ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.169.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 169

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
21 ta' Ġunju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jissospendi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' eżemplari ta' ċerti speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Pasas de Málaga (DPO)]

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 580/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Saucisse de Montbéliard (IĠP)]

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Αγουρέλαιο Χαλκιδικής (Agoureleo Chalkidikis) (IĠP)]

30

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel de sapin des Vosges (DPO)]

32

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ternasco de Aragón (IĠP)]

37

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]

39

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 585/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti

46

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward id-data tas-sottomissjoni tar-rapport annwali ( 1 )

51

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 587/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fraises de Nîmes (IĠP)]

62

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 588/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

64

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

66

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

67

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/299/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2013 li tiffissa l-perijodu għat-tmien elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali

69

 

 

2013/300/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2013 li taħtar żewġ membri Awstrijaċi u żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

70

 

 

2013/301/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni ( 1 )

71

 

 

2013/302/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument C(2013) 3740)  ( 1 )

73

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2012 tal-20 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( ĠU L 223, 21.8.2012 )

78

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 578/2013

tas-17 ta’ Ġunju 2013

li jissospendi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' eżemplari ta' ċerti speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni ta’ ċerti speċijiet fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (d) tiegħu. Barra minn hekk, miżuri ta’ implimentazzjoni għal tali restrizzjonijiet ġew stipulati fl-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (2).

(2)

Kienet stabbilita l-aħħar lista tal-ispeċijiet li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni hija sospiża permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 757/2012 tal-20 ta’ Awwissu 2012 li jissospendi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ eżemplari ta’ ċerti speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi (3).

(3)

Abbażi ta' informazzjoni riċenti, il-Grupp ta' Analiżi Xjentifika kkonkluda li l-istatus ta' konservazzjoni ta’ ċerti speċijiet addizzjonali elenkati fl-Annessi A u B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 se jiġi pperikolat b'mod serju jekk l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni minn ċerti pajjiżi ta’ oriġini ma tkunx sospiża. L-introduzzjoni tal-ispeċijiet ġodda li ġejjin għandha għalhekk tiġi sospiża:

 

Hippopotamus amphibius mill-Kamerun u l-Możambik;

 

Cercopithecus dryas mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

 

Stephanoaetus coronatus u Torgos tracheliotus mit-Tanzanija;

 

Balearica pavonina mis-Sudan;

 

Chamaeleo africanus min-Niġer;

 

Heosemys annandalii u Heosemys grandis mil-Laos;

 

Mantella pulchra mill-Madagaskar;

 

Tridacna crocea, Tridacna maxima u Tridacna squamosa mill-Kambodja;

 

Nardostachys grandiflora min-Nepal.

(4)

Il-Grupp ta’ Analiżi Xjentifika kkonkluda wkoll li, fid-dawl tal-tagħrif l-aktar riċenti disponibbli, is-sospensjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ispeċijiet li ġejjin ma għandhiex tkun meħtieġa aktar għal:

 

Canis lupus mill-Kirgiżistan;

 

Ateles geoffroyi u Brachypelma albopilosum min-Nikaragwa;

 

Calumma brevicorne, Calumma gastrotaenia, Calumma nasutum, Calumma parsonii, Furcifer antimena, Furcifer campani u Furcifer minor mill-Madagaskar;

 

Cuora amboinensis, Cuora galbinifrons, Cycadaceae spp., Christensonia vietnamica, Stangeriaceae spp. u Zamiaceae spp. mill-Vjetnam;

 

Rauvolfia serpentina mill-Myanmar;

 

Pterocarpus santalinus mill-India

(5)

Il-pajjiżi tal-oriġini tal-ispeċijiet li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ġodda fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni kollha ġew ikkonsultati.

(6)

Il-lista tal-ispeċijiet li għalihom l-introduzzjoni fl-Unjoni hija sospiża għandha għalhekk tiġi emendata u r-Regolament (UE) Nru 757/2012, għandu għal raġunijiet ta' ċarezza, jiġi sostitwit.

(7)

Il-Grupp ta’ Analiżi Xjentifika stabbilit skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 338/97 ġie kkonsultat.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ ta' Fawna u Flora Selvaġġi stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 338/97,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' eżemplari tal-ispeċijiet ta' fawna u flora selvaġġi elenkati fl-Anness ta’dan ir-Regolament hija sospiża.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 757/2012 huwa rrevokat.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)   ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 223, 21.8.2012, p. 31.


ANNESS

Eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 338/97 li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni hija sospiża

Speċi

Sors(i) kopert(i)

Eżemplari koperti

Pajjiżi tal-oriġini

Bażi fl-Artikolu 4(6), il-Punt:

FAWNA

CHORDATA

 

 

 

 

MAMMALIA

ARTIODACTYLA

Bovidae

Capra falconeri

Selvaġġ

Trofej tal-kaċċa

L-Uzbekistan

(a)

CARNIVORA

Canidae

Canis lupus

Selvaġġ

Trofej tal-kaċċa

Il-Bjelorussja, il-Mongolja, it-Taġikistan, it-Turkija

(a)

Felidae

 

 

 

 

Ursidae

Ursus arctos

Selvaġġ

Trofej tal-kaċċa

Il-Kanada (Il-British Columbia), il-Kazakistan

(a)

Ursus thibetanus

Selvaġġ

Trofej tal-kaċċa

Ir-Russja

(a)

AVES

FALCONIFORMES

Falconidae

Falco cherrug

Selvaġġ

Kollha

Il-Baħrejn

(a)


Eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness B għar-Regolament (KE) Nru 338/97 li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni hija sospiża

Speċi

Sors(i) kopert(i)

Eżemplari koperti

Pajjiżi tal-oriġini

Bażi fl-Artikolu 4(6), il-Punt:

FAWNA

CHORDATA

 

 

 

 

MAMMALIA

ARTIODACTYLA

Bovidae

Ovis vignei bocharensis

Selvaġġ

Kollha

L-Uzbekistan

(b)

Saiga borealis

Selvaġġ

Kollha

Ir-Russja

(b)

Cervidae

Cervus elaphus bactrianus

Selvaġġ

Kollha

L-Uzbekistan

(b)

Hippopotamidae

Hexaprotodon liberiensis (sinonimu Choeropsis liberiensis)

Selvaġġ

Kollha

In-Niġerja

(b)

Hippopotamus amphibius

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun, il-Gambja, il-Możambik, in-Niġer, in-Niġerja, is-Sjerra Leone, it-Togo

(b)

Moschidae

Moschus moschiferus

Selvaġġ

Kollha

Ir-Russja

(b)

CARNIVORA

Eupleridae

Cryptoprocta ferox

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Felidae

Panthera leo

Selvaġġ

Kollha

L-Etjopja

(b)

Profelis aurata

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija, it-Togo

(b)

Mustelidae

Hydrictis maculicollis

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Odobenidae

Odobenus rosmarus

Selvaġġ

Kollha

Il-Groenlandja

(b)

MONOTREMATA

Tachyglossidae

Zaglossus bartoni

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja, il-Papwa Ginea Ġdida

(b)

Zaglossus bruijni

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

PHOLIDOTA

Manidae

Manis temminckii

Selvaġġ

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(b)

PRIMATES

Atelidae

Alouatta guariba

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Ateles belzebuth

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Ateles fusciceps

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Ateles geoffroyi

Selvaġġ

Kollha

Il-Beliże, il-Kolombja, il-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, il-Panama

(b)

Ateles hybridus

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Lagothrix lagotricha

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Lagothrix lugens

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Lagothrix poeppigii

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Cercopithecidae

Cercopithecus dryas

Selvaġġ

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(b)

Cercopithecus erythrogaster

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Cercopithecus erythrotis

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Cercopithecus hamlyni

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Cercopithecus mona

Selvaġġ

Kollha

It-Togo

(b)

Cercopithecus petaurista

Selvaġġ

Kollha

It-Togo

(b)

Cercopithecus pogonias

Selvaġġ

Kollha

In-Niġerja

(b)

Cercopithecus preussi (sinonimu C. lhoesti preussi )

Selvaġġ

Kollha

In-Niġerja

(b)

Colobus vellerosus

Selvaġġ

Kollha

In-Niġerja, it-Togo

(b)

Lophocebus albigena (sinonimu Cercocebus albigena)

Selvaġġ

Kollha

In-Niġerja

(b)

Macaca cyclopis

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Macaca sylvanus

Selvaġġ

Kollha

L-Alġerija, il-Marokk

(b)

Piliocolobus badius (sinonimu Colobus badius)

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Galagidae

Euoticus pallidus (sinonimu Galago elegantulus pallidus)

Selvaġġ

Kollha

In-Niġerja

(b)

Galago matschiei (sinonimu G. inustus)

Selvaġġ

Kollha

Ir-Rwanda

(b)

Lorisidae

Arctocebus calabarensis

Selvaġġ

Kollha

In-Niġerja

(b)

Perodicticus potto

Selvaġġ

Kollha

It-Togo

(b)

Pithecidae

Chiropotes chiropotes

Selvaġġ

Kollha

Il-Gujana

(b)

Pithecia pithecia

Selvaġġ

Kollha

Il-Gujana

(b)

RODENTIA

Sciuridae

Callosciurus erythraeus

Kollha

Ħajjin

Kollha

(d)

Sciurus carolinensis

Kollha

Ħajjin

Kollha

(d)

Sciurus niger

Kollha

Ħajjin

Kollha

(d)

AVES

ANSERIFORMES

Anatidae

Oxyura jamaicensis

Kollha

Ħajjin

Kollha

(d)

CICONIIFORMES

Balaenicipitidae

Balaeniceps rex

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija

(b)

FALCONIFORMES

Accipitridae

Accipiter erythropus

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Accipiter melanoleucus

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Accipiter ovampensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Aquila rapax

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Aviceda cuculoides

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Gyps africanus

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Gyps bengalensis

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Gyps indicus

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Gyps rueppellii

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Gyps tenuirostris

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Hieraaetus ayresii

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun, il-Ginea, it-Togo

(b)

Hieraaetus spilogaster

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea, it-Togo

(b)

Leucopternis lacernulatus

Selvaġġ

Kollha

Il-Brażil

(b)

Lophaetus occipitalis

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Macheiramphus alcinus

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Polemaetus bellicosus

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun, il-Ginea, it-Tanzanija, it-Togo

(b)

Spizaetus africanus

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Stephanoaetus coronatus

Selvaġġ

Kollha

Il-Côte d'Ivoire, il-Ginea, it-Tanżanija, it-Togo

(b)

Terathopius ecaudatus

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Torgos tracheliotus

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun, is-Sudan, it-Tanżanija

(b)

Trigonoceps occipitalis

Selvaġġ

Kollha

Il-Côte d’Ivoire, il-Ginea

(b)

Urotriorchis macrourus

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Falconidae

Falco chicquera

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea, it-Togo

(b)

Sagittariidae

Sagittarius serpentarius

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun, il-Ginea, it-Tanzanija, it-Togo

(b)

GRUIFORMES

Gruidae

Balearica pavonina

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea, Mali, is-Sudan

(b)

Balearica regulorum

Selvaġġ

Kollha

Il-Botswana, il-Burundi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kenja, l-Afrika t'Isfel, iż-Żambja, iż-Żimbabwe

(b)

Bugeranus carunculatus

Selvaġġ

Kollha

L-Afrika t'Isfel, it-Tanzanija

(b)

PSITTACIFORMI

Loriidae

Charmosyna diadema

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Psittacidae

Agapornis fischeri

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Agapornis nigrigenis

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Agapornis pullarius

Selvaġġ

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Côte d'Ivoire, il-Ginea, Mali, it-Togo

(b)

Aratinga auricapillus

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Coracopsis vasa

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Deroptyus accipitrinus

Selvaġġ

Kollha

Is-Surinam

(b)

Hapalopsittaca amazonina

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Hapalopsittaca pyrrhops

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Leptosittaca branickii

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Poicephalus gulielmi

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun, il-Côte d’Ivoire, il-Kongo, il-Ginea

(b)

Poicephalus robustus

Selvaġġ

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Côte d'Ivoire, il-Ginea, Mali, in-Niġerja, it-Togo, l-Uganda

(b)

Psittacus erithacus

Selvaġġ

Kollha

Il-Benin, il-Ginea Ekwatorjali, il-Liberja in-Niġerja

(b)

Psittacus erithacus timneh

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea, il-Ginea-Bissaw

(b)

Psittrichas fulgidus

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Pyrrhura caeruleiceps

Selvaġġ

Kollha

Il-Kolombja

(b)

Pyrrhura pfrimeri

Selvaġġ

Kollha

Il-Brażil

(b)

Pyrrhura subandina

Selvaġġ

Kollha

Il-Kolombja

(b)

STRIGIFORMES

Strigidae

Asio capensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Bubo lacteus

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Bubo poensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Glaucidium capense

Selvaġġ

Kollha

Ir-Rwanda

(b)

Glaucidium perlatum

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun, il-Ginea

(b)

Ptilopsis leucotis

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

Scotopelia bouvieri

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Scotopelia peli

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea

(b)

REPTILIA

CROCODYLIA

Alligatoridae

Palaeosuchus trigonatus

Selvaġġ

Kollha

Il-Gujana

(b)

Crocodylidae

Crocodylus niloticus

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

SAURIA

Agamidae

Uromastyx dispar

Selvaġġ

Kollha

L-Alġerija, Mali, is-Sudan

(b)

Uromastyx geyri

Selvaġġ

Kollha

Mali, in-Niġer

(b)

Chamaeleonidae

Brookesia decaryi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma ambreense

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma capuroni

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma cucullatum

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma furcifer

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma guibei

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma hilleniusi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma linota

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma peyrierasi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma tsaratananense

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Calumma vatosoa

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Chamaeleo africanus

Selvaġġ

Kollha

In-Niġer

(b)

Chamaeleo deremensis

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Chamaeleo eisentrauti

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Chamaeleo feae

Selvaġġ

Kollha

Il-Ginea Ekwatorjali

(b)

Chamaeleo fuelleborni

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Chamaeleo gracilis

Selvaġġ

Kollha

Il-Benin, il-Gana, it-Togo

(b)

 

Imrobbi

Kollha

Il-Benin

(b)

 

Imrobbi

Tul mill-imnieħer sat-toqba tal-warrani aktar minn 8 ċm

It-Togo

(b)

Chamaeleo montium

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Chamaeleo senegalensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Benin, il-Gana, it-Togo

(b)

 

Imrobbi

Tul mill-imnieħer sal-warrani akbar minn 6 ċm

Il-Benin, it-Togo

(b)

Chamaeleo werneri

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Chamaeleo wiedersheimi

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Furcifer angeli

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Furcifer balteatus

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Furcifer belalandaensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Furcifer labordi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Furcifer monoceras

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Furcifer nicosiai

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Furcifer tuzetae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Cordylidae

Cordylus mossambicus

Selvaġġ

Kollha

Il-Możambik

(b)

Cordylus tropidosternum

Selvaġġ

Kollha

Il-Możambik

(b)

Cordylus vittifer

Selvaġġ

Kollha

Il-Możambik

(b)

Gekkonidae

Phelsuma abbotti

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma antanosy

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma barbouri

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma berghofi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma breviceps

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma comorensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Komoros

(b)

Phelsuma dubia

Selvaġġ

Kollha

Il-Komoros, il-Madagaskar

(b)

Phelsuma flavigularis

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma guttata

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma hielscheri

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma klemmeri

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma laticauda

Selvaġġ

Kollha

Il-Komoros

(b)

Phelsuma malamakibo

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma masohoala

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma modesta

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma mutabilis

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma pronki

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma pusilla

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma seippi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma serraticauda

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma standingi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Phelsuma v-nigra

Selvaġġ

Kollha

Il-Komoros

(b)

Uroplatus ebenaui

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Uroplatus fimbriatus

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Uroplatus guentheri

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Uroplatus henkeli

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Uroplatus lineatus

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Uroplatus malama

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Uroplatus phantasticus

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Uroplatus pietschmanni

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Uroplatus sikorae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Scincidae

Corucia zebrata

Selvaġġ

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

Varanidae

Varanus albigularis

Selvaġġ

Kollha

It-Tanzanija

(b)

Varanus beccarii

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Varanus dumerilii

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Varanus exanthematicus

Selvaġġ

Kollha

Il-Benin, it-Togo

(b)

 

Imrobbi

Tul totali akbar minn 35 ċm

Il-Benin, it-Togo

(b)

Varanus jobiensis (sinonimu V. karlschmidti)

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Varanus niloticus

Selvaġġ

Kollha

Il-Benin, it-Togo

(b)

 

Imrobbi

Tul totali akbar minn 35 ċm

Il-Benin

(b)

 

Imrobbi

Kollha

It-Togo

(b)

Varanus ornatus

Selvaġġ

Kollha

It-Togo

(b)

 

Imrobbi

Kollha

It-Togo

(b)

Varanus salvadorii

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Varanus spinulosus

Selvaġġ

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

SERPENTES

Boidae

Boa constrictor

Selvaġġ

Kollha

Il-Ħonduras

(b)

Calabaria reinhardtii

Selvaġġ

Kollha

It-Togo

(b)

 

Imrobbi

Kollha

Il-Benin, it-Togo

(b)

Elapidae

Naja atra

Selvaġġ

Kollha

Il-Laos

(b)

Naja kaouthia

Selvaġġ

Kollha

Il-Laos

(b)

Naja siamensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Laos

(b)

Pythonidae

Liasis fuscus

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Morelia boeleni

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Python molurus

Selvaġġ

Kollha

Iċ-Ċina

(b)

Python natalensis

Imrobbi

Kollha

Il-Możambik

(b)

Python regius

Selvaġġ

Kollha

Il-Benin, il-Ginea

(b)

Python reticulatus

Selvaġġ

Kollha

Il-Malasja (Peniżolari)

(b)

Python sebae

Selvaġġ

Kollha

Il-Mawritanja

(b)

TESTUDINES

Emydidae

Chrysemys picta

Kollha

Ħajjin

Kollha

(d)

Trachemys scripta elegans

Kollha

Ħajjin

Kollha

(d)

Geoemydidae

Batagur borneoensis

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Cuora amboinensis

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja, il-Malasja

(b)

Cuora galbinifrons

Selvaġġ

Kollha

Iċ-Ċina, il-Laos

(b)

Heosemys annandalii

Selvaġġ

Kollha

Laos

(b)

Heosemys grandis

Selvaġġ

Kollha

Laos

(b)

Malayemys subtrijuga

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Notochelys platynota

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Siebenrockiella crassicollis

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Podocnemididae

Erymnochelys madagaskariensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Peltocephalus dumerilianus

Selvaġġ

Kollha

Il-Gujana

(b)

Podocnemis lewyana

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Podocnemis unifilis

Selvaġġ

Kollha

Is-Surinam

(b)

Testudinidae

Geochelone sulcata

Imrobbi

Kollha

Il-Benin, it-Togo

(b)

Gopherus agassizii

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Gopherus berlandieri

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Indotestudo forstenii

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Indotestudo travancorica

Selvaġġ

Kollha

Kollha

(b)

Kinixys belliana

Selvaġġ

Kollha

Il-Benin, il-Gana, il-Możambik

(b)

 

Imrobbi

Tul tal-qoxra ta' fuq akbar minn 5 ċm

Il-Benin

(b)

Kinixys erosa

Selvaġġ

Kollha

It-Togo

(b)

Kinixys homeana

Selvaġġ

Kollha

Il-Benin, il-Gana, it-Togo

(b)

 

Imrobbi

Kollha

Il-Benin

(b)

 

Imrobbi

Tul tal-qoxra ta’ fuq akbar minn 8 ċm

It-Togo

(b)

Kinixys spekii

Selvaġġ

Kollha

Il-Możambik

(b)

Manouria emys

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Manouria impressa

Selvaġġ

Kollha

Il-Vjetnam

(b)

Stigmochelys pardalis

Selvaġġ

Kollha

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Możambik, l-Uganda

(b)

 

Imrobbi

Kollha

Il-Możambik, iż-Żambja

(b)

 

Sors “F” (1)

Kollha

Iż-Żambja

(b)

Testudo horsfieldii

Selvaġġ

Kollha

Il-Kazakistan

(b)

Trionychidae

Amyda cartilaginea

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Chitra chitra

Selvaġġ

Kollha

Il-Malasja

(b)

Pelochelys cantorii

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

AMPHIBIA

ANURA

Dendrobatidae

Cryptophyllobates azureiventris

Selvaġġ

Kollha

Il-Perù

(b)

Dendrobates variabilis

Selvaġġ

Kollha

Il-Perù

(b)

Dendrobates ventrimaculatus

Selvaġġ

Kollha

Il-Perù

(b)

Mantellidae

Mantella aurantiaca

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Mantella bernhardi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Mantella cowani

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Mantella crocea

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Mantella expectata

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Mantella milotympanum (sin. M. aurantiaca milotympanum)

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Mantella pulchra

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Mantella viridis

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagascar

(b)

Microhylidae

Scaphiophryne gottlebei

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Ranidae

Conraua goliath

Selvaġġ

Kollha

Il-Kamerun

(b)

Rana catesbeiana

Kollha

Ħajjin

Kollha

(d)

ACTINOPTERYGII

PERCIFORMES

Labridae

Cheilinus undulatus

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

SYNGNATHIFORMES

Syngnathidae

Hippocampus barbouri

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Hippocampus comes

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Hippocampus erectus

Selvaġġ

Kollha

Il-Brażil

(b)

Hippocampus histrix

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Hippocampus kelloggi

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Hippocampus kuda

Selvaġġ

Kollha

Iċ-Ċina, l-Indoneżja, il-Vjetnam

(b)

Hippocampus spinosissimus

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

ARTHROPODA

 

 

 

 

ARACHNIDA

SCORPIONES

Scorpionidae

Pandinus imperator

Selvaġġ

Kollha

Il-Gana

(b)

 

Imrobbi

Kollha

Il-Benin

(b)

INSECTA

LEPIDOPTERA

Papilionidae

Ornithoptera croesus

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Ornithoptera urvillianus

Selvaġġ

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

 

Imrobbi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

Ornithoptera victoriae

Selvaġġ

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

 

Imrobbi

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

MOLLUSCA

 

 

 

 

BIVALVIA

VENEROIDA

Tridacnidae

Hippopus hippopus

Selvaġġ

Kollha

Il-Kaledonja Ġdida, Tonga, il-Vanwatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna crocea

Selvaġġ

Kollha

Il-Kambodja, Fiġi, il-Gżejjer Solomon, Tonga, il-Vanwatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna derasa

Selvaġġ

Kollha

Fiġi, il-Kaledonja Ġdida, il-Filippini, il-Palaw, il-Gżejjer Solomon, Tonga, il-Vanwatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna gigas

Selvaġġ

Kollha

Il-Gżejjer Marshall, il-Gżejjer Solomon, Tonga, il-Vjetnam

(b)

Tridacna maxima

Selvaġġ

Kollha

Il-Kambodja, Fiġi, il-Gżejjer Marshall, il-Mikronesja, il-Możambik, il-Kaledonja Ġdida, il-Gżejjer Solomon, Tonga, il-Vanwatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna rosewateri

Selvaġġ

Kollha

Il-Możambik

(b)

Tridacna squamosa

Selvaġġ

Kollha

Il-Kambodja, Fiġi, il-Możambik, il-Kaledonja Ġdida, il-Gżejjer Solomon, Tonga, il-Vanwatu, il-Vjetnam

(b)

Tridacna tevoroa

Selvaġġ

Kollha

Tonga

(b)

GASTROPODA

MESOGASTROPODA

Strombidae

Strombus gigas

Selvaġġ

Kollha

Grenada, Ħaiti

(b)

CNIDARIA

 

 

 

 

ANTHOZOA

HELIOPORACEA

Helioporidae

Heliopora coerulea

Selvaġġ

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

SCLERACTINIA

Scleractinia spp.

Selvaġġ

Kollha

Il-Gana

(b)

Agariciidae

Agaricia agaricites

Selvaġġ

Kollha

Ħaiti

(b)

Caryophylliidae

Catalaphyllia jardinei

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Catalaphyllia jardinei

Selvaġġ

Kollha

Il-Gżejjer Solomon

(b)

Euphyllia cristata

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia divisa

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia fimbriata

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia paraancora

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia paradivisa

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia picteti

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Euphyllia yaeyamaensis

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Plerogyra spp.

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Dendrophylliidae

Eguchipsammia fistula

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Faviidae

Favites halicora

Selvaġġ

Kollha

Tonga

(b)

Platygyra sinensis

Selvaġġ

Kollha

Tonga

(b)

Fungiidae

Heliofungia actiniformis

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Merulinidae

Hydnophora microconos

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Mussidae

Acanthastrea hemprichii

Selvaġġ

Kollha

Tonga

(b)

Blastomussa spp.

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Cynarina lacrymalis

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Scolymia vitiensis

Selvaġġ

Kollha

Tonga

(b)

Scolymia vitiensis

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

Pocilloporidae

Seriatopora stellata

Selvaġġ

Kollha

L-Indoneżja

(b)

Trachyphylliidae

Trachyphyllia geoffroyi

Selvaġġ

Kollha

Fiġi

(b)

Trachyphyllia geoffroyi

Selvaġġ

Kollha ħlief eżemplari mrobbija fil-baħar imwaħħla ma’ sottostrati artifiċjali

L-Indoneżja

(b)

FLORA

Amaryllidaceae

Galanthus nivalis

Selvaġġ

Kollha

Il-Bosnja-Ħerzegovina, l-Isvizzera, l-Ukraina

(b)

Apocynaceae

Pachypodium inopinatum

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Pachypodium rosulatum

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Pachypodium sofiense

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Cycadaceae

Cycadaceae spp.

Selvaġġ

Kollha

Il-Możambik

(b)

Euphorbiaceae

Euphorbia ankarensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia banae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia berorohae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia bongolavensis

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia bulbispina

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia duranii

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia fianarantsoae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia guillauminiana

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia iharanae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia kondoi

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia labatii

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia lophogona

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia millotii

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia neohumbertii

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia pachypodioides

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia razafindratsirae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia suzannae-marnierae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Euphorbia waringiae

Selvaġġ

Kollha

Il-Madagaskar

(b)

Orchidaceae

Anacamptis pyramidalis

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Barlia robertiana

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Cypripedium japonicum

Selvaġġ

Kollha

Iċ-Ċina, il-Korea ta' Fuq, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel

(b)

Cypripedium macranthos

Selvaġġ

Kollha

Il-Korea t’Isfel, ir-Russja

(b)

Cypripedium margaritaceum

Selvaġġ

Kollha

Iċ-Ċina

(b)

Cypripedium micranthum

Selvaġġ

Kollha

Iċ-Ċina

(b)

Dactylorhiza romana

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Dendrobium bellatulum

Selvaġġ

Kollha

Il-Vjetnam

(b)

Dendrobium nobile

Selvaġġ

Kollha

Il-Laos

(b)

Dendrobium wardianum

Selvaġġ

Kollha

Il-Vjetnam

(b)

Myrmecophila tibicinis

Selvaġġ

Kollha

Il-Beliże

(b)

Ophrys holoserica

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Ophrys pallida

Selvaġġ

Kollha

L-Alġerija

(b)

Ophrys tenthredinifera

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Ophrys umbilicata

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Orchis coriophora

Selvaġġ

Kollha

Ir-Russja

(b)

Orchis italica

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Orchis mascula

Selvaġġ/ Imrobbi

Kollha

L-Albanija

(b)

Orchis morio

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Orchis pallens

Selvaġġ

Kollha

Ir-Russja

(b)

Orchis punctulata

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Orchis purpurea

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Orchis simia

Selvaġġ

Kollha

Il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija

(b)

Orchis tridentata

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Orchis ustulata

Selvaġġ

Kollha

Ir-Russja

(b)

Phalaenopsis parishii

Selvaġġ

Kollha

Il-Vjetnam

(b)

Serapias cordigera

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Serapias parviflora

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Serapias vomeracea

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Primulaceae

Cyclamen intaminatum

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Cyclamen mirabile

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Cyclamen pseudibericum

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Cyclamen trochopteranthum

Selvaġġ

Kollha

It-Turkija

(b)

Stangeriaceae

Stangeriaceae spp.

Selvaġġ

Kollha

Il-Możambik

(b)

Valerianaceae

Nardostachys grandiflora

Selvaġġ

Kollha

In-Nepal

(b)

Zamiaceae

Zamiaceae spp.

Selvaġġ

Kollha

Il-Możambik

(b)


(1)  Annimali mhux imwielda fin-natura iżda li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Kapitlu XIII tar-Regolament 865/2006, kif ukoll il-partijiet u d-derivati tagħhom.


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 579/2013

tas-17 ta’ Ġunju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Pasas de Málaga (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u sostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Spanja għar-reġistru tad-denominazzjoni “Pasas de Málaga” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(4)

Madankollu, ir-referenzi għall-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV), u l-lista ta’ deskrittiva tal-OIV tagħha għal varjetajiet u speċijiet Vitis, ma kinux magħmula b’mod korrett fid-deskrizzjoni tal-prodott taħt il-punt 3.2 tad-Dokument Uniku. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ ċertezza legali, l-awtoritajiet Spanjoli għamlu l-emendi lid-Dokument Uniku skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness I għal dan ir-Regolament hija b’dan rreġistrata.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku aġġornat jidher fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 175, 19.6.2012, p. 35.


ANNESS I

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

SPANJA

Pasas de Málaga (DPO)


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel. (1)

PASAS DE MÁLAGA

Nru tal-KE: ES-PDO-0005-00849-24.1.2011

PGI () PDO (X)

1.   Isem

“Pasas de Málaga”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Definizzjoni:

Il-“Pasas de Málaga” tradizzjonali jinkisbu mit-tnixxif fix-xemx tal-frott matur tal-Vitis vinífera L, tal-varjetà Muscat ta’ Lixandra, ukoll magħruf bħala Moscatel Gordo jew Moscatel de Málaga.

Karatteristiċi fiżiċi

Kif stipulat fil-Lista Deskrittiva tal-varjetajiet u speċijiet tal-Vitis tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) fir-rigward tat-tul u l-wisa’ tal-għeneb, il-varjetà tal-Muscat ta’ Lixandra għandha frott żgħir ta’ tul (7) u wisa’ (7) kbir li jipproduċu żbib kbar u nixfin.

Kulur: iswed fil-vjola uniformi.

Forma: Ittondjata.

Il-pendukulu jista’ jibqa’ mal-frott jekk il-frotta tiġi maqtugħa bl-idejn.

Konsistenza tal-qoxra: Skont il-kodiċi tal-OIV, il-“ħxuna tal-qoxra” huwa ggradat kif ġej: 1 = irqiqa ħafna, 3 = irqiqa, 5 = medja, 7 = ħoxna u 9 = ħoxna ħafna, il-varjetà tal-Muscat ta’ Lixandra taqa’ taħt il-kategorija 5 (“medja”). Iż-żbib għandhom qoxra ta’ ħxuna medja minħabba li l-għeneb ma jgħaddi minn ebda trattament li jolqot ħażin il-qoxra.

Karatteristiċi kimiċi:

Il-grad tal-umdità tal-iżbib għandu jkun anqas mill-35 %. Il-kontenut taz-zokkor għandu jkun iżjed mill-50 % p/p.

Aċidità, minn 1,2 u 1,7 % espressa bħala aċidu tartariku.

pH bejn 3,5-4,5.

Is-solidi solubbli fl-ilma huma superjuri għal 65 Brix.

Karatteristiċi organolettiċi:

Iż-żbib iżommu t-togħma karatteristika tal-għeneb Muscat li jiġu prodotti minnu: Skont il-kodiċi tal-OIV, it-“togħma partikolari” hija ggradata kif ġej: 1 = xejn, 2 = togħma ta’ Muscat, 3 = togħma foxé (tal-Vitis vulpina), 4 = togħma erbaċja, 5 = togħma oħra; il-varjetà tal-Muscat ta’ Lixandra hija kklassifikata bħala 2, minħabba li l-varjetà ta’ Muscat hija referuta speċifikament f’dak il-grad tal-OIV.

It-togħma ta’ Muscat hija msaħħa b’aroma retronażali ddominata mit-terpineoli li ġejjin: a-terpineol (ħwawar aromatiċi), linalol (ward), ġeranjol (ġeranju) u b-ċitronellol (ċitru).

Il-grad tal-aċidità, deskritt hawn fuq, jgħin biex joħloq il-bilanċ partikolari bejn il-ħlewwa u l-qrusa.

Il-piż medju, il-grad tal-umdità u l-valur Brix jagħtu liż-żbib kwalità elastika u flessibbli, u meta kkonsmati, il-laħma tagħhom tinħass mlaħħma u mmerqa, sensazzjonijiet li huma differenti mis-sensazzjonijiet li ta’ spiss issib fil-frott niexef, li s-soltu tkun niexfa u mhux elastika.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-frott matur tal-Vitis vinífera L, tal-varjetà Muscat ta’ Lixandra, magħruf wkoll bħala Moscatel Gordo jew Moscatel de Málaga.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Mhux applikabbli.

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika definita

Il-produzzjoni u l-ippakkjar iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

Il-produzzjoni tibda bil-ħsad tal-għeneb matur u b’saħħtu, li qatt ma jseħħ qabel l-istadju fenoloġiku tal-maturazzjoni (Baggiolini, 1952), filwaqt li jiġi evitat il-frott li mhuwiex intatt, qed jitħassar minħabba xi marda jew waqa’ fl-art qabel il-ħsad.

Il-pass li jmiss huwa t-tnixxif tal-għeneb bl-espożizzjoni diretta tal-għenieqed għax-xemx, hekk kif dawn ma għandhomx jiġu mnixxfa b’mod artifiċjali. It-tnixxif isir manwalment, b’segwiment ta’ kuljum, fejn il-bidwi jrid idawwar l-għenieqed għat-tnixxif, sabiex iż-żewġ naħat tal-għanqud jinxfu b’mod indaqs.

Ladarba l-għenieqed ikunu nixfu, l-għeneb jiġi maqtugħ bi proċess li jissejjaħ picado, li jsir manwalment bl-użu ta’ mqass li għandu daqs u forma speċjalment addattati għal dan it-tip ta’ xogħol, sabiex il-kwalità tal-frott maqtugħ mill-għenieqed ma tiddetterjorax, jew bil-magni tal-fabbriki.

Ladarba ż-żbib ikunu lesti, kemm fl-għenieqed u kemm maqtugħin, il-proċess ta’ produzzjoni jkompli fil-fabbriki tal-iżbib, u qabel ma’ ż-żbib ippakkjati jitpoġġew fis-suq, għandhom jitwettqu l-kompiti li ġejjin:

Wasla u ġbir tal-iżbib ipprovduti mill-bdiewa kkonċernati.

Iż-żbib jitneħħew mill-għanqud, sakemm dan ma jkunx diġà sar mill-bidwi.

Dawn jiġu kklassifikati skont id-daqs medju tal-frotta, imkejjel bħala l-għadd ta’ żbib għal kull 100 gramma.

It-tħejjija għall-ippakkjar: jiġifieri s-separazzjoni f’unitajiet ta’ frott li diġà ġie kklassifikat u maħżun. Irid ikun hemm dejjem inqas minn 80 frotta għal kull 100 gramma netta.

Ippakkjar: Dan huwa l-aħħar stadju tal-produzzjoni, u jista’ jsir manwalment jew bil-magni. Għandu rwol importanti fil-protezzjoni tal-karatteristiċi tal-kwalità tal-prodott matul iż-żmien. Iseħħ biss billi l-prodott jiġi separat mill-ambjent għal ġo pakkett nadif u magħluq sewwa sabiex iżomm il-bilanċ delikat tiegħu tal-umdità, bilanċ li huwa tant importanti għall-karatteristiċi tiegħu.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Mhux applikabbli.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-ippakkjar għandu juri l-informazzjoni li ġejja:

Id-denominazzjoni li taħtu jinbiegħ il-prodott: id-denominazzjoni “Pasas de Málaga” għandu jintwera b’mod prominenti, bil-kliem “Denominación de Origen” immedjatament taħtu.

Il-kwantità netta, f’kilogrammi (kg) jew grammi (g).

Data ta’ durabilità minima.

L-isem, l-isem kummerċjali jew id-denominazzjoni tal-produttur jew dak li jippakkja u, fil-każijiet kollha, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tagħhom.

Il-lott.

Id-denominazzjoni li taħtha jinbiegħ il-prodott, il-kwantità netta u d-data ta’ skadenza għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv.

Fil-każijiet kollha, l-indikazzjonijiet obbligatorji għandhom jinftiehmu faċilment, ikunu murija b’mod prominenti, ikunu faċilment viżibbli, jinqraw b’mod ċar u b’mod li ma jistgħux jitħassru. Bl-ebda mod ma għandhom ikunu moħbija, oskurati jew interrotti b’xi element miktub jew grafiku.

L-ippakkjar kollu għandu jinkludi tikketta li turi l-logo tad-DPO u l-kliem “Denominación de Origen Protegida” u “Pasas de Málaga”, kif ukoll kodiċi uniku għal kull unità.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

POST

PAJJIŻ: SPANJA

KOMUNITÀ AWTONOMA: ANDALUCÍA

PROVINĊJA: MÁLAGA

Hemm żoni ta’ dwieli mifruxin mal-Provinċja kollha ta’ Malaga, kemm fit-tramuntana kif ukoll fin-nofsinhar, fil-lvant u fil-punent. Fi tnejn minn dawn iż-żoni, tradizzjonalment, il-biċċa l-kbira tal-għeneb ġew imkabbra għall-produzzjoni tal-iżbib. Iż-żona prinċipali hija l-comarca (distrett) ta’ Axarquía fil-lvant tal-provinċja, fil-lvant tal-belt kapitali. Iż-żona l-oħra tinsab fuq in-naħa estrema tal-punent tal-kosta ta’ Malaga. Iż-żona ġeografika ddefinita tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

MINUĊIPALITAJIET:

AXARQUÍA

Alcaucín

Alfarnate

Alfarnatejo

Algarrobo

Almáchar

Árchez

Arenas

Benamargosa

Benamocarra

El Borge

Canillas de Acietuno

Canillas de Albaida

Colmenar

Comares

Cómpeta

Cútar

Frigiliana

Iznate

Macharaviaya

Málaga

Moclinejo

Nerja

Periana

Rincón de la Victoria

Riogordo

Salares

Sayalonga

Sedella

Torrox

Totalán

Vélez Málaga

Viñuela

ZONA MANILVA

Casares

Manilva

Estepona

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Ir-referenzi għar-rabta bejn it-tkabbir tad-dwieli u ż-żona ġeografika ddefinita huma antiki ferm u għadhom jeżistu sal-ġurnata tal-lum: Plinio El Viejo (l-ewwel seklu wara Kristu) semma l-fatt li kien hemm dwieli f’Malaga fix-xogħol tiegħu “Historia Natural” (“L-Istorja Naturali”); waqt l-era tad-dinastija Nasrid (sekli XIII-XV), kienet imħeġġa il-produzzjoni agrikola, partikolarment dik tat-tkabbir tal-għeneb għall-produzzjoni tal-iżbib. It-tkabbir tad-dwieli ffjorixxa sa tmiem is-seklu XIX, meta kombinazzjoni sfortunata ta’ fatturi kummerċjali u problemi marbuta mas-saħħa tal-pjanti, partikolarment il-fillossera (Viteus vitifoliae, Fitch) wasslu għall-kollass tas-settur, u b’riżultat ta’ dan, id-dwieli attwali huma mifruxin mal-provinċja kollha. Fi tnejn minn dawn iż-żoni, tradizzjonalment, il-biċċa l-kbira tal-għeneb ġew imkabbra għall-produzzjoni tal-iżbib. Dawn iż-żewġ żoni ta’ produzzjoni jinstabu fin-nofsinhar tal-provinċja u jmissu mal-baħar Mediterran, u għalhekk għandhom klima subtropikali Mediterranja; min-naħa l-oħra, l-orografija wieqfa hija karatteristika ġenerali tal-Provinċja ta’ Málaga. Anke jekk l-għeneb imkabbar għall-produzzjoni tal-iżbib ma għadhomx jieħdu daqshekk post daqs kemm kienu jieħdu fiż-żmien qabel il-fillossera, dawn għadhom fattur importanti fl-ekonomija u l-ambjent soċjokulturali f’sezzjoni kbira tal-provinċja ta’ Málaga, billi jitkabbru f’aktar minn 35 muniċipalità minn iżjed minn 1 800 bidwi, fuq superfiċje totali ta’ 2 200 ha.

L-ambjent ġeografiku jiddetermina l-kwalitajiet tal-prodott finali magħruf bħala “Pasas de Málaga”, bl-orografija wieqfa li hija waħda mill-karatteristiċi tagħha, u bil-pajsaġġ kompost minn sensiela ta’ għoljiet u qigħan tan-nixxigħat b’pendili ta’ aktar minn 30 %. It-territorju, bil-firxa għolja u muntanjuża fit-tramuntana u l-baħar Mediterran fin-nofsinhar, huwa sensiela ta’ widien fondi u qigħan tan-nixxigħat li jiffurmaw pajsaġġ partikolari ħafna b’għoljiet weqfin, u b’hekk l-Axarquía hija bħal ġenb ta’ għolja li tinżel sal-baħar. Fiż-żona ta’ Manilva, fejn id-dwieli jinsabu qrib il-baħar, ir-riżalt huwa iktar moderat minn dak f’Axarquia.

Il-ħamrija hija essenzjalment taflija, ta’ kwalità baxxa, mhux profonda, u b’kapaċità baxxa li żżomm l-ilma. Il-klima hija Mediterranja subtropika, b’temperaturi moderati fix-xitwa, sjuf niexfin, ftit xita u sigħat twal ta’ dawl tax-xemx (medja ta’ 2,974 siegħa tul l-aħħar għaxar snin).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Id-daqs tal-“Pasas de Málaga” huwa wieħed mill-karatteristiċi l-aktar apprezzati u li tiddistingwihom; jitqies daqs kbir, u b’hekk ċarament superjur għal ta’ prodotti oħra tal-istess tip, bħas-sultana, il-passolini u t-Thompson Seedless ta’ California.

Iż-żbib iżommu t-togħma tipika tal-għeneb Muscat li minnu jiġu prodotti, u din il-varjetà ta’ Muscat hija r-referenza OIV għal wieħed mill-gradi ta’ “togħma partikolari”.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika tal-prodott ġejja direttament mill-kundizzjonijiet li fihom jiġu prodotti iż-żbib. L-orografija tiffaċilita l-esponiment naturali tal-għenieqed għax-xemx għat-tnixxif: dan il-metodu ta’ tnixxif iħares il-kwalità tal-qoxra u jagħti izjed qawwa lit-togħma tal-Muscat billi jikkonċentra l-aromi. It-temp sħun u niexef fil-perjodu ta’ ħsad huwa tajjeb għall-maturazzjoni u l-akkumulu tal-materja niexfa u taz-zokkor fl-għeneb, li huma importanti biex it-tnixxif isir tajjeb, u li mbagħad jippermettu li l-laħma żżomm il-meraq u l-elastiċità tipiċi tagħha. Is-sigħat tax-xemx ifissru li l-għenieqed jistgħu jiġu esposti fix-xemx għal perjodi qosra, sabiex iż-żbib iżommu l-aċidità tal-għeneb.

Huwa minħabba l-kundizzjonijiet diffiċli ta’ tkabbir li, biż-żmien, il-Muscat ta’ Lixandra saret il-varjetà ewlenija kkultivata, peress li hija dik adatta l-aktar għal dan l-ambjent partikolari. Il-varjetà għandha l-potenzjal ġenetiku li toħloq distinzjoni bejn il-karatteristiċi bħad-daqs tal-frotta, il-kwalità tal-qoxra, il-karatteristiċi tal-laħma, l-aromi tal-Muscat u proporzjon għoli ta’ solidi solubbli (fibra) li jinsabu l-aktar fiż-żrieragħ.

Minħabba l-art diffiċli, il-produzzjoni tal-iżbib saret attività artiġjanali, fejn kompiti bħall-ħsad, it-tqegħid ta’ għenieqed ta’ għeneb barra għat-tnixxif fix-xemx, u t-tidwir tagħhom hekk kif jinxfu, kif ukoll l-għażla tal-frott, isiru kollha manwalment u tingħata attenzjoni kbira lill-kwalità. Il-kompitu li jitneħħa l-għeneb mill-għanqud (picado) ukoll isir manwalment, u huwa għalhekk li l-“Pasas de Málaga” ta’ spiss ikollhom il-pendunkulu mwaħħal.

It-tnixxif huwa mod antik u naturali ta’ kif jibqa’ ppreservat l-ikel, billi d-deterjorament jiġi evitat bit-tneħħija tal-ilma żejjed. Huwa biss permezz tal-esperjenza u l-għarfien miksuba tul is-snin li huwa possibbli li jintlaħaq il-bilanċ delikat tal-umdità, li jagħti lill-prodott uħud mill-karatteristiċi organolettiċi l-aktar magħrufa tiegħu, kif deskritt f’din l-ispeċifikazzjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (2))

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/PliegoPasas.pdf


(1)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

(2)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 580/2013

tas-17 ta’ Ġunju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Saucisse de Montbéliard (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Saucisse de Montbéliard” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u għalhekk, id-denominazzjoni “Saucisse de Montbéliard” għandha tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 285, 21.9.2012, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

FRANZA

Saucisse de Montbéliard (IĠP)


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 581/2013

tas-17 ta’ Ġunju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Αγουρέλαιο Χαλκιδικής (Agoureleo Chalkidikis) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Greċja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Αγουρέλαιο Χαλκιδικής (Agoureleo Chalkidikis)” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Peress li ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Αγουρέλαιο Χαλκιδικής (Agoureleo Chalkidikis)” għalhekk għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Neelie KROES

Viċi President


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 294, 29.9.2012, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

IL-GREĊJA

Αγουρέλαιο Χαλκιδικής (Agoureleo Chalkidikis) (DPO)


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 582/2013

tat-18 ta’ Ġunju 2013

li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel de sapin des Vosges (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

B’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Miel de Sapin des Vosges”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1065/97 (3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2155/2005 (4).

(3)

L-emenda għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża d-dispożizzjonijiet marbutin mat-tikkettar tal-prodott, u ttejjeb id-deskrizzjoni fit-taqsima dwar ir-rabta, mingħajr ma din tinbidel.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. L-emenda hija minuri, u għalhekk il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Miel de sapin des Vosges” hija emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 156, 13.6.1997, p. 5.

(4)   ĠU L 342, 24.12.2005, p. 49.


ANNESS I

B’dan huma approvati l-emendi li ġejjin fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Miel de sapin des Vosges”:

Il-deskrizzjoni tar-rabta maż-żona ġeografika ġiet aġġornata, mingħajr ma nbidlet ir-rabta stess.

Ġew ikkompletati wkoll id-dispożizzjonijiet rigward it-tikkettar.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)

MIEL DE SAPIN DES VOSGES

Nru tal-KE: FR-PDO-0317-0204-20.4.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Miel de Sapin des Vosges”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4.

Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1)

Il-“Miel de sapin des Vosges” huwa għasel mill-qtar tas-siġar, miġbur min-naħal mis-siġar taż-żnuber tar-reġjun tal-Vosges. Huwa ta’ lewn kannella skur, b’laqtiet ħodor ċari. Jiżviluppa aromi balsamiċi, u togħma karatteristika ħafna tax-xgħir, mingħajr togħma morra u togħmiet estranji.

Il-kontenut tal-ilma huwa ta’ 18 % jew inqas, u għandu konduttività elettrika ta’ ‘l fuq minn 950 microsiemens kull ċentimetru, u kontenut ta’ idrossimetilfurfural ta’ inqas minn 15 mg/kg.

Jiġi kkumerċjalizzat f’forma likwida.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-għasel għandu jinġabar, jinsilet, jiġi ffiltrat u ddikantat esklussivament fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

Il-“Miel de sapin des Vosges” għandu jiġi fornut lill-konsumatur f’kontenituri tal-ħġieġ, b’marka ta’ identifikazzjoni li tinqered hekk kif jinfetaħ il-kontenitur.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta għandha tinkludi:

l-indikazzjoni tal-isem tad-denominazzjoni “Miel de sapin des Vosges”

il-logo tad-DPO tal-Unjoni Ewropea.

Dawn id-dettalji għandhom jidhru kollha fl-istess kamp viżiv u fuq l-istess tikketta. Għandhom jidhru f’karattri ċari, leġibbli u li ma jitħassrux, ta’ daqs kbir biżżejjed, bil-kliem “Miel de sapin des Vosges” f’karattri akbar mill-oħrajn ta’ fuq it-tikketta, sabiex jispikka sew fuq l-ispazju li fih huwa stampat, u sabiex jingħaraf biċ-ċar minn kull tagħrif ieħor grafiku jew miktub.

4.   Deskrizzjoni fil-qosar taż-żona ġeografika ddefinita

 

Id-Département ta’ Meurthe-et-Moselle (54)

Il-muniċipalitajiet kollha tal-cantons ta’: Baccarat, Badonviller, Cirey-sur-Vezouze.

 

Id-Département ta’ Moselle (57)

Il-muniċipalitajiet kollha tal-cantons ta’: Fénétrange, Lorquin, Phalsbourg, Réchicourt-le-Château, Sarrebourg.

 

Id-Département ta’ Haute Loire (70)

 

Il-canton ta’ Champagney: Plancher-les-Mines, Plancher-Bas.

 

Il-canton ta’ Faucogney-et-la-Mer: Amont-et-Effreney, Beulotte-Saint-Laurent, Corravillers, Esmoulières, Faucogney-et-la-Mer, La Longine, La Montagne, La Rosière, Saint-Bresson.

 

Il-canton ta’ Melisey: Belfahy, Belonchamps, Ecromagny, Fresse, Haut-du-Them (Château-Lambert), Melisey, Miellin, Saint-Barthélemy, Servance, Ternuay-Melay u Saint-Hilaire.

 

Id-Département ta’ Vosges (88)

Il-muniċipalitajiet kollha tal-cantons ta’: Bains-les-Bains, Brouvelieures, Bruyères, Charmes, Châtel-sur-Moselle, Corcieux, Darnay, Dompaire, Epinal, Fraize, Gérardmer, Lamarche, Le Thillot, Mirecourt, Monthureux-sur-Saône, Plombières-les-Bains, Provenchères-sur-Fave, Rambervillers, Raon-l’Etape, Remiremont, Saint-Dié, Saulxures-sur-Moselotte, Senones, Vittel, Xertigny.

 

Id-Département ta’ Belfort (90)

 

Il-canton ta’ Giromagny: Auxelles-Haut, Giromagny, Lepuix, Riervescemont, Vescemont.

 

Il-canton ta’ Rougement-le-Château: Lamadeleine-Val-des-Anges, Rougemont-le-Château.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata mill-preżenza tal-muntanji tal-Vosges. F’din il-katina ta’ muntanji, mimlija foresti, l-aktar speċi ta’ siġra mifruxa hija dik taż-żnuber tal-Vosges. Din hija adattata sew għall-ħamrija - magħmula minn substrat aċiduż, mill-granit u minnġebla ramlija -, kif ukoll għall-klima semikontinentali, karatterizzata mill-umdità u mill-friskezza tagħha, li jiffavorixxu t-tkabbir ta’ din is-siġra. L-orjentazzjoni mit-Tramuntana lejn in-Nofsinhar tal-katina tal-Vosges tkattar l-effett ta’ din il-klima, billi twaqqaf is-sħab li jasal mill-Punent, u dan jirriżulta f’xita abbondanti (bl-effett ta’ Foehn). Il-produzzjoni tal-għasel fir-reġjun ta’ Lorraine tmur lura s-sekli. Diversi dokumenti jixhdu l-ħafna premji li rebaħ dan il-għasel, notevolment f’wirja agrikola tal-1902.

L-apikulturi tal-Vosges ilhom jagħmlu l-almu tagħhom biex juru u jippromwovu dan is-settur speċifiku ta’ produzzjoni.

Dan wassal għar-rikonoxximent tad-denominazzjoni tal-oriġini “Miel des Vosges-Montagne” f’sentenza tal-Qorti Reġjunali ta’ Nancy fil-25 ta’ April 1952, denominazzjoni li aktar tard saret “Miel de sapin des Vosges”, irreġistrata bħala DPO fit-30 ta’ Lulju 1996.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Fil-ktieb “ Le goût du miel ”/“ Il-gost tal-għasel ” (Gonnet & Vache, 1985), l-awturi jiddistingwu l-“Miel de sapin des Vosges” minn tipi oħra ta’ għasel mis-siġar taż-żnuber prodotti fi Franza, bis-saħħa tal-karatteristiċi speċifiċi tiegħu: lewn aktar skur, b’laqtiet ħodor ċari tipiċi, kristalizzazzjoni bil-mod ħafna jew xejn, aromi balsamiċi, u togħma karatteristika ħafna tax-xgħir.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-“Miel de sapin des Vosges” huwa prodott b’rabta mill-qrib ħafna mat-territorju lokali, billi jifforma parti integrali mill-katina kontinwa taż-żnuber tal-Vosges.Minn din l-ispeċi ta’ żnuber, l-afidi jisiltu l-likwidu li mbagħad jibdluh fi qtar tal-għasel, li jinġabar min-naħal biex jipproduċu għasel karatteristiku ħafna.

Il-produzzjoni ta’ dan l-għasel hija marbuta mill-qrib mas-sitwazzjoni ġeografika tal-foresti taż-żnuber, li huma speċifiċi għar-reġjun ta’ Vosges, fejn l-apikulturi għandhom l-għarfien u l-esperjenza biex inisslu u jippreżervaw il-karattru speċifiku ta’ dan il-prodott.

Ċerti pubblikazzjonijiet (fosthom Le goût du miel ta’ Gonnet & Vache, 1985) urew il-karattru uniku tal-“Miel de sapin des Vosges”, marbut speċifikament mal-kundizzjonijiet tal-art, tal-klima, u tal-ħamrija. Dawn il-karatteristiċi speċifiċi huma marbutin mal-fatt li n-naħal jiġbor il-qtar tal-għasel prodotti mill-afidi li jgħixu fiż-żnuber tal-Vosges (Abies pectinata). Għaldaqstant, il-karatteristiċi speċifiċi tal-għasel jitnisslu mill-fatturi li ġejjin: l-ispeċi ta’ żnuber fejn isir il-foraġġ tan-naħal, u l-karattru tal-“Miel de sapin des Vosges” (għasal mill-qtar tal-għasel).

Element li juri sew din l-interazzjoni qawwija bejn l-ambjent u l-prodott huwa l-eżistenza ta’ ċiklu fil-produzzjoni tal-qtar tal-għasel, li huwa marbut maċ-ċiklu tal-popolazzjonijiet tal-afidi. Dan il-fenomenu sal-lum għadu ma ġiex spjegat sew.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCMielDeSapinDesVosges.pdf


(1)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/37


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 583/2013

tat-18 ta’ Ġunju 2013

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ternasco de Aragón (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

B’konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-ispeċifikazzjoniji tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ternasco de Aragón” irreġistrata fir-reġistru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 392/2008 (4).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(4)   ĠU L 117, 1.5.2008, p. 16.

(5)   ĠU C 294, 29.9.2012, p. 23.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam (u ġewwieni) friski

SPANJA

Ternasco de Aragón (IĠP)


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 584/2013

tat-18 ta’ Ġunju 2013

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(2)(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tar-Renju Unit għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Melton Mowbray Pork Pie” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 566/2009 (3).

(3)

L-iskop tal-applikazzjoni huwa li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni billi jiġi ċċarat ir-rwol ta’ aġenti li jgħaqqdu u ingredjenti oħra użati fil-manifattura tal-Melton Mowbray Pork Pies.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emendi kkonċernati u kkonkludiet li huma ġġustifikati. Billi din hija emenda minuri, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 50 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Melton Mowbray Pork Pie” hija għalhekk emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 168, 30.6.2009, p. 20.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Melton Mowbray Pork Pie”, huma approvati l-emendi li ġejjin:

Il-Metodu ta’ produzzjoni (it-taqsima 4.5 dwar l-Ispeċifikazzjoni)

Emenda

Tifsira

4.5.

Il-metodu tal-produzzjoni: Ingredjenti għall-manifattura tal-Melton Mowbray Pork Pies:

 

Ingredjenti obbligatorji — Għandhom jintużaw l-ingredjenti li ġejjin:

Dan jiċċara l-ingredjenti kollha li għandhom jintużaw fil-Melton Mowbray Pork Pie.

Majjal mhux ittrattat

 

Melħ

 

Xaħam u/jew shortening

 

Dqiq tal-qamħ

 

Ġelatina tal-majjal u/jew stokk tal-għadam tal-majjal

 

Ilma

 

Ħwawar

 

Ingredjenti fakultattivi — Jistgħu jintużaw l-ingredjenti li ġejjin:

Dawn huma l-ingredjenti fakultattivi li jistgħu jintużaw, iżda mhux oħrajn.

Bajd u/jew ħalib (għall-glazing biss)

Il-glaze (tal-bajd u/jew tal-ħalib) — Dan joħroġ il-kulur kannella dehbi tal-għaġina moħmija. Il-bajd u l-ħalib jintużaw fil-ħami kemm domestiku kif ukoll kummerċjali biex joħorġu d-dehra moħmija tal-prodotti tal-għaġina u tal-ħobż.

Frak tal-ħobż jew qarmeċ

Frak tal-ħobż jew qarmeċ

Lamtu

Lamtu

Fejn jintużaw dawn l-ingredjenti fakultattivi, l-ammont totali fil-prodott finali m’għandux jaqbeż it-8 %. Individwalment;

Dawn l-ingredjenti, li spiss jintużaw bħala aġenti li jgħaqqdu, jiżguraw li l-mili jkun jista’ jitħaddem (meta jkun nej), iservu biex jinżamm il-meraq tal-laħam meta l-prodott jinħema u jiżguraw il-konsistenza tal-laħam fil-prodott moħmi

Glaze < 1 %,

 

Frak tal-ħobż jew qarmeċ < 2 %

 

Lamtu < 5 %

L-ammonti massimi ta’ dawn l-ingredjenti fakultattivi huma ddikjarati wkoll.

Fil-manifattura tal-Melton Mowbray Pork Pies ma jistgħu jintużaw l-ebda ingredjenti oħra għajr dawk imsemmija hawn fuq, jew l-ingredjenti kostitwenti tagħhom.

Dan jiċċara li l-ingredjenti msemmija hawn fuq biss jistgħu jintużaw u mhux oħrajn.

L-ingredjenti tal-għaġina jitħalltu flimkien u jiġu ffurmati l-qigħan u l-uċuh qabel ma tibda l-manifattura tat-torti.

It-tħassir tal-kliem “imbagħad titħalla toqgħod” (‘then rested’) billi m’hemmx definizzjoni ċara ta’ xi jfisser dan u billi dan l-istadju fil-proċess tal-produzzjoni mhuwiex fattur li jiddistingwi lill-Melton Mowbray Pork Pie minn torti tal-majjal oħrajn.

Il-laħam tal-majjal jitqatta’ f’biċċiet żgħar jew isir kapuljat u jitħallat mal-ingredjenti l-oħra biex jifforma l-mili tat-torti.

Dan jiċċara liema ingredjenti jidħlu fil-mili.

It-torti jsirilhom il-glaze (jekk ikun meħtieġ) u mbagħad jinħmew sakemm l-għaġina ssir ta’ kulur kannella dehbi, jitħallew jibirdu u wara jintefa’ l-ġeli.

Dan jiċċara meta l-glazing, li huwa fakultattiv, iseħħ matul il-produzzjoni tat-torti.

Din l-Applikazzjoni għall-Emendi qed titressaq biex jiġi ċċarat ir-rwol tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-ingredjenti l-oħra użati fil-manifattura tal-Melton Mowbray Pork Pies. Il-produtturi ilhom jużaw l-ingredjenti miżjuda għal ħafna snin. L-importanza tal-inklużjoni tagħhom fil-paragrafu 4.5 ġiet injorata fiż-żmien meta l-kelma “biss” (“only”) (ġiet miżjuda quddiem il-lista tal-ingredjenti meta l-applikazzjoni oriġinali ġiet imressqa Brussell. Huwa speċifikament innutat li dawn iż-żidiet ma jbiddlux il-kontenut tal-laħam minimu ddikjarat (30 % fil-prodott finali), u li l-kliem “l-ingredjenti tal-mili” (“filling ingredients”) fil-Metodu ta’ Produzzjoni oriġinali jirreferu għall-ingredjenti li issa huma elenkati fl-Applikazzjoni tal-Emenda.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (1)

“MELTON MOWBRAY PORK PIE”

Nru tal-KE: UK-PGI-0105-0947-3.2.2012

IĠP (X) DPO ()

1.   L-isem

“Melton Mowbray Pork Pie”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Il-kategorija 1.2

Prodott tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-Melton Mowbray Pork Pies għandhom l-għaġina tad-dawra maqrusa minn fuq u l-għaġina għandha kulur kannella dehbi b’konsistenza rikka. Il-mili tal-majjal mhuwiex ittrattat u għandu lewn il-majjal mixwi. Il-mili huwa ta’ konsistenza umda u magħmul minn biċċiet żgħar. Skont id-definizzjoni tal-UE tal-laħam, il-kontenut tal-laħam tal-prodott sħiħ għandu jkun mill-inqas 30 %. Bejn il-mili u d-dawra tal-għaġina hemm saff ġeli.

Bħala togħma, l-għaġina għandha togħma rikka ta’ ħami filwaqt li l-mili huwa bnin b’togħma qawwija ta’ laħam u mħawwar b’mod partikolari bil-bżar. It-torti ma jistax ikun fihom koloranti, aromatizzanti u preservattivi artifiċjali. Jinbigħu f’diversi daqsijiet u piżijiet u mingħand għażla ta’ ħwienet, inklużi ħwienet tal-laħam tradizzjonali, supermarkets, delicatessens u ħwienet li jservu l-ikel.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Dawn l-ingredjenti obbligatorji huma permessi fil-produzzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pies:

 

Majjal (majjal mhux ittrattat)

 

Melħ

 

Xaħam u/jew shortening

 

Dqiq tal-qamħ

 

Ġelatina tal-majjal u/jew brodu tal-għadam tal-majjal

 

Ilma

 

Ħwawar

3.4.   Ingredjenti fakultattivi — jistgħu jintużaw l-ingredjenti li ġejjin:

 

Bajd u/jew ħalib (għall-glazing biss)

 

Frak tal-ħobż jew qarmeċ

 

Lamtu

Fejn jintużaw dawn l-ingredjenti fakultattivi, l-ammont totali fil-prodott finali m’għandux jaqbeż it-8 %. Individwalment, glaze < 1 %, frak tal-ħobż jew qarmeċ < 2 % lamtu < 5 %.

L-ebda ingredjenti oħra ma jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-Melton Mowbray Pork Pies. Fil-manifattura tal-Melton Mowbray Pork Pies ma jistgħu jintużaw l-ebda ingredjenti oħra għajr dawk imsemmija hawn fuq, jew l-ingredjenti kostitwenti tagħhom.

3.5.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Mhux applikabbli

3.6.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-manifattura u l-assemblaġġ tal-Melton Mowbray Pork Pies jitwettqu fiż-żona apposta u jinkludu l-passi ta’ produzzjoni li ġejjin:

L-ingredjenti tal-għaġina jitħalltu flimkien u jiġu ffurmati f’qigħan u f’uċuh qabel ma tibda l-manifattura tat-torti.

Il-laħam tal-majjal jitqatta’ f’biċċiet żgħar jew isir kapuljat u jitħallat mal-ingredjenti l-oħra biex jifforma l-mili tat-torti.

Il-qigħan tal-għaġina jew jitpoġġew fi ċrieki jew jitpoġġew madwar forma jew xi mudell simili.

Il-mili jitqassam u jitpoġġa fil-qigħan tat-torti waqt li l-uċuh tal-għaġina tat-torti maqtugħin lesti jitpoġġew fuq il-mili u jiġu ppjegati biex jagħlqu sew flimkien. Xi torti jinħadmu bl-idejn u biċċiet minnhom fl-aħħar jiġu dekorati b’għafsa ta’l-idejn (pieg).

Imbagħad jinħarġu miċ-ċrieki tagħhom u jitpoġġew fuq tilar tal-ħami mingħajr appoġġ. Xi torti jistgħu jiġu ffriżati f’dan l-istat u jinżammu biex jinħmew aktar tard, jew jinbigħu ffriżati biex jinħmew xi mkien ieħor.

It-torti jsirilhom il-glaze (jekk ikun meħtieġ) u mbagħad jinħmew sakemm l-għaġina ssir ta’ kulur kannella dehbi, jitħallew jibirdu u wara jintefa’ l-ġeli.

It-torti imbagħad jitpoġġew f’temperatura ta’ anqas minn 8 °C.

It-torti mbagħad ikunu jistgħu jitgeżwru u jiġu mmarkati bid-data għall-bejgħ bl-imnut, jew inkella jitħallew mikxufin.

It-torti jistgħu jitħallew f’vetrina tat-tkessiħ biex jistennew ix-xiri. Xi torti jinbigħu sħan fi żmien erba’ sigħat wara li jintefa’ l-ġeli.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Kull membru tal-Assoċjazzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie għandu jirċievi n-numru ta’ Ċertifikazzjoni tiegħu pprovdut mill-korp ta’ spezzjoni u li għandu jintwera fuq l-imballaġġ u fuq kwalunkwe materjal tal-post tal-bejgħ meta jinbiegħu l-Melton Mowbray Pork Pies. Dan in-numru uniku għandu juri fejn tkun saret kull torta mibjugħa direttament lura sal-produttur. Fil-każ ta’ produtturi fuq skala żgħira, xi prodotti li jkunu ġew manifatturati jinbiegħu biss minn ħwienet tal-bejgħ tagħhom stess, filwaqt li membri akbar ibigħu l-prodotti permezz tal-bejjiegħa bl-imnut ewlenin.

Il-produtturi jinħarġilhom Timbru tas-Saħħa mill-Aġenzija tal-Istandards tal-Ikel (Food Standards Agency) u dan flimkien mal-użu ta’ kodiċi tad-dejta jipprovdu traċċabilità sħiħa ta’ prodott mill-post tal-bejgħ, għal-lott tal-produzzjoni, sal-fornitur approvat ta’ kull ingredjent li fih il-prodott.

3.8.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-Assoċjazzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie ser tissorvelja hi stess l-użu tat-timbru ta’ awtentikazzjoni tagħha li jkun mogħti lil kull membru tagħha. Dan it-timbru jista’ jintuża fuq l-imballaġġ u fuq il-materjal tal-post tal-bejgħ.

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-belt ta’ Melton Mowbray u r-reġjun ta’ madwaru jinsabu f’dawn il-konfini:

mit-Tramuntana, mal-A52 mill-M1 u l-A1, inkluża l-belt ta’ Nottingham,

mil-Lvant, mal-A1 mill-A52 sal-A605, inklużi l-bliet ta’ Grantham u Stamford,

mill-Punent, mal-M1 mill-A52 sal-A45,

min-Nofsinhar, mal-A45 u l-A605 mill-M1 sal-A1, inkluża l-belt ta’ Northampton.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Riċerka estensiva minn storiku lokali wriet li matul il-bidu u n-nofs tas-seklu 19 meta kienu bdew jiġu manifatturati t-torti għall-konsum kummerċjali għall-ewwel darba, ostakli ġeografiċi u ekonomiċi kienu llimitaw il-produzzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie għall-belt ta’ Melton Mowbray u r-reġjun ta’ madwaru.

Iż-żona ġeografika deskritta fit-taqsima 4 hija akbar miż-żona oriġinali ta’ produzzjoni. Dan iqis il-fatt li matul iż-żmien dawk il-konfini saru anqas sinifikanti, u jirrikonoxxi li l-produzzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie skont il-metodu ta’ preparazzjoni deskritt fit-taqsima 3.5 ilha ssir għal 100 sena fiż-żona usa’ ta’ madwar Melton Mowbray.

Sa minn nofs is-seklu 18, il-kaċċaturi staġjonali tal-volpi kienu bdew jiffokaw l-attivitajiet tal-kaċċa tagħhom fuq il-belt ta’ Melton Mowbray. Matul ix-xhur tal-ħarifa u x-xitwa, kienu jinqatlu l-qżieqeż, u kienet tibda l-produzzjoni tat-torti tal-majjal. Il-qaddejja tal-kaċċa kienu jżommu dawn it-torti fil-bwiet biex jikluhom meta jaqbadhom il-ġuh waqt li kienu jmexxu ż-żwiemel minn belt għall-oħra għall-konvenjenza tal-kaċċatur għani tal-volpi. Il-kaċċaturi, li kienu jgħaddu żmien twil rekbin għall-kaċċa tal-volpi, malajr indunaw b’dawn it-torti sempliċi u tant delizzjużi tar-raħlin, u għalhekk bdew jġorrhom fil-boroż u l-bwiet biex jikluhom waqt li jkunu għaddejjin bil-kaċċa.

Dawn it-torti delizzjużi, li kienu jisservew bħala kolazzjon filgħodu, tant intgħoġbu minn dawn il-kaċċaturi staġjonali għanja, li bdew jistennew li jsibuhom ukoll fil-klabbs tagħhom ta’ Londra. Edward Adcock, fl-1831, beda jesporta t-torti tal-majjal minn Melton Mowbray għal Londra permezz tal-karozzella pubblika li kuljum kienet tmur minn Leeds għal Londra. B’hekk beda l-kummerċ u l-promozzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie.

L-epoka tal-ferrovija ttrasformat l-industrija. Minflok il-karozzelli biż-żwiemel bdew jintużaw vaguni speċjali fuq is-sistema tal-ferrovija biex iwasslu t-torti f’Londra u fi bliet oħra ewlenin. Inbnew fran qrib l-istazzjon ta’ Melton Mowbray u t-torti bdew jiġu ttrasportati madwar ir-Renju Unit u saħansitra waslu l-Awstralja, New Zealand u l-Afrika t’Isfel fl-istivi mkessħin ta’ bastimenti tat-tagħbija li kienu fi triqithom lura lejn dawk il-pajjiżi. Il-fama tat-torta nfirxet u mill-1870 sal-bidu tas-seklu ta’ wara l-industrija għaddiet minn żmien tajjeb ferm. Minħabba l-fama dejjem tikber tal-prodott xi wħud mill-produtturi ewlenin ipprovaw jipproteġu l-isem mill-imitazzjonijiet, iżda ma rnexxielhomx.

L-Ewwel Gwerra Dinjija qatlet għal kollox il-kummerċ tal-esportazzjoni u l-industrija bdiet sejra lura. Madankollu, matul l-aħħar 20 sena l-industrija ngħatat spinta ġdida u bdiet tespandi mill-ġdid biex tlaħħaq mad-domanda dejjem tikber għal dan it-tip ta’ ikel versatili. Il-Melton Mowbray Pork Pies magħmula fiż-żona denominata issa jinstabu għal bejgħ f’bosta supermarkets kbar u qed jerġgħu jiġu esportati.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-Melton Mowbray Pork Pies għandhom forma tonda karatteristika għalihom minħabba l-kisja ta’ għaġina bbuzzata ’l barra mill-ġenb. L-għaġina hija ta’ konsistenza rikka b’kulur kannella dehbi. Il-laħam tal-majjal użat fil-mili mhuwiex ittrattat u meta jinħema l-majjal jieħu l-kulur griż — simili għall-kulur tal-majjal mixwi. Il-mili huwa ta’ konsistenza umida u magħmul minn biċċiet żgħar. Skont id-definizzjoni ta’ laħam tal-UE, għandu jkun hemm tal-anqas 30 % kontenut ta’ laħam fil-prodott sħiħ. Bejn il-mili u d-dawra tal-għaġina hemm saff ta’ ġeli.

Bħala togħma, l-għaġina għandha togħma rikka ta’ ħami filwaqt li l-mili huwa bnin b’togħma qawwija ta’ laħam u mħawwar b’mod partikolari bil-bżar. It-torti ma jistax ikun fihom koloranti, aromatizzanti u preservattivi artifiċjali.

Il-Melton Mowbray Pork Pies huma evidentement differenti minn torti oħra tal-majjal kemm fl-imballaġġ, fid-disinn u fil-kummerċjalizzazzjoni tagħhom fil-post tal-bejgħ. Meta mqabbla ma’ torti tal-majjal oħrajn għandhom żieda fil-prezz tas-suq ta’ bejn 10 % u 15 % għax għandhom fama speċifika li tagħmilhom esklussivi u għalhekk tixraq il-prezz ogħla. L-Assoċjazzjoni tal-Melton Mowbray Pork Pie twaqqfet fl-1998 biex tgħaqqad flimkien il-produtturi kollha fiż-żona denominata bil-għan li tiżgura l-ħarsien tal-Melton Mowbray Pork Pie li hija awtentika, u biex tkabbar l-għarfien dwar l-oriġini tal-prodott.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Mis-seklu 16 ’il quddiem sar tqassim konsiderevoli tal-art madwar il-belt ta’ Melton Mowbray. B’dan it-tibdil fl-artijiet, l-għelieqi miftuħin tneħħew mill-pajsaġġ u żviluppaw l-għelieqi mdawrin b’ringieli ta’ siġar żgħar tant karatteristiċi tal-art agrikola tal-East Midlands. B’riżultat ta’ dan, l-attività agrikola ewlenija nbidlet mit-trobbija tan-nagħaġ fil-mergħat miftuħa għal trobbija kkontrollata tal-baqar. Il-ħalib żejjed tal-baqar kien jiġi magħmul f’ġobon partikolarment il-Blue Stilton. Prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-ġobon huwa x-xorrox. Ix-xorrox meta mħallat man-nuħħala huwa għalf eċċellenti għall-ħnieżer. Ir-raħħala li kellhom il-baqar tal-ħalib bnew imqawel għall-ħnieżer u bdew irabbu l-annimali biex jieklu ż-żejjed li kien jibqa’ mill-attivitajiet tagħhom tal-produzzjoni tal-ħalib.

Aktar riċenti, il-Melton Mowbray Pork Pies ġibdu l-attenzjoni ta’ żoni differenti. Il-gwida tal-ivjaġġar internazzjonali “Lonely Planet” tirreferi għall-belt ta’ Melton Mowbray bħala l-belt “li tat lid-dinja l-aqwa torti tal-majjal taħt il-kappa tax-xemx”. Il-popolarità mġedda tal-prodott dehret fl-1996 meta d-Duka ta’ Gloucester attira xi pubbliċità waqt żjara f’ħanut ta’ produttur u deher f’artiklu f’gazzetta jduq il-Melton Mowbray Pork Pies. Il-BBC ukoll wera silta dwar il-Melton Mowbray Pork Pies bħala parti mill-programm televiżiv popolari “Food and Drink” li kien jintwera fl-aqwa ħin tat-trasmissjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/melton-mowbray-pgi-20120723.pdf


(1)  Sostitwit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 585/2013

tal-20 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja u r-Renju Unit talbu li tiġi emendata l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. L-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni għandu jiġi emendat ukoll.

(3)

Huwa xieraq li tkun ippubblikata lista aġġornata sħiħa tal-awtoritajiet kompetenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

LISTA TAL-AWTORITAJIET MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8 U 11, U L-INDIRIZZI GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

A.   Awtoritajiet tal-Istati Membri

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand en Energie

Algemene Directie Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Vooruitgangstraat 50

B-1210 Brussel

BELGIË

Service public fédéral économie, PME, Classes moyennes & énergie

Direction générale du potentiel économique

Service licences

Rue du Progrès 50

B-1210 Bruxelles

BELGIQUE

Tel. +32 22776713, +32 22775459

Faks: +32 22775063

E-mail: frieda.coosemans@economie.fgov.be

johan.debontridder@economie.fgov.be

IL-BULGARIJA

Министерство на икономиката, енергетиката и туризма

ул.‘Славянска’ № 8

1052 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Ministry of Economy, Energy and Tourism

8, Slavyanska Str.,

1052 Sofia

BULGARIA

Tel. +359 294071

Faks: +359 29872190

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Tel. +420 224907638

Faks: +420 224214558

E-mail: dual@mpo.cz

ID-DANIMARKA

Anness III, Nru 2 u 3

Justitsministeriet

Slotsholmsgade 10

DK-1216 København K

DANMARK

Tel. +45 72268400

Faks: +45 33933510

E-mail: jm@jm.dk

Anness II u Anness III, Nru 1

Erhvervs- og Vækstministeriet

Erhvervsstyrelsen

Dahlerups Pakhus

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

DANMARK

Tel. +45 35291000

Faks: +45 35466001

E-mail: erst@erst.dk

IL-ĠERMANJA

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29—35

D-65760 Eschborn

DEUTSCHLAND

Tel. +49 61969080

Faks: +49 6196908800

E-mail: ausfuhrkontrolle@bafa.bund.de

L-ESTONJA

Eesti Välisministeerium

Poliitikaosakond

Julgeolekupoliitika ja relvastuskontrolli büroo

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Tel. +372 6377192

Faks: +372 6377199

E-mail: stratkom@vm.ee

L-IRLANDA

Licensing Unit

Kildare Street

23 Kildare Street

Dublin 2

ÉIRE

Tel. +353 16312121

Faks: +353 16312562

IL-GREĊJA

Υπουργείο Ανάπτυξης, Ανταγωνιστικότητας, Υποδομών, Μεταφορών και Δικτύων

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Ερμού και Κορνάρου 1,

GR-105 63 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Ministry of Development, Competitiveness, Infrastructure, Transport and Networks

General Directorate for International Economic Policy

Directorate of Import-Export Regimes, Trade Defence Instruments

Ermou and Kornarou 1,

GR-105 63 Ateni

IL-GREĊJA

Tel. +30 2103286021-22, +30 2103286051-47

Faks: +30 2103286094

E-mail: e3a@mnec.gr, e3c@mnec.gr

SPANJA

Subdirección General de Comercio Exterior de Material de Defensa y Doble Uso

Secretaría de Estado de Comercio

Ministerio de Economía y Competitividad

Paseo de la Castellana 162, planta 7

E-28046 Madrid

ESPAÑA

Tel. +34 913492587

Faks: +34 913492470

E-mail: sgdefensa.sscc@comercio.mineco.es

Departamento de Aduanas e Impuestos Especiales de la

Agencia Estatal de la Administración Tributaria

Avda. Llano Castellano, 17

E-28071 Madrid

ESPAÑA

Tel. +34 917289450

Faks: +34 917292065

FRANZA

Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Direction générale des douanes et droits indirects

Service des titres du commerce extérieur (Setice)

14, rue Yves-Toudic

F-75010 Paris

FRANCE

Tel. +33 0970271710

E-mail: dg-setice@douane.finances.gouv.fr

michele.lefebvre@douane.finances.gouv.fr

L-ITALJA

Ministero dello Sviluppo Economico

Direzione Generale per la Politica Commerciale Internazionale

Divisione IV

Viale Boston, 25

00144 Roma

ITALIA

Tel. +39 0659932439

Faks: +39 0659647506

E-mail: polcom4@mise.gov.it

ĊIPRU

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγών/Εξαγωγών

Ανδρέα Αραούζου 6

CY-1421 Λευκωσία

ΚΥΠΡΟΣ/CYPRUS

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

Trade Service

Import & Export Licensing Unit

6 Andreas Araouzos Street

CY-1421 Nicosia

CYPRUS

Tel. +357 22867100, +357 22867197

Faks: +357 22375443

E-mail: pevgeniou@mcit.gov.cy

IL-LATVJA

Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

LATVIJA

Tel. +371 67013248

Faks: +371 67280882

E-mail: licencesana@em.gov.lv

IL-LITWANJA

Anness II u Anness III, Nri 1, 2 u 3:

Policijos departamento prie Vidaus reikalų ministerijos

Licencijavimo skyrius

Saltoniškių g. 19

LT-08105 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Tel. +370 82719767

Faks: +370 52719976

E-mail: leidimai.pd@policija.lt

Anness III Nru 4

Valstybinė vaistų kontrolės tarnyba prie Lietuvos Respublikos sveikatos apsaugos ministerijos

Žirmūnų g. 139 A,

LT-09120 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Tel. +370 852639264

Faks: +370 852639265

E-mail: vvkt@vvkt.lt

IL-LUSSEMBURGU

Ministère de l’économie et du commerce extérieur

Office des licences

BP 113

L-2011 Lussemburgu

LUXEMBOURG

Tel. +352 226162

Faks: +352 466138

E-mail: office.licences@eco.etat.lu

L-UNGERIJA

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Németvölgyi út 37-39

H-1124 Budapest

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel. +36 14585599

Faks: +36 14585885

E-mail: armstrade@mkeh.gov.hu

MALTA

Dipartiment tal-Kummerċ

Servizzi ta’ Kummerċ

Lascaris

Valletta VLT2000

MALTA

Tel. +356 21242270

Faks: +356 25690286

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Ministerie van Buitenlandse Zaken

Directoraat-Generaal Buitenlandse Economische Betrekkingen

Directie Internationale Marktordening en Handelspolitiek

Bezuidenhoutseweg 67

Postbus 20061

2500 EB Den Haag

NEDERLAND

Tel. +31 703485954, +31 703484652

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft, Familie und Jugend

Abteilung “Außenwirtschaftskontrolle” C2/9

Stubenring 1

A-1011 Wien

ÖSTERREICH

Tel. +43 1711008341

Faks: +43 1711008366

E-mail post@c29.bmwfj.gv.at

IL-POLONJA

Ministerstwo Gospodarki

Departament Handlu i Usług

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA

Tel. +48 226935553

Faks: +48 226934021

E-mail: SekretariatDHU@mg.gov.pl

IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

AT- Autoridade Tributária e Aduaneira

Direcção de Serviços de Licenciamento

Rua da Alfândega, n.5

P-1149-006 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 218813843

Faks: +351 218813986

IR-RUMANIJA

Ministerul Economiei

Departamentul pentru Comerț Exterior și Relații Internaționale

Direcția Politici Comerciale

Calea Victoriei nr. 152

București, sector 1

Cod poștal 010096

ROMÂNIA

Tel. +40 214010504, +40 214010552, +40 214010507

Faks: + 40 214010594, + 40 213150454

E-mail: clc@dce.gov.ro

IS-SLOVENJA

Ministrstvo za gospodarski razvoj in tehnologijo

Direktorat za turizem in internacionalizacijo

Kotnikova 5

1000 Ljubljana

Repubblika Slovenija

Tel. +386 14003521

Faks: +386 14003611

IS-SLOVAKKJA

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

Odbor výkonu obchodných opatrení

Mierová 19

827 15 Bratislava

SLOVENSKO

Tel. +421 248542165

Faks: +421 243423915

E-mail: maria.kopecka@economy.gov.sk

IL-FINLANDJA

Sisäasiainministeriö

Poliisiosasto

PL 26

FIN-00023 Valtioneuvosto

SUOMI/FINLAND

Tel. +358 718780171

Faks: +358 718788555

E-mail: asehallinto@poliisi.fi

L-ISVEZJA

Kommerskollegium

PO Box 6803

SE-113 86 Stockholm

SVERIGE

Tel. +46 86904800

Faks: +46 8306759

E-mail: registrator@kommers.se

IR-RENJU UNIT

Importazzjoni ta’ oġġetti msemmija fl-Anness II:

Department for Business, Innovation and Skills (BIS)

Import Licensing Branch

Queensway House

West Precinct

Billingham

TS23 2NF

UNITED KINGDOM

E-mail: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk

Esportazzjoni ta’ oġġetti elenkati fl-Annessi II u III, u forniment ta’ assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II kif imsemmi l-Artikoli 3(1) u 4(1):

Department for Business, Innovation and Skills (BIS)

Export Control Organisation

1 Victoria Street

London

SW1H 0ET

UNITED KINGDOM

Tel. +44 2072154483

Faks: +44 2072150531

E-mail: Ian.Bradford@bis.gsi.gov.uk

B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments

Office EEAS 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu’


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/51


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 586/2013

tal-20 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward id-data tas-sottomissjoni tar-rapport annwali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) fih regoli li għandhom x’jaqsmu mal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi, u b’mod partikolari lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti u lista ta’ korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet ta’ kontroll rikonoxxuti għal skop ta’ ekwivalenza.

(2)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bis-superviżjoni tas-sistema tal-ekwivalenza, huwa meħtieġ li jiġi emendat il-kontenut tal-lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 biex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar l-operaturi taħt il-kontroll ta’ dawk il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll tiġi aġġornata.

(3)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bis-superviżjoni tas-sistema tal-ekwivalenza u fid-dawl tal-punt 5.1.4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (3), li jirrakkomanda li l-ispeċifikazzjonijiet tal-iskemi, inkluż sommarju pubbliku, isiru disponibbli liberament, pereżempju fuq websajt, u fid-dawl tal-fatt li bosta korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jippubblikaw l-istandard organiku tagħhom fuq il-websajts tagħhom, huwa xieraq li l-korpi ta’ kontroll u l-awtoritajiet ta’ kontroll rikonoxxuti b’konformità mal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 ikunu meħtieġa jippubblikaw l-istandard tal-produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll li għalihom ġew rikonoxxuti fuq il-websajt tagħhom u li jinkludu l-websajt tal-Internet fejn tinsab dik l-informazzjoni fil-kontenut tal-lista ta’ korpi tal-kontroll u ta’ awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti.

(4)

Sabiex l-ammont ta’ xogħol marbut mas-sorveljanza ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti u ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti jinqasam, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport annwali ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti li tkun differenti minn dik għat-tressiq tar-rapport annwali ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti. Bħala konsegwenza, id-data għas-sottomissjoni ta’ talbiet kompleti għall-inklużjoni fil-lista ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għandha titressaq ‘il quddiem b’xahar ukoll.

(5)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema tagħhom ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll għall-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida li rċeviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar emenda ta’ dak l-Anness, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista.

(6)

L-awtoritajiet Ġappuniżi u tal-Istati Uniti talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi korpi tal-kontroll u ta’ ċertifikazzjoni ġodda u ppreżentaw lill-Kummissjoni bil-garanziji meħtieġa li huma jissodisfaw il-kunduzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(7)

It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Ġappun fil-lista provduta fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013. Minħabba li l-Ġappun għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fid-dawl tal-esperjenza tal-monitoraġġ, l-inklużjoni għandha tittawwal għal perjodu bla limitu.

(8)

It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tat-Tuneżija fil-lista provduta fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013. Fid-dawl tal-esperjenza tal-monitoraġġ, l-inklużjoni għandha tiġi mtawla sat-30 ta’ Ġunju 2014.

(9)

Ir-rikonoxximent tal-Isvizzera skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 attwalment japplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati u prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel u għalf. L-awtoritajiet Svizzeri ppreżentaw talba lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza wkoll għall-inbid organiku. L-eżami tat-tagħrif mibgħut ma’ dik it-talba u l-kjarifiki sussegwenti mogħtija mill-Awtoritajiet Svizzeri wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż, ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-inbid organiku huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiċi. (4) Konsegwentement, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-Isvizzera rigward prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel għandha tapplika wkoll għall-inbid organiku.

(10)

Ir-rikonoxximent tal-Isvizzera skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 attwalment japplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati u prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel u għalf li ġew importati lejn l-Istati Uniti. Hemm bżonn li jiġi ċċarat li biex jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti, il-prodotti organiċi importati lejn l-Istati Uniti għandhom ikunu għaddew miill-ipproċessar jew mill-ippakkjar fl-Istati Uniti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti.

(11)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza. Fid-dawl tal-informazzjoni ġdida li waslet għand il-Kummissjoni mill-korpi tal-kontroll u mill-awtoritajiet tal-kontroll elenkati f’dak l-Anness, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista.

(12)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, li rċeviet sal-31 ta’ Ottubru 2012. Għandhom jiġu inklużi f’dik il-lista dawk il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom l-eżami li kien sar sussegwenti, tal-informazzjoni kollha riċevuta, wassal għall-konklużjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(14)

Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel u biex il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll jingħataw biżżejjed żmien għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet emendati marbuta magħhom, għandha tiġi stabbilita data aktar tard ta’ applikazzjoni għall-emendi relatati ma’ websajts tal-Internet, ma’ rapporti annwali u mal-proċedura għat-talba għall-inklużjoni fil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti.

(15)

Minħabba problemi tekniċi marbuta mal-ewwel użu tas-sistema ta’ trasmissjoni elettronika speċifika pprovduta mill-Kummissjoni, id-data għas-sottomissjoni tar-rapport annwali li għandu jiġi sottomess mill-korpi tal-kontroll u mill-awtoritajiet tal-kontroll elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, attwalment stabbilita għall-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, fl-2013 għandha tiġi posposta għat-30 ta’ April. Dik id-deroga għandha tapplika retroattivament mill-31 ta’ Marzu 2013.

(16)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

il-websajt tal-Internet fejn tinsab il-lista aġġornata tal-operaturi suġġetti għas-sistema ta’ kontroll, li tindika l-istatus ta’ ċertifikazzjoni tagħhom u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati kif ukoll punt ta’ kuntatt fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar operaturi u prodotti sospiżi u li kellhom iċ-ċertifikati tagħhom revokati;”

(b)

Huwa miżjud il-punt (f) li ġej:

“(f)

il-websajt tal-Internet fejn jinsabu preżentazzjoni kompluta tal-istandard tal-produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll applikati mill-korp tal-kontroll jew mill-awtorità tal-kontroll f’pajjiż terz.”

(2)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk għandhiex tinkludi korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista pprovduta fl-Artikolu 10 malli tirċievi talba għall-inklużjoni minn rappreżentant tal-korp tal-kontroll jew tal-awtorità tal-kontroll ikkonċernata fuq il-bażi tal-mudell ta’ applikazzjoni magħmul disponibbli mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2). Huma biss it-talbiet kompluti li jkunu waslu sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena li għandhom jitqiesu għall-aġġornament tal-lista. Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb l-aġġornamenti regolari tal-lista kif xieraq fuq il-bażi ta’ talbiet kompleti li jkunu waslu qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.”

(3)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 12(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2), “il-31 ta’ Marzu” jinbidel għat-“28 ta’ Frar”.

(4)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Deroga għas-sena 2013

B’deroga mill-Artikoli 12(1)(b) u 12(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, għas-sena 2013 il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament għandhom jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April 2013.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-31 ta’ Marzu 2013.

Il-punti (1)(a), (2) u (3) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014 u l-punt (1)(b) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.

(3)   ĠU C 341, 16.12.2010, p. 5.

(4)   ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Indja, ir-ringiela IN-ORG-011 hija mħassra.

(2)

It-test li jirrigwarda l-Ġappun huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 5, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“JP-BIO-027

NPO Kumamoto Organic Agriculture Association

http://www.kumayuken.org/jas/certification/index.html

JP-BIO-028

Hokkaido Organic Promoters Association

http://www.hosk.jp/CCP.html

JP-BIO-029

Association of organic agriculture certification Kochi corporation NPO

http://www8.ocn.ne.jp/~koaa/jisseki.html

JP-BIO-030

LIFE Co., Ltd.

http://www.life-silver.com/jas/”

(b)

Il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:

“7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat.”

(3)

Fit-test li jirrigwarda l-Isvizzera, in-nota f’qiegħ il-paġna nru 2 għall-kategorija ta’ prodotti “Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel” tinbidel b’dan li ġej:

“(2)

Ħmira mhux inkluża.”

(4)

Fit-test li jirrigwarda t-Tuneżija, il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:

“7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: it-30 ta’ Ġunju 2014.”

(5)

It-test li jirrigwarda l-Istati Uniti huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.    ORIĠINI : prodotti tal-kategoriji A, B u F u l-ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategoriji D u E li:

tkabbru fl-Istati Uniti, jew

li ġew importati lejn l-Istati Uniti u ġew ipproċessati jew ippakkjati fl-Istati Uniti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti.”

(b)

Fil-punt 5, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“US-ORG-060

Institute for Marketecology (IMO)

http://imo.ch/”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-test li jirrigwarda “Albinspekt” jinbidel b’dan li ġej:

“ ‘ Albinspekt

1.

Indirizz: Rruga Ded Gjon Luli, Pall. 5, Shk.1, Ap.8, 1000 Tirana, l-Albanija

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.albinspekt.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Albanija

AL-BIO-139

x

x

x

Kosovo (1)

XK-BIO-139

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, nbid

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015”

(2)

It-test li jirrigwarda “ARGENCERT SA” jinbidel b’dan li ġej:

“ ‘ARGENCERT SA

1.

Indirizz: Bernardo de Irigoyen 972 4 piso ‘B’, C1072AAT Buenos Aires, l-Arġentina

2.

Indirizz tal-Internet: www.argencert.com.ar

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Iċ-Ċilì

CL-BIO-138

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-138

x

x

L-Urugwaj

UY-BIO-138

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, nbid

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015.”

(3)

It-test li jirrigwarda “AsureQuality Limited” jinbidel b’dan li ġej:

“ ‘ AsureQuality Limited

1.

Indirizz: Level 4, 8 Pacific Rise, Mt Wellington, Auckland, In-New Zealand

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.organiccertification.co.nz

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

In-New Zealand

NZ-BIO-156

x

x

Il-Gżejjer Cook

CK-BIO-156

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, nbid u prodotti koperti bl-Anness III

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2016.”

(4)

Fit-test li jirrigwarda “Australian Certified Organic” il-punti 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej

“1.

18 Eton Street – PO Box 810 – Nundah 4012, Queensland, L-Awstralja

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.aco.net.au/”

(5)

It-test li jirrigwarda “Austria Bio Garantie GmbH” jinbidel b’dan li ġej:

“ ‘ Austria Bio Garantie GmbH

1.

Indirizz: Ardaggerstr. 17/1, 3300 Amstetten, L-Awstrija

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.abg.at

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Albanija

AL-BIO-131

x

L-Armenja

AM-BIO-131

x

L-Afganistan

AF-BIO-131

x

L-Azerbajġan

AZ-BIO-131

x

Il-Belarus

BY-BIO-131

x

Il-Bosnja-Ħerzegovina

BA-BIO-131

x

x

Il-Kroazja

HR-BIO-131

x

x

x

x

Kuba

CU-BIO-131

x

Il-Ġeorġja

GE-BIO-131

x

L-Iran

IR-BIO-131

x

L-Iraq

IQ-BIO-131

x

Il-Ġordan

JO-BIO-131

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-131

x

Kosovo (2)

XK-BIO-131

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-131

x

Il-Libanu

LB-BIO-131

x

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-BIO-131

x

Il-Messiku

MX-BIO-131

x

Il-Moldova

MD-BIO-131

x

Il-Montenegro

ME-BIO-131

x

Ir-Russja

RU-BIO-131

x

Is-Serbja

RS-BIO-131

x

x

It-Taġikistan

TJ-BIO-131

x

It-Turkija

TR-BIO-131

x

x

It-Turkmenistan

TM-BIO-131

x

L-Ukraina

UA-BIO-131

x

x

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-131

x

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015.”

(6)

Fit-test li jirrigwarda “BIOAGRIcert S.r.l.”, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Indirizz tal-Internet: http://www.bioagricert.org”

(7)

It-test relatat mal- “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.” jinbidel b’dan li ġej:

“ ‘ Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.

1.

Indirizz: Calle 16 de septiembre No 204, Ejido Guadalupe Victoria, Oaxaca, Il-Messiku, C.P. 68026.

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.certimexsc.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-104

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-104

x

Il-Messiku

MX-BIO-104

x

x

x

El Salvador

SV-BIO-104

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni; nbid

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015.”

(8)

It-test li jirrigwarda “Ecocert SA” jinbidel b’dan li ġej:

“ “ Ecocert SA

1.

Indirizz: BP 47, 32600 L’Isle-Jourdain, Franza

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.ecocert.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Alġerija

DZ-BIO-154

x

x

Andorra

AD-BIO-154

x

L-Azerbajġan

AZ-BIO-154

x

x

Il-Benin

BJ-BIO-154

x

x

Il-Bosnja-Ħerzegovina

BA-BIO-154

x

x

Il-Brażil

BR-BIO-154

x

x

x

x

Il-Burkina Faso

BF-BIO-154

x

x

Il-Burundi

BI-BIO-154

x

x

Il-Kambodja

KH-BIO-154

x

x

Il-Kamerun

CM-BIO-154

x

x

Il-Kanada

CA-BIO-154

x

Iċ-Ċad

TD-BIO-154

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-154

x

x

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-154

x

x

x

Il-Komoros

KM-BIO-154

x

x

Il-Côte d’Ivoire

CI-BIO-154

x

x

Il-Kroazja

HR-BIO-154

x

x

Kuba

CU-BIO-154

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-154

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-154

x

x

x

x

Fiġi

FJ-BIO-154

x

x

Il-Gana

GH-BIO-154

x

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-154

x

x

Il-Ginea

GN-BIO-154

x

x

Il-Gujana

GY-BIO-154

x

x

Ħaiti

HT-BIO-154

x

x

L-Indja

IN-BIO-154

x

x

L-Indoneżja

ID-BIO-154

x

x

L-Iran

IR-BIO-154

x

x

Il-Ġappun

JP-BIO-154

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-154

x

Il-Kenja

KE-BIO-154

x

x

Il-Kuwajt

KW-BIO-154

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-154

x

x

Il-Laos

LA-BIO-154

x

x

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-BIO-154

x

x

x

Il-Madagaskar

MG-BIO-154

x

x

x

Il-Malawi

MW-BIO-154

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-154

x

x

Mali

ML-BIO-154

x

x

Il-Mawrizju

MU-BIO-154

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-154

x

x

Il-Moldova

MD-BIO-154

x

x

Monako

MC-BIO-154

x

Il-Marokk

MA-BIO-154

x

x

x

x

Il-Możambik

MZ-BIO-154

x

x

x

In-Namibja

NA-BIO-154

x

In-Nepal

NP-BIO-154

x

x

In-Niġerja

NG-BIO-154

x

Il-Pakistan

PK-BIO-154

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-154

x

x

Il-Perù

PE-BIO-154

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-154

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-154

x

Ir-Rwanda

RW-BIO-154

x

x

São Tomé u Prínċipe

ST-BIO-154

x

x

L-Arabja Sawdija

SA-BIO-154

x

x

x

x

Is-Senegal

SN-BIO-154

x

x

Is-Serbja

RS-BIO-154

x

x

x

Is-Somalja

SO-BIO-154

x

x

L-Afrika t’Isfel

ZA-BIO-154

x

x

x

x

Is-Sudan

SD-BIO-154

x

x

Is-Sważiland

SZ-BIO-154

x

x

Is-Sirja

SY-BIO-154

x

x

It-Tanzania

TZ-BIO-154

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-154

x

x

x

It-Togo

TG-BIO-154

x

x

It-Tuneżija

TN-BIO-154

x

x

It-Turkija

TR-BIO-154

x

x

x

x

x

L-Uganda

UG-BIO-154

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-154

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-154

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-154

x

Il-Vanwatu

VU-BIO-154

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-154

x

x

Iż-Żambja

ZM-BIO-154

x

x

Iż-Żimbabwe

ZW-BIO-154

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, prodotti koperti bl-Anness III

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015.”

(9)

It-test li jirrigwarda “IMO Control Latinoamérica Ltda.” jinbidel b’dan li ġej:

“ ‘ IMO Control Latinoamérica Ltda.

1.

Indirizz: Calle Pasoskanki 2134, Cochabamba, Il-Bolivja

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.imo.ch

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Il-Bolivja

BO-BIO-123

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-123

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-123

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-123

x

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-123

x

x

Ħaiti

HT-BIO-123

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-123

x

x

In-Nikaragwa

NI-BIO-123

x

x

Il-Perù

PE-BIO-123

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-123

x

x

El Salvador

SV-BIO-123

x

x

Il-Venezwela

VE-BIO-123

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, nbid

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015.”

(10)

It-test li jirrigwarda “Lacon GmbH” jinbidel b’dan li ġej:

“ ‘ LACON GmbH

1.

Indirizz: Brünnlesweg 19, 77654 Offenburg, Il-Ġermanja

2.

Indirizz tal-Internet: http://www.lacon-institut.com

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Azerbajġan

AZ-BIO-134

x

x

Il-Bangladexx

BD-BIO-134

x

x

Il-Brażil

BR-BIO-134

x

Il-Burkina Faso

BF-BIO-134

x

x

Il-Kroazja

HR-BIO-134

x

x

x

Il-Gana

GH-BIO-134

x

x

L-Indja

IN-BIO-134

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-134

x

Il-Madagaskar

MG-BIO-134

x

x

Mali

ML-BIO-134

x

Il-Messiku

MX-BIO-134

x

x

Il-Marokk

MA-BIO-134

x

x

In-Namibja

NA-BIO-134

x

x

In-Nepal

NP-BIO-134

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-134

x

Is-Serbja

RS-BIO-134

x

x

L-Afrika t’Isfel

ZA-BIO-134

x

x

It-Togo

TG-BIO-134

x

x

It-Turkija

TR-BIO-134

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-134

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-134

x

4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, nbid u prodotti koperti bl-Anness III

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2015.”

(11)

Wara t-test li jirrigwarda “Organic Certifiers”, jiddaħħal it-test li ġej:

“ ‘ Organic Control System

1.

Indirizz: Trg cara Jovana Nenada 15, 24000 Subotica, Srbija

2.

Indirizz tal-Internet: www.organica.rs

3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Is-Serbja

RS-BIO-162

x

x

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, nbid

5.

Perjodu ta’ inklużjoni fil-lista: sat-30 ta’ Ġunju 2016.”

(1)  Din id-deżinjazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza ta’ Kosovo.

(2)  Din id-deżinjazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza ta’ Kosovo.


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/62


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 587/2013

tal-20 ta’ Ġunju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fraises de Nîmes (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Franza biex id-denominazzjoni “Fraises de Nîmes” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Fraises de Nîmes” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 296, 2.10.2012, p. 9.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Fraises de Nîmes (IĠP)


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/64


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 588/2013

tal-20 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

53,3

TR

73,3

ZZ

63,3

0707 00 05

MK

27,7

TR

121,6

ZZ

74,7

0709 93 10

MA

102,6

TR

142,6

ZZ

122,6

0805 50 10

AR

95,3

BR

96,4

TR

78,7

ZA

106,7

ZZ

94,3

0808 10 80

AR

172,7

BR

109,2

CL

135,6

CN

75,1

NZ

137,1

US

156,1

UY

165,4

ZA

126,2

ZZ

134,7

0809 10 00

IL

342,4

TR

228,3

ZZ

285,4

0809 29 00

TR

386,5

US

660,1

ZZ

523,3

0809 30

TR

179,1

ZZ

179,1

0809 40 05

CL

149,0

IL

308,9

ZA

116,7

ZZ

191,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/66


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 589/2013

tal-20 ta’ Ġunju 2013

li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (‘ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS’) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru/i tal-ordni 09.4318 ġew sospiżi mis-27 ta’ Settembru 2012 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jiffissa l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-8 sal-14 ta’ Settembru 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

(2)

Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 879/2012 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru/i tal-ordni 09.4318 mis-27 ta’ Settembru 2012 qed tiġi irtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(3)   ĠU L 259, 27.9.2012, p. 3.


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/67


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 590/2013

tal-20 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)   ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

150,4

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

154,9

0

AR

170,7

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

272,5

8

AR

244,1

17

BR

303,1

0

CL

254,7

14

TH

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

316,9

0

BR

288,8

2

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

490,3

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra

461,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

298,9

0

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ ZZ ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


DEĊIŻJONIJIET

21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/69


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Ġunju 2013

li tiffissa l-perijodu għat-tmien elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali

(2013/299/UE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att tal-20 ta' Settembru tal-1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 78/639/Euratom, KEFA, KEE tal-25 ta' Lulju 1978 li tiffissa l-perijodu għall-ewwel elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (3), il-Kunsill iffissa l-perijodu għal din l-ewwel elezzjoni mis-7 sal-10 ta' Ġunju 1979.

(2)

Jirriżulta li huwa impossibbli li t-tmien elezzjoni ssir matul il-perijodu korrispondenti tal-2014.

(3)

Għaldaqstant għandu jiġi ddeterminat perijodu elettorali ieħor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali għandu jkun mit-22 sal-25 ta' Mejju 2014 għat-tmien elezzjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)   ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5. (mhux disponibbli bil-Malti)

(2)  Opinjoni tal-21 ta' Mejju 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)   ĠU L 205, 29.7.1978, p. 75. (mhux disponibbli bil-Malti)


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/70


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2013

li taħtar żewġ membri Awstrijaċi u żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/300/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Gerhard DÖRFLER u tas-Sur Josef PÜHRINGER saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Viktor SIGL u s-Sur Wolfgang WALDNER, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Dr Peter KAISER, Landeshauptmann

Dr Michael STRUGL, MBA, Landesrat

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Herwig SEISER, Landtagsabgeordneter

Is-Sur Viktor SIGL, Landtagspräsident.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HOGAN


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/71


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/301/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u partikolarment l-Artikolu 111b(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE pajjiż terz jista’ jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas regolatorju tiegħu applikabbli għas-sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar jiżgurawx livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik tal-Unjoni sabiex ikun inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(2)

L-Istati Uniti tal-Amerika talbet, permezz ta’ ittra tat-17 ta’ Jannar 2013, biex tkun inkluża fil-lista skont l-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza mill-Kummissjoni kkonfermat li r-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu ġew issodisfati.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE tat-22 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni, skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2012/715/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)   ĠU L 325, 23.11.2012, p. 15.


ANNESS

“ANNESS

Pajjiż terz

Rimarki

L-Awstralja

 

Il-Ġappun

 

l-Isvizzera

 

L-Istati Uniti tal-Amerika”

 


21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ġunju 2013

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2013) 3740)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/302/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. Dawn ir-regoli jinkludu ħtiġijiet tal-iġjene għall-ħalib mhux proċessat u għall-prodotti tal-ħalib.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE (2) tipprovdi għal ċerti derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fis-subkapitoli II u III tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija elenkati f’dik id-Deċiżjoni. Dik id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

Skont id-Deċiżjoni 2009/861/KE, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji tal-produzzjoni separati.

(4)

Fit-13 ta’ Diċembru 2012 il-Bulgarija bagħtet lista riveduta u aġġornata ta’ dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lill-Kummissjoni.

(5)

F’dik il-lista riveduta u aġġornata, ċerti stabbilimenti li bħalissa jinsabu elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE tħassru għaliex issa huma awtorizzati jpoġġu l-prodotti tal-ħalib fis-suq ta’ ġewwa l-Unjoni, għaliex huma kkunsidrati konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE fin-Nru 6 (1112004 “Matev-Mlekoprodukt” OOD), in-Nru 16 (2712010 “Kamadzhiev-milk” EOOD), in-Nru 37 (1212022 “Milkkomm”EOOD), in-Nru 56 (BG 2612042 “Bulmilk” OOD), in-Nru 61 (1712013 ET “Deniz”), in-Nru 70 (BG 1812003 “Sirma Prista” AD) u n-Nru 78 (1812005 “DAV- Viktor Simonov” EOOD).

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/861/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)   ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83.


ANNESS

“ANNESS II

Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif jissemma fl-Artikolu 3

Nru

Nru tal-Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 2412037

“Stelimeks” EOOD

s. Asen

2

0912015

“Anmar” OOD

s. Padina

obsht. Ardino

3

0912016

OOD “Persenski”

s. Zhaltusha

obsht. Ardino

4

1012014

ET”Georgi Gushterov DR”

s. Yahinovo

5

1012018

“Evro miyt end milk” EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

6

1112017

ET “Rima-Rumen Borisov”

s. Vrabevo

7

1312023

“Inter-D” OOD

s. Kozarsko

8

1612049

“Alpina -Milk” EOOD

s. Zhelyazno

9

1612064

OOD “Ikay”

s. Zhitnitsa

obsht. Kaloyanovo

10

2112008

MK “Rodopa milk”

s. Smilyan

obsht. Smolyan

11

2412039

“Penchev” EOOD

gr. Chirpan

ul. “Septemvriytsi” 58

12

2512021

“Keya-Komers-03” EOOD

s. Svetlen

13

0112014

ET “Veles-Kostadin Velev”

gr. Razlog

ul. “Golak” 14

14

2312041

“Danim-D.Stoyanov” EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

15

0712001

“Ben Invest” OOD

s. Kostenkovtsi

obsht. Gabrovo

16

1512012

ET “Ahmed Tatarla”

s. Dragash voyvoda,

obsht. Nikopol

17

2212027

“Ekobalkan” OOD

gr. Sofia

bul “Evropa” 138

18

2312030

ET “Favorit- D.Grigorov”

s. Aldomirovtsi

19

2312031

ET “Belite kamani”

s. Dragotintsi

20

BG 1512033

ET “Voynov-Ventsislav Hristakiev”

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

21

BG 1512029

“Lavena” OOD

s. Dolni Dębnik

obl. Pleven

22

BG 1612028

ET “Slavka Todorova”

s. Trud

obsht. Maritsa

23

BG 1612051

ET “Radev-Radko Radev”

s. Kurtovo Konare

obl. Plovdiv

24

BG 1612066

“Lakti ko” OOD

s. Bogdanitza

25

BG 2112029

ET “Karamfil Kasakliev”

gr. Dospat

26

BG 0912004

“Rodopchanka” OOD

s. Byal izvor

obsht. Ardino

27

0112003

ET “Vekir”

s. Godlevo

28

0112013

ET “Ivan Kondev”

gr. Razlog

Stopanski dvor

29

0212037

“Megakomers” OOD

s. Lyulyakovo

obsht. Ruen

30

0512003

SD “LAF-Velizarov i sie”

s. Dabravka

obsht. Belogradchik

31

0612035

OOD “Nivego”

s. Chiren

32

0612041

ET “Ekoprodukt-Megiya- Bogorodka Dobrilova”

gr. Vratsa

ul. “Ilinden” 3

33

0612042

ET “Mlechen puls - 95 - Tsvetelina Tomova”

gr. Krivodol

ul. “Vasil Levski”

34

1012008

“Kentavar” OOD

s. Konyavo

obsht. Kyustendil

35

1212031

“ADL” OOD

s. Vladimirovo

obsht. Boychinovtsi

36

1512006

“Mandra” OOD

s. Obnova

obsht. Levski

37

1512008

ET “Petar Tonovski-Viola”

gr. Koynare

ul. “Hr.Botev” 14

38

1512010

ET “Militsa Lazarova-90”

gr. Slavyanovo,

ul. “Asen Zlatarev” 2

39

1612024

SD “Kostovi - EMK”

gr. Saedinenie

ul. “L.Karavelov” 5

40

1612043

ET “Dimitar Bikov”

s. Karnare

obsht. “Sopot”

41

1712046

ET “Stem-Tezdzhan Ali”

gr. Razgrad

ul. “Knyaz Boris”23

42

2012012

ET “Olimp-P.Gurtsov”

gr. Sliven

m-t “Matsulka”

43

2112003

“Milk- inzhenering” OOD

gr.Smolyan

ul. “Chervena skala” 21

44

2112027

“Keri” OOD

s. Borino,

obsht. Borino

45

2312023

“Mogila” OOD

gr. Godech,

ul. “Ruse” 4

46

2512018

“Biomak” EOOD

gr. Omurtag

ul. “Rodopi” 2

47

2712013

“Ekselans” OOD

s. Osmar,

obsht. V. Preslav

48

2812018

ET “Bulmilk-Nikolay Nikolov”

s. General Inzovo,

obl. Yambolska

49

2812010

ET “Mladost-2-Yanko Yanev”

gr. Yambol,

ul. “Yambolen” 13

50

BG 1012020

ET “Petar Mitov-Universal”

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

51

BG 1112016

Mandra “IPZHZ”

gr. Troyan

ul. “V.Levski” 281

52

BG 1712042

ET “Madar”

s. Terter

53

BG 0912011

ET “Alada-Mohamed Banashak”

s. Byal izvor

obsht. Ardino

54

1112026

“ABLAMILK” EOOD

gr. Lukovit

ul. “Yordan Yovkov” 13

55

1312005

“Ravnogor” OOD

s. Ravnogor

56

1712010

“Bulagrotreyd-chastna kompaniya” EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

57

2012011

ET “Ivan Gardev 52”

gr. Kermen

ul. “Hadzhi Dimitar” 2

58

2012024

ET “Denyo Kalchev 53”

gr. Sliven

ul. “Samuilovsko shose” 17

59

2112015

OOD “Rozhen Milk”

s. Davidkovo,

obsht. Banite

60

2112026

ET “Vladimir Karamitev”

s. Varbina

obsht. Madan

61

2312007

ET “Agropromilk”

gr. Ihtiman

ul. “P.Slaveikov” 19

62

BG 1812008

“Vesi” OOD

s. Novo selo

63

BG 2512003

“Si Vi Es” OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

64

BG 2612034

ET “Eliksir-Petko Petev”

s. Gorski izvor

65

BG 2512001

“Mladost -2002” OOD

gr. Targovishte

bul.”29-ti yanuari” 7

66

0812030

“FAMA” AD

gr. Dobrich

bul. “Dobrudzha” 2

67

0912003

“Koveg-mlechni produkti”OOD

gr. Kardzhali

Promishlena zona

68

1412015

ET “Boycho Videnov - Elbokada 2000”

s. Stefanovo

obsht. Radomir

69

1712017

“Diva 02” OOD

gr. Isperih

ul. “An.Kanchev”

70

1712037

ET “Ali Isliamov”

s. Yasenovets

71

1712043

“Maxima milk” OOD

s. Samuil

72

2012010

“Saray” OOD

s. Mokren

73

2012032

“Kiveks” OOD

s.Kovachite

74

2012036

“Minchevi” OOD

s. Korten

75

2212009

“Serdika -94” OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

76

2312028

ET “Sisi Lyubomir Semkov”

s. Anton

77

2312033

“Balkan spetsial” OOD

s. Gorna Malina

78

2312039

EOOD “Laktoni”

s. Ravno pole,

obl. Sofiyska

79

2412040

“Inikom” OOD

gr. Galabovo

ul. “G.S.Rakovski” 11

80

2512011

ET “Sevi 2000- Sevie Ibryamova”

s. Krepcha

obsht. Opaka

81

2612015

ET “Detelina 39”

s. Brod

82

2812002

“Arachievi” OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska’

83

BG 1612021

ET “Deni-Denislav Dimitrov-Ilias Islamov”

s. Briagovo

obsht. Gulyantsi

84

BG 2012019

“Hemus-Milk komers” OOD

gr. Sliven

Promishlena zona Zapad

85

2012008

“Raftis” EOOD

s. Byala

86

2112023

ET “Iliyan Isakov”

s. Trigrad

obsht. Devin

87

2312020

“MAH 2003” EOOD

gr. Etropole

bul. “Al. Stamboliyski” 21

88

2712005

“Nadezhda” OOD

s. Kliment”


Rettifika

21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/78


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2012 tal-20 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 223 tal-21 ta’ Awwissu 2012 )

F’paġna 22, fl-Anness III, fil-punt (4) fit-tabella intitolata “Kodiċijiet tal-Imballaġġ”:

minflok:

“Kaxxa tal-injam għall-ġarr ta’ frott u ħaxix”;

aqra:

“Kaxxa tal-injam għall-ġarr ta’ frott u ħaxix (lug)”.