ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.175.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku ( 1 ) |
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/1 |
DIRETTIVA 2013/37/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li ġie trażmess l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-dokumenti pprovduti mill-entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri jikkostitwixxu ġabra vasta, varjata u siewja ta’ riżorsi li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-ekonomija tal-għarfien. |
(2) |
Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (3) tistabbilixxi sett minimu ta’ regoli li jiggvernaw l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-mezzi prattiċi biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti eżistenti miżmuma minn entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri. |
(3) |
Il-politiki tad-dejta miftuħa li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, teknika jew finanzjarja, u li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni mhux biss għall-operaturi ekonomiċi iżda anke għall-pubbliku, jistgħu jiżvolġu rwol importanti fit-tqabbid tal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi promoss l-impenn soċjali. Madankollu, dan ikun jirrikjedi kundizzjonijiet indaqs fuq il-livell tal-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, u dawn il-kundizzjonijiet indaqs ma jistgħux jinkisbu billi jitħallew soġġetti għar-regoli u l-prattiki differenti tal-Istati Membri, jew tal-entitajiet tas-settur pubbliku kkonċernati. |
(4) |
L-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entità tas-settur pubbliku żżid il-valur għal min juża mill-ġdid l-informazzjoni, għall-utenti aħħarija u għas-soċjetà b’mod ġenerali, u f’ħafna każijiet, għall-entità pubblika nnifisha, bil-promozzjoni tat-trasparenza u tar-responsabbiltà u billi l-utenti mill-ġdid u l-utenti aħħarija jibagħtu l-kummenti tagħhom li jippermetti lill-entità tas-settur pubbliku kkonċernata ttejjeb il-kwalità tal-informazzjoni miġbura. |
(5) |
Mindu ġiet adottata l-ewwel sensiela ta’ regoli dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku fl-2003, l-ammont ta’ dejta fid-dinja, inkluża d-dejta pubblika, żdied b’mod esponenzjali u qed jiġu ġġenerati u miġbura tipi ġodda ta’ dejta. B’mod parallel, qed nixhdu evoluzzjoni kontinwa fit-teknoloġiji għall-analiżi, l-isfruttar u l-ipproċessar tad-dejta. Din l-evoluzzjoni teknoloġika mgħaġġla tippermetti l-ħolqien ta’ servizzi u applikazzjonijiet ġodda, mibnija fuq l-użu, l-aggregazzjoni u l-kombinazzjoni tad-dejta. Ir-regoli adottati fl-2003 m’għadhomx jimxu pari passu ma’ dawn il-bidliet mgħaġġlin, u għaldaqstant hemm il-periklu li jintilfu l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali offruti mill-użu mill-ġdid tad-dejta pubblika. |
(6) |
Fl-istess nifs, l-Istati Membri stabbilew politiki dwar l-użu mill-ġdid skont id-Direttiva 2003/98/KE, u wħud mill-Istati Membri ilhom jadottaw approċċi ambizzjużi lejn id-dejta miftuħa, bil-għan li jitħaffef l-użu mill-ġdid tad-dejta pubblika aċċessibbli miċ-ċittadini u mill-kumpanniji, lil hinn mil-livell minimu stipulat minn dik id-Direttiva. Biex jiġi evitat li regoli differenti fi Stat Membri differenti jkunu ta’ xkiel għall-offerta transkonfinali tal-prodotti u s-servizzi, u biex settijiet ta’ dejta komparabbli jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal applikazzjonijiet pan-Ewropej imsejsa fuqhom, tinħtieġ armonizzazzjoni minima biex jiġi determinat x’tip ta’ dejta pubblika tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid fis-suq intern tal-informazzjoni, konsistenti mar-reġim rilevanti tal-aċċess. |
(7) |
Id-Direttiva 2003/98/KE ma fihiex obbligu li jikkonċerna l-aċċess għad-dokumenti jew obbligu li jiġi awtorizzat l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ f’idejn l-Istati Membri jew l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata. Fl-istess nifs, id-Direttiva 2003/98/KE tibni fuq regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti mhijiex għaldaqstant meħtieġa skont dik id-Direttiva meta l-aċċess ikun limitat (pereżempju, ir-regoli nazzjonali jirrestrinġu l-aċċess għaċ-ċittadini jew għall-kumpaniji li jippruvaw li għandhom interess partikolari fil-ksib ta’ aċċess għad-dokumenti) jew eskluż (pereżempju, ir-regoli nazzjonali jeskludu l-aċċess minħabba n-natura sensittiva tad-dokumenti għal raġunijiet, inter alia, ta’ sigurtà nazzjonali, difiża u sigurtà pubblika). Ċerti Stati Membri rabtu espressament id-dritt tal-użu mill-ġdid ma’ dan id-dritt ta’ aċċess, b’mod li d-dokumenti kollha ġeneralment aċċessibbli jistgħu jintużaw mill-ġdid. Fi Stati Membri oħra, ir-rabta bejn iż-żewġ settijiet ta’ regoli hija inqas ċara, u dan huwa sors ta’ inċertezza. |
(8) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tiġi emendata biex tistipula l-obbligu ċar li l-Istati Membri joffru d-dokumenti kollha għall-użu mill-ġdid tagħhom sakemm l-aċċess ma jkunx ristrett jew eskluż skont regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u suġġett għall-eċċezzjonijiet l-oħra stipulati f’din id-Direttiva. L-emendi magħmula minn din id-Direttiva m’għandhomx l-għan li jiddefinixxu jew ibiddlu ir-reġimi tal-aċċess fl-Istati Membri, li jibqgħu r-responsabbiltà tagħhom. |
(9) |
Fid-dawl tal-liġi tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, b’mod partikolari skont il-Konvenzjoni ta’ Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, id-dokumenti li għalihom partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kien is-sid inizjali tad-dritt tal-proprjeta’ intellettwali għal dokument miżmum minn libreriji, inklużi libreriji universitarji, mużewijiet u arkivji u t-terminu ta’ protezzjoni ta’ dawk id-drittijiet ma skadiex, dak id-dokument għandu, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jitqies bħala dokument li għalih partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
(10) |
Id-Direttiva 2003/98/KE għandha tapplika għal dawk id-dokumenti li l-provvista tagħhom hija parti mill-kompiti pubbliċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku kkonċernati, kif definit mil-liġi jew minn regoli vinkolanti oħra tal-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ tali regoli l-kompiti pubbliċi għandhom jiġu definiti skont il-prattika amministrattiva komuni fl-Istat Membru, sakemm il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompitu pubbliku jkun trasparenti u suġġett għal rieżami. Il-kompiti pubbliċi jistgħu jkunu definiti b’mod ġenerali jew fuq il-bażi ta’ każ b’każ għall-entitajiet individwali tas-settur pubbliku. |
(11) |
Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata u applikata f’konformità sħiħa mal-prinċipji relatati tal-protezzjoni tad-dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4). B’mod partikulari, ta’ min wieħed jinnota li, skont dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li skonthom l-ipproċessar tad-dejta personali tkun legali. Barra minn hekk, wieħed mill-prinċpiji ta’ dik id-Direttiva huwa li d-dejta personali m’għandhiex tiġi pproċessata wara l-ġbir b’mod li jkun inkompatibbli mal-iskopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi stabbiliti li għalihom dik id-dejta tkun inġabret. |
(12) |
Id-Direttiva 2003/98/KE għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet, inklużi d-drittijiet ekonomiċi u morali, li jistgħu jgawdu l-impjegati tal-entitajiet tas-settur pubbliku skont ir-regoli nazzjonali. |
(13) |
Barra minn hekk, fejn dokument isir disponibbli għall-użu mill-ġdid tiegħu, l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata għandha żżomm id-dritt li tisfrutta d-dokument. |
(14) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE għandu jitwessa’ għal-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), għall-mużewijiet u għall-arkivji. |
(15) |
Waħda mill-miri prinċipali tal-istabbiliment tas-suq intern hija l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta’ servizzi fl-Unjoni kollha. Il-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji fihom ammont sinifikanti ta’ riżorsi siewja ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, b’mod partikulari mindu l-proġetti ta’ diġitalizzazzjoni mmultiplikaw l-ammont ta’ materjal diġitali tas-settur pubbliku. Dawn il-kollezzjonijiet ta’ wirt kulturali u l-metadejta relatata huma bażi potenzjali għal prodotti u servizzi b’kontenut diġitali u għandhom potenzjal enormi għal użu mill-ġdid innovattiv f’setturi bħat-tagħlim u t-turiżmu. Possibbiltajiet usa’ ta’ użu mill-ġdid ta’ materjal kulturali pubbliku għandhom, inter alia, jippermettu lil kumpaniji tal-Unjoni jisfruttaw il-potenzal tiegħu u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impiegi. |
(16) |
Hemm differenzi konsiderevoli fir-regoli u l-prattiki fl-Istati Membri fir-rigward tal-isfruttar tar-riżorsi kulturali pubbliċi, li jikkostitwixxu ostakli għat-twettiq tal-potenzal ekonomiku ta’ dawk ir-riżorsi. Hekk kif il-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji jkomplu jinvestu fid-diġitalizzazzjoni, ħafna minnhom diġà jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-kontenut tas-settur pubbliku tagħhom għall-użu mill-ġdid u ħafna minnhom qed ifittxu attivament opportunitajiet biex jerġgħu jużaw il-kontenut tagħhom mill-ġdid. Madankollu, billi joperaw f’ambjenti regolatorji u kulturali differenti ħafna, il-prattiki tal-istabbilimenti kulturali fl-isfruttrar tal-kontenut żviluppaw b’modi diversi ħafna. |
(17) |
Billi d-differenzi fir-regoli u l-prattiki nazzjonali jew in-nuqqas ta’ ċarezza jfixklu l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u l-iżvilupp xieraq tas-soċjetà tal-informazzjoni fl-Unjoni, għandha titwettaq armonizzazzjoni minima tar-regoli u l-prattiki nazzjonali dwar l-użu mill-ġdid ta’ materjal kulturali pubbliku fil-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji. |
(18) |
L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE għandha tkun limitata għal tliet tipi ta’ stabbilimenti kulturali – libreriji, inklużi libreriji universitarji, mużewijiet u arkivji, għaliex il-kollezzjonijiet tagħhom huma, u se jsiru dejjem aktar, materja siewja għall-użu mill-ġdid f’ħafna prodotti bħall-applikazzjonijiet tal-mowbajls. Tipi oħra ta’ stabbilimenti kulturali (bħall-orkestri, l-opri, il-ballets u t-teatri), inklużi l-arkivji li huma parti minn dawk l-istabbilimenti, għandhom jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni minħabba l-ispeċifiċità tagħhom bħala “arti tal-ispettaklu”. Peress li kważi l-materjal kollu tagħhom huwa kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi u għalhekk jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ftit ikollha effett. |
(19) |
Id-diġitalizzazzjoni hija mezz importanti biex jiġi żgurat aċċess akbar għall-materjal kulturali u użu mill-ġdid akbar tiegħu għall-edukazzjoni, ix-xogħol jew id-divertiment. Toffri wkoll opportunitajiet ekonomiċi konsiderevoli, billi tippermetti integrazzjoni aktar faċli tal-materjal kulturali fil-prodotti u s-servizzi diġitali, u b’hekk tappoġġa t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Dawn l-aspetti ġew sottolinjati, inter alia, fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar “Europeana – il-passi li jmiss” (5), fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/711/UE tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (6), u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (7). Dawn id-dokumenti jiddefinixxu t-triq ‘il quddiem biex jiġu ttrattati l-aspetti legali, finanzjarji u organizzattivi tad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew u tat-tqegħid tiegħu fl-Internet. |
(20) |
Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom, fejn possibbli u xieraq, iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta’ formati miftuħa u li jinqraw elettronikament, u flimkiem mal-metadejta tagħhom, fl-aqwa livell ta’ preċiżjoni u granularità, f’format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b’mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u ta’ użu għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (8). |
(21) |
Dokument għandu jitqies li huwa f’format li jinqara elettronikament jekk ikun f’format ta’ fajl li jkun strutturat b’mod li l-applikazzjonijiet tas-softwer jistgħu faċilment jidentifikaw, jirrikonoxxu u jieħdu dejta minnu. Dejta kkodifikata f’fajls li jkollhom struttura li tista’ tinqara elettronikament hija dejta li tista’ tinqara elettronikament. Formati li jinqraw elettronikament jistgħu jkunu miftuħa jew riżervati; jistgħu jkunu standards formali jew le. Dokumenti kkodifikati f’format ta’ fajl li jillimita dan l-ipproċessar awtomatiku, minħabba li d-dejta ma tistax tittieħed jew ma tistax tittieħed faċilment minn dawn id-dokumenti, m’għandhomx jitqiesu bħala dokumenti li għandhom format li jinqara elettronikament. L-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ formati miftuħa li jinqraw elettronikament. |
(22) |
Fejn jiġu imposti tariffi mill-entitajiet tas-settur pubbliku għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, dawk it-tariffi, fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali. Madankollu, għandha titqies b’mod partikulari l-ħtieġa li ma jitfixkilx il-funzjonament normali ta’ dawk l-entitajiet tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tagħhom imnissla mill-qadi tal-kompitu pubbliku tagħhom jew tal-ispejjeż marbuta mal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u t-tixrid ta’ ċerti dokumenti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti. F’tali każijiet, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom ikunu jistgħu jimponu tariffi ‘l fuq mill-ispejjeż marġinali. Dawk it-tariffi għandhom ikunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli u l-introjtu totali mill-provvista u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ dokumenti m’għandux jisboq l-ispiża tal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u t-tixrid, flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq l-investiment. Ir-rekwiżit li jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-entitajiet tas-settur pubbliku marbuta mal-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom jew tal-ispejjeż marbuta mal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u t-tixrid ta’ ċerti dokumenti, m’għandux ikun rekwiżit legali u jista’ jirriżulta, pereżempju, minn prattiki amministrattivi fl-Istati Membri. Tali rekwiżit għandu jiġi rieżaminat regolarment mill-Istati Membri. |
(23) |
Il-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji għandhom ikunu jistgħu wkoll jimponu tariffi ‘l fuq mill-ispejjeż marġinali sabiex ma jiġix imfixkel il-funzjonament normali tagħhom. Fil-każ ta’ tali entitajiet tas-settur pubbliku, l-introjtu totali mill-provvista u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ dokumenti matul il-perjodu ta’ kontabbiltà m’għandux jisboq l-ispiża tal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u t-tixrid, flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq l-investiment. Fil-każ ta’ libreriji, mużewijiet u arkivji, u filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet tagħhom, il-prezzijiet iċċarġjati mis-settur privat għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti identiċi jew simili jistgħu jitqiesu meta jiġi kkalkulat ir-redditu raġonevoli fuq l-investiment. |
(24) |
Il-limiti ta’ fuq għat-tariffi stabbiliti f’din id-Direttiva huma bla ħsara għad-dritt tal-Istat Membru li japplika tariffi aktar baxxi jew li ma japplikaw l-ebda tariffa. |
(25) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-iċċarġjar ‘il fuq mill-ispejjeż marġinali. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri, pereżempju, jistgħu jistabbilixxu tali kriterji direttament fir-regoli nazzjonali jew jistgħu jaħtru l-entità xierqa jew l-entitajiet xierqa, għajr l-entità tas-settur pubbliku nnifsha, kompetenti biex jistabbilixxu tali kriterji. Dik l-entità għandha tkun organizzata skont is-sistemi kostituzzjonali u legali tal-Istati Membri. Tista’ tkun entità eżistenti b’setgħat eżekuttivi baġitarji u taħt responsabbiltà politika. |
(26) |
B’rabta ma’ kwalunkwe użu mill-ġdid li jsir mid-dokument, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jimponu kundizzjonijiet, fejn ikun xieraq permezz ta’ liċenzja, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors u r-rikonoxximent ta’ jekk id-dokument ġiex modifikat b’xi mod mill-utent mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, kull liċenzja għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tqiegħed l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid, pereżempju tillimitahom għal indikazzjoni tas-sors. Il-liċenzji miftuħin disponibbli fuq l-Internet, li jagħtu drittijiet usa’ tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati ta’ dejta miftuħin, għandhom jiżvolġu rwol importanti f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-liċenzji miftuħa li għandhom eventwalment isiru prattika komuni fl-Unjoni kollha. |
(27) |
Il-Kummissjoni appoġġat l-iżvilupp ta’ tabella ta’ valutazzjoni fl-Internet tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku b’indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku fl-Istati Membri kollha. Aġġornament regolari ta’ din it-tabella ta’ valutazzjoni jikkontribwixxi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar politiki u prattiki fl-Unjoni kollha. |
(28) |
Il-mezzi ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ rieżami minn entità imparzjali ta’ rieżami. Dik l-entità tista’ tkun awtorità nazzjonali diġà eżistenti, bħall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali. Dik l-entità għandha tkun organizzata skont is-sistemi kostituzzjonali u legali tal-Istati Membri u m’għandhiex tiġġudika minn qabel xi mezz ta’ rikors li jkun altrimenti disponibbli għall-applikanti għal użu mill-ġdid. Madankollu, għandha tkun indipendenti mill-mekkaniżmu tal-Istat Membru li jistabbilixxi l-kriterji għall-iċċarġjar ‘il fuq mill-ispejjeż marġinali. Il-mezzi ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ rieżami ta’ deċiżjonijiet negattivi iżda anke ta’ deċiżjonijiet li, għalkemm jippermettu l-użu mill-ġdid, xorta jistgħu jaffettwaw lill-applikanti għal raġunijiet oħra, partikolarment bir-regoli applikati dwar l-iċċarġjar. Il-proċess ta’ rieżami għandu jsir malajr, b’konformita’ mal-ħtiġijiet ta’ suq li jinbidel rapidament. |
(29) |
Ir-regoli tal-kompetizzjoni għandhom jitħarsu meta jiġu stabbiliti l-prinċipji għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, bl-evitar sa fejn hu possibblita’ ftehmiet esklussivi bejn entitajiet tas-settur pubbliku u sħab privati. Madankollu, sabiex jingħata servizz fl-interess pubbliku, jista’ kultant ikun meħtieġ dritt esklussiv għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti speċifiċi tas-settur pubbliku. Dan jista’ jkun il-każ, inter alia, jekk ebda pubblikatur kummerċjali ma jippubblika l-informazzjoni mingħajr tali dritt esklussiv. Sabiex din il-preokkupazzjoni titqies, id-Direttiva 2003/98/KE tawtorizza, suġġetti għal rieżami regolari, arranġamenti esklussivi meta dritt esklussiv ikun meħtieġ għall-forniment ta’ servizz fl-interess pubbliku. |
(30) |
Wara l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE għal-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji, ikun xieraq li jitqiesu d-diverġenzi attwali fl-Istati Membri fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali, li ma jistgħux jiġu effettivament akkomodati bir-regoli attwali ta’ dik id-Direttiva dwar arranġamenti esklussivi. Hemm għadd ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn libreriji, inklużi libreriji universitarji, mużewijiet, arkivji u sħab privati li jinvolvu d-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali li jagħtu drittijiet esklussivi lil sħab privati. Il-prattika wriet li dawn is-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jiffaċilitaw l-użu sinifikanti tal-kollezzjonijiet kulturali u fl-istess waqt iżidu l-aċċess tal-pubbliku għall-wirt kulturali. |
(31) |
Meta dritt esklussiv jirrigwarda d-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali, jista’ jinħtieġ ċertu perjodu ta’ esklussivita’ sabiex is-sieħeb privat jingħata l-possibbiltà jirkupra l-investiment tiegħu. Dak il-perjodu, madankollu, għandu jkun limitat u qasir kemm jista’ jkun, sabiex jitħares il-prinċipju li l-materjal fis-settur pubbliku għandu jibqa’ fis-settur pubbliku ladarba jkun ġie diġitalizzat. Il-perjodu ta’ dritt esklussiv għad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali m’għandux ġeneralment jaqbeż l-għaxar snin. Il-perjodu ta’ esklussivita’ itwal minn għaxar snin għandu jkun suġġett għal rieżami, filwaqt li jitqiesu l-bidliet teknoloġiċi, finanzjarji u amministrattivi fl-ambjent mindu jkun sar l-arranġament. Barra minn hekk, kull sħubija pubblika-privata għad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali għandha tagħti lill-istituzzjoni kulturali msieħba drittijiet sħaħ fir-rigward tal-użu wara t-terminazzjoni ta’ riżorsi kulturali diġitalizzat. |
(32) |
Sabiex jitqiesu l-kuntratti u arranġamenti oħra li jagħtu drittijiet esklussivi u li ġew konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu stabbiliti miżuri tranżitorji xierqa biex jitħarsu l-interessi tal-partijiet konċernati meta d-drittijiet esklussivi tagħhom ma jikkwalifikawx għall-eċċezzjonijiet awtorizzati skont din id-Direttiva. Dawk il-miżuri tranżitorji għandhom jipprevedu li d-drittijiet esklussivi tal-partijiet jibqgħu jeżistu sa tmiem il-kuntratt jew, għal kuntratti indefiniti jew kuntratti ta’ terminu twil ħafna, jibqgħu jeżistu għal perjodu ta’ żmien twil biżżejjed biex il-partijiet ikunu jistgħu jieħdu miżuri xierqa. Dawk il-miżuri tranżitorji m’għandhomx japplikaw għal kuntratti jew arranġamenti oħra konklużi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva iżda qabel l-applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet li permezz tagħhom kuntratti jew arranġamenti oħra ta’ terminu twil li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva jiġu konklużi sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ miżuri futuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Kuntratti u arranġamenti oħra konklużi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva iżda qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ trasposizzjoni għandhom għalhekk jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mid-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. |
(33) |
Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, speċifikament l-iffaċilitar tal-ħolqien ta’ prodotti u servizzi ta’ informazzjoni bbażati fuq dokumenti tas-settur pubbliku, l-iżgurar tal-użu transkonfinali effiċjenti tad-dokumenti tas-settur pubbliku minn naħa waħda mill-kumpaniji privati, partikolarment minn impriżi żgħar u ta’ daqs medju, għal prodotti u servizzi ta’ informazzjoni b’valur miżjud, u min-naħa l-oħra miċ-ċittadini sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni libera tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, ma jistgħux jintlaħqu kif xieraq mill-Istati Membri u, għaldaqstant, minħabba l-ambitu intrinsikament pan-Ewropew tal-azzjoni proposta, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(34) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikularment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8) u d-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17). Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jiġi interpretat jew implimentat b’mod li jkun inkonsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. |
(35) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward l-ammont ta’ użu mill-ġdid li jsir mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli u l-prattiki ta’ rikors. |
(36) |
Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw din id-Direttiva b’mod konsistenti billi toħroġ linji gwida, partikolarment dwar liċenzji standard rakkomandati, datasets u ċċarġjar għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, wara li tkun ikkonsultat mal-partijiet interessati. |
(37) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2003/98/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-punti li ġejjin jiżdiedu mal-Artikolu 2:
|
(3) |
L-Artikolu 3 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 3 Il-prinċipju ġenerali 1. Soġġett għall-paragrafu (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti li din id-Direttiva tapplika għalihom skont l-Artikolu 1 ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV. 2. Għad-dokumenti li fihom il-libreriji, inklużi l-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji jżommu d-drittjiet tal-proprjetà intellettwali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun permess l-użu mill-ġdid ta’ tali dokumenti, dawn id-dokumenti jkunu jistgħu jintużaw għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV.”. |
(4) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’li ġej: “3. Fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet għar-rifjut lill-applikant fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tar-reġim ta’ aċċess f’dak l-Istat Membru jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikulari l-punti (a) sa (cc) tal-Artikolu 1(2) jew l-Artikolu 3. Fejn deċiżjoni negattiva tkun ibbażata fuq l-Artikolu 1(2)(b), l-entità tas-settur pubbliku għandha tinkludi referenza għall-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tad-dritt, fejn magħrufa, jew alternattivament lil min joħroġ il-liċenzja li mingħandu l-entità tas-settur pubbliku tkun kisbet il-materjal relevanti. Il-libreriji, inklużi l-libreriji universitarji, il-mużewijiet u l-arkivji ma għandhomx l-obbligu li jinkludu tali referenza. 4. Kwalunkwe deċiżjoni rigward l-użu mill-ġdid għandha tinkludi referenza għall-mezz ta’ rikors f’każ li l-applikant ikun jixtieq jappella kontra d-deċiżjoni. Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ rieżami minn entita’ ta’ rieżami imparzjali bil-kompetenzi xierqa, bħall-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-entità tas-settur pubbliku kkonċernata.”. |
(5) |
L-Artikolu 5 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 5 Il-formati disponibbli 1. L-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli fi kwalunkwe format jew lingwa eżistenti qabel u, fejn possibbli u xieraq, f’format miftuħ u li jinqara elettronikament, flimkien mal-metadejta tagħhom. Kemm il-format u l-metadata għandhom, sa fejn hu possibbli, jikkonformaw ma’ standards miftuħa formali. 2. Il-paragrafu 1 m’għandux jimplika obbligu għall-entitajiet tas-settur pubbliku li joħolqu jew jadattaw dokumenti jew jipprovdu siltiet sabiex jikkonformaw ma’ dak il-paragrafu meta dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur lil hinn minn sempliċi operazzjoni. 3. Fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet tas-settur pubbliku ma jistgħux ikunu meħtieġa jkomplu l-produzzjoni u l-ħżin ta’ ċertu tip ta’ dokumenti bil-ħsieb tal-użu mill-ġdid ta’ tali dokumenti minn organizzazzjoni privata jew tas-settur pubbliku.”. |
(6) |
L-Artikolu 6 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 6 Il-prinċipji li jirregolaw l-iċċarġjar 1. Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, dawk it-tariffi għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni, il-forniment u t-tixrid. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:
3. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, l-entitatjiet tas-settur pubbliku kkonċernati għandhom jikkalkulaw it-tariffi totali skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-introjtu totali ta’ dawn l-entitajiet mill-provvista u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ dokumenti matul il-perjodu ta’ kontabbiltà ma għandux jisboq l-ispiża tal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u t-tixrid, flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq l-investiment. It-tariffi għandhom ikunu kkalkulati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli għall-entitajiet tas-settur pubbliku involuti. 4. Meta jiġu imposti tariffi mill-entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (c) tal-pararafu 2, l-introjtu totali mill-provvista u l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ dokumenti matul il-perjodu ta’ kontabbiltà xieraq m’għandux jisboq l-ispiża tal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni, it-tixrid, il-konservazzjoni u l-ikklerjar tad-drittijiet, flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq l-investiment. It-tariffi għandhom ikunu kkalkulati skont il-prinċipji tal-kontabbiltà applikabbli għall-entitajiet tas-settur pubbliku involuti.”. |
(7) |
L-Artikolu 7 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 7 It-trasparenza 1. Fil-każ ta’ tariffi standard għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma minn entitajiet tas-settur pubbliku, kwalunkwe kundizzjoni applikabbli u l-ammont attwali ta’ dawk it-tariffi, inkluża l-bażi ta’ kalkolu għal tali tariffi, għandhom jiġu prestabbiliti u ppubblikati, b’mezzi elettroniċi meta jkun possibbli u xieraq. 2. Fil-każ ta’ tariffi għall-użu mill-ġdid għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, l-entità tas-settur pubbliku inkwistjoni għandha tindika mill-bidu liema fatturi tqiesu fil-kalkolu ta’ dawk it-tariffi. Fuq talba, l-entità tas-settur pubbliku inkwistjoni għandha tindika wkoll il-mod li bih tali tariffi ġew ikkalkulati fir-rigward tat-talba speċifika ta’ użu mill-ġdid. 3. Il-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(2) għandhom jiġu stabbiliti minn qabel. Għandhom jiġu ppubblikati b’mezzi elettroniċi, meta jkun possibbli u xieraq. 4. L-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jiżguraw li l-applikanti għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti jkunu infurmati bil-mezzi disponibbli għar-rikors fir-rigward ta’ deċiżjonijiet jew prattiki li jaffettwawhom.”. |
(8) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b’li ġej: “1. L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jippermettu l-użu mill-ġdid mingħajr kundizzjonijiet jew jistgħu jimponu kundizzjonijiet, fejn xieraq permezz ta’ liċenzja. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid, u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni.”. |
(9) |
L-Artikolu 9 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 9 Arranġamenti prattiċi L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, aċċessibbli meta jkun possibbli u xieraq fuq l-Internet u f’format li jinqara elettronikament, u siti u portali li jkollhom ħolqa għal-listi ta’ assi. Meta jkun possibbli, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tiftix interlingwistiku għal dokumenti.”. |
(10) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 13 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 13 Rieżami 1. Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva qabel it-18 ta’ Lulju 2018 u għandha tikkomunika r-riżultati ta’ dak ir-rieżami, flimkien ma’ xi proposti għal modifiki ta’ din id-Direttiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. L-Istati Membri għandhom iressqu rapport kull 3 snin lill-Kummissjoni dwar id-disponibbiltà ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku għal użu mill-ġdid u l-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli u l-prattiki ta’ rikors. Abbażi ta’ dan ir-rapport, li għandu jsir pubbliku, l-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6, b’mod partikulari fir-rigward tal-iċċarġjar ‘il fuq mill-ispejjeż marġinali. 3. Ir-rieżami, imsemmi fil-paragrafu 1, għandu b’mod partikulari jindirizza l-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva, inklużi d-daqs taż-żieda fl-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku, l-effetti tal-prinċipji applikati għall-iċċarġjar u l-użu mill-ġdid ta’ testi uffiċjali ta’ natura leġiżlattiva u amministrattiva, kif ukoll possibbiltajiet oħra għat-titjib tal-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-iżvilupp tal-industrija tal-kontenut Ewropew.”. |
Artikolu 2
1. Sat-18 ta’ Lulju 2015, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-18 ta’ Lulju 2015.
2. Fejn l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza simili fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. SHATTER
(1) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 129.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ġunju 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-20 ta’ Ġunju 2013.
(3) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.
(4) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(5) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 16.
(6) ĠU L 283, 29.10.2011, p. 39.
(7) ĠU C 169, 15.6.2012, p. 5.
(8) ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 615/2013
tal-24 ta’ Ġunju 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni F’isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382 – 386)
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 04 p. 307 – 356)
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett ċilindriku magħmul bil-liga tal-aluminju, bit-toqob u l-alkovi, b’tul ta’ madwar 8 ċm u dijametru ta’ madwar 4 ċm. L-oġġett hu użat bħala parti ta’ unità li tinġibed lura ta’ ċinturin tas-sikurezza użat, pereżempju, f’vetturi bil-mutur, dgħajjes bil-mutur u chair lifts għal taraġ. (*) Ara l-istampa. |
7616 99 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċijiet NM 7616 , 7616 99 u 7616 99 90 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8708 hija eskluża, minħabba li l-intestatura tkopri biss ċinturini tas-sikurezza ta’ vetturi tal-intestaturi 8701 sa 8705 iżda mhux partijiet minnhom. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8302 ta’ fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta’ metall ta’ valur baxx tajbin għal oqfsa ta’ vetturi huma esklużi minħabba li l-oġġett mhuwiex parti tal-bòdi tal-karozza, iżda parti tal-unità li tinġibed lura ta’ ċinturin ta’ sikurezza. Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal li minnu hu magħmul taħt il-kodiċi NM 7616 99 90 bħala oġġetti oħrajn tal-aluminju. |
(*) L-istampa hija biss għall-informazzjoni.
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 616/2013
tal-24 ta’ Ġunju 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett magħmul minn plastik riġidu ffurmat li jikkonsisti fi tliet jew erba’ fergħat. L-oġġett ma għandux partijiet li jiċċaqilqu b’mod indipendenti (pereżempju, roti, blalen jew rollers), biċċiet żgħar (nubs) rotob jew partijiet imwaħħlin flessibbli oħrajn. Huwa maħsub biex jintuża bħala oġġett li jitħaddem bl-idejn biex jimmassaġġja l-ġisem billi fergħa waħda jew aktar jingħorku fuq il-partijiet rilevanti tal-ġisem. L-effett tal-immassaġġjar jinħoloq mill-pressjoni li ssir mill-persuna li tkun qed tagħti l-massaġġi. (*) Ara l-istampi |
9019 10 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 9019 , 9019 10 u 9019 10 90 . Minħabba l-forma speċifika tiegħu, l-oġġett huwa maħsub biex jintuża bħala apparat li jitħaddem bl-idejn biex jimmassaġġja l-ġisem. L-oġġett jaħdem bil-frizzjoni. Għalkemm ma għandux partijiet li jiċċaqilqu b’mod indipendenti, mhuwiex eskluż mill-klassifikazzjoni bħala apparat għall-massaġġi (Ara wkoll it-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 9019 , (II), fejn jissemmew ir-rollers tal-lastku u apparat tal-massaġġi simili). Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat bil-kodiċi NM 9019 10 90 bħala apparat għall-massaġġi. |
|
|
|
(*) L-istampi huma biss għal finijiet ta’ informazzjoni.
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 617/2013
tas-26 ta’ Ġunju 2013
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat mal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistipula r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi. |
(2) |
L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li l-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15 u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, għandha tintroduċi, kif xieraq, miżura ta’ implimentazzjoni għal tagħmir tal-uffiċċju. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-kompjuters. L-istudju jinvolvi l-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(4) |
L-istudju ta’ tħejjija wera li l-potenzjal ta’ titjib fil-kosteffikaċja tal-konsum tal-elettriku tal-kompjuters bejn l-2011 u l-2020 kien stmat għal madwar 93 TWh, li jikkorrispondi għal 43 Mt ta’ emissjonijiet ta’ CO2, u fl-2020 għal bejn 12,5 TWh u 16,3 TWh, li jikkorrispondi għal 5,0–6,5 Mt ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Konsegwentement, il-kompjuters jikkostitwixxu grupp ta’ prodotti li għalihom għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ ekodisinn. |
(5) |
Billi ħafna mill-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija tat-terminals ħfief desktop, l-istazzjonijiet tax-xogħol, is-servers fuq skala żgħira u s-servers informatiċi huwa marbut mal-effiċjenza tal-provvisti tal-elettriku interni u peress li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-provvista elettrika interna għal dawn il-prodotti huma simili għal dawk ta’ kompjuters desktop u kompjuters desktop integrati, id-dispożizzjonijiet dwar l-effiċjenza tal-provvista elettrika interna ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għall-oġġetti imsemmija qabel. Madankollu, aspetti oħra ta’ prestazzjoni ambjentali ta’ terminals ħfief desktop, stazzjonijiet tax-xogħol, stazzjonijiet tax-xogħol mobbli, servers fuq skala żgħira u servers informatiċi jistgħu jiġu indirizzati b’miżura aktar speċifika li timplimenta d-Direttiva 2009/125/KE. |
(6) |
L-unitajiet għall-wiri għandhom karatteristiki distinti u għalhekk għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, meta jitqies l-impatt ambjentali sinifikanti tagħhom kif ukoll il-potenzjal sinifikanti għat-titjib tagħhom, dawn jistgħu jiġu indirizzati f’miżura oħra li timplimenta d-Direttiva 2009/125/KE u/jew id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (2). |
(7) |
Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn ma għandu jkollhom ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott jew fuq il-konsumaturi, u b’mod partikolari fir-rigward ta’ kemm il-prodott huwa affordabbli, l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-kompetittività tal-industrija. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ma għandhomx jimponu piż proprjetarju, teknoloġiku jew amministrattiv eċċessiv, u lanqas ma għandhom jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent. |
(8) |
It-titjib fl-effiċjenza enerġetika tal-kompjuters għandu jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti ta’ dominju pubbliku u li huma kosteffikaċi li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u tat-tħaddim tagħhom. |
(9) |
Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. L-iffissar ta’ żmien għandu jsir b’tali mod li jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-provvista tal-kompjuters, u jitqiesu l-impatti fuq in-nefqa għall-manifatturi, partikolarment fl-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat il-ksib f’waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(10) |
Ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament hija prevista mhux aktar tard minn tliet snin u nofs wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(11) |
L-effiċjenza enerġetika tal-kompjuters għandha tiġi determinata permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-aqwa metodi rikonoxxuti, inkluż, fejn disponibbli, standards armonizzati stabbiliti f’konformità ma’ leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-istandardizzazzjoni applikabbli (3). |
(12) |
Billi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għad-domanda tal-enerġija elettrika fil-modalità Stennija u l-modalità Mitfi ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju ma jkunux totalment xierqa għall-karatteristiki tal-kompjuters, ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (4) ma għandhomx japplikaw għall-kompjuters. Konsegwentement, ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ġestjoni tal-enerġija, kif ukoll għall-modalità Rieqed, il-modalità Mitfi u l-istat li jitlob l-inqas qawwa fil-kompjuters għandhom jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament, u r-Regolament (KE) Nru 1275/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Minkejja l-esklużjoni tal-kompjuters mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta’ provvisti tal-elettriku esterni (5) għandhom japplikaw għall-provvisti tal-elettriku esterni li jitqiegħdu fis-suq mal-kompjuters. |
(14) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(15) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, għandha ssir talba lill-manifatturi biex jipprovdu l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE sa fejn dan it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. |
(16) |
Biex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta, il-ksib ta’ iffrankar potenzjali maħsub tal-enerġija u l-provvediment ta’ informazzjoni preċiża dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-prodotti lill-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu jagħmel ċar li t-tolleranzi preskritti għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq meta jkunu qed iwettqu t-testijiet fiżiċi biex jistabbilixxu jekk mudell speċifiku ta’ prodott relatat mal-enerġija huwiex f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx jintużaw mill-manifatturi biex ikollhom fejn jiddikjaraw prestazzjoni aktar favorevoli tal-mudell minn dik iġġustifikata mill-miżuri u l-kalkoli iddikjarati fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott |
(17) |
Għandhom jiġu identifikati punti ta’ referenza għall-prodotti disponibbli attwalment li għandhom livell għoli ta’ effiċjenza enerġetika. Dan għandu jgħin sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċessibbiltà faċli tal-informazzjoni, b’mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta’ disinn u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ prodotti aktar effiċjenti biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. |
(18) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta’ ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ kompjuters u servers informatiċi.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li ġejjin li jistgħu jitħaddmu direttament mill-kurrent alternanti (AC) tal-mejns inkluż permezz ta’ provvista elettrika esterna jew interna:
(a) |
kompjuters desktop; |
(b) |
kompjuters desktop integrati; |
(c) |
notebooks (inklużi tablets, slates u terminals ħfief mobbli); |
(d) |
terminals ħfief desktop; |
(e) |
stazzjonijiet tax-xogħol; |
(f) |
stazzjonijiet tax-xogħol mobbli; |
(g) |
servers fuq skala żgħira; |
(h) |
servers informatiċi. |
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-gruppi ta’ prodotti li ġejjin:
(a) |
sistemi u komponenti tat-tip blade; |
(b) |
tagħmir tas-servers; |
(c) |
servers multinodi; |
(d) |
servers informatiċi b’aktar minn erba’sokits tal-proċessur; |
(e) |
konsols tal-logħob; |
(f) |
stazzjonijiet għad-dokkjar. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Kompjuter” tfisser apparat li jwettaq operazzjonijiet loġiċi u li jipproċessa d-dejta, li kapaċi juża apparat tal-input u juri l-informazzjoni fuq unità tal-wiri, u normalment jinkludi unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU) biex twettaq l-operazzjonijiet. Jekk m’hemm ebda CPU preżenti, l-apparat għandu jiffunzjona bħala ‘client gateway’ lejn server informatiku li jaġixxi ta’ unità tal-ipproċessar għall-komputazzjoni; |
(2) |
“Server informatiku” tfisser prodott ta’ kompjuterizzazzjoni li jipprovdi servizzi u jimmaniġġja riżorsi imqabbda b’netwerk ma’ apparati klijenti, bħal kompjuters desktop, notebooks, terminals ħfief desktop, telefowns tal-protokoll tal-Internet (IP), jew servers informatiċi oħrajn. Server informatiku tipikament jitqiegħed fis-suq għall-użu f’ċentri tad-dejta u f’ambjenti ta’ uffiċċji/korporattivi. Server informatiku primarjament isir aċċess għalih permezz ta’ konnessjonijiet tan-netwerk, u mhux permezz ta’ apparati ta’ input dirett mill-utent, bħat-tastiera jew il-maws; Server informatiku għandu l-karatteristiki li ġejjin:
|
(3) |
“Provvista tal-elettriku esterna” tfisser apparat li għandu l-karatteristiki li ġejjin:
|
(4) |
“Provvista tal-elettriku interna” tfisser komponent iddisinjat biex jaqleb il-vultaġġ AC mill-mejns għal vultaġġ(i) DC sabiex jitħaddem il-kompjuter jew is-server informatiku u għandu l-karatteristiki li ġejjin:
Il-konvertituri interni minn DC għal DC użati biex jibdlu vultaġġ uniku DC minn provvista tal-elettriku esterna f’vultaġġi multipli għall-użu minn kompjuter jew server informatiku ma jitqisux bħala provvisti tal-enerġija interni. |
(5) |
“Kompjuter desktop” tfisser kompjuter fejn l-unità prinċipali hija intenzjonata li tkun tinsab f’post permanenti u mhux iddisinjat biex jinġarr u li hu maħsub għall-użu b’unità tal-wiri esterna u periferali esterni bħal tastiera u maws. Il-kategoriji li ġejjin ta’ kompjuters desktop huma definiti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
(6) |
“Kompjuter desktop integrat” tfisser kompjuter li fih il-kompjuter u l-unità tal-wiri jaħdmu bħala unità waħda, li tirċievi l-enerġija AC tagħha permezz ta’ kejbil uniku. Kompjuters desktop integrati jiġu f’waħda minn żewġ forom possibbli: (1) prodott fejn l-unità tal-wiri u l-kompjuter huma fiżikament magħqudin f’unità waħda; jew (2) prodott fejn l-unità tal-wiri hija separata mill-kompjuter iżda hija mqabbda max-xażi ewlieni permezz ta’ wajer tal-enerġija b’kurrent dirett (DC). Kompjuter desktop integrat huwa intenzjonat li jkun jinsab f’post permanenti u mhux maħsub biex jinġarr. Kompjuters desktop integrati mhumiex primarjament iddisinjati għall-wiri u l-qbid ta’ sinjali awdjoviżivi. Il-kategoriji li ġejjin ta’ kompjuters desktop integrati huma definiti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
(7) |
“Notebook” tfisser kompjuter iddisinjat speċifikament biex jinġarr u jitħaddem għal perjodi twal b’konnessjoni diretta ma’ sors ta’ enerġija AC jew mingħajrha. In-notebooks jużaw unità tal-wiri integrata, b’daqs dijagonali tal-iskrin viżibbli ta’ mill-inqas 22,86 cm (9 pulzieri), u huma kapaċi jaħdmu fuq batterija integrata jew sors ieħor portabbli ta’ enerġija. In-notebook jinkludu wkoll is-sottotipi li ġejjin:
Il-kategoriji li ġejjin ta’ notebooks huma definiti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:
Prodotti li kieku kienu jissodisfaw id-definizzjoni ta’ notebook iżda għandhom domanda ta’ enerġija fl-istat inattiv (“idle”) ta’ inqas minn 6 W ma jitqiesx li huma notebooks għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
“Terminal ħafif desktop” tfisser tip ta’ kompjuter li jiddependi fuq konnessjoni għal riżorsi remoti tal-informatika (eż. server informatiku, stazzjon tax-xogħol remot) sabiex jikseb funzjonalità primarja u ma għandu l-ebda midja ta’ ħżin rotazzjonali integrali mal-prodott. L-unità prinċipali ta’ terminal ħafif desktop hija maħsuba li tintuża f’post permanenti (eż. fuq skrivanija) u mhux biex tinġarr. Terminals ħfief desktop jistgħu jipproduċu jew lejn unità tal-wiri esterna jew, meta jkun inkluż mal-prodott, lejn unità tal-wiri interna; |
(9) |
“Stazzjon tax-xogħol” tfisser kompjuter b’livell għoli ta’ prestazzjoni u li jservi utent wieħed primarjament użat għall-grafika, għall-iddisinjar permezz tal-kompjuter (CAD), l-iżvilupp tas-softwer, l-applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi fost kompiti oħra tal-informatika aktar intensivi, u li għandu l-karatteristiki li ġejjin:
|
(10) |
“Stazzjon tax-xogħol mobbli” tfisser kompjuter b’livell għoli ta’ prestazzjoni u li jservi utent wieħed użat primarjament għall-grafika, għall-iddisinjar permezz tal-kompjuter (CAD), l-iżvilupp tas-softwer, l-applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi fost kompiti oħra tal-informatika aktar intensivi, iżda bl-esklużjoni tal-logħob, u li huwa ddisinjat speċifikament biex jinġarr u biex jitħaddem għal perjodi estiżi ta’ żmien kemm b’konnessjoni diretta ma’ sors tal-enerġija AC kif ukoll mingħajrha. L-istazzjonijiet tax-xogħol mobbli jutilizzaw unità tal-wiri integrata u huma kapaċi jaħdmu b’batterija integrata jew b’sors tal-enerġija ieħor li jinġarr. Il-biċċa l-kbira tal-istazzjonijiet tax-xogħol mobbli jużaw provvista tal-elettriku esterna u ħafna minnhom għandhom tastiera integrata kif ukoll apparat għall-ippuntar. Stazzjon tax-xogħol mobbli għandu jkollu l-karatteristiki li ġejjin:
|
(11) |
“Server fuq skala żgħira” tfisser tip ta’ kompjuter li tipikament juża komponenti tal-kompjuter desktop fl-għamla ta’ kompjuter desktop iżda li primarjament huwa ddisinjat biex jaħżen id-dejta ta’ kompjuters oħrajn u jwettaq funzjonijiet bħall-għoti ta’ servizzi ta’ infrastruttura tan-netwerk u l-ilqugħ ta’ dejta/midja, u li għandu l-karatteristiki li ġejjin:
|
(12) |
“Sistema u komponenti blade” tfisser sistema magħmula minn kompartiment (“xażi blade”) li fih jiddaħlu tipi differenti ta’ ħżin ta’ blades u servers. Il-kompartiment jipprovdi riżorsi kondiviżi li fuqhom jiddependu s-servers u l-mezzi ta’ ħżin. Is-sistemi blade huma ddisinjati bħala soluzzjoni skalabbli biex jgħaqqdu ħafna servers informatiċi jew unitajiet tal-ħżin f’kompartiment wieħed, u huma ddisinjati biex it-tekniki jkunu jistgħu jżidu jew jissostitwixxu (rimpjazzament operattiv — “hot-swap”) faċilment il-blades (pereż. servers blades) fuq il-post. |
(13) |
“Tagħmir tas-server” tfisser server informatiku mimli b’sistema operatorja u softwer tal-applikazzjoni installati minn qabel li huwa użat biex jaqdi funzjoni partikolari jew sett ta’ funzjonijiet li huma akkoppjati flimkien mill-qrib. Tagħmir tas-server jipprovdi servizzi permezz ta’ netwerk waħda jew aktar, u huwa tipikament immaniġġjat permezz ta’ interfaċċja fuq il-web jew permezz ta’ interfaċċja tal-linja tal-kmandi (CLI). Il-konfigurazzjonijiet ta’ ħardwer u softwer tat-tagħmir tas-server huma mfassla għas-sodisfazzjoni tal-bejjiegħ biex iwettqu kompitu speċifiku, inkluż dak ta’ netwerk u ħżin, u mhumiex maħsuba biex jimplimentaw softwer ipprovdut mill-utent; |
(14) |
“Server multinodu” tfisser sistema magħmula minn kompartiment magħluq fejn jiddaħħlu żewġ servers (jew nodi) tal-kompjuter independenti jew aktar, li jaqsmu provvista tal-enerġija waħda jew aktar. L-enerġija magħquda għan-nodi kollha hija distribwita permezz ta’ provvista/i kondiviża/i tal-enerġija. Server multinodu huwa ddisinjat u mibni bħala kompartiment magħluq wieħed u mhux iddisinjat b’mod li jkun “hot-swappable”; |
(15) |
“Server b’nodi dupliċi” tfisser konfigurazzjoni ta’ server multinodi komuni magħmul minn żewġ nodi tas-server; |
(16) |
“Server informatiku b’aktar minn erba’ sokits tal-proċessur” tfisser server informatiku li fih aktar minn erba’ interfaċċji ddisinjati għall-installazzjoni ta’ proċessur; |
(17) |
“Konsol tal-logħob” tfisser apparat li kapaċi joqgħod waħdu li jieħu l-enerġija mill-mejns li huwa ddisinjat biex ikollu l-kapaċità tal-logħob tal-vidjo bħala l-funzjoni primarja tiegħu. Konsol tal-logħob huwa tipikament iddisinjat biex jipprovdi output lejn unità tal-wiri esterna bħala l-unità tal-wiri prinċipali tal-logħba. Il-konsols tal-logħob tipikament jinkludu CPU, memorja tas-sistema u unità/unitajiet tal-ipproċessar tal-grafika (GPU — “graphics processing unit”), u jista’ jkun fihom diski riġidi jew alternattivi oħra ta’ ħżin intern, u drives ottiċi. Il-konsols tal-logħob tipikament jużaw kontrolluri li jinżammu fl-idejn jew kontrolluri oħra interattivi bħala l-mezz ta’ input primarju aktar milli tastiera jew maws estern. Il-konsols tal-logħob tipikament ma jinkludux sistemi operatorji tal-informatika personali konvenzjonali iżda minflok jużaw sistemi operatorji speċifiċi għall-konsol. L-apparat tal-logħob li jinżamm fl-idejn, b’unità tal-wiri integrata bħala l-unità tal-wiri tal-logħba primarja, u li jopera primarjament b’batterija integrata jew sors tal-enerġija ieħor li jinġarr aktar milli permezz ta’ konnessjoni diretta ma’ sors tal-enerġija AC, jitqiesu bħala tip ta’ konsol tal-logħob; |
(18) |
“Stazzjon għad-dokkjar” tfisser prodott diskret iddisinjat biex jiġi konness ma’ kompjuter sabiex iwettaq funzjonijiet bħall-espansjoni tal-konnettività jew il-konsolidizzazzjoni tal-konnessjonijiet mal-apparat periferali. L-istazzjonijiet għad-dokkjar jistgħu wkoll jiffaċilitaw l-iċċarġjar tal-batteriji interni fil-kompjuter konness; |
(19) |
“Unità Ċentrali tal-Ipproċessar (CPU)” tfisser komponent f’kompjuter li jikkontrolla l-interpretazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ istruzzjonijiet. Is-CPUs jista’ jkun fihom proċessur fiżiku wieħed jew aktar magħrufa bħala “nuklei ta’ eżekuzzjoni”. Nukleu ta’ eżekuzzjoni tfisser proċessur li jkun fiżikament preżenti. Proċessuri “virtwali” jew “loġiċi” addizzjonali li jittieħdu minn nukleu ta’ eżekuzzjoni wieħed jew aktar mhumiex nuklei fiżiċi. Pakkett ta’ proċessur li jkun qed jokkupa sokit fiżiku ta’ CPU wieħed jista’ jkollu aktar minn nukleu ta’ eżekuzzjoni wieħed. L-għadd totali ta’ nuklei ta’ eżekuzzjoni fis-CPU huwa s-somma tan-nukeli ta’ eżekuzzjoni pprovduti mill-mezzi konnessi mas-sokits fiżiċi kollha tas-CPU; |
(20) |
“Kard tal-Grafika Diskreta” (dGfx) tfisser komponent intern diskret li fih unità tal-ipproċċessar tal-grafika (GPUs) waħda jew aktar b’interfaċċja ta’ kontrollur ta’ memorja lokali u memorja lokali speċifika għall-grafika u li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:
“Medda tal-frekwenzi tal-frame buffer” (FB_BW) tfisser l-ammont ta’ dejta li hija pproċessata kull sekonda mill-GPUs kollha fuq dGfx, li hu kkalkulat permezz tal-formula li ġejja: ![]() Fejn:
|
(21) |
“Ħżin intern” tfisser komponent intern għall-kompjuter li jipprovdi ħżin tad-dejta mhux volatili; |
(22) |
“Tip ta’ prodott” tfisser kompjuter desktop, kompjuters desktop integrat, kompjuter notebook, terminals ħfief desktop, stazzjon tax-xogħol, stazzjon tax-xogħol mobbli, server fuq skala żgħira, server informatiku, sistema u komponenti blade, server multinodi, apparat tas-server, konsol tal-logħob, stazzjon għad-dokkjar, provvista elettrika interna jew provvista elettrika esterna. |
(23) |
“Modalità Rieqed ta’ unità tal-wiri” tfisser li l-modalità ta’ potenza li jidħol fiha prodott tal-unità tal-wiri wara li jirċievi sinjal minn apparat konness jew simolu intern (bħal apparat ta’ ħin jew senser ta’ okkupanza). Il-prodott tal-unità tal-wiri jista’ wkoll jidħol f’din il-modalità permezz ta’ sinjal prodott mill-input ta’ utent. Il-prodott irid jiġi attiv hekk kif jirċievi sinjal minn apparatt konness, netwerk, kontroll remot u/jew stimolu intern. Filwaqt li l-prodott ikun f’din il-modalità, ma jipproduċix stampa viżibbli, bl-eċċezzjoni possibbli ta’ funzjonijiet orjentati lejn l-utent jew protettivi bħal informazzjoni dwar il-prodott jew wiri tal-istatus, jew funzjonijiet ibbażati fuq is-sensers. |
Għall-finijiet tal-Annessi, huma stipulati defnizzjonijiet addizzjonali fl-Anness I.
Artikolu 3
Rekwiżiti ta’ ekodisinn
Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għall-kompjuters u għas-servers informatiċi huma stabbiliti fl-Anness II.
Il-konformità tal-kompjuters u tas-servers informatiċi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għandhom jitkejlu skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008
Il-Punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. |
It-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni maħsub primarjament għall-użu f’ambjent domestiku, iżda esklużi l-kompjuters desktop, il-kompjuters desktop integrati u n-notebooks, kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (*) |
Artikolu 5
Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 278/2009
L-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 278/2009 hu mibdul b’dan li ġej:
“(g) |
huwa maħsub għall-użu ma’ tagħmir tad-dar u tal-uffiċju li jaħdem bl-elettriku u li huwa elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 jew ma’ kompjuters kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (**). |
Artikolu 6
Valutazzjoni tal-konformità
Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema interna tal-kontroll tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 7
Proċedura tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika
Is-sorveljanza tas-suq għandha titwettaq skont ir-regoli speċifikati fid-Direttiva 2009/125/KE.
Għandu jitwettaq il-kontroll tal-konformità tal-kompjuters u tas-servers informatiċi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ ekodisinn skont il-proċedura ta’ verifika stabbilita fil-punt 2 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Punti ta’ riferiment indikattivi
Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni, li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament huma identifikati fl-Anness IV.
Artikolu 9
Reviżjoni
Sa mhux aktar tard minn tliet snin u nofs wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn.
Fid-dawl tal-iżvilupp teknoloġiku rapidu, din ir-reviżjoni għandha tqis l-iżviluppi fil-Programm ENERGY STAR, u l-opportunitajiet biex ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn isiru iktar stretti, biex il-kwoti tal-enerġija jitnaqqsu b’mod sinifikanti jew jiġu eliminati, b’mod partikolari għall-kards tal-grafika diskreta (dGfx), biex ikun hemm aġġornament tad-definizzjonijiet/tal-kamp ta’ applikazzjoni, u l-potenzjal sabiex jiġi indirizzat il-konsum tal-enerġija tal-unità tal-wiri integrata.
Barra minn hekk, ir-reviżjoni għandha tqis speċifikament il-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, il-fattibilità tal-istabbiliment u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ Ekodisinn fuq aspetti oħra ambjentali sinifikanti bħall-istorbju, l-użu effikaċi tal-materjal, inklużi rekwiżiti fuq it-tul ta’ żmien li jdum prodott, iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, l-interfaċċji standardizzati għall-apparat tal-iċċarġjar, kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-kontenut ta’ ċerta Materja Prima Kritika u l-għadd minimu taċ-ċikli ta’ tagħbija u l-kwistjonijiet tas-sostituzzjoni tal-batteriji.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti 3 u 6.1 tal-Anness II għandhom japplikaw mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.
Il-punti 1.1, 1.3, 2, 4, 5.1, 5.2, 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5, 6.2.6, 7.1, 7.2 u 7.3 tal-Anness II għandhom japplikaw sa mill-1 ta’ Lulju 2014.
Il-punti 1.2 u 1.4 tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
(3) Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
(4) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-finijiet tal-Annessi
1. |
“Konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC)” tfisser l-elettriku kkunsmat minn prodott matul perjodi ta’ żmien speċifiċi f’modalitajiet u stati ta’ enerġija definiti; |
2. |
“Modalità Mitfi” tfisser il-livell tad-domanda tal-enerġija fil-modalità ta’ enerġija baxxa li ma tistax tintefa’ (influwenzata) mill-utent, ħlief permezz tal-moviment ta’ swiċċ mekkaniku, u li jista’ jippersisti għal perjodu indefinit ta’ żmien meta l-apparat huwa konness mal-provvista ewlenija tal-elettriku u użat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fejn huma applikabbli l-istandards tal-Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI — “Advanced Configuration and Power Interface”), il-modalità Mitfi normalment tikkorrelata mal-istat tas-Sistema ACPI Livell G2/S5/(“soft off”); “PMitfi” tirrappreżenta enerġija f’modalità Mitfi f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II; |
3. |
“Stat ta’ enerġija l-aktar baxx” tfisser stat jew modalità bl-anqas domanda ta’ enerġija li tinstab f’kompjuter. Dan l-istat jew din il-modalità tkun tista’ tiddaħħal jew titħalla permezz ta’ mezzi mekkaniċi (pereż. billi tintefa’ l-provvista ta’ enerġija tal-kompjuter permezz tal-moviment ta’ swiċċ mekkaniku jew b’mezzi awtomatiċi; |
4. |
“Modalità Rieqed” tfisser modalità b’enerġija baxxa li kompjuter ikollu l-kapaċità li jgħaddi għaliha b’mod awtomatiku wara perjodu ta’ inattività jew permezz ta’ selezzjoni manwali. F’din il-modalità l-kompjuter jirreaġixxi b’reazzjoni għal avveniment ta’ attivazzjoni. Fejn huma applikabbli l-istandards tal-Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI), il-modalità Rieqed normalment tikkorrelata mal-istat tas-Sistema ACPI Livell G1/S3 (sospensjoni għar-RAM); “PRieqed” tirrappreżenta l-enerġija f’modalità Rieqed f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II; |
5. |
“Stat inattiv” tfisser stat ta’ kompjuter li fih is-sistema operatorja u softwer ieħor ikun lesta l-loading, ikun inħoloq il-profil tal-utent, il-kompjuter mhuwiex f’modalità Rieqed u l-attività tkun limitata għal dawk l-applikazzjonijiet bażiċi li s-sistema operatora tagħti bidu għalihom skont kif ġiet pprogrammata; “Pinattiv” tirrappreżenta l-istat ta’ enerġija ta’ inattività f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II; |
6. |
“Memorja interna addizzjonali” tfisser kwalunkwe mezz ta’ ħżin, inklużi d-diski riġidi interni (HDD) jew diska bi stat solidu (“SSD”) u hard drives ibridi inklużi ġo kompjuter lil hinn mill-ewwel diska; |
7. |
“Tjuner tat-televixin” tfisser komponent intern diskret li jippermetti li kompjuter jirċievi sinjali tat-televixin; |
8. |
“Kard awdjo” tfisser komponent intern diskret li jipproċessa d-dħul tas-sinjali tal-awdjo fil-kompjuter u l-ħruġ tagħhom minn ġol-kompjuter; |
9. |
“Avveniment ta’ attivazzjoni” tfisser avveniment jew stimolu minn utent, skedat jew estern li jġiegħel lill-kompjuter jaqleb minn modalità Rieqed jew modalità Mitfi għal modalità Attiv ta’ operazzjoni. Avveniment ta’ attivazzjoni jinkludi, iżda mhuwiex limitat, għall-avvenimenti li ġejjin:
|
10. |
“Modalità Attiv” tfisser l-istat li fih il-kompjuter qed iwettaq xogħol utli bħala rispons għal (a) dħul ta’ dejta preċedenti jew simultanju mill-utent jew (b) struzzjoni preċedenti jew simultanja trażmessa bin-netwerk. Dan l-istat jinkludi proċessar attiv, it-tiftix tad-dejta maħżuna, mill-memorja jew mill-cache, inkluż il-ħin tal-istat inattiv waqt l-istennija għal iktar dħul ta’ dejta mill-utent u qabel id-dħul fil-modalitajiet ta’ livell baxx ta’ enerġija. |
11. |
“Wake On LAN (WOL)” tfisser funzjonalità li tippermetti li kompjuter jgħaddi minn modalità Rieqed għal modalità Mitfi (jew modalità oħra simili ta’ livell baxx ta’ enerġija) meta jiġi mitlub jagħmel hekk min-netwerk permezz tal-Ethernet; |
12. |
“UMA” tfisser memorja b’aċċess uniformi; |
13. |
“Wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi l-arloġġi. |
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn u l-kalendarju
1. ETEC |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompjuter desktop u kompjuter desktop integrat |
1.1. Mill-1 ta’ Lulju 2014
1.2. Mill-1 ta’ Jannar 2016
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Notebook |
1.3. Mill-1 ta’ Lulju 2014
1.4. Mill-1 ta’ Jannar 2016
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. MODALITÀ RIEQED |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook |
2. Mill-1 ta’ Lulju 2014
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. STAT TA’ ENERĠIJA L-AKTAR BAXX |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook |
3. Mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. MODALITÀ MITFI |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook |
4. Mill-1 ta’ Lulju 2014
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. EFFIKAĊJA TAL-PROVVISTA ELETTRIKA INTERNA |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompjuter Desktop, kompjuter desktop integrat, terminals ħfief desktop, stazzjon tax-xogħol u server fuq skala żgħira |
5.1. Mill-1 ta’ Lulju 2014 Il-provvisti tal-elettriku interni kollha tal-kompjuter għandhom jiffunzjonaw f’livell inqas minn:
Il-provvisti tal-enerġija interni li għandhom potenza nominali tal-output massima ta’ inqas minn 75 W huma eżentati mir-rekwiżit tal-fattur tal-enerġija. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Servers informatiċi |
5.2. Mill-1 ta’ Lulju 2014
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. ATTIVAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-ENERĠIJA |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook |
6.1. Mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Il-kompjuter għandu joffri funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili li, meta l-kompjuter ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni prinċipali jew meta prodotti oħra li jużaw l-enerġija mhumiex dipendenti fuq il-funzjoni tiegħu, tpoġġi lill-kompjuter b’mod awtomatiku f’modalità ta’ enerġija li għandha rekwiżiti ta’ domanda għall-enerġija inqas mir-rekwiżit tad-domanda għall-enerġija applikabbli għal modalità Rieqed. 6.2. Mill-1 ta’ Lulju 2014
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7. INFORMAZZJONI LI TRID TINGĦATA MILL-MANIFATTURI |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook |
7.1. Mill-1 ta’ Lulju 2014
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Notebook |
7.2. Mill-1 ta’ Lulju 2014 Jekk notebook jitħaddem bil-batterija jew batteriji li ma hemmx aċċess għalihom u ma jistgħux jiġu sostitwiti minn utent mhux professjonali, flimkien mal-informazzjoni speċifikata fil-punt 7.1, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu, u jagħmlu disponibbli fuq websajts b’aċċess liberu u fuq l-imballaġġ estern tal-kompjuter notebook, l-informazzjoni li ġejja “Il-batterija/batteriji f’dan il-prodott ma tistax/jistgħux tiġi/jiġu sostitwita/i mill-utenti stess”. L-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett estern tan-notebook għandha tkun viżibbli u leġġibbli b’mod ċar u għandha tiġi fornita fil-lingwi uffiċjali kollha tal-pajjiż fejn il-prodott huwa kummerċjalizzat. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stazzjoni tax-xogħol, stazzjon tax-xogħol mobbli, terminals ħfief desktop, server fuq skala żgħira u server informatiku |
7.3. Mill-1 ta’ Lulju 2014
|
ANNESS III
Proċedura ta’ kejl u verifika għas-sorveljanza tas-suq
1. IL-KEJL
Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru permezz ta’ standards armonizzati li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew bl-użu ta’ metodi oħra affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, u li jipproduċu riżultati li jitqies li għandhom livell baxx ta’ inċertezza.
Kompjuters li jitqiegħdu fis-suq mingħajr sistema operatorja kapaċi li tappoġġja sistema ta’ Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI) jew simili, għandhom jiġu ttestjati b’sistema operatorja li tappoġġja l-ACPI (jew sistema simili).
2. PROĊEDURA TA’ VERIFIKAZZJONI
Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
ETEC, il-modalità Rieqed, il-modalità Mitfi, l-istat ta’ enerġija l-aktar baxx:
2.1. |
Għal rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija akbar minn 1,00 W, jew fejn ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija fformulati fit-TEC jirriżultaw f’rekwiżit tad-domanda għall-enerġija akbar minn 1,00 W f’tal-inqas modalità għall-enerġija waħda, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda kif ġej: Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, u 2.3 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’iktar minn 7 %. Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 2.2 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’aktar minn 7 %. Kwota addizzjonali kif stabbilit fil-punt 2.4 tal-Anness II tista’ tiġi miżjuda mar-riżultati tat-test jekk il-konfigurazzjoni mudell titqiegħed fis-suq b’funzjonalità WOL attivata f’modalità Rieqed. Il-konfigurazzjoni mudell għandhom jiġu ttestjati bil-funzjonalità WOL kemm attivata kif ukoll diżattivata u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti. Il-konfigurazzjoni mudell li titqiegħed fis-suq mingħajr il-kapaċità Ethernet għandha tiġi ttestjata mingħajr il-WOL attivat. Jekk ir-riżultati tat-test imsemmija hawn fuq ma jintlaħqux, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess konfigurazzjoni mudell. Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell u konfigurazzjoni, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 2.2 u 2.3 tal-Anness II jekk il-medja tar-riżultati tat-test tal-aħħar tliet unitajiet għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’aktar minn 7 %. Jekk ma jinkisbux ir-riżultati tat-test imsemmi hawn fuq, il-konfigurazzjoni mudell u l-mudelli kollha li huma koperti mill-istess informazzjoni tal-prodott (kif imsemmi fil-punti 7.1.2 u 7.3.2 tal-Anness II) għandhom jitqiesu mhux konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 2.2, u 2.3 tal-Anness II. |
2.2. |
Għal rekwiżiti tad-domanda tal-enerġija ta’ 1,00 W jew inqas, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità unika waħda kif ġej: Il-konfigurazzjoni mudell titqies li hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-punt 3.1 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’iktar minn 0,10 W. Tista’ tiżdied kwota addizzjonali kif stipulat fil-punt 3.3 tal-Anness II mar-riżultati tat-test jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fuq is-suq b’“wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus”. Il-konfigurazzjoni mudell titqies li hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-punt 4.1 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’iktar minn 0,10 W. Tista’ tiżdied kwota addizzjonali kif stipulat fil-punt 4.3 tal-Anness II mar-riżultati tat-test jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fuq is-suq b’funzjonalità WOL attivat f’modalità Mitfi. Il-konfigurazzjoni mudell għanda tiġi ttestjata bil-funzjonalità WOL kemm attivat kif ukoll diżattivat u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti. Il-konfigurazzjoni mudell li titqiegħed fis-suq mingħajr il-kapaċità Ethernet għandha tiġi ttestjata mingħajr il-WOL attivat. Jekk ma jinkisbux ir-riżultati tat-test imsemmija hawn fuq, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess konfigurazzjoni mudell. Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell u konfigurazzjoni, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 3.1 u 4.1 tal-Anness II jekk il-medja tar-riżultati tat-test tal-aħħar tliet unitajiet għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’aktar minn 0,10 W. Jekk ma jinkisbux ir-riżultati tat-test imsemmi hawn fuq, il-konfigurazzjoni mudell u l-mudelli kollha li huma koperti mill-istess informazzjoni tal-prodott (kif imsemmi fil-punti 7.1.2 u 7.3.2 tal-Anness II) għandhom jitqiesu mhux konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 3.1 u 4.1 tal-Anness II. |
Effikaċja tal-provvista elettrika interna
2.3. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II jekk:
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija hawn fuq, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet tal-istess mudell. Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell, il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II jekk:
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija hawn fuq, il-konfigurazzjoni mudell u l-mudelli kollha koperti mill-istess informazzjoni tal-prodott (kif imsemmi fil-punti 7.1.2 u 7.3.2 tal-Anness II) għandhom jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II. |
Attivazzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija
2.4. |
Għar-rekwiżiti stipulati fil-punt 6.1 tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura applikabbli biex ikejlu d-domanda għall-enerġija wara li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tkun bidlet il-modalità tal-enerġija tat-tagħmir fil-modalità tal-enerġija applikabbli. |
2.5. |
Għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.2.1 sa 6.2.6 tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda biss kif ġej: Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.1 jekk l-veloċità ta’ kwalunkwe link tan-netwerk tal-Ethernet ta’ 1 Gigabit fis-sekonda (GB/s) attiv huwa mnaqqas meta kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat jew kompjuter notebook jgħaddi għal modalità Mitfi jew modalità off-with-WOL. Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.2 jekk kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat jew kompjuter notebook isir totalment utilizzabbli, inkluż il-wiri fuq kwalunkwe unità tal-wiri konnessa, fi żmien 5 sekondi wara avveniment ta’ attivazzjoni li jinbeda matul il-modalità Rieqed. Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.3 jekk unità tal-wiri mqabbda ma’ kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat jew kompjuter notebook jidħol fil-modalità Rieqed fi żmien 10 minuti ta’ inattività mill-utent. Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.4 jekk funzjonalità WOL għal modalità Rieqed jew Mitfi tista’ tiġi attivata jew diżattivata. Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.5 jekk kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat jew kompjuter notebook jidħol fil-modalità Rieqed fi żmien 30 minuta ta’ inattività mill-utent. Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.6 jekk l-utenti jkunu jistgħu faċilment jattivaw u jiddiżattivaw kull konnessjoni ta’ netwerk mingħajr fili u l-utenti jingħataw indikazzjoni ċara b’simbolu, ħafif jew ekwivalenti, meta l-konnessjoni(jiet) tan-netwerk mingħajr fili tkun/jkunu ġiet/ġew attivata/i jew diżattivata/i. Jekk ma jinkisbux ir-riżultati tat-test imsemmija hawn fuq, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess konfigurazzjoni mudell. Wara li jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell u konfigurazzjoni, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 6.2.1 sa 6.2.6 tal-Anness II jekk it-tliet unitajiet addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti. Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija hawn fuq, il-konfigurazzjoni mudell u l-mudelli kollha koperti mill-istess informazzjoni tal-prodott (kif imsemmi fil-punti 7.1.2 u 7.3.2 tal-Anness II) għandhom jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 6.2.1 sa 6.2.6 tal-Anness II. It-tolleranzi ta’ verifika definiti f’dan l-Anness jirrelataw biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur bħala tolleranza permessa fuq il-valuri fid-dokumentazzjoni teknika biex jiksbu l-konformità mar-rekwiżiti. Il-valuri ddikjarati ma għandhomx ikunu aktar favoraveoli għall-manifattur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika. |
ANNESS IV
Punti ta’ riferiment indikattivi
Il-punti ta’ riferiment indikattivi li ġejjin huma identifikati għall-finijiet tal-punt 2 tal-Parti 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.
Jirreferu għall-aqwa teknoloġija disponibbli fiż-żmien tat-tfassil ta’ dan ir-Regolament.
L-aqwa prestazzjoni attwali għall-kompjuters fis-suq hija:
— |
ETEC tvarja skont il-karegorija — ara t-tabella hawn taħt, |
— |
Modalità Rieqed 0,4 W, |
— |
Modalità Mitfi 0,0 W. |
Tabella
l-aqwa prestazzjoni attwali ETEC
|
ETEC (kWh/sena) (1) |
|
Kompjuter desktop u kompjuter desktop integrat |
Kategorija A |
33,4 |
Kategorija B |
28,7 |
|
Kategorija C |
75,8 |
|
Kategorija D |
63,5 |
|
Kompjuter notebook |
Kategorija A |
10,9 |
Kategorija B |
18,1 |
|
Kategorija C |
26,3 |
(1) L-aktar dejta riċenti fl-20 ta’ Marzu 2012.
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 618/2013
tas-26 ta’ Ġunju 2013
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli rigward il-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet tal-għalf u l-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu (“l-elenku”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-elenku għandu jiġi rivedut regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li tal-inqas jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu. |
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti li jinvolvu l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel, is-sejbiet tal-missjonijiet f’pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux tal-annimali sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-elenku għandu jiġi emendat. |
(4) |
B’mod partikolari, għal konsenji ta’ fażola mnixxfa min-Niġerja, is-sorsi relevanti ta’ tagħrif jindikaw l-emerġenza ta’ riskji ġodda li jitolbu l-introduzzjoni ta’ livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant fl-elenku għandha tiddaħħal annotazzjoni rigward dawn il-konsenji. |
(5) |
l-elenku għandu jiġi emendat ukoll billi tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-prodotti, li għalihom l-istess sorsi ta’ informazzjoni juru livell ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, li jiġġustifika ż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. L-entrata dwar il-Brassica oleracea miċ-Ċina fl-elenku għandha għaldaqstant tiġi emendata. |
(6) |
Bl-istess mod, l-elenku għandu jiġi emendat bit-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti li għalihom l-informazzjoni tindika grad ġenerali ta’ titjib fil-grad ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u li għalihom il-livell kurrenti ta’ kontroll uffiċjali ma għadux ġustifikat. L-entrata fl-elenku dwar il-ħxejjex Brassica mit-Tajlandja għandha għaldaqstant tiġi emendata. |
(7) |
Barra minn dan, l-elenku għandu jkun emendat bit-tħassir tal-entrati għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika grad ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ sikurezza stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom, għaldaqstant, ma għadux iġġustifikat livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali. L-entrati fl-elenku dwar il-karawett mill-Afrika t’Isfel u r-rummien mill-Eġittu għandhom għaldaqstant jiġu emendati. |
(8) |
Għall-interess taċ-ċarezza, huwa meħtieġ li l-elenku tar-residwi tal-pestiċidi fin-noti tal-aħħar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat biex jiġu żgurat li jkunu konsistenti mad-definizzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq l-ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
(9) |
Biex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
Għalf u ikel (użu intenzjonat) |
Il-kodiċi NM (1) |
Subdiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli) |
0806 20 |
|
L-Afganistan (AF) |
Okratossina A |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Ġellewż (fil-qoxra jew le) |
0802 21 00 ; 0802 22 00 |
|
L-Azerbajġan (AZ) |
Aflatossini |
10 |
||||
(Għalf u Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Dulliegħ |
0807 11 00 |
|
Il-Brażil (BR) |
Salmonella |
10 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
Il-Brażil (BR) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||||
(Għalf u Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Frawli (friżati) |
0811 10 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
Norovajrus u epatite A |
5 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, il-‘Brokkoli Ċiniż’) (2) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3) |
20 |
||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|
|
|
||||
Taljarini Mnixxfa |
ex 1902 11 00 ; ex 1902 19 10 ; ex 1902 19 90 ; ex 1902 20 10 ; ex 1902 20 30 ; ex 1902 20 91 ; ex 1902 20 99 ; ex 1902 30 10 ; ex 1902 30 10 |
10 10 10 10 10 10 10 10 91 |
Iċ-Ċina (CN) |
Aluminju |
10 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Pomelo |
ex 0805 40 00 |
31 ; 39 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4) |
20 |
||||
(Ikel — frisk) |
|
|
|
|
|
||||
Te, bit-togħma u mingħajr |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed(5) (5) |
10 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
72 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6) |
10 |
||||
|
|
70 70 |
|
|
|
||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
10 10 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6) |
20 |
||||
|
|
20 |
|
|
|
||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat) |
|
20 |
|
|
|
||||
|
|
|
L-Eġittu (EG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7) |
10 |
||||
|
|
|
|
|
|
||||
(Ikel frott frisk) |
|
|
|
|
|
||||
Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.) |
0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; |
20 |
L-Eġittu (EG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8) |
10 |
||||
(Ikel — frisk, imkessaħ jew friżat) |
0710 80 51 ; ex 0710 80 59 |
20 |
|
|
|
||||
|
|
|
L-Indja (IN) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
10 |
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|
||||
(Ikel - ħwawar imnixxfin) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
L-Indoneżja (ID) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|
|
|
|
||||
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
40 |
Il-Kenja (KE) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9) |
10 |
||||
|
|
40 |
|
|
|
||||
(Ikel — frisk u mkessaħ) |
|
|
|
|
|
||||
Nagħniegħ |
ex 1211 90 86 |
30 |
Il-Marokk (MA) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (10) |
10 |
||||
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|
|
|
|
||||
Fażola mnixxfa |
0713 39 00 |
|
In-Niġerja (NG) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (11) |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Żerriegħa tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti minnha |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Is-Sjerra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12) |
10 |
||||
(Ikel — frisk) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
72 |
It-Tajlandja (TH) |
Salmonella (13) |
10 |
||||
|
|
20 |
|
|
|
||||
|
|
30 |
|
|
|
||||
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
72 |
It-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14) |
10 |
||||
|
|
20 |
|
|
|
||||
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|
|
|
|
||||
Ħxejjex tal-ġeneru Brassica |
0704 ; |
|
It-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14) |
10 |
||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat) |
ex 0710 80 95 |
76 |
|
|
|
||||
|
|
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14) |
20 |
||||
|
|
72 |
|
|
|
||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (15) |
10 |
||||
|
|
|
|
|
|
||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat) |
|
|
|
|
|
||||
Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli) |
0806 20 |
|
l-Użbekistan (UZ) |
Okratossina A |
50 |
||||
(Ikel) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16) |
20 |
||||
|
|
20 |
|
|
|
||||
|
|
30 |
|
|
|
||||
|
|
40 |
|
|
|
||||
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski) |
|
|
|
|
|
||||
|
|
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16) |
20 |
||||
|
|
20 |
|
|
|
||||
(Ikel — frisk) |
|
|
|
|
|
(1) Fejn huwa meħtieġ li jkunu eżaminati ċerti prodotti biss li jaqgħu taħt xi kodiċi NM u ma teżisti l-ebda subdiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM huwa mmarkat ‘ex’.
(2) Speċijiet ta’ Brassica oleracea L. convar. botrytis (L) Alef var. italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufin ukoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.
(3) B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorfenapir, Fipronil (is-somma fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażm), Aċetamiprid, Dimetomorf and Propikonażol.
(4) B’mod partikolari r-residwi ta’: Trijażofos, Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol), Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Fentoat, Metidatijon.
(5) B’mod partikolari r-residwi ta’: Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (somma ta’ isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Trijażofos; Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwent (is-somma ta’ isomeri)).
(6) B’mod partikolari r-residwi ta’: Amitraż (amitraż inklużi il-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (somma ta’ aldikarb, is-sulfossur tiegħu u s-sulfon tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espress bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Dijafentjuron, Dijażinon, Diklorvos, Dikofol (somma tal-isomeri p, p’ u o, p’), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (somma ta’ metijokarb and sulfossur tal-metijokarb u sulfon, espressa bħala metijokarb), Metomil and Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.
(7) B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrina (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomers)) Ċiprodinil, Dijażinon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludjossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċijalotrin, Metjokarb (somma ta’ metjokarb u sulfossur tal-metjokarb u sulfon, espress bħala metjokarb), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Pentoat, Tijofanat-metil.
(8) B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrin (ċipermetrin inklużi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (somma ta’ isomeri p, p’ u o,p’), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (somma ta’ prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.
(9) B’mod partikolari r-residwi ta’: Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dijafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.
(10) B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).
(11) B’mod partikolari r-residwi ta’:
(12) B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Trijażofos, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: is-somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idrokloru).
(13) Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(14) B’mod partikolari r-residwi ta’: Aċefat. Karbaril, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon),Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (somma ta’ isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol) Trijażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.
(15) B’mod partikolari r-residwi ta’: Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Dijafentjuron, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressi bħala formetanat(idroklorur), Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.
(16) B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbenażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Profenofos, Permetrina (somma ta’ isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta’ fipronil + metabolita tas-sulfon(MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol.”
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/43 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 619/2013
tas-26 ta’ Ġunju 2013
li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera ta' Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta u Spanja jew li huma rreġistrati hemmhekk u li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2) jistipula l-ammont ta’ tonn li jista’ jsir sajd għalih fl-2013 fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti tas-sajd u tan-nases tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (3), jeħtieġ li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kwota individwali allokata lill-bastimenti tagħhom b’tul ta’ iktar minn 24 metru. Għall-bastimenti tal-qbid li huma inqas minn 24 metru u għan-nases, l-Istati Membri jridu minn tal-inqas jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kwota allokata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-gruppi ta’ bastimenti bi rkaptu simili. |
(3) |
Il-Politika Komuni tas-Sajd hija mfassla b’tali mod li tiżgura l-viabbiltà fit-tul tas-settur tas-sajd permezz tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin abbażi tal-approċċ ta’ prekawzjoni. |
(4) |
Skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1224/2009, fejn il-Kummissjoni ssib li, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri u ta’ tagħrif rilevanti ieħor fil-pussess tagħha, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Unjoni Ewropea, għal Stat Membru jew għal grupp ta’ Stati Membri jitqiesu li ntużaw kollha għal irkaptu wieħed jew iktar jew għal flotta waħda jew aktar, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) dwar dan u għandha tipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għaż-żona, għall-irkaptu, għall-istokk, għall-grupp ta' stokkijiet jew għall-flotta rispettivi involuti f’dawk l-attivitajiet tas-sajd speċifiċi. |
(5) |
Mit-tagħrif li għandha l-Kummissjoni jidher li l-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran allokati lill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine u li jtajru l-bandiera ta' Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta u Spanja jew li huma rreġistrati hemmhekk intużaw għal kollox. |
(6) |
Fit-3, il-5, it-8 u s-17 ta’ Ġunju, Franza għarrfet lill-Kummissjoni bil-fatt li kienet imponiet waqfien tal-attivitajiet tas-sajd tas-17-il bastiment tas-sajd bil-purse seine tagħha attivi fis-sajd għat-tonn fl-2013, b’effett mit-3 ta’ Ġunju għal 10 bastimenti, b’effett mill-5 ta’ Ġunju għal erba' bastimenti, b’effett mit-8 ta’ Ġunju għal żewġ bastimenti u b'effett mis-17 ta' Ġunju għall-bastiment li kien baqa’ u b’hekk kien hemm projbizzjoni tal-attivitajiet kollha mis-17 ta’ Ġunju 2013 fi 17:22. |
(7) |
Fit-3 ta’ Ġunju, il-Greċja għarrfet lill-Kummissjoni bil-fatt li kienet imponiet waqfien tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment tas-sajd bil-purse seine tagħha attiv fis-sajd għat-tonn fl-2013 b'effett mit-3 ta' Ġunju 2013 fi 8:00. |
(8) |
Fit-13 ta’ Ġunju, l-Italja għarrfet lill-Kummissjoni bil-fatt li kienet imponiet waqfien tal-attivitajiet tas-sajd tat-12-il bastiment tas-sajd bil-purse seine tagħha attivi fis-sajd għat-tonn fl-2013, b’effett mill-5 ta’ Ġunju għal erba' bastimenti, b'effett mis-6 ta' Ġunju għal erba' bastimenti, b’effett mid-9 ta’ Ġunju għal tliet bastimenti u b’effett mit-13 ta’ Ġunju għall-bastiment li kien baqa’ u b’hekk kien hemm projbizzjoni tal-attivitajiet kollha mit-13 ta’ Ġunju 2013 fi 15:27. |
(9) |
Fit-8 ta’ Ġunju, Malta għarrfet lill-Kummissjoni bil-fatt li kienet imponiet waqfien tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment tas-sajd bil-purse seine tagħha attiv fis-sajd għat-tonn fl-2013 b'effett mit-8 ta' Ġunju 2013 fi 21:56. |
(10) |
Fit-3 u fis-17 ta’ Ġunju, Spanja infurmat lill-Kummissjoni dwar il-fatt li kienet imponiet waqfien tal-attivitajiet tas-sajd tas-sitt bastimenti tas-sajd bil-purse seine tagħha attivi fis-sajd għat-tonn fl-2013, b’effett mit-3 ta’ Ġunju għal ħames bastimenti u b'effett mis-17 ta' Ġunju għall-bastiment li kien baqa' u b'hekk kien hemm projbizzjoni tal-attivitajiet kollha mis-17 ta’ Ġunju 2013 fi 00:00. |
(11) |
Mingħajr ħsara għall-azzjonijiet minn Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta u Spanja msemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tikkonferma l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran, minn bastimenti tas-sajd bil-purse seine u li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri tal-UE kkonċernati jew li huma rreġistrati fihom b’effett mhux aktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2013 fi 17:22 għal Franza, b’effett mit-3 ta’ Ġunju 2013 fi 8:00 għall-Greċja, b’effett mhux aktar tard mit-13 ta’ Ġunju 2013 fi 15:27 għall-Italja, b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2013 fi 21:56 għal Malta u b’effett mhux aktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2013 fi 00: 00 għal Spanja. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera ta' Franza jew li huma rreġistrati hemmhekk għandu jiġi pprojbit mhux aktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2013 fi 17:22.
It-tonn maqbud minn dawk il-bastimenti minn dik id-data 'l quddiem ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi ttrażbordat, ittrasferit jew jiġi żbarkat.
Artikolu 2
Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera tal-Greċja jew li huma rreġistrati hemmhekk għandu jiġi pprojbit mit-3 ta’ Ġunju 2013 fi 08:00.
It-tonn maqbud minn dawk il-bastimenti minn dik id-data 'l quddiem ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi ttrażbordat, ittrasferit jew jiġi żbarkat.
Artikolu 3
Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati hemmhekk għandu jiġi pprojbit mhux aktar tard mit-13 ta’ Ġunju 2013 fi 15:27.
It-tonn maqbud minn dawk il-bastimenti minn dik id-data 'l quddiem ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi ttrażbordat, ittrasferit jew jiġi żbarkat.
Artikolu 4
Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera ta' Malta jew li huma rreġistrati hemmhekk għandu jiġi pprojbit mit-8 ta’ Ġunju 2013 fi 21:56.
It-tonn maqbud minn dawk il-bastimenti minn dik id-data 'l quddiem ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi ttrażbordat, ittrasferit jew jiġi żbarkat.
Artikolu 5
Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine li jtajru l-bandiera ta' Spanja jew li huma rreġistrati hemmhekk għandu jiġi pprojbit mhux aktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2013 fi 00:00.
It-tonn maqbud minn dawk il-bastimenti minn dik id-data 'l quddiem ma għandux jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi ttrażbordat, ittrasferit jew jiġi żbarkat.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/45 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 620/2013
tas-26 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
49,2 |
TR |
98,7 |
|
ZZ |
74,0 |
|
0707 00 05 |
MK |
29,3 |
TR |
116,3 |
|
ZZ |
72,8 |
|
0709 93 10 |
MA |
102,6 |
TR |
127,4 |
|
ZZ |
115,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
86,5 |
BR |
96,4 |
|
TR |
78,7 |
|
ZA |
99,9 |
|
ZZ |
90,4 |
|
0808 10 80 |
AR |
167,5 |
BR |
116,6 |
|
CL |
130,8 |
|
CN |
105,7 |
|
NZ |
144,4 |
|
US |
156,1 |
|
ZA |
128,3 |
|
ZZ |
135,6 |
|
0809 10 00 |
IL |
342,4 |
TR |
218,5 |
|
ZZ |
280,5 |
|
0809 29 00 |
TR |
335,5 |
ZZ |
335,5 |
|
0809 30 |
TR |
179,1 |
ZZ |
179,1 |
|
0809 40 05 |
CL |
216,9 |
IL |
308,9 |
|
ZA |
377,9 |
|
ZZ |
301,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta' Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
(2013/323/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu.
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fuq talba mill-Portugall, il-Kunsill tah assistenza finanzjarja fis-17 ta' Mejju 2011 (Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE (2)) b'appoġġ għal programm ta' riforma ekonomiku u finanzjarju qawwi ("Programm") bil-għan li terġa' tinkiseb il-fiduċja, li l-ekonomija terġa' lura lejn tkabbir sostenibbli, u li tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fil-Portugall, fiż-żona tal-euro u l-Unjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 3(10) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u f'kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), wettqet is-seba' analiżi tal-progress tal-awtoritajiet Portugiżi dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri mifthiema skont il-Programm bejn il-25 ta' Frar u l-14 ta' Marzu. Sussegwentement, bejn l-14 u s-17 ta’ April 2013 u bejn it-8 u l-11 ta’ Mejju 2013, twettqet valutazzjoni addizzjonali ta’ xi miżuri fiskali. |
(3) |
Estensjoni tal-maturità medja massima tas-self tal-Unjoni tkun ta’ benefiċċju minħabba li din tkun tappoġġa l-isforzi tal-Portugall biex tikseb aċċess sħiħ għas-suq u toħroġ b’suċċess mill-Programm. Sabiex jittieħed benefiċċju sħiħ mill-estensjoni tal-maturità medja massima tas-self tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata testendi l-maturità ta’ pagamenti u porzjonijiet. |
(4) |
Il-prodott domestiku gross (PDG) reali naqas bi 3,2 % fl-2012 wara tnaqqis kbir mhux mistenni ta’ attività ekonomika u impjiegi fl-aħħar kwart tas-sena. Dawn l-iżviluppi kienu jeħtieġu reviżjoni 'l isfel tal-perspettivi ekonomiċi: il-PDG reali issa huwa mistenni li jiċkien bi 2,3 % fl-2013 minħabba trasferiment aktar negattiv mill-2012, tnaqqis iktar qawwi fil-konsum domestiku fuq wara ta’ qgħad ogħla milli kien antiċipat u tbassir dgħajjef għad-domanda esterna. L-irkupru ekonomiku huwa wkoll previst li jkun aktar baxx minn dak li kien mistenni preċedentement bil-PDG reali mbassar li jaqa’ fit-tieni nofs tas-sena u li jikber fl-2014 b’rata medja annwali ta’ 0,6 %. It-tkabbir reali tal-PDG fl-2015 huwa mistenni li jilħaq 1,5 %. Ir-rata tal-qgħad hija mistennija li tkun l-ogħla ta' 18 ½ % tal-forza tax-xogħol fl-2014. |
(5) |
Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika laħaq 6,4 % tal-PDG fl-2012, li huwa ogħla mill-mira tal-Programm ta’ 5 % tal-PDG. L-iżbilanċ nominali kien affettwat minn għadd kbir ta’ operazzjonijiet ta’ darba, li l-impatt baġitarju tagħhom ma kienx magħruf fir-reviżjoni preċedenti. L-operazzjonijiet jinkludu injezzjoni ta' kapital fil-bank tal-Istat CGD (0,5 % tal-PDG), il-bdil tar-rotta mill-Gvern permezz tal-konverżjoni f’ekwità ta’ self mill-azzjonisti ta’ Parpública għal SAGESTAMO, żewġ kumpaniji barra l-perimetru ġenerali tal-gvern (0,5 % tal-PDG), u diffikultajiet assoċjati mat-trasferiment ta’ assi mill-BPN (0,1 % tal-PDG). Barra minn hekk, wara l-parir mill-Eurostat id-dħul mill-bejgħ ta’ konċessjoni għall-operat tal-ajruporti ewlenin fil-Portugall ġie ttrattat bħala irtirar tal-ekwità u għaldaqstant ma jolqotx il-bilanċ ġenerali tal-Gvern, għall-kuntrarju ta’ dak li l-Gvern kien ippreveda fil-baġit (0,7 % tal-PDG). Minbarra l-impatt ta’ dawn l-fatturi ta’ darba mill-bilanċ nominali, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern kien ikun jammonta għal 4,7 % tal-PDG, taħt il-mira. Il-limitazzjoni tad-defiċit għal dan il-livell kien ta’ sfida minħabba l-prestazzjoni baxxa tad-dħul xprunata li mil-lat makroekonomiku kellu jiġi kkumpensat b’iffrankar akbar milli kien ibbaġitjat, b’mod partikolari fil-kont tal-pagi pubbliċi, konsum intermedju u approprjazzjonijiet għal proġetti ġodda ta’ investiment |
(6) |
B’mod ġenerali, l-isforz fiskali fl-2012, imkejjel bit-titjib fil-bilanċ strutturali, laħaq 2,4 % tal-PDG, u huwa konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2012 bil-ħsieb li ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern fil-Portugall. It-titjib fil-bilanċ strutturali ewlieni kien saħansitra ogħla, b’2,7 % tal-PDG. |
(7) |
Wara żviluppi fl-2012, il-bażi baġitarja l-ġdida tal-2013 tassumi li t-tnaqqis fid-dħul u ż-żieda fit-trasferiment soċjali in natura huma trasferiti ‘l quddiem billi parti kbira tal-iffrankar fl-infiq fl-aħħar kwart tal-2012 huma kkunsidrati mhux permanenti, li jwassal għal trasferiment negattiv ta’ madwar 0,4 % tal-PDG fl-2013. Barra minn hekk, id-deterjorazzjoni sinifikanti fil-perspettiva makroekonomika fl-2013 naqqset il-bażi baġitarja b'0,5 % tal-PDG. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, il-miri baġitarji perijodkif speċifikat fil-ħames reviżjoni tal-programm (4,5 % tal-PDG fl-2013 u 2,5 % tal-PDG fl-2014) m’għadhomx vijabbli. Billi d-devjazzjoni hija vvalutata bħala li hija essenzjalment lil hinn mill-kontroll tal-Gvern, reviżjoni tal-aġġustament baġitarju tidher xierqa. |
(8) |
Il-miri tad-defiċit għalhekk ġew aġġustati għal 5,5 % tal-PDG fl-2013, 4,0 % tal-PDG fl-2014 u 2,5 % tal-PDG fl-2015. Din id-direzzjoni fiskali ġiet ikkalibrata mill-ġdid sabiex jinżamm aġġustament primarju strutturali ta’ kważi 9 % matul il-perijodu 2011-2015, filwaqt li jippermetti t-tħaddim tal-istabbilizzaturi awtomatiċi u filwaqt li jitqiesu l-finanzjament u r-restrizzjonijiet tad-debitu kif ukoll l-ispejjeż soċjali tal-aġġustament. Anke taħt il-miri riveduti, ammont konsiderevoli ta’ miżuri ta’ konsolidazzjoni ta’ 3,5 % tal-PDG fl-2013 u 2 % tal-PDG fl-2014 se tkun meħtieġa. Sensiela ta’ miżuri stutturali ta’ nfiq u dħul jirfdu l-aġġustament previst matul il-perijodu tal-Programm. Il-proċess ta’ konsolidazzjoni huwa mistenni li jkompli lil hinn mill-perijodu tal-Programm sabiex l-iżbilanċ jinġieb b’mod ċar taħt il-limitu ta' 3 % sal-2015. |
(9) |
Il-liġi tal-baġit tal-2013 inkludiet miżuri diskrezzjonarji ta’ natura strutturali li jiswew ftit iktar minn 3 % tal-PDG, wara li jiġi kkunsidrat id-dħul mill-ġdid ta’ wieħed miż-żewġ pagamenti bonus għal impjegati pubbliċi u 1,1 drabi taż-żewġ pagamenti ta’ bonus għal pensjonanti li kienu nqatgħu fl-2012. Fil-5 ta’ April 2013, madankollu, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet kontra xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-baġit tal-2013, inkluż il-bqija tas-sehem maqtugħ ta’ pagament bonus wieħed għall-ħaddiema tal-gvern, 0,9 darbiet tal-ħlas bħala bonus għal pensjonanti u sovraimposta ġdida fuq il-benefiċċji tal-qgħad u l-liv tal-mard, li toħloq diskrepanza baġitarja ta’ 0,8 % tal-PDG. Biex jagħlaq din id-diskrepanza u biex isostni l-aġġustament fiskali meħtieġ fl-2014 u l-2015, il-Gvern adotta matul April u Mejju pakkett ta’ miżuri permanenti għat-tnaqqis tal-infiq b’rendiment kumulattiv ta’ EUR 4,7 biljun jew 2,8 % tal-PDG matul l-2013-2014, li minnhom miżuri tal-valur ta’ 0,8 % tal-PDG ikunu antiċipati fl-2013. Fl-2014, il-bilanċ bejn il-konsolidazzjoni bbażata fuq id-dħul u dik ibbażata fuq l-infiq ser jerġa' jiġi stabbilit. |
(10) |
Ukoll, bħala konsegwenza ta’ riintegrazzjoni sħiħa taż-żewġ pagamenti bonus għal ħaddiema tal-gvern u pensjonanti, żidiet fid-dħul jammontaw għal aktar minn żewġ terżi tal-isforz ta’ konsolidazzjoni fiskali ġenerali fl-2013 filwaqt li tnaqqis fl-infiq jammonta għal anqas minn terz, għall-kuntrarju tal-intenzjoni oriġinali tal-konsolidazzjoni li jiffokaw fuq l-infiq. |
(11) |
Fl-2013, miżuri ta’ dħul li jinkludu ristrutturar tat-taxxa fuq dħul personali; sovraimposta ta’ 3,5 % min-naħa ta’ dħul taxxabbli li jaqbeż il-paga minima; sovraimposta ta’ solidarjetà fuq l-ogħla livelli ta’ dħul; it-twessigħ tal-bażi tat-taxxa u bidliet oħra li jżidu d-dħul fit-tassazzjoni korporattiva; sisa ogħla fuq it-tabakk, l-alkoħol u l-gass naturali; twessigħ tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà wara r-rivalutazzjoni ta’ proprjetajiet u kontribuzzjoni straordinarja ta' solidarjetà għall-pensjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ sostenibbiltà relatata mat-tixjiħ. Fuq in-naħa tal-infiq, il-miżuri jipprevedu tnaqqis importanti fl-ispiża tal-pagi fis-settur pubbliku billi tiġi ottimizzata l-allokazzjoni ta’ riżorsi u dimensjonar mill-ġdid tal-forza tax-xogħol għas-settur pubbliku u billi jitnaqqsu pagamenti skaduti, benefiċċji supplimentari u kumpensi matul leave straordinarju. Miżuri oħra għat-tnaqqis tal-infiq jinkludu l-kontinwazzjoni ta’ sforzi ta’ razzjonalizzazzjoni fis-settur tas-saħħa; is-simplifikazzjoni ta’ benefiċċji soċjali u mmirar aħjar ta’ appoġġ soċjali; it-tnaqqis fil-konsum intermedju fil-ministeri relevanti; u iffrankar minn negozjar mill-ġdid ta’ kuntratti ta’ Sħubija Pubblika Privata (SPP) u minn aktar sforzi ta’ ristrutturar f’impriżi tal-istat. Xi tfaddil previst għandu jirriżulta minn antiċipazzjoni ta’ miżuri li ġew imfassla fil-qafas ta’ reviżjoni tal-infiq pubbliku. |
(12) |
Filwaqt li l-miżuri msemmija hawn fuq huma ta’ natura permanenti, il-Gvern se jadotta wkoll miżuri mhux permanenti inkluż, fost oħrajn permezz tat-trasferiment tar-riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni minn proġetti inqas maturi għal dawk aktar avvanzati, u tnaqqis ulterjuri fin-nefqa kapitali (programm Polis). |
(13) |
Minbarra l-miżuri ta’ konsolidazzjoni inklużi fil-baġit supplimentari, il-bidliet leġislattivi l-oħra kollha u l-proposti leġislattivi meħtieġa biex jiġu implimentati r-riformi marbuta mar- reviżjoni tal-infiq pubbliku se jiġu adottati mill-gvern jew sottomessi lill-Parlament, skont il-każ, qabel tmiem is-sessjoni leġislattiva f’nofs Lulju 2013. |
(14) |
Għall-2014, l-aġġustament fiskali se jipproċedi fuq il-bażi ta’ reviżjoni tal-infiq pubbliku fejn il-gvern impenja ruħu matul dawn l-aħħar xhur u jinkludi miżuri permanenti għat-tnaqqis tal-infiq ta’ 2 % tal-PDG fl-2014. L-impatt ewlieni għal kull miżura se jkun fuq tliet assi prinċipali: (1) it-tnaqqis tal-kont tal-pagi tas-settur pubbliku; (2) it-tnaqqis tal-benefiċċji tal-pensjoni; u (3) tnaqqis fl-infiq settorjali madwar il-Ministeri u programmi. Il-miżuri tar-reviżjoni tal-infiq pubbliku huma parti minn sforz mifrux biex jirriformaw l-istat bil-għan li tiżdied l-ekwità u l-effiċjenza fil-forniment ta’ trasferimenti soċjali u servizzi pubbliċi. It-tnaqqis fil-kont tal-pagi fl-2014 jimmira li jnaqqas id-daqs tal-forza tax-xogħol tas-settur pubbliku filwaqt li l-kompożizzjoni tiegħu ixxaqleb lejn impjegati b'ħiliet għoljin, l-allinjament tar-regoli dwar ix-xogħol tas-settur pubbliku ma’ dawk tas-settur privat u billi l-politika ta’ rimunerazzjoni ssir aktar trasparenti u msejsa fuq il-mertu. Riformi speċifiċi jinkludu t-trasformazzjoni ta’ skema ta’ mobilità speċjali għal programm ta' rikwalifikazzjoni, l-allinjament tas-sigħat ta' xogħol fis-settur pubbliku ma’ dawk fis-settur privat (jiġifieri jiżdiedu fil-ġimgħa tax-xogħol minn 35 sa 40 siegħa), introduzzjoni ta’ sistema ta’ sigħat flessibbli, it-tnaqqis ta' drittijiet ta’ vaganza, l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ sensji volontarji (li hija stmata li se tiġġenera spejjeż ta’ darba bil-quddiem ta’ madwar 0,3 % tal-PDG) u l-introduzzjoni ta’ skala waħdanija tal-paga u supplimenti. Riforma komprensiva tal-pensjonijiet għandha tiġġenera parti importanti oħra tat-tfaddil u se tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ ekwità u progressività ta' dħul, biex b’hekk jiġu protetti l-pensjonijiet l-aktar baxxi. Speċifikament, ir-riformi se jkollha l-għan li tnaqqas id-differenzi attwali bejn is-sistema tal-impjegati taċ-ċivil (CGA) u s-sistema ġenerali, iż-żieda tal-età statutorja tal-irtirar b’bidliet fil-fattur ta’ sostenibbiltà demografika u l-introduzzjoni — jekk ikun strettament meħtieġ — ta' kontribuzzjoni ta’ sostenibbiltà progressiva. Fl-aħħar nett, iffrankar fil-konsum intermedju u ta’ programmi fin-nefqa madwar il-Ministeri relevanti se tiġi intensifikata. |
(15) |
Fid-dawl ta’ riskji politiċi u legali fil-proċess ta’ implimentazzjoni, xi wħud mill-miżuri reviżjoni tal-infiq pubbliku jistgħu jiġu mibdula b’oħrajn ta’ daqs u kwalità ekwivalenti matul il-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ msieħba soċjali u politiċi. |
(16) |
Il-proċess ta' aġġustament baġitarju huwa appoġġjat minn sensiela ta' miżuri strutturali biex jitjieb il-kontroll fuq in-nefqa tal-gvern u jitjieb il-ġbir tad-dħul. B’mod partikolari, hija prevista riforma komprensiva tal-qafas baġitarju, inkluż fil-livell tal-gvern ċentrali, reġjonali u lokali, biex iġġibu konformi mal-aqwa prattiki fil-proċeduri u l-ġestjoni baġitarji. Il-Liġi Qafas dwar il-Baġit ġiet emendata biex tinkorpora l-qafas tal-Unjoni dwar il-governanza fiskali, billi r-rekwiżiti stabbiliti fit-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza jiġu trasposti fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja u fil-pakkett dwar il-governanza ekonomika magħrufa bħala s-"six-Pack". Is-sistema ġdida ta' kontroll tal-impenji qed turi riżultati iżda l-implimentazzjoni trid tiġi mmonitorjata mill-qrib biex jiġi żgurat li l-impenji huma konformi mal-finanzjament. Riformi fl-amministrazzjoni pubblika se jkomplu b'razzjonalizzazzjoni importanti tal-impjieg pubbliku u entitajiet pubbliċi. Progress fl-aġenda tar-riforma tal-amministrazzjoni tad-dħul tkompli u l-awtoritajiet qed itejbu l-monitoraġġ u jsaħħu l-konformità tad-dħul. In-negozjar mill-ġdid tal-Sħubiji Pubbliki Privati beda u iffrankar sinifikanti huwa pproġettat għall-2013 u wara. Impriżi tal-istat laħqu bilanċ operazzjonali fuq medja sa tmiem l-2012 u effiċjenza addizzjonali li jititxu riformi huma previsti biex ir-riżultati jkomplu jitjiebu. Riformi fis-settur tal-kura tas-saħħa qed jipproduċu ffrankar sinifikanti u l-implimentazzjoni qed tkompli b'mod ġeneralment konformi mal-miri. |
(17) |
Skont il-projezzjonijiet attwali tal-Kummissjoni għat-tkabbir tal-PDG nominali (-1,0 % fl-2013, 1,6 % fl-2014 u 3,3 % fl-2015) u d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ta' 5,5 % tal-PDG fl-2013, 4,0 % tal-PDG fl-2014 u 2,5 % tal-PDG fl-2015, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG huwa mistenni li jiżviluppa kif ġej: 122,9 % tal-PDG fl-2013, 124,2 % tal-PDG fl-2014 u 123,1 % tal-PDG fl-2015. Għalhekk, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG jitqiegħed fuq perkors 'l isfel wara l-2014, dejjem jekk ikun hemm progress ulterjuri fit-tnaqqis tad-defiċit. Id-dinamiċi tad-dejn huma affetwati minn diversi operazzjonijiet barra mill-baġit, inkluż akkwiżizzjonijiet imdaqqsa ta' assi finanzjarji, b'mod partikolari għall-possibbiltà tar-rikapitalizzazzjoni bankarja u l-finanzjament tal-impriżi tal-istat u d-differenzi bejn il-pagamenti ta' imgħax dovuti u mħallsa. |
(18) |
Fl-2012, l-eżerċizzju ta' żieda fil-kapital bankarju tlesta u ppermetta lill-banek li pparteċipaw biex jilħqu l-buffers ta' kapital regolatorju tal-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll il-mira tal-aħħar tas-sena għall-2012 ta' proporzjon ta' Livell 1 ta' 10 %, li ġiet sodisfatta sa nofs l-2012. Il-mira indikattiva ta’ self għal depożitu ta' 120 % sal-2014 x'aktarx se tintlaħaq billi xi banek diġà kienu taħt il-limitu f'dan l-istadju sal-aħħar tal-2012. L-isforzi biex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta' finanzjament għas-settur korporattiv qegħdin jissaħħu. L-ambitu biex tittejjeb u tkun regolata l-prestazzjoni ta’ linji ta’ kreditu eżistenti sponsorjati mill-gvern qed tiġi vvalutata. Il-pjanijiet ta’ rkupru tal-banek qed jiġu analizzati u pjanijiet ta’ riżoluzzjoni mħejjija. |
(19) |
Sar aktar progress fl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali għat-tisħiħ tat-tkabbir u l-kompetittività. Minbarra t-tisħiħ tal-istrateġiji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol, l-awtoritajiet adottaw riforma komprensiva tas-tas-suq tax-xogħol. Bil-ħsieb li tiġi promossa l-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi, il-qafas legali l-ġdid inaqqas il-pagamenti tat-terminazzjoni tal-impjieg, itaffi l-kundizzjoni ta’ sensji ġusti, iżid il-flessibilità tal-ħin tax-xogħol, ikabbar il-possibilitajiet għal negozjar fil-livell tal-kumpaniji u jirrevedi kif taħdem is-sistema tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-qgħad biex jiżdiedu l-inċentivi għal ritorn rapidu lejn ix-xogħol, filwaqt li jiġi ggarantit livell adegwat ta’ protezzjoni. L-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-iskejjel sekondarji u t-taħriġ vokazzjonali b'mod ġenerali qed tavvanza kif skedat. |
(20) |
L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (3) immirata biex jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul u tingħata spinta lill-kompetizzjoni u l-attività ekonomika billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal parteċipanti ġodda biex jidħlu fis-suq f’reġimi ekonomiċi differenti, għaddejja b'ritmu tajjeb. Qed titħejja liġi qafas sabiex jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali tal-funzjonament tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-aktar importanti, inklużi billi jingħataw indipendenza u awtonomija b'saħħithom għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament. Sar progress sinifikanti fit-traspożizzjoni tat-Tielet Pakkett tal-Enerġija u t-tnaqqis tad-dejn tat-tariffa tal-elettriku biex tiġi żgurata li s-sostenibbiltà tas-sistema hija kontinwa. Proċeduri ta’ ħruġ ta' liċenzji u piżijiet amministrattivi oħra wkoll qed jiġu ssimplifikati f’setturi ekonomiċi differenti bħalma huma l-ambjent u l-ippjanar territorjali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-industrija, it-turiżmu u l-ġeoloġija. |
(21) |
Riforma komprensiva tas-suq tal-kiri tad-djar daħlet fis-seħħ f’Novembru 2012 li għandha trendi s-suq tad-djar aktar dinamiku. Ir-riformi tas-sistema ġudizzjarja tkompli tavvanza skont l-iskeda miftiehma. Sar iktar progress fit-tnaqqis ta' każijiet pendenti u f'riformi usa’ bħar-riorganizzazzjoni ġeografika tad-distretti tal-qrati u r-riforma tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. |
(22) |
Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE għandha tiġi emendata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOONAN
(1) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.
(2) OJ L 159, 17.6.2011, p. 88.
(3) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 98/481/KE li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2013/324/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013. |
(3) |
Il-BĊE għażel lil Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017. |
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017. |
(5) |
Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/481/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 98/41/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 1
Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOONAN
(1) ĠU C 122, 27.4.2013, p. 1.
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Suomen Pankki
(2013/325/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom l-euro bħala munita tagħhom għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni ta' Suomen Pankki ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013. |
(3) |
Suomen Pankki għażlet lil PricewaterhouseCoopers Oy bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2013 sa 2019. |
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers Oy jinħatru bħala l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2013 sal-2019. |
(5) |
Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(11) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
"11. PricewaterhouseCoopers Oy huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta' Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2013 sal-2019.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum meta tiġi nnotifikata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOONAN
(2) ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta' Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Österreichische Nationalbank
(2013/326/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/8 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Österreichische Nationalbank (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Wara li saret emenda, il-Liġi dwar l-Österreichische Nationalbank issa jistipula illi l-Österreichische Nationalbank teleġġi awditur estern u awditur estern alternattiv ta’ kull sena minflok żewġ awdituri esterni u żewġ awdituri esterni alternattivi. L-awditur estern alternattiv jingħata l-mandat biss f’każ li l-awditur estern ma jistax iwettaq il-verifika. |
(3) |
Il-mandati tal-awdituri esterni u tal-awdituri esterni alternattivi tal-Österreichische Nationalbank intemmu wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ illi jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013. |
(4) |
L-Österreichische Nationalbank għażel lil KPMG Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs AG bħala l-awdituri esterni tiegħu u lil PwC Wirtschaftsprüfung GmbH bħala l-awdituri esterni alternattivi tiegħu għas-sena finanzjarja 2013. |
(5) |
Il-mandati tal-awdituri esterni u tal-awdituri esterni alternattivi jistgħu jiġġeddu fuq bażi annwali, f’kull każ għal perijodu totali ta' mhux aktar minn ħames snin. |
(6) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li KPMG Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs AG jinħatru bħala l-awdituri esterni u PwC Wirtschaftsprüfung GmbH bħala l-awdituri esterni alternattivi tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017. |
(7) |
Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(9) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:
"9 KPMG Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs AG huwa b'dan approvat bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew u PwC Wirtschaftsprüfung GmbH bħala l-awdituri esterni alternattivi tal-Österreichische Nationalbank għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
ll-President
M. NOONAN
(1) ĠU C 115, 23.4.2013, p. 1.
(2) ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 01 Volume 03 P. 65 - 66
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/57 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ġunju 2013
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li fih jew jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament li huma żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, jew ikel u għalf prodotti minn dawk l-organiżmi modifikati ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2013) 3873)
(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/327/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3), 11(3), 19(3) u 23(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ April 2007, Bayer CropScience AG ressqet talba lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 8(4) u 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-ikel eżistenti (żejt ipproċessat) u għalf prodott miż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3. |
(2) |
Fit-22 ta’ Settembru 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Ikkonkludiet li aktarx it-tkomplija fit-tqegħid fis-suq tal-ikel u l-għalf prodott miż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 kif deskritt fl-applikazzjoni mhu se jkollu l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tagħhom (2). |
(3) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2010, Bayer CropScience AG ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Belġju, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom jew jikkonsistu jew li huma prodotti miż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 bl-eċċezzjoni taż-żejt proċessat. |
(4) |
Skont l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, dik l-applikazzjoni tinkludi d-dejta u l-informazzjoni mitluba mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (3) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE. |
(5) |
Fid-26 ta’ Settembru 2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Hija kkonkludiet li ż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, kif deskritti fl-applikazzjoni, huma bla periklu daqs il-kontroparti tagħhom li mhumiex modifikati ġenetikament fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet li aktarx it-tkomplija fit-tqegħid fis-suq tal-ikel u l-għalf prodott miż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 kif deskritt fl-applikazzjoni ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tagħhom (4). |
(6) |
Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant, huwa konformi mal-użu maħsub għall-prodotti. |
(7) |
Fiż-żewġ opinjonijiet, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(8) |
L-użu ta’ għalf li fih jew li jikkonsisti fi żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3, Ms8 × Rf3 u prodotti minbarra ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minnhom bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni, diġà ġew awtorizzati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/232/KE (5). |
(9) |
Wara li jitqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għall-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3, Ms8 × Rf3 u għall-ikel u għall-għalf prodotti miż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3, Ms8 × Rf3. |
(10) |
Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu ġenetikament modifikat (minn issa ’l quddiem “OĠM”) kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (6). |
(11) |
Fuq il-bażi taż-żewġ opinjonijiet tal-EFSA, l-ebda rekwiżit speċifiku ta’ ttikkettar għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma jidher li huwa meħtieġ għall-ikel, għall-ingredjenti tal-ikel li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti miż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 u għall-ikel u għall-għalf prodotti minn dawn tal-aħħar. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (7), jistipula rekwiżiti għat-tikkettar fl-Artikolu 4(6) għall-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti dwar it-traċċabilità fil-każ ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 4 u fil-każ ta’ ikel u għalf prodotti minn OĠM, dawn huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
(13) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala prodotti jew fi prodotti, għall-għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). L-opinjonijiet tal-EFSA ma jiġġustifikawx l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-immaniġġjar, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(14) |
L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
(15) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata permezz tal-“Biosafety Clearing-House”, lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (9). |
(16) |
L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni. |
(17) |
Il-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Inħasset il-ħtieġa ta’ Att ta’ implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat ta’ appell għal aktar diskussjoni. Il-kumitat ta’ appell ma tax l-opinjoni tiegħu, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku
Iż-żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament (Brassica napus L.) Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, jiġu assenjati l-identifikaturi uniċi ACS-BNØØ5-8, ACS-BNØØ3-6 u ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6 rispettivament, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti miż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ5-8, ACS-BNØØ3-6 u ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6; |
(b) |
Għalf prodott miż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ5-8, ACS-BNØØ3-6 u ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6. |
Artikolu 3
Tikkettar
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” se jkun “żrieragħ tal-lift”.
Artikolu 4
Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 5
Reġistru Komunitarju
It-tagħrif stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Detentur tal-Awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa Bayer CropScience AG.
Artikolu 7
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Indirizzat
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, 40789 Monheim am Rhein, il-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2009-00748
(3) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(4) http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?mistoqsija=EFSA-Q-2012-00794
(5) ĠU L 100, 17.4.2007, p. 20.
(7) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
(8) ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.
(9) ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.
ANNESS
(a) L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni
Isem |
: |
Bayer CropScience AG |
Indirizz |
: |
Alfred-Nobel-Strasse 50, 40789 Monheim am Rhein — Il-Ġermanja |
(b) Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti
(1) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti miż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ5-8, ACS-BNØØ3-6 u ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6; |
(2) |
Għalf prodott miż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ5-8, ACS-BNØØ3-6 u ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6. |
Iż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ5-8 ġenetikament modifikati, ACS-BNØØ3-6 u ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6 kolza, kif deskritt fl-applikazzjonijiet, jesprimu l-proteina phosphinothricin acetyl transferase (PAT) illi tagħti t-tolleranza lill-ingredjent attiv erbiċidali ammonju tal-glufosinat u lill-proteini barnase (ACS-BNØØ5-8) u barstar (ACS-BNØØ3-6) għal sterilità maskili u jservu ta’ riġeneraturi tal-fertilità.
(c) Tikkettar
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” se jkun “żrieragħ tal-lift”.
(d) Metodu ta’ detezzjoni
— |
Metodu bbażat fuq il-PCR speċifiku għall-okkorrenza f’ħin reali għall-kwantifikazzjoni taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ5-8, ACS-BNØØ3-6 u ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6; |
— |
Ivvalidat fuq iż-żrieragħ mil-Laboratorju tar-Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat f’ http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm |
— |
Materjal ta’ Referenza: AOCS 0306-B, AOCS 0306-F u AOCS 0306-G huma aċċessibbli permezz tal-“American Oil Chemists Society” fuq http://www.aocs.org/tech/crm |
(e) Identifikaturi partikolari
ACS-BNØØ5-8, ACS-BNØØ3-6 u ACS-BNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6
(f) Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Biosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika
Biosafety Clearing House [għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat meta notifikat].
(g) Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti
Mhux meħtieġa.
(h) Il-pjan ta’ monitoraġġ
Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE [għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat meta notifikat].
(i) Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġ
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/61 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ġunju 2013
li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz, tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż
(2013/328/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 japplika għall-attivitajiet kollha koperti mill-Politika Komuni tas-Sajd imwettqa fit-territorju tal-Istati Membri jew fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jew, bla ħsara għar-responsabbiltà primarja tal-Istat Membru tal-bandiera, minn ċittadini tal-Istati Membri, u jistabbilixxi b’mod partikulari li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar isiru fuq bażi mhux diskriminatorja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ setturi, bastimenti jew persuni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (2) jistipula l-kundizzjonijiet għal sfruttament sostenibbli tal-merluzz fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana (3) jistipula l-kundizzjonijiet għal sfruttament sostenibbli tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata. |
(3) |
L-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tiddetermina, flimkien mal-Istati Membri konċernati, it-tipi ta’ sajd li huma suġġetti għal programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni. Tali programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiddikjara l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri kif ukoll il-punti ta’ riferiment għall-attivitajiet ta’ spezzjoni li għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju u għandhom jiġu riveduti perjodikament wara analiżi tar-riżultati miksuba. L-Istati Membri konċernati huma obbligati li jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ riżorsi umani u materjali u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn għandhom jiġu użati. |
(4) |
L-Artikolu 95(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistipula li l-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiddikjara punti ta’ riferiment għall-attivitajiet ta’ spezzjoni li għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ ġestjoni tar-riskju. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji komuni għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju għall-attivitajiet ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ verifikazzjoni sabiex l-analiżijiet tar-riskju u l-valutazzjonijiet globali tal-informazzjoni rilevanti ta’ kontroll u spezzjoni jitħallew isiru f’waqthom. Il-kriterji komuni huma maħsuba biex jiżguraw approċċ armonizzat fil-konfront tal-ispezzjoni u l-verifikazzjoni fl-Istati Membri kollha u sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi kollha. |
(5) |
Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkun stabbilit għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2018 u għandu jiġi implimentat mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Franza, mill-Irlanda, mill-Pajjiżi l-Baxxi, mill-Isvezja u mir-Renju Unit. |
(6) |
L-Artikolu 98(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (4) jipprevedi li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet misjuba fil-pjanijiet multiannwali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex jagħżlu miri għall-ispezzjoni, bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli u, suġġett għal strateġija ta’ kontroll u ta’ infurzar ibbażata fuq ir-riskju, għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ spezzjoni meħtieġa b’mod oġġettiv sabiex jevitaw iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħatt l-art, l-ipproċessar, it-trasport, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-istokkjar ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw minn attivitajiet li mhumiex f’konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
(7) |
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (5) (minn issa ’l quddiem imsejħa l-“EFCA”) għandha tikkoordina l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni permezz ta’ pjan ta’ eżerċizzju konġunt, li jagħti effett lill-għanijiet, lill-prijoritajiet, lill-proċeduri u lill-punti ta’ riferiment għall-attivitajiet ta’ spezzjoni stipulati fil-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni, u għandha tidentifika l-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni li jistgħu jinġabru minn kull Stat Membru konċernat. Ir-relazzjonijiet bejn il-proċeduri ddefiniti mill-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni u dawk definiti mill-pjan ta’ eżerċizzju konġunt, għandhom għalhekk jiġu ċċarati. |
(8) |
Sabiex jiġu armonizzati l-proċeduri ta’ kontroll u spezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għall-merluzz, il-barbun tat-tbajja’ u l-lingwata, u sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-pjan multiannwali għal dawn l-istokkijiet u s-sajd tagħhom, huwa xieraq li jitfasslu regoli komuni għall-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati, inkluż l-aċċess reċiproku għad-dejta rilevanti. Għal dak il-għan, l-intensità tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni għandha tiġi determinata mill-punti ta’ riferiment fil-mira. |
(9) |
Attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza bejn l-Istati Membri konċernati għandhom jitwettqu, fejn applikabbli, skont il-pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti stabbiliti mill-EFCA bil-għan li tittejjeb l-uniformità fil-prattiki ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza u sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri. |
(10) |
Ir-riżultati miksuba bl-applikazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandhom jiġu evalwati permezz ta’ rapporti annwali ta’ evalwazzjoni li għandhom ikunu kkomunikati minn kull Stat Membru konċernat lill-Kummissjoni u lill-EFCA. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri konċernati. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għas-sajd tal-merluzz, fiż-żoni ġeografiċi tal-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż, u tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fiż-żona ġeografika tal-Baħar tat-Tramuntana. Minn issa ’l quddiem iż-żoni ġeografiċi huma msejħa “Iż-żoni konċernati”.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkopri, b’mod partikolari, l-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
l-attivitajiet tas-sajd skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fiż-żoni konċernati, u |
(b) |
l-attivitajiet relatati mas-sajd, inklużi l-użin, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd, |
2. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2018.
3. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiġi implimentat mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Franza, mill-Irlanda, mill-Pajjiżi l-Baxxi, mill-Isvezja u mir-Renju Unit (minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Istati Membri konċernati”).
KAPITOLU II
OBJETTIVI, PRIJORITAJIET, PROĊEDURI U PUNTI TA’ RIFERIMENT
Artikolu 3
Objettivi
1. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiżgura l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli għall-istokkijiet msemmija fl-Artikolu 1.
2. L-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mwettqa skont dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandhom, b’mod partikolari, jimmiraw li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħha, inkluż il-monitoraġġ tal-utilizzazzjoni tal-kwota u tar-reġim tal-isforz fiż-żoni konċernati; |
(b) |
l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw għall-attivitajiet tas-sajd, b’mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata; |
(c) |
id-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni fuq selezzjoni kwalitattiva u l-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha suġġett għal kwota. |
Artikolu 4
Prijoritajiet
1. L-Istati Membri konċernati għandhom iwettqu attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd u ta’ attivitajiet relatati mas-sajd minn operaturi oħra fuq il-bażi tal-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, f’konformità mal-Artikolu 4(18) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
2. Kull bastiment tas-sajd, grupp ta’ bastimenti tas-sajd, kategorija tal-irkaptu tas-sajd, operatur, u/jew attività relatata mas-sajd, għal kull stokk msemmi fl-Artikolu 1, għandu jkun suġġett għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell ta’ prijorità attribwita skont il-paragrafu 3.
3. Kull Stat Membru konċernat għandu jattribwixxi l-livell ta’ prijorità fuq il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5.
Artikolu 5
Proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-Istati Membri konċernati u, għall-finijiet biss tal-applikazzjoni tal-paragrafu 4, għall-Istati Membri l-oħra kollha.
2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw ir-riskji rigward l-istokkijiet u ż-żona(i) koperta(i), fuq il-bażi tat-tabella stabbilita fl-Anness I.
3. Il-valutazzjoni tar-riskju minn kull Stat Membru għandha tqis, fuq il-bażi tal-esperjenza tal-passat u bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti, sa fejn huwa probabbli li jseħħ nuqqas ta’ konformità kif ukoll, li kieku dan kellu jiġri, il-konsegwenza(i) potenzjali. Billi jgħaqqad dawn l-elementi, kull Stat Membru għandu jistma livell ta’ riskju (“baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” jew “għoli ħafna”) għal kull kategorija ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2).
4. Fil-każ fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru konċernat, jew bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz, jopera fiż-żona(i) msemmija fl-Artikolu 1, dan għandu jkun attribwit livell ta’ riskju skont il-paragrafu 3. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni u sakemm l-awtoritajiet tal-bandiera tiegħu ma jipprovdux, fil-qafas tal-Artikolu 9, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess imwettqa skont l-Artikolu 4(2) u l-paragrafu 3 li jwasslu għal livell differenti ta’ riskju, għandu jiġi kkunsidrat bħala bastiment tas-sajd b’livell ta’riskju “għoli ħafna”.
Artikolu 6
Strateġija tal-ġestjoni tar-riskju
1. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, kull Stat Membru konċernat għandu jiddefinixxi strateġija tal-ġestjoni tar-riskju ffukata fuq l-iżgurar tal-konformità. Strateġija bħal din għandha tinkludi l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-allokazzjoni ta’ strumenti ta’ kontroll u mezzi oħra ta’ spezzjoni xierqa u kosteffettivi, b’rabta man-natura u l-livell stmat ta’ kull riskju, kif ukoll il-kisba tal-punti ta’ riferiment fil-mira.
2. L-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkoordinata fil-livell reġjonali permezz ta’ pjan ta’ eżerċizzju konġunt kif definit fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.
Artikolu 7
Rabta ma’ proċeduri ta’ pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti
1. Fil-qafas ta’ pjan ta’ eżerċizzju konġunt, fejn applikabbli, kull Stat Membru konċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa skont l-Artikolu 5(3) u, b’mod partikolari, lista ta’ livelli tar-riskju stmati flimkien ma’ miri korrispondenti għall-ispezzjoni.
2. Fejn xieraq, il-livelli tar-riskju u l-listi tal-miri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġornati billi tintuża l-informazzjoni miġbura waqt l-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza. L-EFCA għandha tiġi informata immedjatament wara t-tlestija ta’ kull aġġornament.
3. L-EFCA għandha tuża l-informazzjoni li tkun waslet mill-Istati Membri konċernati biex tikkoordina l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju fil-livell reġjonali, skont l-Artikolu 6(2).
Artikolu 8
Punti ta’ riferiment fil-mira
1. Bla ħsara għall-punti ta’ riferiment fil-mira definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (6), il-punti ta’ riferiment fil-mira fil-livell tal-Unjoni għal bastimenti tas-sajd u/jew operaturi oħra b’livell ta’ riskju “għoli” u “għoli ħafna” huma stipulati fl-Anness II.
2. Il-punti ta’ riferiment fil-mira għal bastimenti tas-sajd u/jew operaturi oħra b’livell ta’ riskju “baxx ħafna”, “baxx”, u “medju” għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri konċernati permezz tal-programmi ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll imsemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u tal-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 95(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw alternattivament punti ta’ riferiment fil-mira differenti, espressi f’termini ta’ livelli ta’ konformità mtejba, sakemm:
(a) |
analiżi ddettaljata tal-attivitajiet tas-sajd jew tal-attivitajiet relatati mas-sajd u tal-kwistjonijiet tal-infurzar relatati tiġġustifika l-ħtieġa tal-iffissar ta’ punti ta’ riferiment fil-mira fil-forma ta’ livelli ta’ konformità mtejba, |
(b) |
il-punti ta’ riferiment espressi f’termini ta’ livelli ta’ konformità mtejba huma nnotifikati lill-Kummissjoni, u sakemm din ma toġġezzjonax għalihom fi żmien 90 jum, ma jkunux diskriminatorji, u ma jaffettwawx l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-proċeduri bbażati fuq ir-riskju definiti mill-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni. |
4. Il-punti ta’ riferiment fil-mira kollha għandhom jiġu eżaminati kull sena fuq il-bażi tar-rapporti tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) u, fejn xieraq, għandhom jiġi riveduti kif meħtieġ fil-qafas tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(4).
5. Fejn applikabbli, pjan ta’ eżerċizzju konġunt għandu jagħti effett lill-punti ta’ riferiment fil-mira msemmija f’dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 9
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
2. Fejn xieraq, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri konċernati.
3. L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
Artikolu 10
Attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza
1. Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri konċernati għandhom iwettqu spezzjonijiet konġunti u attivitajiet ta’ sorveljanza fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u, fejn xieraq, fuq it-territorju tagħhom. Fejn applikabbli, dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu fil-qafas ta’ pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.
2. Għall-fini tal-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza, l-Istati Membri konċernati għandhom:
(a) |
jiżguraw li l-ispetturi mill-Istati Membri konċernati l-oħra jkunu mistiedna sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza; |
(b) |
jistabbilixxu proċeduri operattivi konġunti li jkunu applikabbli għad-dgħajjes ta’ sorveljanza tagħhom; |
(c) |
jinnominaw punti tal-kuntatt kif imsemmi fl-Artikolu 80(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fejn xieraq. |
3. L-uffiċjali u l-ispetturi tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw f’attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza.
Artikolu 11
Skambju ta’ dejta
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni, kull Stat Membru konċernat għandu jiżgura l-iskambju dirett elettroniku ta’ dejta kif imsemmi fl-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 mal-Istati Membri l-oħra konċernati u mal-EFCA.
2. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma’ attivitajiet tas-sajd u mal-attivitajiet relatati mas-sajd li jsiru fiż-żona(i) koperti b’dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
Artikolu 12
Informazzjoni
1. Sakemm issir l-implimentazzjoni sħiħa tat-Titolu XII, tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u skont il-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni, kull Stat Membru konċernat għandu jikkomunika b’mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u lill-EFCA, sal-31 ta’ Jannar wara kull sena kalendarja, l-informazzjoni li ġejja dwar is-sena preċedenti:
(a) |
l-identifikazzjoni, id-data, u t-tip ta’ kull operazzjoni ta’ kontroll u/jew ta’ spezzjoni mwettqa matul is-sena preċedenti; |
(b) |
l-identifikazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd (in-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni), vettura u/jew operatur (l-isem tal-kumpanija) suġġett għal kontroll u/jew għal spezzjoni; |
(c) |
fejn xieraq, it-tip ta’ rkaptu tas-sajd spezzjonat, u; |
(d) |
fil-każ fejn ġie osservat ksur serju wieħed jew aktar:
|
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata għal kull kontroll u/jew spezzjoni u għandha tkompli tiġi elenkata u aġġornata f’kull rapport sakemm l-azzjoni tiġi konkluża skont il-liġijiet tal-Istat Membru konċernat. Fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni wara l-iskoperta ta’ ksur serju, għandha tiġi inkluża spjegazzjoni.
Artikolu 13
Evalwazzjoni
1. Kull Stat Membru konċernat għandu, sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja rilevanti, jibgħat lill-Kummissjoni u lill-EFCA rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mwettqa skont dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
2. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu, tal-anqas, jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tagħhom, l-Istati Membri konċernati jistgħu wkoll jinkludu azzjonijiet oħrajn bħal sessjonijiet ta’ taħriġ jew informazzjoni mfassla biex ikollhom impatt fuq il-konformità min-naħa ta’ bastimenti tas-sajd jew operaturi oħrajn.
3. Għall-valutazzjoni annwali tagħha tal-effettività ta’ pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005, l-EFCA, għandha tqis ir-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
4. Darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura sabiex tiġi evalwata l-konvenjenza, l-adegwatezza u l-effettività tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni u l-impatt globali tiegħu fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u minn operaturi oħra, fuq il-bażi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-punti ta’ riferiment fil-mira stabbiliti fl-Anness II jistgħu jiġu riveduti skont dan.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.
(3) ĠU L 157, 19.6.2007, p. 1.
(4) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.
(5) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(6) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
ANNESS I
PROĊEDURI GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
Kull bastiment tas-sajd, grupp ta’ bastimenti tas-sajd, kategorija tal-irkaptu tas-sajd, operatur, u/jew attività relatata mas-sajd, fi stokkijiet differenti u fiż-żona(i) msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu suġġetti għal kontroll u spezzjonijiet skont il-livell tal-prijorità attribwit. Il-livell ta’ prijorità għandu jingħata skont ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa minn kull Stat Membru konċernat, jew minn kwalunkwe Stat Membru ieħor għall-finijiet biss tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(4), fuq il-bażi tal-proċedura li ġejja:
Deskrizzjoni tar-riskju [skont ir-riskju/is-sajd/iż-żona u d-dejta disponibbli] |
Indikatur [skont ir-riskju/is-sajd/iż-żona u d-dejta disponibbli] |
Fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni (Meta u fejn jidher ir-riskju) |
Punti li għandhom jitqiesu [skont ir-riskju/is-sajd/iż-żona u d-dejta disponibbli] |
Okkorrenza fis-sajd (*) |
Konsegwenza(i) potenzjali (*) |
Livell tar-riskju (*) |
[Nota: ir-riskji identifikati mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-objettivi definiti fl-Artikolu 3] |
|
|
Livelli ta’ qabdiet/ħatt l-art distribwiti skont il-bastimenti tas-sajd, l-istokkijiet, u l-irkapti, Disponibbiltà tal-kwota għall-bastimenti tas-sajd, distribwiti skont il-bastimenti tas-sajd, l-istokkijiet u l-irkapti, Użu ta’ kaxex standardizzati; Livell u varjazzjoni fil-prezzijiet tas-suq għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art (l-ewwel bejgħ), L-għadd ta’ spezzjonijiet imwettqa preċedentement u l-għadd ta’ ksur osservat għall-bastiment tas-sajd u/jew għal operatur ieħor ikkonċernat, Sfond, u/jew periklu potenzjali, ta’ frodi b’rabta mal-port/mal-lok/maż-żona u mal-mestier. Kwalunkwe informazzjoni jew sejbien importanti rilevanti oħra. |
Frekwenti/Medju/Rari jkun hemm każijiet/jew Mhux sinifikanti |
Serju/Sinifikanti/Aċċettabbli/jew Marġinali |
Baxx ħafna/baxx/medju/għoli/jew għoli ħafna |
Nota: Għandhom jiġu vvalutati mill-Istati Membri. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis, fuq il-bażi tal-esperjenza tal-passat u bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli, sa fejn huwa probabbli li jseħħ nuqqas ta’ konformità u, li kieku dan kellu jiġri, il-konsegwenza potenzjali.
ANNESS II
PUNTI TA’ RIFERIMENT FIL-MIRA
1. Livell ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluż sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)
Fuq bażi annwali, il-punti ta’ riferiment fil-mira li ġejjin (1) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq il-baħar tal-bastimenti tas-sajd impenjati fis-sajd tal-merluzz, il-barbun tat-tbajja’ u l-lingwata fiż-żona, fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar huma rilevanti b’rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u sakemm jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:
Punti ta’ riferiment kull sena (*) |
Livell ta’ riskju stmat għal bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2) |
|
għoli |
għoli ħafna |
|
Sajd |
Spezzjoni fuq il-baħar ta’ mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b’livell ta’ riskju “għoli” li għandhom fil-mira s-sajd konċernat |
Spezzjoni fuq il-baħar ta’ mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b’livell ta’ riskju “għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd konċernat |
2. Livell ta’ spezzjonijiet fuq l-art (inklużi kontrolli u spezzjonijiet iddokumentati fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ)
Fuq bażi annwali, il-punti ta’ riferiment fil-mira li ġejjin (2) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq l-art (inkluż kontrolli u spezzjonijiet iddokumentati fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ) ta’ bastimenti tas-sajd u ta’ operaturi oħra involuti fis-sajd tal-merluzz, tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fiż-żona, fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art huma rilevanti b’rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tat-tqegħid fis-suq u huma parti tal-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.
Punti ta’ riferiment kull sena (**) |
Livell ta’ riskju għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej) |
|
għoli |
għoli ħafna |
|
Sajd |
Spezzjoni fil-port ta’ mill-inqas 10 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b’livell ta’ riskju “għoli” |
Spezzjoni fil-port ta’ mill-inqas 15 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b’livell ta’ riskju “għoli ħafna” |
B’mod partikolari, spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trasbord għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu ta’ kontroverifika komplementari biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.
(1) Għall-bastimenti li jdumu inqas minn 24 siegħa fuq il-baħar għal kull vjaġġ tas-sajd, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta’ riferiment fil-mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.
(*) espress f’% ta’ vjaġġi tas-sajd fiż-żona skont ir-riskju għoli/għoli ħafna/fis-sena
(2) Għall-bastimenti li jħottu l-art inqas minn 10 tunnellati f’kull azzjoni tal-ħatt l-art, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta’ riferiment fil-mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.
(**) espress f’% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b’riskju għoli/għoli ħafna/fis-sena
ANNESS III
INFORMAZZJONI PERJODIKA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA’ KONTROLL U SPEZZJONI
Format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 12 għal kull spezzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport:
Isem |
Kodiċi |
Deskrizzjoni u kontenut |
Identifikazzjoni ta’ spezzjoni |
II |
Kodiċi ISO alfa2 tal-pajjiż + 9 numri, eż. DK201200000 |
Data ta’ spezzjoni |
DA |
SSSS-XX-JJ |
Tip ta’ spezzjoni jew kontroll |
IT |
Il-baħar, ix-xatt, it-trasport, id-dokument (indika) |
Identifikazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd, vettura jew operatur |
ID |
In-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni tal-bastiment tas-sajd, l-identifikazzjoni tal-vettura, u/jew l-isem tal-kumpanija tal-operatur. |
Tip ta’ rkaptu tas-sajd |
GE |
Il-kodiċi tal-irkaptu skont il-Klassifikazzjoni Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu tas-Sajd |
Ksur serju |
SI |
I = iva, L = le |
Tip ta’ ksur serju osservat |
TS |
Indika t-tip ta’ ksur serju osservat, b’riferenza għan-numru (kolonna tax-xellug) fl-Anness XXX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. Barra minn hekk, il-ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jiġi identifikat rispettivament bin-numri “13”, “14” u “15”. |
Qagħda attwali tas-segwitu |
FU |
Indika l-qagħda attwali: PENDENTI, APPELL jew MAGĦLUQ |
Multa |
SF |
Multa f’EUR, pereżempju 500 |
Konfiska |
SC |
QABDA/IRKAPTU għal konfiska fiżika. L-ammont sekwestrat fil-każ tal-valur tal-qabda/irkaptu f’EUR, pereżempju 10 000 |
Oħrajn |
SO |
Fil-każ tal-irtirar tal-liċenzja/tal-awtorizzazzjoni, indika LI jew AU + l-għadd ta’ jiem, pereżempju AU30 |
Punti |
SP |
Għadd ta’ punti assenjati, pereżempju 12 |
Rimarki |
RM |
F’każ ta’ ebda azzjoni meħuda wara l-iskoperta ta’ ksur serju, spjegazzjoni għaliex fil-forma ta’ test liberu. |
ANNESS IV
KONTENUT TAR-RAPPORTI TA’ EVALWAZZJONI
Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni għandhom mill-inqas jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
I. Analiżi ġenerali tal-attivitajiet imwettqa ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar (għal kull Stat Membru konċernat)
— |
Deskrizzjoni tar-riskji identifikati mill-Istat Membru konċernat u kontenut dettaljat tal-istrateġija tiegħu tal-ġestjoni tar-riskju, inkluża deskrizzjoni tal-proċess ta’ eżami u ta’ reviżjoni. |
— |
Tqabbil tat-tip ta’ għodod ta’ kontroll u spezzjoni użati u l-għadd ta’ mezzi ta’ spezzjoni impenjati/l-għadd ta’ mezzi pprovduti fl-eżekuzzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni, inklużi t-tul u l-oqsma ta’ eżerċizzju; |
— |
Tqabbil tat-tip ta’ għodod ta’ kontroll u spezzjoni użati u l-għadd ta’ attivitajiet ta’ kontroll u ta’ spezzjonijiet imwettqa (imla fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta skont l-Anness III)/l-għadd ta’ ksur serju osservat u, fejn possibbli, analiżi dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dan il-ksur, |
— |
Sanzjonijiet imposti għal ksur serju (imla fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta skont l-Anness III). |
— |
Analiżi ta’ azzjonijiet oħra (separatament minn dawk ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar, eżempju sessjonijiet ta’ taħriġ jew ta’ informazzjoni) maħsuba biex ikollhom impatt fuq il-konformità min-naħa ta’ bastimenti tas-sajd u/jew minn operaturi oħra [EŻEMPJU: l-għadd ta’ titjib fl-irkaptu selettiv użat, l-għadd ta’ kampjuni ta’ merluzz/ta’ ħut żgħir eċċ.] |
II. Analiżi dettaljata tal-attivitajiet imwettqa ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar (għal kull Stat Membru konċernat)
1. |
Analiżi ta’ attivitajiet ta’ spezzjoni fuq il-baħar (inkluż sorveljanza mill-ajru, fejn xieraq), b’mod partikolari:
|
2. |
Analiżi ta’ attivitajiet ta’ spezzjoni fuq l-art (inkluż kontrolli u spezzjonijiet iddokumentati fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ, jew trasbordi), b’mod partikolari:
|
3. |
Analiżi tal-punti ta’ riferiment fil-mira espressi f’termini ta’ livelli ta’ konformità (fejn applikabbli), b’mod partikolari:
|
4. |
Analiżi ta’ attivitajiet oħra ta’ spezzjoni u kontroll: trasbord, sorveljanza mill-ajru, importazzjoni/esportazzjoni, eċċ., kif ukoll azzjonijiet oħra bħal sessjonijiet ta’ taħriġ jew ta’ informazzjoni maħsuba biex ikollhom impatt fuq il-konformità min-naħa ta’ bastimenti tas-sajd u minn operaturi oħra |
III. Proposta/i sabiex titjieb l-effettività tal-attivitajiet imwettqa ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar (għal kull Stat Membru konċernat)
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/71 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Ġunju 2013
li tipprevedi r-regoli għat-twaqqif, il-maniġment u l-funzjonament trasparenti tan-Netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli għall-evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa
(2013/329/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(4) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/24/UE inkariga lill-Unjoni biex tappoġġa u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri li jaħdmu fi ħdan netwerk volontarju li jikkollega flimkien lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (‘HTA’) maħtura mill-Istati Membri (minn hawn ‘il quddiem “in-Network tal-HTA”). |
(2) |
Skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2011/24/UE, il-Kummissjoni hija obbligata li tadotta r-regoli meħtieġa għat-twaqqif, il-maniġment u l-funzjonament trasparenti tan-Netwerk tal-HTA. |
(3) |
Peress li l-parteċipazzjoni fin-Netwerk tal-HTA hija fuq bażi volontarja, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jissieħbu meta jridu. Għall-għanijiet organizzazzjonali, l-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minn qabel bl-intenzjoni tagħhom. |
(4) |
Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (2), id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (3) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (4), kif xieraq. |
(5) |
L-Unjoni kkofinanzjat azzjonijiet fil-qasam tal-HTA permezz tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-Programm tas-Saħħa stabbilit bid-Deċiżjoni 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’hekk tappoġġa kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn l-organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali responsabbli għall-HTA bl-akronimu EUnetHTA (7). Iffinanzjat ukoll ix-xogħol metodoloġiku fil-qasam tal-HTA permezz tas-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-Programm Kompetittività u Innovazzjoni, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (9). |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf bl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/24/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli meħtieġa għat-twaqqif, il-maniġment u l-funzjonament tan-Netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jew tal-korpi responsabbli għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, kif stipulat bl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/24/UE.
Artikolu 2
Objettivi
Fit-twettiq ta’ dawn l-objettivi assenjati lilu mill-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2011/24/UE, in-Netwerk tal-HTA għandu jibni fuq l-esperjenza miksuba fl-azzjonijiet preċedenti fil-qasam tal-HTA appoġġati mill-Unjoni u li jiżguraw is-sinerġiji rilevanti mal-azzjonijiet li għaddejjin.
Artikolu 3
Sħubija — Ħatra
1. Il-membri tan-Netwerk tal-HTA għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli għall-HTA maħtura mill-Istati Membri parteċipanti.
2. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fin-Netwerk tal-HTA għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħhom, kif ukoll lill-awtorità nazzjonali jew korp responsabbli għall-HTA maħtur skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/24/UE. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw it-tieni awtorità jew korp nazzjonali bħala Membru supplenti.
3. L-Istat Membru jista’ wkoll jaħtar espert biex jakkumpanja l-Membru jekk fil-fehma tiegħu dan ikun meħtieġ.
4. L-ismijiet tal-awtoritajiet jew korpi maħtura mill-Istati Membri jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-paġni tal-Internet tal-Kummissjoni.
5. Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001, skont il-każ.
Artikolu 4
Regoli ta’ Proċedura
1. In-Netwerk tal-HTA għandu jadotta b’maġġoranza sempliċi tal-Membri tiegħu r-regoli ta’ proċedura tiegħu, fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni.
2. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jiffaċilitaw il-konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati u l-kollegament ma’ korpi tal-Unjoni, riċerkaturi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-ħidma tan-Netwerk.
Artikolu 5
Ħidma
1. In-Netwerk tal-HTA għandu jadotta programm ta’ ħidma multiannwali u strument ta’ valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm.
2. In-Netwerk tal-HTA għandu jkun appoġġjat minn kooperazzjoni xjentifika u teknika u jista’ jibda jew jipparteċipa f’attivitajiet li jinvolvu l-Membri kollha tiegħu jew xi wħud minnhom, jekk tali involviment jikkontribwixxi għall-objettivi tan-Netwerk tal-HTA.
3. In-Netwerk tal-HTA jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma sabiex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza definiti minnu. Tali gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti hekk kif jilħqu l-għan tagħhom.
4. Il-membri tan-Netwerk tal-HTA u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi li jkunu mistiedna, għandhom iħarsu l-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti mill-Artikolu 339 tat-Trattat u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni ta’ Proċedura (10). F’każ li jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-President tan-Netwerk tal-HTA jista’ jieħu l-miżuri kollha li jkunu xierqa.
Artikolu 6
Laqgħat
1. In-Netwerk tal-HTA għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-President m’għandux jivvota.
2. Uffiċjali tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tan-Netwerk tal-HTA u l-gruppi ta’ ħidma tiegħu.
3. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tan-Netwerk tal-HTA u l-gruppi ta’ ħidma tiegħu.
4. In-Netwerk tal-HTA jista’ jistieden organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali sabiex jattendu l-laqgħat bħala osservaturi.
Artikolu 7
Segretarjat tan-Netwerk tal-HTA
1. Is-Segretarjat tan-Netwerk tal-HTA, li se jagħmel il-minuti, għandu jiġu pprovdut mill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet imwettqa min-Netwerk tal-HTA.
Artikolu 8
Spejjeż
1. Il-parteċipanti fl-attivitajiet tan-Netwerk tal-HTA mhumiex se jitħallsu mill-Kummissjoni għas-servizzi tagħhom.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza mġarrba mill-parteċipanti fl-attivitajiet tan-Netwerk tal-HTA għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.
3. Dawk l-ispejjeż jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(5) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1.
(6) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(7) www.eunethta.eu; Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C2011/7195 dwar l-għoti tal-fondi għall-proposti għall-2011 skont it-tieni Programm ta’ Saħħa (2008-2013).
(8) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(9) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.
(10) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/73 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-SVIZZERA
tas-6 ta’ Ġunju 2013
li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanziji kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà
(2013/330/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-25 ta’ Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanziji kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu;
Billi bil-konklużjoni tal-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti ħadu l-impenn li jiggarantixxu fit-territorju rispettiv tagħhom, livell ta’ sigurtà ekwivalenti għall-mezzi tal-miżuri doganali bbażati fuq il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) li jiffissa d-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Kodiċi Doganali;
Billi mill-konklużjoni tal-Ftehim, saru xi emendi fil-leġiżlazzjoni msemmija li jolqtu l-miżuri doganali ta’ sigurtà, b’mod partikolari permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 312/2009 (4), Nru 169/2010 (5) u Nru 430/2010 (6);
Billi hemm il-possibbiltà li l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li huma relevanti għaż-żamma ta’ livell ekwivalenti ta’ sigurtà bejn il-Partijiet Kontraenti jkunu riflessi fil-Ftehim,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
Il-paragrafu 2 fl-Artikolu 1 qed jiġi mibdul bit-test li ġej: “2. Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ fiha d-dejta prevista għal din id-dikjarazzjoni fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7), (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93”), ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2010 (8). Id-dikjarazzjoni għandha timtela skont in-noti ta’ spjegazzjoni li jinsabu fl-imsemmi Anness 30a. Hi għandha tiġi awtentikata mill-persuna li tistabbilixxiha. |
2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
L-Artikolu 6, it-tieni inċiż tal-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jinbidel bit-test li ġej:
“— |
l-operatur ekonomiku awtorizzat jista’ jressaq id-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul jew ta’ ħruġ suġġetti għar-rekwiżiti mnaqqsa dwar id-dejta li trid tiġi indikata, imsemmija fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat- 2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (9), ir-Regolament tal-Kummissjoni l-aħħar emendat bir-Regolament (UE) Nru 430/2010 (10); madankollu, meta l-operatur ekonomiku awtorizzat ikun trasportatur, kummissarju tat-trasport jew kummissarju tad-dwana, hu ma jibbenefikax minn dawn ir-rekwiżiti mnaqqsa ħlief jekk hu jkun involut fl-importazzjoni jew fl-esportazzjoni tal-merkanzija f’isem xi operatur ekonomiku awtorizzat; |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kumitat konġunt
Il-President
Antonis KASTRISSIANAKIS
(1) ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24.
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(6) ĠU L 125, 21.5.2010, p. 10.
Dikjarazzjoni kommuni
Rigward Anness I, Artikolu 1(2) tal-Ftehim
F’dak li jirrigwarda d-dejta prevista għad-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul u ta’ ħruġ, il-Partijiet Kontraenti jikkonfermaw li
— |
id-dispożizzjonijiet rigward in-numru EORI, kif ukoll |
— |
l-eżiġenzi fir-rigward tat-talbiet ta’ diversjoni (il-punt 2.6 tal-Anness 30a — tabella 6) |
introdotti permezz tar-Regolament (KE) Nru 312/2009 tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2009, ma japplikawx għad-dikjarazzjonijiet irreġistrati mal-Awtoritajiet Doganali Svizzeri.
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/76 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 131/13/COL
tat-18 ta’ Marzu 2013
li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 367/11/COL Deċiżjoni Nru 339/12/COL (1)
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat il-punti 4(B)(1) u (3) u l-punt 5(b) tal-Parti Preliminari tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2)), kif emendat u adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-adattamenti settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 89/13/COL li tagħti s-setgħa lill-Membru kompetenti tal-Kulleġġ biex jadotta din id-deċiżjoni,
Billi:
Permezz ta' sensiela ta’ ittri, mit-18 ta’ Diċembru 2012 sal-15 ta’ Jannar 2013, l-Awtorità Norveġiża għas-Sigurtà tal-Ikel (minn hawn ’il quddiem l-ANSI) infurmat lill-Awtorità dwar il-bidliet li ġejjin fil-lista tal-Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera Norveġiża (PSFN):
— |
Fit-18 ta’ Diċembru 2012, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet issospendiet il-PSF Florø EWOS Havn (TRACES -code NO FRO 1) għall-importazzjoni ta’ ħut imqadded mitħun mhux għall-konsum tal-bniedem; |
— |
Fit-18 ta' Diċembru 2012, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni bħala PSF lil PSF Vadsø Port (TRACES-code NO VOS 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar lil PSF Vadsø Port mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi; |
— |
Fit-3 ta' Jannar 2013, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni taċ-Ċentru ta' Spezzjoni (ĊS) Trollebø taħt PSF Måløy (TRACES-code NO MAY 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar liċ-ĊS Trollebø mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera; |
— |
Fil-11 ta’ Jannar 2013, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni ta’ ĊS Melbu taħt PSF Sortland Port (TRACES -code NO SLX 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar liċ-ĊS Melbu mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera; |
— |
Fil-11 ta’ Jannar 2013, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni bħala PSF lil Florø EWOS Havn (TRACES-code NO FRO 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar lil PSF Florø mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera; |
— |
Fil-15 ta’ Jannar 2013, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni ta’ ĊS Gjesvær taħt PSF Honningsvåg Port (TRACES-code NO HVG 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar ĊS Gjesvær mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera. |
Huwa għalhekk l-obbligu tal-Awtorità li temenda l-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja u li tippubblika lista ġdida, li tirrifletti l-eliminazzjoni ta' PSF Vadsø Port, PSF Florø EWOS Havn, ĊS Trollebø, ĊS Melbu u ĊS Gjesvær mil-lista Norveġiża ta' PSF (3)
L-Awtorità, bid-Deċiżjoni tagħha Nru 89/13/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Il-Kumitat approva unanimament il-modifika proposta tal-lista. B’konsegwenza ta’ dan, il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni unanima tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u t-test finali tal-miżuri baqa’ mhux mibdul.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
PSF Vadsø Port, PSF Florø EWOS Havn, ĊS Trollebø, ĊS Melbu u ĊS Gjesvær huma mneħħija mil-lista li hemm fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I ta' mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka l-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi.
Artikolu 2
Il-verifiki veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti tal-animali li jiddaħħlu fl-Islanda u fin-Norveġja minn pajjiżi terzi jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera li dwarhom hemm ftehim u li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3