’ sentenza mogħtija jew rikonoxxuta fl-Istat Membru indirizzat. |
2. Ir-rikors għal rifjut ta’ rikonoxximent jew eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-qorti tal-Istat Membru indirizzat kif komunikata minn dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni b’konformità mal-punt (a) (iv) tal-Artikolu 18(1).
3. Ir-rikonoxximent tal-mizura ta’ protezzjoni ma jistax jigi rifjutat għar-raġuni li d-dritt tal-Istat Membru indirizzat ma jipprovdix għal tali mizura abbazi tal-istess fatti.
Artikolu 14
Sospensjoni jew irtirar tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni
1. Fil-każ tas-sospensjoni jew irtirar tal-miżura ta’ protezzjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini, jew tas-sospensjoni jew limitazzjoni tal-eżegwibbiltà tagħha, jew irtirar taċ-ċertifikat f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 9(1), l-awtorità emittenti tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha, fuq talba mill-persuna protetta jew mill-persuna li tikkawża r-riskju, toħroġ ċertifikat li jindika dik is-sospensjoni, limitazzjoni jew irtirar bl-użu tal-formola standard multilingwi stabbilita f’konformità mal-Artikolu 19.
2. Mal-preżentazzjoni, mill-persuna protetta jew mill-persuna li tikkawża r-riskju, taċ-ċertifikat maħruġ taħt il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru indirizzat għandha tissospendi jew tirtira l-effetti tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, l-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 15
Legiżlazzjoni u formalitajiet simili oħra
L-ebda leġislazzjoni jew formalità simili oħra m’għandha tkun meħtieġa għal dokumenti maħruġa fi Stat Membru fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Traslitterazzjoni jew traduzzjoni
1. Kwalunkwe traslitterazzjoni jew traduzzjoni meħtieġa taħt dan ir-Regolament għandha tkun għal-lingwa uffiċjali jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew għal kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li dak l-Istat Membru jkun indika li jista’ jaċċetta.
2. Suġġett għall-Artikolu 5(3), kwalunkwe traduzzjoni taħt dan ir-Regolament għandha ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f’wieħed mill-Istati Membri.
Artikolu 17
Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku
L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fi ħdan il-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali stabbilit bid-Deċiżjoni 2001/470/KE u bil-ħsieb li l-informazzjoni ssir aċċessibbligħall-pubbliku, deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali li jirrigwardaw miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili, inkluża informazzjoni dwar it-tip ta’ awtoritajiet li huma kompetenti fil-materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom iżommu din l-informazzjoni aġġornata.
Artikolu 18
Komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri
1. Sal-11 ta’ Lulju 2014, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
it-tip ta’ awtoritajiet li huma kompetenti fil-materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u jispeċifikaw, fejn applikabbli,
|
(b) |
il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1). |
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ kwalunkwe mezz adatt, b’mod partikolari permezz tas-sit web tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali.
Artikolu 19
Stabbiliment u emendament sussegwenti tal-formoli
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u li sussegwentement jemendaw il-formoli msemmija fl-Artikoli 5 u 14. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20.
Artikolu 20
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 21
Reviżjoni
Sal-11 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tipprezenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk neċessarju, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għal emendi.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-11 ta’ Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu japplika għal miżuri ta’ protezzjoni ordnati fil-11 ta’ Jannar 2015 jew wara, irrispettivament minn meta jkunu ġew istitwiti proċedimenti.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) ĠU C 113, 18.4.2012, p. 56.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2013.
(3) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(4) ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2.
(5) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.
(6) ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41.
(7) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.
(8) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/13 |
REGOLAMENT (UE) Nru 607/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2013
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 tal-24 ta’ Marzu 1997 li jirtira temporanjament l-aċċess għall-preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati mill-Unjoni ta’ Mjanmar (2), kif emendat bl-Artikolu 28(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-1 ta’ Jannar 2009 (3), jistipula li l-aċċess tal-Mjanmar/Burma għall-preferenzi tariffarji mogħtija bir-Regolament (KE) Nru 732/2008 huwa rtirat temporanjament. |
(2) |
Il-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 jistipula li l-arranġamenti preferenzjali previsti f’dak ir-Regolament jistgħu jiġu rtirati temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ wħud minnhom li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju, għal ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stipulati fil-konvenzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament, abbażi tal-konklużjonijiet tal-korpi rilevanti ta’ monitoraġġ. |
(3) |
Il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) rigward Xogħol Furzat jew Obbligatorju, 1930 (Nru 29), hija mniżżla fil-Parti A tal-Anness III, għar-Regolament (KE) Nru 732/2008. |
(4) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 552/97, l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament għandha tintemm fid-dawl ta’ rapport tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol furzat fil-Mjanmar/Burma, li juri li l-prattiki msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 ma għadhomx jeżistu. |
(5) |
Fit-13 ta’ Ġunju 2012, il-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol (ILC) adottat ir-Riżoluzzjoni “li tikkonċerna l-miżuri dwar is-suġġett tal-Mjanmar adottati skont l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tal-ILO” (“Riżoluzzjoni ILC”). Filwaqt li ħadet nota tal-konklużjonijiet adottati fl-4 ta’ Ġunju 2012 mill-Kumitat dwar l-Applikazzjoni tal-Istandards tal-ILC, u waqt li qieset li ż-żamma tal-miżuri eżistenti ma tibqgħax tgħin aktar biex jintlaħaq ir-riżultat mixtieq, l-ILC ddeċidiet li tneħħi r-restrizzjonijiet, li eskludew il-Gvern tal-Mjanmar/Burma milli jirċievi kooperazzjoni teknika u għajnuna teknika mill-ILO. Hija wkoll sospendiet għal sena t-talba tal-ILO mingħand il-membri tagħha biex jirrevedu r-relazzjonijiet tagħhom mal-Mjanmar/Burma biex jiżguraw li x-xogħol furzat mhux qed jintuża f’dawn ir-relazzjonijiet. |
(6) |
Fis-17 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ppubblikat rapport “skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 fir-rigward tax-xogħol furzat fil-Mjanmar/Burma” bis-sejbiet tagħha (“ir-Rapport”). Ir-Rapport jikkonkludi li l-progress li sar mill-Mjanmar/Burma lejn il-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ILO, li ġie rrikonoxxut mill-korpi kompetenti ta’ monitoraġġ tal-ILO, ifisser li l-vjolazzjonijiet tal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO mhux qed jitqiesu aktar bħala “serji u sistematiċi” u jirrakkomanda li l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati għandu jiġi riintegrat għall-Mjanmar/Burma. |
(7) |
Fid-dawl tar-riżoluzzjoni tal-ILC u tar-Rapport, u skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 552/97, l-irtirar temporanju tal-aċċess għall-preferenzi tariffarji tal-Mjanmar/Burma mogħti bir-Regolament (KE) Nru 732/2008 għandu għalhekk jitħassar, mid-data tal-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni ILC. |
(8) |
Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja l-iżviluppi fil-Mjanmar/Burma fir-rigward ta’ xogħol furzat u tirreaġixxi għalihom skont il-proċeduri fis-seħħ, inkluż, jekk meħtieġ, il-proċeduri tal-irtirar imġedda, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 552/97 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-13 ta’ Ġunju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2013.
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/15 |
REGOLAMENT (UE) Nru 608/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2013
dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Il-Kunsill talab, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar pjan Ewropew globali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra oġġetti suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra oġġetti li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (2), jiġi rivedut. |
(2) |
It-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti li jiksru d-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali jagħmel ħsara konsiderevoli lid-detenturi tad-drittijiet, utenti jew gruppi ta’ produtturi, u lil manifatturi u kummerċjanti li jħarsu l-liġi. Tali tqegħid fis-suq jista’ wkoll iqarraq bil-konsumaturi, u f’ċerti każijiet jista’ jipperikola s-saħħa u s-sigurtà tagħhom. prodotti bħal dawn għandhom, kemm jista’ jkun possibbli, jinżammu barra mis-suq tal-Unjoni u għandhom jiġu adottati miżuri li jindirizzaw tqegħid fis-suq illegali bħal dan mingħajr ma jfixklu l-kummerċ leġittimu. |
(3) |
Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 uriet li, fid-dawl ta’ żviluppi ekonomiċi, kummerċjali u legali huwa meħtieġ ċertu titjib fil-qafas legali sabiex jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mill-awtoritajiet doganali, kif ukoll sabiex tiġi żgurata ċertezza legali xierqa. |
(4) |
L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu kompetenti biex jinfurzaw id-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodotti li, skont il-leġislazzjoni doganali tal-Unjoni, huma soġġetti għal superviżjoni doganali jew kontroll doganali, u biex jagħmlu kontrolli adatti fuq oġġetti bħal dawn bil-ħsieb li jiġu evitati operazzjonijiet li jiksru l-liġijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali. L-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali fil-fruntiera, meta l-oġetti jkunu, jew kellhom ikunu, taħt superviżjoni doganali jew kontroll doganali huwa mod effiċjenti kif tingħata protezzjoni legali malajr u b’mod effettiv lid-detentur tad-dritt kif ukoll lill-utenti u l-gruppi ta’ produtturi. Fejn ir-rilaxx tal-oġġetti jiġi sospiż jew l-oġġetti jinżammu mill-awtoritajiet doganali fil-fruntiera, għandha tkun meħtieġa proċedura legali waħda biss, filwaqt li għandhom jinħtieġu diversi proċeduri separati għall-istess livell ta’ infurzar għall-oġġetti li jinstabu fis-suq, li jkunu ġew diżaggregati u mwassla lill-bejjigħa bl-imnut. Għandha ssir eċċezzjoni għall-oġġetti rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera taħt is-sistema ta’ użu aħħari, minħabba li dawn l-oġġetti jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-dwana, anki jekk ikunu ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-oġġetti li l-passiġġieri jkunu qed iġorru fil-bagalji personali tagħhom sakemm dawk l-oġġetti jkunu għall-użu personali u ma jkunx hemm indikazzjoni li jkun hemm involut traffiku kummerċjali. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 ma jkoprix ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u ċertu ksur huwa eskluż mill-ambitu tiegħu. Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, l-intervent doganali għandu jiġi estiż għal tipi oħrajn ta’ ksur li m’humiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1383/2003. Dan ir-Regolament għandu għalhekk, minbarra d-drittijiet diġà koperti mir-Regolament (KE) Nru 1383/2003, jinkludi wkoll ismijiet kummerċjali sakemm ikunu protetti bħala drittijiet ta’ proprjetà esklużivi taħt il-liġi nazzjonali, topografiji ta’ prodotti semikondutturi u mudelli ta’ utilità u apparat li prinċipalment huma mfasslin, prodotti jew adattati sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw iċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżuri teknoloġiċi. |
(6) |
Ksur li jirriżulta mill-hekk imsejjaħ kummerċ parallel illegali u kwantitajiet maqbużin huma esklużi mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003. Oġġetti soġġetti għal kummerċ parallel illegali, jiġifieri oġġetti li ġew manifatturati bil-kunsens tad-detentur tad-dritt iżda li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fiż-Żona Ekonomika Ewropea mingħajr il-kunsens tiegħu, u kwantitajiet maqbużin, jiġifieri oġġetti li huma manifatturati minn persuna awtorizzata kif xieraq minn detentur tad-dritt biex timmanifattura ċerta kwantità ta’ oġġetti, minbarra l-kwantitajiet maqbula bejn dik il-persuna u dak id-detentur tad-dritt, huma manifatturati bħala oġġetti ġenwini u għalhekk mhux xieraq li l-awtoritajiet doganali jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq oġġetti bħal dawn. Il-kummerċ parallel illegali u l-kwantitajiet maqbużin b’hekk għandhom jiġu esklużi wkoll mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
L-Istati Membri għandhom, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jipprovdu taħriġ xieraq għall-uffiċjali doganali, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tajba ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
Dan ir-Regolament, meta implimentat bis-sħiħ, ser ikompli jikkontribwixxi għal suq intern li jiżgura protezzjoni aktar effettiva għad-detenturi ta’ dritt, iqanqal il-kreattività u l-innovazzjoni u jipprovdi lill-konsumaturi bi prodotti affidabbli u ta’ kwalità għolja, li min-naħa tagħhom għandhom isaħħu t-transazzjonijiet transkonfinali bejn il-konsumaturi, in-negozji u l-kummerċjanti. |
(9) |
L-Istati Membri jħabbtu wiċċhom ma’ riżorsi dejjem aktar limitati fil-qasam tad-dwana. Għalhekk, il-promozzjoni ta’ teknoloġiji u strateġiji ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġu massimizzati r-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet doganali għandha tiġi appoġġata. |
(10) |
Dan ir-Regolament fih biss regoli ta’ proċedura għall-awtoritajiet tad-dwana. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jistipula l-ebda kriterju biex ikun aċċertat li jeżisti ksur ta’ dritt t-proprjetà intellettwali. |
(11) |
Skont id-“Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika” adottata fil-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Doha fl-14 ta’ Novembru 2001, il-Ftehim dwar Aspetti li Għandhom x’Jaqsmu mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (Ftehim TRIPS) jista’ u għandu jiġi interpretat u implimentat b’mod li jappoġġa d-dritt tal-Membri tad-WTO li jipproteġu s-saħħa pubblika u, b’mod partikolari, li jippromwovu l-aċċess tal-mediċini għal kulħadd. B’hekk, f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u l-politika tagħha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, fir-rigward ta’ mediċini, li l-mogħdija tagħhom mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, bi trasbord jew mingħajru, ħżin, qsim tat-tagħbija, jew tibdil fil-mezz jew il-mod ta’ trasport, huwa biss biċċa minn vjaġġ sħiħ li jibda u jintemm lil hinn mit-territorju tal-Unjoni, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom, meta jkunu qed jivvalutaw ir-riskju ta’ ksur tad-drittijiet ta’ proprejtà intellettwali, iqisu kull possibilità sostanzjali ta’ bdil tar-rotta ta’ tali mediċini għal ġewwa s-suq tal-Unjoni. |
(12) |
Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza tal-qrati, b’mod partikolari dawk tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (3). |
(13) |
Persuni, utenti jew gruppi ta’ produtturi, li jkunu f’pożizzjoni fejn jistgħu jiftħu proċeduri legali f’isimhom stess dwar ksur possibbli ta’ dritt ta’ proprjetà intelletwali, għandha tkun intitolata li tippreżenta applikazzjoni. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali jkunu infurzati madwar l-Unjoni, huwa xieraq li persuni jew entitajiet li qed ifittxu l-infurzar ta’ drittijiet madwar l-Unjoni jitħallew japplikaw ma, l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru wieħed. Tali applikanti għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu li dawk l-awtoritajiet jiddeċiedu li tittieħed azzjoni sabiex jiġi infurzat id-dritt ta’ proprjetà intellettwali kemm fl-Istat Membru tagħhom stess kif ukoll fi kwalunkwe Stat Membru ieħor. |
(15) |
Biex ikun żgurat l-infurzar pront tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, għandu jkun ipprovdut li, f’każ li l-awtoritajiet doganali jissuspettaw, fuq il-bażi ta’ indikazzjonijiet raġonevoli, li l-oġġetti taħt is-sorveljanza tagħhom jiksru xi drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, huma jistgħu jissospendu r-rilaxx ta’ oġġetti jew iżommuhom kemm fuq inizjattiva tagħhom jew fuq applikazzjoni, sabiex jippermettu lil persuna jew entità intitolata li tippreżenta applikazzjoni biex tibda proċeduri biex jiddeterminaw jekk inkisirx xi dritt ta’ proprjetà intellettwali. |
(16) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 ippermetta lill-Istati Membri li jipprovdu għal proċedura li tippermetti l-qerda ta’ ċerti oġġetti mingħajr ma jkun hemm l-obbligu li jinbdew proċeduri biex jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali jkunx inkiser. Kif rikonoxxut fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-falsifikazzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali (4), tali proċedura kienet ta’ suċċess kbir fl-Istati Membri fejn kienet disponibbli. Għalhekk, il-proċedura għandha ssir obbligatorja fir-rigward tal-ksur kollu ta’ drittijiet ta’ proprjetà intelletwali u għandha tiġi applikata meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jaqbel mal-qerda tagħhom. Barra minn hekk, il-proċedura għandha tipprevedi li l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jaqbel mal-qerda tal-oġġetti fejn ma jkunx oppona espliċitament il-qerda fi żmien il-perijodu preskritt. |
(17) |
Sabiex il-piż u l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu kemm jista’ jkun possibbli, għandha tiddaħħal proċedura speċifika għal kunsinni żgħar ta’ oġġetti foloz u kkuppjati, li għandha tippermetti li oġġetti bħal dawn jinqerdu mingħajr il-qbil espliċitu tal-applikant f’kull każ. Madankollu, għandha tkun meħtieġa talba ġenerali magħmula mill-applikant fl-applikazzjoni sabiex dik il-proċedura tiġi applikata. Barra minn dan, l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu li l-applikant ikopri l-ispejjeż imġarrba bl-applikazzjoni ta’ dik il-proċedura. |
(18) |
Għal aktar ċertezza legali, huwa xieraq li jinbidlu l-iskadenzi għas-sospensjoni tar-rilaxx jew għas-sekwestru ta’ oġġetti ssuspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u l-kundizzjonijiet li fihom informazzjoni dwar oġġetti sekwestrati għandha tingħata lill-persuni u entitajiet ikkonċernati mill-awtoritajiet doganali, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1383/2003. |
(19) |
Meta wieħed iqis in-natura provviżorja u preventiva tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet doganali fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-interessi kunfliġġenti tal-partijiet affettwati mill-miżuri, xi aspetti tal-proċeduri għandhom jiġu adattati sabiex jiżguraw l-applikazzjoni bla problemi ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għalhekk, rigward id-diversi notifiki previsti mir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lill-persuna rilevanti, fuq il-bażi tad-dokumenti dwar it-trattament jew is-sitwazzjoni doganali fejn jiġu mqiegħda l-oġġetti. Barra minn hekk, peress li l-proċedura għall-qerda tal-oġġetti timplika li kemm id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti kif ukoll id-detentur tad-deċiżjoni għandhom jikkomunikaw l-oġġezzjonijiet possibbli tagħhom għall-qerda b’mod parallel, għandu jiġi żgurat li d-detentur tad-deċiżjoni jingħata l-possibbiltà li jwieġeb għal oġġezzjoni potenzjali għall-qerda mid-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti. Għalhekk għandu jiġi żgurat li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun ġie nnotifikat bis-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew is-sekwestru tagħhom qabel id-detentur tad-deċiżjoni, jew fl-istess jum bħalu. |
(20) |
L-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni huma mħeġġa biex jikkooperaw mal-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
(21) |
Bil-ħsieb li jiġi eliminat il-kummerċ internazzjonali fi prodotti li jiksru d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, il-Ftehim TRIPS jistipula li l-Membri tad-WTO għandhom jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali dwar kummerċ bħal dan. Għaldaqstant, għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jaqsmu informazzjoni dwar ksur suspettat tad-drittijiet ta’ properta intelletwali mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi, inkluż dwar oġġetti fi transitu mit-territorju tal-Unjoni u li joriġinaw f’dawk il-pajjiżi terzi jew huma ddestinati għalihom. |
(22) |
Fl-interess tal-effiċjenza, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar kwistjonijiet doganali jew agrikoli (5). |
(23) |
Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali għandha tkun regolata mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, għalkemm il-fatt li l-awtoritajiet doganali ikunu laqgħu applikazzjoni m’għandux jintitola lid-detentur tad-deċiżjoni għall-kumpens fil-każ li oġġetti ssuspettati li jiksru dritt ta’ proprjetà intelletwali ma jiġux skoperti mill-awtoritajiet doganali u jiġu rilaxxati jew ma tittieħed l-ebda azzjoni sabiex jiġu sekwestrati. |
(24) |
Peress li l-awtoritajiet tad-dwana jieħdu azzjoni mal-applikazzjoni, huwa xieraq li jiġi previst li d-detentur tad-deċiżjoni għandu jirrimborsal-ispejjeż kollha mġarrba mill-awtoritajiet tad-dwana fit-teħid ta’ azzjoni biex jiġu infurzati d-drittijiet tiegħu ta’ proprjetà intellettwali. Minkejja dan, dan m’għandux iżomm lid-detentur tad-deċiżjoni milli jfittex kumpens minn dak li jikser il-liġi jew persuni oħra li jistgħu jitqiesu responsabbli skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn instabu l-oġġetti. Tali persuni jistgħu jinkludu intermedjarji, fejn applikabbli. L-ispejjeż u d-danni mġarrba mill-persuni minbarra l-awtoritajiet doganali bħala riżultat ta’ azzjoni doganali, meta ir-rilaxx tal-oġġetti jkun sospiż jew l-oġġetti jiġu ssekwestrati fuq il-bażi ta’ talba ta’ parti terza bbażata fuq il-proprjetà intellettwali, għandhom ikunu regolati mil-leġislazzjoni speċifika applikabbli f’kull każ partikolari. |
(25) |
Dan ir-Regolament jintroduċi l-possibilità li l-awtoritajiet doganali jippermettu li l-oġġetti li għandhom jinqerdu jiġu mċaqalqa, taħt superviżjoni doganali, bejn postijiet differenti fit-territorju doganali tal-Unjoni. L-awtoritajiet doganali jistgħu barra minn hekk jiddeċiedu li jirrilaxxaw oġġetti bħal dawn għal ċirkolazzjoni libera bil-ħsieb ta’ aktar riċiklaġġ jew rimi barra l-kanali kummerċjali inkluż għal finijiet ta’ żieda fl-għarfien, taħriġ u edukazzjoni. |
(26) |
L-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jinvolvi l-iskambju ta’ data dwar deċiżjonijiet marbuta mal-applikazzjonijiet. Tali pproċessar ta’ data jkopri wkoll data personali u għandu jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni, kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (7). |
(27) |
L-iskambju ta’ informazzjoni relatat ma’ deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet u ma’ azzjonijiet doganali għandu jsir permezz bażi ta’ data elettroniku ċentrali.L-entità li ser tikkontrolla u tmexxi dak il-bażi ta’ data u l-entitajiet inkarigati milli jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar tad-data miġbura fil-bażi ta’ data għandhom jiġu definiti. L-introduzzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ interoperabilità jew skambju possibbli l-ewwel u qabel kollox għandha tkun konformi mal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, jiġifieri li d-data għandha tintuża għall-iskop li għalih tkun ġiet stabbilita l-bażi ta’ data, u l-ebda skambju jew interkonnessjoni oħra ma għandha tkun permessa minbarra għal dak l-iskop. |
(28) |
Sabiex jiġi żgurat li d-definizzjoni ta’ kunsinni żgħar tista’ tiġi adattata jekk jidher li ma tkunx prattika, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat it-tħaddim effettiv tal-proċedura, jew fejn meħtieġ biex tiġi evitata kull ċirkomvenzjoni ta’ din il-proċedura fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-kunsinni, is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda ta’ elementi mhux essenzjali tad-definizzjoni ta’ kunsinni żgħar, jiġifieri l-kwantitajiet speċifiċi stipulati f’dik id-definizzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, it-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(29) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward tad-definizzjoni tal-elementi tal-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ data ma’ pajjiżi terzi u d-dispożizzjonijiet dwar il-formoli għall-applikazzjoni u għat-talba tal-estensjoni tal-perijodu li matulu l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jieħdu azzjoni, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni, jiġifieri biex jiġu definiti dawk l-elementi tal-arranġamenti prattiċi u biex jiġu stabbiliti formoli standard. Dawk is-setgħat għandhom jitħaddmu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8). Għall-istabbiliment tal-formoli standard, għalkemm is-suġġett tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li għandhom jiġu implimentati jaqa’ fl-ambitu tal-politika kummerċjali komuni, minħabba n-natura u l-impatti ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tagħhom, għax id-dettalji kollha ta’ liema informazzjoni għandha tiġi inkluża fil-formoli jiġu direttament mit-test ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni b’hekk ser jistabbilixxu biss il-format u l-istruttura tal-formola u mhu ser ikollhom l-ebda implikazzjoni oħra għall-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni. |
(30) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 għandu jitħassar. |
(31) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-12 ta’ Ottubru 2011 (9), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal azzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana fejn oġġetti ssuspettati li jiksru dritt ta’ proprjetà intelletwali ikunu, jew kellhom ikunu, soġġetti għal superviżjoni doganali jew kontroll doganali fit-territorju doganali tal-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (10), partikolarment oġġetti fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
meta ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, esportazzjoni jew esportazzjoni mill-ġdid; |
(b) |
meta jidħlu jew jitilqu mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
(c) |
meta mqiegħda taħt proċedura sospensiva jew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles. |
2. Fir-rigward tal-oġġetti soġġetti għal superviżjoni doganali jew kontroll doganali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17 u 18, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu kontrolli doganali adatti u għandhom jieħdu miżuri proporzjonati ta’ identifikazzjoni kif previst fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 72 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 skont kriterji ta’ analiżi tar-riskju bil-ħsieb li jiġu evitati atti li jiksru l-liġijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali applikabbli fit-territorju tal-Unjoni u sabiex ikun hemm kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera skont is-sistema ta’ użu finali.
4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali li jkunu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi.
5. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li ġew manifatturati bil-kunsens ta’ detentur ta’ dritt jew għal oġġetti manifatturati, minn persuna awtorizzata kif xieraq minn detentur ta’ dritt biex timmanifattura ċerta kwantità ta’ oġġetti, minbarra l-kwantitajiet maqbula bejn dik il-persuna u d-detentur tad-dritt.
6. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-liġi nazzjoanli jew dik tal-Unjoni dwar il-proprjetà intellettwali jew il-liġijiet tal-Istati Membri b’rabta ma’ proċeduri kriminali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(1) |
“dritt ta’ proprjetà intellettwali” tfisser:
|
(2) |
“trade mark” tfisser:
|
(3) |
“disinn” tfisser:
|
(4) |
“indikazzjoni ġeografika” tfisser:
|
(5) |
“oġġetti ffalsifikati” tfisser:
|
(6) |
“oġġetti kkuppjati” tfisser oġġetti li jkunu s-suġġett ta’ azzjoni li tikser dritt tal-awtur jew dritt marbut jew disinn fl-Istat Membru fejn jinsabu l-oġġetti u li jkunu jew ikun fihomm kopji li jkunu saru mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-dritt tal-awtur jew dritt marbut jew disinn, jew ta’ persuna awtorizzata minn dak id-detentur fil-pajjiż tal-produzzjoni; |
(7) |
“oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali” tfisser oġġetti li dwarhom ikun hemm indikazzjonijiet raġonevoli li, fl-Istat Membru fejn jinsabu dawk l-oġġetti, huma prima facie:
|
(8) |
“detentur ta’ dritt” tfisser id-detentur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali; |
(9) |
“applikazzjoni” tfisser talba magħmula lid-dipartiment doganali kompetenti biex l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni fir-rigward ta’ oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali; |
(10) |
“applikazzjoni nazzjonali” tfisser applikazzjoni li titlob lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru biex jieħdu azzjoni f’dak l-Istat Membru; |
(11) |
“applikazzjoni tal-Unjoni” tfisser applikazzjoni magħmula fi Stat Membru u li titlob lill-awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru u ta’ Stat Membru ieħor jew aktar biex jieħdu azzjoni fl-Istati Membri rispettivi tagħhom; |
(12) |
“applikant” tfisser il-persuna jew l-entità li f’isimha ssir applikazzjoni; |
(13) |
“detentur tad-deċiżjoni” tfisser id-detentur ta’ deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni; |
(14) |
“detentur tal-oġġetti” tfisser il-persuna li hi s-sid tal-oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jew li għandha dritt simili biex tiddisponi minnhom, jew li għandha kontroll fiżiku fuq tali oġġetti; |
(15) |
“dikjarant” tfisser id-dikjarant kif definit fil-punt 18 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; |
(16) |
“qerda” tfisser il-qerda fiżika, ir-riċiklaġġ jew ir-rimi ta’ oġġetti barra l-kanali kummerċjali, b’tali mod li jipprekludu dannu lid-detentur tad-deċiżjoni; |
(17) |
“territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju doganali tal-Komunità kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; |
(18) |
“rilaxx tal-oġġetti” tfisser ir-rilaxx tal-oġġetti kif definit fil-punt 20 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; |
(19) |
“kunsinna żgħira” tfisser kunsinna mibgħuta bil-posta jew bil-posta espress, li:
Għall-finijiet ta’ punt (a), “unitajiet” tfisser oġġetti kif ikklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (20) jekk mhux ippakkjat, jew l-ippakkeġġar ta’ tali oġġetti li jkun maħsub għal bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, oġġetti separati li jaqgħu fl-istess kodiċi ta’ Nomenklatura Magħquda għandhom jitqiesu bħala unitajiet differenti u oġġetti ppreżentati bħala settijiet ikklassifikati f’kodiċi wieħed tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jitqiesu bħala unità waħda; |
(20) |
“oġġetti li jiħżienu” tfisser oġġetti meqjusa mill-awtoritajiet doganali li jiddeterjoraw billi jinżammu għal mhux aktar minn 20 jum mid-data tas-sospensjoni ta’ rilaxx jew sekwestru; |
(21) |
“liċenzja esklużiva” tfisser liċenzja (sew jekk ġenerali jew limitata) li tawtorizza lill-persuna li tingħatalha filwaqt li teskludi lill-persuni l-oħra kollha, inkluża l-persuna li tagħti l-liċenzja, li tuża dritt ta’ proprjetà intellettwali fil-manjiera awtorizzata mil-liċenzja. |
KAPITOLU II
APPLIKAZZJONIJIET
TAQSIMA 1
Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
Artikolu 3
Intitolament biex jippreżentaw applikazzjoni
Il-persuni u entitajiet li ġejjin għandhom, safejn huma intitolati li jibdew proċedimenti, sabiex jiddeterminaw jekk dritt ta’ proprjetà intelletwali jkunx inkiser, fl-Istat Membru jew Stati Membri fejn l-awtoritajiet doganali jintalbu biex jieħdu azzjoni, ikunu intitolati li jippreżentaw:
(1) |
applikazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni:
|
(2) |
applikazzjoni nazzjonali:
|
(3) |
applikazzjoni tal-Unjoni: detenturi ta’ liċenzja esklużiva li jkopru t-territorju sħiħ ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, fejn dawk id-detenturi ta’ liċenzja jkunu ġew awtorizzati formalment f’dawk l-Istati Membri mid-detentur tad-dritt biex jibdew il-proċedimenti sabiex jiddeterminaw jekk inkisirx id-dritt ta’ proprjetà intellettwali. |
Artikolu 4
Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali koperti mill-applikazzjonijiet tal-Unjoni
Applikazzjoni tal-Unjoni tista’ ssir biss fir-rigward ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali bbażati fuq il-liġi tal-Unjoni b’effetti madwar l-Unjoni.
Artikolu 5
Preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar id-dipartiment doganali kompetenti biex jirċievi u jipproċessal-applikazzjonijiet (“dipartiment doganali kompetenti”). L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni kif meħtieġ u l-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ dipartimenti doganali kompetenti maħtura mill-Istati Membri.
2. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lid-dipartiment doganali kompetenti. L-applikazzjoni għandha ssir billi tintuża l-formola msemmija fl-Artikolu 6 u għandu jkun fiha l-informazzjoni mitluba fih.
3. Fejn applikazzjoni tkun ippreżentata wara notifika mill-awtoritajiet doganali tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti skont l-Artikolu 18(3), dik l-applikazzjoni għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:
(a) |
għandha tiġi sottomessa lid-dipartiment doganali kompetenti fi żmien erbat ijiem ta’ xogħol min-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti; |
(b) |
għandha tkun applikazzjoni nazzjonali; |
(c) |
għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3). L-applikant jista’, madankollu, jħalli barra l-informazzjoni msemmija fil-punti (g), (h) jew (i) ta’ dak il-paragrafu. |
4. Ħlief fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 3, applikazzjoni nazzjonali waħda u applikazzjoni tal-Unjoni waħda biss tista’ tiġi ppreżentata għal kull Stat Membru għall-istess dritt ta’ proprjetà intellettwali protett f’dak l-Istat Membru. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 3, għandha titħalla ssir aktar minn applikazzjoni tal-Unjoni waħda.
5. Meta applikazzjoni tal-Unjoni tintlaqa’ għal Stat Membru li jkun diġà kopert minn applikazzjoni oħra tal-Unjoni li tkun intlaqgħet għall-istess applikant u għall-istess dritt ta’ proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru għandhom jieħdu azzjoni abbażi tal- applikazzjoni tal-Unjoni li tkun intlaqgħet l-ewwel. Huma għandhom jgħarrfu lid-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun intlaqgħet kwalunkwe applikazzjoni tal-Unjoni sussegwenti, li għandha temenda jew tħassar id-deċiżjoni li tilqa’ dik l-applikazzjoni tal-Unjoni sussegwenti.
6. Fejn ikun hemm sistemi kompjuterizzati disponibbli għall-għan li jiġu riċevuti u pproċċessati l-applikazzjonijiet, l-applikazzjonijiet kif ukoll annessi għandhom jiġu ppreżentati bl-użu ta’ tekniki elettroniċi ta’ pproċessar ta’ data. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw, iżommu u jħaddmu sistemi bħal dawn f’konformità mal-pjan strateġiku pluriennali msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (22).
Artikolu 6
Formola ta’ applikazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formola ta’ applikazzjoni bl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 34(2).
2. Il-formola ta’ applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li għandha tingħata lis-suġġett tad-data skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li ġejja tkun mitluba mill-applikant fil-formola ta’ applikazzjoni:
(a) |
dettalji li jikkonċernaw l-applikant; |
(b) |
status, skont it-tifsira tal-Artikolu 3, tal-applikant; |
(c) |
dokumenti li jagħtu prova biex id-dipartiment doganali kompetenti jkun sodisfatt li l-applikant hu intitolat li jippreżenta l-applikazzjoni; |
(d) |
fejn l-applikant jippre’enta l-applikazzjoni permezz ta’ rappreżentant, id-dettalji tal-persuna li tirrappreżentah u prova tas-setgħat ta’ dik il-persuna li taġixxi ta’ rappreżentant, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni; |
(e) |
id-diritt jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li għandhom jiġu infurzati; |
(f) |
fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri li fihom tintalab azzjoni doganali; |
(g) |
data speċifika u teknika dwar l-oġġetti awtentiċi, inklużi marki bħal barcodes u stampi fejn xieraq; |
(h) |
it-tagħrif meħtieġ biex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jidentifikaw mill-ewwel l-oġġetti inkwistjoni; |
(i) |
informazzjoni rilevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana tar-riskju ta’ ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali jew tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kkonċernati, bħad-distributuri awtorizzati; |
(j) |
jekk informazzjoni mogħtija skont il-punti (g), (h) jew (i) ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi mmarkata għal trattament ristrett skont l-Artikolu 31(5); |
(k) |
id-dettalji ta’ kwalunkwe rappreżentant innominat mill-applikant sabiex ikun responsabbli minn kwistjonijiet legali u tekniċi; |
(l) |
l-impenn tal-applikant li javża lid-dipartiment doganali kompetenti bi kwalunkwe sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15; |
(m) |
ir-rabta tal-applikant li jibgħat jew jaġġorna kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana tar-riskju ta’ ksur tad-dritt(ijiet) ta’ proprjetà intellettwali inkwistjoni; |
(n) |
ir-rabta tal-applikant li jassumi r-responsabbiltà skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28; |
(o) |
ir-rabta tal-applikant li jġarrab l-ispejjeż imsemmijin fl-Artikolu 29 skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu; |
(p) |
qbil mill-applikant li d-data mogħtija minnu tista’ tiġi pproċessata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri; |
(q) |
jekk l-applikant jitlobx l-użu tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 u, fejn mitlub mill-awtoritajiet doganali, jaqbilx li jkopri l-ispejjeż marbuta mal-qerda ta’ oġġetti skont dik il-proċedura. |
TAQSIMA 2
Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet
Artikolu 7
Ipproċessar ta’ applikazzjonijiet inkompleti
1. Meta, wara li jirċievi applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti jikkunsidra li l-applikazzjoni ma fihiex l-informazzjoni kollha mitluba mill-Artikolu 6(3), id-dipartiment doganali kompetenti għandu jitlob lill-applikant jipprovdi l-informazzjoni nieqsa fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol min-notifika tat-talba.
F’każijiet bħal dawn, il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 9(1) għandu jkun sospiż sakemm tasal l-informazzjoni rilevanti.
2. Fejn l-applikant ma jipprovdix l-informazzjoni nieqsa sa tmiem il-peijodu imsemmi fl-ewwel subparagrafu fil-paragrafu 1, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jiċħad l-applikazzjoni.
Artikolu 8
Miżati
L-applikant ma għandux jintalab miżata biex ikunu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni.
Artikolu 9
Notifika tad-deċiżjonijiet li jilqgħu jew jiċħdu l-applikazzjonijiet
1. Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li tilqa’ jew li tiċħad l-applikazzjoni fi żmien 30 ġurnata ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni. F’każ ta’ ċaħda, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jinkludi informazzjoni dwar il-proċedura ta’ appell.
2. Jekk l-applikant kien ġie nnotifikat dwar is-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti mill-awtoritajiet doganali qabel il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti għandu javża lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu li tilqa’ jew tiċħad l-applikazzjoni fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta jirċievi l-applikazzjoni.
Artikolu 10
Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet
1. Deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni nazzjonali u kwalunkwe deċiżjoni li tħassar jew temendaha għandha tieħu effett fl-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni nazzjonali mill-jum ta’ wara d-data tal-adozzjoni.
Deċiżjoni li testendi l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni għandhom jieħdu effett fl-Istat Membri li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni nazzjonali l-jum ta’ wara d-data tal-għeluq tal-perijodu li għandu jiġi estiż.
2. Deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni tal-Unjoni u kwalunkwe deċiżjoni li tħassar jew temendaha għandha tieħu effett kif ġej:
(a) |
fl-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, fil-jum ta’ wara d-data tal-adozzjoni; |
(b) |
fl-Istati Membri l-oħrajn kollha fejn tintalab azzjoni mill-awtoritajiet doganali, fil-jum ta’ wara d-data li fiha l-awtoritajiet doganali jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 14(2), dment li d-detentur tad-deċiżjoni jkun issodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 29(3) fir-rigward ta’ spejjeż ta’ traduzzjoni. |
Deċiżjoni li testendi l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni għandhon jieħdu effett fl-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni tal-Unjoni u fl-Istati Membri l-oħra kollha fejn tintalab azzjoni mill-awtoritajiet doganali fil-jum ta’ wara d-data tal-għeluq tal-perijodu li għandu jiġi estiż.
Artikolu 11
Perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni
1. Meta jilqa’ applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jispeċifika l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni.
Dak il-perijodu għandu jibda fil-jum li d-deċiżjoni li tilqa’ l-applikazzjoni tidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 10 u m’għandux jaqbeż sena mill-jum ta’ wara d-data tal-adozzjoni.
2. Fejn applikazzjoni sottomessa wara n-notifika mill-awtoritajiet doganali tas-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti skont l-Artikolu 18(3) ma jkunx fiha l-informazzjoni msemmija fil-punti (g), (h) jew (i) tal-Artikolu 6(3), għandha tintlaqa’ biss għas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta’ dawk l-oġġetti, sakemm dik l-informazzjoni ma tingħatax fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol min-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti.
3. Fejn dritt ta’ proprjetà intellettwali ma jibqax effettiv jew fejn applikant ma jibqax, għal raġunijiet oħra, intitolat biex jippreżenta applikazzjoni, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni mill-awtoritajiet doganali. Id-deċiżjoni li tilqa’ l-applikazzjoni għandha titħassar jew tiġi emendata kif meħtieġ mid-dipariment doganali kompetenti li ta d-deċiżjoni.
Artikolu 12
Estensjoni tal-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni:
1. Malli jiskadi l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni, u soġġett għall-ħlas ta’ kwalunkwe dejn dovut mid-detentur tad-deċiżjoni lill-awtoritajiet doganali skont dan ir-Regolament, id-dipartiment doganali kompetenti li adotta d-deċiżjoni inizjali jista’, fuq it-talba tad-detentur tad-deċiżjoni, jestendi dak il-perijodu.
2. Meta t-talba għal estensjoni tal-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni tiġi riċevuta mid-dipartiment doganali kompetenti f’inqas minn 30 ġurnata ta’ xogħol qabel ma jiskadi il-perijodu li għandu jiġi estiż, huwa jista’ jiċħad dik it-talba.
3. Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lid-detentur tad-deċiżjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu dwar l-estensjoni fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba mesmmija fil-paragrafu 1. Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jispeċifika l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni.
4. Il-perjodu estiż li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni għandu jibda mill-jum ta’ wara d-data tal-iskadenza tal-perijodu preċedenti u m’għandux jaqbeż sena.
5. Meta dritt ta’ proprjetà intellettwali ma jibqax effettiv jew meta l-applikant ma jibqax, għal raġunijiet oħra, intitolata biex jippreżenta applikazzjoni, ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni mill-awtorità doganali. Id-deċiżjoni li tagħti l-estensjoni għandha titħassar jew tiġi emendata kif meħtieġ mid-dipartiment doganali kompetenti li ta d-deċiżjoni.
6. Id-detentur tad-deċiżjoni ma għandux jintalab ħlas biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ipproċessar tat-talba għal estensjoni.
7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formola għal talba għal estensjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva imsemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 13
Emenda tad-deċiżjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
Id-dipartiment doganali kompetenti li adotta d-deċiżjoni li tilqa’ l-applikazzjoni jista’, fuq it-talba tad-detentur ta’ dik id-deċiżjoni, jimmodifika l-lista ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’dik id-deċiżjoni.
Fejn jiżdied dritt ġdid ta’ proprjetà intellettwali, it-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-punti (c), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 6(3).
Fil-każ ta’ deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni tal-Unjoni, kull modifika li tikkonsisti f’żieda ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandha tkun limitata għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali koperti mill-Artikolu 4.
Artikolu 14
Obbligi ta’ notifika tad-dipartiment doganali kompetenti
1. Id-dipartiment doganali kompetenti li lilu ġiet ippreżentata applikazzjoni nazzjonali għandu jgħaddi d-deċiżjonijiet li ġejjin lill-uffiċċji doganali tal-Istat Membru tiegħu, immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom:
(a) |
deċiżjonijiet li jilqgħu l-applikazzjoni; |
(b) |
deċiżjonijiet li jħassru deċiżjonijiet li jilqgħu l-applikazzjoni; |
(c) |
deċiżjonijiet li jemendaw deċiżjonijiet li jilqgħu l-applikazzjoni; |
(d) |
deċiżjonijiet li jestendu l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni. |
2. Id-dipartiment doganali kompetenti li lilu ġiet ippreżentata applikazzjoni tal-Unjoni għandu jgħaddi d-deċiżjonijiet li ġejjin lid-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri indikati fl-applikazzjoni tal-Unjoni, immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom:
(a) |
deċiżjonijiet li jilqgħu l-applikazzjoni; |
(b) |
deċiżjonijiet li jħassru deċiżjonijiet li jilqgħu l-applikazzjoni; |
(c) |
deċiżjonijiet li jemendaw deċiżjonijiet li jilqgħu l-applikazzjoni; |
(d) |
deċiżjonijiet li jestendu l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni. |
Id-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat Membru indikat jew l-Istati Membri indikati fl-applikazzjoni tal-Unjoni għandu immedjatament wara li jirċievi dawk id-deċiżjionijiet jgħaddihom lill-uffiċċji tad-dwana tagħhom.
3. Id-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat Membru indikat jew l-Istati Membri indikati fl-applikazzjoni tal-Unjoni jista’ jitlob lid-dipartiment doganali kompetenti li adotta d-deċiżjoni li tilqa’ l-applikazzjoni li jagħtihom informazzjoni addizzjonali meqjusa neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.
4. Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jibgħat id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali skont il-punt b tal-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 16(2) lill-uffiċċji doganali tal-Istat Membru tiegħu, immedjatament wara l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 15
Obbligi ta’ notifika tad-detentur tad-deċiżjoni
Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jinnotifika immedjatament lid-dipartiment doganali kompetenti li laqa’ l-applikazzjoni, ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) |
dritt ta’ proprjetà intellettwali kopert mill-applikazzjoni ma jibqax effettiv; |
(b) |
id-detentur tad-deċiżjoni ma jibqax, għal raġunijiet oħra, intitolat biex jippreżenta l-applikazzjoni; |
(c) |
modofiki għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3). |
Artikolu 16
Nuqqas tad-detentur tad-deċiżjoni li jħares l-obbligi tiegħu
1. Meta d-detentur tad-deċiżjoni juża l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet doganali għal skopijiet differenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 21, id-dipartiment doganali kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ingħatat jew intużat ħażin l-informazzjoni, jista’:
(a) |
iħassar kull deċiżjoni adottata minnu li tilqa’ applikazzjoni nazzjonali għal dak id-detentur ta’ deċiżjoni, u jiċħad li jestendi l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni; |
(b) |
jissospendi fit-territorji tagħhom, matul il-perijodu li fih l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni, kull deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni tal-Unjoni għal dak id-detentur ta’ deċiżjoni. |
2. Id-dipartiment doganali kompetenti jista’ jiddeċiedi li jissospendi l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali sal-iskadenza tal-perijodu li matulu dawk l-awtoritajiet iridu jieħdu azzjoni, meta d-detentur tad-deċiżjoni:
(a) |
ma jissodisfax l-obbligi ta’ notifika mniżżla fl-Artikolu 15; |
(b) |
ma jissodisfax l-obbligu dwar ir-radd lura ta’ kampjuni stabbiliti fl-Artikolu 19(3); |
(c) |
ma jħarisx l-obbligi fir-rigward ta’ spejjeż u traduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 29(1) u (3); |
(d) |
mingħajr raġuni valida ma jibdix proċedimenti kif previst fl-Artikoli 23(3), jew l-Artikolu 26(9). |
Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, id-deċiżjoni li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet doganali jiġu sospiżi ikollha effett biss fl-Istat Membru fejn tittieħed tali deċiżjoni.
KAPITOLU III
AZZJONI MILL-AWTORITAJIET DOGANALI
TAQSIMA 1
Sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta’ oġġetti suspettati li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali
Artikolu 17
Sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru ta’ oġġetti wara li tkun intlaqgħet applikazzjoni
1. Meta l-awtoritajiet doganali jidentifikaw oġġetti ssuspettati li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali kopert minn deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni, huma għandhom jissospendu r-rilaxx tal-oġġetti jew jissekwestrawhom.
2. Qabel jissospendu r-rilaxx jew iżommu l-oġġetti, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lid-detentur tad-deċiżjoni jagħtihom kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-oġġetti. L-awtoritajiet doganali jistgħu wkoll jipprovdu lid-detentur tad-deċiżjoni b’informazzjoni dwar il-kwantità attwali jew stimata ta’ oġġetti, in-natura attwali jew preżunta tagħhom u stampi tagħhom, kif xieraq.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bis-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew bis-sekwestru tal-oġġetti fi żmien jum ta’ xogħol minn dik is-sospensjoni jew sekwestru.
Meta l-awtoritajiet doganali jagħżlu li jinnotifikaw id-detentur tal-oġġetti u żewġ persuni jew aktar ikunu meqjusa bħala d-detenturi tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx ikunu obbligati li jinnotifikaw aktar minn persuna waħda minnhom.
L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-detentur tad-deċiżjoni dwar is-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew is-sekwestru fl-istess jum meta jiġi nnotifikat id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti, jew minnufih wara dan.
In-notifiki għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23.
4. L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lid-detentur bid-deċiżjoni u lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bil-kwantità attwali jew stmata u bin-natura attwali jew preżunta tal-oġġetti, inklużi stampi disponibbli tagħhom, kif xieraq, li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati. L-awtoritajiet doganali għandhom ukoll, fuq talba u fejn disponibbli għalihom, jgħarrfu lid-detentur tad-deċiżjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarju, tal-ispeditur u tad-dikjarant jew tad-detentur tal-oġġetti, bil-proċedura doganali u bl-oriġini, bil-provenjenza u d-destinazzjoni tal-oġġetti li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati.
Artikolu 18
Sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġett qabel ma tintlaqa’ applikazzjoni
1. Meta l-awtoritajiet doganali jidentifikaw oġġetti ssuspettati li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali, li mhumiex koperti b’deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni, huma jistgħu, ħlief fil-każ ta’ oġġetti li jeħżienu, jissospendu r-rilaxx ta’ dawk l-oġġetti jew jissekwestrawhom.
2. Qabel ma jiġi sospiż ir-rilaxx tal-oġġetti ssuspettati li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali jew qabel is-sekwestru tagħhom, l-awtoritajiet doganali jistgħu, mingħajr ma jiżvelaw ebda informazzjoni għajr il-kwantità attwali jew stimata ta’ oġġetti, in-natura attwali jew preżunta tagħhom u stampi ta’ dawk l-oġġetti, kif xieraq, jitolbu lil kwalunkwe persuna jew entità potenzjalment intitolata biex tissottometti applikazzjoni dwar l-allegat ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali biex tipprovdilhom kull informazzjoni rilevanti.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bis-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew bis-sekwestru tagħhom fi żmien jum ta’ xogħol minn dik is-sospensjoni jew mis-sekwestru.
Meta l-awtoritajiet doganali jagħżlu li jinnotifikaw id-detentur tal-oġġetti u żewġ persuni jew aktar ikunu meqjusa bħala d-detenturi tal-oġġetti, l-awtoritajiet doganali ma għandhomx ikunu obbligati li jinnotifikaw aktar minn persuna waħda minnhom.
L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lil persuni jew entitajiet ntitolati li jippreżentaw applikazzjoni dwar il-ksur allegat tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, dwar is-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew is-sekwestru tagħhom fl-istess jum meta jiġi nnotifikat id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti, jew minnufih wara dan.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti pubbliċi sabiex jidentifikaw il-persuni jew entitajiet intitolati li jippreżentaw applikazzjoni.In-notifiki għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23.
4. L-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw ir-rilaxx tal-oġġetti jew iwaqqfu is-sekwestru tagħhom immedjatament wara li jkunu tlestew il-formalitajiet doganali kollha fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta ma jkunux identifikaw kwalunkwe persuna jew entità intitolata li tissottometti applikazzjoni dwar l-allegat ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fi żmien ġurnata ta’ xogħol waħda mis-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti; |
(b) |
meta ma jkunux irċevew applikazzjoni skont l-Artikolu 5(3), jew meta jkunu ċaħdu tali applikazzjoni. |
5. Fejn tkun intlaqgħet applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom, fuq talba u meta disponibbli għalihom, jgħarrfu lid-detentur tad-deċiżjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarju, tal-ispeditur, tad-dikjarant jew tad-detentur tal-oġġetti, bil-proċedura doganali u bl-oriġini, bil-provenjenza u d-destinazzjoni tal-oġġetti li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati.
Artikolu 19
Spezzjoni u teħid ta’ kampjuni ta’ oġġett li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu lid-detentur tad-deċiżjoni u lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti l-opportunità li jispezzjonaw l-oġġetti li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu kampjuni li jkunu rappreżentattivi tal-oġġetti. Huma jistgħu jipprovdu jew jibagħtu tali kampjuni lid-detentur tad-deċiżjoni, fuq it-talba tad-detentur u strettament għal skopijiet ta’ analiżi u biex tiġi ffaċilitata l-proċedura sussegwenti fir-rigward ta’ oġġetti ffalsifikati u kkupjati. Kull analiżi ta’ dawn il-kampjuni għandha ssir taħt ir-responsabbiltà unika tad-detentur tad-deċiżjoni.
3. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu, sakemm iċ-ċirkostanzi jippermettu dan, jirritorna l-kampjuni mesmmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet doganali malli titlesta l-analiżi teknika, mhux aktar tard minn qabel ma l-oġġetti jiġu rilaxxati jew ma jintemm is-sekwestru tagħhom.
Artikolu 20
Kundizzjonijiet tal-ħżin
Il-kundizzjonijiet tal-ħżin ta’ oġġetti matul perijodu ta’ sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru, għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 21
Użu permess ta’ ċerta informazzjoni mid-detentur tad-deċiżjoni
Meta d-detentur tad-deċiżjoni jkun irċieva l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19 jew l-Artikolu 26(8), huwa jista’ jiżvela jew juża dik l-informazzjoni biss għall-għanijiet li ġejjin:
(a) |
biex jingħata bidu għal proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali jkunx inkiser u matul tali proċedimenti; |
(b) |
b’rabta ma’ investigazzjonijiet kriminali marbuta mal-ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u mwettaq minn awtoritajiet pubbliċi fl-Istat Membru fejn jinsabu l-oġġetti; |
(c) |
biex jingħata bidu għal proċedimenti kriminali u matul tali proċedimenti; |
(d) |
biex jintalab kumpens minn dak li kiser il-liġi jew persuni oħrajn; |
(e) |
biex jaqbel mad-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti li l-oġġetti jinqerdu skont l-Artikolu 23(1); |
(f) |
biex jaqbel mad-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti dwar l-ammont tal-garanzija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 24(2). |
Artikolu 22
Qsim ta’ informazzjoni u data bejn l-awtoritajiet doganali
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data fl-Unjoni u bil-għan li jsir kontribut għall-eliminazzjoni tal-kummerċ internazzjonali ta’ oġġetti li jiksru d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu ċerta data u informazzjoni disponibbli għalihom mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi skont l-arranġamenti prattiċi msemmijin fil-paragrafu 3.
2. Għandu jsir skambju tad-data u l-informazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom biex ikun jista’ jsir malajr infurzar kontra trasport ta’ oġġetti li jiksru dritt ta’ proprjeta intellettwali. Tali data u informazzjoni tista’ tkun relatata ma’ sekwestru, xejriet u riskju ġenerali, inkluż dwar oġġetti li għaddejjin mit-territorju tal-Unjoni u li jkunu oriġinaw minn jew huma ddestinati għat-territorju tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Tali data u l-informazzjoni tista’ tinkludi, fejn xieraq, dan li ġej:
(a) |
In-natura u l-kwantità tal-oġġetti, |
(b) |
Id-dritt ta’ proprjetà intellettwali li hemm suspett li nkiser, |
(c) |
L-oriġini, il-provenjanza u d-destinazzjoni tal-oġġetti, |
(d) |
Informazzjoni dwar movimenti ta’ mezzi ta’ trasport, b’mod partikolari,
|
(e) |
informazzjoni dwar movimenti ta’ kontenituri, b’mod partikolari,
|
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-elementi tal-arranġamenti prattiċi meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskambju ta’ data u informazzjoni msemmi f’paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3).
TAQSIMA 2
Qerda tal-oġġetti, bidu tal-proċedimenti u rilaxx bikri tal-oġġetti
Artikolu 23
Qerda tal-oġġetti u bidu tal-proċedimenti
1. Oġġetti suspettati li qed jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali jistgħu jinqerdu taħt kontroll doganali, mingħajr ebda bżonn li jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali ikunx inkiser skont il-liġi tal-Istat Membru fejn instabu l-oġġetti, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew sodisfatti:
(a) |
id-detentur tad-deċiżjoni jkun ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali, fi żmien għaxart ijiem xogħol, jew tlett ijiem xogħol fil-każ ta’ oġġetti li jeħżienu, minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti, li jemmen li nkiser dritt ta’ proprjetà intellettwali; |
(b) |
id-detentur tad-deċiżjoni jkun ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol, jew tlett ijiem ta’ xogħol fil-każ ta’ oġġetti li jiħżienu, minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti, il-qbil tiegħu li jinqerdu l-oġġetti; |
(c) |
id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun ikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet doganali, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol, jew tlett ijiem ta’ xogħol fil-każ ta’ oġġetti li jiħżienu, minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti, il-qbil tiegħu li l-oġġetti jinqerdu. Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu li jinqerdu l-oġġetti u lanqas ma jkun innotifika lill-awtoritajiet doganali bl-oppożizzjoni tiegħu għal dan, sa dawk l-iskadenzi, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun ikkonferma l-qbil tiegħu li dawk l-oġġetti jinqerdu. |
L-awtoritajiet doganali għandhom jiggarantixxu r-rilaxx tal-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom immedjatament wara t-tlestija tal-formalitajiet doganali kollha, meta fi żmien il-perijodu msemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, la jkunu rċevew il-konferma bil-miktub mid-detentur tad-deċiżjoni li jemmen li nkiser dritt ta’ proprjetà intellettwali u lanqas il-qbil tiegħu għall-qerda, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux ġew mgħarrfa kif xieraq dwar il-bidu ta’ proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk inkisirx dritt ta’ proprjetà intellettwali.
2. Il-qerda għandha ssir taħt il-kontroll doganali u taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tad-deċiżjoni, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn jinqerdu l-oġġetti. Jistgħu jittieħdu kampjuni mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jinqerdu l-oġġetti. Kampjuni meħuda qabel il-qerda jistgħu jintużaw għal għanijiet edukattivi.
3. Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma bil-miktub il-qbil tiegħu li l-oġġetti jinqerdu u meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx tqies li kkonferma l-qbil tiegħu dwar il-qerda, f’konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-perijodi msemmija fih, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-detentur tad-deċiżjoni b’dan immedjatament. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol, jew tlett ijiem ta’ xogħol fil-każ ta’ oġġetti li jeħżienu, minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti, jibda proċedimenti biex jiddetermina jekk inkisirx dritt rilevanti ta’ proprjetà intellettwali.
4. Ħlief fil-każ ta’ oġġetti li jeħżienu l-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu l-perijodi msemmija fil-paragrafu 3 b’massimu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol fuq talba ġustifikata kif meħtieġ mid-detentur tad-deċiżjoni f’każijiet xierqa.
5. L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx ta’ oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom, immedjatament wara t-tlestija tal-formalitajiet doganali kollha, meta fil-perijodi msemmijin f’paragrafi 3 u 4, ma jkunux ġew mgħarrfin kif meħtieġ, skont il-pargrafu 3, bil-bidu ta’ proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk inkisirx dritt ta’ proprjetà intelletwali.
Artikolu 24
Rilaxx bikri ta’ oġġetti
1. Meta l-awtoritajiet doganali jkunu ġew innotifikati bil-bidu ta’ proċedimenti biex jiddeterminaw jekk ikunx inkiser disinn, brevetta, mudell ta’ utlità, topografija ta’ prodott semikunduttur jew varjetà ta’ pjanti, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jista’ jitlob lill-awtoritajiet doganali jirrilaxxaw l-oġġetti jew iwaqqfu s-sekwestru tagħhom qabel it-tlestija ta’ dawk il-proċedimenti.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw l-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom biss meta dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu ġew issodisfati:
(a) |
id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun pprovda garanzija, li tkun suffiċjenti biex iħares l-interessi tad-detentur tad-deċiżjoni.; |
(b) |
l-awtorità kompetenti biex tiddetermina jekk inkisirx dritt ta’ proprjetà intellettwali ma tkunx awtorizzat miżuri ta’ prekawzjoni; |
(c) |
tlestew il-formalitajiet doganali kollha. |
3. L-għoti tal-garanzija mesmmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ma għandux jaffettwa r-rimedji legali l-oħrajn disponibbli għad-detentur tad-deċiżjoni.
Artikolu 25
Oġġetti għall-qerda
1. Oġġetti li għandhom jinqerdu skont l-Artikoli 23 jew 26 ma għandhomx:
(a) |
jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, sakemm l-awtoritajiet doganali, bil-qbil tad-detentur tad-deċiżjoni, ma jiddeċidux li huwa meħtieġ fil-każ li l-oġġetti għandhom jiġu riċiklati jew mormija barra l-kanali kummerċjali, inkluż għal raġunijiet ta’ żieda tal-għarfien, taħriġ u edukazzjoni. Il-kundizzjonijiet li skonthom l-oġġetti jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera għandhom jiġu ddeterminati mill-awtoritajiet doganali; |
(b) |
jinħarġu mit-territorju doganali tal-Unjoni; |
(c) |
jiġu esportati; |
(d) |
jiġu esportati mill-ġdid; |
(e) |
jitpoġġew taħt proċedura sospensiva; |
(f) |
jitpoġġew f’żona ħielsa jew maħżen ħieles. |
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li oġġetti bħal dawn imsemmijin fil-paragrafu 1 jiċċaqilqu taħt superviżjoni doganali bejn postijiet differenti fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni bil-għan li jinqerdu taħt kontroll doganali.
Artikolu 26
Proċedura għall-qerda ta’ oġġetti f’kunsinni żgħar
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal oġġetti fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:
(a) |
l-oġġetti jkunu suspettati li huma oġġetti foloz jew ikkupjati; |
(b) |
l-oġġetti ma jkunux oġġetti li jeħżienu; |
(c) |
l-oġġetti jkunu koperti minn deċiżjoni li tilqa’ l-applikazzjoni; |
(d) |
id-detentur tad-deċiżjoni jkun talab li tintuża l-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu fl-applikazzjoni tiegħu; |
(e) |
l-oġġetti jkunu trasportati f’kunsinni żgħar. |
2. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu tiġi applikata, l-Artikolu 17(3) u (4) u l-Artikolu 19(2) u (3) ma għandhomx japplikaw.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-dikjarant jew lid-detentur tal-oġġetti bis-sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti jew bis-sekwestru tagħhom fi żmien jum ta’ xogħol mis-sospensjoni tar-rilaxx jew mis-sekwestru tal-oġġetti. In-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru tal-oġġetti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-intenzjoni tal-awtoritajiet doganali li jeqirdu l-oġġetti; |
(b) |
id-drittijiet tad-dikjarant jew tad-detentur tal-oġġetti skont il-paragrafi 4, 5 u 6. |
4. Id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-fehma tiegħu fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti.
5. L-oġġetti kkonċernati jistgħu jinqerdu meta, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta tasal in-notifika tas-sospensjoni tar-rilaxx jew tas-sekwestru tal-oġġetti, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun ikkonferma mal-awtoritajiet doganali l-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti.
6. Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma jkunx ikkonferma l-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti jew innotifika lill-awtoritajiet doganali bl-oppożizzjoni tiegħu għal dan, fi żmien il-perijodu msemmi fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti kkonferma l-qbil tiegħu għall-qerda tal-oġġetti.
7. Il-qerda għandha ssir taħt kontroll doganali. L-awtoritajiet doganali għandhom, fuq talba u kif xieraq, jagħtu lid-detentur tad-deċiżjoni informazzjoni dwar il-kwantità attwali jew stimata ta’ oġġetti meqruda u n-natura tagħhom.
8. Meta d-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma kkonfermax il-qbil tiegħu li jinqerdu l-oġġetti u fejn id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti ma tqiesx li kkonferma tali qbil, f’konformità ma’ paragrafu 6, l-awtoritajiet doganali għandhom javżaw lid-detentur tad-deċiżjoni b’dan immedjatament u bil-kwantità ta’ elementi u n-natura tagħhom, inklużi stampi tagħhom, fejn xieraq. L-awtoritajiet doganali għandhom ukoll, fuq talba u fejn disponibbli għalihom, jgħarrfu lid-detentur tad-deċiżjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarju, tal-ispeditur u tad-dikjarant jew tad-detentur tal-oġġetti, bil-proċedura doganali u bl-oriġini, bil-provenjenza u d-destinazzjoni tal-oġġetti li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li ġew issekwestrati.
9. L-awtoritajiet doganali għandhom iħallu r-rilaxx tal-oġġetti jew itemmu s-sekwestru tagħhom immedjatament wara t-tlestija tal-formalitajiet doganali kollha meta ma jkunux irċevew informazzjoni mingħand id-detentur tad-deċiżjoni dwar il-bidu ta’ proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali inkisirx, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol min-notifika msemmija fil-paragrafu 8.
10. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 dwar l-emenda tal-kwantitajiet fid-definizzjoni ta’ kunsinni żgħar fil-każ li d-definizzjoni tinstab li mhijiex prattika fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi żgurat it-tħaddim effettiv tal-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu, jew fejn meħtieġ sabiex tiġi evitata kwalunkwe ċirkomvenzjoni ta’ din il-proċedura fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-kunsinni.
KAPITOLU IV
RESPONSABBILTÀ, SPEJJEŻ U PIENI
Artikolu 27
Responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali
Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali, id-deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni ma għandhiex tintitola lid-detentur ta’ dik id-deċiżjoni għal kumpens fil-każ li ma jinstabux oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali minn uffiċċju doganali u dawn jiġu rilaxxati, jew ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ sekwestru tagħhom.
Artikolu 28
Responsabbiltà tad-detentur tad-deċiżjoni
Fejn proċedura mibdija kif xieraq skont dan ir-Regolament titwaqqaf minħabba att jew omissjoni min-naħa tad-detentur tad-deċiżjoni, fejn kampjuni meħuda skont l-Artikolu 19(2) jew ma jiġux ritornati inkella jkunu danneġġati jew ma jistgħux jintużaw aktar minħabba att jew omissjoni min-naħa tad-detentur tad-deċiżjoni jew fejn l-oġġetti inkwistjoni sussegwentament jinsabu li ma jiksru l-ebda dritt ta’ proprjetà intelletwali, id-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun responsabbli fil-konfront ta’ kwalunkwe detentur tal-oġġetti jew dikjarantli sofra dannu f’dak ir-rigward f’konformità ma’ leġislazzjoni speċifika applikabbli.
Artikolu 29
Spejjeż
1. Fejn mitlub mill-awtoritajiet doganali, id-detentur tad-deċiżjoni għandu jirrimborża l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet doganali, jew partijiet oħra li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet doganali, mill-mument ta’ sekwestru jew sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti, inkluż il-ħżin u t-trattament tal-oġġetti, skont l-Artikolu 17(1) l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 19(2) u (3), u meta jintużaw miżuri korrettivi bħall-qerda ta’ oġġetti skont l-Artikoli 23 u 26.
Id-detentur ta’ deċiżjoni li jkun ġie innotifikat bis-sospensjoni tar-rilaxx jew is-sekwestru ta’ oġġetti għandu, fuq talba, jingħata informazzjoni mill-awtoritajiet doganali dwar fejn u kif dawk l-oġġetti qed jinħażnu u dwar l-ispejjeż stmati tal-ħżin imsemmija f’dan il-pargarafu. L-informazzjoni dwar l-ispejjeż stmati tista’ tiġi espressa f’termini ta’ żmien, prodotti, volum, piż jew servizz skont iċ-ċirkostanzi tal-ħżin u n-natura tal-oġġetti.
2. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detentur tad-deċiżjoni li jikseb kumpens mingħand dak li wettaq il-ksur jew persuni oħrajn skont il-leġislazzjoni applikabbli.
3. Id-detentur ta’ deċiżjoni li tilqa’ applikazzjoni tal-Unjoni għandu jipprovdi u jħallas għal kull traduzzjoni meħtieġa mid-dipartiment doganali jew mill-awtoritajiet doganali kompetenti li għandhom jieħdu azzjoni fuq l-oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali.
Artikolu 30
Pieni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi ta’ deċiżjonijiet jikkonformaw mal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, inkluż, fejn xieraq, billi jistipulaw dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-pieni. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diżważivi.
L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummussjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet u kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom mingħajr dewmien.
KAPITOLU V
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
Artikolu 31
Skambju ta’ data dwar deċiżjonijiet marbuta ma’ applikazzjonijiet u sekwestri bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
1. Id-dipartimenti doganali kompetenti għandhom javżaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’dan li ġej:
(a) |
deċiżjonijiet li jilqgħu applikazzjonijiet, inkluża l-applikazzjoni u l-annessi tagħhom; |
(b) |
deċiżjonijiet li jestendu l-perijodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni jew deċiżjonijiet li jħassru d-deċiżjoni li tilqa’ l-applikazzjoni jew li temendaha; |
(c) |
is-sospensjoni ta’ deċiżjoni li tilqa’ l-applikazzjoni. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-punt (g) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97, fejn ir-rilaxx tal-oġġetti huwa sospiż jew l-oġġetti huma sekwestrati, l-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kull informazzjoni rilevanti, minbarra data personali, fost l-oħrajn informazzjoni dwar il-kwantità u t-tip tal-oġġetti, il-valur, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, proċeduri doganali, pajjiżi ta’ provenjanza, oriġini u destinazzjoni, u rotot u mezzi ta’ trasport.
3. It-trasmissjoni tal-informazzjoni msemmija f’paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u l-iskambji kollha ta’ data dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw applikazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 14 bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom isiru permezz ta’ bażi ta’ data ċentrali tal-Kummissjoni. L-informazzjoni u d-data għandhom jinħażnu f’dik il-bażi ta’ data.
4. Bl-għan li jiġi żgurat l-ipproċessar tal-informazzjoni msemmi f’paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, il-bażi ta’ data ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi stabbilita f’għamla elettronika. Il-bażi ta’ data ċentrali għandu jkun fiha l-informazzjoni, inkluża data personali, imsemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 14 u dan l-Artikolu.
5. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-bażi ta’ data ċentrali kif xieraq għall-qadi tar-responsabbiltajiet legali tagħhom fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-aċċess għal informazzjoni mmarkata għal trattament ristrett skont l-Artikolu 6(3) huwa ristrett għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fejn tinħtieġ azzjoni. Fuq talba ġustifikata mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess lill-Kummissjoni għal informazzjoni bħal din fejn tkun strettament meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
6. L-awtoritajiet doganali għandhom jintroduċu fil-bażi ta’ data ċentrali informazzjoni marbuta mal-applikazzjonijiet ippreżentati lid-dipartiment doganali kompetenti. L-awtoritajiet doganali li jkunu daħħlu informazzjoni fil-bażi ta’ data ċentrali għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw, jissupplimentaw, jikkoreġu jew iħassru tali informazzjoni. Kull awtorità doganali li tkun daħħlet informazzjoni fil-bażi ta’ data ċentrali għandha tkun responsabbli għall-eżattezza, l-adegwatezza u r-relevanza ta’ dik l-informazzjoni.
7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti tekniċi u organizzattivi xierqa għat-tħaddim affidabbli u sigur tal-bażi ta’ data ċentrali. L-awtoritajiet doganali ta’ kull Stat Membru għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-ipproċessar imwettqa mill-awtoritajiet doganali tagħhom u fir-rigward tat-terminals tal-bażi ta’ data ċentrali li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 32
Dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tad-data
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi il-bażi ta’ data ċentrali msemmi fl-Artikolu 31. Dak il-bażi ta’ data għandu jkun operazzjonali malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015.
Artikolu 33
Dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tad-data
1. L-ipproċessar ta’ data personali fil-bażi ta’ data ċentrali tal-Kummissjoni għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
2. L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità pubblika indipendenti tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva.
3. Data personali għandha tinġabar u tintuża biss għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Data personali li tinġabar b’dan il-mod għandha tkun preċiża u għandha tinżamm aġġornata.
4. Kull awtorità doganali li tkun daħħlet data personali fil-bażi ta’ data ċentrali għandha tkun il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data.
5. Suġġett ta’ data għandu jkollu dritt ta’ aċċess għad-data personali marbuta miegħu li tiġi pproċessata mill-bażi ta’ data ċentrali u, fejn xieraq, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar ta’ data personali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew mal-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
6. It-talbiet kollha għat-tħaddim tad-dritt ta’ aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar għandhom isiru lil u jiġu pproċessati mill-awtoritajiet doganali. Fejn suġġett ta’ data jkun għamel talba għat-tħaddim ta’ dak id-dritt lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tgħaddi din it-talba lill-awtoritajiet doganali kkonċernati.
7. Data personali m’għandhiex tinżamm iktar minn sitt xhur mid-data ta’ meta d-deċiżjoni rilevanti li tilqa’ l-applikazzjoni tkun ġiet revokata jew ta’ meta l-perijodu rilevanti li matulu l-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu azzjoni jkun skada.
8. Fejn id-detentur tad-deċiżjoni jkun beda proċedimenti skont l-Artikolu 23(3) jew 26(9) u jkun innotifika lill-awtoritajiet doganali bil-bidu ta’ tali proċedimenti, data personali għandha tinżamm għall sitt xhur wara li l-proċedimenti jkunu ddeterminaw b’mod finali jekk ikunx inkiser dritt ta’ proprjetà intellettwali.
KAPITOLU VI
KUMITAT, DELEGAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 34
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikoli 247a u 248a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 35
Tħaddim tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 26(10) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien mhux determinat mid-19 ta’ Lulju 2013.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 26(10) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 26(10) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 36
Assistenza amministrattiva reċiproka
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan ir-Regolament.
Artikolu 37
Rappurtaġġ
Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet adegwati.
Dak ir-rapport għandu jirreferi għal kull inċident rilevanti li jikkonċerna mediċini li jkunu għaddejjin mit-territorju doganali tal-Unjoni li jista’ jseħħ skont dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni tal-impatt potenzjali tiegħu fuq l-impenji tal-Unjoni għall-aċċess għal mediċini skont id-“Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika” adottata mill-Konferenza Ministerjali tad-WHO ta’ Doha fl-14 ta’ Novembru 2001, u l-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata kull sitwazzjoni li toħloq effetti negattivi f’dak ir-rigward.
Artikolu 38
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness.
Artikolu 39
Dispożizzjonijiet transizzjonali
Applikazzjonijiet milqugħin skont ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 għandhom jibqgħu validi għall-perjodu speċifikat fid-deċiżjoni li tilqa’ l-applikazzjoni li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni u m’għandhomx jiġu estiżi.
Artikolu 40
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014, bl-eċċezzjoni ta’:
(a) |
l-Artikolu 6, l-Artikolu 12(7) u l-Artikolu 22(3), li għandhom japplikaw mid-19 ta’ Lulju 2013. |
(b) |
l-Artikoli 31(1) u (3) sa (7) u l-Artikolu 33, li għandhom japplikaw mid-data li fiha tiġi stabbilita l-bażi ta’ data ċentrali msemmija fl-Artikolu 32. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-data. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-16 ta’ Mejju 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.
(4) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 47.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(8) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(9) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 3.
(10) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(11) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1.
(12) ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30.
(13) ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.
(14) ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.
(16) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(17) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(18) ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.
(19) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(21) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
(22) ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21.
ANNESS
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1383/2003 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 1 |
Artikolu 4 |
Artikolu 18 |
Artikolu 5 |
Artikoli 3 sa 9 |
Artikolu 6 |
Artikoli 6 u 29 |
Artikolu 7 |
Artikolu 12 |
Artikolu 8 |
Artikoli 10, 11, 12, 14 u 15 |
Artikolu 9 |
Artikoli 17 u 19 |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 23 |
Artikolu 12 |
Artikoli 16 u 21 |
Artikolu 13 |
Artikolu 23 |
Artikolu 14 |
Artikolu 24 |
Artikolu 15 |
Artikolu 20 |
Artikolu 16 |
Artikolu 25 |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 18 |
Artikolu 30 |
Artikolu 19 |
Artikoli 27 u 28 |
Artikolu 20 |
Artikoli 6, 12, 22 u 26 |
Artikolu 21 |
Artikolu 34 |
Artikolu 22 |
Artikoli 31 u 36 |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 24 |
Artikolu 38 |
Artikolu 25 |
Artikolu 40 |
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/35 |
REGOLAMENT (UE) Nru 609/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2013
dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li għal miżuri li għandhom bħala għan l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern u li jikkonċernaw fost l-oħrajn is-saħħa, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tieħu bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni billi tqis b’mod partikolari kwalunkwe żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. |
(2) |
Il-moviment liberu ta’ ikel sigur u nutrittiv huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għas-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom. |
(3) |
Id-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-ikel huwa maħsub, inter alia, biex jiżgura li l-ebda ikel ma jitqiegħed fuq is-suq jekk huwa perikoluż. Għaldaqstant, kwalunkwe sustanza meqjusa bħala li tista’ tipperikola s-saħħa tal-gruppi tal-popolazzjoni kkonċernati jew li mhijiex adatta għall-konsum uman għandha tiġi eskluża mill-kompożizzjoni tal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament. |
(4) |
Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (3) tistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-kompożizzjoni u t-tħejjija ta’ ikel li huwa maħsub apposta biex jilħaq rekwiżiti ta’ nutriment partikolari tal-persuni li hu maħsub għalihom. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva jmorru lura għall-1977 u hemm bżonn li jiġu rieżaminati. |
(5) |
Id-Direttiva 2009/39/KE tistabbilixxi definizzjoni komuni għall-“oġġetti tal-ikel għal użi ta’ nutriment partikolari”, u r-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar, inkluż li ikel simili jrid ikollu indikazzjoni li turi li huwa adatt għall-għanijiet nutrittivi ddikjarati. |
(6) |
Ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar stabbiliti fid-Direttiva 2009/39/KE huma kkumplementati minn għadd ta’ atti mhux leġislattivi tal-Unjoni, li huma applikabbli għal kategoriji speċifiċi tal-ikel. Minħabba f’hekk, regoli armonizzati huma stabbilit fid-Id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta’ Frar 1996 dwar ikel maħsub sabiex jintuża f’dieti ta’ restrizzjoni ta’ enerġija għat-tnaqqis fil-piż (4) u 1999/21/KE tal-25 ta’ Marzu 1999 dwar l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali (5). B’mod simili, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (6) tistabbilixxi ċerti regoli armonizzati dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (7) tistabbilixxi regoli armonizzati b’rabta ma’ formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 (8) jistabbilixxi regoli armonizzati li jikkonċernaw il-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina. |
(7) |
Barra minn hekk, regoli armonizzati huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari (10). |
(8) |
Id-Direttiva 2009/39/KE teħtieġ proċedura ta’ notifika ġenerali fuq livell nazzjonali għall-ikel imressaq minn operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel bħala li jikklassifika taħt id-definizzjoni ta’ “prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari” u li għalihom ma ġewx stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi tal-Unjoni, qabel it-tqegħid tiegħu fis-suq tal-Unjoni, għat-tħaffif tal-monitoraġġ effiċjenti ta’ ikel simili mill-Istati Membri. |
(9) |
Rapport mill-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-proċedura ta’ notifika wera li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet minħabba d-definizzjoni tal-“prodotti tal-ikel għal użi ta’ nutriment partikolari” li kienu jidhru soġġetti għal interpretazzjonijiet li ma jaqblux mill-awtoritajiet nazzjonali. Għaldaqstant, ġie konkluż li biex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effettiva u armonizzata tal-atti legali tal-Unjoni, tkun meħtieġa reviżjoni tad-Direttiva 2009/39/KE. |
(10) |
Rapport ta’ studju tad-29 ta’ April 2009 minn Agra CEAS Consulting, dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 2009/39/KE, ikkonferma s-sejbiet tar-rapport tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ notifika u indika żieda fl-għadd ta’ prodotti tal-ikel li bħalissa qed jitqiegħdu fis-suq u jiġu klassifikati bħala prodotti tal-ikel adatti għal użu ta’ nutriment partikolari, minħabba d-definizzjoni wiesgħa stabbilita f’dik id-Direttiva. Ir-rapport ta’ studju wera’ wkoll li l-ikel regolat taħt dik id-Direttiva huwa ferm differenti bejn l-Istati Membri; ikel simili jista’ fl-istess ħin jitqiegħed fis-suq minn Stati Membri differenti bħala ikel għal użu ta’ nutriment partikolari u/jew bħala ikel għal konsum normali, inklużi supplimenti tal-ikel, indirizzati lill-popolazzjoni ġenerali jew lil ċerti sub-gruppi sekondarji minnhom bħan-nisa tqal, nisa b’postmenopawża, anzjani, tfal li għadhom qed jikbru, adolexxenti, individwi differenti li huma attivi u oħrajn. Dawn iċ-ċirkostanzi ifixklu t-tħaddim tas-suq intern, joħolqu inċertezzi legali għall-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel b’mod partikolari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-konsumaturi, filwaqt li r-riskji tal-abbuż tas-suq u t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni ma jistgħux jiġu injorati. Għalhekk jeħtieġ li jitneħħew id-differenzi fl-interpretazzjoni billi jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju. |
(11) |
Jidher li atti legali oħra tal-Unjoni li ġew adottati reċentement huma aktar adattati għal suq tal-ikel li għadu qed jevolvi u innovattiv mid-Direttiva 2009/39/KE. F’dan ir-rigward, huma ta’ rilevanza u importanza partikolari: Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (11), ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (12) u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (13). Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-atti legali tal-Unjoni għandhom jirregolaw b’mod adegwat għadd mill-kategoriji tal-ikel koperti mid-Direttiva 2009/39/KE b’inqas piż amministrattiv u b’mod aktar ċar skont l-iskop u l-objettivi. |
(12) |
Barra minn hekk, l-esperjenza turi li ċerti regoli inklużi fi, jew adottati skont, id-Direttiva 2009/39/KE ma għadhomx effettivi biex jiggarantixxu t-tħaddim tas-suq intern. |
(13) |
B’hekk, il-kunċett ta’ “prodotti tal-ikel għal użita” nutriment partikolari’ għandu jiġi mħassar u d-Direttiva 2009/39/KE għandha tiġi mibdula bl-att preżenti. Għas-simplifikazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan l-att u sabiex tiġi assigurata l-konsistenza tal-applikazzjoni fl-Istati Membri, dan l-att għandu jieħu l-forma ta’ Regolament. |
(14) |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (14) għall-istabbiliment ta’ prinċipji u definizzjonijiet komuni għal-liġi tal-ikel tal-Unjoni. Ċerti definizzjonijiet imniżżlin f’dak ir-Regolament għandhom ukoll japplikaw fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. |
(15) |
Għadd limitat ta’ kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors parzjali jew ewlieni ta’ tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni. Tali kategoriji ta’ ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kondizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi ta’ ċerti gruppi vulnerabbli identifikati tal-popolazzjoni. Dawk il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttivi 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ dawk il-kategoriji ta’ ikel b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. B’hekk huwa adatt li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għal dawk il-kategoriji ta’ ikel, filwaqt li jikkunsidra d-Direttivi 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE. |
(16) |
Barra minn hekk, fid-dawl tar-rati dejjem jikbru ta’ persuni bi problemi ta’ piż żejjed u obeżità, għadd dejjem jikber ta’ ikel jitpoġġa fis-suq bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż. Bħalissa, għal tali ikel preżenti fis-suq tista’ ssir distinzjoni bejn prodotti maħsubin għal dieti b’kaloriji baxxi, li fihom bejn 3 360 kJ (800 kcal) u 5 040 kJ (1 200 kcal), u prodotti maħsubin għal dieti b’kaloriji baxxi ħafna, li normalment fihom inqas minn 3 360 kJ (800 kcal). Minħabba n-natura tal-ikel inkwistjoni ikun adatt li jiġu stabbiliti ċerti dispożizzjoniiet speċifiċi għalih. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti mid-Direttiva 96/8/KE jiggarantixxu b’mod sodisfaċenti l-moviment ħieles ta’ ikel ippreżentat bħala sostitut totali tad-dieta għall-kontroll tal-piż filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. B’hekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għal ikel maħsub biex jieħu post id-dieta ta’ kuljum inkluż ikel li l-kontenut enerġetiku tiegħu huwa baxx ħafna, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 96/8/KE. |
(17) |
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, inter alia, definizzjonijiet għal formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali u ikel maħsub bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE. |
(18) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji tal-analiżi tar-riskju fir-rigward ta’ ikel u jistabbilixxi l-istrutturi u l-mekkaniżmi għall-evalwazzjonjiet xejntifiċi u tekniċi li jitwettqu mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (‘l-Awtorità’). Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tiġi kkonsultata dwar il-materji kollha li aktarx jaffettwaw is-saħħa pubblika. |
(19) |
Huwa importanti li l-ingredjenti li jintużaw fil-manifattura tal-ikel kopert minn dan ir-Regolament ikunu adegwati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti nutrittivi, u jkunu adegwati għall-persuni li għalihom tali ikel ikun maħsub u li l-livell nutrittiv adatt ikun stabbilit minn data xjentifika aċċettata b’mod ġenerali. Din l-adegwatezza għandha tintwera permezz ta’ reviżjoni sistematika tad-data xjentifika disponibbli. |
(20) |
Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali (15), għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament u atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. |
(21) |
L-użu tal-pestiċidi jista’ jwassal għal residwi tal-pestiċidi f’ikel kopert minn dan ir-Regolament. Tali użu, għalhekk, għandu jiġi kemm jista’ jkun ristrett b’kont meħud tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (16). Madankollu, ristrezzjoni fuq, jew projbizzjoni tal-użu mhux neċessarjament tiggarantixxi li ikel kopert minn dan ir-Regolament, inkluż ikel għal trabi u tfal żgħar, huwa ħieles mill-pestiċidi, minħabba li xi pestiċidi jikkontaminaw l-ambjent u r-residwi tagħhom jistgħu jinstabu f’tali ikel. Għalhekk, il-massimu tal-livelli ta’ residwi f’tali ikel għandhom jiġu stabbiliti fl-aktar livell baxx li jkun jista’ jinkiseb biex jiġu protetti gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, b’kont meħud tal-prattiki agrikoli tajbin kif ukoll sorsi oħrajn ta’ espożizzjoni, bħall-kontaminazzjoni ambjentali. |
(22) |
Fl-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament, għandu jittieħed kont tar-restrizzjonijiet fuq u l-projbizzjonijiet ta’ ċerti pestiċidi ekwivalenti għal dawk attwalment stabbiliti fl-Annessi għad-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. Dawk ir-restrizzjonijiet u projbizzjonijiet għandhom jiġu aġġornati regolarment, b’attenzjoni partikolari lill-pestiċidi li għandhom sustanzi attivi, safeners jew synergists ikklassifikati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (17) bħala mutaġen fil-kategorija 1 A jew 1B, karċinoġeni tal-kategorija 1 A jew 1B, tossiċi għall-kategoriji ta’ riproduzzjoni 1 A jew 1B, jew meqjusa li għandhom proprjetajiet li jistgħu ifixklu s-sistema endokrinali li jistgħu jikkawżaw effett negattiv fil-bnedmin. |
(23) |
Is-sustanzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (18) ma għandhomx jiġu miżjuda mal-ikel kopert minn dan ir-Regolament sakemm it-tali sustanzi ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet biex jitpoġġew fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 b’żieda mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Meta jkun hemm tibdil sinifikanti fil-metodu ta’ produzzjoni ta’ sustanza li tkun intużat skont dan ir-Regolament jew tibdil fid-daqs tal-partikuli ta’ tali sustanza, pereżempju permezz tan-nanoteknoloġija, dik is-sustanza għandha tiġi meqjusa differenti minn dik li tkun intużat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u għandha tiġi evalwata mill-ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u sussegwentement skont dan ir-Regolament. |
(24) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (19) jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar. Dawk ir-rekwiżiti tat-tikkettar għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll rekwiżiti addizzjonali għal, jew derogi minn, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, fejn hu meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament. |
(25) |
It-tikkettar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar tal-ikel kopert minn dan ir-Regolament ma għandhomx jattribwixxu lil tali ikel il-propjetà li jipprevjeni, jitratta jew ifejjaq il-mard tal-bniedem u lanqas ma għandhom jimplikaw tali proprjetajiet. Madankollu, ikel għal raġunijiet mediċi speċjali, hu maħsub għall-ġestjoni djetetika ta’ pazjenti b’ħila limitata, debboli jew kompromessa, pereżempju, biex jieħdu ikel normali minħabba marda, disturb jew kondizzjoni medika speċifika. Ir-referenza għall-ġestjoni djetetika tal-mard, diżordni jew kondizzjonijiet mediċi li għalihom hu maħsub l-ikel m’għandhiex tiġi meqjusa bħala attribuzzjoni tal-karatteristika tal-prevenzjoni, it-trattament jew il-kura ta’ mard tal-bniedem. |
(26) |
Fl-interess tal-protezzjoni ta’ konsumaturi vulnerabbli, ir-rekwiżiti tat-tikkettar għandhom jiżguraw l-identifikazzjoni preċiża tal-prodott għall-konsumaturi. Fil-każ tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-informazzjoni kollha bil-miktub u bl-istampi għandha tippermetti li ssir distinzjoni ċara bejn il-formuli differenti. Id-diffikultà li tiġi identifikata l-età preċiża ta’ tarbija murija fuq tikkettar tista’ toħloq konfużjoni fil-konsumaturi u tostakola l-identifikazzjoni tal-prodott. Dak ir-riskju għandu jiġi evitat permezz ta’ restrizzjonijiet adatti fuq it-tikkettar. Barra minn hekk, meta wieħed iqis li l-formula tat-trabi tikkostittwixxi ikel li waħdu jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi mit-twelid sa meta jiġi introdott ikel komplementari xieraq, identifikazzjoni tajba tal-prodott hija kruċjali għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Għalhekk, għandhom jiġi introdotti restrizzjonijiet adatti rigward il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-formuli tat-trabi. |
(27) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-kriterji għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż, billi jqis id-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE,. |
(28) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistabbilixxi r-regoli u l-kondizzjonijiet għall-użu tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw bħala regola ġenerali għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament jew fl-atti delegati adottati f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(29) |
Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), it-trabi tat-twelid b’piż baxx għandhom jingħataw il-ħalib tal-omm. Madankollu, it-trabi tat-twelid b’piż baxx u t-trabi tat-twelid prematuri jista jkollhom rekwiżiti nutrittivi speċjali li ma jistgħux jiġu sodisfatti mill-ħalib tal-omm jew formula standard tat-trabi tat-twelid. Fil-fatt, ir-rekwiżiti nutrittivi għal trabi tat-twelid b’piż baxx u prematuri jistgħu jiddependu fuq il-kondizzjoni medika ta’ dik it-tarbija, partikolarment fuq il-piż ta’ dik it-tarbija meta mqabbel ma’ dak ta’ tarbija b’saħħitha, u fuq in-numru ta’ ġimgħat li t-tarbija tkun prematura. Għandu jiġi deċiż każ b’każ jekk il-kondizzjoni tat-tarbija tkunx teħtieġ il-konsum, taħt superviżjoni medika, ta’ ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi (formula) u adattata għat-tmexxija djetetika tal-kondizzjoni speċifika ta’ dik it-tarbija. |
(30) |
Id-Direttiva 1999/21/KE teħtieġ li ċerti rekwiżiti ta’ kompożizzjoni għall-formula tat-trabi u għall-formula tal-prosegwiment kif jinsabu fid-Direttiva 2006/141/KE japplikaw għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali intenzjonat għal trabi skont l-età tagħhom. Madanakollu, ċerti dispożizzjonijiet li jinkludu dawk relatati mat-tikkettar, il-preżentazzjoni, ir-reklamar u l-prattiki promozzjonali u kummerċjali kif jinsabu fid-Direttiva 2006/141/KE bħalissa ma japplikawx għal tali ikel. L-iżviluppi fis-suq akkumpanjati minn żieda sinifikattiva ta’ tali ikel jagħmlu neċessarju li jiġu rieżaminati r-rekwiżiti għall-formuli intenzjonati għat-trabli bħar-rekwiżiti fuq l-użu ta’ pestiċidi fi prodotti intenzjonati għall-produzzjoni ta’ tali formoli, residwi tal-pestiċidi, it-tikkettar, il-preżentazzjoni, ir-reklamar u l-prattiki promozzjonali u kummerċjali li għandhom japplikaw ukoll, kif adatt, għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi. |
(31) |
Fis-suq tal-Unjoni hemm għadd dejjem jiżdied ta’ xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u prodotti simili li huma promossi bħala adatti partikolarment għat-tfal żgħar. Tali prodotti, li jistgħu jiġu derivati minn proteini li joriġinaw mill-annimali jew veġetali bħall-ħalib tal-baqar, il-ħalib tal-mogħoż, is-sojja jew ir-ross, frekwentement jiġu kummerċjalizzati bħala “ħalib għat-trobbija” jew “ħalib għat-tfal żgħar” jew b’terminoloġija simili. Filwaqt li bħalissa dawn il-prodotti huma rregolati minn atti legali differenti tal-Unjoni, bħar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006, u d-Direttiva 2009/39/KE, huma mhumiex koperti mill-miżuri speċifiċi eżistenti li japplikaw għall-ikel maħsub għal trabi u tfal żgħar. Jeżistu fehmiet differenti dwar jekk tali prodotti jissodisfawx ir-rekwiżiti nutrittivi speċifiċi tal-grupp tal-popolazzjoni li jippruvaw jolqtu. Il-Kummissjoni għandha għalhekk, wara li tikkonsulta mal-Awtorità, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ħtieġa, jekk ikun il-każ, ta’ dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kompożizzjoni, it-tikettar u tipi oħra ta’ rekwiżiti, jekk adatt, ta’ dawk il-prodotti. Dan ir-rapport għandu jqis, inter alia, ir-rekwiżiti nutrittivi tat-tfal żgħar u r-rwol ta’ dawk il-prodotti fid-dieta tagħhom, b’kont meħud tax-xejra tal-konsum, in-nutrijenti kkunsmati u l-livell ta’ sustanzi kontaminanti u pestiċidi li għalih qed jiġu esposti t-tfal żgħar. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll il-kompożizzjoni ta’ tali prodotti u jekk huma għandhomx benefiċċji nutrittivi meta mqabbla ma’ dieta normali għal tarbija li qed tiġi miftuma. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġislattiva flimkien ma’ dan ir-rapport. |
(32) |
Id-Direttiva 2009/39/KE tipprovdi li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żewġ kategoriji speċifiċi ta’ ikel li ġejjin, u li huma klassifikati taħt id-definizzjoni ta’ prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari: “ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b’mod partikolari għall-isportivi” u “ikel għall-persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)”. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete), rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2008 dwar ikel għal persuni li jsofru minn diżordnijiet tal-karboidrat fil-metaboliżmu (dijabete) ikkonkluda li ma hemmx bażi xjentifika għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni. Fir-rigward tal-ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b’mod speċjali għall-isportivi, ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni ta’ suċċess b’rabta mal-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba opinjonijiet ferm diverġenti bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ leġislazzjoni speċifika, l-għadd ta’ subkategoriji tal-ikel li jridu jiġu inklużi, il-kriterji għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti kompożizzjonali u l-impatt potenzjali fuq l-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-prodott. Għalhekk, f’dan l-istadju ma għandhomx jiġu żviluppati dispożizzjonijiet speċifiċi. Sadanittant, abbażi tas-sottomissjoni ta’ talbiet mressqa minn operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel, talbiet rilevanti ġew ikkunsidrati għall-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
(33) |
Madankollu jeżistu fehmiet differenti dwar jekk humiex meħtieġa regoli ġodda biex jiżguraw protezzjoni adegwata tal-konsumaturi rigward ikel għall-isportivi, imsejjaħ ukoll ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna, wara li tikkonsulta lill-Awtorità, biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ħtieġa, jekk ikun il-każ, ta’ dispożizzjonijiet dwar ikel maħsub għall-isportivi. Il-konsultazzjoni mal-Awtorità għandha tieħu kont tar-rapport tat-28 ta’ Frar 2001 tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel dwar il-kompożizzjoni u l-ispeċfikazzjoni tal-ikel maħsub għal sforzi muskolari intensi, speċjalment għall-persuni sportivi. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tevalwa jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet biex jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumaturi. |
(34) |
Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta linji gwida tekniċi bl-għan li tiġi ffaċilitata l-konformità mill-operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel, b’mod partikolari l-SMEs ma’ dan ir-Regolament. |
(35) |
B’kont meħud tas-sitwazzjoni eżistenti fuq is-suq u tad-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE u tar-Regolament (KE) Nru 953/2009, huwa xieraq li tiġi stabbilita u inkluża fl-Anness għal dan ir-Regolament lista tal-Unjoni ta’ sustanzi li jappartjenu għall-kategoriji ta’ sustanzi li ġejjin: vitamini, minerali, amminoaċidi, karnitina u tawrina, nukleotidi, kolin u inożitol. Fost is-sustanzi li jappartjenu għal dawk il-kategoriji, għandu jkun permissibbli biss għal dawk inklużi fil-lista tal-Unjoni li jiġu miżjuda fil-kategoriji ta’ ikel koperti b’dan ir-Regolament. Meta s-sustanzi jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni, għandu jiġi speċifikat ma’ liema kategorija tal-ikel koperta minn dan ir-Regolament jistgħu jidiedu tali sustanzi. |
(36) |
L-inklużjoni ta’ sustanzi fil-lista tal-Unjoni m’għandiex tfisser li ż-żieda tagħhom ma’ kategorija waħda jew aktar tal-ikel koperta minn dan ir-Regolament hija neċessarja jew mixtieqa. Il-lista tal-Unjoni hija maħsuba biss biex tirrifletti liema sustanzi li qegħdin f’ċerti kategoriji ta’ sustanzi huma awtorizzati li jiġu miżjuda ma’ kategorija waħda jew aktar tal-ikel koperta minn dan ir-Regolament, filwaqt li r-rekwiżiti kompożizzjonali speċifiċi huma maħsuba biex jistabbilixxu l-kompożizzjoni ta’ kull kategorija tal-ikel koperta minn dan ir-Regolament. |
(37) |
Għadd ta’ sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma’ ikel kopert b’dan ir-Regolament jistgħu jiġu miżjuda għal skopijiet teknoloġiċi bħala addittivi tal-ikel, koloranti jew ħwawar jew għal tali skopijiet oħra, inkluż prattiċi u proċessi enoloġiċi awtorizzati, previsti mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni applikabbli għall-ikel. F’dan il-kuntest jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal dawk is-sustanzi fil-livell tal-Unjoni. Huwa xieraq li dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu applikabbli għas-sustanzi hu x’inhu l-iskop tal-użu tagħhom fl-ikel sakemm mhux previst mod ieħor b’dan ir-Regolament. |
(38) |
Għas-sustanzi inklużi fil-lista tal-Unjoni li għalihom il-kriterji tal-kwalità għadhom ma ġewx adottati fil-livell tal-Unjoni, u sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien għas-saħħa pubblika, kriterji ta’ purità ġeneralment aċċettabbli rakkomandati minn organizzazzjonijiet jew aġenziji internazzjonali inklużi iżda mhux limitati għall-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar Additivi tas-Ikel (JECFA), u tal-Farmakopea Ewropea għandhom japplikaw. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu regoli nazzjonali li jistabbilixxu kriterji ta’ purità aktar stretti, mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fit-TFUE. |
(39) |
Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti għall-kategoriji tal-ikel kopert b’dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbilimet ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni fir-rigward tal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, inkluż rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar, jew derogi minn, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa. Barra minn hekk, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod rapidu minn progress tekniku u xjentifiku, speċjalment fir-rigward ta’ prodotti innovattivi, u b’hekk jistimulaw l-innovazzjoni, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata wkoll lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament regolari ta’ dawk ir-rekwiżiti speċifiċi, b’kont meħud tad-data rilevanti kollha, inkluża d-data pprovduta mill-partijiet interessati. Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi jew is-saħħa tal-konsumaturi, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata wkoll lill-Kummissjoni fir-rigward taż-żieda ta’ kategoriji ta’ sustanzi li għandhom effett nutrittiv jew psikoloġiku li għandhom jiġu koperti mill-lista tal-Unjoni, jew fir-rigward tat-tneħħija ta’ tali kategoriji mill-kategoriji ta’ sustanzi koperti bil-lista tal-Unjoni. Għall-istess finijiet u soġġett għal rekwiżiti addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha wkoll tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista tal-Unjoni permezz taż-żieda ta’ sustanza ġdida, it-tneħħija ta’ sustanza, jew iż-żieda, it-tneħħija jew l-emenda ta’ elementi fil-lista tal-Unjoni li tirrigwarda xi sustanza. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta’ esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta’ esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
(40) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk ikel partikolari jaqgħax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u taħt liema kategorija ta’ ikel jappartjeni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (20). |
(41) |
Bħalissa, ir-regoli dwar l-użu tal-indikazzjonijiet “mingħajr glutina” u “b’livell baxx ta’ glutina” huma speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 41/2009. Dak ir-Regolament jarmonizza l-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi dwar l-assenza jew il-preżenza ridotta ta’ glutina fl-ikel u jistabbilixxi regoli speċifiċi għal ikel prodott, ippreparat u/jew ipproċessat b’mod sepċjali biex inaqqas il-kontenut tal-glutina ta’ wieħed jew aktar ingredjenti li fihom il-glutina jew li jissostittwixxi tali ingredjenti li fihom il-glutina u ikel ieħor li jkun magħmul esklużivament minn ingredjenti li huma ħielsa mill-glutina b’mod naturali. Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar il-forniment ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-ikel kollu, inkluż ikel li mhuwiex ippakkjat minn qabel, dwar il-preżenza ta’ ingredjenti, bħal ingredjenti li fihom il-glutina, b’effett allerġeniku jew ta’ intolleranza ppruvat xjentifikament sabiex il-konsumaturi jkunu f’pożizzjoni, partikolarment lil dawk li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza bħall-persuni intolleranti għall-glutina, biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati dwar liema jkunu sikuri għalihom. Minħabba kjarezza u konsistenza, ir-regoli dwar l-użu tal-indikazzjonijiet “mingħajr glutina” u “b’livell baxx ta’ glutina” għandhom jiġu regolati wkoll taħt ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. L-atti legali li għandhom jiġu adottati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li għandhom jittrasferixxu r-regoli dwar l-użu ta’ indikazzjonijiet “mingħajr glutina” u “b’livell baxx ħafna ta’ glutina” kif jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 41/2009, għandhom jiżguraw tal-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għal nies li huma intolleranti għall-glutina kif attwalment previst skont ir-Regolament (KE) Nru 41/2009. Dak it-trasferiment tar-regoli għandu jitwettaq qabel ma japplika dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif tiżgura li l-persuni li ma għandhomx tolleranza għall-glutina jkunu infurmati b’mod adegwat bid-differenza bejn ikel li huwa speċjalment prodott, ippreparat u/jew ipproċessat sabiex jitnaqqas il-kontenut ta’ glutina ta’ wieħed jew aktar ingredjenti li fihom il-glutina u ikel ieħor li huwa magħmul esklussivament minn ingredjenti li huma ħielsa mill-glutina b’mod naturali. |
(42) |
Ir-regoli tat-tikkettar u l-kompożizzjoni li jindikaw in-nuqqas jew il-preżenza ridotta tal-lattożju fl-ikel bħalissa mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-indikazzjonijiet, madankollu, huma importanti għall-persuni intolleranti għal-lattożju. Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar sustanzi b’effett allerġeniku jew ta’ intolleranza ppruvat xjentifikament, sabiex il-konsumaturi jkunu f’pożizzjoni, bħall-persuni intolleranti għal-lattożju, biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati li jkunu sikuri għalihom. Għal raġunijiet ta’ kjarezza u konsistenza, l-istabbiliment ta’ regoli dwar l-użu ta’ indikazzjonijiet li juru n-nuqqas jew il-preżenza ridotta ta’ lattożju fl-ikel għandhom jiġu regolati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, b’kont meħud tal-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità tal-10 ta’ Settembru 2010 dwar il-limiti ta’ lattożju f’każijiet ta’ intolleranza għal-lattożju u l-galactosaemia. |
(43) |
It-“tibdil ta’ ikel għall-kontroll tal-piż” maħsub biex jissostitwixxi parti mid-dieta ta’ kuljum hu meqjus bħala ikel għal użu ta’ nutriment partikolari u bħalissa hu rregolat mir-regoli speċifiċi skont id-Direttiva 96/8/KE. Madankollu, aktar u aktar ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali deher fuq is-suq b’indikazzjonijiet simili li huma ppreżentati bħala indikazzjonijiet tas-saħħa għall-kontroll tal-piż. Sabiex tiġi eliminata kwalunkwe konfużjoni potenzjali f’dan il-grupp ta’ ikel li jitqiegħed fis-suq għall-kontroll tal-piż u fl-interessi taċ-ċertezzi legali u l-koerenza tal-atti leagli tal-Unjoni, dikjarazzjonijiet simili għandhom jiġu rregolati biss mir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. Huwa meħtieġ li l-adattamenti tekniċi magħmula f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, relatati ma’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa, li jirreferu għall-kontroll tal-piż tal-ġisem,u magħmula fir-rigward ta’ ikel ippreżentat bħala “tibdil ta’ ikel għall-kontroll tal-piż” u tal-kondizzjonijiet tal-użu ta’ tali indikazzjonijiet kif inhuma rregolati mid-Direttiva 96/8/KE, jridu jitwettqu qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(44) |
Dan ir-Regolament jaffettwax l-obbligu li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali, inkluż il-libertà tal-espressjoni, kif affermata fl-Artikolu 11, flimkien mal-Artikolu 52, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u f’dispożizzjonijiet oħra rilevanti. |
(45) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri, l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u tal-informazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ ikel, l-istabbiliment ta’ lista tal-Unjni ta’ sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma’ ċerti kategoriji ta’ ikel u l-istabbiliment ta’ regoli għall-aġġornament ta’ din il-lista tal-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b’mod adegwat mill-Istati Membri u b’hekk, minħabba l-entità tal-azzjoni proposta, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ għall-ksib ta’ dawn l-objettivi. |
(46) |
Id-Direttiva 92/52/KEE tipprovdi li l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment li huma esportati jew esportati mill-ġdid mill-Unjoni għandhom jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni sakemm ma jkunx mitlub jew stipulat mod ieħor mid-dispożizzjonijiet tal-pajjiż tal-importazzjoni. Dak il-prinċipju diġà ġie stabbilit għall-ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Għall-fini ta’ simplifikazzjoni u ċertezza legali, b’hekk id-Direttiva 92/52/KEE għandha tiġi mħassra. |
(47) |
Għandhom jitħassru wkoll id-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE, 2006/141/KE u 2009/39/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009. |
(48) |
Huma meħtieġa miżuri transizzjonali adegwati li jippermettu lill-operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel biex jadattaw għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-kategoriji tal-ikel li ġejjin:
(a) |
formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment; |
(b) |
ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi; |
(c) |
ikel għal skopijiet mediċi speċjali; |
(d) |
sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż. |
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma’ waħda jew aktar tal-kategoriji tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 u jistabblixxi r-regoli applikabbli għall-aġġornament ta’ dik il-lista.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
id-definizzjonijiet ta’ “ikel”, “operatur fis-settur kummerċjali tal-ikel”, “bl-imnut” u “tqegħid fis-suq” stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 2 u fil-punti (3), (7) u (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(b) |
id-definizzjonijiet ta’ “ikel ippakkjat minn qabel”, “tikkettar” u “nanomaterjal artifiċjali” stabbiliti rispettivament fil-punti (e), (j) u (t) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011; |
(c) |
id-definizzjonijiet ta’ “indikazzjoni nutrittiva” u “indikazzjoni tas-saħħa” stabbiliti rispettivament fil-punti (4) u (5) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(a) |
“tfal” tfisser tfal ta’ taħt it-12-il xahar; |
(b) |
“tfal żgħar” tfisser tfal li għandhom bejn sena u tliet snin; |
(c) |
“formula tat-trabi” tfisser ikel intenzjonat għall-użu minn trabi fl-ewwel snin ta’ ħajjithom u li waħdu jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi sal-introduzzjoni ta’ tmigħ komplementari adegwat; |
(d) |
“formula tal-prosegwiment” tfisser ikel intenzjonat għall-użu minn trabi meta jiġi introdott it-tmigħ ta’ ikel kumplementari u li jikkostitwixxi element likwidu ewlieni f’dieta bi progess differenti ta’ dawn it-trabi; |
(e) |
“ikel proċessat biċ-ċereali” tfisser ikel:
|
(f) |
“ikel tat-trabi” tfisser ikel maħsub biex jissodisfa r-rekwiżiti partikolari tat-tfal żgħar b’saħħithom li jkunu mreddgħa, u tat-tfal żgħar b’saħħithom bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew għall-addatament progressiv tagħhom, għall-ikel ordinarju, minbarra:
|
(g) |
“ikel għal skopijiet mediċi speċjali” tfisser ikel ipproċessat jew ifformulat b’mod speċjali u maħsub għall-ġestjoni djetetika tal-pazjenti, inklużi t-trabi, li jintuża taħt sorveljanza medika; huwa maħsub għat-tmigħ esklużiv jew parzjali tal-pazjenti li l-ħila limitata, debboli jew kompromessa tagħhom ma tippermettilhomx jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali jew ċerti nutrijenti li jkollhom fihom jew il-metaboliti, jew ma’ rekwiżiti nutrittivi oħra b’għan mediku, fejn il-ġestjoni djetetika tagħhom ma tistax tinkiseb biss permezz ta’ tibdil fid-dieta normali. |
(h) |
“tibdil tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż” tfisser ikel ifformulat b’mod speċjali għall-użu f’dieti ristretti fl-enerġija għat-tnaqqis tal-piż li, meta jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-operatur fis-settur kummerċjali tal-ikel, jibdel id-dieta totali kollha ta’ kuljum. |
Artikolu 3
Deċiżjonijiet ta’ interpretazzjoni
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
(a) |
dwar jekk ikel partikolari jifformax parti mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
għal liema kategorija speċifika ta’ ikel msemmija fl-Artikolu 1(1) jappartjeni ikel partikolari. |
Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
Artikolu 4
Tqegħid fis-suq
1. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun konformi ma’ dan ir-Regolament.
2. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun awtorizzat biss fis-suq bl-imnut f’għamla ta’ ikel ippakkjat minn qabel.
3. Stati Membri ma jistgħux jirrestrinġu jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, għal raġunijiet relatati mal-kompożizzjoni, il-manifattura, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tiegħu.
Artikolu 5
Il-Prinċipju ta’ prekawzjoni
Sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa fir-rigward tal-persuni li għalihom hu maħsub l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-prinċipju kawtelatorju kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
KAPITOLU II
REKWIŻITI TA’ KOMPOŻIZZJONI U TA’ INFORMAZZJONI
TAQSIMA 1
Rekwiżiti ġenerali
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun konformi ma’ kwalunkwe rekwiżit tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ikel.
2. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkollhom il-prevalenza fuq kwalunkwe rekwiżit konfliġġenti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-ikel.
Artikolu 7
Opinijonijiet tal-Awtorità
L-Awtorità għandha tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għall-għan tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-opinjonijiet għandhom iservu bħala bażi xjentifika għal kwalunkwe miżura tal-Unjoni adottata f’konformità ma’ dan ir-Regolament li x’aktarx ser ikollha effett fuq is-saħħa pubblika.
Artikolu 8
Aċċess għad-dokumenti
Il-Kummissjoni għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (21) fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-aċċess għal kwalunkwe dokument kopert bir-Regolament preżenti.
Artikolu 9
Rekwiżiti ġenerali għall-kompożizzjoni u l-informazzjoni
1. Il-kompożizzjoni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun adegwata sabiex tissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi ta’, u tkun adegwata għall-persuni li għalihom hija maħsuba, skont id-data xjentifika ġenerali aċċettata.
2. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) ma għandux ikollu xi sustanza ta’ kwalunkwe kwantità li tista’ tkun ta’ periklu għas-saħħa tal-persuni li għalihom huwa maħsub.
Għal sustanzi li huma nanomaterjali artifiċjali, konformita’ mar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprovat abbażi ta’ metodi ta’ ttestjar adegwati, meta jkun il-każ.
3. Abbażi ta’ data xjentifika ġeneralment aċċettata, is-sustanzi miżjuda mal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għall-finijiet tar-rekwiżiti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu bijodisponibbli għall-użu mill-ġisem tal-bniedem, ikollhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku u ikunu adatti għall-persuni li l-ikel hu maħsub għalihom.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament jista’ jkun fih sustanzi koperti mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, dment li dawk is-sustanzi jissodisfaw il-kondizzjonijiet skont dak ir-Regolament għat-tqegħid fis-suq.
5. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jipprovdu informazzjoni għall-użu adegwat ta’ tali ikel, u ma għandhomx jiżgwidaw, jew jattribwixxu lil tali ikel proprjetajiet għall-prevenzjoni, it-trattament jew il-kura tal-mard tal-bniedem, jew jimplikaw tali proprjetajiet.
6. Il-paragrafu 5 ma għandux jimpedixxi t-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni jew rakkomandazzjonijiet utli esklużivament maħsuba għal persuni bi kwalifiki fil-mediċina, in-nutrizzjoni u l-farmaċewtika jew professjonisti fil-kura tas-saħħa responsabbli mill-kura materna u għall-kura tat-tfal
Artikolu 10
Rekwiżiti addizzjonali għal formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment
1. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment għandhom ikunu ddiżinjati b’mod li ma jiskoraġġix l-irdigħ tal-ħalib tal-omm.
2. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-formula tat-trabi, u l-ittikettar tal-formula tal-prosegwiment m’għandhomx jinkludu stampi ta’ trabi, jew stampi oħrajn jew test li jistgħu jidealizzaw l-użu ta’ tali formuli.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, għandhom ikunu permessi r-rappreżentazzjonijiet grafiċi għall-identifikazzjoni faċli tal-formula tat-trabi u l-formula tal-prosegwiment u biex jintewrew metodi ta’ tħejjija.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi
Artikolu 11
Rekwiżiti speċifiċi għall-kompożizzjoni u l-informazzjoni
1. Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 6 u 9, u għar-rekwiżiti addizzjonali tal-Artikolu 10, u b’kont meħud ta’ progress tekniku u xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati bi qbil mal-Artikolu 18, b’rabta ma’ dan li ġej:
(a) |
ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kompożizzjoni applikabbli tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti kif stabbiliti fl-Anness; |
(b) |
ir-rekwiżiti speċifiċi dwar l-użu ta’ pestiċidi fi prodotti maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u dwar ir-residwi tal-pestiċidi f’tali ikel. Dawn ir-rekwiziti speċifiċi għall-kategoriji tal-ikel imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) u għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi u t-tfal iż-żgħar li għandhom jiġu aġġornati regolarment u jinkludu, inter alia, dispożizzjonijiet biex l-użu ta’ pestiċidi jiġi kemm jista’ jkun ristrett; |
(c) |
ir-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), inkluża l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa fir-rigward tagħhom; |
(d) |
ir-rekwiżiti ta’ notifika għat-tqegħid fis-suq tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ uffiċjali effiċjenti ta’ tali ikel, u fuq liema bażi l-operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn dak l-ikel qed jitqiegħed fis-suq; |
(e) |
ir-rekwiżiti rigward il-prattiċi promozzjonali u kummerċjali relatati mal-formula tat-trabi; u |
(f) |
ir-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta rigward it-tmigħ tat-trabi u t-tfal zgħar sabiex jiggarantixxu informazzjoni adegwata dwar il-prattiki tat-tmigħ adegwati; |
(g) |
ir-rekwiżiti speċifiċi għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi, inklużi r-rekwiżiti kompożizzjonali u r-rekwiżiti dwar l-użu ta’ pestiċidi fi prodotti intiżi għall-produzzjoni ta’ dan l-ikel, ir-residwi tal-pestiċidi, it-tikkettar, il-preżentazzjoni, ir-reklamar, il-prattiki promozzjonali u kummerċjali kif adatt. |
Dawn l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati sal-20 ta’ Lulju 2015.
2. Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 6 u 9, għar-rekwiżiti addizzjonali tal-Artikolu 10, u b’kont meħud ta’ progress tekniku u xjentifiku rilevanti, inkluża d-data pprovduta mill-partijiet interessati fir-rigward ta’ prodotti innovattivi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18 sabiex jiġu aġġornati l-atti msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
F’każ ta’ riskji emerġenti tas-saħħa, li jeħtieġu raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 19 għall-atti ddelegati adottati f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
Artikolu 12
Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u xarbiet simili maħsuba għat-tfal żgħar
Sal-20 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Awtorità, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar in-neċessità, jekk ikun il-każ, ta’ dispożizzjonijiet speċjali għal xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar rigward ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u tal-ittikkettar u, jekk adatt, tipi oħrajn ta’ rekwiżiti. Il-Kummissjoni għandha tqis fir-rapport, inter alia, il-ħtiġijiet nutrittivi tat-tfal żgħar, u r-rwol ta’ dawn il-prodotti fid-dieta tat-tfal żgħar u jekk dawk il-prodotti għandhomx benefiċċji nutrittivi meta mqabbla ma’ dieta normali għal tarbija li qed tiġi miftuma. Tali rapport jista’, jekk meħtieġ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva xierqa.
Artikolu 13
Ikel maħsub għall-isportivi
Sal-20 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Awtorità, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar in-neċessità, jekk ikun il-każ, ta’ dispożizzjonijiet rigward l-ikel maħsub għall-isportivi. Tali rapport jista’, jekk meħtieġ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva xierqa.
Artikolu 14
Linji gwida tekniċi
Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida tekniċi biex jiffaċilitaw il-konformità mill-operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel, b’mod partikolari l-SMEs, ma’ dan il-Kapitolu u l-Kapitolu III.
KAPITOLU III
LISTA TAL-UNJONI
Artikolu 15
Lista tal-Unjoni
1. Sustanzi li qegħdin fil-kategoriji ta’ sustanzi li ġejjin jistgħu jiġu miżjuda f’waħda jew aktar mill-kategoriji tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1(1), sakemm dawn is-sustanzi jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness u jkunu konformi mal-elementi fil-lista tal-Unjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:
(a) |
vitamini; |
(b) |
minerali; |
(c) |
aminoaċidi; |
(d) |
karnitina u tawrina; |
(e) |
nukleotidi, |
(f) |
Kolin u inożitol. |
2. Is-sustanzi li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Artikoli 6 u 9 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 11.
3. Il-lista tal-Unjoni għandu jkun fiha l-elementi li gejjin:
(a) |
il-kategorija tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) li magħha jistgħu jiżdiedu s-sustanzi li qegħdin fil-kategoriji ta’ sustanzi elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
(b) |
l-isem, id-deskrizzjoni tas-sustanza u, fejn adatt, l-ispeċifikazzjoni tal-forma tagħha; |
(c) |
fejn adatt, il-kondizzjonijiet tal-użu ta’ tali sustanzi; |
(d) |
fejn adatt, il-kriterji ta’ purità applikabbli għas-sustanza. |
4. Il-kriterji ta’ purità stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ikel, li japplikaw għas-sustanzi inklużi fil-lista tal-Unjoni meta jintużaw fil-manifattura tal-ikel għal skopijiet li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ukoll għal dawk is-sustanzi meta jintużaw għal skopijiet koperti b’dan ir-Regolament, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.
5. Għal sustanzi inklużi fil-lista tal-Unjoni li għalihom mhumiex stabbiliti kriterji ta’ purità bid-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-ikel, għandhom japplikaw kriterji ta’ purità ġeneralment aċċettabbli minn korpi internazzjonali sal-istabbiliment ta’ tali speċifikazzjonijiet.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali li jiffissaw kriterji ta’ purità aktar stretti.
6. Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi jew il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, fir-rigward tal-kategoriji ta’ sustanzi elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 18 rigward dan li ġej:
(a) |
it-tneħħija tal-kategoriji ta’ sustanzi; |
(b) |
iż-żieda ta’ kategorija ta’ sustanzi li għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku. |
7. Sustanzi li qegħdin f’kategoriji mhux elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 6 u 9 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 11.
Artikolu 16
Aġġornament tal-lista tal-Unjoni:
1. Soġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6 u 9 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 11, u sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi jew il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 18, li temenda l-Anness, fir-rigward ta’ dan li ġej:
(a) |
iż-żieda ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni; |
(b) |
it-tneħħija ta’ sustanza mil-lista tal-Unjoni; |
(c) |
iż-żieda, it-tneħħija jew l-emenda tal-elementi msemmijin fl-Artikolu 15(3). |
2. Meta, f’każ ta’ riskji emerġenti tas-saħħa, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza hekk jesiġu, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 19 għall-atti ddelegati adottati skont ma’ dan l-Artikolu.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 17
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont id-definizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-mexxej tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
Artikolu 18
Twettiq tad-delegazzjoni
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 11, 15(6) u 16(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mid-19 ta’ Lulju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perijodi ta’ żmien identiċi, sakemm li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11, l-Artikolu 15(6) u l-Artikolu 16(1) tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett l-għada li tiġi ppubblikata d-deċizjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data speċifikata aktar tard fih. Din ma għandhiex taffettwa il-validità ta’ kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
5. Att delegat adottat skont l l-Artikolu 11, l-Artikolu 15(6) u l-Artikolu 16(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 19
Proċedura ta’ urġenza
1. Atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw ladarba ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tistqarr ir-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew inkella l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(5). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 20
Revoka
1. Id-Direttiva 2009/39/KE hija mħassra b’effett mill-20 ta’ Lulju 2016. Ir-referenzi għall-atti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
2. Id-Direttiva 92/52/KEE u r-Regolament (KE) Nru 41/2009 huma mħassra b’effett mill-20 ta’ Lulju 2016.
3. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, id-Direttiva 96/8/KE ma għandhiex tapplika għall-ikel ippreżentat bħala sostitut għal waħda jew iktar mill-ikliet tad-dieta ta’ kuljum mill-20 ta’ Lulju 2016.
4. Ir-Regolament (KE) Nru 953/2009 u d-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE uhuma mħassra mid-data ta’ applikazzjoni tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 11(1).
F’każ ta’ kunflitt bejn ir-Regolament (KE) Nru 953/2009 u d-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, u dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jkollu prevalenza.
Artikolu 21
Miżuri transitorji
1. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament li mhuwiex konformi ma’ dan ir-Regolament iżda li hu konformi mad-Direttiva 2009/39/KE u, kif applikabbli, mar-Regolament (KE) Nru 953/2009, u d-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE u li tpoġġa fis-suq jew li ngħata tikketta qabel l-20 ta’ Lulju 2016 jista’ jibqa’ fis-suq wara dik id-data sakemm jispiċċaw il-ħażniet ta’ dak l-ikel.
Fejn id-data ta’ applikazzjoni tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament tkun wara l-20 ta’ Lulju 2016, l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) li huwa konformi ma’ dan ir-Regolament u, kif applikabbli, mar-Regolament (KE) Nru 953/2009 u mad-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE iżda li mhuwiex konformi mal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament, u li jitpoġġa fis-suq jew jingħata tikketta qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti ddelegati, jista’ jibqa’ jiġi kkumerċjalizzat wara dik id-data sakemm jispiċċaw il-ħażniet ta’ dak l-ikel.
2. L-ikel li mhuwiex imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament iżda li jitpoġġa fis-suq jew jingħata tikketta konformement mad-Direttiva 2009/39/KE u mar-Regolament (KE) Nru 953/2009, u, kif applikabbli, mad-Direttivi 96/8/KE u mar-Regolament (KE) Nru 41/2009 qabel l-20 ta’ Lulju 2016 jista’ jibqa’ jiġi kkumerċjalizzat wara dik id-data sakemm jispiċċaw il-ħażniet ta’ dak l-ikel.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-20 ta’ Lulju 2016, bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:
— |
l-Artikoli 11, 16, 18 u 19 li għandhom japplikaw mid-19 ta’ Lulju 2013; |
— |
l-Artikolu 15 u l-Anness għal dan ir-Regolament li għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 11(1). |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istat Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 119.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2012 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-22 ta’ April 2013 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.
(6) ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.
(7) ĠU L 401, 30.12.2006. p. 1.
(9) ĠU L 179, 1.7.1992, p. 129.
(10) ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.
(11) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.
(12) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(13) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
(15) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.
(16) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(17) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(18) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.
(19) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(20) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(21) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
ANNESS
Lista tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(1)
Sustanza |
Kategorija tal-ikel |
|||||
Formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment |
Ikel u ikel tat-trabi proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali |
Ikel għal skopijiet Mediċi speċjali |
Sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż |
|||
Vitamini |
|
|
|
|
|
|
Vitamina A |
|
|
|
|
|
|
retinol |
X |
X |
X |
X |
||
aċetat tar-retinil |
X |
X |
X |
X |
||
palmitat tar-retinil |
X |
X |
X |
X |
||
beta-karotina |
|
X |
X |
X |
||
Vitamina D |
|
|
|
|
|
|
ergokalċiferol |
X |
X |
X |
X |
||
kolekalċiferol |
X |
X |
X |
X |
||
Vitamina E |
|
|
|
|
|
|
D-alfa tokoferol |
X |
X |
X |
X |
||
DL-alfa tokoferol |
X |
X |
X |
X |
||
Aċetat ta’ D-alfa-tokoferil |
X |
X |
X |
X |
||
Aċetat ta’ DL-alfa-tokoferil |
X |
X |
X |
X |
||
Suċċinat aċidu ta’ D-alfa-tokoferil |
|
|
X |
X |
||
D-alfa-tokoferil polietilene glikol -1000 suċċinat (TPGS) |
|
|
X |
|
||
Vitamina K |
|
|
|
|
|
|
fillokinona (fitomenadjona) |
X |
X |
X |
X |
||
menakinona (1) |
|
|
X |
X |
||
Vitamina Ċ |
|
|
|
|
|
|
L-aċidu askorbiku |
X |
X |
X |
X |
||
L-assorbat tas-sodju |
X |
X |
X |
X |
||
L-assorbat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
L-assorbat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
L-assorbil 6-palmitat |
X |
X |
X |
X |
||
Tiamina |
|
|
|
|
|
|
idroklorur tat-tijamina |
X |
X |
X |
X |
||
mononitrat tat-tijamina |
X |
X |
X |
X |
||
Riboflavin |
|
|
|
|
|
|
riboflavin |
X |
X |
X |
X |
||
riboflavin 5’-fosfat, sodju |
X |
X |
X |
X |
||
Niaċina |
|
|
|
|
|
|
aċidu nikotoniku |
X |
X |
X |
X |
||
nikotinamide |
X |
X |
X |
X |
||
Vitamina B6 |
|
|
|
|
|
|
idroklorur tal-piridossina |
X |
X |
X |
X |
||
piridossina 5’-fosfat |
X |
X |
X |
X |
||
dipalmitat tal-piridossina |
|
X |
X |
X |
||
Folat |
|
|
|
|
|
|
aċidu foliku (aċidu pterojlmonoglutamiku) |
X |
X |
X |
X |
||
L-methylfolate tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
Vitamina B12 |
|
|
|
|
|
|
ċjanokobalamina |
X |
X |
X |
X |
||
idrossokobalamina |
X |
X |
X |
X |
||
Bijotina |
|
|
|
|
|
|
D-bijotina |
X |
X |
X |
X |
||
Aċidu Pantoteniku |
|
|
|
|
|
|
D-pantotenat, kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
D-pantotenat, sodju |
X |
X |
X |
X |
||
dexpantenolu |
X |
X |
X |
X |
||
Minerali |
|
|
|
|
|
|
Potassju |
|
|
|
|
|
|
bikarbunat tal-potassju |
X |
|
X |
X |
||
karbunat tal-potassju |
X |
|
X |
X |
||
klorur tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
gliċerofosfat tal-potassju |
|
X |
X |
X |
||
laktat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
idrossidu tal-potassju |
X |
|
X |
X |
||
melħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku |
X |
|
X |
X |
||
ċitrat tal-potassju tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
Kalċju |
|
|
|
|
|
|
karbonat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
klorur tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
melħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
gliċerofosfat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
lattat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
melħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku |
X |
X |
X |
X |
||
idrossidu tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
ossidu tal-kalċju |
|
X |
X |
X |
||
sulfat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
bisgliċinat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
malat ċitrat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
malat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
L-pidolat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
Manjesju |
|
|
|
|
|
|
aċetat tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
karbonat tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
klorur tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
melħ tal-manjesju tal-aċidu ċitriku |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
gliċerofosfat tal-manjesju |
|
X |
X |
X |
||
melħ tal-manjesju tal-aċidu ortofosforiku |
X |
X |
X |
X |
||
laktat tal-manjesju |
|
X |
X |
X |
||
idrossidu tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
ossidu tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
sulfat tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
L-aspartat tal-manjesju |
|
|
X |
|
||
bisgliċinat tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
L-aspartat tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
ċitrat tal-potassju tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
Hadid |
|
|
|
|
|
|
karbunat ferruż |
|
X |
X |
X |
||
ċitrat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat ferriku tal-ammonju |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
fumarat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
difosfat ferriku tas-sodju |
|
X |
X |
X |
||
laktat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
sulfat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
fosfat ferruż tal-ammonju |
|
|
X |
X |
||
EDTA ferriku tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
difosfat ferriku (pirofosfat ferriku) |
X |
X |
X |
X |
||
sakkarat ferriku |
|
X |
X |
X |
||
adid elementali (karbonil + elettrolitiku + idroġenu mnaqqas) |
|
X |
X |
X |
||
bisgliċinat ferruż |
X |
|
X |
X |
||
L-pidolat ferruż |
|
|
X |
X |
||
Zingu |
|
|
|
|
|
|
aċetat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
klorur taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
laktat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
ossidu taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
karbonat taż-żingu |
|
|
X |
X |
||
sulfat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
bisgliċinat taż-żingu |
|
|
X |
X |
||
Ram |
|
|
|
|
|
|
karbunat tar-ram |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat tar-ram |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tar-ram |
X |
X |
X |
X |
||
sulfat tar-ram |
X |
X |
X |
X |
||
kumpless ram-lisin |
X |
X |
X |
X |
||
Manganiż |
|
|
|
|
|
|
karbunat tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
klorur tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
gliċerofosfat tal-manganiż |
|
X |
X |
X |
||
sulfat tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
Fluworidu |
|
|
|
|
|
|
fluworidu tal-potassju |
|
|
X |
X |
||
fluworidu tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
Selenju |
|
|
|
|
|
|
selenat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
idroġenu selenit tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
selenit tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
mira arrikkita bis-selenju (2) |
|
|
X |
X |
||
Kromju |
|
|
|
|
|
|
klorur tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu |
|
|
X |
X |
||
sulfat tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu |
|
|
X |
X |
||
pikolinat tal-kromju |
|
|
X |
X |
||
Molibdenu |
|
|
|
|
|
|
molibdata tal-ammonju |
|
|
X |
X |
||
molibdat tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
Jodju |
|
|
|
|
|
|
jodur tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
jodat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
jodur tas-sodju |
X |
X |
X |
X |
||
jodat tas-sodju |
|
X |
X |
X |
||
Sodju |
|
|
|
|
|
|
bikarbonat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
karbonat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
klorur tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
ċitrat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
glukonat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
laktat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
idrossidu tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku |
X |
|
X |
X |
||
Boron |
|
|
|
|
|
|
borat tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
aċidu boriku |
|
|
X |
X |
||
Aċidi amminiċi (3) |
|
|
|
|
|
|
L-alanina |
|
|
X |
X |
||
L-arġinina: |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
L-aċidu aspartiku |
|
|
X |
|
||
L-ċitrullina |
|
|
X |
|
||
L-ċisteina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
Ċistina (4) |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
L-istidina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
L-aċidu glutamiku |
|
|
X |
X |
||
L-glutamina |
|
|
X |
X |
||
gliċina |
|
|
X |
|
||
L-isolewċina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
Il-lewċina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
L-liżina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
aċetat tal-L-liżina |
|
|
X |
X |
||
L-metionina |
X |
X |
X |
X |
||
L-ornitina |
|
|
X |
X |
||
L-fenilalanina |
X |
X |
X |
X |
||
L-prolina |
|
|
X |
|
||
L-treonina |
X |
X |
X |
X |
||
L-triptofanina |
X |
X |
X |
X |
||
L-tirosina |
X |
X |
X |
X |
||
L-valina |
X |
X |
X |
X |
||
L-serina |
|
|
X |
|
||
L-arġinina-L-aspartat |
|
|
X |
|
||
L-liżina-L-aspartat |
|
|
X |
|
||
L-liżina-L-glutamat |
|
|
X |
|
||
N-aċetil-L-ċisteina |
|
|
X |
|
||
N-aċetil-L-metjonina |
|
|
X (għall-prodotti intiżi għal persuni akbar minn sena) |
|
||
Carnitine u taurine |
|
|
|
|
|
|
L-karnetina |
X |
X |
X |
X |
||
L-karnetina |
X |
X |
X |
X |
||
tawrina |
X |
|
X |
X |
||
L-karnetina-L-tartrat |
X |
|
X |
X |
||
Nukleotidi |
|
|
|
|
|
|
adenosine 5’-aċidu fosforiku (AMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ AMP |
X |
|
X |
X |
||
cytidine 5’-aċidu monofosforiku (CMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ CMP |
X |
|
X |
X |
||
guanosine 5’-aċidu fosforiku (GMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ GMP |
X |
|
X |
X |
||
inosine 5’-aċidu fosforiku (IMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ IMP |
X |
|
X |
X |
||
uridine 5’-aċidu fosforiku (UMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ UMP |
X |
|
X |
X |
||
Kolin u inozitol |
|
|
|
|
|
|
kolin |
X |
X |
X |
X |
||
klorat tal-kolin |
X |
X |
X |
X |
||
bitartrat tal-kolin |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat tal-kolin |
X |
X |
X |
X |
||
inożitol |
X |
X |
X |
X |
(1) Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.
(2) mira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta’ selenat tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2,5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenometjonina (bejn 60 u 85 % tat-total tas-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut ta’ komponenti oħra ta’ selenju organiku inkluz selenoċisteina m’għandux jaqbeż l-10 % tat-total tas-selenju estratt. Il-livelli ta’ selenju inorganiku normalment ma għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta’ selenju estratt.
(3) ħall-amino aċidi użati fil-formuli tat-trabi, formuli tal-prosegwiment, ikel proċessat ibbazat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi jista’ jintuża biss idroklorur imsemmi speċifikament. Għall-amino aċidi użati fl-ikel għal skopijiet mediċinali speċjali u fis-sostitut totali tad-dieta għall-kontroll tal-piż, jistgħu jintużaw ukoll, sa fejn applikabbli, l-imluħ tas-sodju, tal-potassju, tal-kalċju u tal-manjesju kif ukoll l-idrokloruri tagħhom.
(4) il-każ tal-użu fil-formuli tat-trabi, il-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi tista’ tintuża biss il-forma L-ċistina.
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW
tat-28 ta’ Ġunju 2013
li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew
(2013/312/UE)
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2(1) u (2) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji se jiskadu fl-aħħar tal-leġislatura 2009-2014. |
(2) |
L-Artikolu 19(1) tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika se jiskadi fl-aħħar tal-leġislatura 2009-2014. |
(3) |
Huwa neċessarju li jkun hemm konformità mingħajr dewmien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Nru 36 u għalhekk li tiġi adottata d-deċiżjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippromulgaw il-miżuri domestiċi neċessarji fi żmien xieraq biex ikunu organiżżati l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għal-leġislatura 2014-2019. |
(4) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-kriterji għall-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, jiġifieri li n-numru tar-rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni ma jisboqx is-seba’ mija u ħamsin, apparti l-President, li r-rappreżentanza għandha tkun proporzjonalment digressiva, b’limitu minimu ta’ sitt membri għal kull Stat Membru, u li l-ebda Stat Membru ma għandu jiġi allokat iktar minn sitta u disgħin siġġu. |
(5) |
L-Artikolu 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi inter alia li l-funzjonament tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva biċ-ċittadini rappreżentati direttament fil-livell tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew u l-Istati Membri rappreżentati mill-gvernijiet tagħhom, li huma stess demokratikament responsabbli lejn il-Parlamenti nazzjonali tagħhom jew lejn iċ-ċittadini tagħhom, fil-Kunsill. L-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għalhekk japplika fil-kuntest tal-arranġamenti isitituzzjonali usa’ stabbiliti fit-Trattati, li jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet dwar teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità digressiva previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
— |
l-allokazzjoni ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew għandha tuża b’mod sħiħ in-numru minimu u dak massimu stabbiliti mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea biex ikun rifless kemm jista’ jkun possibbli d-daqs tal-popolazzjonijiet rispettivi tal-Istati Membri; |
— |
il-proporzjon bejn il-popolazzjoni u n-numru ta’ siġġijiet ta’ kull Stat Membru qabel ma n-numru deċimali jitqarreb lejn numru sħiħ għandu jvarja skont il-popolazzjoni rispettiva tagħhom b’tali mod li kull Membru tal-Parlament Ewropew minn Stat Membru b’popolazzjoni akbar jirrappreżenta iktar ċittadini minn kull Membru minn Stat Membru b’popolazzjoni iżgħar u, bil-maqlub, iktar ma tkun kbira il-popolazzjoni ta’ Stat Membru, akbar ikun id-dritt tiegħu għal numru akbar ta’ siġġijiet. |
Artikolu 2
Il-popolazzjoni totali tal-Istati Membri għandha tiġi kkalkolata mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri, skont il-metodu stabbilit permezz ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 3
Skont l-Artikolu 1, in-numru ta’ rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru huwa b’dan stabbilit kif ġej, għall-leġisatura 2014-2019:
Belġju |
21 |
Bulgarija |
17 |
Repubblika Ċeka |
21 |
Danimarka |
13 |
Ġermanja |
96 |
Estonja |
6 |
Irlanda |
11 |
Ġreċja |
21 |
Spanja |
54 |
Franza |
74 |
Kroazja |
11 |
Italja |
73 |
Ċipru |
6 |
Latvja |
8 |
Litwanja |
11 |
Lussemburgu |
6 |
Ungerija |
21 |
Malta |
6 |
Pajjiżi Baxxi |
26 |
Awstrija |
18 |
Polonja |
51 |
Portugall |
21 |
Rumanija |
32 |
Slovenja |
8 |
Slovakkja |
13 |
Finlandja |
13 |
Svezja |
20 |
Renju Unit |
73 |
Artikolu 4
Din id-deċiżjoni għandha tkun riveduta fi żmien biżżejjed qabel il-bidu tal-leġislatura 2019-2024 abbażi ta’ inizjattiva tal-Parlament Ewropew ippreżentata qabel it-tmiem tal-2016 bil-għan li tiġi stabbilita sistema li fil-ġejjieni tagħmilha possibbli, qabel kull elezzjoni ġdida tal-Parlament Ewropew, li jiġu allokati s-siġġijiet bejn l-Istati Membri b’mod oġġettiv, ġust, dejjiemi u trasparenti, filwaqt li jiġi tradott il-prinċipju ta’ proporzjonalità digressiva kif stabbilit fl-Artikolu 1, b’kont meħud ta’ kwalunkwe bidla fin-numru tagħhom u tal-andamenti demografiċi fil-popolazzjoni tagħhom, kif stabbilit b’mod xieraq u għalhekk b’rispett tal-bilanċ ġenerali tas-sistema istituzzjonali kif stabbilita fit-Trattati.
Artikolu 5
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
H. VAN ROMPUY
(1) Inizjattiva adottata fit-13 ta’ Marzu 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Kunsens tat-12 ta’ Ġunju 2013 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).