ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.165.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 165

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
18 ta' Ġunju 2013


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

1

 

*

Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE ( 1 )

13

 

*

Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 ( 1 )

41

 

*

Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

59

 

*

Regolament (UE) Nru. 528/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 450/2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu

62

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)

63

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet

80

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/272/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea

98

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/1


REGOLAMENT (UE) Nru 524/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Mejju 2013

dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(2)

Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi. Sabiex il-konsumaturi jkollhom fiduċja fid-dimensjoni diġitali tas-suq intern u jibbenefikaw minnu, jeħtieġ li dawn ikollhom aċċess għal modi sempliċi, effiċjenti, veloċi u bi spejjeż baxxi biex isolvu t-tilwim li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-forniment ta' servizzi online. Dan huwa partikolarment importanti meta l-konsumaturi jagħmlu xiri transkonfinali.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' April 2011 intitolata “L-Att dwar is-Suq Uniku — Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja — ‘Flimkien għal tkabbir ġdid’ ”, il-Kummissjoni identifikat leġiżlazzjoni dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li tinkludi dimensjoni tal-kummerċ elettroniku bħala wieħed mit-tnax-il xprun li jagħti spinta lit-tkabbir u jsaħħaħ il-fiduċja fis-Suq Uniku.

(4)

Il-frammentazzjoni tas-suq intern ixxekkel l-isforzi biex jingħataw spinta l-kompetittività u t-tkabbir. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' regolarità fid-disponibbiltà, il-kwalità u l-għarfien dwar mezzi sempliċi, effiċjenti, veloċi u bi spejjeż baxxi għas-soluzzjoni tat-tilwim li jirriżulta mill-bejgħ ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi madwar l-Unjoni jikkostitwixxi ostakolu fis-suq intern li jdgħajjef il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fix-xiri u l-bejgħ transkonfinali.

(5)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-24–25 ta' Marzu u tat-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw, sal-aħħar tal-2012, l-ewwel grupp ta' miżuri prijoritarji biex jagħtu impetu ġdid lis-Suq Uniku.

(6)

Is-suq intern huwa realtà għall-konsumaturi fil-ħajja ta' kuljum tagħhom, meta jivvjaġġaw, jixtru u jħallsu. Il-konsumaturi huma atturi ewlenin fis-suq intern u għalhekk għandhom ikunu fil-qofol tiegħu. Id-dimensjoni diġitali tas-suq intern qed isir essenzjali mhux biss għall-konsumaturi imma wkoll għan-negozjanti. Il-konsumaturi qed jixtru dejjem aktar online u għadd dejjem jiżdied ta' negozjanti jbigħu online. Il-konsumaturi u n-negozjanti għandhom iħossuhom kunfidenti li jagħmlu transazzjonijiet online u għalhekk huwa essenzjali li jitneħħew l-ostakoli eżistenti u li tingħata spinta lill-fiduċja tal-konsumaturi. Id-disponibbiltà ta' soluzzjoni affidabbli u effiċjenti online għat-tilwim (ODR) tista' tgħin ħafna biex tinkiseb din il-mira.

(7)

Il-fatt li jkunu jistgħu jfittxu soluzzjoni faċli u rħisa għat-tilwim jista' jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-Suq Uniku diġitali. Madankollu, il-konsumaturi u n-negozjanti għadhom jiffaċċjaw ostakoli biex isibu soluzzjonijiet barra mill-qrati b'mod partikolari għat-tilwim tagħhom li jinqala' minn transazzjonijiet transkonfinali online. Għalhekk, tali tilwim bħalissa spiss jibqa' mhux solvut.

(8)

ODR toffri soluzzjoni barra mill-qrati li hija sempliċi, effiċjenti, veloċi u bi spejjeż baxxi għat-tilwim li jinqala' minn transazzjonijiet online. Madankollu, bħalissa hemm nuqqas ta' mekkaniżmi li jippermettu lill-konsumaturi u n-negozjanti jsolvu tilwim bħal dan permezz ta' mezzi elettroniċi; dan iwassal għal żvantaġġ għall-konsumaturi, iservi ta' ostakolu, b'mod partikulari, għat-transazzjonijiet transkonfinali online, u joħloq kundizzjonijiet li mhumiex indaqs għan-negozjanti, u għalhekk ifixkel l-iżvilupp ġenerali tal-kummerċ online.

(9)

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni barra mill-qrati ta' tilwim mibdijin minn konsumaturi residenti fl-Unjoni kontra negozjanti stabbiliti fl-Unjoni li huma koperti mid-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi (Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (3).

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-pjattaforma tal-ODR tista' tintuża wkoll għal proċeduri tal-ADR li jħallu n-negozjanti jressqu lmenti kontra konsumaturi, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-soluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim mibdijin minn negozjanti kontra konsumaturi fejn il-proċeduri tal-ADR rilevanti huma offruti mill-entitajiet tal-ADR elenkati skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/UE. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal tilwim bħal dan m'għandha tinponi l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR joffru proċeduri bħal dawn.

(11)

Għalkemm b'mod partikolari l-konsumaturi u n-negozjanti li jwettqu transazzjonijiet transkonfinali online se jibbenefikaw mill-pjattaforma tal-ODR, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-transazzjonijiet domestiċi online sabiex jippermetti kundizzjonijiet indaqs fil-qasam tal-kummerċ online.

(12)

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (4).

(13)

Id-definizzjoni ta' "konsumatur" għandha tkopri l-persuni fiżiċi li jaġixxu barra mill-kummerċ, in-negozji, is-sengħa jew il-professjoni tagħhom. Madankollu, jekk il-kuntratt jiġi konkluż għal skopijiet parzjalment ġewwa u parzjalment barra mill-kummerċ tal-persuna (kuntratti bi skop doppju) u l-iskop tal-kummerċ ikun limitat b'tali mod li ma jkunx predominanti fil-kuntest ġenerali tal-forniment, dik il-persuna għandha titqies ukoll bħala konsumatur.

(14)

Id-definizzjoni ta' “kuntratt ta' bejgħ jew servizz online” għandha tkopri kuntratt ta' bejgħ jew servizz fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi permezz ta' sit elettroniku jew b'mezzi elettroniċi oħra u l-konsumatur ikun ordna dawn l-oġġetti jew is-servizzi fuq dak is-sit elettroniku jew b'mezzi elettroniċi oħra. Dan għandu jkopri wkoll każijiet fejn il-konsumatur ikun aċċessa s-sit elettroniku jew servizz ieħor tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' mezz elettroniku mobbli bħat-telefon ċellulari.

(15)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal tilwim bejn konsumaturi u negozjanti li jinqala' minn kuntratti ta' bejgħ jew servizzi konklużi offline u għal tilwim bejn negozjanti.

(16)

Dan ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat flimkien mad-Direttiva 2013/11/UE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li t-tilwim kollu bejn konsumaturi residenti u negozjanti stabbiliti fl-Unjoni li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-forniment ta' servizzi jkun jista' jitressaq lil entità tal-ADR.

(17)

Qabel ma jippreżentaw l-ilment tagħhom lil entità tal-ADR permezz tal-pjattaforma tal-ODR, il-konsumaturi għandhom jiġu mħeġġa mill-Istati Membri jkellmu lin-negozjant bi kwalunkwe mezz xieraq, bil-għan li jsolvu t-tilwim b'soluzzjoni bonarja.

(18)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li joħloq pjattaforma ta' ODR fil-livell tal-Unjoni. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tieħu l-għamla ta' sit elettroniku interattiv li joffri punt ta' dħul wieħed lill-konsumaturi u lin-negozjanti li jkunu qed jippruvaw isolvu tilwim b'mod barra mill-qrati li jkun inqala' minn transazzjonijiet online. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-soluzzjoni barra mill-qrati ta’ tilwim kuntrattwali bejn konsumaturi u negozjanti li jirriżulta mill-bejgħ ta’ oġġetti jew mill-provvista ta’ servizzi online. Hija għandha tħalli lill-konsumaturi u n-negozjanti jressqu lmenti billi jimplew formola elettronika tal-ilmenti disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jehmżu d-dokumenti rilevanti. Għandha tibgħat l-ilmenti lil entità ta' ADR kompetenti biex tindirizza t-tilwim ikkonċernat. Il-pjattaforma tal-ODR għandha toffri, bla ħlas, għodda elettronika ta’ ġestjoni tal-każijiet ta’ tilwim li tippermetti lill-partijiet u lill-entità tal-ADR iwettqu l-proċedura ta' soluzzjoni għat-tilwim mal-partijiet permezz tal-pjattaforma tal-ODR. L-entitajiet tal-ADR m'għandhomx ikunu obbligati jużaw l-għodda ta' ġestjoni tal-każijiet.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, l-operazzjoni u ż-żamma tal-pjattaforma tal-ODR u tipprovdi l-faċilitajiet tekniċi kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-pjattaforma. Il-pjattaforma tal-ODR għandha toffri funzjoni ta' traduzzjoni elettronika li permezz tagħha l-partijiet u l-entità tal-ADR jista' jkollhom l-informazzjoni li tiġi skambjata permezz tal-pjattaforma tal-ODR u hija meħtieġa għas-soluzzjoni tat-tilwim, tradotta, fejn xieraq. Dik il-funzjonalità għandha tkun kapaċi tieħu ħsieb it-traduzzjonijiet kollha meħtieġa u se tkun appoġġata minn interventi umani, jekk meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll, fuq il-pjattaforma tal-ODR, informazzjoni għal dawk li jagħmlu lmenti dwar il-possibbiltà li jitolbu għajnuna mill-punti ta' kuntatt tal-ODR.

(20)

Il-pjattaforma tal-ODR għandha tippermetti l-interskambju sikur ta' data mal-entitajiet tal-ADR u tirrispetta l-prinċipji wara l-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà adottat skont id-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewroper u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC) (5).

(21)

Il-pjattaforma tal-ODR għandha ssir aċċessibbli, b'mod partikolari, permezz tal-portal “L-Ewropa Tiegħek” stabbilit f'konformità mal-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/387/KE, li jipprovdi aċċess għal informazzjoni online u servizzi interattivi pan-Ewropej u multilingwi lin-negozji u ċ-ċittadini fl-Unjoni. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tingħata prominenza fuq il-portal “L-Ewropa Tiegħek”.

(22)

Pjattaforma tal-ODR fil-livell tal-Unjoni għandha tibni fuq entitajiet eżistenti tal-ADR fl-Istati Membri u għandha tirrispetta t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. L-entitajiet tal-ADR li lilhom ikun tressaq ilment permezz tal-pjattaforma tal-ODR għalhekk għandhom japplikaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom stess, inklużi r-regoli dwar l-ispiża. Madankollu, dan ir-Regolament huwa maħsub biex jistabbilixxi xi regoli komuni li jkunu applikabbli għal dawk il-proċeduri li jissalvagwardjaw l-effettività tagħhom. Dan għandu jinkludi regoli li jiżguraw li tali soluzzjoni għat-tilwim ma tirrikjedix il-preżenza fiżika tal-partijiet jew ir-rappreżentenanti tagħhom quddiem l-entità tal-ADR, ħlief jekk ir-regoli ta' proċedura tagħha jkunu jipprovdu għal dik il-possibilità u l-partijiet jiftiehmu.

(23)

Billi jiġi żgurat li l-entitajiet kollha tal-ADR elenkati skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/UE ikunu rreġistrati mal-pjattaforma tal-ODR, dan għandu jippermetti kopertura sħiħa fis-soluzzjoni online barra mill-qrati għal tilwim li jinqala' minn kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizzi online.

(24)

Dan ir-Regolament m'għandux jipprevjeni l-funzjonament ta' kwalunkwe entità eżistenti ta' soluzzjoni online għat-tilwim jew ta' kwalunkwe mekkaniżmu ta' ODR li joperaw fi ħdan l-Unjoni. Ma għandux jipprevjeni lil entitajiet jew mekkaniżmi ta' soluzzjoni għat-tilwim milli jittrattaw tilwim online li jkun tressaq direttament lilhom.

(25)

F'kull Stat Membru għandhom jiġu nnominati punti ta' kuntatt tal-ODR li jospitaw mill-inqas żewġ konsulenti tal-ODR. Il-punti ta' kuntatt tal-ODR għandhom jappoġġaw il-partijiet involuti f'tilwim imressaq permezz tal-pjattaforma tal-ODR mingħajr ma jiġu obbligati jittraduċu dokumenti marbuta ma' dak it-tilwim. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkonferixxu r-responsabbiltà għall-punti ta' kuntatt tal-ODR liċ-ċentri tagħhom tan-Netwerk Ewropew ta' Ċentri tal-Konsumatur. L-Istati Membri għandhom jużaw dik il-possibbiltà sabiex iħallu punti ta' kuntatt tal-ODR igawdu bis-sħiħ mill-esperjenza taċ-ċentri tan-Netwerk Ewropew ta' Ċentri tal-Konsumatur fil-faċilitazzjoni tas-soluzzjoni għat-tilwim bejn konsumaturi u negozjanti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' punti ta' kuntatt tal-ODR biex tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-ħidma tagħhom u tipprovdi, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħriġ xieraq għall-punti ta' kuntatt tal-ODR.

(26)

Id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust quddiem il-qorti huma drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-ODR mhijiex maħsuba, u ma jistax jitfassal, biex tissostitwixxi l-proċeduri fil-qorti, u lanqas m'għandha ċċaħħad lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom biex ifittxu rimedju quddiem il-qrati. Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għas-sistema ġudizzjarja.

(27)

L-ipproċessar tal-informazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal garanziji stretti ta' kunfidenzjalità u għandu jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data  (6) u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data  (7). Dawk ir-regoli għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq skont dan ir-Regolament mill-atturi varji tal-pjattaforma tal-ODR, sew jekk jaġixxu waħedhom jew b'mod konġunt ma' tali atturi oħrajn.

(28)

Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati, u jagħtu l-kunsens tagħhom, dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom fil-pjattaforma tal-ODR, u għandhom jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dak l-ipproċessar, permezz ta' avviż tal-privatezza komprensiva li għandu jkun disponibbli pubblikament mill-Kummissjoni u li jispjega, b'mod ċar u sempliċi, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-atturi varji tal-pjattaforma, f'konformità mal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

(29)

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar kunfidenzjalità fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rigward ADR.

(30)

Sabiex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni wiesgħa tal-konsumaturi dwar l-eżistenza tal-pjattaforma tal-ODR, in-negozjanti stabbiliti fl-Unjoni li jidħlu f'kuntratti ta' bejgħ jew servizzi online għandhom jipprovdu fuq is-siti elettroniċi tagħhom, link għall-pjattaforma tal-ODR. In-negozjanti għandhom ukoll jipprovdu l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom sabiex il-konsumaturi jkollhom punt tal-ewwel kuntatt. Proporzjon sinifikanti ta' kuntratti ta' bejgħ u servizzi online jiġu konklużi bl-użu ta' postijiet tas-suq online, li jlaqqgħu flimkien jew jiffaċilitaw it-transazzjonijiet online bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. Il-postijiet tas-suq online huma pjattaformi online li jippermettu lin-negozjanti jagħmlu l-prodotti u s-servizzi tagħhom disponibbli għall-konsumaturi. Intermedjarji online bħal dawn għalhekk għandu jkollhom l-istess obbligu li jipprovdu link elettroniku għall-pjattaforma tal-ODR. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Direttiva 2013/11/UE li jikkonċerna r-rekwiżit li n-negozjanti jinfurmaw lill-konsumaturi dwar in-negozjanti dwar il-proċeduri tal-ADR li bihom huma koperti dawk in-negozjanti u dwar jekk jimpjenjawx ruħhom jew le li jużaw il-proċeduri tal-ADR biex isolvu t-tilwim mal-konsumaturi. Barra minn hekk, dak l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-punt (t) tal-Artikoli 6(1) u għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi (8). Il-punt (t) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83/UE jistipula li għall-kuntratti tal-konsumaturi konklużi mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, dak in-negozjant għandu jinforma lill-konsumatur dwar il-possibbiltà li jirrikorri għal mekkaniżmu barra mill-qrati tal-ilmenti u r-rimedji li jkun soġġett għalih in-negozjant, u l-metodi li bihom il-konsumatur ikollu aċċess għalihom, qabel ma dan tal-aħħar ikun marbut bil-kuntratt. Għall-istess raġunijiet ta' sensibilizzazzjoni tal-konsumatur, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tan-negozji biex jipprovdu link elettroniku għas-sit web tal-pjattaforma tal-ODR.

(31)

Sabiex jittieħed kont tal-kriterji li bihom l-entitajiet tal-ADR jiddefinixxu l-ambiti ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadatta l-informazzjoni li min iressaq ilment għandu jipprovdi fil-formola tal-ilmenti elettronika disponibbli fuq il-pjattaforma tal-ODR. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(32)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR, il-modalitajiet għat-tressiq ta' lment u l-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-punti ta' kuntatt tal-ODR. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (9). Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni relatati mal-formola tal-ilmenti elettronika minħabba n-natura purament teknika tagħha. Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tar-regoli dwar il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-konsulenti tal-ODR tan-netwerk tal-punti ta' kuntatt tal-ODR.

(33)

Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fejn adatt, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(34)

Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' ODR għal tilwimiet online li huma rregolati minn regoli komuni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv.

(35)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod speċifiku l-Artikoli 7, 8, 38 u 47 tagħha;

(36)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-12 ta' Jannar 2012 (10).

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li, permezz tal-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u b'mod partikolari għad-dimensjoni diġitali tiegħu, billi jipprovdi pjattaforma ta' ODR Ewropea (‧pjattaforma ta' ODR‧) li tiffaċilita s-soluzzjoni barra mill-qrati li tkun indipendenti, imparzjali, trasparenti, effettiva, veloċi u ġusta għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti online.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni barra mill-qrati għat-tilwim li tikkonċerna obbligi kuntrattwali li jirriżultaw minn kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizzi online bejn konsumatur residenti fl-Unjoni u negozjant stabbilit fl-Unjoni permezz tal-intervent ta' entità ta' ADR elenkata skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/UE u li tinvolvi l-użu ta' pjattaforma ta' ODR.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni barra mill-qrati għat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, li huwa mibdi minn negozjant kontra konsumatur, sa fejn il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn il-konsumatur huwa abitwalment residenti tippermetti li tilwim bħal dan jiġi solvut mingħajr l-intervent ta' entita' tal-ADR.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni tagħhom tippermettix jew le li t-tilwimiet imsemmija fil-paragrafu 1, li huma mibdija minn negozjant kontra konsumatur, jiġu solvuti permezz tal-intervent ta' entità tal-ADR. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jinnotifikaw il-lista msemmija fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/UE, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar liema entitajiet tal-ADR jittrattaw ilmenti bħal dawn.

4.   L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal tilwim imsemmi fil-paragrafu 1, jinbeda minn negozjant kontra konsumatur, m'għandu jimponi l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR joffru proċeduri għas-soluzzjoni barra mill-qrati ta' tilwim bħal dan.

Artikolu 3

Relazzjoni ma' atti legali oħra tal-Unjoni

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/52/KE.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

"konsumatur" tfisser konsumatur kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/11/UE;

(b)

"negozjant" tfisser negozjant kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/11/UE;

(c)

"kuntratt ta' bejgħ" tfisser kuntratt ta' bejgħ kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/11/UE;

(d)

"kuntratt ta' servizz" tfisser kuntratt ta' servizz kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/11/UE;

(e)

"kuntratt ta' bejgħ jew servizz online" tfisser kuntratt ta' bejgħ jew servizz fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi fuq sit web jew b'mezzi elettroniċi oħra u l-konsumatur ikun ordna dawn l-oġġetti jew is-servizzi fuq dak is-sit web jew b'mezzi elettroniċi oħra;

(f)

"post tas-suq online" tfisser fornitur ta' servizz, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (11), li jippermetti lill-konsumaturi u n-negozjanti li jikkonkludu kuntratti ta' bejgħ u servizzi online fis-sit web tal-post tas-suq online;

(g)

"mezzi elettroniċi" tfisser tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data li hija trażmessa, imwassla u riċevuta fl-intier tagħha bil-wajer, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi elettromanjetiċi oħrajn;

(h)

"proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim” (“il-proċedura tal-ADR”) tfisser proċedura għas-soluzzjoni barra mill-qrati għat-tilwim kif imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament;

(i)

"entità tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim" ("l-entità tal-ADR") tfisser entità tal-ADR kif definita fil-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/11/UE;

(j)

"parti li tressaq ilment" tfisser il-konsumatur jew in-negozjant li jkun ressaq ilment permezz tal-pjattaforma Ewropea ta' ODR;

(k)

"parti li twieġeb" tfisser il-konsumatur li kontrih jew in-negozjant li kontrih ikun tressaq ilment permezz tal-pjattaforma Ewropea ta' ODR;

(l)

"awtorità kompetenti" tfisser awtorità pubblika kif definita fil-punt (i) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/11/UE;

(m)

data personali” tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“is-suġġett tad-data”); persuna identifikabbli hija waħda li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, partikolarment b'referenza għal numru tal-identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna.

2.   Il-post tal-istabbiliment tan-negozjant għandu jiġi ddeterminat skont il-punti (c) u (f) tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 2013/11/UE, rispettivament;

KAPITOLU II

PJATTAFORMA TA' ODR

Artikolu 5

Stabbiliment tal-pjattaforma ta' ODR

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-pjattaforma ta' ODR u tkun responsabbli għat-tħaddim tagħha, inklużi l-funzjonalitajiet kollha ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iż-żamma tagħha, il-finanzjament tagħha u tas-sigurtà tad-data. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun faċli biex tintuża. L-iżvilupp, it-tħaddim, u ż-żamma tal-pjattaforma tal-ODR għandhom jiżguraw li l-privatezza tal-utenti tagħha tkun rispettata mill-istadju tat-tfassil (“privacy by design”) u li l-pjattaforma tal-ODR tkun aċċessibbli u tista' tintuża minn kulħadd, inklużi l-utenti vulnerabbli (“design for all”), safejn ikun possibbli.

2.   Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun punt uniku ta' dħul għall-konsumaturi u n-negozjanti li jkunu qed ifittxu soluzzjoni barra mill-qrati għat-tilwim li huwa kopert minn dan ir-Regolament. Għandha tkun sit web interattiv li jkun aċċessibbli elettronikament u bla ħlas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pjattaforma tal-ODR aċċessibbli, kif adatt, permezz tas-siti web tagħha li jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini u n-negozji fl-Unjoni u, b'mod partikolari, permezz tal-portal L-Ewropa Tiegħek stabbilit f'konformità mad-Deċiżjoni 2004/387/KE.

4.   Il-pjattaforma tal-ODR għandu jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

li tipprovdi formola elettronika tal-ilmenti li tista' timtela mill-persuna li tressaq ilment f'konformità mal-Artikolu 8;

(b)

li tinforma lill-parti li twieġeb dwar l-ilment;

(c)

li tidentifika l-entità jew entitajiet kompetenti tal-ADR u tittrażmetti l-ilment lill-entità tal-ADR, li l-partijiet ikunu qablu li jużaw, f'konformità mal-Artikolu 9;

(d)

li toffri għodda elettronika għall-ġestjoni tat-tilwim bla ħlas, li tippermetti lill-partijiet u l-entità tal-ADR li jkunu jistgħu jmexxu l-proċedura ta' soluzzjoni online għat-tilwim permezz tal-pjattaforma tal-ODR;

(e)

li tipprovdi lill-partijiet u l-entità tal-ADR bit-traduzzjoni tal-informazzjoni li hija meħtieġa għas-soluzzjoni tat-tilwim u li tiġi skambjata permezz tal-pjattaforma tal-ODR;

(f)

li tipprovdi formola elettronika li permezz tagħha l-entitajiet tal-ADR għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 10;

(g)

li tipprovdi sistema ta' feedback li tippermetti lill-partijiet jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR u dwar l-entità tal-ADR li tkun ittrattat it-tilwima tagħhom;

(h)

li tagħmel pubblikament disponibbli dan li ġej:

(i)

informazzjoni ġenerali dwar ADR bħala mezz ta' soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qrati;

(ii)

informazzjoni dwar l-entitajiet tal-ADR elenkati skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/UE li huma kompetenti biex jittrattaw tilwim kopert minn dan ir-Regolament;

(iii)

gwida online dwar kif jitressqu lmenti permezz tal-pjattaforma tal-ODR;

(iv)

informazzjoni, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt, dwar punti ta’ kuntatt tal-ODR maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament;

(v)

data tal-istatistika dwar ir-riżultat tat-tilwim li ntbagħat lill-entitajiet tal-ADR permezz tal-pjattaforma tal-ODR.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 4 tkun preċiża, aġġornata u mogħtija b'mod ċar, li jinftiehem, u faċilment aċċessibbli.

6.   Entitajiet tal-ADR elenkati skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/UE li huma kompetenti biex jieħdu ħsieb tilwim kopert minn dan ir-Regolament għandhom ikunu reġistrati elettronikament mal-pjattaforma tal-ODR.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(3).

Artikolu 6

Testijiet tal-pjattaforma tal-ODR

1.   Il-Kummissjoni għandha, sad-9 ta' Jannar 2015 tittestja l-funzjonalità teknika tal-pjattaforma ODR u tal-formola tal-ilmenti u kemm huwa faċli li jintużaw, inkluż fir-rigward tat-traduzzjoni. It-testijiet għandhom jitwettqu u jiġu evalwati f'kooperazzjoni ma' esperti fl-ODR mill-Istati Membri u rappreżentanti tal-konsumaturi u tan-negozjanti. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultat tat-testijiet u tieħu l-miżuri adatti biex tindirizza problemi potenzjali sabiex tiżgura li l-pjattaforma tal-ODR taħdem b'mod effettiv.

2.   Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiddeskrivi wkoll il-miżuri tekniċi u organizzattivi li beħsiebha tieħu biex tiżgura li l-pjattaforma ODR tissodisfa r-rekwiżiti ta' privatezza mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 7

Netwerk ta' punti ta’ kuntatt għall-ODR

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt tal-ODR wieħed u jikkomunika ismu u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-responsabbiltà għall-punti ta' kuntatt tal-ODR liċ-ċentri tagħhom tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur, lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew lil kwalunkwe korp ieħor. Kull punt ta' kuntatt tal-ODR għandu jospita mill-inqas żewġ konsulenti għall-ODR.

2.   Il-punti ta’ kuntatt tal-ODR għandhom jipprovdu appoġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma' lmenti mressqa permezz tal-pjattaforma ODR billi jissodisfaw il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk jintalbu, jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-partijiet u l-entità tal-ADR kompetenti, li jista' jinkludi, b'mod partikulari:

(i)

għajnuna fit-tressiq tal-ilment u, fejn xieraq, id-dokumentazzjoni rilevanti;

(ii)

l-għoti ta' informazzjoni ġenerali lill-partijiet u lill-entitajiet tal-ADR dwar id-drittijiet tal-konsumatur b'rabta mal-kuntratti ta' bejgħ u ta' servizzi li japplikaw fl-Istat Membru tal-punt ta' kuntatt tal-ODR li jospita lill-konsulent tal-ODR ikkonċernat;

(iii)

jipprovdu informazzjoni dwar il-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR;

(iv)

jipprovdu lill-partijiet spjegazzjonijiet dwar ir-regoli ta’ proċedura applikati mill-entitajiet tal-ADR identifikati;

(v)

jgħarrfu lill-parti li qed tressaq l-ilment b'mezzi oħra ta' rimedju meta tilwima ma tkunx tista' tiġi solvuta permezz tal-pjattaforma ODR;

(b)

iressqu, fuq il-bażi tal-esperjenza prattika miksuba mill-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom, rapport tal-attività kull sentejn lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

3.   Il-punti ta' kuntatt tal-ODR m'għandhomx ikunu obbligati jwettqu l-funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 fil-każ ta' tilwim meta l-partijiet ikunu abitwalment residenti fl-istess Stat Membru.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, li l-punt ta' kuntatt tal-ODR iwettaq funzjoni waħda jew aktar funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 fil-każ ta' tilwim meta l-partijiet ikunu abitwalment residenti fl-istess Stat Membru.

5.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' punti ta’ kuntatt (“in-netwerk tal-punti ta’ kuntatt tal-ODR”) li jippermetti l-kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt u jikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2.

6.   Il-Kummissjoni għandha mill-inqas darbtejn fis-sena torganizza laqgħa tal-membri tan-netwerk tal-punti ta’ kuntatt tal-ODR sabiex tippermetti li jkun hemm skambju tal-aħjar prattika, u diskussjoni ta' kwalunkwe problema rikorrenti li tkun inqalgħet fit-tħaddim tal-pjattaforma tal-ODR.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dwar il-modalitajiet tal-kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt tal-ODR permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(3).

Artikolu 8

Tressiq ta' lment

1.   Sabiex jitressaq ilment quddiem il-pjattaforma ODR il-parti li tressaq l-ilment għandha timla l-formola tal-ilmenti elettronika. Il-formola tal-ilmenti għandha tkun faċli biex tintuża u faċilment aċċessabbli fuq il-pjattaforma ODR.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-parti li tressaq ilment għandha tkun biżżejjed biex tiġi determinata l-entità tal-ADR kompetenti. Dik l-informazzjoni hija elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament. Il-parti li tressaq l-ilment tista' tehmeż dokumenti biex issostni l-ilment.

3.   Sabiex jittieħed kont tal-kriterji li bihom l-entitajiet tal-ADR li huma elenkati skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/UE u li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament, jiddefinixxu l-kampijiet ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament sabiex tadatta l-informazzjoni elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dwar il-modalitajiet għall-formola tal-ilmenti elettronika permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 16(2).

5.   Għandha tiġi pproċessata permezz tal-formola tal-ilmenti elettronika u d-dokumenti mehmuża magħha dik id-data biss li hija preċiża, rilevanti u mhux eċċessiva meta titqabbel mal-iskopijiet li għalihom tinġabar.

Artikolu 9

Ipproċessar u trażmissjoni ta' lment

1.   Ilment imressaq lill-pjattaforma tal-ODR għandu jiġi pproċessat jekk it-taqsimiet kollha meħtieġa tal-formola tal-ilmenti elettronika jkunu mtlew.

2.   Jekk il-formola tal-ilmenti ma tkunx imtliet kollha, il-parti li tressaq l-ilment għandha tiġi infurmata li l-ilment ma jistax jibqa' jiġi pproċessat, sakemm ma tingħatax l-informazzjoni nieqsa.

3.   Meta tasal il-formola tal-ilmenti mimlija kollha, il-pjattaforma tal-ODR għandha tibgħat b’mod li jinftiehem faċilment u mingħajr dewmien lill-parti li twieġeb, b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni magħżula minn dik il-parti, l-ilment flimkien mad-data li ġejja:

(a)

informazzjoni li l-partijiet iridu jaqblu dwar entità tal-ADR sabiex l-ilment jintbagħat lilha, u li jekk ma jintlaħaqx qbil mill-partijiet jew ma tiġi identifikata ebda entità tal-ADR l-ilment m'għandux jibqa' jiġi pproċessat;

(b)

informazzjoni dwar l-entità jew entitajiet tal-ADR li huma kompetenti biex jittrattaw l-ilment, jekk ikun hemm waħda jew iktar msemmija fil-formola tal-ilmenti elettronika jew jiġu identifikati mill-pjattaforma tal-ODR abbażi tal-informazzjoni mogħtija f'dik il-formola;

(c)

fil-każ li l-parti li twieġeb tkun negozjant, stedina biex jiddikjara fi żmien 10 ijiem kalendarji:

jekk in-negozjant jimpenjax ruħu, jew huwiex obbligat juża entità tal-ADR speċifika għas-soluzzjoni tat-tilwim mal-konsumaturi; u

sakemm in-negozjant ma jkunx obbligat juża entità speċifika tal-ADR, jekk in-negozjant hux lest juża xi entità jew entitajiet tal-ADR minn dawk imsemmija fil-punt (b);

(d)

fil-każ li l-parti li twieġeb tkun konsumatur u n-negozjant ikun obbligat juża entità speċifika tal-ADR, stedina biex jaqbel fi żmien 10 ijiem kalendarji dwar dik l-entità tal-ADR, jew fil-każ li n-negozjant ma jkunx obbligat juża entità speċifika tal-ADR, stedina biex jagħżel entità waħda jew aktar tal-ADR minn dawk msemmija fil-punt (b);

(e)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-punt ta' kuntatt tal-ODR fl-Istat Membru fejn il-parti li twieġeb tkun stabbilita jew residenti, kif ukoll deskrizzjoni fil-qosor tal-funzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2);

4.   Meta tiġi riċevuta l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) jew il-punt (d) tal-paragrafu 3 mingħand il-parti li twieġeb, il-pjattaforma tal-ODR għandha, b'mod li jinftiehem faċilment u mingħajr dewmien, tikkomunika lill-parti li tressaq l-ilment, b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni magħżula minn dik il-parti, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu (3);

(b)

fil-każ li l-parti li tressaq l-ilment tkun konsumatur, l-informazzjoni dwar l-entità jew entitajiet tal-ADR iddikjarata min-negozjant skont il-punt (c) tal-paragrafu (3) u stedina għal qbil fi żmien għaxart ijiem kalendarji dwar entità tal-ADR;

(c)

fil-każ li l-parti li tressaq l-ilment tkun negozjant u n-negozjant ma jkunx obbligat juża entità speċifika tal-ADR, l-informazzjoni dwar l-entità jew entitajiet tal-ADR iddikjarata mill-konsumatur skont il-punt (d) tal-paragrafu (3) u stedina għal qbil fi żmien 10 ijiem kalendarji dwar entità tal-ADR;

(d)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-punt ta' kuntatt tal-ODR fl-Istat Membru fejn il-parti li tressaq l-ilment tkun stabbilita jew residenti, kif ukoll deskrizzjoni fil-qosor tal-funzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2);

5.   L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 4 għandha tinkludi deskrizzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin ta' kull entità tal-ADR:

(a)

l-isem, id-dettalji ta' kuntatt u l-indirizz tas-sit elettroniku tal-entità tal-ADR;

(b)

it-tariffi għall-proċedura tal-ADR, jekk applikabbli;

(c)

il-lingwa jew il-lingwi li bihom tista' ssir il-proċedura tal-ADR;

(d)

it-tul medju tal-proċedura tal-ADR;

(e)

in-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tal-eżitu tal-proċedura tal-ADR;

(f)

ir-raġunijiet li għalihom l-entità tal-ADR tista’ tirrifjuta li tittratta tilwima speċifika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2013/11/UE.

6.   Il-pjattaforma tal-ODR għandha awtomatikament u mingħajr dewmien tibgħat l-ilment lill-entità tal-ADR li l-partijiet qablu li jużaw skont il-paragrafi 3 u 4.

7.   L-entità tal-ADR li ntbagħtilha l-ilment għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-partijiet dwar jekk taċċettax jew tirrifjutax li tittratta t-tilwima skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2013/11/UE. L-entità tal-ADR li tkun ftiehmet li tittratta t-tilwima għandha tgħarraf ukoll lill-partijiet dwar ir-regoli ta' proċedura tagħha u, jekk ikun applikabbli, tal-ispejjeż tal-proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwim konċernata.

8.   Meta l-partijiet ma jirnexxilhomx jaqblu fi żmien 30 jum kalendarju wara li titressaq il-formola tal-ilmenti dwar entità tal-ADR, jew l-entità tal-ADR tirrifjuta li tittratta t-tilwima, l-ilment m'għandux jibqa' jiġi pproċessat. Il-parti li tressaq l-ilment għandha tiġi infurmata bil-possibbiltà li tikkuntattja konsulent tal-ODR għal informazzjoni ġenerali dwar mezzi oħra ta' rimedju.

Artikolu 10

Soluzzjoni tat-tilwima

Entità tal-ADR li li tkun ftiehmet li tittratta tilwima skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandha:

(a)

tikkonkludi l-proċedura tal-ADR sal-iskadenza msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/11/UE;

(b)

ma titlobx il-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, sakemm ir-regoli ta' proċedura tagħha ma jipprovdux għal dik il-possibiltà u l-partijiet jaqblu;

(c)

mingħajr dewmien tibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-pjattaforma tal-ODR:

(i)

id-data meta rċeviet il-fajl tal-ilment;

(ii)

is-suġġett tat-tilwima;

(iii)

id-data tal-konklużjoni tal-proċedura tal-ADR ta' soluzzjoni tat-tilwima;

(iv)

ir-riżultat tal-proċedura tal-ADR imsemmija fil-punt (iii);

(d)

ma tkunx obbligata twettaq proċedura tal-ADR permezz tal-pjattaforma tal-ODR.

Artikolu 11

Il-bażi ta' data

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tistabbilixxi u żżomm bażi ta' data elettronika li fiha għandha żżomm l-informazzjoni pproċessata f'konfomità mal-Artikoli 5(4) u l-punt (c) tal-Artikolu 10 waqt li tieħu kont dovut tal-Artikolu 13(2).

Artikolu 12

Proċessar ta' data personali

1.   L-aċċess għall-informazzjoni, inkluża d-data personali, relatata ma' tilwim u miżmuma fil-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 11, għandu jingħata għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10, lill-entità tal-ADR biss li lilha jkun intbagħat it-tilwim f'konfomità mal-Artikolu 9. L-aċċess għall-istess informazzjoni għandu jingħata wkoll lill-punti ta’ kuntatt tal-ODR, sa fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2) u (4).

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni pproċessata f'konformità mal-Artikolu 10 sabiex tissorvelja l-użu u l-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR u tfassal ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu 21. Hija għandha tipproċessa d-data personali tal-utenti tal-pjattaforma tal-ODR sa fejn ikun meħtieġ għat-tħaddim u ż-żamma tal-pjattaforma tal-ODR, inkluż għall-finjiet tal-monitoraġġ tal-użu tal-pjattaforma tal-ODR mill-entitajiet tal-ADR u l-punti ta' kuntatt tal-ODR.

3.   Id-data personali relatata ma' tilwim għandha tinżamm fil-bażi ta' data msemmija fil-paragrafu 1 biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-iskopijiet li għalihom inġabret u sabiex jiġi żgurat li s-suġġetti tad-data jkunu jistgħu jaċċessaw id-data personali tagħhom sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u għandha titħassar awtomatikament mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-konklużjoni tat-tilwim li ntbagħat lill-pjattaforma tal-ODR skont il-punt(iii) tal-punt (c) tal-Artikolu 10. Dak il-perijodu ta' żamma għandu wkoll japplika għad-data personali li tinżamm fil-fajls nazzjonali mill-entità tal-ADR jew il-punt ta' kuntatt tal-ODR li ħa ħsieb it-tilwim ikkonċernat, għajr jekk ir-regoli ta' proċedura applikati mill-entità tal-ADR jew kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-liġi nazzjonali tipprevedi żmien ta' żamma itwal.

4.   Kull konsulent tal-ODR għandu jitqies bħala kontrollur fir-rigward tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data tagħhom skont dan ir-Regolament, f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE, u għandu jiżgura li dawk l-attivitajiet jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva 95/46/KE fl-Istat Membru tal-punt ta' kuntatt ODR li jospita l-konsulent tal-ODR.

5.   Kull entità tal-ODR għandha titqies bħala kontrollur fir-rigward tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data tagħha skont dan ir-Regolament, f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE, u għandha tiżgura li dawn l-attivitajiet jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva 95/46/KE fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-entità tal-ADR.

6.   Fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħha skont dan ir-Regolament u l-ipproċessar tad-data personali involut fih, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 13

Kunfidenzjalità u sigurtà tad-data

1.   Il-punti ta' kuntatt tal-ODR għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tas-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex tiżgura s-sigurtà tal-informazzjoni pproċessata skont dan ir-Regolament, inkluż kontroll xieraq tal-aċċess għad-data, pjan ta' sigurtà u ġestjoni tal-inċidenti tas-sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 14

Informazzjoni għall-konsumatur

1.   Negozjanti stabbiliti fl-Unjoni li jidħlu f'kuntratti ta' bejgħ jew servizzi online, u postijiet tas-suq online stabbiliti fl-Unjoni, għandhom jipprovdu fuq is-siti web tagħhom link elettroniku għall-pjattaforma tal-ODR. Dak il-link għandu jkun faċilment aċċessibbli mill-konsumaturi. Negozjanti stabbiliti fl-Unjoni li jidħlu f'kuntratti ta' bejgħ jew servizzi online għandhom ukoll jiddikjaraw l-indirizzi elettroniċi tagħhom.

2.   Negozjanti stabbiliti fl-Unjoni, li jidħlu f'kuntratti ta' bejgħ jew servizzi online, li għandhom l-impenn jew huma obbligati li jużaw entità waħda jew aktar tal-ADR biex jirrisolvu t-tilwim mal-konsumaturi għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-eżistenza tal-pjattaforma tal-ODR u l-possibbiltà li tintuża l-pjattaforma tal-ODR għar-riżoluzzjoni tat-tilwim tagħhom. Huma għandhom jipprovdu link elettroniku għall-pjattaforma tal-ODR fis-siti web tagħhom u, jekk l-offerta ssir permezz ta' posta elettronika, f'dik il-posta elettronika. L-informazzjoni għandha wkoll tingħata, fejnikun applikabbli, fit-termini u kondizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-kuntratti ta' bejgħ u servizzi online.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Direttiva 2013/11/UE u għad-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni tal-konsumaturi dwar proċeduri ta' rimedji barra mill-Qorti li jinsabu f'atti legali oħra tal-Unjoni, li għandhom japplikaw flimkien ma' dan l-Artikolu.

4.   Il-lista tal-entitajiet tal-ADR imsemmija fl-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/11/UE u l-aġġornamenti tagħha għandha tiġi ppubblikata fil-pjattaforma tal-ODR.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR, iċ-ċentri tan-Netwerk ta' Ċentri Ewropej tal-Konsumatur, l-awtoritajiet kompetenti definiti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2013/11/UE, u, fejn adatt, il-korpi nominati skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2013/11/UE jipprovdu link elettroniku għall-pjattaforma tal-ODR.

6.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tan-negozji biex jipprovdu link elettroniku għall-pjattaforma tal-ODR.

7.   Meta n-negozjanti jkunu obbligati li jipprovdu informazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 u d-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, huma għandhom, fejn possibbli, jipprovdu din l-informazzjoni flimkien.

Artikolu 15

Ir-rwol tal-awtoritajiet kompetenti

L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tivvaluta jekk l-entitajiet tal-ADR stabbiliti f'dak l-Istat Membru jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Meta l-opinjoni tal-kumitat taħt il-paragrafi 2 u 3 għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

Artikolu 17

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmija fl-Artikolu 8(3) għandha tingħata għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-8 ta' Lulju 2013.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 8(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 19

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għandu jiżdied il-punt li ġej:

“21.

Ir-Regolament (KE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar soluzzjoni online għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1): l-Artikolu 14.”

Artikolu 20

Emenda għad-Direttiva 2009/22/KE

Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) hi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikoli 1(1) u (2) u l-punt (b) tal-Artikolu 6(2) il-kliem "Direttivi elenkati fl-Anness I" huma sostitwiti bil-kliem "atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness I".

2.

Fl-intestatura tal-Anness 1, il-kliem "LISTA TAD-DIRETTIVI" huma sostitwiti bil-kliem "LISTA TAL-ATTI TAL-UNJONI".

3.

Fl-Anness I, jiżdied il-punt li ġej:

“15.

Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar soluzzjoni online għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ADR tal-konsumaturi)(ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1): l-Artikolu 14.”

Artikolu 21

Rapporti

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR fuq bażi annwali u għall-ewwel darba sena wara li l-pjattaforma tal-ODR tkun saret operattiva.

2.   Sad-9 ta' Lulju 2018 u kull tliet snin wara dakinhar il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż b'mod partikolari dwar il-faċilità tal-użu tal-formola tal-ilment u l-ħtieġa possibbli għal adattament tal-informazzjoni elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għall-adattament għal dan ir-Regolament.

3.   Meta r-rapporti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ikunu ser jiġu ppreżentati fl-istess sena, għandu jiġi ppreżentat biss rapport wieħed konġunt.

Artikolu 22

Id-dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mid-9 ta' Jannar 2016, għajr għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 7(1) u (5), li għandu japplika mid-9 ta' Lulju 2015.

l-Artikolu 5(1) u (7), l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 8(3) u (4), u l-Artikoli 11, 16 u 17, li għandhom japplikaw mit-8 ta' Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 99.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013.

(3)  Ara paġna 63 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 144, 30.4.2004, p. 62.

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(9)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(10)  ĠU C 136, 11.5.2012, p. 1.

(11)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(12)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(13)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30.


ANNESS

Informazzjoni li għandha tingħata meta jitressaq ilment

(1)

Jekk il-parti li tressaq l-ilment hijiex konsumatur jew negozjant;

(2)

L-isem u l-indirizz elettroniku u l-indirizz ġeografiku tal-konsumatur;

(3)

L-isem u l-indirizz elettroniku, is-sit web u l-indirizz ġeografiku tan-negozjant;

(4)

L-isem u l-indirizz elettroniku u l-indirizz ġeografiku tar-rappreżentant tal-parti li tressaq l-ilment, jekk applikabbli;

(5)

Il-lingwa jew il-lingwi tal-parti li tressaq l-ilment jew tar-rappreżentant tagħha, jekk ikun applikabbli;

(6)

Il-lingwa tal-parti konvenuta, jekk tkun magħrufa;

(7)

It-tip ta' prodott jew servizz li għalih jirreferi l-ilment;

(8)

Jekk il-prodott jew is-servizz ikunx ġie offrut min-negozjant u ordnat mill-konsumatur fuq sit web jew b'mezz elettroniku ieħor;

(9)

Il-prezz tal-oġġett jew is-servizz mixtri;

(10)

Id-data meta l-konsumatur ikun xtara l-oġġett jew is-servizz;

(11)

Jekk il-konsumatur ikunx għamel kuntatt dirett man-negozjant;

(12)

Jekk it-tilwima tkunx qiegħda tiġi jew tkunx ġiet preċedentement ikkunsidrata minn entità tal-ADR jew minn qorti;

(13)

It-tip tal-ilment;

(14)

Deskrizzjoni tal-ilment;

(15)

Jekk il-parti li tressaq l-ilment hija konsumatur, l-entitajiet tal-ADR li n-negozjant ikun obbligat jew ikun intrabat li juża skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/11/UE, jekk ikunu magħrufa;

(16)

Jekk il-parti li tressaq l-ilment hija negozjant, liema entità jew entitajiet tal-ADR in-negozjant jintrabat jew huwa obbligat li juża.


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/13


REGOLAMENT (UE) Nru 525/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Mejju 2013

dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li tikkonċerna mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Komunità u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto (4) stabbilixxiet qafas għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment tal-gassijiet serra minn bjar, l-evalwazzjoni tal-progress lejn l-issodisfar tal-impenji fir-rigward ta' dawk l-emissjonijiet u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rapportar skont il-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (5) u l-Protokoll ta' Kjoto fl-Unjoni (6). Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi reċenti u futuri fil-livell internazzjonali relatati mal-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, u sabiex jiġu implimentati rekwiżiti ġodda ta' monitoraġġ u ta' rapportar previsti fil-liġi tal-Unjoni, id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE għandha tiġi sostitwita.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE għandha tiġi sostitwita minn Regolament minħabba l-kamp ta' applikazzjoni usa' tal-liġi tal-Unjoni, l-inklużjoni ta' kategoriji addizzjonali ta' persuni li għalihom l-obbligi huma indirizzati, in-natura aktar kumplessa u teknika ħafna tad-dispożizzjonijiet introdotti, il-ħtieġa akbar għal regoli uniformi applikabbli fl-Unjoni kollha u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni.

(3)

L-objettiv aħħari tal-UNFCCC huwa li tistabbilizza l-konċentrazzjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera f'livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima. Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, iż-żieda annwali globali ġenerali tat-temperatura medja tal-wiċċ m'għandhiex taqbeż iż-2 °C ’il fuq mil-livelli pre-industrijali.

(4)

Hemm il-ħtieġa li jsiru monitoraġġ u rapportar bir-reqqa, kif ukoll valutazzjoni regolari tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni u tal-Istati Membri u tal-isforzi tagħhom sabiex jindirizzaw it-tibdil fil-klima.

(5)

Id-Deċiżjoni 1/CP.15 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (Deċiżjoni 1/CP.15) u d-Deċiżjoni 1/CP.16 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (Deċiżjoni 1/CP.16) ikkontribwixxew b'mod sinifikanti għall-progress fl-indirizzar b'mod bilanċjat tal-isfidi mqajma mit-tibdil fil-klima. Dawk id-Deċiżjonijiet introduċew rekwiżiti ġodda ta' monitoraġġ u ta' rapportar li japplikaw għall-implimentazzjoni ta' tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom għaliha, u pprovdew appoġġ lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Dawk id-Deċiżjonijiet irrikonoxxew ukoll l-importanza li l-adattament jiġi indirizzat bl-istess prijorità bħall-mitigazzjoni. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tirrikjedi wkoll li l-pajjiżi żviluppati jiżviluppaw strateġiji jew pjanijiet ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. Strateġiji jew pjani bħal dawn mistennija jikkontribwixxu għall-bini ta' soċjetà b'użu baxx ta' karbonju u jiżguraw it-tkomplija ta' tkabbir qawwi u żvilupp sostenibbli, kif ukoll tqarrib b'mod kosteffettiv lejn il-mira fit-tul fir-rigward tal-klima, waqt li jitqiesu kif dovut l-istadji intermedjarji. Dan ir-Regolament għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ u rapportar.

(6)

Is-sett ta' atti legali tal-Unjoni, adottat fl-2009, kollettivament imsejjaħ “Il-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija” b'mod partikolari d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra sal-2020 (7) u d-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra (8), jikkostitwixxi impenn ieħor b'saħħtu mill-Unjoni u l-Istati Membri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra b'mod sinifikanti. Is-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet għandha tiġi aġġornata wkoll fid-dawl tar-rekwiżiti l-ġodda skont dawk iż-żewġ atti legali.

(7)

Taħt il-UNFCCC, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma mitluba li jiżviluppaw, jaġġornaw regolarment, jippubblikaw u jirrapportaw lill-Konferenza tal-Partijiet l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra kollha mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal tal-1987 dwar sustanzi li jdgħajfu s-saff tal-ożonu għall-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-Protezzjoni tas-Saff tal-Ożonu (9) (il-Protokoll ta' Montreal) billi jużaw metodoloġiji komparabbli miftiehma mill-Konferenza tal-Partijiet.

(8)

L-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta' Kjoto jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu sistema nazzjonali għall-istima tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra kollha mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, bil-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħrajn tal-Protokoll ta' Kjoto. Meta jagħmlu dan, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw il-linji gwida għas-sistemi nazzjonali stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni 19/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (Deċiżjoni 19/CMP.1). Barra minnhekk id-Deċiżjoni 1/CP.16 tirrikjedi l-istabbiliment ta' arranġamenti nazzjonali għall-istima tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra kollha mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal. Dan ir-Regolament għandu jippermetti l-implimentazzjoni ta' dawk iż-żewġ rekwiżiti.

(9)

Ċipru u Malta huma inklużi fl-Anness I għall-UNFCCC skont id-Deċiżjoni 10/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, effettiva mid-9 ta' Jannar 2013, u d-Deċiżjoni 3/CP.15 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, effettiva mis-26 ta' Ottubru 2010, rispettivament.

(10)

L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE wriet il-ħtieġa li jiżdiedu s-sinerġiji u l-koerenza mar-rapportar skont strumenti legali oħrajn, b'mod partikolari mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (10), mar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (11), mad-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (12), mar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (13), u mar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (14). Filwaqt li s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar ser teħtieġ l-emendar ta' strumenti legali individwali, l-użu ta' data konsistenti għar-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-kwalità tar-rapportar tal-emissjonijiet.

(11)

Ir-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) identifika potenzjal ta' tisħin globali (GWP — Global Warming Potential) għat-trifluworur tan-nitroġenu (NF3) li huwa madwar 17 000 darba aktar minn dak tad-diossidu tal-karbonju (CO2). L-NF3 qiegħed jintuża dejjem aktar fl-industrija tal-elettronika biex jissostitwixxi l-perfluworokarburi (PFCs) u l-eżafluworur tal-karbonju (SF6). Skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika ambjentali tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni. Dak il-prinċipju jirrikjedi l-monitoraġġ tal-NF3 sabiex jiġi vvalutat il-livell ta' emissjonijiet fl-Unjoni u, jekk ikun meħtieġ, sabiex tiġi definita azzjoni ta' mitigazzjoni.

(12)

Id-data rrapportata bħalissa fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra u fir-reġistri nazzjonali u tal-Unjoni mhijiex biżżejjed sabiex jiġu determinati, fil-livell tal-Istati Membri, l-emissjonijiet ta' CO2 mill-avjazzjoni ċivili fil-livell nazzjonali li mhumiex koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. Meta tadotta l-obbligi tar-rapportar, l-Unjoni m'għandhiex timponi fuq l-Istati Membri u fuq impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) piżijiet li huma sproporzjonati mal-objettivi segwiti. L-emissjonijiet ta' CO2 minn titjiriet mhux koperti mid-Direttiva 2003/87/KE jirrappreżentaw biss parti żgħira ħafna mill-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra, u l-ħolqien ta' sistema ta' rapportar għal dawn l-emissjonijiet ikun ta' piż bla bżonn fid-dawl tar-rekwiżiti eżistenti għas-settur usa' skont id-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, l-emissjonijiet ta' CO2 mill-kategorija tas-sorsi tal-IPCC “1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili” għandhom jiġu ttrattati bħala ugwali għal żero għall-finijiet tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

(13)

Biex tkun żgurata l-effettività tal-arranġamenti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, jeħtieġ tkun evitata aktar żieda mal-piż finanzjarju u amministrattiv li diġà qed iġarrbu l-Istati Membri.

(14)

Filwaqt li l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra relatati mal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF (land use, land-use change and forestry)) huma inklużi fil-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni skont il-Protokoll ta' Kjoto, dawn ma jiffurmawx parti mill-mira ta' 20 % għall-2020 skont il-pakkett tal-Klima u l-Enerġija. L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE jirrikjedi lill-Kummissjoni tivvaluta l-modalitajiet għall-inklużjoni tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti minn attivitajiet relatati mal-LULUCF fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribuzzjoni tal-LULUCF, u tipprovdi monitoraġġ u kontabbiltà preċiża tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rilevanti. Hija tirrikjedi ukoll lill-Kummissjoni li tippreżenta proposta leġiżlattiva, kif adegwat, bil-għan li din tidħol fis-seħħ mill-2013. Fit-12 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta bħala pass ’il quddiem lejn l-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, li rriżultat fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u informazzjoni dwar l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (15).

(15)

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex l-jipprovdu informazzjoni l-aktar aġġornata dwar l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra, b'mod partikolari skont il-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u t-termini ta' żmien speċifikati tagħha. Dan ir-Regolament għandu jippermetti li stimi bħal dawn jitħejjew fl-iqsar żmien possibbli bl-użu ta' statistika u informazzjoni oħra, bħal pereżempju, fejn ikun adatt, data miġbura fl-ispazju pprovduta mill-programm ta' Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà u sistemi oħra satellitari.

(16)

Peress li l-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha tipproponi rekwiżiti ġodda ta' monitoraġġ u rapportar għall-emissjonijiet mit-trasport marittimu, inkluż emendi għal dan ir-Regolament kif ikun meħtieġ, dan ir-Regolament m'għandu jippreġudika ebda tali proposta, u għalhekk id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu m'għandhomx ikunu inklużi f'dan ir-Regolament f'dan il-waqt.

(17)

L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE wriet il-ħtieġa li jittejbu t-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-kompletezza u l-komparabbiltà tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u dwar il-projezzjonijiet. Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw il-progress projettat tagħhom lejn l-issodisfar tal-obbligi tagħhom skont dik id-Deċiżjoni, inkluża informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri u dwar il-projezzjonijiet nazzjonali. L-istrateġija Ewropa 2020 stabbilixxiet aġenda ta' politika ekonomika integrata li tirrikjedi lill-Unjoni u l-Istati Membri biex jagħmlu aktar sforzi fuq ir-rapportar f'waqtu tal-politiki u l-miżuri relatati mat-tibdil fil-klima u l-effetti projettati tagħhom dwar l-emissjonijiet. Il-ħolqien ta' sistemi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, flimkien ma' gwida aħjar dwar ir-rapportar, għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti lejn dawk il-miri. Sabiex ikun żgurat li l-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-rapportar internazzjonali u interni tagħha fuq il-projezzjonijiet tal-gassijiet serra u biex tevalwa l-progress tagħha lejn l-issodisfar tal-impenji u l-obbligi internazzjonali u interni tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun tista' wkoll tħejji u tuża l-istimi tal-projezzjoni tal-gassijiet serra.

(18)

Hemm il-ħtieġa ta' informazzjoni mtejba mill-Istati Membri għall-monitoraġġ tal-progress u l-azzjoni tagħhom sabiex jadattaw għat-tibdil fil-klima. Din l-informazzjoni hi meħtieġa biex titfassal strateġija komprensiva ta' adattament tal-Unjoni skont il-White Paper tal-1 ta' April 2009 bit-titolu “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni”. Ir-rapportar tal-informazzjoni dwar l-adattament ser jippermetti lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u jevalwaw il-ħtiġijiet tagħhom u l-livell ta' tħejjija biex jittrattaw it-tibdil fil-klima.

(19)

Skont id-Deċiżjoni 1/CP.15, l-Unjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jipprovdu finanzjament sostanzjali għall-klima sabiex jappoġġaw l-azzjoni ta' adattament u mitigazzjoni fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. F'konformità mal-paragrafu 40 tad-Deċiżjoni 1/CP.16, kull pajjiż żviluppat li huwa Parti għall-UNFCCC għandu jtejjeb ir-rapportar dwar l-għoti ta' appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u għall-bini tal-kapaċità lill-Partijiet li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Ir-rapportar imtejjeb huwa essenzjali biex jiġu rikonoxxuti l-isforzi magħmula mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 stabbilixxiet ukoll “Mekkaniżmu ġdid ta' Teknoloġija” sabiex jittejjeb it-trasferiment tat-teknoloġija internazzjonali. Dan ir-Regolament għandu jiżgura r-rapportar ta' informazzjoni aġġornata dwar attivitajiet ta' trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw abbażi tal-aħjar data disponibbli.

(20)

Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) emendat id-Direttiva 2003/87/KE sabiex l-attivitajiet tal-avjazzjoni jiġu inklużi fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni. Id-Direttiva 2003/87/KE fiha dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' dħul minn irkant, dwar ir-rapportar fuq l-użu ta' dħul minn irkant mill-Istati Membri u dwar l-azzjoni meħuda skont l-Artikolu 3d ta' dik id-Direttiva. Id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2009/29/KE, issa fiha wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu tad-dħul minn irkant, u tiddikjara li mill-inqas 50 % ta' dħul bħal dan għandu jintuża għall-iskop ta' attività waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE. It-trasparenza dwar l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE hija essenzjali biex tirfed l-impenji tal-Unjoni.

(21)

Skont il-UNFCCC l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma meħtieġa li jiżviluppaw, jaġġornaw regolarment, jippubblikaw u jirrapportaw lill-Konferenza tal-Partijiet komunikazzjonijiet nazzjonali u rapporti ta' kull sentejn bl-użu tal-linji gwida, il-metodoloġiji u l-formats miftiehma mill-Konferenza tal-Partijiet. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tappella għal titjib fir-rapportar dwar il-miri ta' mitigazzjoni u dwar l-għoti ta' appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u għall-bini tal-kapaċità lill-Partijiet minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

(22)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE kkonvertiet iċ-ċiklu attwali ta' rapportar annwali f'ċiklu ta' impenn annwali li jirrikjedi rieżami komprensiv tal-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri f'perijodu ta' żmien iqsar mir-rieżami attwali tal-inventarju tal-UNFCCC, sabiex ikun jista' jsir użu mill-flessibbiltajiet u l-applikazzjoni ta' azzjoni korrettiva, fejn meħtieġ, fl-aħħar ta' kull sena rilevanti. L-istabbiliment ta' proċess ta' rieżami fil-livell tal-Unjoni tal-inventarji tal-gassijiet serra ppreżentat mill-Istat Membri huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tiġi vvalutata b'mod kredibbli, konsistenti, trasparenti u f'waqtu.

(23)

Bħalissa qegħdin jiġu diskussi fil-proċess tal-UNFCCC għadd ta' elementi tekniċi relatati mar-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar, bħall-GWPs, l-ambitu tal-gassijiet serra rrapportati u gwida metodoloġika mill-IPCC li għandha tintuża għat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra. Ir-reviżjonijiet ta' dawk l-elementi metodoloġiċi fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC u l-kalkoli mill-ġdid sussegwenti tas-serje taż-żmien tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jistgħu jibdlu l-livell u x-xejriet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja żviluppi bħal dawn f'livell internazzjonali u, fejn ikun meħtieġ, tipproponi li dan ir-Regolament jiġi rivedut sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-metodoloġiji użati fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

(24)

F'konformità mal-linji gwida attwali tal-UNFCCC dwar ir-rapportar għall-gassijiet serra, il-kalkolu u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-metan huma bbażati fuq GWPs marbuta ma' orizzont ta' 100 sena żmien. Minħabba l-potenzjal għoli ta' tisħin globali u t-tul ta' ħajja atmosferika relattivament qasir tal-metan, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri tal-adozzjoni ta' orizzont ta' 20 sena żmien għall-metan.

(25)

Waqt li tikkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv lejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO2 rilevanti għall-klima u ladarba jkun hemm qbil taħt il-UNFCCC biex jintużaw linji gwida miftiehma u ppubblikati tal-IPCC dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' karbonju iswed, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri u, jekk ikun adatt, temenda l-Anness I għal dan ir-Regolament.

(26)

L-emissjonijiet ta' gassijiet serra tul serje ta' żmien irrapportat għandhom jiġu stmati bl-użu tal-istess metodi. Id-data tal-attivitajiet u l-fatturi tal-emissjonijiet sottostanti għandhom jinkisbu u jintużaw b'mod konsistenti, sabiex ikun żgurat li l-bidliet fix-xejriet tal-emissjonijiet ma jiġux introdotti bħala riżultat tal-bidliet fil-metodi jew is-suppożizzjonijiet tal-istimi. Il-kalkoli mill-ġdid tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandhom isiru skont linji gwida miftiehma u għandhom jitwettqu bil-għan li jtejbu l-konsistenza, il-preċiżjoni u l-kompletezza tas-serje ta' żmien irrapportat, u l-implimentazzjoni ta' metodi aktar dettaljati. Meta tinbidel il-metodoloġija jew il-mod li biha tinġabar id-data tal-attivitajiet u l-fatturi tal-emissjonijiet sottostanti, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jikkalkulaw l-inventarji għas-serje ta' żmien irrapportat u jevalwaw il-ħtieġa għal kalkoli mill-ġdid ibbażati fuq ir-raġunijiet ipprovduti fil-linji gwida miftiehma, b'mod partikolari għall-kategoriji ewlenin. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi jekk u skont liema kundizzjonijiet l-effetti ta' kalkoli mill-ġdid bħal dawn għandhom jitqiesu biex jiġu ddeterminati l-kwoti tal-emissjonijiet annwali.

(27)

L-avjazzjoni għandha impatti fuq il-klima globali minħabba d-CO2 li jiġi rilaxxat, kif ukoll minħabba emissjonijiet oħrajn, inklużi l-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu, u mekkaniżmi, bħall-formazzjoni ta' sħab taċ-ċirru. Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku li qiegħed jiżviluppa b'mod rapidu dwar dawk l-impatti, għandha ssir valutazzjoni aġġornata regolari tal-impatti tal-avjazzjoni mhux relatati mas-CO2 fuq il-klima globali fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. Il-mudelli użati f'dan ir-rigward għandhom jiġu adattati għall-progress xjentifiku. Fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet tagħha ta' tali impatti, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra opzjonijiet ta' politika rilevanti biex jindirizzawhom.

(28)

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin sabiex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista' jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa billi tipprovdi informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-pubbliku. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni, kif xieraq, fil-ħidma ta' monitoraġġ u ta' rapportar, speċjalment fil-kuntest tas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u s-sistema tagħha għal politiki u miżuri u projezzjonijiet; fit-twettiq ta' rieżami espert annwali tal-inventarji tal-Istati Membri; fl-evalwazzjoni tal-progress lejn l-impenji tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; fiż-żamma tal-Pjattaforma Ewropea dwar l-Adattament għall-Klima dwar l-impatti, il-vulnerabbiltajiet u l-adattament għat-tibdil fil-klima; u fil-komunikazzjoni ta' informazzjoni tajba dwar il-klima lill-pubbliku.

(29)

Ir-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw l-għoti ta' informazzjoni u data skont dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-kundifenzjalità kummerċjali.

(30)

L-informazzjoni u d-data miġbura taħt dan ir-Regolament jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-formulazzjoni u l-valutazzjoni futuri tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima.

(31)

Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rapportar skont dan ir-Regolament u l-iżviluppi futuri skont il-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto sabiex tiżgura l-konsistenza. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk meħtieġ, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(32)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(4), l-Artikolu 7(7) u (8), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 17(4) u l-Artikolu 19(5) u (6) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 19(6), dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (17).

(33)

Sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' rapportar armonizzati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni rilevanti oħra għall-politika dwar it-tibdil fil-klima, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex jiġu emendati l-Anness I u l-Anness III għal dan ir-Regolament f'konformità mad-deċiżjonijiet meħuda fil-qafas tal-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto; jittieħed kont tal-bidliet fil-GWP u fil-linji gwida ta' inventarju maqbula internazzjonalment; jiġu stabbiliti rekwiżiti sostantivi għas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni; u jinħoloq ir-reġistru tal-Unjoni. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(34)

Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni rilevanti għat-tibdil bil-klima, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu għal:

(a)

l-iżgurar tal-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tar-rapportar mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC;

(b)

ir-rapportar u l-verifika tal-informazzjoni relatata mal-impenji tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont il-UNFCCC, il-Protokoll ta' Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skonthom, u l-evalwazzjoni tal-progress lejn l-issodisfar ta' dawk l-impenji;

(c)

il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet antropoġeniċi kollha minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-Istati Membri;

(d)

il-monitoraġġ, ir-rapportar, ir-rieżami u l-verifika tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(e)

ir-rapportar tal-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 3d(1) jew (2) jew l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, skont l-Artikolu 3d(4) u l-Artikolu 10(3) ta' dik id-Direttiva;

(f)

il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sabiex jadattaw għall-konsegwenzi inevitabbli tat-tibdil fil-klima b'mod kosteffettiv;

(g)

l-evalwazzjoni tal-progress mill-Istati Membri lejn l-issodisfar tal-obbligi tagħhom skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

ir-rapportar dwar l-istrateġiji ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f'konformità mad-Deċiżjoni 1/CP.16;

(b)

l-emissjonijiet ta' gassijiet serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament minn setturi u fonti u tal-assorbiment minn bjar koperti mill-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 4(1)(a) tal-UNFCCC u rilaxxati ġewwa t-territorji tal-Istati Membri;

(c)

l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(d)

l-impatti fuq il-klima mhux relatati mas-CO2, li huma assoċjati mal-emissjonijiet mill-avjazzjoni ċivili;

(e)

il-projezzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, u l-politiki u l-miżuri tal-Istati Membri relatati magħhom;

(f)

l-appoġġ aggregat finanzjarju u teknoloġiku lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw f'konformità mar-rekwiżiti skont il-UNFCCC;

(g)

l-użu tad-dħul mill-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 3d(1) u (2) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(h)

l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jadattaw għat-tibdil fil-klima.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“potenzjal ta' tisħin globali” jew “GWP” ta' gass tfisser il-kontribuzzjoni totali għat-tisħin globali li jirriżulta mill-emissjoni ta' unità waħda ta' dak il-gass relattiva għal unità waħda tal-gass ta' referenza, id-CO2, li huwa assenjat valur ta' 1;

(2)

“sistema ta' inventarju nazzjonali” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti fi Stat Membru għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet antopoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, u għar-rapportar u l-arkivjar ta' informazzjoni tal-inventarju skont id-Deċiżjoni 19/CMP.1 jew deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

(3)

“awtoritajiet kompetenti għall-inventarju” tfisser awtoritajiet fdati skont sistema ta' inventarju nazzjonali bir-responsabbiltà li jiġbru l-inventarju ta' gassijiet serra;

(4)

“assigurazzjoni tal-kwalità” jew “QA” tfisser sistema ppjanata ta' proċeduri ta' rieżami sabiex ikun żgurat li l-objettivi tal-kwalità tad-data jintlaħqu u li jiġu rrapportati l-aqwa stimi u informazzjoni possibbli bil-għan li tiġi appoġġata l-effettività tal-programm ta' kontroll tal-kwalità u tingħata għajnuna lill-Istati Membri;

(5)

“kontroll tal-kwalità” jew “QC” tfisser sistema ta' attivitajiet tekniċi li jsiru b'rutina sabiex titkejjel u tiġi kkontrollata l-kwalità tal-informazzjoni u l-istimi miġbura bil-għan li jiġu żgurati l-integrità, il-korrettezza u l-kompletezza tad-data, jiġu identifikati u indirizzati l-iżbalji u n-nuqqasijiet, jiġu ddokumentati u arkivjati d-data u kull materjal ieħor li jintuża, u jiġu rreġistrati l-attivitajiet kollha ta' QA;

(6)

“indikatur” tfisser fattur jew varjabbli kwantitattiv jew kwalitattiv li jikkontribwixxi sabiex jinftiehem aħjar il-progress fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri u x-xejriet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

(7)

“unità tal-ammont assenjat” jew “AAU” tfisser unità maħruġa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (Deċiżjoni 13/CMP.1) jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew il-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

(8)

“unità ta' tneħħija” jew “RMU” tfisser unità maħruġa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1 jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

(9)

“unità ta' tnaqqis tal-emissjonijiet” jew “ERU” tfisser unità maħruġa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1 jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

(10)

“tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet” jew “CER” tfisser unità maħruġa skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta' Kjoto u r-rekwiżiti tiegħu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1 jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto;

(11)

“tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet temporanju” jew “tCER” tfisser unità maħruġa skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta' Kjoto u r-rekwiżiti tiegħu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1, jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto, jiġifieri krediti mogħtija għal assorbimenti tal-emissjonijiet li huma ċċertifikati għal proġett ta' afforestazzjoni jew riforestazzjoni ta' mekkaniżmu ta' żvilupp nadif (clean development mechanism (CDM), li għandhom jiġu sostitwiti meta jiskadu fl-aħħar tat-tieni perijodu ta' impenn;

(12)

“tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet fit-tul” jew “lCER” tfisser unità maħruġa skont l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta' Kjoto u r-rekwiżiti tiegħu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1, jew f'deċiżjonijiet rilevanti oħrajn tal-UNFCCC jew tal-korpi tal-Protokoll ta' Kjoto, jiġifieri krediti mogħtija għal assorbimenti fit-tul tal-emissjonijiet li huma ċċertifikati għal proġett ta' afforestazzjoni jew riforestazzjoni ta' CDM, ligħandhom jiġu sostitwiti meta jiskadu fl-aħħar tal-perijodu ta' kkreditar tal-proġett jew fil-każ ta' sostituzzjoni jew meta ma jiġix ippreżentat rapport ta' ċertifikazzjoni;

(13)

“reġistru nazzjonali” tfisser reġistru fil-forma ta' bażi ta' data elettronika standardizzata li tinkludi data dwar il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment, l-akkwist, il-kanċellazzjoni, l-irtirar, ir-riport, is-sostituzzjoni jew il-bdil tad-data ta' skadenza, kif rilevanti, ta' AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs, u lCERs;

(14)

“politiki u miżuri” tfisser l-istrumenti kollha li huma maħsuba biex jimplimentaw l-impenji skont l-Artikolu 4(2)(a) u (b) tal-UNFCCC, li jistgħu jinkludu dawk li m'għandhomx il-limitazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra bħala objettiv primarju;

(15)

“sistema għal politiki u miżuri u projezzjonijiet” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti għal politiki u miżuri u projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal kif mitlub mill-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

(16)

“valutazzjoni ex ante tal-politiki u l-miżuri” tfisser evalwazzjoni tal-effetti projettati ta' politika jew miżura;

(17)

“valutazzjoni ex post tal-politiki u l-miżuri” tfisser evalwazzjoni tal-effetti ta' politika jew miżura fil-passat;

(18)

“projezzjonijiet mingħajr miżuri” tfisser projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar li jeskludu l-effetti tal-politiki u l-miżuri kollha li huma ppjanati, adottati jew implimentati wara s-sena magħżula bħala l-punt tat-tluq għall-projezzjoni rilevanti;

(19)

“projezzjonijiet b'miżuri” tfisser projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, tal-politiki u l-miżuri li ġew adottati u implimentati;

(20)

“projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali” tfisser projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, ta' politiki u miżuri li ġew adottati u implimentati sabiex inaqqsu t-tibdil fil-klima, kif ukoll politiki u miżuri li huma ppjanati għal dak il-fini;

(21)

“analiżi tas-sensittività” tfisser investigazzjoni ta' algoritmu mudell jew suppożizzjoni li tikkwantifika kemm hija sensittiva jew stabbli d-data ta' output tal-mudell fir-rigward tal-varjazzjonijiet fid-data tal-input jew is-suppożizzjonijiet sottostanti. Hija titwettaq billi jiġu varjati l-valuri tal-input jew l-ekwazzjonijiet tal-mudell u billi jiġi osservat kif l-output tal-mudell ivarja b'mod korrispondenti;

(22)

“appoġġ b'rabta mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” tfisser appoġġ għal attivitajiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera f'livell li jevita interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima;

(23)

“appoġġ b'rabta mal-adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser appoġġ għal attivitajiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom l-għan li jnaqqsu l-vulnerabbiltà tas-sistemi umani jew naturali għall-impatt tat-tibdil fil-klima u r-riskji marbuta mal-klima, billi jinżammu jew jiżdiedu l-kapaċità ta' adattament u r-reżiljenza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

(24)

“korrezzjonijiet tekniċi” tfisser aġġustamenti għall-istimi tal-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra magħmula fil-kuntest tar-rieżami mwettaq skont l-Artikolu 19 meta d-data tal-inventarju ppreżentata ma tkunx kompleta jew tkun imħejjija b'mod inkonsistenti mar-regoli jew il-linji gwida rilevanti internazzjonali jew tal-Unjoni u li għandhom l-għan li jissostitwixxu l-istimi ppreżentati oriġinarjament;

(25)

“kalkoli mill-ġdid”, f'konformità mal-linji gwida ta' rapportar tal-UNFCCC dwar inventarji annwali, tfisser proċedura għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar ta' inventarji ppreżentati preċedentement bħala konsegwenza ta' bidliet fil-metodoloġiji jew bidliet fil-mod li bih jinkisbu u jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet u d-data dwar l-attivitajiet; l-inklużjoni ta' kategoriji ġodda ta' fonti u ta' bjar jew ta' gassijiet ġodda; jew bidliet fil-GWP tal-gassijiet serra.

KAPITOLU 2

STRATEĠIJI TA' ŻVILUPP B'EMISSJONIJIET BAXXI TA' KARBONJU

Artikolu 4

Strateġiji ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju

1.   L-Istati Membri, u l-Kummissjoni f'isem l-Unjoni, għandhom iħejju l-istrateġiji ta' żvilupp tagħhom b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju f'konformità ma' kwalunkwe dispożizzjoni ta' rapportar li ntlaħaq qbil dwarha internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC, biex jikkontribwixxu għal:

(a)

il-monitoraġġ trasparenti u preċiż tal-progress attwali u dak projettat magħmul mill-Istati Membri, inkluż il-kontribut magħmul permezz tal-miżuri tal-Unjoni, sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra;

(b)

l-issodisfar tal-impenji tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-kisba tat-tnaqqis u t-titjib fit-tul tal-assorbiment minn bjar tal-emissjonijiet fis-setturi kollha b'konformità mal-objettiv tal-Unjoni, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont l-IPCC mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet bi 80 sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 b'mod kosteffettiv.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħhom ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju sad-9 ta’ Jannar 2015 jew b'konformità ma' kwalunkwe skeda ta' żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku minnufih l-istrateġiji rispettivi tagħhom ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom.

KAPITOLU 3

RAPPORTAR DWAR L-EMISSJONIJIET U L-ASSORBIMENTI TA' GASSIJIET SERRA FIL-PASSAT

Artikolu 5

Sistemi nazzjonali ta' inventarju

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament sistemi ta' inventarju nazzjonali, f'konformità mar-rekwiżiti tal-UNFCCC dwar sistemi nazzjonali, biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament u jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet serra.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-inventarju għandhom aċċess għal:

(a)

id-data u l-metodi rrapportati għal attivitajiet u installazzjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra irrapportati skont l-iskema tal-Unjoni għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

(b)

fejn ikun rilevanti, id-data miġbura permezz tas-sistemi ta' rapportar dwar il-gassijiet fluworinati fis-setturi varji, imwaqqfa skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

(c)

fejn ikun rilevanti, l-emissjonijiet, id-data u l-metodoloġiji sottostanti rrapportati minn faċilitajiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għall-iskop tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

(d)

id-data rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-inventarju, fejn ikun rilevanti:

(a)

jużaw is-sistemi ta' rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 sabiex itejbu l-istima tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

(b)

ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli annwali tal-konsistenza msemmija fil-punti (l) u (m) tal-Artikolu 7(1).

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu stipulati r-regoli dwar l-istruttura, il-format u l-proċess ta' preżentazzjoni tal-informazzjoni marbuta mas-sistemi nazzjonali ta' inventarju u mar-rekwiżiti dwar l-istabbiliment, l-operat u l-funzjonament tas-sistemi nazzjonali ta' inventarju f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 6

Sistema ta' inventarju tal-Unjoni

1.   B'dan hija stabbilita sistema ta' inventarju tal-Unjoni sabiex tiżgura l-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji nazzjonali fir-rigward tal-inventarju ta' gassijiet serra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tamministra, iżżomm u tfittex li kontinwament ittejjeb dik is-sistema, li għandha tinkludi:

(a)

programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, li għandu jinkludi l-istabbiliment ta' objettivi ta' kwalità u t-tfassil ta' pjan ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità tal-inventarji. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità;

(b)

proċedura għall-istima, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, ta' kwalunkwe data nieqsa mill-inventarju nazzjonali tiegħu;

(c)

ir-rieżamijiet tal-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 19.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 25 li jikkonċerna r-rekwiżiti sostantivi għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni 19/CMP.1. Il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta dispożizzjonijiet skont il-paragrafu 1 li huma aktar onerużi għall-Istati Membri biex jikkonformaw magħhom minn dispożizzjonijiet ta' atti adottati skont l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

Artikolu 7

Inventarji ta' gassijiet serra

1.   Sal-15 ta' Jannar ta' kull sena (sena X), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jirrapportaw dan li ġej lill-Kummissjoni:

(a)

l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta' gassijiet serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament u l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-sena X-2, f'konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar tal-UNFCCC. Mingħajr preġudizzju għar-rapportar tal-gassijiet serra elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-emissjonijiet tad-CO2 mill-kategorija tas-sors ta' IPCC ‧1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili‧ għandhom jitqiesu bħala ugwali għal żero għall-finijiet tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(b)

id-data f'konformità mar-rekwżiti ta' rapportar tal-UNFCCC dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta' monossidu tal-karbonju (CO), diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOx) u komposti organiċi volatili, konsistenti mad-data diġà rrapportata b'segwitu għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/81/KE u l-Konvenzjoni tal-UNECE dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila, għas-sena X-2;

(c)

l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti ta' CO2 minn bjar li jirriżultaw mil-LULUCF, għas-sena X-2, f'konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar tal-UNFCCC;

(d)

l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti ta' CO2 minn bjar, li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-LULUCF skont id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE u l-Protokoll ta' Kjoto u l-informazzjoni dwar il-kontabbiltà ta' dawn l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-attivitajiet tal-LULUCF, f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE u mal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll ta' Kjoto, u d-deċiżjonijiet rilevanti fih, għas-snin bejn l-2008 jew snin applikabbli oħra u s-sena X-2. Meta l-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni tar-raba', il-ġestjoni tal-mergħat, riveġetazzjoni jew l-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra, huma għandhom barra minn hekk jirrapportaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar għal kull attività bħal din għas-sena jew perijodu ta' bażi rilevanti speċifikat fl-Anness VI għad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE u fl-Anness għad-Deċiżjoni 13/CMP.1. Meta jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta' rapportar skont dan il-punt, u b'mod partikolari meta jippreżentaw informazzjoni dwar emissjonijiet u assorbimenti b'rabta mal-obbligi tagħhom ta' kontabbiltà stipulati fid-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni li tieħu kont sħiħ tal-gwida applikabbli ta' prattika tajba tal-IPCC għal-LULUCF;

(e)

kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) għas-snin bejn is-sena jew perijodu ta' bażi rilevanti u s-sena X-3, filwaqt li jindikaw ir-raġunijiet għal dawn il-bidliet;

(f)

informazzjoni dwar l-indikaturi, kif murija fl-Anness III, għas-sena X-2;

(g)

informazzjoni mir-reġistru nazzjonali tagħhom dwar il-ħruġ, l-akkwist, iż-żamma, it-trasferiment, il-kanċellazzjoni, l-irtirar u r-riport ta' AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs għas-sena X-1;

(h)

informazzjoni fil-qosor dwar trasferimenti konklużi skont l-Artikolu 3(4) u (5) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, għas-sena X-1;

(i)

informazzjoni dwar l-użu ta' implimentazzjoni konġunta, tal-mekkaniżmu ta' żvilupp nadif u tal-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet internazzjonali, skont l-Artikoli 6, 12 u 17 tal-Protokoll ta' Kjoto, jew kwalunkwe mekkaniżmu flessibbli ieħor stabbilit fi strumenti oħrajn adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, sabiex jissodisfaw l-impenji kkwantifikati tagħhom tal-limitazzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 2002/358/KE u l-Protokoll ta' Kjoto jew kwalunkwe impenn futur skont il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto, għas-sena X-2;

(j)

informazzjoni dwar il-passi meħuda sabiex jittejbu l-istimi tal-inventarju, b'mod partikolari f'oqsma tal-inventarju li kienu soġġetti għal aġġustamenti jew rakkomandazzjonijiet wara rieżamijiet esperti;

(k)

il-kwota attwali jew stmata tal-emissjonijiet ivverifikati rrapportati minn installazzjonijiet u operaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-kategoriji tal-fonti tal-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra, meta possibbli, u l-proporzjon ta' dawk l-emissjonijiet ivverifikati għall-emissjonijiet totali rrapportati ta' gassijiet serra f'dawk il-kategoriji tal-fonti, għas-sena X-2;

(l)

fejn ikun rilevanti, ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fuq il-konsistenza tal-emissjonijiet irrapportati fl-inventarji ta' gassijiet serra, għas-sena X-2, flimkien mal-emissjonijiet ivverifikati rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE;

(m)

fejn ikun rilevanti, ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fuq il-konsistenza tad-data użata biex jiġu stmati l-emissjonijiet fi tħejjija għall-inventarji ta' gassijiet serra, għas-sena X-2, flimkien ma':

(i)

id-data użata biex jitħejjew l-inventarji tas-sustanzi li jniġġsu l-arja skont id-Direttiva 2001/81/KE;

(ii)

id-data rrapportata skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006;

(iii)

id-data dwar l-enerġija rrapportata skont l-Artikolu 4 ta', u l-Anness B għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;

(n)

deskrizzjoni ta' bidliet fis-sistema tal-inventarju nazzjonali tagħhom;

(o)

deskrizzjoni ta' bidliet fir-reġistru nazzjonali;

(p)

informazzjoni dwar il-pjani ta' assigurazzjoni tal-kwalità u kontroll tal-kwalita tagħhom, valutazzjoni ġenerali tal-inċertezza, valutazzjoni ġenerali tal-kompletezza u, fejn ikunu disponibbli, elementi oħrajn tar-rapport tal-inventarju nazzjonali ta' gassijiet serra meħtieġa sabiex jitħejja r-rapport tal-inventarju tal-Unjoni ta' gassijiet serra.

Fl-ewwel sena ta' rapportar skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe intenzjoni li jagħmlu użu mill-Artikolu 3(4) u (5) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni data preliminari sal-15 ta' Jannar u data finali sal-15 ta' Marzu tat-tieni sena wara t-tmiem ta' kull perijodu ta' kontabbiltà speċifikat fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE kif imħejjija għall-kontabbiltà tagħhom tal-LULUCF għal dak il-perijodu ta' kontabbiltà f'konformità mal-Artikolu 4(6) ta' dik id-Deċiżjoni.

3.   Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, rapport komplet u aġġornat tal-inventarju nazzjonali. Dan ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1 u kull aġġornament sussegwenti għal dik l-informazzjoni.

4.   Sal-15 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lis-Segretarjat tal-UNFCCC, inventarji nazzjonali li jkun fihom informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha, kull sena u b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiġbor inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet serra u tħejji rapport tal-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet serra, u għandha tippreżentahom, sal-15 ta' April ta' kull sena, lis-Segretarjat tal-UNFCCC.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 25 sabiex:

(a)

jiżdiedu jew jitħassru sustanzi mal-lista jew mil-lista ta' gassijiet serra fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew jiżdiedu, jitħassru jew jiġu emendati indikaturi fl-Anness III għal dan ir-Regolament f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom;

(b)

jittieħed kont tal-bidliet fil-GWPs u l-linji gwida ta' inventarju miftiehma internazzjonalment f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula l-istruttura, il-format u l-proċess għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta' inventarji ta' gassijiet serra b'segwitu għall-paragrafu 1 skont id-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll l-iskedi taż-żmien għall-kooperazzjoni u l-koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-tħejjija tar-rapport ta' inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula l-istruttura, il-format u l-proċess għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kompatibbiltà tal-iskedi taż-żmien tal-Unjoni u l-UNFCCC għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 8

Inventarji approssimati tal-gassijiet serra

1.   Sal-31 ta' Lulju ta' kull sena (sena X), l-Istati Membri għandhom, fejn ikun possibbli, jippreżentaw lill-Kummissjoni l-inventarji tal-gassijiet serra approssimati għas-sena X-1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-inventarji tal-gassijiet serra approssimati tal-Istati Membri jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-inventarji approssimati tiegħu sa dik id-data, abbażi tal-istimi tagħha stess, tiġbor annwalment inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet serra approssimati. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku kull sena sat-30 ta' Settembru.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula l-istruttura, il-format u l-proċess ta' preżentazzjoni għall-inventarji approssimati tal-Istati Membri dwar il-gassijiet serra b'segwitu għall-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 9

Proċeduri għat-twettiq tal-istimi tal-emissjonijiet biex jinġabar l-inventarju tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq kontroll inizjali tad-data ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1) għall-preċiżjoni. Hija għandha tibgħat ir-riżultati ta' dak il-kontroll lill-Istati Membri fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni. L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal kull mistoqsija rilevanti mqajma mill-kontroll inizjali sal-15 ta' Marzu, flimkien mal-preżentazzjoni finali tal-inventarju għas-sena X-2.

2.   Meta Stat Membru ma jippreżentax id-data għall-inventarju meħtieġa biex jinġabar l-inventarju tal-Unjoni sal-15 ta' Marzu, il-Kummissjoni tista' tħejji stimi biex tkun kompluta d-data ppreżentata mill-Istat Membru, f'konsulatazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tuża l-linji gwida applikabbli għat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra.

KAPITOLU 4

REĠISTRI

Artikolu 10

Stabbiliment u operazzjoni tar-reġistri

1.   L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistri biex iżommu rendikont preċiż tal-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment, l-akkwist, il-kanċellazzjoni, l-irtirar, ir-riport, is-sostituzzjoni jew bidla fid-data ta' skadenza, kif rilevanti, ta' AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs. L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw dawn ir-reġistri sabiex iżommu rendikont preċiż tal-unitajiet imsemmija fl-Artikolu 11a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   L-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jżommu r-reġistri tagħhom f'sistema kkonsolidata, flimkien ma' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħrajn.

3.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli għall-amministratur ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 25 sabiex tistabbilixxi r-reġistru tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 11

L-irtirar tal-unitajiet skont il-Protokoll ta' Kjoto

1.   L-Istati Membri għandhom, wara t-tlestija tar-rieżami tal-inventarji nazzjonali tagħhom skont il-Protokoll ta' Kjoto għal kull sena tal-ewwel perijodu ta' impenn skont il-Protokoll ta' Kjoto, inkluża r-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe kwistjoni ta' implimentazzjoni, jirtiraw mir-reġistru AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs ekwivalenti għall-emissjonijiet netti tagħhom matul dik is-sena.

2.   Fir-rigward tal-aħħar sena tal-ewwel perijodu ta' impenn skont il-Protokoll ta' Kjoto, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-unitajiet mir-reġistru qabel it-tmiem tal-perijodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji stabbiliti fid-Deċiżjoni 11/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto.

KAPITOLU 5

IR-RAPPORTAR DWAR POLITIKI U MIŻURI U DWAR PROJEZZJONIJIET TA' EMISSJONIJIET ANTROPOĠENIĊI TA' GASSIJIET SERRA MINN FONTI U TAL-ASSORBIMENT MINN BJAR

Artikolu 12

Is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni għal politiki u miżuri u projezzjonijiet

1.   Sad-9 ta’ Lulju 2015, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni rispettivament għar-rapportar dwar politiki u miżuri u r-rapportar dwar il-projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar. Dawk is-sistemi għandhom jinkludu l-arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali rilevanti stabbiliti fi Stat Membru u l-Unjoni għall-evalwazzjoni tal-politika u għat-twettiq ta' projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmiraw li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u l-projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar, kif imsemmi fl-Artikoli 13 u 14, inkluż, fejn ikun rilevanti, l-użu u l-applikazzjoni tad-data, tal-metodi u tal-mudelli, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, kif ukoll l-analiżi tas-sensittività.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar l-istruttura, il-format u l-proċess ta' preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni għal politiki umiżuri u projezzjonijiet b'segwitu għall-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14(1), u f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom. Il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mar-rekwiżiti ta' rapportar maqbula internazzjonalment kif ukoll il-kompatibbiltà tal-iskedi taż-żmien tal-Unjoni u dawk internazzjonali għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 13

Rapportar dwar politiki u miżuri

1.   Sal-15 ta' Marzu 2015, u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dawn li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom għar-rapportar dwar il-politiki u l-miżuri, jew gruppi ta' miżuri, u għar-rapportar dwar il-projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar skont l-Artikolu 12(1), jekk tali deskrizzjoni ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, jew informazzjoni dwar kwalunkwe bidliet magħmula lil dik is-sistema fejn diġà tkun ġiet ipprovduta deskrizzjoni bħal din;

(b)

informazzjoni jew aġġornamenti addizzjonali rilevanti għall-istrateġiji tagħhom ta' żvilupp b'livell baxx ta' karbonju msemmija fl-Artikolu 4 u l-progress fl-implimentazzjoni ta' dawk l-istrateġiji;

(c)

informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri, jew gruppi ta' miżuri nazzjonali, u dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn fonti jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali u organizzata skont il-gass jew grupp ta' gassijiet (HFCs u PFCs) elenkati fl-Anness I. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għal politiki nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u rilevanti u għandha tinkludi:

(i)

l-objettiv tal-politika jew tal-miżura u deskrizzjoni qasira tal-politika jew tal-miżura;

(ii)

it-tip ta' strument politiku;

(iii)

l-istatus tal-implimentazzjoni tal-politika jew miżura jew grupp ta' miżuri;

(iv)

meta jintużaw, l-indikaturi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress matul iż-żmien;

(v)

meta jkunu disponibbli, l-istimi kwantitattivi tal-effetti fuq l-emissjonijiet minn fonti u tal-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra maqsuma fi:

ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex ante tal-effetti ta' politiki u miżuri individwali jew gruppi tagħhom dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-istimi għandhom jiġu pprovduti għal sekwenza ta' erba' snin futuri li jintemmu b'0 jew 5 immedjatament wara s-sena ta' rapportar, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u dawk koperti mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex post tal-effetti ta' politiki u miżuri individwali jew gruppi tagħhom fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u dawk koperti mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(vi)

meta jkunu disponibbli, stimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji projettati tal-politiki u l-miżuri, kif ukoll stimi, kif ikun xieraq, tal-ispejjeż u l-benefiċċji realizzati tal-politiki u l-miżuri;

(vii)

meta jkunu disponibbli, ir-referenzi kollha għall-valutazzjonijiet u r-rapporti tekniċi ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 3;

(d)

l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(e)

informazzjoni dwar kemm l-azzjoni tal-Istat Membru tikkostitwixxi element sinifikanti tal-isforzi li jsiru fil-livell nazzjonali, kif ukoll dwar kemm l-użu projettat tal-implimentazzjoni konġunta, tal-mekkaniżmu ta' żvilupp nadif u tan-negozjar tal-emissjonijiet internazzjonali huwa supplimentari għal azzjoni domestika f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta' Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati taħtu.

2.   Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla sostanzjali fl-informazzjoni rapportata b'segwitu għal dan l-Artikolu matul l-ewwel sena tal-perijodu ta' rapportar, sal-15 ta' Marzu tas-sena ta' wara r-rapport preċedenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, kwalunkwe valutazzjoni rilevanti tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, meta tkun disponibbli, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn fonti jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, flimkien ma' kwalunkwe rapport tekniku eżistenti li jsostni dawk il-valutazzjonijiet. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti.

Artikolu 14

Rapportar dwar projezzjonijiet

1.   Sal-15 ta' Marzu 2015, u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar, organizzati skont il-gass jew grupp ta' gassijiet (HFCs u PFCs) elenkati fl-Anness I u skont is-settur. Dawk il-projezzjonijiet għandhom jinkludu stimi kwantitattivi għal sekwenza ta' 4 snin futuri li jintemmu b'0 jew 5 immedjatament wara s-sena ta' rapportar. Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom iqisu kwalunkwe politika u miżura adottata fil-livell tal-Unjoni u għandhom jinkludu:

(a)

projezzjonijiet mingħajr miżuri fejn ikunu disponibbli, projezzjonijiet b'miżuri, u fejn ikunu disponibbli, projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali;

(b)

projezzjonijiet totali ta' gassijiet serra u stimi separati għall-emissjonijiet projettati ta' gassijiet serra għall-fonti tal-emissjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(c)

l-impatt tal-politiki u l-miżuri identifikati skont l-Artikolu 13. Meta t-tali politiki u miżuri ma jkunux inklużi, dan għandu jiġi ddikjarat u spjegat b'mod ċar;

(d)

ir-riżultati tal-analiżi tas-sensittività mwettqa għall-projezzjonijiet;

(e)

ir-referenzi kollha rilevanti għall-valutazzjoni u r-rapporti tekniċi li jirfdu l-projezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla sostanzjali fl-informazzjoni rapportata b'segwitu għal dan l-Artikolu matul l-ewwel sena tal-perijodu ta' rapportar, sal-15 ta' Marzu tas-sena ta' wara r-rapport preċedenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw l-aktar projezzjonijiet aġġornati disponibbli. Meta Stat Membru ma jippreżentax stimi ta' projezzjoni kompluti sal-15 ta' Marzu kull sentejn, u l-Kummissjoni tkun stabbilixxiet li n-nuqqasijiet fl-istimi ma jistgħux jimtlew minn dak l-Istat Membru ladarba identifikati permezz tal-proċeduri ta' QA jew QC tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tħejji stimi kif meħtieġ biex jinġabru l-projezzjonijiet tal-Unjoni, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn fonti u tal-assorbiment minn bjar, flimkien mar-rapporti tekniċi rilevanti li jirfdu dawk il-projezzjonijiet. Dawk il-projezzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti.

KAPITOLU 6

IR-RAPPORTAR DWAR INFORMAZZJONI OĦRA RILEVANTI GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA

Artikolu 15

Ir-rapportar dwar azzjonijiet nazzjonali ta' adattament

Sal-15 ta' Marzu 2015, u kull erba' snin minnhemm ’il quddiem, f'konformità maż-żminijiet speċifiċi għar-rapportar lill-UNFCCC, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-ippjanar u l-istrateġiji ta' adattament nazzjonali tagħhom, filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet, implimentati jew ippjanati tagħhom biex jiġi ffaċilitat l-adattament għat-tibdil fil-klima. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-objettivi ewlenin u l-kategorija indirizzata tal-impatt tat-tibdil fil-klima, bħal għargħar, żieda fil-livell tal-baħar, temperaturi estremi, nixfiet u avvenimenti oħra ta' temp estrem.

Artikolu 16

Ir-rapportar dwar l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku pprovdut lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw

1.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jippermettu rapportar koerenti f'waqtu mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar appoġġ mogħti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UNFCCC, kif ikun applikabbli, inkluż kull format komuni li jintlaħaq qbil dwaru fil-UNFCCC, u biex jiżguraw rapportar annwali sat-30 ta' Settembru.

2.   Fejn ikun rilevanti jew applikabbli taħt il-UNFCCC, l-Istati Membri għandhom iħabirku biex jipprovdu informazzjoni dwar flussi finanzjarji bbażati fuq l-hekk imsejħa ‧Rio markers‧ għal appoġġ marbut mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u appoġġ marbut mal-adattament għat-tibdil fil-klima mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-OECD u l-informazzjoni dwar metodoloġija li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-metodoloġija tar-Rio markers tat-tibdil fil-klima.

3.   Fejn tkun rapportata informazzjoni dwar flussi mobilizzati ta' finanzjament privat, din għandha tinkludi informazzjoni dwar id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji użati biex jiddeterminaw iċ-ċifri.

4.   F'konformità mad-deċiżjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivanti minnhom jew li jissuċċiedu għalihom, l-informazzjoni dwar appoġġ ipprovdut għandha tinkludi informazzjoni dwar appoġġ għal mitigazzjoni, adattament, bini ta' kapaċitajiet u trasferiment ta' teknoloġija u, jekk jista' jkun, informazzjoni dwar jekk ir-riżorsi finanzjarji humiex ġodda jew addizzjonali.

Artikolu 17

Ir-rapportar dwar l-użu tad-dħul mill-irkant u l-krediti tal-proġett

1.   Sal-31 ta' Lulju ta' kull sena (sena X), l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni għas-sena X-1:

(a)

ġustifikazzjoni dettaljata kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(b)

informazzjoni dwar l-użu ta' dħul matul is-sena X-1 iġġenerat mill-Istati Membri permezz tal-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża informazzjoni dwar dħul bħal dan li ntuża għal wieħed mill-iskopijiet jew aktar speċifikati fl-Artikolu 10(3) ta' dik id-Direttiva, jew l-ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dak id-dħul, u l-azzjonijiet meħuda skont dak l-Artikolu;

(c)

informazzjoni dwar l-użu, kif determinat mill-Istat Membru, tad-dħul kollu ġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 3d(1) jew (2) tad-Direttiva 2003/87/KE; dik l-informazzjoni għandha tingħata f'konformità mal-Artikolu 3d(4) ta' dik id-Direttiva;

(d)

informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u informazzjoni dwar kif il-politika tax-xiri tagħhom issaħħaħ il-kisba ta' ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima;

(e)

informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 11b(6) tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta' attivitajiet ta' proġett għall-enerġija idroelettrika b'kapaċità ġenerattiva ta' aktar minn 20 MW.

2.   Id-dħul mill-irkant mhux imħallas fiż-żmien li Stat Membru jippreżenta rapport lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu għandu jiġi kkwantifikat u rrapportat f'rapporti għas-snin sussegwenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni aggregata tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku f'forma aċċessibbli faċilment.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format u l-proċessi ta' preżentazjoni tar-rapportar ta' informazzjoni tal-Istati Membri skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 18

Rapporti ta' kull sentejn u komunikazzjonijiet nazzjonali

1.   L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti ta' kull sentejn f'konformità mad-Deċiżjoni 2/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (Deċiżjoni 2/CP.17), jew ma' deċiżjonijiet rilevanti sussegwenti adottati mill-korpi tal-UNFCCC, u komunikazzjonijiet nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 12 tal-UNFCCC lis-Segretarjat tal-UNFCCC.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni kopji tal-komunikazzjonijiet nazzjonali u rapporti ta' kull sentejn ippreżentati lis-Segretarjat tal-UNFCCC.

KAPITOLU 7

IR-RIEŻAMI ESPERT TAL-UNJONI TAL-EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA

Artikolu 19

Ir-rieżami tal-inventarju

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tal-inventarju nazzjonali tad-data ppreżentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(4) ta' dan ir-Regolament biex tiġi determinata l-kwota tal-emissjonijiet annwali pprovduta fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, għall-applikazzjoni tal-Artikoli 20 u 27 ta' dan ir-Regolament u bil-ħsieb li tiġi mmonitorjata l-kisba tal-Istati Membri tal-miri ta' tnaqqis jew limitazzjoni fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom skont l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE fis-snin meta jitwettaq rieżami komprensiv.

2.   Billi tibda bid-data rrapportata għas-sena 2013, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami annwali tad-data tal-inventarju nazzjonali ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament li hija rilevanti biex jiġu mmonitorjati t-tnaqqis jew il-limitazzjoni tagħhom tal-gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, u kwalunkwe miri oħrajn ta' tnaqqis jew limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ f'dak il-proċess.

3.   Ir-rieżami komprensiv imsemmi f'paragrafu 1 għandu jinvolvi:

(a)

kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata;

(b)

kontrolli li jidentifikaw każijiet fejn id-data tal-inventarju titħejja b'mod li huwa inkonsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni; u

(c)

fejn xieraq, kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

4.   Ir-rieżamijiet annwali għandhom jinvolvu l-kontrolli stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 3. Meta mitlub minn Stat Membru f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni jew meta dawn il-kontrolli jidentifikaw kwistjonijiet sinifikanti, bħal:

(a)

rakkomandazzjonijiet minn rieżamijiet preċedenti tal-Unjoni jew tal-UNFCCC li ma ġewx implimentati, jew kwisjonijiet li ma ġewx spjegati minn Stat Membru; jew

(b)

stimi ogħla mill-valur reali jew sottostimi relatati mal-kategorija ewlenija f'inventarju ta' Stat Membru,

ir-rieżami annwali għall-Istat Membru kkonċernat għandu jinvolvi wkoll il-kontrolli stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 3 sabiex il-kalkoli stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 3 jkunu jistgħu jitwettqu.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu determinati ż-żminijiet u l-passi għat-twettiq tar-rieżamikomprensiv u r-rieżami annwali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament ta' dan l-Artikolu, inklużi l-kompiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu u biex tiġi żgurata konsultazzjoni xierqa tal-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjonijiet tar-rieżamijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 26(2).

6.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddetermina s-somma totali ta' emissjonijiet għas-sena rilevanti li jirriżultaw mid-data tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru meta jitlesta r-rieżami rilevanti.

7.   Id-data għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE fid-data li taħbat erba' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, għandha tkun rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Dan jinkludi bidliet għal data bħal din li tirriżulta mill-użu tal-flessibbiltajiet li jagħmel dak l-Istat Membru skont l-Artikoli 3 u 5 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

Artikolu 20

L-indirizzar tal-effetti tal-kalkoli mill-ġdid

1.   Meta jitlesta r-rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju relatata mas-sena 2020 skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tikkalkula, skont il-formula stabbilita fl-Anness II, is-somma tal-effetti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kkalkulati mill-ġdid għal kull Stat Membru.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tuża, fost l-oħrajn, is-somma msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta tipproponi l-miri għat-tnaqqis jew il-limitazzjonijiet tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għall-perijodu wara l-2020 skont l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

3.   Il-Kummissjoni għandha minnufih tippubblika r-riżultati tal-kalkoli magħmula skont il-paragrafu 1.

KAPITOLU 8

RAPPORTAR TAL-PROGRESS LEJN L-IMPENJI TAL-UNJONI U LEJN DAWK INTERNAZZJONALI

Artikolu 21

Rapportar dwar il-progress

1.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena, abbażi ta' informazzjoni rrapportata skont dan ir-Regolament u b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-progress magħmul mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha sabiex jintlaħqu dawn li ġejjin, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk sarx biżżejjed progress:

(a)

l-impenji skont l-Artikolu 4 tal-UNFCCC u l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Kjoto kif stabbilit fid-deċiżjonijiet adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, jew mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto. Valutazzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rrapportata f'konformità mal-Artikoli 7, 8, 10 u 13 sa 17;

(b)

l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Valutazzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rrapportata f'konformità mal-Artikoli 7, 8, 13 u 14.

2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sentejn l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima globali, inkluż permezz ta' emissjonijiet mhux tas-CO2 jew l-effetti, abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7, u ttejjeb dik il-valutazzjoni permezz ta' referenza għall-avvanzi xjentifiċi u d-data dwar it-traffiku tal-ajru, kif xieraq.

3.   Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tipppreżenta rapport li jiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafi 1 u 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 22

Ir-rapport dwar il-perijodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji skont il-Protokoll ta' Kjoto

L-Unjoni u kull Stat Membru għandhom jippreżentaw rapport lis-Segretarjat tal-UNFCCC dwar il-perijodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji msemmija fil-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni 13/CMP.1 meta jiskdadi dak il-perijodu.

KAPITOLU 9

KOOPERAZZJONI U APPOĠĠ

Artikolu 23

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw bis-sħiħ ma' xulxin fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament dwar:

(a)

il-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra u t-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra, skont l-Artikolu 7(5);

(b)

it-tħejjija tal-komunikazzjoni nazzjonali tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC u tar-rapport ta' kull sentejn tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 jew deċiżjonijiet sussegwenti rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC;

(c)

il-proċeduri ta' rieżami u ta' konformità skont il-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto f'konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni applikabbli skont il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto, kif ukoll il-proċedura tal-Unjoni li tirrieżamina l-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament;

(d)

kwalunkwe aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto jew li jsegwu l-proċess ta' rieżami tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament jew bidliet oħra fl-inventarji u r-rapporti tal-inventarji ppreżentati, jew li għandhom jiġu ppreżentati, lis-Segretarjat tal-UNFCCC;

(e)

il-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra approssimati, skont l-Artikolu 8;

(f)

ir-rapportar fir-rigward tal-irtirar ta' AAUs, RMUs, ERUs, CERs, tCERs u lCERs, wara l-perijodu addizzjonali msemmi fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni 13/CMP.1 għall-issodisfar tal-impenji skont l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta' Kjoto.

Artikolu 24

Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tikkonforma mal-Artikoli 6 sa 9, 12 sa 19, 21 u 22 f'konformità mal-programm ta' ħidma annwali tagħha. Din għandha tinkludi għajnuna fil-kompiti li ġejjin:

(a)

il-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra u t-tħejjija tar-rapport tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra;

(b)

it-twettiq ta' proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità sabiex jitħejja l-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra;

(c)

it-tħejjija tal-istimi għad-data mhux irrapportata fl-inventarji nazzjonali dwar il-gassijiet serra;

(d)

it-tmexxija tar-rieżamijiet;

(e)

il-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni dwar il-gassijiet serra approssimati;

(f)

il-ġbir tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet;

(g)

it-twettiq ta' proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità fuq l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar projezzjonijiet u politiki u miżuri;

(h)

it-tħejjija tal-istimi għad-data dwar il-projezzjonijiet mhux irrapportata mill-Istati Membri;

(i)

il-ġbir tad-data meħtieġa għar-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill imħejji mill-Kummissjoni;

(j)

it-tixrid tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, inkluż iż-żamma u l-aġġornament ta' bażi tad-data dwar il-politiki u l-miżuri ta' mitigazzjoni tal-Istati Membri u l-Pjattaforma Ewropea dwar l-Adattament għall-Klima dwar l-impatti, il-vulnerabbiltajiet u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

KAPITOLU 10

DELEGA

Artikolu 25

L-eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-8 ta’ Lulju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 10 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ mill-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 6, 7 u 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU 11

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Rieżami

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina regolarment il-konformità tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar skont dan ir-Regolament mad-deċiżjonijiet futuri relatati mal-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta regolarment ukoll jekk l-iżviluppi fil-qafas tal-UNFCCC jikkawżawx sitwazzjoni li fiha l-obbligi skont dan ir-Regolament jibqgħux meħtieġa, jkunux proporzjonati mal-benefiċċji korrispondenti, jeħtiġux li jiġu aġġustati jew ikunux konsistenti, jew huma duplikattivi, għar-rekwiżiti ta' rapportar skont l-UNFCCC, u għandha tippreżenta, jekk adegwat, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.   Sa Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-impatt tal-użu tal-linji gwida tal-IPCC 2006 għall-Inventarji Nazzjonali dwar il-Gassijiet Serra, jew bidla sinifikanti fil-metodoloġiji użati tal-UNFCCC, biex jiġu determinati l-inventarji tal-gassijiet serra twassalx għal differenza ta' aktar minn 1 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra totali ta' Stat Membru rilevanti għall-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u tista' tirrevedi l-kwoti tal-emissjonijiet annwali tal-Istati Membri kif previst fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

Artikolu 28

Tħassir

Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE hija b'dan imħassra. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 169.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 51.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013.

(4)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima (ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta' April 2002 dwar l-approvazzjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1).

(7)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

(8)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/540/KEE tal-14 ta' Ottubru 1988 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jdgħajfu s-saff tal-ożonu (ĠU L 297, 31.10.1988, p. 8).

(10)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(11)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.

(13)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(14)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.

(15)  Ara paġna 80 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(16)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3.

(17)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

GASSIJIET SERRA

Diossidu tal-Karbonju (CO2)

Metan (CH4)

Ossidu nitruż (N2O)

Eżafluworur tal-karbonju (SF6 )

Trifluworur tan-nitroġenu (NF3)

Idrofluworokarburi (HFCs):

HFC-23 CHF3

HFC-32 CH2F2

HFC-41 CH3F

HFC-125 CHF2CF3

HFC-134 CHF2CHF2

HFC-134a CH2FCF3

HFC-143 CH2FCHF2

HFC-143a CH3CF3

HFC-152 CH2FCH2F

HFC-152a CH3CHF2

HFC-161 CH3CH2F

HFC-227ea CF3CHFCF3

HFC-236cb CF3CF2CH2F

HFC-236ea CF3CHFCHF2

HFC-236fa CF3CH2CF3

HFC-245fa CHF2CH2CF3

HFC-245ca CH2FCF2CHF2

HFC-365mfc CH3CF2CH2CF3

HFC-43-10mee CF3CHFCHFCF2CF3 jew (C5H2F10)

Perfluworokarburi (PFCs):

PFC-14, Perfluworometan, CF4

PFC-116, Perfluworoetan, C2F6

PFC-218, Perfluworopropan, C3F8

PFC-318, Perfluworoċiklobutan, c-C4F8

Perfluworoċiklopropan c-C3F6

PFC-3-1-10, Perfluworobutan, C4F10

PFC-4-1-12, Perfluworopentan, C5F12

PFC-5-1-14, Perfluworoeżan, C6F14

PFC-9-1-18, C10F18


ANNESS II

Is-somma tal-effetti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kkalkulati mill-ġdid mill-Istat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 20(1)

Is-somma tal-effetti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kkalkulati mill-ġdid mill-Istat Membru għandha tiġi kkalkulata billi tintuża l-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

ti, hija l-kwota tal-emissjonijiet annwali tal-Istat Membru għas-sena i kif determinata skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE kif determinata fl-2012 jew, jekk applikabbli, kif determinata fl-2016 abbażi tar-reviżjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

ti,2022 hija l-kwota tal-emissjonijiet annwali tal-Istat Membru għas-sena i skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE kif tiġi kkalkulata li kieku d-data rieżaminata tal-inventarju ppreżentata fl-2022 tintuża bħala input,

ei,j hija l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri għas-sena i kif stabbiliti skont l-atti adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(6) wara r-rieżami espert tal-inventarju fis-sena j.


ANNESS III

LISTA TA' INDIKATURI ANNWALI

Tabella 1   Lista ta' indikaturi prijoritarji  (1)

Nru

In-Nomenklatura fl-indikaturi tal-Eurostat tal-effiċjenza fl-enerġija

L-indikatur

In-numeratur/id-denominatur

Gwida / definizzjonijiet (2)  (3)

1

MACRO

L-intensità totali tas-CO2 tal-PGD, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet totali tas-CO2, kt

L-emissjonijiet totali tas-CO2 (ħlief il-LULUCF) kif ġie rrapportat fis-CRF

Il-PGD, Biljuni ta' Euro (EC95)

Il-prodott gross domestiku bil-prezzijiet kostanti tal-1995 (sors: Kontijiet Nazzjonali)

2

MACRO B0

L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija tal-PGD, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-enerġija, kt

L-emissjonjiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A, metodu settorjali)

Il-PGD, Biljuni ta' Euro (EC95)

Il-prodott gross domestiku bil-prezzijiet kostanti tal-1995 (sors: Kontijiet Nazzjonali)

3

TRANSPORT C0

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, kt

 

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha ta' trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta' 3 900  kg jew inqas — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bi).

In-numru ta' kilometri mill-karozzi tal-passiġġieri, Mkm

 

In-numru ta' kilometri mill-karozzi tal-passiġġieri. (sors: statistika tat-trasport)

Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta' attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.

4

INDUSTRY A1

L-intensità tas-CO2 relatata mal–enerġija tal-industrija, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-industrija, kt

L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-industriji tal-manifattura, fil-kostruzzjoni u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief għall-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2). L-enerġija li tintuża għat-trasport mill-industrija m'għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport. L-emissjonijiet li jirriżultaw minn makkinarju mobbli għat-toroq imħarbta u ta' xort'oħra fl-industrija għandhom ikunu inklużi f'dan is-settur.

Il-valur miżjud gross totali tal-industrija, Biljuni ta' Euro (EC95)

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fl-industriji tal-manifattura (NACE 15-22, 24-37), fil-kostruzzjoni (NACE 45) u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief il-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) (NACE 13-14) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

5

HOUSEHOLDS A.1

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-djar, t/dar

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili fid-djar, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fid-djar (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A4b).

Il-ħażna ta' djar okkupati b'mod permanenti, 1 000

Il-ħażna ta' djar okkupati b'mod permanenti

6

SERVICES A0

L-intensità tas-CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwils fossili fis-settur kummerċjali u istituzzjonali, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili f'bini kummerċjali u istituzzjonali fis-setturi pubbliċi u privati (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A4a). L-enerġija li ntużat għat-trasport mis-servizzi m'għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport.

Il–valur miżjud gross tas-servizzi, Biljuni ta' Euro (EC95)

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fis-servizzi (NACE 41, 50, 51, 52, 55, 63, 64, 65, 66, 67, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 80, 85, 90, 91, 92, 93, 99) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

7

TRANSFORMATION B0

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija, t/TJ

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija termali, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossi minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi.

Il-prodotti kollha — l-output mill-impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija termali, PJ

L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-output mill-impjanti tas-sħana mhux inkluż. L-impjanti pubbliċi termali jiġġeneraw elettriku (u sħana) għall-bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività primarja tagħhom. Jistgħu jkunu proprjetà ta' persuni privati jew pubbliċi. L-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali jiġġeneraw l-elettriku (u s-sħana) għalkollox jew parzjalment għall-użu tagħhom bħala attività, li ssostni l-attività primarja tagħhom. Il-ġenerazzjoni tal-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum tal-elettriku fl-awżiljari tal-impjant u fit-transformers huwa inkluż. (sors: bilanċ tal-enerġija)


Tabella 2   Lista ta' indikaturi prijoritarji addizzjonali  (4)

Nru

In-Nomenklatura fl-indikaturi tal-Eurostat tal-effiċjenza fl-enerġija

L-indikatur

In-numeratur/id-denominatur

Gwida / Definizzjonjiet (5)

1

TRANSPORT D0

L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport tal-merkanzija fit-triq, kt

 

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha tat-trasport bi trakkijiet li ma jifilħux għal ħafna strapazz (vetturi b'piż gross tal-vettura ta' 3 900  kg jew inqas imfassla primarjament għat-trasport ta' merkanzija li ma tantx tkun tqila jew li jkunu mgħammra b'karatteristiċi speċjali bħal li tingrana fuq erba' roti (four-wheel drive) għal sewqan f'toroq imħarbta — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bii) u trakkijiet li jifilħu għall-istrapazz (kwalunkwe vettura kklassifikata bħala li għandha aktar minn 3 900  kg f'piż gross tal-vettura mfassla primarjament għat-trasport ta' merkanzija tqila — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3biii ħlief il-karozzi tal-linja).

It-trasport tal-merkanzija fit-toroq, Mtkm

 

In-numru ta' tunnellati metriċi f'kilometri ttrasporati fi trakkijiet li ma tantx jifilħu għal strapazz u fi trakkjiet li jifilħu għall-istrapazz fit-toroq; tunnellata metrika f'kilometru wieħed tirrappreżenta t-trasport ta' tunnellata metrika fit-triq tul kilometru wieħed. (sors: statistika tat-trasport)

Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta' attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.

2

INDUSTRY A1.1

L-intensità totali tas-CO2 — l-industrija tal-ħadid u tal-azzar, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet totali tas-CO2 mill-ħadid u mill-azzar, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-ħadid u tal-azzar inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2a), mill-proċess ta' produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 2C1) u mill-proċess ta' produzzjoni tal-ligi tal-ħadid (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 2C2).

Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-ħadid u tal-azzar, Biljuni ta' Euro (EC95)

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura tal-ħadid u tal-azzar bażiċi u tal-ligi tal-ħadid (NACE 27.1), fil-manifattura tat-tubi (NACE 27.2), l-ewwel ipproċessar ieħor tal-ħadid u tal-azzar (NACE (27.3), il-ikkastjar tal-ħadid (NACE 27.51) u l-ikkastjar tal-azzar (NACE 27.52). (sors: Kontijiet Nazzjonali)

3

INDUSTRY A1.2

L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija — l-industrija kimika, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija fl-industriji kimiċi, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-kimiċi u tal-prodotti kimiċi, inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2c).

Il-valur miżjud gross għall-industrija kimika, Biljuni ta' Euro (EC95)

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura tal-kimiċi u tal-prodotti kimiċi (NACE 24) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

4

INDUSTRY A1.3

L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija — l-industrija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fil-manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana.

Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-ħġieġ, tal-fuħħar u tal-materjali tal-bini, Biljuni ta' Euro (EC95)

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

5

INDUSTRY C0.1

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, t/t

L-emissjonijiet totali tas-CO2 mill-ħadid u mill-azzar, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-ħadid u tal-azzar inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2a), mill-proċess ta' produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 2C1) u mill-proċess ta' produzzjoni tal-ligi tal-ħadid (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 2C2).

Il-produzzjoni tal-azzar bl-ossiġnu, kt

Il-produzzjoni tal-azzar bl-ossiġnu, kt (NACE 27) (sors: statistika tal-produzzjoni)

6

INDUSTRY C0.2

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati mal-enerġija tal-industrija tas-siment, t/t

L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija mill-ħġieġ, mill-fuħħar u mill-materjali tal-bini, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fil-manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi (NACE 26) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana.

Il-produzzjoni tas-siment, kt

Il-produzzjoni tas-siment (NACE 26) (sors: statistika tal-produzzjoni)


Tabella 3   Lista ta' indikaturi supplimentari

Nru

In-Nomenklatura fl-indikaturi tal-Eurostat tal-effiċjenza fl-enerġija

L-indikatur

In-numeratur/id-denominatur

Gwida/definizzjonjiet

1

TRANSPORT B0

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati mad-diżil tal-karozzi tal-passiġġieri, g/100km

L-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tad-diżil għall-attività kollha ta' trasport bil-karozzi tal-passiġġeri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta' 3 900  kg jew inqas — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bi diżil biss).

In-numru ta' kilometri ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil, Miljuni km

In-numru ta' kilometri ta' vettura ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu għalkollox bid-diżil b'liċenzja biex jużaw toroq miftuħa għat-traffiku pubbliku. (sors: statistika tat-trasport)

2

TRANSPORT B0

L-emissjonijiet speċifiċi relatati mal-petrol tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri, g/100km

L-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bil-petrol, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-petrol għall-attività kollha ta' trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta' 3 900  kg jew inqas — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bi petrol biss).

In-numru ta' kilometri ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bil-petrol, Miljuni km

In-numru ta' kilometri ta' vettura ta' karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu għalkollox bil-petrol b'liċenzja biex jużaw toroq miftuħa għat-traffiku pubbliku. (sors: statistika tat-trasport)

3

TRANSPORT C0

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri, t/pkm

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għall-attività kollha ta' trasport bil-karozzi tal-passiġġieri (karozzi mfassla primarjament għat-trasport tal-persuni u li jesgħu 12-il persuna jew inqas; klassi tal-piż gross tal-vettura ta' 3 900  kg jew inqas — kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3bi).

It-trasport tal-passiġġieri bil-karozzi, Mpkm

In-numru ta' kilometri ta' passiġġieri vvjaġġati f'karozzi tal-passiġġieri; kilometru ta' passiġġier wieħed huwa t-trasport ta' passiġġier wieħed tul kilometru wieħed. (sors: statistika tat-trasport)

Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta' attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.

4

TRANSPORT E1

L-emissjonijiet speċifiċi tat-trasport bl-ajru, t/passiġġier

L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport domestiku bl-ajru, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport domestiku bl-ajru (kummerċjali, privat, agrikolu, eċċ.), inklużi t-tluq u l-inżul (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3aii). Eskludi l-użi tal-fjuwil fl-ajruporti għat-trasport fuq l-art. Eskludi wkoll il-fjuwil għal kombustjoni stazzjonarja fl-ajruporti.

Il-passiġġeri domestiċi bl-ajru, Miljuni

In-numru ta' persuni, ħlief il-membri fuq xogħol tal-ekwipaġġi tat-titjira u tal-kabina, li qed jagħmlu l-vjaġġ bl-ajru (avjazzjoni domestika biss) (sors: statistika tat-trasport)

Nota: Jekk ikun possibbli, id-data ta' attività għandha tkun konsistenti mad-data dwar l-emissjonijiet.

5

INDUSTRY A1.4

L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija — l-industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija tal-industriji tal-ikel, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb u tal-prodotti tat-tabakk inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2e).

Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, Miljuni ta' Euro (EC95)

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb (NACE 15) u tal-prodotti tat-tabakk (NACE 16) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

6

INDUSTRY A1.5

L-intensità tas-CO2 relatata mal-enerġija — l-industrija tal-karta u tal-istampar, t/Miljuni ta' Euro

L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija mill-karta u l-istampar, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta' midja rrekordjati inklużi l-emissjonijiet mill-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2d).

Il-valur miżjud gross — l-industrija tal-karta u tal-istampar, Miljuni ta' Euro (EC95)

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet kostanti tal-1995 fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta (NACE 21) u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata (NACE 22) (sors: Kontijiet Nazzjonali)

7

HOUSEHOLDS A0

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-djar għat-tisħin tal-ispazju, t/m2

L-emissjonijiet tas-CO2 għat-tisħin tal-ispazju fid-djar, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil għat-tisħin tal-ispazju fid-djar.

L-erja tas-superfiċje ta' djar okkupati b'mod permanenti, Miljuni m2

L-erja totali tas-superfiċje ta'djar okkupati b'mod permanenti

8

SERVICES B0

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali għat-tisħin tal-ispazju, kg/m2

L-emissjonijiet tas-CO2 mit-tisħin tal-ispazju fis-setturi kummerċjali u istituzzjonali, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili għat-tisħin tal-ispazju f'bini kummerċjali u istituzzjonali fis-setturi pubbliċi u privati.

L-erja tas-superfiċje tal-bini tas-servizzi, Miljuni m2

L-erja totali tas-superfiċje tal-bini tas-servizzi (NACE 41, 50, 51, 52, 55, 63, 64, 65, 66, 67, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 80, 85, 90, 91, 92, 93, 99)

9

TRANSFORMATION D0

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-impjanti pubbliċi tal-enerġija, t/TJ

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti pubbliċi tal-enerġija termali, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossi mill-impjanti pubbliċi tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinata (kategoriji tas-sorsi tal-IPCC 1A1ai u 1A1aii). L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi.

L-output tal-prodotti kollha mill-impjanti pubbliċi tal-enerġija termali, PJ

L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-output mill-impjanti tas-sħana biss mhux inkluż. L-impjanti pubbliċi termali jiġġeneraw elettriku (u sħana) għall-bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività primarja tagħhom. Jistgħu jkunu proprjetà ta' persuni privati jew pubbliċi. Il-ġenerazzjoni tal-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum tal-elettriku fl-awżiljari tal-impjant u fit-transformers huwa inkluż. (sors: bilanċ tal-enerġija)

10

TRANSFORMATION E0

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-impjanti awtoproduċenti, t/TJ

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-awtoproduċenti, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossi minn impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati.

L-output tal-prodotti kollha mill-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali, PJ

L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (sħana u enerġija kkombinati — CHP) mill-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali jiġġeneraw l-elettriku (u s-sħana) għalkollox jew parzjalment għall-użu tagħhom bħala attività, li ssostni l-attività primarja tagħhom. Il-ġenerazzjoni tal-elettriku gross titkejjel fl-iżbokk tat-transformers ewlenin, jiġifieri l-konsum tal-elettriku fl-awżiljari tal-impjant u fit-transformers huwa inkluż. (sors: bilanċ tal-enerġija)

11

TRANSFORMATION

L-intensità tal-karbonju tal-ġenerazzjoni totali tal-enerġija, t/TJ

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-enerġija klassika, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili kollha għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossi mill-impjanti pubbliċi tal-enerġijatermali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati u mill-impjanti awtoproduċenti tal-enerġija termali u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. L-emissjonijiet mill-impjanti tas-sħana biss mhumiex inklużi.

L-output tal-prodotti kollha minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija, PJ

L-elettriku gross prodott u kwalunkwe sħana mibjugħa lil partijiet terzi (sħana u enerġija kkombinati — CHP) minn impjanti pubbliċi u awtoproduċenti tal-enerġija u tas-sħana u tal-enerġija kkombinati. Jinkludi l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u bl-enerġija nukleari. (sors: bilanċ tal-enerġija)

12

TRANSPORT

L-intensità tal-karbonju tat-trasport, t/TJ

L-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils fossili għall-attività kollha tat-trasport (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A3)

Il-konsum totali tal-enerġija finali mit-trasport, PJ

Jinkludi l-konsum totali tal-enerġija finali mit-trasport mis-sorsi kollha tal-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u tal-elettriku) (sors: bilanċ tal-enerġija)

13

INDUSTRY C0.3

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 relatati mal-enerġija tal-industrija tal-karta, t/t

L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-enerġija mill-industriji tal-karta u tal-istampar, kt

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fil-manifattura tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti tal-karta u fil-pubblikazzjoni, fl-istampar u fir-riproduzzjoni ta' midja rrekordjati inklużi l-emissjonijiet mill-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2d).

L-output fiżiku tal-karta, kt

L-output fiżiku tal-karta (NACE 21) (sors: statistika tal-produzzjoni)

14

INDUSTRY

L-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tal-industrija, kt

 

L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fl-industriji tal-manifattura, fil-kostruzzjoni u fit-tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri (ħlief għall-minjieri tal-faħam u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass) inkluża l-kombustjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A2). L-enerġija li tintuża għat-trasport mill-industrija m'għandiex tkun inkluża hawnhekk imma fl-indikaturi tat-trasport. L-emissjonijiet li jirriżultaw minn makkinarju mobbli għat-toroq imħarbta u ta' xort'oħra fl-industrija għandhom ikunu inklużi f'dan is-settur.

Il-konsum totali tal-enerġija finali mill-industrija, PJ

 

Jinkludi l-konsum totali tal-enerġija finali tal-industrija mis-sorsi kollha tal-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u tal-elettriku) (sors: bilanċ tal-enerġija)

15

HOUSEHOLDS

L-emissjonijiet tas-CO2 mid-djar, kt

 

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili fid-djar (kategorija tas-sorsi tal-IPCC 1A4b).

Il-konsum totali tal-enerġija finali mid-djar, PJ

 

Jinkludi l-konsum totali tal-enerġija finali tad-djar mis-sorsi kollha tal-enerġija (inkluż il-konsum tal-bijomassa u tal-elettriku) (sors: bilanċ tal-enerġija)


(1)  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw numeratur u denominatur, jekk ma jkunux inklużi fil-format komuni ta' rapportar ((CRF) (common reporting format)).

(2)  L-Istati Membri għandhom isegwu din il-gwida. Jekk ma jistgħux isegwu din il-gwida eżattament jew jekk in-numeratur u d-denominatur ma jkunux għalkollox konsistenti, l-Istati Membri għandhom jindikaw dan b'mod ċar.

(3)  Ir-referenzi għall-kategoriji tas-sorsi tal-IPCC jirreferu għall-IPCC (1996) Revised 1996 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (Il-Linji ta' Gwida Riveduti tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-1966).

(4)  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw numeratur u denominatur, jekk ma jkunux inklużi fis-CRF.

(5)  L-Istati Membri għandhom isegwu din il-gwida. Jekk ma jistgħux isegwu din il-gwida eżattament jew jekk in-numeratur u d-denominatur ma jkunux għalkollox konsistenti, l-Istati Membri għandhom jindikaw dan b'mod ċar.


ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Deċiżjoni Nru 280/2004/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 3(1)

Artikolu 7(1) u Artikolu 7(3)

Artikolu 3(2)

Artikolu 13(1) u Artikolu 14(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 123

Artikolu 4(1)

Artikolu 6

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 24

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 21(3)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 22

Artikolu 5(6)

Artikolu 5(7)

Artikolu 24

Artikolu 6(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 11(1) u Artikolu 11(2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 23

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9(1)

Artikolu 26

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 28

Artikolu 12

Artikolu 29


Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

"Il-Kummissjoni tieħu nota li l-Artikolu 10 tal-proposta oriġinali tagħha tħassar. Madankollu, sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data u t-trasparenza dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima relatata mat-trasport marittimu, il-Kummissjoni taqbel li, minflok, tindirizza din il-kwistjoni bħala parti mill-inizjattiva futura tagħha dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu li l-Kummissjoni qed timpenja ruħha li tadotta matul l-ewwel nofs tal-2013. Il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi emenda għal dan ir-Regolament f'dak il-kuntest."

"Il-Kummissjoni tinnota li jistgħu jkunu meħtieġa regoli supplimentari li jirrigwardaw il-ħolqien, iż-żamma u l-modifika tas-sistema tal-Unjoni għal linji ta' politika, miżuri u projezzjonijiet kif ukoll it-tħejjija ta' inventarji armonizzati dwar gassijiet b'effett ta' serra sabiex jiġi żgurat li r-Regolament jaħdem tajjeb. Minn kmieni fl-2013, il-Kummissjoni ser teżamina l-kwistjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta biex jiġi emendat ir-Regolament."


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/41


REGOLAMENT (UE) Nru 526/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Mejju 2013

dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-komunikazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi elettroniċi huma fatturi essenzjali, kemm direttament kif ukoll indirettament, fl-iżvilupp ekonomiku u tas-soċjetà. Dawn għandhom rwol vitali għas-soċjetà u saru minnhom innifishom servizzi li ssibhom kullimkien bl-istess mod bħall-provvisti tad-dawl u l-ilma, u jikkostitwixxu wkoll fatturi essenzjali fil-provvista tal-elettriku, l-ilma u servizzi essenzjali oħrajn. In-netwerks ta' komunikazzjoni jiffunzjonaw bħala katalisti soċjali u tal-innovazzjoni, billi jimmultiplikaw l-impatt tat-teknoloġija u t-tiswir tal-imġiba tal-konsumatur, ta' mudelli kummerċjali, industriji, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadinanza u dik politika. L-interruzzjoni tagħhom għandha l-potenzjal li tikkawża dannu fiżiku, soċjali u ekonomiku konsiderevoli, u din tenfasizza l-importanza tal-miżuri biex tiżdied il-protezzjoni u r-reżistenza bl-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi kritiċi. Is-sigurtà tal-komunikazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi elettroniċi, b’mod partikolari l-integrità, d-disponibbiltà u l-kunfidenzjalità tagħhom, qed tiffaċċa sfidi li qed jespandu kontinwament li huma marbutin inter alia mal-komponenti individwali tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni u s-software li jikkontrolla dawk il-komponenti, l-infrastruttura ġenerali u s-servizzi pprovduti permezz ta' dik l-infrastruttura. Dan huwa ta’ tħassib dejjem akbar għas-soċjetà mhux l-inqas minħabba l-possibbiltà ta’ problemi dovuti għall-kumplessità tas-sistema, ħsarat, fallimenti sistematiċi, l-inċidenti, l-iżbalji u l-attakki li jista’ jkollhom konsegwenzi fuq l-infrastruttura elettronika u fiżika li tipprovdi servizzi li huma kritiċi għall-benesseri taċ-ċittadini Ewropej.

(2)

Ix-xenarju tat-theddida qed jinbidel kontinwament u l-inċidenti tas-sigurtà jistgħu jimminaw il-fiduċja li għandhom l-utenti fit-teknoloġija, in-netwerks u s-servizzi, u b'hekk jaffettwaw il-kapaċità tagħhom li jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tas-suq intern u l-użu ġenerali tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).

(3)

Għaldaqstant, huwa importanti dawk li jfasslu l-politika, għall-industrija u għall-utenti li ssir valutazzjoni regolari tal-istat tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fl-Unjoni, ibbażata fuq data affidabbli tal-Unjoni, kif ukoll previżjoni sistematika ta' żviluppi, sfidi u theddid futuri kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell globali.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2004/97/KE, Euratom (3), adottata fil-laqgħa fil-Kunsill Ewropew fit-13 ta' Diċembru 2003, ir-rappreżentattivi tal-Istati Membri ddeċidew li l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), li kellha tiġi stabbilita abbażi tal-proposta mressqa mill-Kummissjoni, ikollha s-sede tagħha f'raħal fil-Greċja li għandu jiġi ddeterminat mill-Gvern Grieg. B'segwitu ta' dik id-Deċiżjoni, il-Gvern Grieg iddetermina li l-ENISA għandha jkollha s-sede tagħha f'Heraklion, fi Kreta.

(5)

Fl-1 ta' April 2005, intlaħaq Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali ("Ftehim dwar is-Sede") bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti.

(6)

L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jiżgura l-aħjar kondizzjonijiet possibbli għal ħidma effiċjenti u bla xkiel tal-Aġenzija. Hu essenzjali għat-twettiq xieraq u effiċjenti tal-kompiti tagħha, għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-persunal u biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-attivatijiet tan-netwerking, li l-Aġenzija tkun ibbażata f'post xieraq, li fost affarijiet oħra jiġu provduti konnessjonijiet u faċilitajiet ta' trasport adegwati għall-familjari miżżewġin u t-tfal li jakkumpanjaw membri tal-persunal tal-Aġenzija. L-arranġamenti neċessarji għandhom jiġu elenkati fil-ftehim bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija.

(7)

Sabiex titjieb il-ħidma operattiva tal-aġenzija, l-Aġenzija stabbilixxiet uffiċċju fergħa fiż-żona metropolitana ta' Ateni, li għandu jinżamm bil-ftehim u bl-appoġġ tal-Istat Membru ospitanti, u fejn għandu jkun lokalizzat il-persunal operattiv tal-Aġenzija. Il-persunal li hu primarjament involut fl-amministrazzjoni tal-Aġenzija (inkluż id-Direttur Eżekuttiv), il-finanzi, riċerka speċjalizzata u analiżi, IT u ġestjoni tal-faċilitajiet, riżorsi umani, taħriġ, u komunikazzjoni u affarijiet pubbliċi, għandu jkun ibbażat f'Heraklion.

(8)

L-Aġenzija għandha id-dritt li tiddeċiedi l-organizzazzjoni tagħha sabiex tiżgura l-prestazzjoni xierqa u effiċjenti tal-kompiti tagħha, filwaqt li tirrispetta d-dispożizzjonijiet dwar is-sede u dwar l-uffiċċju fergħa ta' Ateni kif stipulat f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, sabiex tkun tista' twettaq kompiti li jinvolvu l-interazzjoni ma' partijiet interessati ewlenin bħall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha twettaq arranġamenti prattiċi biex issaħħaħ din l-effiċjenza operattiva.

(9)

Fl-2004 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (4) li jistabbilixxi l-ENISA bl-iskop li tikkontribwixxi għall-għanijiet li jiġi żgurat livell għoli u effettiv tan-netwerks u s-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni, u biex tiġi żviluppata kultura ta’ sigurtà tan-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-impriżi u tal-amministrazzjonijiet tas-settur pubbliku. Fl-2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 (5) li estenda l-mandat tal-Aġenzija sa Marzu 2012. Ir-Regolament (KE) Nru 580/2011 (6) jestendi l-mandat tal-Aġenzija sat-13 ta' Settembru 2013.

(10)

L-Aġenzija għandha tissuċċedi l-ENISA kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 460/2004. Taħt il-qafas tad-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2003, l-Istat Membru ospitanti għandu jżomm u jiżviluppa aktar l-arranġamenti prattiċi attwali sabiex jiżgura l-ħidma bla xkiel u effiċjenti tal-Aġenzija, inkluż tal-uffiċċju fergħa ta' Ateni tagħha, u għandu jiffaċilita ir-reklutaġġ u ż-żamma ta' persunal bi kwalifiki għoljin.

(11)

Mindu twaqqfet l-ENISA, l-isfidi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni nbidlu flimkien mat-tekonoloġija, mas-suq u mal-iżviluppi soċjoekonomiċi, u kienu s-suġġett ta’ aktar riflessjoni u dibattitu. Bi tweġiba għall-isfidi li qed jinbidlu, l-Unjoni aġġornat il-prijoritajiet tagħha għall-politika dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ lill-Aġenzija biex tikkontribwixxi b’suċċess għall-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri biex dawn jiżviluppaw kapaċità Ewropea li tilqa’ l-isfidi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(12)

Il-miżuri tas-suq intern fil-qasam tas-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika, u b’mod aktar ġenerali, is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni jeħtieġu forom differenti ta’ applikazzjonijiet tekniċi u organizzattivi mill–istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri. L-applikazzjoni eteroġena ta’ dawn ir-rekwiżiti tista’ twassal għal ineffiċjenzi u tista’ toħloq ostakli fis-suq intern. Dan jwassal biex ċentru ta’ kompetenza esperta fil-livell tal-Unjoni tkun meħtieġa, biex tipprovdi gwida, konsulenza u assistenza dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, li fuqu jkunu jistgħu jiddependu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri. L-Aġenzija tista’ tilqa’ għal dawk il-ħtiġijiet billi tiżviluppa u żżomm livell għoli ta’ kompetenza esperta u tgħin lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, lill-Istati Membri u lill-komunità kummerċjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u regolatorji tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u jiddeterminaw u jindirizzaw il-kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament korrett tas-suq intern.

(13)

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti mogħtija lilha permezz ta' atti legali tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, u b’mod ġenerali, tikkontribwixxi għal livell imtejjeb tas-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika kif ukoll il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, billi, fost oħrajn, tipprovdi kompetenza esperta u konsulenza, u tippromwovi l-iskambju ta’ l-aħjar prattika, u billi toffri suġġerimenti dwar il-politika.

(14)

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva Qafas) (7) tesiġi li l-fornituri ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jieħdu l-miżuri xierqa biex jissalvagwardjaw l-integrità u s-sigurtà tagħhom u tintroduċi obbligu għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn adatt, biex jinfurmaw inter alia, lill-Aġenzija dwar kwalunkwe ksur fis-sigurtà jew telf tal-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq l-operat tan-netwerks jew tas-servizzi u biex jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija rapport sommarju annwali dwar in-notifikazzjonijiet riċevuti u l-azzjoni meħuda. Id-Direttiva 2002/21/KE tagħmel tindirizza lill-Aġenzija, billi tipprovdi opinjonijiet, sabiex tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa tas-sigurtà.

(15)

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (8) tesiġi li fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jissalvagwardja s-sigurtà tas-servizzi tiegħu u tesiġi wkoll li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-data tat-traffiku relatata. Id-Direttiva 2002/58/KE tintroduċi informazzjoni dwar vjolazzjoni ta’ data personali u rekwiżiti ta’ notifikazzjoni għall- fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. Tirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Aġenzija dwar kull miżura ta’ implimentazzjoni teknika li għandha tiġi adottata fil-każ taċ-ċirkostanzi jew il-format, u l-proċeduri applikabbli fil-każ tar-rekwiżiti tal-informazzjoni u n-notifikazzjoni. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9) teħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu provvediment li jobbliga lil l-kontrollur li jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex iħares id-data personali mill-qerda aċċidentali jew illegali, jew minn telf aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni ta’ data permezz ta’ netwerk, u kontra kull forma illegali ta’ pproċessar.

(16)

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, għal protezzjoni aħjar tal-privatezza u d-data personali, u għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ kultura ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-impriżi u l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament korrett tas-suq intern. Sabiex dan jinkiseb, għandhom jiġu allokati l-fondi baġitarji meħtieġa lill-Aġenzija.

(17)

Fid-dawl tas-sinifikat dejjem akbar tan-netwerks elettroniċi u tal-komunikazzjoni, li s'issa jifformaw is-sinsla tal-ekonomija Ewropea, u d-daqs attwali tal-ekonomija diġitali, ir-riżorsi finanzjarji u umani allokati lill-Aġenzija għandhom jiżdiedu biex jirriflettu r-rwol u l-kompiti msaħħa tagħha, u l-pożizzjoni kritika tagħha fid-difiża tal-ekosistema diġitali Ewropea.

(18)

L-Aġenzija għandha topera bħala punt ta’ referenza u tistabbilixxi fiduċja u kunfidenza permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-konsulenza li toffri u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri u l-metodi tal-operat tagħha, u r-reqqa tagħha fit-twettiq tal-kompiti tagħha. L-Aġenzija għandha tibni fuq l-isforzi nazzjonali u tal-Unjoni u għaldaqstant tiżvolġi l-kompiti tagħha b’koperazzjoni sħiħa mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri, u tkun miftuħa għall-kuntatti mal-industrija u mal-partijiet interessati l-oħra rilevanti. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tibni fuq l-informazzjoni li tikseb mis-settur privat u fuq il-koperazzjoni miegħu, settur li għandu rwol importanti xi jwettaq fis-sigurtà tal-komunikazzjoni, fl-infrastruttura u fis-servizzi elettroniċi.

(19)

Għandu jkun hemm sett ta’ kompiti li jindika kif l-Aġenzija għandha tikseb l-għanijiet tagħha filwaqt li jippermetti flessibbiltà fl-attivitajiet tagħha. Il-kompiti mwettqa mill-Aġenzija għandhom jinkludu l-ġbir tal-informazzjoni u d-data xierqa meħtieġa biex tagħmel analiżi tar-riskji għas-sigurtà u r-reżistenza tal-infrastruttura u s-servizzi elettroniċi, u biex tevalwa b’koperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, mal-partijiet interessati rilevanti, il-qagħda tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni. L-Aġenzija għandha tiżgura l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri u ttejjeb il-koperazzjoni bejn il-partijiet interessati fl-Ewropa, b’mod partikolari billi tinvolvi fl-attivitajiet tagħha l-korpi nazzjonali u tal-Unjoni kompetenti u esperti ta' livell għoli tas-settur privat f'oqsma rilevanti, b'mod partikolari fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, produtturi ta' tagħmir għan-netwerks u bejjiegħa tas-software, b'kunsiderazzjoni li s-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni jinkludu ġbir flimkien ta' hardware, software u servizzi. L-Aġenzija għandha tipprovdi għajnuna lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri fid-djalogu tagħhom mal-industrija biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mas-sigurtà fi prodotti tal-hardware u s-software, biex b’hekk tikkontribwixxi għal approċċ kollaborattiv tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(20)

L-istrateġiji ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni li jiġu ppubblikati minn minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni jew Stat Membru, għandhom jingħataw lill-Aġenzija għall-informazzjoni tagħha u biex ikun evitat l-irduppjar ta' sforzi. L-Aġenzija għandha tanalizza l-istrateġiji u tippromwovi l-preżentazzjoni tagħhom f'format li jiffaċilita t-tqabbil. Għandha tagħmel l-istrateġiji u l-analiżi tagħha disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi elettroniċi.

(21)

L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni permezz ta’ pariri, opinjonijiet u analiżi dwar il-materji kollha tal-Unjoni relatati mal-iżvilupp tal-politika fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni inklużi l-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta' Informazzjoni u r-reżiljenza. L-Aġenzija għandha wkoll tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u fejn xieraq lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw politika u kapaċità fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(22)

L-Aġenzija għandha tieħu kontb'mod sħiħ tal-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u valutazzjoni teknoloġika li qed isiru, b’mod partikolari dawk imwettqa mill-inizjattivi differenti ta’ riċerka tal-Unjoni sabiex jagħtu pariri lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u fejn xieraq lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, dwar il-ħtiġijiet tar-riċerka fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

(23)

L-Aġenzija għandha tassisti lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jibnu u jtejbu l-kapaċità u l-istat ta' tħejjija transkonfinali biex jipprevenu, isibu, u jirrispondu għall-problemi u l-inċidenti tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Istati Membrifl-isforzi kontinwi tagħhom biex itejbu l-kapaċità ta’ rispons tagħhom u biex torganizza u tmexxi eżerċizzju Ewropew dwar inċidenti tas-sigurta' u, fuq talba ta' Stat Membru, eżerċizzji nazzjonali.

(24)

Sabiex tifhem aħjar l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, l-Aġenzija jeħtieġ li tanalizza r-riskji attwali u emerġenti. Għal dak l-iskop l-Aġenzija għandha, b’koperazzjoni mal-Istati Membri, u jekk ikun xieraq, ma’ korpi tal-istatistika u oħrajn, tiġbor l-informazzjoni rilevanti. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u lill-Istati Membri, fl-isforzi tagħhom biex jiġbru, janalizzaw u jqassmu data dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni. Il-ġbir ta' informazzjoni dwar statistika u data adatta meħtieġa biex titwettaq l-analiżi tar-riskji għas-sigurtà u r-reżiljenza tal-komunikazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi elettroniċi għandu jsir abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mill-intwizzjoni tal-Aġenzija għall-infrastruttura tal-ICT tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u d-dispożizzjonijiet nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, l-Aġenzija għandha tkompli tissensibilizza dwar l-aħħar sitwazzjoni tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni u t-tendenzi relatati fl-Unjoni għall-benefiċċju tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u tal-Istati Membri.

(25)

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri biex itejbu l-għarfien dwarl-istat tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni.

(26)

L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji indipendenti kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari b’appoġġ għall-iżvilupp, il-promozzjoni u l-iskambju ta’ l-aħjar prattika u ta’ standards għal programmi edukattivi u skemi biex titqajjem kuxjenza. Din l-azzjoni tkun iffaċilitata permezz ta’ aktar skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi biex tkabbar l-għarfien ta' utenti individwali tal-komunikazzjonijiet, infrastruttura u servizzi elettroniċi, inkluż billi tassisti lill-Istati Membri, meta jkunu għażlu li jużaw informazzjoni ta' interess pubbliku kif stipulat fid-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar is-servizz universali u dwar id-drittijiet tal-utenti ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali (10)), biex jipproduċu informazzjoni rilevanti ta' interess pubbliku rigward is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u ukoll billi tassisti fl-iżvilupp ta' din it-tip ta' informazzjoni biex tkun inkluża fil-provvista ta' apparat ġdid maħsub għall-użu fuq netwerks ta' komunikazzjoni pubbliċi. L-Aġenzija għandha wkoll tappoġġa l-koperazzjoni bejn il-partijiet interessati fil-livell tal-Unjoni, parzjalment permezz tal-promozzjoni tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, ta’ kampanji biex titqajjem kuxjenza u ta’ programmi edukattivi u taħriġ.

(27)

L-Aġenzija għandha, inter alia, tassisti lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni u lill-Istati Membri f'kampanji edukattivi pubbliċi għall-utenti aħħarija, li jkollhom l-għan li jippromwovu imġiba individwali onlajn aktar sikura u li jkabbru l-għarfien ta' theddid potenzjali fiċ-ċiberspazju, inklużi ċ-ċiberkriminalità bħal attakki ta' phishing, botnets, frodi finanzjarja u bankarja, iżda wkoll li jippromwovu l-awtentikazzjoni bażika u parir dwar il-protezzjoni tad-data.

(28)

Biex tiżgura li tikseb b’mod sħiħ l-għanijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkoordina mal-korpi stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni, inklużi dawk li jittrattaw iċ-ċiberkriminalità, bħall-Europol u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data biex ikun hemm skambju ta' għarfien u ta' l-aħjar prattika u biex tipprovdi pariri dwar aspetti ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni li jista' jkollhom impatt fuq il-ħidma tagħhom. L-Aġenzija għandha timmira biex tikseb sinerġija bejn l-isforzi ta' dawk il-korpi u l-isforzi tagħha sabiex tiġi promossa sigurtà avvanzata tan-netwerks u l-informazzjoni. Ir-rappreżentanti nazzjonali u tal-Unjoni tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-privatezza għandhom ikunu eliġibbli għal rappreżentanza fil-Grupp tal-Partijiet Interessati Permanenti tal-Aġenzija. Fil-koordinament mal-korpi ta' infurzar tal-liġi dwar kwistjonijiet ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni li jista' jkollhom impatt fuq il-ħidma tagħha, l-Aġenzija għandha tirrispetta l-kanali eżistenti ta' informazzjoni u n-netwerks stabbiliti.

(29)

Il-Kummissjoni nidiet is-Sħubija Ewropea tas-Settur Pubbliku-Privat għar-Reżiljenza bħala pjattaforma flessibbli ta' kooperazzjoni madwar l-Unjoni għar-reżiljenza tal-infrastruttura tal-ICT, li fiha l-Aġenzija għandha jkollha rwol ta’ faċilitatur, billi tiġbor flimkien lill-partijiet interessati biex jiddiskutu l-prijoritajiet tal-politika pubblika, id-dimensjonijiet ekonomiċi u tas-suq tal-isfidi u l-miżuri għar-reżiljenza tal-ICT.

(30)

Sabiex tippromwovi s-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni u l-viżibbiltà tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari bl-appoġġ għall-iżvilupp u l-iskambju tal-aħjar prattika u ta’ skemi biex titqajjem kuxjenza u billi jitjiebu l-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħhom. L-Aġenzija għandha wkoll tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, parzjalment permezz tal-promozzjoni tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u ta’ attivitajiet biex titqajjem kuxjenza.

(31)

Bil-għan li jissaħħaħ il-livell avvanzat tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni, l-Aġenzija għandha tippromwovi kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattika bejn l-organizzazzjonijiet rilevanti, bħall-Iskwadri ta' Rispons għal Aċċidenti fis-Sigurtà relatata mal-Kompjuters (CSIRTs) u l-Iskwadri ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERTs).

(32)

Sistema tal-Unjoni ta' CERTs li jiffunzjonaw korrettament għandha tikkostitwixxi l-pedament tal-infrastruttura ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tappoġġa is-CERTs tal-Istat Membru u lis-CERT tal-Unjoni fit-tħaddim ta' netwerk ta' CERTs, inkluż il-membri tal-Grupp Ewropew ta' CERTs Governattivi. Sabiex tassisti biex tiżgura li kull CERT għandha kapaċitajiet avvanzati biżżejjed u li dawn il-kapaċitajiet jikkorrispondu kemm jista' jkun għall-kapaċitajiet tal-aktar CERTs żviluppati, l-Aġenzija għandha tippromwovi l-istabbiliment u l-operat ta' sistema ta' rieżami mill-pari. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tippromwovi u tappoġġa l-kooperazzjoni bejn is-CERTs rilevanti f'każ ta' inċidenti, attakki fuq jew tħarbit ta' netwerks jew infrastruttura ġestiti jew protetti mis-CERTs u li jinvolvu jew li potenzjalment jinvolvu minn tal-inqas żewġ CERTs.

(33)

Politika effiċjenti tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq metodi ta’ valutazzjoni tar-riskju żviluppati sew, kemm fis-settur pubbliku u f'dak privat. Il-metodi u l-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju jintużaw f’livelli differenti b’ebda prattika komuni rigward kif għandhom jiġu applikati b'mod effiċjenti. Il-promozzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattika għall-valutazzjoni tar-riskju u għal soluzzjonijiet interoperabbli tal-ġestjoni tar-riskju f’organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u l-privat ser iżidu l-livell tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tappoġġa l-koperazzjoni bejn il-partijiet interessati fil-livell tal-Unjoni, billi tiffaċilita l-isforzi tagħhom relatati mal-istabbiliment u l-attwalizzazzjoni ta’ standards Ewropej u internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju u għal sigurtà li tista’ titkejjel ta’ prodotti, sistemi, netwerks u servizzi elettroniċi, li flimkien mas-software jinkludu sistemi ta' netwerk u ta' informazzjoni.

(34)

Fejn xieraq u utli biex tikseb l-għanijiet tagħha u biex twettaq il-ħidmiet tagħha, l-Aġenzija għandha taqsam l-esperjenza u l-informazzjoni ġenerali mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi biex tidentifika prijoritajiet ta' riċerka, fil-livell tal-Unjoni, fl-oqsma tal-flessibbiltà tan-netwerk u s-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u għandha twassal l-għarfien dwar il-bżonnijiet tal-industrija lill-istituzzjonijiet rilevanti ta' riċerka.

(35)

L-Aġenzija għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-fornituri tas-servizzi biex itellgħu l-istandards tas-sigurtà ġenerali sabiex l-utenti kollha tal-Internet jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà ċibernetika personali tagħhom stess.

(36)

Il-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni huma kwistjonijiet globali. Hemm bżonn ta’ koperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib biex jittejbu l-istandards tas-sigurtà, inkluż id-definizzjoni ta' normi ta' imġiba komuni u kodiċi ta' kondotta, u l-iskambju ta' informazzjoni, il-promozzjoni ta' kollaborazzjoni internazzjonali b'rispons imħaffef, kif ukoll permezz ta' approċċ globali komuni għal kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tappoġġa aktar l-involviment tal-Unjoni u l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali billi tipprovdi, fejn xieraq, l-għarfien espert u l-analiżi meħtieġa lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

(37)

L-Aġenzija għandha topera b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, fejn tiżgura livell xieraq ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurta' tan-netwerks u l-informazzjoni u t-titjib tal-effikaċja tal-linji nazzjonali ta' politika, u b’hekk jiżdied il-valur tagħhom u b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fejn ma tmurx lil hinn milli meħtieġ biex tikseb l-għanijiet stipulati f’dan ir-Regolament. It-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija għandu jsaħħaħ, iżda mhux jinterferixxi mal-kompetenzi, u lanqas m'għandu jostakola, jimpedixxi jew jidduplika l-poteri rilevanti u l-ħidmiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kif stabbilit fid-Direttivi relatati man-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, kif ukoll dawk tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (11) u l-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet msemmi fid-Direttiva 2002/21/KE, tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-Kumitat Permanenti kif stipulat fid-Direttiva 98/34/KE (12) u l-awtoritajiet indipendenti ta’ sorveljanza tal-Istati Membri kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE.

(38)

Hemm bżonn li jiġu implimentati ċerti prinċipji rigward il-governanza tal-Aġenzija sabiex ikun hemm konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni li dwarhom sar ftehim f'Lulju 2012 fil-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, liema Dikjarazzjoni u Approċċ għandhom l-għan li jallinjaw l-attivitajiet tal-aġenziji u jtejbu l-prestazzjoni tagħhom.

(39)

Id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni għandhom ukoll ikunu riflessi, kif xieraq, fil-Programmi ta' Ħidma tal-Aġenzija, fl-evalwazzjonijiet tal-Aġenzija u fir-rappurtar tal-Aġenzija u fil-prattika amministrattiva.

(40)

Sabiex l-Aġenzija tiffunzjona korrettament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-persuni maħsuba biex jinħatru membri fil-Bord tat-Tmexxija jkollhom konoxxenza professjonali adegwata. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu wkoll l-isforzi biex jillimitaw l-introjtu tar-Rappreżentanti rispetttivi tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tiegħu.

(41)

Hu importanti ħafna li l-Aġenzija tistabbilixxi u tibni reputazzjoni ta' imparzjalità, integrità u standards professjonali għoljin. Għaldaqstant, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli komprensivi li jkopru l-Aġenzija kollha kemm hi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' konflitti ta' interess.

(42)

B'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi uniċi tal-Aġenzija u l-isfidi diffiċli li qed tiffaċċa, l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija għandha tiġi semplifikata u msaħħa biex tkun żgurata effiċjenza u effikaċja akbar. Għalhekk, fost affarijiet oħra, għandu jiġi stabbilit Bord Eżekuttiv sabiex jippermetti lill-Bord tat-Tmexxija jiffoka fuq kwistjonijiet ta' importanza strateġika.

(43)

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar Uffiċċjal ta' Kontabbiltà b'konformità mar-regoli adottati taħt ir-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012 (13).

(44)

Sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun effettiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija, li għandu jiddefinixxi d-direzzjoni ġenerali tal-attivitajiet tal-Aġenzija u jiżgura li din twettaq il-kompiti skont dan ir-Regolament. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun fdat bil-poteri meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta’ ħidma trasparenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Aġenzija, jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess u r-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv wara li jinkisbu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew, u jiddeċiedi fuq it-tmiem ta' dak il-mandat. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jwaqqaf Bord Eżekuttiv biex jgħinuh fil-kompiti amministrattivi u baġitarji tiegħu.

(45)

Il-funzjonament bla xkiel tal-Aġenzija jeħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv tagħha jinħatar fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u esperjenza rilevanti fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u d-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv jitwettqu b’indipendenza sħiħa fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-funzjonament intern tal-Aġenzija. Għal dan il-għan, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji proposta għall-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, wara konsultazzjoni minn qabel mas-servizzi tal-Kummissjoni, u jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija jitwettaq kif suppost. Id-Direttur Eżekettuv għandu jħejji rapport annwali biex ikun sottomess lill-Bord tat-Tmexxija, għandu jfassal abbozz tar-rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq għall-Aġenzija, u għandu jimplimenta l-baġit.

(46)

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu l-għażla li jwaqqaf Gruppi ta’ Ħidma ad hoc biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dawk ta’ natura xjentifika, teknika, jew legali jew soċjoekonomika. Meta jwaqqaf Gruppi ta’ Ħidma ad hoc id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb input u jiddependi mill-kompetenza esperta esterna rilevanti meħtieġa biex l-Aġenzija jkollha aċċess għall-informazzjoni l-aktar aġġornata disponibbli rigward l-isfidi tas-sigurtà ppreżentati mis-soċjetà tal-informazzjoni li qed tiżviluppa. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura li l-membri tal-Gruppi ta’ Ħidma ad hoc jintgħażlu fuq il-bażi tal-ogħla standards ta’ konoxxenza esperta, b'kontdebitu meħud ta’ bilanċ rappreżentattiv, kif xieraq fid-dawl tal-kwistjonijiet speċifiċi kurrenti, bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-settur privat, inklużi l-industrija, l-utenti, u l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv jista', skont kif ikun xieraq, jistieden esperti individwali magħrufa bħala kompetenti fil-qasam rilevanti biex jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Gruppi ta’ Ħidma, fuq bażi ta’ każ każ. L-ispejjeż tagħhom għandhom jitħallsu mill-Aġenzija skont ir-regoli interni tagħha u skont ir-regolamenti adottati taħt ir-Regolament Finanzjarju.

(47)

L-Aġenzija għandha jkollha Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti bħala korp ta’ konsulenza, biex jiżgura djalogu regolari bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati rilevanti oħra. Il-Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti, imwaqqaf mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, għandu jiffoka fuq kwistjonijiet rilevanti għall-partijiet interessati kollha u jippreżentahom għall-attenzjoni tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fejn xieraq u abbażi tal-aġenda tal-laqgħat, ikun jista' jistieden rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u korpi rilevanti oħrajn biex jieħdu sehem f’laqgħat tal-Grupp.

(48)

Ladarba hemm provvediment għal rappreżentanza wiesgħa ta' partijiet interessati fil-Grupp ta' Partijiet Interessati Permanenti, u dak il-grupp għandu jiġi kkonsultat b'mod partikolari fir-rigward tal-abbozz ta' Programm ta' Ħidma, m'hemmx bżonn iżjed ta' provvediment għal rappreżentanza ta' partijiet interessati fil-Bord tat-Tmexxija.

(49)

L-Aġenzija għandha tapplika l-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-informazzjoni pproċessata mill-Aġenzija għall-finijiet relatati mal-funzjonament intern tagħha kif ukoll l-informazzjoni pproċessata fit-twettiq tal-kompiti tagħha għandha tkun suġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (15).

(50)

L-Aġenzija għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament ta’ dokumenti sensittivi.

(51)

Sabiex ikun hemm garanzija tal-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Aġenzija u sabiex tingħata l-kapaċità li twettaq kompiti addizzjonali u ġodda, inklużi kompiti ta' emerġenza u mhux previsti, l-Aġenzija għandha tingħata baġit suffiċjenti u awtonomu fejn id-dħul tagħha jiġi primarjament minn kontribuzzjoni mill-Unjoni u kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkun qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-Aġenzija. Il-parti l-kbira tal-persunal tal-Aġenzija involut direttament fl-implimentazzjoni operattiva tal-mandat tal-Aġenzija. L-Istat Membru ospitanti, jew kwalunkwe Stat Membru ieħor, għandu jitħalla jagħmel kontibuzzjonijiet volontarji għad-dħul tal-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tibqa’ applikabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe sussidju li jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tivverifika l-kontijiet tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza u l-obbligu li jingħata rendikont.

(52)

Fid-dawl ta' xenarju ta' theddid li qed jinbidel kontinwament u minħabba l-evoluzzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u sabiex jiġi allinjat il-qafas finanzjarju multiannwali, it-tul tal-mandat tal-Aġenzija għandu jkun iffissat għal perjodu limitat ta' seba' snin bil-possibbiltà li dak il-perjodu jiġi estiż.

(53)

L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu evalwati b'mod indipendenti. L-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-effikaċja tal-Aġenzija fil-kisba tal-għanijiet tagħha, il-prassi ta’ ħidma tagħha, u r-rilevanza tal-kompiti tagħha, biex tiġi determinata l-validità kontinwa, jew xorta oħra, tal-għanijiet tal-Aġenzija, u fuq bażi ta’ dan, jekk it-tul ta’ żmien tal-mandat tagħha għandux jiġi estiż aktar u, f'dan il-każ, għal kemm.

(54)

Jekk, lejn tmiem it-tul tal-mandat tal-Aġenzija, il-Kummissjoni ma tkunx introduċiet proposta għall-estensjoni tal-mandat, l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom iwettqu miżuri xierqa, billi jindirizzaw kwistjonijiet partikolari marbutin mal-kuntratti tal-persunal u l-arranġamenti baġitarji.

(55)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni bl-iskop li tikkontribwixxi għal livell għoli tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni u biex tqajjem kuxjenza u tiżviluppa u tippromwovi kultura ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fis-soċjetà għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-impriżi u tal-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien u għall-funzjonament korrett tas-suq intern, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(56)

Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 għandu jitħassar.

(57)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat b'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u adotta l-opinjoni tiegħu fl-20 ta' Diċembru 2010 (16),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1

AMBITU, GĦANIJIET U KOMPITI

Artikolu 1

Suġġett u Ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA, minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha bl-iskop li tikkontribwixxi għal livell għoli tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni u biex tqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni u tiżviluppa u tippromwovi kultura ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fis-soċjetà għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-konsumaturi, tal-impriżi u tal-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien u għall-funzjonament korrett tas-suq intern.

2.   L-għanijiet u l-kompiti tal-Aġenzija għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni u fi kwalunkwe każ għall-attivitajiet li jirrigwardaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali (inkluż il-benesseri ekonomiku tal-Istat meta l-kwistjonijiet jikkonċernaw materji li jirrigwardaw is-sigurtà nazzjonali) u l-attivitajiet tal-Istat f’oqsma tal-liġi kriminali.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni” tfisser il-kapaċità ta’ netwerk jew ta’ sistema ta’ informazzjoni li jirreżistu, f’livell definit ta’ fiduċja, avvenimenti aċċidentali jew illegali jew azzjonijiet malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data ppreservata jew trażmessa u s-servizzi relatati offruti minn dawk in-netwerks jew sistemi jew aċċessibbli permezz tagħhom.

Artikolu 2

Għanijiet

1.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm livell għoli ta' kompetenza esperta.

2.   L-Aġenzija għandha tassisti lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni fl-iżvilupp ta' politika dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

3.   L-Aġenzija għandha tassisti lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-linji ta' politika meħtieġa biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti legali u regolatorji tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-atti legali eżistenti u futuri tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament korrett xieraq tas-suq intern.

4.   L-Aġenzija għandha tassisti lill-Unjoni u lill-Istati Membri fit-tkabbir u t-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom u l-istat ta' tħejjija biex timpedixxi, tidentifika u tirrispondi għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-Informazzjoni.

5.   L-Aġenzija għandha tuża l-kompetenza esperta tagħha biex tistimula koperazzjoni wiesgħa bejn atturi mis-settur pubbliku u atturi mis-settur privat.

Artikolu 3

Kompiti

1.   Fl-iskop stipulat fl-Artikolu 1, u sabiex jinkisbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2, u b'rispett sħiħ għall-Artikolu 1(2), l-Aġenzija twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

tappoġġa l-iżvilupp tal-politika u l-liġi tal-Unjoni, billi:

(i)

tassisti u tagħti pariri dwar il-kwistjonijiet kollha marbutin mal-politika u mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(ii)

tipprovdi ħidma preparatorja, pariri u analiżi fir-rigward tal-iżvilupp u l-aġġornament tal-politika u tal-liġi tal-Unjoni dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(iii)

tanalizza strateġiji dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni disponibbli pubblikament, u tippromwovi l-pubblikazzjoni tagħhom;

(b)

tappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċitajiet billi:

(i)

tappoġġa, fuq talba tagħhom, lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw u jtejbu l-kapaċità għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-analiżi u l-kapaċita' ta' rispons għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u billi tipprovdilhom l-għarfien meħtieġ;

(ii)

tippromwovi u tiffaċilita l-koperazzjoni volontarja fost l-Istati Membri u bejn l l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimpedixxu, jidentifikaw u jirrispondu għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fejn dan għandu impatt transkonfinali;

(iii)

tassisti lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw il-kapaċità għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-analiżi u l-kapaċita' ta' rispons għal problemi u inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, b'mod partikolari billi tappoġġa l-operat tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERT) għalihom;

(iv)

tappoġġa żieda fil-livell ta' kapaċitajiet tas-CERTs nazzjonali, governattivi u tal-Unjoni, inkluż bil-promozzjoni tad-djalogu u l-iskambju tal-informazzjoni, bil-ħsieb li tiżgura li kull CERT tkun tal-iprem kwalità billi tilħaq ġabra komuni ta' kapaċitajiet minimi u joperaw skont l-aħjar prattiki;

(v)

tappoġġa l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-eżerċizzji tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni tal-Unjoni, u li, fuq talba tagħhom, tagħti pariri lill-Istati Membri dwar eżerċizzji nazzjonali;

(vi)

tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom għall-ġbir, l-analiżi u, b'konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà tal-Istati Membri, it-tqassim tad-data rilevanti tagħhom dwar is-sigurtà tan-netwerk u l-informazzjoni; u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji u mill-Istati Membri b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni u d-dispożizzjonijiet nazzjonali b’konformità mal-liġi tal-Unjoni, iżżomm sensibilizzati lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll lill-Istati Membri dwar il-qagħda l-iktar riċenti tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni, għall-benefiċċju tagħhom;

(vii)

tappoġġa l-iżvilupp ta' mekkaniżmu ta' twissija bikrija tal-Unjoni li jkun komplementari għall-mekkaniżmi tal-Istati Membri;

(viii)

toffri taħriġ dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni għal korpi pubbliċi rilevanti, fejn xieraq, b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati pubbliċi u privati;

(c)

tappoġġa kooperazzjoni volontarja fost il-korpi pubbliċi kompetenti, u bejn il-partijiet interessati, inklużi l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka fl-Unjoni, u tappoġġa t-tkabbir ta' sensibilizzazzjoni, inter alia, billi:

(i)

tippromwovi l-kooperazzjoni bejn CERTs nazzjonali jew governattivi jew Skwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs), inkluż is-CERT għall-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni;

(ii)

tippromwovi l-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bil-għan li jinkiseb livell avvanzat ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni;

(iii)

tiffaċilita d-djalogu u l–isforzi għall-iżvilupp u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

(iv)

tippromwovi l-aħjar prattiki fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni u fit-tkabbir tal-għarfien;

(v)

tappoġġa lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u, fuq talba tagħhom stess, l-Istati Membri u l-korpi rileventi tagħhom fl-organizzazzjoni taż-żieda tal-għarfien, inkluż fil-livell tal-utenti individwali, u permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni oħrajn biex tiżdied is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni u l-viżibbiltà tagħha billi tipprovdi l-aħjar prattiki u linji gwida.

(d)

tappopġġa r-riċerka u l-iżvilupp u l-istandardizzazzjoni billi:

(i)

tiffaċilita l-ħolqien u l-promozzjoni ta' standards Ewropej u internazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju u għas-sigurtà tal-prodotti, netwerks u servizzi elettroniċi;

(ii)

tagħti parir lill-Unjoni u lill-Istati Membri dwar il-ħtiġijiet tar-riċerka fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni bil-ħsieb li tingħata tweġiba effikaċi għar-riskji u theddid attwali u emerġenti għas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, inkluż b'kunsiderazzjoni ta' teknoloġiji ġodda u emerġenti tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u li jsir użu effettiv mit-teknoloġiji ta' prevenzjoni tar-riskji.

(e)

tikkoopera mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, inklużi dawk li jitrattaw maċ-ċiberkriminalità u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, bil-ħsieb li tindirizza kwistjonijiet ta' tħassib komuni, anke permezz ta':

(i)

l-iskambju ta' għarfien u tal-aħjar prattiki;

(ii)

l-għoti ta' pariri dwar aspetti ta' netwerk rilevanti u ta' sigurtà tal-informazzjoni sabiex jiġu żviluppati sinerġiji.

(f)

tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tikkoopera ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għall-promozzjoni ta’ koperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, anke billi;

(i)

tipparteċipa fejn xieraq, bħala osservatur u fl-organizzazzjoni ta' eżerċizzji internazzjonali, u billi tanalizza u tirrapporta dwar l-eżitu ta' dawn l-eżerċizzji;

(ii)

tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet rilevanti;

(iii)

tipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni b'konoxxenza esperta.

2.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u l-korpi tal-Istati Membri jistgħu jitolbu parir mill-Aġenzija fil-każ ta' ksur tas-sigurtà jew telf ta' integrità b'impatt sinifikanti fuq l-operat tan-netwerks u tas-servizzi.

3.   L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti mogħtija lilha permezz ta' atti legali tal-Unjoni.

4.   L-Aġenzija għandha tesprimi b'mod indipendenti l-konklużjonijiet, il-gwida u l-pariri tagħha dwar kwistjonijiet fi ħdan l-ambitu u l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

TAQSIMA 2

ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 4

Kompożizzjoni tal-Aġenzija

1.   L-Aġenzija għandha tikkonsisti minn:

(a)

Bord tat-Tmexxija;

(b)

Direttur Eżekuttiv u l-persunal; u

(c)

Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti.

2.   Sabiex tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-operat tal-Aġenzija, il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi Bord Eżekuttiv.

Artikolu 5

Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operat tal-Aġenzija u jiżgura li l-Aġenzija taħdem b'konformità mar-regoli u l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dan għandu jiżgura wkoll konsistenza tal-ħidma tal-Aġenzija ma’ attivitajiet immexxija mill-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-programm ta' ħidma annwali u multiannwali tal-Aġenzija.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibgħatu, sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport annwali għandu jinkludi l-kontabbiltà u għandu jiddeskrivi kif l-Aġenzija kkonformat mal-indikaturi ta' prestazzjoni tagħha. Ir-rapport annwali għandu jsir pubbliku.

4.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonali għar-riskji ta' frodi b'kunsiderazzjoni ta' analiżi tal-kost vis-à-vis l-benefiċċju tal-miżuri maħsuba għall-implimentazzjoni.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura segwitu xieraq għall-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-bosta rapporti ta' verifika interna jew verifika esterna u mill-evalwazzjonijiet.

6.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' konflitti ta' interess.

7.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżerċita, b'rispett għall-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħin "Regolamenti tal-Persunal" u "Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra"), stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (17) lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-Awtorità mogħtija s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg, rispettivament.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, b'konformità mal-proċedura taħt l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-Awtorità tal-Ħatra lid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jissottodelega dawk is-setgħat.

F'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord tat-Tmexxija jista' jirrevoka s-setgħat ta' Awtorità tal-Ħatra li jkunu ġew delegati lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat li jkunu ġew sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv. F'dan il-każ, il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelegahom, għal perjodu limitat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil xi membru tal-persunal ieħor minbarra d-Direttur Eżekuttiv.

8.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli xierqa għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra b'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

9.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jista’ jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih mill-kariga, b'konformità mal-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament.

10.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura għalih innifsu u għall-Bord Eżekuttiv wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jipprovdu għal deċiżjonijiet aċċellerati permezz ta' proċedura bil-miktub jew permezz ta' konferenzi mill-bogħod.

11.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija wara li jikkonsulta mas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli għandhom isiru pubbliċi.

12   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija. Dawn ma jistgħux jiddistakkaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (18), sakemm tali distakk ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Aġenzija u sakemm il-Kummissjoni ma tkunx tat il-kunsens tagħha minn qabel.

13.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta Pjan Multiannwali ta’ Politika dwar il-Persunal, wara konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni u wara li jkun informa kif dovut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 6

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru, u żewġ rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni. Ir-rappreżentanti kollha għandu jkollhom d-dritt tal-vot.

2.   Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu supplent biex jirrappreżenta lill-membru fil-każ ta' assenza.

3.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-supplenti tagħhom għandhom jiġu maħtura fid-dawl tal-konoxxenza tagħhom tal-kompiti u l-għanijiet tal-Aġenzija, b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji li huma rilevanti għat-twettiq tal-kompiti elenkati fl-Artikolu 5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw il-frekwenza tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma ta' dak il-bord. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord tat-Tmexxija.

4.   Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-supplenti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun tali li jista' jiġi mġedded.

Artikolu 7

Il-President tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-President u d-Deputat President tiegħu minn fost il-membri għal perjodu ta’ tliet snin, li jista’ jiġġedded. Id-Deputat President għandu jissostitwixxi lill-President ex officio jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jwettaq id-doveri tiegħu.

2.   Il-President jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) rilevanti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet tal-membri.

Artikolu 8

Laqgħat

1.   Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħmel laqgħa ordinarja minn tal-inqas darba fis-sena. Għandu wkoll jagħmel laqgħat straordinarji fuq talba tal-President jew ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 9

Votazzjoni

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu.

2.   Għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Bord ta' Tmexxija, ir-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija, il-baġit, il-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali, il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv, u l-għażla tal-President tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 10

Il-Bord Eżekuttiv

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.

2.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jħejji d-deċiżjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija dwar materji amministrattivi u baġitarji biss.

Flimkien mal-Bord tat-Tmexxija, huwa għandu jiżgura segwitu xieraq għall-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet riżultanti mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u mill-bosta rapporti ta' verifika interna jew verifika esterna u mill-evalwazzjonijiet.

Mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stipulat fl-Artikolu 11, il-Bord Eżekuttiv għandu jassisti u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar materji amministrattivi u baġitarji.

3.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jikkonsisti minn ħames membri maħtura minn fost il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, fosthom il-President tal-Bord tat-Tmexxija, li jista' jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv, u wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

4.   Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun l-istess bħal dak tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija kif stabbilit fl-Artikolu 6(4).

5.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' mill-inqas darba kull tliet xhur. Il-President tal-bord Eżekuttiv għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu.

Artikolu 11

Id-doveri tad-Direttur Eżekuttiv

1.   L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu/tagħha.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli:

(a)

għall-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija;

(b)

għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)

wara konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija, għat-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali u l-programm ta' ħidma multiannwali u għat-tressiq tagħhom quddiem il-Bord tat-Tmexxija wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni;

(d)

għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u l-programm ta' ħidma multiannwali u għar-rappurtar lill-Bord tat-Tmexxija dwar dan;

(e)

għat-tħejjija tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u għat-tressiq tiegħu quddiem il-Bord tat-Tmexxija għal approvazzjoni;

(f)

għat-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni msejjes fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u rappurtar dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni;

(g)

għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti skorrettament imħallsa u, fejn xieraq, permezz ta' pieni amministrattivi u finanzjarji li jkunu effikaċi, proporzjonali u dissważivi;

(h)

għat-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u għat-tressiq tagħha quddiem il-Bord tat-Tmexxija għal approvazzjoni;

(i)

li jiżgura li l-Aġenzija twettaq l-attivitajiet tagħha b'konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk li jużaw is-servizzi tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-adegwatezza tas-servizzi pprovduti;

(j)

għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ kuntatt mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni;

(k)

għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ kuntatt mal-komunità kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi biex jiżgura djalogu regolari mal-partijiet interessati rilevanti;

(l)

għal kompiti oħrajn assenjati lid-Direttur Eżekuttiv b’dan ir-Regolament.

3.   Fejn meħtieġ u fi ħdan l-għanijiet u l-kompiti tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jwaqqaf Gruppi ta’ Ħidma ad hoc magħmulin minn esperti, inklużi dawk mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun avżat bil-quddiem. Il-proċeduri b’mod partikolari dwar l-għamla, il-ħatra tal-esperti mid-Direttur Eżekuttiv u l-operat tal-Gruppi ta’ Ħidma ad hoc għandhom ikunu speċifikati fir-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi persunal amministrattiv ta’ appoġġ u riżorsi oħrajn li jkunu disponibbli għall-Bord tat-Tmexxija u għall-Bord Eżekuttiv meta meħtieġ.

Artikolu 12

Grupp ta' Partijiet Interessati Permanenti

1.   Il-Bord tat-Tmexxija, fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jwaqqaf Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti magħmul minn esperti rikonoxxuti li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, bħall-industrija tal-ICT, fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku, gruppi rappreżentattivi tal-konsumatur, esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, u rappreżentanti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali nnotifikati taħt id-Direttiva 2002/21/KE kif ukoll ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-protezzjoni tal-privatezza.

2.   Il-proċeduri għal, b’mod partikolari, l-għadd, l-għamla u l-ħatra tal-membri tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati mill-Bord tat-Tmexxija, il-proposta mid-Direttur Eżekuttiv u l-operat tal-Grupp għandhom ikunu speċifikati fir-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija u għandhom isiru pubbliċi.

3.   Il-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati għandu jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv jew minn kwalunkwe persuna maħtura mid-Direttur Eżekuttiv abbażi ta' każ b'każ.

4.   Il-mandat tal-membri tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija ma jistgħux ikunu membri tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati. L-esperti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għandhom id-dritt li jkunu preżenti fil-laqgħat tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati u li jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu. Rappreżentanti ta' korpi oħra meqjusa rilevanti mid-Direttur Eżekuttiv, li ma jkunux membri tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati, jistgħu jiġu mistiedna biex ikunu preżenti fil-laqgħat tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati u jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu.

5.   Il-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati għandu jagħti pariri lill-Aġenzija fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tagħha. Huwa għandu b’mod partikolari jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar it-tfassil ta’ proposta għall-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija, u biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta’ ħidma.

TAQSIMA 3

ATTIVITÀ

Artikolu 13

Programm ta’ Ħidma

1.   L-Aġenzija għandha twettaq l-attivitajiet b'konformità mal-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali tagħha, li għandu jinkludi l-attivitajiet ippjanati kollha tagħha.

2.   Il-programm ta’ ħidma għandu jinkludi indikaturi ta' prestazzjoni mfassla speċifiċikament sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni effettiva tar-rizultati miksuba f'termini ta' għanijiet.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għat-tfassil tal-abbozz tal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija wara konsultazzjoni minn qabel mas-servizzi tal-Kummissjoni. Kull sena sal-15 ta’ Marzu d-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-abbozz tal-programm ta’ ħidma għas-sena ta’ wara lill-Bord tat-Tmexxija.

4.   Sat-30 ta’ Novembru, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għas-sena suċċessiva wara li jkun rċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma jinkludi tbassir multiannwali. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-programm ta’ ħidma jkun konsistenti mal-għanijiet tal-Aġenzija u mal-prijoritajiet leġiżlattivi u ta’ politika tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

5.   Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi organizzat b'konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni fuq bażi tal-attività. Il-programm ta’ ħidma għandu jkun konformi mar-rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija u mal-baġit tal-Aġenzija għall-istess sena finanzjarja.

6.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, jgħaddi l-programm ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għandu jippubblikah. Fuq stedina tal-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta u jkollu skambju ta' ideat dwar il-programm annwali ta’ ħidma adottat.

Artikolu 14

Talbiet magħmulin lill-Aġenzija

1.   Talbiet għal konsulenza u assistenza li jaqgħu fl-ambitu tal-għanijiet u l-kompiti tal-Aġenzija għandhom ikunu indirizzati lid-Direttur Eżekuttiv u jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni dwar l-isfond li tispjega l-kwistjoni li għandha tiġi indirizzata. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Bord Eżekuttiv dwar it-talbiet riċevuti, l-implikazzjonijiet potenzjali għar-riżorsi, u eventwalment dwar is-segwitu li jsir għal dawn it-talbiet. Jekk l-Aġenzija tirrifjuta talba, għandha tagħti ġustifikazzjoni.

2.   It-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jsiru:

(a)

mill-Parlament Ewropew;

(b)

mill-Kunsill;

(c)

mill-Kummissjoni;

(d)

minn kwalunkwe korp kompetenti maħtur minn Stat Membru, bħal awtorità regolatorja nazzjonali kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE.

3.   L-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, b’mod partikolari dwar tressiq, prijorità, segwitu u informazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Bord Eżekuttiv fir-rigward tat-talbiet lill-Aġenzija, għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija fir-regoli interni tal-operat tal-Aġenzija.

Artikolu 15

Dikjarazzjoni ta' interess

1.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom kull wieħed jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni bil-miktub li tindika n-nuqqas jew il-preżenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jkun ikkunsidrat ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u sħaħ, isiru annwalment bil-miktub u jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ.

2.   Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija, tal-Bord Eżekuttiv, u esperti esterni li jieħdu sehem fi Gruppi ta' Ħidma ad hoc u d-Direttur Eżekuttiv għandhom, kull wieħed, mhux aktar tard minn meta ssir kull laqgħa, jiddikjaraw b'mod preċiż u sħiħ kwalunkwe interess li jista' jiġi kkunsidrat ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom b'relazzjoni għas-suġġetti fuq l-aġenda u għandhom jastjenu milli jieħdu sehem fid-diskussjoni u jivvotaw fuq tali punti.

3.   L-aġenzija għandha tistabbilixxi fir-regoli interni tal-operat tagħha, l-arranġamenti prattiċi tar-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 16

Trasparenza

1.   L-Aġenzija għandha tiżgura li twettaq l-attivitajiet tagħha b’livell għoli ta’ trasparenza u b'konformità mal-Artikoli 17 u 18.

2.   L-Aġenzija għandha tiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni xierqa, objettiva, affidabbli u faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol tagħha. Hi għandha tqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi magħmula f'konformità mal-Artikolu 15.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, jista’ jawtorizza partijiet interessati biex josservaw il-proċeduri ta’ xi wħud mill-attivitajiet tal-Aġenzija.

4.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi, fir-regoli interni tal-operat tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 17

Kunfidenzjalità

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, l-Aġenzija m’għandhiex tiżvela lil persuni terzi l-informazzjoni li hija tipproċessa jew tirċievi li fir-rigward tagħha tkun saret talba mmotivata għal trattament kunfidenzjali, kollha kemm hi jew parti minnha.

2.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Grupp ta’ Partijiet Interessati Permanenti, esperti esterni li jieħdu sehem fi Gruppi ta’ Ħidma ad hoc, u membri tal-persunal tal-Aġenzija inklużi uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità taħt l-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), anke wara t-terminazzjoni tad-doveri tagħhom.

3.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi, fir-regoli interni tal-operat tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Jekk ikun meħtieġ, għall-prestazzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi li jippermetti lill-Aġenzija tuża informazzjoni kklassifikata F’dak il-każ, il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mas-servizzi tal-Kummissjoni, jadotta regoli interni tal-operat għall-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni ta’ proċedura tiegħu (19). Dawk ir-regoli għandhom ikopru, fost oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-preservazzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata.

Artikolu 18

Aċċess għal dokumenti

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mit-twaqqif tal-Aġenzija.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu l-oġġett ta’ lment lill-Ombudsman taħt l-Artikolu 288 tat-TFUE jew ta' kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, taħt l-Artikolu 263 tat-TFUE.

TAQSIMA 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 19

Adozzjoni tal-baġit

1.   Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija kif previst fl-Artikolu 30, u kontribuzzjonijiet volontarji minn Stati Membri, fi flus jew in natura. L-Istati Membri li jipprovdu kontribuzzjonijiet volontarji ma jistgħux jitolbu xi dritt jew servizz speċifiku b'riżultat ta' dan.

2.   In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi spejjeż ta' persunal, ta' appoġġ amministrattiv u tekniku, ta' infrastruttura u spejjeż operattivi, u spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti li jsiru ma’ partijiet terzi.

3.   Sa l-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz tar-rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss, u għandu jgħaddih lill-Bord tat-Tmexxija, flimkien ma' abbozz tal-pjan tal-istabbiliment.

4.   Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bilanċjati.

5.   Kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu, fuq il-bażi ta' abbozz tar-rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, jippreżenta rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss.

6.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu, sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, jibgħat dak ir-rendikont tal-estimi, li għandu jinkludi abbozz tal-pjan tal-istabbiliment flimkien mal-abbozz tal-programm ta’ ħidma, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehimiet taħt l-Artikolu 30.

7.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rendikont tal-estimi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

8.   Fuq il-bażi ta’ dak ir-rendikont tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni l-estimi li hija tikkunsidra neċessarji għall-pjan tal-istabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jkun addebitat lill-baġit ġenerali, li hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 314 tat-TFUE.

9.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija.

10.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-pjan tal-istabbiliment tal-Aġenzija.

11.   Flimkien mal-programm ta’ ħidma, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-Aġenzija. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn xieraq, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaġġusta l-baġit u l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija b'konformità mal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jgħaddi l-baġit mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 20

Il-ġlieda kontra l-frodi

1.   Sabiex tkun iffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (20), l-Aġenzija għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha hija ssir operattiva, taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet adegwati applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness ma' dak il-Ftehim.

2.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha jkollha s-setgħa li twettaq verifiki, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi tal-Unjoni mill-Aġenzija.

3.   L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (21) bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f'konnessjoni ma' xi għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija.

4.   Bla preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta' għotja tal-Aġenzija għandhom b'mod espliċitu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali verifiki u investigazzjonijiet, abbażi tal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 21

Implimentazzjoni tal-baġit

1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija.

2.   L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Aġenzija bħal ma jeżerċita fuq dipartimenti tal-Kummissjoni.

3.   Sal-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati b'konformità mal-Artikolu 147 tar-Regolament Finanzjarju.

4.   Sal-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Mar-riċezzjoni tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, b'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

6.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jippreżenta opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu, sal-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, jippreżenta l-kontijiet finali, inkluż ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja u l-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippubblika l-kontijiet finali.

9.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru u għandu jibgħat ukoll lill-Bord tat-Tmexxija kopja ta' dik ir-risposta.

10.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, kif stipulat fl-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju.

11.   Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

TAQSIMA 5

PERSUNAL

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali

Ir-Regolament tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex dawk ir-Regolamenti tal-Persunal isiru effettivi għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.

Artikolu 23

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE għandu japplika għall-Aġenzija u l-persunal tagħha.

Artikolu 24

Id-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun inġaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija taħt l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' għażla miftuħa u trasparenti.

Għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali għandu jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet tal-Membri.

3.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni li tieħu kont tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u sfidi futuri tal-Aġenzija.

4.   Il-Bord tat-Tmexxija jista', filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tieħu kont tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u wara li jikseb il-fehmiet tal-Parlament Ewropew, jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien tliet xhur qabel kwalunkwe tali estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu, jekk jiġi mistieden, jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet.

6.   Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura ta' għażla oħra għall-istess post.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 25

Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.   L-Aġenzija tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ħaddiema Oħra ma għandhomx japplikaw għal dan il-persunal.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Aġenzija.

TAQSIMA 6

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 26

Status legali

1.   L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Hija għandha jkollha personalità ġuridika.

2.   F’kull wieħed mill-Istati Membri l-Aġenzija għandha tgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari hija tista’ takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti għal proċeduri legali.

3.   L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

4.   Għandu jinżamm uffiċċju fergħa stabbilit fiż-żona metropolitana ta' Ateni għall-finijiet tat-titjib tal-effiċjenza operattiva tal-Aġenzija.

Artikolu 27

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa għandha l-ġuriżdizzjoni li tagħti sentenzi b'konformità ma' kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li tinstab f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

2.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija, b'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat minnha jew mill-uffiċjali tagħha fil-qadi ta’ dmirijithom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa għandha jkollha ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe disputa relatata ma’ kumpens għal tali dannu.

3.   Ir-responsabbiltà personali tal-uffiċjali tagħha lejn l-Aġenzija għandha tkun regolata mill-kondizzjonjiet rilevanti applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija.

Artikolu 28

Lingwi

1.   Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea (22) għandhom japplikaw għall-Aġenzija. L-Istati Membri u l-korpi l-oħra maħtura minnhom jistgħu jindirizzaw lill-Aġenzija u jirċievu risposta fil-lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-għażla tagħhom.

2.   Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Protezzjoni ta’ data personali

1.   Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data relatata ma’ individwi, b'mod partikolari fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tosserva l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data personali fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u tkun suġġetta għalihom.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(8) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jadotta miżuri addizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija.

Artikolu 30

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

1.   L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jkunu kkonkludu ftehimiet mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom ikunu adottaw u applikaw atti legali tal-Unjoni fil-qasam kopert b’dan ir-Regolament.

2.   Għandhom isiru arranġamenti taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk il-ftehimiet, li jispeċifikaw b’mod partikolari n-natura, il-medda u l-mod li fihom dawk il-pajjiżi jieħdu sehem fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-Aġenzija, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal.

Artikolu 31

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji ta' sigurtà inklużi fir-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI), u ta' informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata, kif stabbilit fl-anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE/EC, ECSC, Euratom. Dan għandu jkopri, fost oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-preservazzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata.

TAQSIMA 7

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Evalwazzjoni u reviżjoni

1.   Sal-20 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni biex tivvaluta b'mod partikolari l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Aġenzija u tal-prattika tax-xogħol tagħha. L-evalwazzjoni għandha ukoll tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġu modifikati l-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

2.   L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkunsidra kwalunkwe feedback mogħtija lill-Aġenzija bi tweġiba għall-attivitajiet.

3.   Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

4.   Bħala parti mill-evalwazzjoni, għandha ssir ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija, b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet, mandat u kompiti tagħha. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija tkun ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, mandat u kompiti assenjati lilha, hijatista' tipproponi li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien tal-mandat tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 36.

Artikolu 33

Kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti

L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jipprovdi l-aħjar kondizzjonijiet possibbli sabiex ikun żgurat il-funzjonament korrett tal-Aġenzija, inklużi l-aċċesibbiltà tal-post, l-eżistenza ta' faċilitajiet ta' edukazzjoni adegwati għat-tfal tal-membri tal-persunal, aċċess adegwat għas-suq tax-xogħol, sigurtà soċjali u kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għall-konjuġi.

Artikolu 34

Kontroll amministrattiv

L-operazzjonijiet tal-Aġenzija għandhom ikunu taħt is-superviżjoni tal-Ombudsman b'konformità mal-Artikolu 228 tat-TFUE.

Artikolu 35

Tħassir u suċċessjoni

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 huwa b'dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 460/2004 u għall-ENISA għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għall-Aġenzija.

2.   L-Aġenzija b'dan tissuċċiedi l-Aġenzija li kienet ġiet stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 460/2004 fir-rigward ta’ kull dritt ta' proprjetà, ftehimiet, obbligi legali, kuntratti ta’ impjieg, impenji u responsabbiltajiet finanzjarji.

Artikolu 36

Tul ta’ żmien

L-Aġenzija hija b'dan stabbilita għal perjodu ta’ seba' snin mid-19 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 58.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2013.

(3)  Deċiżjoni 2004/97/KE, Euratom meħuda bi ftehim komuni minn rappreżentanti tal-Istati Membri, laqgħa f'livell ta' kap ta' stat jew livell governattiv tat-13 ta' Diċembru 2003 dwar il-lok tas-sedji ta' ċerti uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 15).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda t-tul ta' żmien tagħha (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 580/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perijodu effettiv (ĠU L 165, 24.6.2011, p. 3).

(7)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(8)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(9)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(10)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(11)  Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (KREKE) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1).

(12)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-forniment ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).

(13)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(14)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(15)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(16)  ĠU C 101, 1.4.2011, p. 20.

(17)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(18)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(19)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).

(21)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(22)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58.


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/59


REGOLAMENT (UE) Nru 527/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Mejju 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

In-negozjati dwar il-Ftehimiet tas-Sħubija Ekonomika (‘il-Ftehimiet’) bejn:

 

l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fis-16 ta' Diċembru 2007;

 

il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, minn naħa oħra, ġew konklużi fis-17 ta' Diċembru 2007 (ir-Repubblika tal-Kamerun);

 

il-Gana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fit-13 ta' Diċembru 2007;

 

il-Côte d'Ivoire, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fis-7 ta' Diċembru 2007;

 

l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fit-28 ta' Novembru 2007 (ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe), fl-4 ta' Diċembru 2007 (ir-Repubblika tal-Mawrizju), fil-11 ta' Diċembru 2007 (l-Unjoni tal-Komoros u r-Repubblika tal-Madagaskar) u fit-30 ta' Settembru 2008 (ir-Repubblika taż-Żambja);

 

il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, ul-Istati tal-FSE SADC, minn naħa oħra, ġew konklużi fit-23 ta' Novembru 2007 (ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika tal-Możambik) u fit-3 ta' Diċembru 2007 (ir-Repubblika tan-Namibja);

 

il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Msieħba tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, minn naħa oħra, ġew konklużi fis-27 ta' Novembru 2007;

 

il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati Paċifiċi, minn naħa oħra, ġew konklużi fit-23 ta' Novembru 2007.

(2)

Il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehimiet minn Antigwa u Barbuda, il-Commonwealth tal-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Burundi, ir-Repubblika tal-Kamerun, l-Unjoni tal-Komoros, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Commonwealth ta' Dominika, ir-Repubblika Dominikana, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika tal-Gana, il-Grenada, ir-Repubblika Koperattiva tal-Guyana, ir-Repubblika ta' Ħaiti, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika tan-Namibja, l-Istat Indipendenti tal-Papwa Ginea Ġdida, ir-Repubblika tar-Rwanda, il-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, Saint Vincent u l-Grenadini, ir-Repubblika tas-Seychelles, ir-Repubblika ta' Surinam, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika tal-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe ppermettiet l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim[iet] li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim[iet] ta' Sħubija Ekonomika (2).

(3)

Ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Burundi, ir-Repubblika tal-Kamerun, l-Unjoni tal-Komoros, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika tal-Gana, ir-Repubblika ta' Ħaiti, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tar-Rwanda, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika tal-Uganda u r-Repubblika taż-Żambja ma ħadux il-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-ftehimiet rispettivi tagħhom.

(4)

Konsegwentement, f'konformitá mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u partikolarment il-punt (b) tiegħu, l-Anness I għal dak ir-Regolament għandu jiġi emendat biex dawk il-pajjiżi jitneħħew minn dak l-Anness.

(5)

Sabiex ikun żgurat li dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu malajr fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 hekk kif ikunu ħadu l-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-Ftehimiet rispettivi tagħhom, u sakemm dawn jiddaħħlu fis-seħħ, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu l-pajjiżi mneħħija mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 skont dan ir-Regolament. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni, matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, twettaq konsultazzjonijiet opportuni, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura li jkun hemm trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa, tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 2a

Delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 2b biex temenda l-Anness I għal dan ir-Regolament billi jerġgħu jiddaħħlu dawk ir-reġjuni jew stati mill-Grupp tal-Istati tal-AKP li kienu tneħħew minn dak l-Anness skont ir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), u li mit-tali tneħħija ħadu l-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-ftehimiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 2b

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-21 ta’ Ġunju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2a tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59";"

(2)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-11 ta' Diċembru 2012 (ĠU C 39 E, 12.2.2013, p. 1.). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2013.

(2)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

"ANNESS I

Lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2)

 

ANTIGWA U BARBUDA

 

IL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS

 

IL-BARBADOS

 

IL-BELIŻE

 

IL-COMMONWEALTH TA' DOMINIKA

 

IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

 

IL-GRENADA

 

IR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA

 

IL-ĠAMAJKA

 

IR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR

 

IR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU

 

L-ISTAT INDIPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA

 

IL-FEDERAZZJONI TA' SAINT KITTS U NEVIS

 

SANTA LUĊIJA

 

SAINT VINCENT u l-GRENADINI

 

IR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES

 

IR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM

 

IR-REPUBBLIKA TA' TRINIDAD U TOBAGO

 

IR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE"


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/62


REGOLAMENT (UE) Nru. 528/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 450/2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33, 114 u 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (3) huwa maħsub biex jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4). Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2008, iżda għandu jkun applikabbli biss, skont l-Artikolu 188(2) tiegħu, wara li d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu jiġu applikabbli, u mhux aktar tard mill-24 ta’ Ġunju 2013.

(2)

Fl-20 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fil-forma ta’ riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2008, sabiex jissostitwih qabel id-data finali ta’ applikazzjoni tal-24 ta' Ġunju 2013. Madankollu, il-proċedura leġislattiva ordinarja ma tistax issir fil-ħin għall-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament propost qabel dik id-data. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe azzjoni leġiżlattiva korrettiva, ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 għalhekk japplika fl-24 ta' Ġunju 2013 u jitħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan ikun jiġġenera inċertezza legali dwar il-leġislazzjoni doganali attwalment applikabbli minn dik id-data u jkun ta’ ostaklu għaż-żamma ta’ qafas legali komprensiv u konsistenti tal-Unjoni għal kwistjonijiet doganali, soġġett għall-adozzjoni tar-Regolament propost.

(3)

Sabiex jiġu evitati diffikultajiet serji bħal dawn relatati mal-leġislazzjoni doganali tal-Unjoni u biex il-Parlament Europew u l-Kunsill jiġu pprovduti biżżejjed żmien biex ittemm il-proċess tal-adozzjoni tar-riformulazzjoni ta-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, id-data finali ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2008, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 188(2) tiegħu, għandha tiġi posposta. Id-data l-ġdida tal-applikazzjoni kkunsidrata xierqa għal dan l-għan tkun l-1 ta’ Novembru 2013.

(4)

Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, għandha tapplika eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 188(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2008, id-data tal-“24 ta’ Ġunju 2013” għandha tinbidel b’dik ta’ ‘l-1 ta’ Novembru 2013’.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, tat-12 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  Opinjoni tat-22 ta’ Mejju 2013 (għadha mhix ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 (għadha mhix ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2013.

(3)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


DIRETTIVI

18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/63


DIRETTIVA 2013/11/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Mejju 2013

dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

(id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġizlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 169(1) u (2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(2)

Skont l-Artikolu 26(2) tat-TFUE, is-Suq Intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi. Is-suq intern għandu jipprovdi lill-konsumaturi valur miżjud fil-forma ta’ kwalità aħjar, varjetà ikbar, prezzijiet raġonevoli u standards ta’ sikurezza għoljin għal oġġetti u servizzi, li għandhom jippromwovu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(3)

Il-frammentazzjoni tas-suq intern hija ta’ detriment għall-kompetittività, it-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-Unjoni. L-eliminazzjoni tal-ostakli diretti u indiretti għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u t-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini hija essenzjali għall-ikkompletar tas-suq intern.

(4)

Li jkun assigurat aċċess għal metodi sempliċi, effiċjenti, veloċi u bi prezz baxx għas-soluzzjoni ta’ tilwim domestiku u transkonfinali li jirriżulta mill-kuntratti ta' bejgħ jew ta’ servizzi għandu jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għalhekk għandha żżid il-fiduċja tagħhom fis-suq. Dak l-aċċess għandu japplika kemm għat-tranżazzjonijiet onlajn kif ukoll għal dawk offlajn, u huwa partikolarment importanti meta l-konsumaturi jagħmlu xiri transkonfinali.

(5)

Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) toffri soluzzjoni barra mill-qrati, sempliċi, rapida u bi prezz baxx għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. Madankollu, l-ADR għadha mhijiex żviluppata biżżejjed u b'mod konsistenti fl-Unjoni kollha. Huwa ta’ dispjaċir li, minkejja r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għas-soluzzjoni barra mill-qrati ta' tilwim tal-konsumaturi (3) u 2001/310/KE tal-4 ta’ April 2001 dwar il-prinċipji għal korpi barra mill-qrati involuti fir-riżoluzzjoni konsenswali tat-tilwim tal-konsumaturi (4), l-ADR ma ġiex stabbilit korrettament u mhux qed jiffunzjona b’mod sodisfaċenti fiż-żoni ġeografiċi jew fis-setturi tan-negozju kollha fl-Unjoni. Il-konsumaturi u n-negozjanti għadhom mhux konxji mill-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ rimedju alternattiv, b’persentaġġ żgħir biss ta’ ċittadini li jafu kif iressqu lment ma’ entità tal-ADR. Fejn ikunu disponibbli proċeduri tal-ADR, il-livell ta' kwalità tagħhom ivarja b'mod konsiderevoli fl-Istati Membri u t-tilwim transkonfinali spiss ma' jiġix ittrattat b'mod effettiv mill-entitajiet tal-ADR.

(6)

Id-disparitajiet fil-kopertura, il-kwalità u l-għarfien tal-ADR fl-Istati Membri joħolqu ostakolu għas-suq intern u huma fost ir-raġunijiet għaliex ħafna konsumaturi jirrinunzjaw milli jixtru lil hinn mill-fruntieri u għala mhumiex fiduċjużi li tilwim potenzjali man-negozjanti jista' jiġi solvut b'mod faċli, rapidu u mhux għali. Għall-istess raġunijiet, in-negozjanti jistgħu jirrinunzjaw milli jbigħu lil konsumaturi fi Stati Membri oħra meta ma jkollhomx aċċess suffiċjenti għal proċeduri tal-ADR ta' kwalità tajba. Barra minn hekk, negozjanti stabbiliti fi Stat Membru fejn il-proċeduri tal-ADR ta' kwalità għolja mhumiex disponibbli biżżejjed qegħdin fi żvantaġġ kompetittiv fir-rigward ta' negozjanti li għandhom aċċess għal tali proċeduri u li għalhekk jistgħu jsolvu tilwim mal-konsumaturi b'mod aktar rapidu u aktar irħis.

(7)

Sabiex il-konsumaturi jisfruttaw kompletament il-potenzjal tas-suq intern, l-ADR għandha tkun disponibbli għat-tipi kollha ta’ tilwim domestiku u transkonfinali koperti b’din id-Direttiva, il-proċeduri tal-ADR għandhom jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ kwalità konsistenti li japplikaw madwar l-Unjoni, u l-konsumaturi u n-negozjanti għandhom ikunu konxji mill-eżistenza ta’ tali proċeduri. Minħabba ż-żieda fil-kummerċ transkonfinali u l-moviment transkonfinali tal-persuni, huwa importanti wkoll li l-entitajiet tal-ADR jittrattaw it-tilwim transkonfinali b’mod effikaċi.

(8)

Kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari u tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini, kwalunkwe approċċ olistiku għas-Suq Uniku li jagħti l-frott liċ-ċittadini tiegħu għandu jiżviluppa bħala prijorità sistema ta’ rimedju sempliċi, għall-but ta' kulħadd, espedjenti u aċċessibbli.

(9)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' April 2011 intitolata “l-Att dwar is-Suq Uniku — Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja — ‘Flimkien għal tkabbir ġdid’ ”, il-Kummissjoni identifikat leġiżlazzjoni dwar l-ADR li tinkludi dimensjoni tal-kummerċ elettroniku, bħala wieħed mit-tnax-il xprun biex jitħeġġeġ it-tkabbir, tissaħħaħ il-fiduċja, u jsir progress lejn l-ikkompletar tas-Suq Uniku.

(10)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-24–25 ta' Marzu u tat-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill stieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw, sal-aħħar tal-2012, l-ewwel grupp ta' miżuri prijoritarji biex jagħtu impetu ġdid lis-Suq Uniku. Barra minn hekk, fil-Konkulżjonjijiet tiegħu tat-30 ta' Mejju 2011 dwar il-Prijoritajiet għat-Tnedija mill-Ġdid tas-Suq Uniku, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea enfasizza l-importanza tal-kummerċ elettroniku u qabel li l-iskemi tal-ADR tal-konsumatur jistgħu joffru rimedju bi prezz bazz, sempliċi u rapidu kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ dawk l-iskemi tirrikjedi impenn politiku sostnut u appoġġ mill-atturi kollha, mingħajr ma jiġu kompromessi l-ekonomiċità, it-trasparenza, il-flessibilità, ir-rapidità u l-kwalità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-entitajiet tal-ADR koperti b’din id-Direttiva.

(11)

Fid-dawl tal-importanza li qed tikber tal-kummerċ elettroniku onlajn u b’mod partikolari l-kummerċ transkonfinali bħala pilastru tal-attività ekonomika tal-Unjoni, hemm bżonn ta’ sistema tal-ADR li tiffunzjona tajjeb għat-tilwim tal-konsumaturi u qafas integrat b’mod xieraq għas-soluzzjoni onlajn tat-tilwim (ODR) għal tilwim tal-konsumaturi li jinqala' minn tranżazzjonijiet onlajn sabiex l-Att dwar is-Suq Uniku jilħaq l-għan tiegħu li jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern.

(12)

Din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi (5) huma żewġ strumenti leġizlattivi interkonnessi u komplementari. Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 jipprevedi l-istabbiliment ta' ODR li toffri lill-konsumatur u lin-negozjant punt uniku ta' dħul għas-soluzzjoni barra mill-qrati tat-tilwim onlajn, permezz tal-entitajiet tal-ADR li huma konnessi mal-pjattaforma u li jofru ADR għat-tilwim permezz ta' proċeduri ta' kwalità tal-ADR. Id-disponibbiltà ta' entitajiet ta' kwalità tal-ADR madwar l-Unjoni hija b'hekk prekundizzjoni għal-funzjonament xieraq tal-pjattaforma ODR.

(13)

Din id-Direttiva ma għandiex tapplika għal servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali. Servizzi mhux ekonomiċi huma servizzi li ma jitwettqux għal konsiderazzjoni ekonomika. Bħala riżultat, is-servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali mwettqa mill-Istat jew f'isem l-Istat, mingħajr rimunerazzjoni, m'għandhomx ikunu koperti b'din id-Direttiva irrispettivament mill-forma ġuridika li permezz tagħha jiġu pprovduti dawk is-servizzi.

(14)

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal servizzi tal-kura tas-saħħa kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (6).

(15)

L-iżvilupp fi ħdan l-Unjoni ta' ADR li taħdem sew huwa meħtieġ għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern, inkluż fil-qasam tal-kummerċ onlajn, u sabiex jintlaħqu l-potenzjal u l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali u onlajn. Tali żvilupp għandu jibni fuq proċeduri tal-ADR eżistenti fl-Istati Membri u jirrispetta t-tradizzjonijiet legali tagħhom. Kemm l-entitajiet eżistenti ta' soluzzjoni għat-tilwim kif ukoll dawk li għadhom kif ġew stabbiliti li jiffunzjonaw tajjeb u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jiġu kkunsidrati bħala “entitajiet tal-ADR” fit-tifsira ta' din id-Direttiva. It-tixrid tal-ADR jista’ wkoll jirriżulta importanti f'dawk l-Istati Membri fejn hemm ammont kbir ta' kawżi pendenti b'lura quddiem il-qrati, li jwaqqaf liċ-ċittadini tal-Unjoni milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal smigħ ġust u fi żmien raġonevoli.

(16)

Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti dwar obbligi kuntrattwali li joriġinaw mill-bejgħ jew kuntratti ta' servizzi, kemm onlajn kif ukoll offlajn, fis-setturi ekonomiċi kollha, ħlief dawk eżentati. Dan għandu jinkludi tilwim li jinqala' mill-bejgħ jew il-provvista ta' kontenut diġitali għal remunerazzjoni. Din id-Direttiva għandha tapplika għal ilmenti mressqa minn konsumaturi kontra negozjanti. Hija ma għandhiex tapplika għal ilmenti mressqa minn negozjanti kontra konsumaturi jew għal tilwim bejn negozjanti. Madankollu, ma għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet dwar proċeduri għas-soluzzjoni barra mill-qrati ta' tali tilwim.

(17)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward ta' proċeduri mhux koperti minn din id-Direttiva, bħal proċeduri interni għat-trattament ta' lmenti mħaddma min-negozjant. Tali proċeduri interni għat-trattament ta' lmenti jistgħu jikkostitwixxu mezz effettiv għas-soluzzjoni ta' tilwim tal-konsumaturi fi stadju bikri.

(18)

Id-definizzjoni ta' “konsumatur” għandha tkopri l-persuni fiżiċi li jaġixxu barra mill-kummerċ, in-negozji, is-sengħa jew il-professjoni tagħhom. Madankollu, jekk il-kuntratt jiġi konkluż għal skopijiet parzjalment ġewwa u parzjalment barra mill-kummerċ tal-persuna (kuntratti bi skop doppju) u l-iskop tal-kummerċ ikun limitat b'tali mod li ma jkunx predominanti fil-kuntest ġenerali tal-forniment, dik il-persuna għandha titqies ukoll bħala konsumatur.

(19)

Ċerti atti legali eżistenti tal-Unjoni diġà fihom dispożizzjonijiet dwar ADR. Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, għandu jiġi previst li f'każijiet ta' kunflitt għandha tipprevali din id-Direttiva, ħlief fejn hu espliċitament previst mod ieħor. B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (7), li diġà tistabbilixxi qafas għal sistemi ta’ medjazzjoni fil-livell tal-Unjoni għal tilwim transkonfinali, mingħajr ma tipprojbixxi l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva għal sistemi interni ta’ medjazzjoni. Din id-Direttiva hi intiża biex tapplika orizzontalment għat-tipi kollha ta' proċeduri tal-ADR, inkluż għal proċeduri tal-ADR koperti bid-Direttiva 2008/52/KE.

(20)

L-entitajiet tal-ADR ivarjaw ħafna fl-Unjoni iżda wkoll ġewwa l-Istati Membri. Din id-Direttiva għandha tkopri kwalunkwe entità li hija stabbilita fuq bażi dejjiema, toffri s-soluzzjoni għal tilwima bejn konsumatur u negozjant permezz ta' proċedura tal-ADR u ġiet elenkata f'konformità ma' din id-Direttiva. Din id-Direttiva tista' tkopri wkoll, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, entitajiet tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jimponu soluzzjonijiet li huma vinkolanti fuq il-partijiet. Madankollu, proċedura barra mill-qrati li tinħoloq fuq bażi ad hoc għal tilwima waħda bejn konsumatur u negozjant ma għandhiex titqies bħala proċedura tal-ADR.

(21)

Barra minn hekk, il-proċeduri tal-ADR ivarjaw ħafna fl-Unjoni u fl-Istati Membri. Jistgħu jieħdu l-forma ta' proċeduri fejn l-ADR tlaqqa' lill-partijiet bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni bonarja, jew proċeduri fejn l-entità tas-soluzzjoni għat-tilwim tipproponi soluzzjoni jew proċeduri fejn l-ADR timponi soluzzjoni. Jistgħu jieħdu l-forma wkoll ta' taħlita ta' tnejn jew aktar minn dawn il-proċeduri. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-forma li jieħdu l-proċeduri tal-ADR fl-Istati Membri.

(22)

Il-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu impjegati jew jirċievu xi forma ta' remunerazzjoni esklużivament min-negozjant x'aktarx li jkunu esposti għal konflitt ta' interess. Għalhekk, dawk il-proċeduri għandhom, fil-prinċipju, ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm Stat Membru ma jiddeċidix li tali proċeduri jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala proċeduri tal-ADR taħt din id-Direttiva u dejjem jekk dawk l-entitajiet jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti speċifiċi dwar indipendenza u imparzjalità stabbiliti f'din id-Direttiva. L-entitajiet tal-ADR li joffru soluzzjoni għat-tilwim permezz ta' tali proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni regolari tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti f'din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi li jiżguraw l-indipendenza tagħhom.

(23)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal proċeduri f’sistemi li jittrattaw ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant u lanqas għal negozjati diretti bejn il-partijiet. Barra minn hekk, ma għandhiex tapplika għal sforzi li saru minn imħallef biex isolvi tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim.

(24)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilwim kopert minn din id-Direttiva jista' jitressaq lil entità tal-ADR li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u li hi elenkata f'konformità magħha. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jissodisfaw dan l-obbligu billi jibnu fuq l-entitajiet tal-ADR eżistenti li jiffunzjonaw tajjeb u billi jaġġustaw il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, jekk meħtieġ, jew billi jipprevedu l-ħolqien ta' entitajiet ġodda tal-ADR. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-funzjonament ta' entitajiet eżistenti tas-soluzzjoni għat-tilwim li joperaw fi ħdan il-qafas ta' awtoritajiet nazzjonali ta' protezzjoni għall-konsumatur tal-Istati Membri fejn l-uffiċjali tal-Istat ikunu inkarigati mis-soluzzjoni għat-tilwim. L-uffiċjali tal-Istat għandhom jitqiesu bħala rappreżentanti kemm tal-interessi tal-konsumaturi kif ukoll tal-interessi tan-negozjanti. Din id-Direttiva ma għandhiex tobbliga lill-Istati Membri joħolqu entità speċifika tal-ADR f'kull settur tal-bejgħ bl-imnut. Fejn meħtieġ, sabiex tkun żgurata kopertura settorjali u ġeografika sħiħa minn u l-aċċess għall-ADR, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu l-ħolqien ta' entità tal-ADR residwa li tindirizza t-tilwim li għas-soluzzjoni tagħhom ma jkunx hemm entità speċifika tal-ADR kompetenti. L-entitajiet tal-ADR residwi huma intenzjonati bħala salvagwardja għall-konsumaturi u n-negozjanti billi jiżguraw li ma jkunx hemm lakuni fl-aċċess għal entità tal-ADR.

(25)

Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi Stati Membri milli jżommu jew jintroduċu leġizlazzjoni dwar proċeduri għal soluzzjoni barra mill-qrati ta' tilwim kuntrattwali ta' konsumaturi li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva. Barra minn hekk, sabiex ikun żgurat li l-entitajiet tal-ADR ikunu jistgħu jiffunzjonaw b'mod effettiv, dawk l-entitajiet għandu jkollhom il-possibbiltà li jżommu jew jintroduċu, f'konformità mal-liġijiet tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, regoli proċedurali li jippermettulhom jirrifjutaw li jittrattaw tilwim f'ċirkostanzi speċifiċi, pereżempju meta t-tilwim ikun wisq kumpless u għalhekk ikun aħjar li tinstab soluzzjoni fil-qorti. Madankollu, regoli proċedurali li jippermettu lill-entitajiet tal-ADR jirrifjutaw li jittrattaw it-tilwim m'għandhomx jitħallew ifixklu b'mod sinifikanti l-aċċess tal-konsumaturi għall-proċeduri tal-ADR, inkluż fil-każ ta' tilwim transkonfinali. Għalhekk, meta jiġu previsti limiti monetarji, l-Istati Membri għandhom dejjem iqisu li l-valur reali ta' tilwim jista' jvarja fost l-Istati Membri u, konsegwentement, l-istabbiliment ta' limitu għoli sproporzjonat fi Stat Membru wieħed fir-realtà jista' jfixkel l-aċċess għall-proċeduri tal-ADR għall-konsumaturi minn Stati Membri oħra. L-Istati Membri m'għandhomx jintalbu jiżguraw li l-konsumatur ikun jista' jippreżenta l-ilment tiegħu lil entità oħra, meta entità tal-ADR li lilha jkun ġie oriġinarjament ippreżentat l-ilment tkun irrifjutat li tittrattah minħabba r-regoli proċedurali tagħha. F'każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw l-obbligu tagħhom biex jiżguraw kopertura sħiħa tal-entitajiet tal-ADR.

(26)

Din id-Direttiva għandha tippermetti lin-negozjanti stabbiliti fi Stat Membru li jiġu koperti minn entità tal-ADR stabbilita fi Stat Membru ieħor. Biex itejbu l-kopertura ġeografika u l-aċċess tal-konsumaturi għall-ADR fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possiblità li jiddeċiedu li joqgħodu fuq l-entitajiet tal-ADR stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew entitajiet reġjonali, transnazzjonali jew entitajiet ADR pan-Ewropej, fejn negozjanti minn Stati Membri differenti jkunu koperti mill-istess entità tal-ADR. Ir-rikors għal entitajiet tal-ADR stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew għal entitajiet transnazzjonali jew pan-Ewropej tal-ADR għandu, madankollu, ikun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw kopertura sħiħa minn u aċċess għal entitajiet tal-ADR.

(27)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu proċeduri tal-ADR li jittrattaw b'mod konġunt tilwim identiku jew simili bejn negozjant u diversi konsumaturi. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi dwar soluzzjonijiet barra mill-qrati kollettivi qabel ma tali soluzzjonijiet jiġu proposti fil-livell tal-Unjoni. L-eżistenza ta’ sistema effikaċi għal talbiet kollettivi u l-eżistenza ta’ rikors faċli għall-ADR għandhom ikunu komplementari u m’għandhomx ikunu proċeduri reċiprokament esklużivi.

(28)

L-ipproċessar tal-informazzjoni fir-rigward ta' tilwim kopert b'din id-Direttiva għandu jkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali stabbiliti fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri adottati skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (8).

(29)

Il-kunfidenzjalità u l-privatezza għandhom jiġu rispettati f’kull ħin matul il-proċedura tal-ADR. L-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-ADR fi kwalunkwe proċedimenti jew arbitraġġ ċivili jew kummerċjali sussegwenti.

(30)

L-Istati Membri għandhom madankollu jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku kwalunkwe problema sistematika jew sinifikanti li sseħħ spiss u li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. L-informazzjoni kkomunikata f’dan ir-rigward tista’ tkun akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet dwar kif tali problemi jistgħu jiġu evitati jew solvuti fil-futur, sabiex jgħollu l-istandards tan-negozjanti u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki.

(31)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR isolvu t-tilwim b’mod ġust, prattiku u proporzjonat kemm għall-konsumatur kif ukoll għan-negozjant, abbażi ta' valutazzjoni oġġettiva taċ-ċirkostanzi li fihom ikun sar l-ilment u b’konsiderazzjoni xierqa tad-drittijiet tal-partijiet.

(32)

L-indipendenza u l-integrità tal-entitajiet tal-ADR huma kruċjali biex tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni li l-mekkaniżmi tal-ADR se joffrulhom eżitu ġust u indipendenti. Il-persuna fiżika inkarigata jew il-korp kolleġjali inkarigat mill-ADR għandu jkun indipendenti minn dawk kollha li jaf ikollhom interess fl-eżitu u m’għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess li jista’ jżommu milli jilħaq deċiżjoni b’mod ġust, imparzjali u indipendenti.

(33)

Il-persuni fiżiċi inkarigati mill-ADR għandhom jitqiesu imparzjali biss jekk ma jistgħux ikunu soġġetti għal pressjoni li potenzjalment tinfluwenza l-attitudni tagħhom lejn it-tilwim. Sabiex tkun żgurata l-indipendenza tal-azzjonijiet tagħhom, dawk il-persuni għandhom jinħatru wkoll għal tul ta' żmien suffiċjenti, u m'għandhomx ikunu soġġetti għal xi istruzzjonijiet minn xi parti jew rappreżentant tagħhom.

(34)

Sabiex jiġi żgurat in-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, il-persuni fiżiċi responsabbli mill-ADR għandhom jiżvelaw kull ċirkostanza li tista' taffettwa l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom jew toħloq kunflitt ta' interess ma' xi waħda mill-partijiet għat-tilwim li huma mitluba jsolvu. Dan jista' jkun kull interess finanzjarju, dirett jew indirett, fl-eżitu tal-proċedura tal-ADR jew kull relazzjoni personali jew kummerċjali ma' parti waħda jew aktar matul it- tliet snin qabel ma assumiet il-pożizzjoni, inkluża kwalunkwe kapaċità lil hinn mill-iskopijiet tal-ADR li fiha l-persuna kkonċernata aġixxiet għal waħda jew bosta mill-partijiet, għal organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni kummerċjali li tagħha waħda mill-partijiet hija membru, jew għal kwalunkwe membru ieħor tagħha.

(35)

Hemm bżonn partikolari li jiġi żgurat in-nuqqas ta' tali pressjoni fejn il-persuni fiżiċi inkarigati minn ADR ikunu impjegati jew jirċievu xi forma ta' remunerazzjoni min-negozjant. Għalhekk, għandhom jiġu provduti rekwiżiti speċifiċi fil-każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu proċeduri għas-soluzzjoni għat-tilwim f'tali każijiet sabiex jikkwalifikaw bħala proċeduri tal-ADR skont din id-Direttiva. Fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għal ADR ikunu impjegati jew jirċievu xi forma ta' remunerazzjoni esklużivament minn organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni kummerċjali li n-negozjant ikun membru tagħha, huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom baġit separat u dedikat li jkun suffiċjenti biex jissodisfa l-kompiti tagħhom.

(36)

Huwa essenzjali għas-suċċess tal-ADR, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-fiduċja meħtieġa fil-proċeduri tal-ADR, li l-persuni fiżiċi responsabbli għall-ADR ikollhom l-għarfien espert meħtieġ, inkluż intendiment ġenerali tal-liġi. B'mod partikolari, dawk il-persuni fiżiċi għandu jkollhom għarfien ġenerali suffiċjenti ta' kwistjonijiet legali sabiex jifhmu l-implikazzjonijiet legali tat-tilwim, mingħajr ma jkunu obbligati li jkunu professjonisti kwalifikati fil-liġi.

(37)

L-applikabbiltà ta' ċerti prinċipji ta' kwalità għall-proċeduri tal-ADR issaħħaħ kemm il-fiduċja tal-konsumaturi kif ukoll dik tan-negozjanti f'tali proċeduri. Tali prinċipji ta' kwalità ġew żviluppati l-ewwel darba fil-livell tal-Unjoni fir-Rakkomandazzjonijiet 98/257/KE u 2001/310/KE. Billi tagħmel xi wħud minn dawk il-prinċipji stabbiliti f'dawk ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni vinkolanti, din id-Direttiva tistabbilixxi sett ta' rekwiżiti ta' kwalità li japplikaw għall-proċeduri tal-ADR kollha mwettqin minn entità tal-ADR li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni.

(38)

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti ta' kwalità tal-entitajiet tal-ADR, li għandhom jassiguraw l-istess livell ta' protezzjoni u drittijiet għall-konsumaturi kemm f'tilwim domestiku kif ukoll f'tilwim transkonfinali. Din id-Direttiva m'għandhiex twaqqaf lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu regoli li jmorru lil hinn minn dak provdut f’din id-Direttiva.

(39)

L-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-entitajiet tal-ADR u tal-proċeduri tal-ADR huwa meħtieġ li l-partijiet jirċievu l-informazzjoni ċara u aċċessibbli li għandhom bżonn sabiex jieħdu deċiżjoni infurmata qabel ma jibdew proċedura tal-ADR. Il-forniment ta' tali informazzjoni lil negozjanti m'għandux ikun meħtieġ meta l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-ADR tkun mandatorja taħt il-liġijiet nazzjonali.

(40)

Entità tal-ADR li tiffunzjona tajjeb għandha tikkonkludi proċedimenti dwar tilwim onlajn u offlajn b'mod espedjenti fi żmien 90 jum tal-kalendarju li jibdew mid-data li fiha l-entità tal-ADR tirċievi d-dossier sħiħ tal-ilment inkluż id-dokumentazzjoni rilevanti kollha li tappartjeni għal dak l-ilment, li jispiċċa fid-data meta r-riżultat tal-proċedura tal-ADR issir disponibbli. L-entità tal-ADR li tirċievi lment għandha tinnotifika lill-partijiet wara li tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa sabiex twettaq il-proċedura tal-ADR. F'ċerti każijiet eċċezzjonali ta' natura kumplessa ħafna, inkluż fejn waħda mill-partijiet ma tkunx kapaċi, għal raġunijiet ġustifikati, tieħu sehem fi proċedura tal-ADR, l-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu jistgħu jestendu l-limitu ta' żmien bl-iskop li jwettqu eżami tal-każ ikkonċernat. Il-partijiet għandhom jiġu infurmati dwar kwalunkwe estensjoni ta' dan it-tip, u dwar it-tul ta’ żmien approssimat mistenni li se jkun meħtieġ għall-konklużjoni tat-tilwim.

(41)

Il-proċeduri tal-ADR għandhom preferibbilment ikunu bla ħlas għall-konsumatur. F'każ li jiġu applikati l-ispejjeż, il-proċedura tal-ADR għandha tkun aċċessibbli, attraenti u mhux għalja għall-konsumaturi. Għalhekk, l-ispejjeż m'għandhomx jeċċedu ħlas nominali.

(42)

Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu ġusti sabiex il-partijiet f'tilwim ikunu informati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom u l-konsegwenzi tal-għażliet li jagħmlu fil-kuntest ta' proċedura tal-ADR. L-entitajiet tal-ADR għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom qabel ma jaqblu dwar soluzzjoni proposta jew isegwuwha. Iż-żewġ partjiet għandhom ukoll ikunu jistgħu jissottomettu l-informazzjoni jew l-evidenza tagħhom bla ma jkunu preżeni fiżikament.

(43)

Qbil bejn konsumatur u negozjant biex iressqu lmenti lil entità tal-ADR ma għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur jekk kien konkluż qabel ma qam it-tilwim u jekk ikollu l-effett li jċaħħad lill-konsumatur mid-dritt tiegħu li jressaq azzjoni quddiem il-qrati għas-soluzzjoni tat-tilwim. Barra minn hekk, il-proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jimponu soluzzjoni, is-soluzzjoni imposta għandha tkun vinkolanti fuq il-partijiet biss jekk huma jkunu ġew informati bin-natura vinkolanti minn qabel u aċċettawha b'mod speċifiku. M'għandhiex tintalab aċċettazzjoni speċifika min-negozjant jekk ir-regoli nazzjonali jipprevedu li tali soluzzjonijiet huma vinkolanti għan-negozjanti.

(44)

F'proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jimponu soluzzjoni fuq il-konsumatur, f'sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm kunflitt ta' liġijiet, is-soluzzjoni imposta m'għandhiex tirriżulta fil-privazzjoni tal-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati bi qbil bis-saħħa tal-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur u n-negozjant huma abitwalment residenti. F'sitwazzjoni li tinvolvi kunflitt tal-liġijiet, meta l-liġi applikabbli għal kuntratt ta' bejgħ jew servizz tiġi determinata f'konformità mal-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (9), is-soluzzjoni imposta mill-entità tal-ADR m'għandhiex tirriżulta fil-privazzjoni tal-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati bi qbil bis-saħħa tal-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur huwa abitwalment residenti. F'sitwazzjoni li tinvolvi, meta l-liġi applikabbli għal kuntratt ta' bejgħ jew servizz tiġi determinata f'konformità mal-Artikolu 5(1) sa (3) tal-Konvenzjoni ta' Ruma tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali (10), is-soluzzjoni imposta mill-entità tal-ADR m'għandhiex tirriżulta fil-privazzjoni tal-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lill-konsumantur mir-regoli mandatorji tal-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur abitwalment jirrisjedi.

(45)

Id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust quddiem il-qorti huma drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-proċeduri tal-ADR ma għandhomx jitfasslu biex jissostitwixxu l-proċeduri ġudizzjarji u ma għandhomx iċaħħdu lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom li jfittxu rimedju fil-qrati. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprojbixxi lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom għas-sistema ġudizzjarja. F'każijiet fejn tilwim ma jkunx jista' jiġi solvut permezz ta' proċedura speċifika tal-ADR li l-eżitu tagħha ma jkunx vinkolanti, il-partijiet għandhom sussegwentement ma jinżammux milli jibdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta' dak it-tilwim. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi jagħżlu l-mezzi adatti biex jiksbu dan l-objettiv. Huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu, fost l-oħrajn, li l-perijodi ta' limitazzjoni jew ta' preskrizzjoni ma jiskadux matul proċedura tal-ADR.

(46)

Biex jiffunzjonaw b'mod effiċjenti, l-entitajiet tal-ADR għandu jkollhom biżżejjed riżorsi umani, materjali u finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar forma adatta ta' finanzjament għall-proċeduri tal-ADR fit-territorji tagħhom, mingħajr ma jirrestrinġu l-finanzjament ta' entitajiet li diġà qed joperaw. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni ta' jekk l-entitajiet tal-ADR humiex iffinanzjati mis-settur pubbliku jew minn dak privat jew iffinanzjati permezz ta' taħlita ta' finanzjament pubbliku u privat. Madankollu, l-entitajiet tal-ADR għandhom jiġu inkoraġġiti jikkunsidraw b'mod speċifiku forom privati ta' finanzjament u jużaw fondi pubbliċi biss skont id-diskrezzjoni tal-Istati Membri. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-possibbiltà li n-negozji jew organizzazzjonijiet professjonali jew assoċjazzjonijiet kummerċjali jiffinanzjaw entitajiet tal-ADR.

(47)

Meta jinqala' tilwim huwa meħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw malajr liema entitajiet tal-ADR huma kompetenti biex jindirizzaw l-ilment tagħhom u li jkunu jafu jekk in-negozjant ikkonċernat ikunx se jieħu sehem jew le fil-proċedimenti mressqa lil entità tal-ADR. In-negozjanti li jimpenjaw ruħhom li jużaw entitajiet tal-ADR biex isolvu tilwim mal-konsumaturi għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi bl-indirizz u l-websajt tal-entità jew l-entitajiet tal-ADR li bihom ikunu koperti. Dik l-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar, li jiftiehem u li wieħed jista' jkollu aċċess għaliha faċilment fuq il-websajt tan-negozjant, jekk ikun hemm waħda, u, jekk ikun il-każ, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta’ bejgħ jew servizzi bejn in-negozjant u l-konsumatur. In-negozjanti għandu jkollhom il-possibbiltà li jinkludu fil-websajts tagħhom, u fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti rilevanti, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-proċeduri interni tagħhom għat-trattament ta' lmenti jew dwar kwalunkwe mod ieħor li jistgħu jiġu kkuntattjati direttament bil-ħsieb li jiġi solvut tilwim ma' konsumaturi mingħajr ma jitressaq quddiem entità tal-ADR. Meta t-tilwim ma jistax jiġi solvut direttament, in-negozjant għandu jipprovdi lill-konsumatur, bil-miktub jew b'mezz durevoli ieħor, bl-informazzjoni dwar l-entitajiet tal-ADR rilevanti u jispeċifika jekk ser jagħmilx użu minnhom.

(48)

L-obbligu fuq il-kummerċjanti li jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-entitajiet tal-ADR li huma koperti minnhom dawk il-kummerċjanti għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni lill-konsumatur dwar proċeduri ta' rimedju barra mill-qrati li jinsabu f'atti legali oħra tal-Unjoni, li għandhom japplikaw flimkien mal-obbligu tal-informazzjoni rilevanti previst minn din id-Direttiva.

(49)

Din id-Direttiva ma għandiex titlob li l-parteċipazzjoni tan-negozjanti fil-proċeduri tal-ADR tkun mandatorja jew li l-eżitu ta' tali proċeduri jkun vinkolanti fuq in-negozjanti, meta konsumatur ikun ressaq ilment kontrihom. Madankollu, sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal rimedju u li dawn ma jiġux obbligati jirrinunċjaw għall-ilmenti tagħhom, in-negozjanti għandhom jitħeġġu kemm jista' jkun li jipparteċipaw fil-proċeduri tal-ADR. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regoli nazzjonali li jagħmlu il-parteċipazzjoni tan-negozjanti f'tali proċeduri mandatorja jew suġġetta għal inċentivi jew sanzjonijiet jew li tagħmel ir-riżultat tagħhom jorbot lin-negozjanti, sakemm tali leġizlazzjoni ma tipprojbixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom għas-sistema ġudizzjarja kif provdut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(50)

Sabiex jiġi evitat li jitqiegħed piż mhux meħtieġ fuq l-entitajiet tal-ADR, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lill-konsumaturi biex jikkuntattjaw lin-negozjant fi sforz biex tiġi solvuta l-problema b'mod bilaterali qabel ma lment jiġi ppreżentat lil entità tal-ADR. F'ħafna każijiet, dan jippermetti lill-konsumaturi jsolvu t-tilwim tagħhom b'mod rapidu u fi stadju bikri.

(51)

L-Istati Membri għandhom jinvolvu lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet professonali, tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju u tal-organizzazzjonjiet tal-konsumaturi meta jkunu qed jiżviluppaw l-ADR, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji ta' imparzjalità u indipendenza.

(52)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali.

(53)

In-netwerks tal-entitajiet tal-ADR, bħan-netwerk għar-riżoluzzjoni tat-tilwim finanzjarju “FIN-NET” fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, għandhom jissaħħu ġewwa l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR biex isiru parti minn tali netwerks.

(54)

Kooperazzjoni mill-qrib bejn l-entitajiet tal-ADR u l-awtoritajiet nazzjonali għandha ssaħħaħ l-applikazzjoni effettiva tal-atti legali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-ADR, sabiex jiġi inkoraġġat l-iskambju tal-aħjar prattika u l-kompetenza esperta teknika u biex tiġi diskussa kwalunkwe problema li tirriżulta mit-tħaddim tal-proċeduri tal-ADR. Tali il-kooperazzjoni għandha tiġi appoġġata fost l-oħrajn permezz tal-Programm tal-Konsumaturi tal-Unjoni li ġej.

(55)

Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet tal-ADR jiffunzjonaw sew u b'mod effettiv, huma għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib. Għal dak il-fini, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu dik il-funzjoni. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva għandhom jippubblikaw u jaġġornaw lista ta' entitajiet tal-ADR li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR, in-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur, u, fejn adatt, il-korpi maħtura f'konformità ma' din id-Direttiva jippubblikaw dik il-lista fuq is-sit web tagħhom billi jipprovdu link għas-sit web tal-Kummissjoni, u meta possibbli f'forma durabbli fil-binjiet tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iħeġġu wkoll lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tan-negozji rilevanti biex jippubblikaw il-lista. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-informazzjoni tiġi mxerrda b'mod adatt dwar x'għandhom jagħmlu l-konsumaturi jekk ikollhom tilwim ma' negozjant. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti regolari dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR fl-Istati Membri tagħhom. L-entitajiet tal-ADR għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni speċifika li fuqha għandhom jiġu bbażati dawk ir-rapporti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR biex jipprovdu tali informazzjoni bl-użu tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/304/UE tat-12 ta' Mejju 2010 dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi (11).

(56)

Jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(57)

Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (12) għandu jiġi emendat biex jinkludi referenza għal din id-Direttiva fl-Anness tiegħu sabiex tiġi rinfurzata l-kooperazzjoni transkonfinali dwar l-infurzar ta' din id-Direttiva.

(58)

Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (13) (id-Direttiva tal-Inġunzjonijiet) għandha tiġi emendata biex tinkludi referenza għal din id-Direttiva fl-Anness tagħha sabiex jiġi żgurat li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi stabbiliti f'din id-Direttiva jkunu protetti.

(59)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (14), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġizlatur jikkunsidra li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(60)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi, permezz tal-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi u mingħajr ma jiġi ristrett l-aċċess tal-konsumaturi għall-qrati, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(61)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod speċifiku l-Artikoli 7, 8, 38 u 47 tagħha,

(62)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (15) u ta opinjoni fit-12 ta' Jannar 2012 (16).

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Il-fini ta' din id-Direttiva huwa li, permezz tal-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur, tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tiżgura li l-konsumaturi jkunu jistgħu, fuq bażi volontarja, jippreżentaw ilmenti kontra negozjanti lil entitajiet li joffru proċeduri indipendenti, imparzjali, trasparenti, effettivi, rapidi u ġusti, ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-leġizlazzjoni nazzjonali li tagħmel il-parteċipazzjoni f'tali miżuri mandatorja, bil-kondizzjoni li tali leġizlazzjoni ma tostakolax lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għas-sistema ġudizzjarja.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal proċeduri għas-soluzzjoni barra mill-qrati ta' tilwim li jikkonċerna obbligi kuntrattwali domestiċi u transkonfinali li jirriżultaw minn kuntratti ta' bejgħ jew kuntratti ta' servizz bejn negozjant stabbilit fl-Unjoni u konsumatur residenti fl-Unjoni permezz tal-intervent ta' entità tal-ADR li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tlaqqa' lill-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni bonarja.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni tat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu impjegati jew remunerati esklużivament min-negozjant individwali, sakemm l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu tali proċeduri bħala proċeduri tal-ADR skont din id-Direttiva u r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II, inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi ta' indipendenza u trasparenza mniżżlin fl-Artikolu 6(3), jiġu sodisfatti;

(b)

proċeduri quddiem sistemi għat-trattament ta' lmenti tal-konsumaturi li jitħaddmu min-negozjant;

(c)

servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali;

(d)

tilwim bejn negozjanti;

(e)

negozjati diretti bejn il-konsumatur u n-negozjant;

(f)

sforzi li saru minn imħallef biex isolvi tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim;

(g)

proċeduri mibdija minn negozjant kontra konsumatur;

(h)

servizzi tas-saħħa mogħtija minn professjonisti tas-saħħa, lil pazjenti biex jivvalutaw, iżommu jew jirristawraw l-istat ta' saħħithom, inklużi l-preskrizzjoni, il-preparazzjoni u l-forniment ta' prodotti mediċinali u tagħmir mediku;

(i)

fornituri pubbliċi ta' edukazzjoni ulterjuri jew għolja.

3.   Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi armonizzati għall-entitajiet tal-ADR u l-proċeduri tal-ADR biex tiżgura li, wara l-implimentazzjoni tagħha, il-konsumaturi jkollhom aċċess għal mekkaniżmi ta’ rimedju barra l-qorti ta' kwalità għolja, trasparenti, effikaċi u ġusti, irrispettivament minn fejn joqogħdu fl-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu iżommu jew jintroduċu regoli li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti b'din id-Direttiva, biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

4.   Din id-Direttiva tirrikonoxxi l-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-entitajiet tal-ADR stabbiliti fit-territorji tagħhom għandhomx ikollhom is-setgħa jimponu soluzzjoni.

Artikolu 3

Relazzjoni ma' atti legali oħra tal-Unjoni

1.   Ħlief fejn previst mod ieħor f'din id-Direttiva, jekk kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun f’konflitt ma’ dispożizzjoni mniżżla f’att legali ieħor tal-Unjoni u fir-rigward ta’ proċeduri ta’ rimedju barra l-qorti mibdija minn konsumatur kontra negozjant, id-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tingħata preċedenza.

2.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/52/KE.

3.   L-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni dwar il-konsumaturi rigward proċeduri ta’ rimedju barra mill-qorti li jinsabu f’atti legali oħra tal-Unjoni, li għandhom japplikaw flimkien ma' dak l-Artikolu.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li ma għandhomx x'jaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu;

(b)

“negozjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew persuna ġuridika, irrispettivament minn jekk tkunx ta' pussess privat jew pubbliku, li taġixxi, inkluż permezz ta' persuna li taġixxi f'ismu jew għalih, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu;

(c)

“kuntratt ta' bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li permezz tiegħu n-negozjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta' oġġetti lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta' dan, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu kemm oġġetti kif ukoll servizzi;

(d)

“kuntratt ta' servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta' bejgħ li abbażi tiegħu n-negozjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta' dan;

(e)

“tilwima domestika” tfisser tilwima kuntrattwali li tinqala' minn kuntratt ta' bejgħ jew servizz fejn, meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi, il-konsumatur ikun residenti fl-istess Stat Membru bħal dak fejn ikun stabbilit in-negozjant;

(f)

“tilwima transkonfinali” tfisser tilwima kuntrattwali li tinqala' minn kuntratt ta' bejgħ jew servizz fejn, meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi, il-konsumatur ikun residenti fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit in-negozjant;

(g)

“proċedura tal-ADR” tfisser proċedura, skont l-Artikolu 2 li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u li titwettaq minn entità tal-ADR;

(h)

“entità tal-ADR” tfisser kwalunkwe entità, irrispettivament minn kif inhi msemmija jew minn kif issir referenza għaliha, li hija stabbilita fuq bażi li tibqa' fit-tul u toffri s-soluzzjoni ta' tilwim permezz ta' proċedura tal-ADR u li hi elenkata f'konformità mal-Artikolu 20(2);

(i)

“awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità pubblika maħtura minn Stat Membru għall-għanijiet ta’ din id-direttva u stabbilita f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

2.   Negozjant huwa stabbilit:

jekk in-negozjant huwa persuna fiżika, fejn ikollu n-negozju tiegħu;

jekk in-negozjant huwa kumpannija jew persuna ġuridika oħra jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn ikollu s-sede statutorja tiegħu, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post tan-negozju tiegħu, inkluż fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor.

3.   Entità tal-ADR hija stabbilita:

jekk titħaddem minn persuna fiżika, fil-post fejn twettaq attivitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim;

jekk titħaddem minn persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fil-post fejn dik il-persuna ġuridika jew l-assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi twettaq attivitajiet ta' ADR, jew l-assenza ta' dak, fejn għandha s-sede statutorja tagħha;

jekk titħaddem minn awtorità jew korp pubbliku ieħor, fejn dik l-awtorità jew korp pubbliku ieħor ikollha s-sede tagħha.

KAPITOLU II

AĊĊESS GĦAL U REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-ENTITAJIET TAL-ADR U L-PROĊEDURI TAL-ADR

Artikolu 5

Aċċess għall-entitajiet tal-ADR u l-proċeduri tal-ADR

1.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess mill-konsumaturi għall-proċeduri tal-ADR u għandhom jiżguraw li t-tilwim kopert minn din id-Direttiva u li jinvolvi negozjant stabbilit fit-territorji rispettivi tagħhom jista' jitressaq quddiem entità tal-ADR li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR:

(a)

iżommu sit elettroniku aġġornat li jipprovdi lill-partijiet b’aċċess faċli għall-informazzjoni li tikkonċerna l-proċedura tal-ADR, u li jippermetti lill-konsumaturi biex iressqu lment u d-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa online;

(b)

jipprovdu lill-partijiet, jekk tintalab minnhom, l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) fuq mezz li jservi għal żmien twil;

(c)

fejn applikabbli, jagħmluha possibbli li l-konsumatur ikun jista’ jressaq ilment offline;

(d)

jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-partijiet permezz ta' mezzi elettroniċi jew, jekk applikabbli, bil-posta;

(e)

jaċċettaw kemm it-tilwim domestiku kif ukoll dak transkonfinali, inkluż tilwim kopert mir-Regolament (UE) Nru 524/2013; u

(f)

meta jindirizzaw tilwim kopert minn din id-Direttiva jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fil-leġizlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-entità tal-ADR.

3.   L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-paragrafu 1 billi jiżguraw l-eżistenza ta' entità residwa tal-ADR li hija kompetenti biex tittratta tilwim kif imsemmi 'dak il-paragrafu li għas-soluzzjoni tiegħu l-ebda entità tal-ADR eżistenti ma hija kompetenti. L-Istati Membri jistgħu jaqdu wkoll dak l-obbligu billi joqgħodu fuq entitajiet tal-ADR stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew entitajiet reġjonali, transnazzjonali jew pan-Ewropej għas-soluzzjoni tat-tilwim, fejn negozjanti minn Stati Membri differenti huma koperti mill-istess entità tal-ADR, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw kopertura sħiħa u aċċess għal entitajiet tal-ADR.

4.   L-Istati Membri jistgħu, għad-diskrezzjoni tagħhom, jippermettu lill-entitajiet tal-ADR iżommu jew jintroduċu regoli proċedurali li jippermettulhom jirrifjutaw li jittrattaw tilwim partikolari abbażi li:

(a)

il-konsumatur ma ppruvax jikkuntattja lin-negozjant ikkonċernat sabiex jiddiskuti l-ilment tiegħu u jfittex, bħala l-ewwel pass, li jsolvi l-kwistjoni direttament man-negozjant;

(b)

it-tilwim ikun frivolu jew vessatorju;

(c)

it-tilwim huwa jew ikun ġie kkunsidrat preċedentement minn entità oħra tal-ADR jew minn kwalunkwe qorti;

(d)

il-valur tat-talba jaqa’ taħt jew ’il fuq minn livell limitu monetarju speċifikat minn qabel;

(e)

il-konsumatur ma ressaqx l-ilment lill-entità tal-ADR fi ħdan limitu ta’ żmien speċifikat minn qabel, li m'għandux ikun inqas minn sena mid-data meta l-konsumatur ressaq l-ilment lin-negozjant;

(f)

it-trattament ta’ tali tip ta' tilwim jista’ jfixkel serjament l-operazzjoni effettiva tal-entità tal-ADR.

Fejn, f'konformità mar-regoli proċedurali tagħha, entità tal-ADR ma tkunx tista' tikkunsidra lment li jkun ġie ppreżentat lilha, dik l-entità tal-ADR għandha tipprovdi liż-żewġ partijiet spjegazzjoni motivata tar-raġunijiet li għalihom ma ġiex ikkunsidrat it-tilwim fi żmien tliet ġimgħat minn meta tirċievi l-fajl tal-ilment.

Tali regoli proċedurali ma għandhomx ifixklu b'mod sinifikanti l-aċċess tal-konsumaturi għall-proċeduri tal-ADR, inkluż fil-każ ta' tilwim transkonfinali.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-entitajiet tal-ADR ikollhom permess jistabbilixxu livelli limiti monetarji speċifikati minn qabel sabiex jiġi limitat l-aċċess għall-proċeduri tal-ADR, il-livelli limiti ma jiġux stabbiliti f’livell fejn ifixklu b’mod sinifikanti l-aċċess tal-konsumatur għall-immaniġġar tal-ilmenti mill-entitajiet tal-ADR.

6.   Fejn, f'konformità mar-regoli proċedurali msemmijin fil-paragrafu 4, entità tal-ADR ma tkunx tista' tikkunsidra lment li jkun ġie ppreżentat lilha, l-Istat Membr ma għandux ikun meħtieġ li jiżgura li l-konsumatur jista' jippreżenta l-ilment tiegħu lil entità oħra tal-ADR.

7.   Meta entità tal-ADR li tittratta tilwim f'settur ekonomiku speċifiku hija kompetenti biex tqis tilwim relatat ma' negozjant li jopera f' dak is-settur iżda li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni li tifforma jew li tiffinanzja lill-entità tal-ADR, l-Istat Membru għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu taħt il-paragrafu 1 ukoll fir-rigward tat-tilwim li jikkonċerna dak in-negozjant.

Artikolu 6

Kompetenzi, indipendenza u imparzjalità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi responsabbli għall-ADR ikollhom il-kompetenzi meħtieġa u li jkunu indipendenti u imparzjali. Dan għandu jiġi garantit billi jkun żgurat li tali persuni:

(a)

għandhom l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa fil-qasam tas-soluzzjoni alternattiva jew ġudizzjarja għat-tilwim mal-konsumaturi, kif ukoll komprensjoni ġenerali tal-liġi;

(b)

huma maħtura għal mandat ta’ żmien biżżejjed biex tiġi żgurata l-indipedenza tal-azzjonijiet tagħhom, u ma jkunux jistgħu jinħelsu mill-kompiti tagħhom mingħajr raġuni valida;

(c)

mhumiex soġġetti għal xi istruzzjonijiet minn kwalunkwe parti jew rappreżentanti tagħha;

(d)

huma mħallsa b’mod li mhux marbut mal-eżitu tal-proċedura;

(e)

mingħajr dewmien żejjed jiżvelaw lill-entità tal-ADR kwalunkwe ċirkostanzi li jistgħu, jew li jistgħu jitqiesu li jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom jew li jqajjmu konflitt ta' interess ma' xi waħda mill-partijiet għat-tilwim li huma mitluba jsolvu. L-obbligu li jiżvelaw tali ċirkostanzi għandu jkun obbligu kontinwu waqt il-proċedura tal-ADR kollha. Huwa m'għandux japplika meta l-entità tal-ADR tkun tinkludi biss persuna fiżika.

2.   L-Istati Membri għandu jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR ikollhom stabbiliti l-proċeduri sabiex jiżguraw li f'każ taċ-ċirkostanzi imsemmija fil-paragrafu 1(e):

(a)

il-persuna fiżika kkonċernata tinbidel b’persuna fiżika oħra li tiġi fdata bit-tmexxija tal-proċedura tal-ADR; jew fin-nuqqas ta' dan

(b)

il-persuna fiżika kkonċernata tirrinunzja milli tmexxi l-proċedura tal-ADR u, fejn possibbli, l-entità tal-ADR tipproponi lill-partijiet biex jippreżentaw it-tilwima lil entità oħra tal-ADR li hi kompetenti biex tieħu ħsieb it-tilwima; jew fin-nuqqas ta' dan

(c)

iċ-ċirkostanzi huma żvelati lill-partijiet u l-persuna fiżika kkonċernata titħalla tkompli bil-proċedura tal-ADR fil-każ biss li l-partijiet ma oġġezzjonawx wara li ġew informati biċ-ċirkostanzi u d-dritt tagħhom li joġġezzjonaw.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 9(2).

Fejn l-entità tal-ADR hi magħmula biss minn persuna fiżika waħda, għandhom japplikaw biss il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

3.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu proċeduri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) bħala proċeduri tal-ADR taħt din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li, flimkien mar-rekwiżiti ġenerali stipulati fil-paragrafi 1 u 5, dawk il-proċeduri jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-persuni fiżiċi responsabbli mis-soluzzjoni għat-tilwim ikunu nnominati, jew jagħmlu parti, minn korp kolleġjali magħmul minn għadd ugwali ta' rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ta' rappreżentanti tan-negozjant u jiġu appuntati b'riżultat ta’ proċedura trasparenti;

(b)

il-persuni fiżiċi responsabbli mis-soluzzjoni għat-tilwim ikunu ngħataw mandat ta' mill-inqas tliet snin biex tkun żgurata l-indipendenza tal-azzjonijiet tagħhom;

(c)

il-persuni fiżiċi responsabbli mis-soluzzjoni tat-tilwim jintrabtu li ma jaħdmux għan-negozjant jew għal organizzazzjoni professjonali jew għal assoċjazzjoni kummerċjali li n-negozjant hu membru tagħha għal perijodu ta' tliet snin wara li l-pożizzjoni tagħhom fl-entità tas-soluzzjoni tat-tilwim tkun intemmet;

(d)

l-entità ta' soluzzjoni għat-tilwim ma jkollha l-ebda rabta ġerarkika jew funzjonali man-negozjant u tkun separata b'mod ċar mill-entitajiet operattivi tan-negozjant u jkollha baġit suffiċjenti għad-dispożizzjoni tagħha, li jkun separat mill-baġit ġenerali tan-negozjant, biex twettaq il-kompiti tagħha.

4.   Meta l-persuni fiżiċi responsabbli minn ADR huma impjegati jew imħallsa b’mod esklużiv minn organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni kummerċjali li n-negozjant huwa membru tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, flimkien mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5, ikollhom baġit separat u ddedikat għad-dispożizzjoni tagħhom li hu biżżejjed biex jaqdu l-kompiti tagħhom.

Dan il-paragrafu ma japplikax meta l-persuni fiżiċi kkonċernati jagħmlu parti minn korp kolleġjali magħmul minn numru ndaqs ta’ rappreżentanti ta'organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni kummerċjali li huma impjegati jew imħallsa minnha u ta’ organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR, li fihom il-persuni fiżiċi responsabbli mis-soluzzjoni għat-tilwim jifformaw parti minn korp kolleġġjali, jipprevedu għadd ugwali ta' rappreżentanti tal-interessi tal-konsumaturi u ta' rappreżentanti tal-interessi tan-negozjanti f'dak il-korp.

6.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-entitajiet tal-ADR biex jipprovdu taħriġ għall-persuni fiżiċi responsabbli għall-ADR. Jekk tali taħriġ huwa pprovdut, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-iskemi ta’ taħriġ stabbiliti mill-entitajiet tal-ADR, abbażi tal-informazzjoni mwassla lilhom f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 19(3).

Artikolu 7

Trasparenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk jintalbu dan, l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq is-siti web tagħhom, fuq mezz li jservi għal żmien twil u permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor li huma jqisu adatt, ċar u li jinftiehem faċilment, informazzjoni dwar:

(a)

dettalji ta' kuntatt tagħhom inkluż l-indirizz postali u dak elettroniku;

(b)

il-fatt li entitajiet ADR huma elenkati f’konformità mal-Artikolu 20(2);

(c)

il-persuni fiżiċi responsabbli għal ADR, il-metodu tal-ħatra tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom;

(d)

il-kompetenza esperta, l-imparzjalità u l-indipendenza tal-persuni fiżiċi responsabbli għal ADR, jekk ikunu impjegati jew imħallsa esklussivament min-negozjant;

(e)

l-adeżjoni tagħhom f'netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim transkonfinali, jekk ikun applikabbli;

(f)

it-tipi ta' tilwim li huma kompetenti jindirizzaw, inkluż kwalunkwe livell limitu jekk applikabbli;

(g)

ir-regoli ta' proċedura li jirregolaw is-soluzzjoni ta' tilwim u r-raġunijiet għaliex l-entità tal-ADR tista' tirrifjuta li tittratta tilwima speċifika f'konformità mal-Artikolu 5(4);

(h)

il-lingwi li bihom jistgħu jitressqu l-ilmenti lill-entità tal-ADR u li bihom titwettaq il-proċedura tal-ADR;

(i)

it-tipi ta' regoli li l-entità tal-ADR tista' tuża bħala bażi għas-soluzzjoni għat-tilwim (pereżempju dispożizzjonijiet legali, kunsiderazzjonijiet ta' ekwità, kodiċi ta' kondotta);

(j)

kwalunkwe rekwiżit preliminarju li l-partijiet jistgħu jkollhom jissodisfaw qabel ma tkun tista' tibda proċedura tal-ADR, inkluż ir-rekwiżit li jsir tentattiv mill-konsumatur biex jirrisolvi l-kwistjoni direttament man-negozjant;

(k)

jekk il-partijiet jistawx jirtiraw mill-proċedura jew le;

(l)

l-ispejjeż, jekk ikun hemm, li għandhom jiġġarrbu mill-partijiet, inklużi kwalunkwe regoli dwar l-aġġudikazzjoni tal-ispejjeż fl-aħħar tal-proċedura;

(m)

it-tul medju tal-proċedura tal-ADR;

(n)

l-effett legali tal-eżitu tal-proċedura tal-ADR, inklużi l-penalitajiet għal nonkonformità fil-każ ta’ deċiżjoni li jkollha effett vinkolanti fuq il-partijiet, jekk applikabbli;

(o)

l-infurzabbiltà tad-deċiżjoni tal-ADR, jekk relevanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli, jekk jintalbu dan, b'mod pubbliku fuq is-siti web tagħhom, fuq mezz li jservi għal żmien twil u bi kwalunkwe mezz ieħor li huma jqisu adatt, rapporti tal-attivitajiet annwali: Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja li tkun relatata ma' tilwim domestiku kif ukoll ma' dak transkonfinali:

(a)

l-għadd ta' tilwim li wasal u t-tipi ta' lmenti li kienu relatati magħhom;

(b)

kwalunkwe problema sistematika jew sinifikanti li sseħħ spiss u li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti, tali informazzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet dwar kif tali problemi jistgħu jiġu evitati jew solvuti fil-futur, sabiex jgħollu l-istandards tan-negozjanti u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki;

(c)

ir-rati ta’ tilwim li l-entità tal-ADR irrifjutat li tittratta u s-sehem f'perċentwali tat-tipi ta' raġunijiet għal rifjuti bħal dawn kif imsemmija fl-Artikolu 5(4);

(d)

fil-każ ta’ proċeduri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), is-sehem f'perċentwali ta' soluzzjonijiet li qed jiġu proposti jew imposti favur il-konsumatur, u favur in-negozjant, u ta' tilwim riżolt permezz ta' soluzzjoni amikevolit;

(e)

is-sehem f'perċentwali ta' proċeduri ta' ADR li ma tkomplewx u, jekk magħrufa, r-raġunijiet għalfejn ma tkomplewx;

(f)

iż-żmien medju meħud biex ġie solvut it-tilwim;

(g)

ir-rata ta' konformità, jekk tkun magħrufa, mal-eżiti tal-proċeduri tal-ADR;

(h)

il-kooperazzjoni bejn entitajiet tal-ADR fi ħdan netwerks tal- tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim transkonfinali, jekk applikabbli.

Artikolu 8

Effettività

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri tal-ADR ikunu effettivi u jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-proċedura tal-ADR tkun disponibbli u aċċessibbli faċilment online u offline għaż-żewġ partijiet irrispettivament mill-post fejn jinsabu;

(b)

il-partijiet ikollhom aċċess għall-proċedura mingħajr ma jkunu obbligati jżommu avukat jew konsulent legali iżda l-proċedura m’għandhiex iċċaħħad lill-partijiet mill-jedd għal parir indipendenti jew li jiġu rrappreżentati jew megħjuna minn parti terza fi kwalunkwe stadju tal-proċedura;

(c)

il-proċedura tal-ADR tkun bla ħlas jew disponibbli bi ħlas nominali għall-konsumaturi;

(d)

l-entità tal-ADR li tkun irċeviet ilment tinnotifika lill-partijiet għat-tilwima malli tkun irċeviet id-dokumenti kollha li jinkludu l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-ilment;

(e)

l-eżitu tal-proċeduri tal-ADR ikun disponibbli fi żmien perijodu ta' 90 jum kalendarju mid-data li fiha l-entità tal-ADR tkun irċeviet il-fajl komplut tal-ilment. F’każ ta’ tilwim kumpless ħafna, l-entità tal-ADR responsabbli tista’, għad-diskrezzjoni tagħha, testendi l-perijodu ta’ 90 jum kalendarju. Il-partijiet għandhom jiġu infurmati dwar kwalunkwe estensjoni ta’ dan il-perijodu u dwar it-tul ta’ żmien mistenni li ser ikun meħtieġ għall-konklużjoni tat-tilwima.

Artikolu 9

Ekwità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-proċeduri tal-ADR:

(a)

il-partijiet ikollhom il-possibbiltà, f’perijodu ta' żmien raġonevoli, li jesprimu l-opinjoni tagħhom, u jiġu provduti mill-entità tal-ADR bl-argumenti, l-evidenza, id-dokumenti u l-fatti mressqa mill-parti l-oħra, kwalunkwe dikjarazzjoni li ssir u opinjonijiet mogħtija mill-esperti, u jkunu jistgħu jikkummentaw dwarhom;

(b)

il-partijiet ikunu mgħarrfa li mhumiex obbligati jżommu avukat jew konsulent legali, iżda jistgħu jfittxu parir indipendenti jew ikunu rrappreżentati jew megħjuna minn parti terza fi kwalunkwe stadju tal-proċedura;

(c)

il-partijiet jiġu nnotifikati bl-eżitu tal-proċedura tal-ADR bil-miktub jew fuq mezz li jservi għal żmien twil, u jingħataw dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom ikun ibbażat dan l-eżitu.

2.   Fil-proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jipproponu soluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-partijiet għandhom il-possibbiltà li jirtiraw mill-proċedura fi kwalunkwe stadju jekk ma jkunux sodisfatti bil-prestazzjoni jew bl-operat tal-proċedura. Huma għandhom jiġu infurmati dwar dan id-dritt qabel ma tibda l-proċedura. Meta r-regoli nazzjonali jipprevedu l-parteċipazzjoni obbligatorja tan-negozjant fil-proċeduri tal-ADR, dan il-punt għandu japplika biss għall-konsumatur;

(b)

il-partijiet, qabel ma jaqblu jew isegwu soluzzjoni li tkun ġiet proposta, jiġu informati li:

(i)

huma għandhom l-għażla li jaqblu jew isegwu s-soluzzjoni proposta jew le;

(ii)

il-parteċipazzjoni fil-proċedura ma tipprekludix il-possibbiltà li wieħed ifittex rimedju permezz ta’ proċeduri tal-qorti;

(iii)

is-soluzzjoni proposta tista' tkun differenti minn eżitu determinat minn qorti li tapplika regoli legali;

(c)

il-partijiet, qabel ma jaqblu jew isegwu soluzzjoni proposta, jiġu informati dwar l-effett legali li jirriżulta jekk jaqblu ma' dik it-tali soluzzjoni proposta jew isegwuha;

(d)

il-partijiet, qabel ma jesprimu l-kunsens tagħhom għal soluzzjoni proposta jew qbil amikevoli, jingħataw perijodu raġonevoli ta' żmien biex jirriflettu.

3.   Fejn, f’konformità mal-liġi nazzjonali, il-proċeduri tal-ADR jipprovdu li l-eżitu jsir vinkolanti fuq in-negozjant ladarba l-konsumatur ikun aċċetta s-soluzzjoni proposta, l-Artikolu 9(2) għandu jinftiehem li japplika biss għall-konsumatur.

Artikolu 10

Libertà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qbil bejn konsumatur u negozjant biex jiġu ppreżentati lmenti lil entità tal-ADR mhux vinkolanti fuq il-konsumatur jekk ikun ġie konkluż qabel ma qam it-tilwim u jekk ikollu l-effett li jċaħħad lill-konsumatur mid-dritt tiegħu li jressaq azzjoni quddiem il-qrati għas-soluzzjoni tat-tilwim.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jimponu soluzzjoni, is-soluzzjoni imposta tista' tkun vinkolanti fuq il-partijiet biss jekk huma jkunu ġew informati bin-natura vinkolanti minn qabel u aċċettawha b'mod speċifiku. Aċċettazzjoni speċifika min-negozjant mhijiex mitluba jekk ir-regoli nazzjonali jipprevedu li s-soluzzjonijiet huma vinkolanti għan-negozjanti.

Artikolu 11

Legalità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jimponu soluzzjoni fuq il-konsumatur:

(a)

f'sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda konflitt tal-liġijiet, is-soluzzjoni imposta ma għandiex tirriżulta fil-privazzjoni għall-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati bi qbil bis-saħħa tal-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur u n-negozjant huma abitwalment residenti;

(b)

f'sitwazzjoni li tinvolvi konflitt tal-liġijiet, meta l-liġi applikabbli għal kuntratt ta' bejgħ jew servizzi tiġi determinata f'konformità mal-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, is-soluzzjoni imposta mill-entità tal-ADR ma għandhiex tirriżulta fil-privazzjoni għall-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati bi qbil bis-saħħa tal-liġi tal-Istat Membru li fih huwa abitwalment residenti;

(c)

F'sitwazzjoni li tinvolvi konflitt tal-liġijiet, meta l-liġi applikabbli għal kuntratt ta' bejgħ jew servizzi tiġi determinata f'konformità mal-Artikolu 5(1) sa (3) tal-Konvenzjoni ta' Ruma tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, is-soluzzjoni imposta mill-entità tal-ADR ma għandhiex tirriżulta fil-privazzjoni għall-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mir-regoli obbligatorji tal-liġi tal-Istat Membru li fih huwa abitwalment residenti.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-“residenza abitwali” għandha tiġi determinata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 593/2008.

Artikolu 12

L-effett ta’ proċeduri tal-ADR fuq perijodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li, f’tentattiv li jsolvu tilwima, jirrikorru għall-proċeduri ta' ADR li l-eżitu tagħhom ma jkunx vinkolanti, sussegwentement ma jiġux imċaħħda milli jibdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ dik it-tilwima bħala riżultat tal-iskadenza tal-perijodi ta' limitazzjoni jew ta' preskrizzjoni matul il-proċedura tal-ADR.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni jew il-preskrizzjoni inklużi fi ftehimiet internazzjonali li l-Istati Membri huma parti għalihom.

KAPITOLU III

INFORMAZZJONI U KOOPERAZZJONI

Artikolu 13

Informazzjoni lill-konsumaturi min-negozjanti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti stabbiliti fit-territorji tagħhom jinformaw lill-konsumaturi dwar l-entità tal-ADR jew l-entitajiet tal-ADR li bihom dawk il-kummerċjanti huma koperti, meta dawk in-negozjanti jimpenjaw ruħhom jew sabiex ikunu obbligati li jużaw dawk l-entitajiet għas-soluzzjoni ta' tilwim mal-konsumaturi. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-indirizz tas-sit elettroniku tal-entità tal-ADR jew tal-entitajiet tal-ADR rilevanti.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata b'mod ċar, li jinftiehem u li jkun faċilment aċċessibbli fis-sit elettroniku tan-negozjanti, jekk dan ikun jeżisti u, jekk applikabbli, fit-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta' bejgħ jew servizzi bejn in-negozjant u konsumatur.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'każijiet meta tilwima bejn konsumatur u negozjant stabbilit fit-territorju tagħhom ma setgħetx tissolva b'segwitu għal ilment ippreżentat direttament mill-konsumatur lin-negozjant, in-negozjant jipprovdi l-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u jispeċifika jekk hux ser jagħmel użu mill-entitajiet tal-ADR rilevanti biex tissolva t- tilwima. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil.

Artikolu 14

Assistenza għall-konsumaturi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta' tilwim li jirriżulta minn kuntratti bejgħ jew servizzi transkonfinali, il-konsumaturi jistgħu jiksbu assistenza biex jiksbu aċċess għall-entità tal-ADR li tiffunzjona fi Stat Membru ieħor li hija kompetenti biex tittratta t-tilwim transkonfinali tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkonferixxu r-responsabbiltà tal-kompitu msemmi fil-paragrafu 1 fuq iċ-ċentri tagħhom tan-Netwerk ta' Ċentri Ewropej tal-Konsumatur, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jew kwalunkwe korp ieħor.

Artikolu 15

Informazzjoni ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR, iċ-ċentri tan-Netwerk ta' Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi u, fejn adatt, il-korpi maħtura f'konformità mal-Artikolu 14(2), jagħmlu disponibbli pubblikament fis-siti elettroniċi tagħhom billi jipprovdu link għas-sit elettroniku tal-Kummissjoni, u kull meta possibbli fuq mezz li jservi għal żmien twil fil-bini tagħhom, il-lista tal-entitajiet tal-ADR imsemmijin fl-Artikolu 20(4).

2.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u lill-assoċjazzjonijiet tan-negozji rilevanti biex jagħmlu pubblikament disponibbli fis-siti elettroniċi tagħhom u, bi kwalunkwe mezz ieħor li huma jqisu adatt, il-lista tal-entitajiet tal-ADR imsemmija fl-Artikolu 20(4).

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid adatt ta' informazzjoni dwar kif il-konsumaturi jistgħu jaċċeddu l-proċeduri tal-ADR għas-soluzzjoni ta' tilwim kopert minn din id-Direttiva.

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri akkumpanjanti biex jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u lill-organizzazzjonijiet professjonali, fil-livell ta' Unjoni u dak nazzjonali, biex iqajmu kuxjenza dwar l-entitajiet tal-ADR u l-proċeduri tagħhom u jippromwovu l-utilizzazzjoni tal-ADR minn professjonijist u konsumaturi. Dawk il-korpi għandhom jiġu wkoll inkoraġġuti jipprovdu lill-konsumaturi informazzjoni dwar l-entitajiet kompetenti tal-ADR meta jirċievu lmenti mingħand konsumaturi.

Artikolu 16

Kooperazzjoni u skambji dwar l-esperjenza bejn l-entitajiet tal-ADR

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali u jwettqu skambji regolari ta' prattiċi tajba fir-rigward tas-soluzzjoni ta’ tilwimiet sew transkonfinali kif ukoll domestiċi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tiffaċilita n-netwerking tal-entitajiet nazzjonali tal-ADR u l-iskambju u t-tixrid tal-prattiċi tajba u l-esperjenzi tagħhom.

3.   Meta jkun jeżisti netwerk ta' entitajiet tal-ADR li jiffaċilita s-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali f'qasam speċifiku għas-settur fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-entitajiet tal-ADR li jittrattaw tilwim f'dak il-qasam biex isiru membri ta' dak in-netwerk.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li jkun fiha l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tan-netwerks imsemmija fil-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, taġġorna din il-lista.

Artikolu 17

Kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-ADR u l-awtoritajiet nazzjonali li jinfurzaw l-atti legali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-ADR u l-awtoritajiet nazzjonali li jkollhom il-kompitu li jinfurzaw l-atti legali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

2.   B'mod partikolari, din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni dwar il-prattiki f'setturi speċifiċi tan-negozju li dwarhom il-konsumaturi jkunu ressqu lmenti b'mod ripetut. Għandha tinkludi wkoll il-provvista ta' valutazzjoni u informazzjoni teknika minn dawn l-awtoritajiet nazzjonali lill-entitajiet tal-ADR fejn tali valutazzjoni jew informazzjoni tkun meħtieġa għall-ġestjoni ta' tilwim individwali u tkun diġà disponibbli.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 jikkonformaw mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

4.   Dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar segretezza professjonali u kummerċjali li japplikaw għall-awtoritajiet nazzjonali li jinfurzaw l-atti legali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. L-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu soġġetti għar-regoli ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġizlazzjoni tal-Istati Membri fejn huma jkunu stabbiliti.

KAPITOLU IV

IR-RWOL TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI U TAL-KUMMISSJONI

Artikolu 18

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti li għandha twettaq il-funzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 19 u 20. Kull Stat Membru jista' jaħtar aktar minn awtorità kompetenti waħda. Jekk Stat Membru jagħmel dan, huwa għandu jiddetermina liema mill-awtoritajiet kompetenti maħtura għandha tkun il-punt uniku ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-awtorità kompetenti jew, fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-punt uniku ta' kuntatt li huwa jkun ħatar.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-awtoritajiet kompetenti inkluż, fejn adatt, il-punt uniku ta' kuntatt ikkomunikat lilha f'konformità mal-paragrafu 1, u tippubblika dik il-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti mill-entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim stabbiliti fit-territorji tagħhom, li biħsiebhom jikkwalifikaw bħala entitajiet tal-ADR skont din id-Direttiva u jkunu elenkati f'konformità mal-Artikolu 20(2), jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan li ġej:

(a)

isimhom, id-dettalji ta' kuntatt u l-indirizz tas-sit elettroniku tagħhom;

(b)

informazzjoni dwar l-istruttura u l-finanzjament tagħhom, inkluża informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi inkarigati mis-soluzzjoni tat-tilwim, il-finanzjament, ir-rimunerazzjoni, il-mandat tagħhom u ma' min huma impjegati;

(c)

ir-regoli ta' proċedura tagħhom;

(d)

it-tariffi tagħhom, jekk applikabbli;

(e)

it-tul medju tal-proċeduri tas-soluzzjoni tat-tilwim;

(f)

il-lingwa jew lingwi li bihom jistgħu jitressqu lmenti u li bihom titwettaq il-proċedura tas-soluzzjoni tat-tilwim;

(g)

dikjarazzjoni dwar it-tipi ta' tilwim kopert mill-proċedura tas-soluzzjoni tat-tilwim;

(h)

ir-raġunijiet li għalihom l-entità tas-soluzzjoni għat-tilwim tista' tirrifjuta li tittratta tilwima partikolari f'konformità mal-Artikolu 5(4);

(i)

stqarrija motivata dwar jekk l-entità tikkwalifikax bħala entità tal-ADR li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tikkonformax mar-rekwiżiti ta' kwalità stabbiliti fil-Kapitolu II.

Fil-każ ta' tibdil fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa ( h ), l-entitajiet tal-ADR għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed b'dan it-tibdil.

2.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu proċeduri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR li japplikaw dawn il-proċeduri jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti, flimkien mal-informazzjoni u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' indipendenza u trasparenza kif stabbiliti fl-Artikolu 6(3).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sentejn informazzjoni dwar:

(a)

l-għadd ta' tilwim li wasal u t-tipi ta' lmenti li kienu relatati magħhom;

(b)

Is-sehem f'perċentwali ta' proċeduri tal-ADR li ma tkomplewx qabel ma' waslu għal riżultat;

(c)

iż-żmien medju meħtieġ biex jiġi solvut it-tilwim li wasal;

(d)

ir-rata ta' konformità, jekk tkun magħrufa, mal-eżiti tal-proċeduri tal-ADR;

(e)

kwalunkwe problema sistematika jew sinifikanti li sseħħ spiss u li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. L-informazzjoni kkomunikata f’dan ir-rigward tista’ tkun akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet dwar kif tali problemi jistgħu jiġu evitati jew solvuti fil-futur;

(f)

fejn applikabbli, valutazzjoni tal-effettività tal-kooperazzjoni tagħhom fin-netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni għal tilwim transkonfinali;

(g)

fejn applikabbli, it-taħriġ ipprovdut lil persuni fiżiċi responsabbli mill-ADR f'konformità mal-Artikolu 6(6);

(h)

valutazzjoni tal-effettività tal-proċedura tal-ADR offruta mill-entità u ta' modi possibbli ta' kif tista' titjieb il-prestazzjoni tagħha.

Artikolu 20

Ir-rwol tal-awtoritajiet kompetenti u tal-Kummissjoni

1.   Kull awtorità kompetenti għandha tivvaluta, b'mod partikolari, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet f'konformità mal-Artikolu 19(1), jekk l-entitajiet tas-soluzzjoni għat-tilwim innotifikati lilha jikkwalifikawx bħala entitajiet tal-ADR li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II u fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentawha, inkluż dispożizzjonijiet nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

2.   Kull awtorità kompetenti għandha, fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, telenka l-entitajiet tal-ADR kollha li jkunu ġew innotifikati lilha u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Dik il-lista għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem, id-dettalji ta' kuntatt u l-indirizz tal-website ta' l-entitajiet tal-ADR imsemmija fl-ewwel subparagrafu;

(b)

it-tariffi tagħhom, jekk applikabbli;

(c)

il-lingwa jew il-lingwi li bihom jistgħu jitressqu l-ilmenti u li bihom titwettaq il-proċedura tal-ADR;

(d)

tipi ta' tilwim koperti mill-proċedura tal-ADR;

(e)

is-setturi u l-kategoriji ta' tilwim koperti minn kull entità tal-ADR;

(f)

il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk applikabbli, inkluża stqarrija mill-entità tal-ADR dwar jekk il-proċedura tal-ADR issirx jew tistax issir bħala proċedura orali jew bil-miktub;

(g)

in-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tal-eżitu tal-proċedura; u

(h)

ir-raġunijiet li għalihom l-entità tal-ADR tista' tirrifjuta li tittratta tilwima speċifika f'konformità mal-Artikolu 5(4).

Kull awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni l-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), dik il-lista għandha tiġi aġġornata mingħajr dewmien żejjed u l-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bl-informazzjoni rilevanti.

Jekk entità tas-soluzzjoni tat-tilwim elenkata bħala entità tal-ADR skont din id-Direttiva ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkuntattja l-entità tas-soluzzjoni tat-tilwim, tiddikjara r-rekwiżiti li l-entità tas-soluzzjoni tat-tilwim ma jirnexxilhiex tirrispetta u titlobha tiżgura konformità minnufih. Jekk wara perijodu ta' tliet xhur l-entità tas-soluzzjoni tat-tilwim tibqa' ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tneħħi lill-entità tas-soluzzjoni tat-tilwim mil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata mingħajr dewmien żejjed u l-Kummissjoni għandha tiġi avżata bl-informazzjoni rilevanti.

3.   Jekk Stat Membru jkun ħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda, il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata dwar il-lista u l-aġġornamenti tagħha msemmijin fil-paragrafu 2 mill-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 18(1). Dik il-lista u dawk l-aġġornamenti għandhom ikunu relatati mal-entitajiet tal-ADR kollha stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-entitajiet tal-ADR li ġew notifikati lilha f'konformità mal-paragrafu 2 u taġġorna dik il-lista kull meta l-Kummissjoni tiġi nnotifikata b'xi tibdil. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika dik il-lista u l-aġġornamenti tagħha fuq is-sit elettroniku tagħha u fuq mezz li jservi fit-tul. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik il-lista u l-aġġornamenti tagħha lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Istati Membri. Meta Stat Membru jkun ħatar punt uniku ta' kuntatt skont l-Artikolu 18(1), il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista u l-aġġornamenti tagħha lill-punt uniku ta' kuntatt.

5.   Kull awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli pubblikament il-lista konsolidata tal-entitajiet tal-ADR imsemmija fil-paragrafu 4 fis-sit elettroniku tagħha billi tipprovdi link għas-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, kull awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli pubblikament dik il-lista konsolidata f'mezz li jservi fit-tul.

6.   Sa 9 ta' Lulju 2018 u kull erba' snin wara dan, kull awtorità kompetenti għandha tippubblika u tibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. Dak ir-rapport għandu, b'mod partikolari:

(a)

jidentifika l-aħjar prassi tal-entitajiet tal-ADR;

(b)

jindika n-nuqqasijiet, bl-appoġġ tal-istatistika, li jxekklu l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR kemm għal tilwim domestiku kif ukoll għal dak transkonfinali, fejn adatt;

(c)

jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq kif jista' jittejjeb il-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-entitajiet tal-ADR, fejn xieraq.

7.   Jekk Stat Membru jkun ħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda skont l-Artikolu 18(1), ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat mill-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 18(1). Dak ir-rapport għandu jkun relatat mal-entitajiet tal-ADR kollha stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati b'mod partikolari skont l-Artikolu 13 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 22

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu jiżdied il-punt li ġej:

“20.

Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 21 ta' Mejju 2013 dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għat-tilwim tal-konsumaturi (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63): l-Artikolu 13.”

Artikolu 23

Emenda għad-Direttiva 2009/22/KE

Fl-Anness I tad-Direttiva 2009/22/KE, jinżied il-punt li ġej:

“14.

Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 21 ta' Mejju 2013 dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63): l-Artikolu 13.”

Artikolu 24

Komunikazzjoni

1.   Sad-9 ta' Lulju 2015 l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a)

fejn adatt, l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-korpi maħtura f'konformità mal-Artikolu 14(2); u

(b)

l-awtoritajiet kompetenti inkluż, fejn xieraq, il-punt uniku ta' kuntatt, maħtur skont l-Artikolu 18(1).

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sussegwenti f'din l-informazzjoni.

2.   Sad-9 ta' Jannar 2016, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ewwel lista msemmija fl-Artikolu 20(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

Artikolu 25

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa 9 ta' Lulju 2015. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 26

Rapport

Sa 9 ta' Lulju 2019, u kull erba' snin wara dak, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jqis l-iżvilupp u l-użu ta' entitajiet tal-ADR u l-impatt ta' din id-Direttiva fuq il-konsumaturi u n-negozjanti, b'mod partikolari fuq l-għarfien tal-konsumaturi u l-livell ta' adozzjoni min-negozjanti. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal emendi ta' din id-Direttiva.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 93.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013

(3)  ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.

(4)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 56.

(5)  Ara paġna 1ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

(7)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.

(8)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(9)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6

(10)  ĠU L 266, 9.10.1980, p. 1.

(11)  ĠU L 136, 2.6.2010, p. 1.

(12)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(13)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30.

(14)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(15)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(16)  ĠU C 136, 11.5.2012, p. 1.


DEĊIŻJONIJIET

18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/80


DEĊIŻJONI Nru 529/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Mejju 2013

dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (is-settur tal-“LULUCF”) fl-Unjoni huwa bir nett li jneħħi mill-atmosfera ammont ta' gassijiet serra li huwa ekwivalenti għal sehem sinifikanti mill-emissjonijiet totali tal-Unjoni ta' gassijiet serra. L-attivitajiet LULUCF jikkawżaw emissjonijiet u assorbimenti antropoġeniċi tal-gassijiet serra b'konsegwenza tal-bidliet fil-kwantità ta' karbonju maħżun fil-veġetazzjoni u fil-ħamrija, kif ukoll emissjonijiet ta' gassijiet serra mhux ta' CO2. L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mis-settur tal-LULUCF ma jgħoddux għall-miri tal-Unjoni għall-2020 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'20 % skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (3) u d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (4), għalkemm jgħoddu parzjalment għall-impenji kkwantifikati tal-Unjoni għal-limitazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ta' Kjoto (“il-Protokoll ta' Kjoto”) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“UNFCCC”), li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (5).

(2)

Fil-kuntest ta' bidla għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, l-użu kollu tal-art għandu jiġi kkunsidrat b'mod olistiku u s-settur tal-LULUCF għandu jiġi indirizzat fi ħdan il-politika tal-Unjoni dwar il-klima.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tesiġi li l-Kummissjoni tivvaluta l-modalitajiet biex tinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-LULUCF fl-impenn tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur u tipprovdi għal monitoraġġ u kontabilità preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rilevanti. Din id-Deċiżjoni għandha, għalhekk, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi r-regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-assorbiment mis-settur tal-LULUCF u b'hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' politika lejn l-inklużjoni tas-settur LULUCF fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, skont il-każ, waqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni varji tal-Unjoni, inkluż fost oħrajn il-pajjiżi b'ħafna foresti. Sadanittant, sabiex jiġu żgurati l-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju, din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi wkoll is-sottomissjoni ta' informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-azzjonijiet tagħhom fis-settur tal-LULUCF biex l-emissjonijiet jiġu limitati jew imnaqqsa u biex l-assorbimenti jinżammu jew jiżdiedu, mis-settur tal-LULUCF.

(4)

Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabilità u fil-provvediment ta' informazzjoni dwar l-azzjonijiet tagħhom fis-settur tal-LULUCF. Din ma għandha tistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabilità jew ta' rapportar għal partijiet privati.

(5)

Id-Deċiżjoni 16/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, adottata mill-11-il Konferenza tal-Partijiet tal-laqgħa tal-UNFCCC li saret f'Montreal f'Diċembru 2005, u d-Deċiżjoni 2/CMP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto adottata mis-17-il Konferenza tal-Partijiet tal-laqgħa tal-UNFCCC li saret f'Durban f'Diċembru 2011, jistabbilixxu regoli ta' kontabilità għas-settur tal-LULUCF bħala tieni perijodu ta' impenn taħt il-Protokoll ta' Kjoto. Din id-Deċiżjoni għandha tkun għal kollox konsistenti ma' dawk id-Deċiżjonijiet sabiex tiġi żgurata koerenza bejn ir-regoli interni tal-Unjoni u d-definizzjonijiet, il-modalitajiet, ir-regoli u l-linji gwida maqbula fi ħdan l-UNFCCC sabiex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta' rapportar nazzjonali. Din id-Deċiżjoni għandha tirrifletti wkoll il-partikolaritajiet tas-settur tal-LULUCF tal-Unjoni u l-obbligi li joħorġu mill-Unjoni bħala Parti separata għall-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto.

(6)

Ir-regoli tal-kontabilità li japplikaw għas-settur LULUCF tal-Unjoni m'għandhomx joħolqu piż amministrattiv addizzjonali. Għaldaqstant, m'għandux ikun hemm obbligu li fir-rapporti mressqa skont dawk ir-regoli tkun inkluża informazzjoni li mhix meħtieġa skont id-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC u l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto.

(7)

Is-settur tal-LULUCF jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-istokkijiet tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan b'mod partikolari li jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, huma essenzjali l-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju.

(8)

Ir-regoli tal-kontabilità tas-settur tal-LULUCF għandhom jirriflettu l-isforzi li jkunu saru fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija biex jissaħħaħ il-kontribut tal-bidliet li jkunu saru fl-użu tar-riżorsi tal-art għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi mandatorja għall-attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni, deforestazzjoni u ġestjoni tal-foresti, kif ukoll għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-imriegħi u tal-ġestjoni tar-raba', soġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi bil-ħsieb li jitjiebu s-sistemi ta' rapportar u ta' kontabilità tal-Istati Membri matul l-ewwel perijodu kontabilistiku. Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi wkoll regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi volontarja għall-attivitajiet ta' riveġetazzjoni u tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tissimplifika u ttejjeb ir-riżultati tad-databases tal-Unjoni (Eurostat-Lucas, EEA — Corine Land Cover eċċ.) li jittrattaw informazzjoni rilevanti, bil-ħsieb li tingħata assistenza lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' kontabilità, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tar-raba' u tal-ġestjoni tal-imriegħi u, fejn disponibbli, għall-kontabilità volontarja ta' riveġetazzjoni u tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra.

(9)

Biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tar-regoli tal-kontabilità applikabbli għas-settur tal-LULUCF tal-Unjoni, dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-kontabilità stipulati fid-Deċiżjoni 2/CMP.7, fid-Deċiżjoni 2/CMP.6 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, adottata mis-16-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC imlaqqa' f'Kankun f'Diċembru 2010 u d-Deċiżjoni 16/CMP.1. L-Istati Membri għandhom iħejju u jżommu l-kontijiet tagħhom u jiżguraw il-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-informazzjoni rilevanti użata fl-istima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF f'konformità mal-gwida prevista fil-Linji Gwida rilevanti tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, inkluż dwar metodoloġiji kontabilistiċi għal emissjonijiet ta' gassijiet mhux serra ta' CO2 adottati fil-qafas tal-UNFCCC.

(10)

Regoli kontabilistiċi bbażati fuq id-Deċiżjoniijiet 2/CMP.7 u 16/CMP.1 ma jippermettux il-kontabilità tal-effett tas-sostituzzjoni tal-użu ta' prodotti tal-injam maħsud għall-finijiet tal-enerġija u tal-materjal, peress li dan iwassal għal kontabilità doppja. Madankollu, użu bħal dan jista' jagħti kontribut importanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għalhekk l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-LULUCF ipprovduta mill-Istati Membri tista' tinkludi miżuri biex materjal li jiġġenera gassijiet serra b'mod intensiv u ħażniet li jikkonsmaw l-enerġija jiġu sostitwiti bil-bijomassa. Dak iżid il-koerenza tal-politika.

(11)

Hemm il-ħtieġa ta' investimenti adatti biex tingħata bażi solida għat-tfassil futur ta' politika u l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-art fl-Unjoni. Biex ikun żgurat li dawn l-investimenti jistgħu jiġu prijoritizzati f'kategoriji ewlenin, l-Istati Membri għandhom inizjalment jitħallew jeskludu ċerti raggruppamenti tal-karbonju mill-kontabilità. Madankollu, għall-perijodu fit-tul, għandha tiġi segwita attitudni lejn kontabilità settorjali aktar komprensiva li tinkludi l-art, ir-raggruppamenti u l-gassijiet kollha.

(12)

Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jiżguraw li l-kontijiet jirriflettu b'mod preċiż il-bidliet ikkawżati mill-bniedem fl-emissjonijiet u l-assorbimenti. F'dak ir-rigward, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għall-użu ta' metodoloġiji speċifiċi skont l-attivitajiet differenti tas-settur tal-LULUCF. L-emissjonijiet u l-assorbimenti relatati mal-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni huma r-riżultat ta' konverżjoni diretta ta' art mill-bniedem u għalhekk għandhom jiġu kkontabilizzati b'mod kumplessiv. L-emissjonijiet u l-assorbimenti relatati mal-ġestjoni tal-imriegħi, il-ġestjoni tar-raba', ir-riveġetazzjoni u tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra huma meqjusa kollha billi tiġi applikata sena bażi għall-kalkolu ta' bidliet fl-emissjonijiet u l-assobimenti. Madankollu, l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-ġestjoni tal-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Minflok, ir-regoli kontabilistiċi rilevanti għall-kalkolu tat-tibdil fl-emissjonijiet u l-assorbimenti għandhom jipprevedu l-użu ta' livelli referenzjali biex jeskludu l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Il-livelli referenzjali huma stimi tal-emissjonijiet jew tal-assorbimenti netti annwali li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-foresti fit-territorju ta' Stat Membru għas-snin inklużi f'kull perijodu kontabilistiku, u għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti skont id-Deċiżjonijiet 2/CMP.6 u 2/CMP.7. Il-livelli referenzjali msemmija f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu identiċi għal dawk approvati permezz tal-proċessi tal-UNFCCC. Jekk titjib fil-metodoloġiji jew fid-data relatati mal-istabbiliment tal-livell referenzjali jsiru disponibbli għal Stat Membru, l-Istat Membru għandu jwettaq il-korrezzjonijiet tekniċi adatti biex ikun inkluż l-impatt tar-rikalkolazzjonijiet fil-kontabilità għall-ġestjoni tal-foresti.

Ir-regoli kontabilistiċi għandhom jipprevedu limitu massimu applikabbli għall-assorbimenti netti għall-ġestjoni tal-foresti li jistgħu jiddaħħlu fil-kontijiet. F'każ ta' żviluppi fir-regoli kontabilistiċi għal attivitajiet tal-foresti fil-kuntest tal-proċessi internazzjonali rilevanti, għandu jiġi kkunsidrat l-aġġornament tar-regoli kontabilistiċi għall-attivitajiet tal-foresti f'din id-Deċiżjoni sabiex tkun żgurata konsistenza ma' dawk l-iżviluppi.

(13)

Ir-regoli kontabilistiċi għandhom jirriflettu b'mod xieraq fuq il-kontribut pożittiv għal ħażna ta' gassijiet serra fl-injam u fi prodotti bbażati fuq l-injam, kif ukoll jagħtu kontribut fiż-żieda tal-użu tar-riżorsi tal-foresti fil-qafas tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u fiż-żieda tal-użu ta' prodotti tal-injam.

(14)

Skont il-Kapitolu 4.1.1 tal-Prattiki Tajbin għas-Settur tal-IPCC tal-Użu tal-Art, tat-Tibdil fl-Użu tal-Art u tal-Forestrija, hija prattika tajba li l-pajjiżi jispeċifikaw il-wisa' minima li ser japplikaw biex jiddefinixxu foresta u unitajiet ta' art soġġetti għal attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni u deforestazzjoni flimkien mal-erja minima ta' foresta. Għandha tkun żgurata l-konsistenza bejn id-definizzjoni użata minn kull Stat Membru fir-rapportar taħt l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto u din id-Deċiżjoni.

(15)

Ir-regoli kontabilistiċi għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad applikabbli għall-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud għandha, għalhekk, tikkorrispondi għall-ekwazzjoni 12.1 tal-Linji Gwida tal-2006 tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u l-valuri standard rilevanti ta' nofs il-ħajja għandhom ikunu bbażati fuq it-Tabella 3a.1.3 tal-Gwida tal-IPCC tal-2003 għal Prattiki Tajbin għas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. Minflok, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jużaw metodoloġiji speċifiċi għall-pajjiż u valuri ta' nofs il-ħajja, dment li dawn ikunu konformi mal-Linji Gwida l-aktar reċenti tal-IPCC.

(16)

Peress li l-varjazzjonijiet interannwali fl-emissjonijiet u fl-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw minn attivitajiet agrikoli huma ferm iżgħar minn dawk relatati ma' attivitajiet tal-foresti, l-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra mill-attivitajiet tal-ġestjoni tar-raba' u l-ġestjoni tal-imriegħi relattivi għas-sena jew perijodu bażi tagħha.

(17)

L-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra joħolqu emissjonijiet minn artijiet tal-peat li jaħżnu ammonti kbar ħafna tal-karbonju. Emissjonijiet minn artijiet tal-peat li qed jiddegradaw u jixxottaw jikkorrispondu għal madwar 5 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra globali u rrappreżentaw bejn 3,5 u 4 % tal-emissjonijiet tal-Unjoni fl-2010. Għalhekk, hekk kif jiġu maqbula internazzjonalment linji gwida rilevanti tal-IPCC, l-Unjoni għandha tistinka biex tavvanza l-kwistjoni fil-livell internazzjonali bil-ħsieb li jintlaħaq qbil fi ħdan il-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto dwar l-obbligu li jitħejjew u jinżammu kontijiet annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn attivitajiet li jaqgħu fil-kategoriji tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra u bil-ħsieb li dan l-obbligu jiġi inkluż. fil-ftehim dwar il-klima globali li għandu jiġi konkluż mhux aktar tard mill-2015.

(18)

Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu s-siġar, din id-Deċiżjoni għandha tiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni għandha tagħti lill-Istati Membri b'possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi fl-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u l-ġestjoni tal-foresti li ma jkollhomx kontroll fuqhom permezz tal-użu ta' livelli u marġini ta' sfond skont id-Deċiżjoni 2/CMP.7. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva tal-emissjonijiet.

(19)

Ir-regoli tar-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dwar informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni dwar is-settur tal-LULUCF, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (6), u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' dawk ir-regoli ta' monitoraġġ u ta' rapportar fid-dawl tal-obbligi kontabilistiċi tagħhom stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(20)

L-ikkompletar tal-kontijiet tal-LULUCF fuq bażi annwali tagħmel lil dawk il-kontijiet impreċiżi u inaffidabbli minħabba l-varjazzjonijiet minn sena għall-oħra fl-emissjonijiet u fl-assorbimenti, il-ħtieġa frekwenti li ċerta data rrapportata terġa' tiġi kkalkulata mill-ġdid u ż-żmien twil meħtieġ biex il-prattiki ta' ġestjoni mibdula fl-agrikoltura u fil-forestrija jkollhom effett fuq il-kwantità ta' karbonju maħżun fil-veġetazzjoni u fil-ħamrija. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tipprevedi kontabilità fuq bażi ta' perijodu itwal.

(21)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-azzjonijiet tagħhom attwali u futuri għas-settur tal-LULUCF, u jistabbilixxu miżuri nazzjonali adatti biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċerti elementi kif speċifikat f'din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, biex jiġu promossi l-aqwa prattiki u sinerġiji ma' politiki u miżuri oħrajn relatati mal-foresti u l-agrikoltura, għandha tiġi stabbilita f'Anness għal din id-Deċiżjoni lista indikattiva tal-miżuri li jistgħu jiġu inklużi wkoll fl-informazzjoni pprovduta. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi gwida biex ikun iffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni komparabbli.

(22)

Meta jkunu qed ifasslu jew jimplimentaw l-azzjonijiet tagħhom tal-LULUCF, l-Istati Membri jistgħu, fejn adatt, jeżaminaw jekk hemmx opportunitajiet biex jiġu promossi l-investimenti agrikoli.

(23)

Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex taġġorna d-definizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni f'konformità mat-tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom; biex jiġi emendat l-Anness I sabiex jiżdiedu jew jiġu emendati l-perijodi kontabilistiċi sabiex ikun żgurat li dawk il-perijodi jikkorrispondu mal-perijodi rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom, u huma konsistenti mal-perijodi kontabilistiċi adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom li huma applikabbli għall-impenji tal-Unjoni ta' tnaqqis f'emissjonijiet f'setturi oħrajn; biex temenda l-Anness II b'livelli referenzjali aġġornati skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni; biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont it-tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom; biex temenda l-Anness V skont it-tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom; u biex tirrevedi r-rekwiżiti ta' informazzjoni relatati mar-regoli kontabilistiċi għal disturbi naturali stabbiliti f'din id-Deċiżjoni biex jirriflettu r-reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(24)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-istabbiliment tar-regoli kontabilistiċi applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-LULUCF u l-għoti ta' informazzjoni minn Stati Membri dwar l-azzjonijiet tal-LULUCF ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba n-natura tagħhom, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Meta tagħmel dan, l-Unjoni għandha tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika dwar il-foresti. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli kontabilistiċi applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta' gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF), bħala l-ewwel pass lejn l-inklużjoni ta' dawk l-attivitajiet fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, fejn adatt. Hija tistipula l-obbligu għall-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni dwar l-azzjonijiet tagħhom għas-settur tal-LULUCF biex jiġu limitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet u biex jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“emissjonijiet” tfisser l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra fl-atmosfera minn sorsi;

(b)

“assorbimenti” tfisser l-assorbimenti antropoġeniċi ta' gassijiet serra mill-atmosfera mill-bjar;

(c)

“afforestazzjoni” tfisser il-konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' art li ma kinitx foresta għal perijodu ta' mill-anqas 50 sena għal foresta permezz tat-taħwil, taż-żrigħ u/jew tal-promozzjoni, li tirriżulta minn azzjoni tal-bniedem, ta' sorsi naturali taż-żrieragħ, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-31 ta' Diċembru 1989;

(d)

“riforestazzjoni” tfisser kwalunkwe konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' art li mhijiex foresta għal foresta permezz tat-taħwil, taż-żrigħ u/jew tal-promozzjoni ta' sorsi naturali taż-żrieragħ, li tirriżulta minn azzjoni tal-bniedem, li hi limitata għal art li kienet foresta, iżda li mbagħad ma baqgħetx aktar foresta qabel l-1 ta' Jannar 1990, u li l-konverżjoni mill-ġdid tkun seħħet fil-perijodu wara l-31 ta' Diċembru 1989;

(e)

“deforestazzjoni” tfisser il-konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' foresta għal art li mhijiex foresta, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-31 ta' Diċembru 1989;

(f)

“ġestjoni tal-foresti” tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn sistema ta' prattiki applikabbli għal foresta li tinfluwenza l-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi jew soċjali tal-foresta;

(g)

“ġestjoni tar-raba'” tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn sistema ta' prattiki applikabbli għall-art li fuqha jitkabbru l-uċuħ agrikoli u għal art li tkun twarrbet jew li temporanjament ma tkunx qed tintuża għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba';

(h)

“ġestjoni tal-imriegħi” tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn sistema ta' prattiki applikabbli għall-art użata għat-trobbija tal-bhejjem u li jkollha l-għan li tikkontrolla jew li tinfluwenza l-kwantità u t-tip ta' veġetazzjoni prodotta u ta' bhejjem imrobbija;

(i)

“riveġetazzjoni” tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem maħsuba biex tiżdied il-ħażna tal-karbonju ta' kwalunkwe sit li jkopri żona minima ta' 0,05 ettari, permezz tal-proliferazzjoni tal-veġetazzjoni, fejn dik l-attività ma tkunx tikkostitwixxi afforestazzjoni jew riforestazzjoni;

(j)

“ħażna tal-karbonju” tfisser il-massa ta' karbonju maħżun f'raggruppament tal-karbonju;

(k)

“ixxottar u tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra” tfisser kwalunkwe attività li tirriżulta minn sistema għall-ixxottar jew għat-tixrib mill-ġdid ta' art li tkun ġiet ixxuttata u/jew imxarrba mill-ġdid wara l-31 ta' Diċembru 1989, li tkopri żona minima ta' ettaru (1) u li fuqha jkun hemm il-ħamrija organika, sakemm l-attività ma tkunx tikkostitwixxi attività oħra li l-kontijiet għaliha jitħejjew u jinżammu skont l-Artikolu 3(1), (2) u (3), u fejn l-ixxottar ikun azzjoni diretta mill-bniedem li tirriżulta fit-tbaxxija tas-saff tal-ħamrija li taħtu l-art hi saturata bl-ilma, u t-tixrib mill-ġdid ikun azzjoni diretta mill-bniedem li tirriżulta f'inverżjoni parzjali jew totali tal-ixxottar;

(l)

“sors” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jirrilaxxa gass serra, aerosol jew prekursur ta' gass serra fl-atmosfera;

(m)

“bir” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jneħħi gass serra, aerosol jew prekursur ta' gass serra mill-atmosfera;

(n)

“raggruppament tal-karbonju” tfisser il-karatteristika jew is-sistema bijoġeokimika sħiħa jew parti minnha li fiha jinħażen il-karbonju, kwalunkwe prekursur ta' gass serra li fih il-karbonju jew kwalunkwe gass serra li fih il-karbonju;

(o)

“prekursur ta' gass serra” tfisser kompost kimiku li jieħu sehem fir-reazzjonijiet kimiċi li jipproduċu kwalunkwe wieħed mill-gassijiet serra elenkati fl-Artikolu 3(4);

(p)

“prodott tal-injam maħsud” tfisser kwalunkwe prodott tal-injam maħsud li ma jkunx għadu fis-sit fejn jiġi maħsud l-injam;

(q)

“foresta” tfisser żona ta' art definita mill-valuri minimi għad-daqs taż-żona, il-kopertura ta' qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta' ħżin, u l-għoli potenzjali tas-siġar meta jimmaturaw fil-post fejn jikbru s-siġar, kif speċifikat għal kull Stat Membru fl-Anness V. Hija tinkludi żoni bis-siġar, inklużi gruppi ta' siġar naturali żgħar li jkunu qed jikbru, jew pjantaġġuni li għad iridu jilħqu l-valuri minimi għall-kopertura ta' qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta' ħżin jew għoli tas-siġar minimu kif speċifikat fl-Anness V, inkluża kwalunkwe żona li normalment tkun tifforma parti miż-żona tal-foresta iżda li fuqha temporanjament ma jkun hemm l-ebda siġra b'riżultat ta' intervent tal-bniedem, bħall-ħsad, jew b'riżultat ta' kawżi naturali, iżda li tista' tkun mistennija terġa' ssir foresta;

(r)

“kopertura ta' qċaċet” tfisser il-proporzjon ta' żona fissa li jkun kopert mill-projezzjoni vertikali tal-perimetru ta' qċaċet tas-siġar, mogħti bħala perċentwal;

(s)

“densità relattiva” tfisser id-densità ta' siġar weqfin u li qed jikbru fuq art koperta b'foresta, imkejla skont metodoloġija stabbilita mill-Istat Membru;

(t)

“disturbi naturali” tfisser kwalunkwe avveniment mhux antropoġeniku jew ċirkostanza mhux antropoġenika li jikkawża/tikkawża emissjonijiet sinifikanti fil-foresti u li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tiegħu/tagħha, sakemm dak l-Istat Membru, b'mod oġġettiv ma jkunx jista' jillimita b'mod sinifikanti l-effett fuq l-emissjonijiet ta' dawk l-avvenimenti jew iċ-ċirkostanzi, anke wara li dawn jokkorru;

(u)

“livell bażi” tfisser il-medja ta' emissjonijiet ikkawżati minn disturbi naturali f'perijodu ta' żmien partikolari, esklużi l-livelli statistiċi barra l-limitu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 9(2);

(v)

“valur ta' nofs il-ħajja” tfisser l-għadd ta' snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta' karbonju maħżuna f'kategorija waħda tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu;

(w)

“ossidazzjoni istantanja” tfisser metodu tal-kontabilità li jassumi li r-rilaxx fl-atmosfera tal-kwantità sħiħa tal-karbonju maħżun fil-prodotti tal-injam maħsud iseħħ mal-ħsad;

(x)

“qtugħ ta' salvataġġ” tfisser kwalunkwe attività ta' ħsad li tikkonsisti fl-irkupru tal-injam, li jkun għadu jista' jintuża tal-anqas parzjalment, minn artijiet affettwati minn disturbi naturali.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda d-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kull tibdil għal definizzjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto, jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda l-Anness V biex taġġorna l-valuri elenkati hemmhekk skont bidliet fid-definizzjonijiet fir-rigward tal-aspetti speċifikati fl-Anness V adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom.

Artikolu 3

Obbligu li jitħejjew u jinżammu kontijiet għas-settur tal-LULUCF

1.   Għal kull perijodu kontabilistiku speċifikat f'Anness I, l-Istati Membri għandhom iħejju u jżommu kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha li jirriżultaw mill-attivitajiet fit-territorju tagħhom li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

l-afforestazzjoni;

(b)

ir-riforestazzjoni;

(c)

id-deforestazzjoni;

(d)

il-ġestjoni tal-foresti.

2.   Għal perijodu kontabilistiku li jibda fl-1 ta' Jannar 2021, u wara, l-Istati Membri għandhom iħejju u jżommu kontijiet annwali li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha li jirriżultaw mill-attivitajiet fit-territorju tagħhom li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

il-ġestjoni tar-raba';

(b)

il-ġestjoni tal-imriegħi.

Għal dawk li huma l-kontijiet annwali għall-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-ġestjoni tar-raba' u l-ġestjoni tal-imriegħi, għas-sena kontabilistika mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020, għandu japplika dan li ġej:

(a)

mill-2016 sal-2018, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sal-15 ta' Marzu ta' kull sena dwar is-sistemi eżistenti u li qed jiġu żviluppati sabiex jiġu stmati l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-ġestjoni tar-raba' u l-ġestjoni tal-imriegħi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kif dawn is-sistemi jikkonformaw mal-metodoloġiji tal-IPCC u r-rekwiżiti ta' rapportar tal-UNFCCC dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-assorbimenti;

(b)

l-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta' Jannar 2022, jipprovdu u jissottomettu lill-Kummissjoni sal-15 ta' Marzu ta' kull sena stimi annwali inizjali, preliminari u mhux vinkolanti tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-ġestjoni tar-raba' u l-ġestjoni tal-imriegħi bl-użu, fejn adatt, tal-metodoloġiji tal-IPCC. L-Istati Membri għandhom mill-inqas jużaw il-metodoloġija deskritta bħala Livell 1 kif speċifikat fil-linji gwida rilevanti tal-IPCC. L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw dawn l-istimi biex jidentifikaw kategoriji ewlenin u jiżviluppaw metodoloġiji ewlenin tal-Livell 2 u l-Livell 3 speċifiċi għall-pajjiż għal stima robusta u preċiża tal-emissjonijiet u l-assorbimenti;

(c)

l-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu 2022, jissottomettu l-istimi annwali finali tagħhom għall-kontabilizzazzjoni tal-ġestjoni tar-raba' u l-ġestjoni tal-imriegħi;

(d)

stat membru jista' jitlob deroga sabiex itawwal id-data ta' skadenza msemmija fil-punt (c), fejn id-determinazzjoni tal-istimi finali għall-kontabilizzazzjoni tal-ġestjoni tar-raba' u l-ġestjoni tal-imriegħi ma tistax raġonevolment tinkiseb fit-tul ta' żmien stabbilit f'dan il-paragrafu minn tal-inqas għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(i)

il-kontabilità meħtieġa tista' tinkiseb biss f'fażijiet li jeċċedu it-tul ta' żmien, għar-raġunijiet ta' fattibilità teknika;

(ii)

it-tlestija tal-kontabilità f'dan it-tul ta' żmien ikun disproporzjonalment għoli.

L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw mid-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-15 ta' Jannar 2021.

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba tkun ġustifikata, hi għandha tagħti d-deroga għal perijodu massimu ta' tliet snin kalendarji mill-15 ta' Marzu 2022. Alternattivament, hi għandha tirrifjuta t-talba, waqt li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f'perijodu ta' żmien raġonevoli speċifiku.

It-talba għal deroga għandha titqies li tkun ingħatat fejn il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fiż-żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet it-talba oriġinali tal-Istat Membru jew l-informazzjoni addizzjonali mitluba.

3.   Għal kull perijodu ta' kontabilità speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri jistgħu jħejju u jżommu wkoll kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-riveġetazzjoni u mill-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra.

4.   Il-kontijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikopru l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li ġejjin:

(a)

id-diossidu tal-karbonju (CO2);

(b)

il-metan (CH4);

(c)

l-ossidu nitruż (N2O).

5.   L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-kontijiet tagħhom attività partikolari msemmija fil-paragrafu 1, 2 u 3, fejn il-kontijiet tħejjew u nżammu f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, mill-bidu nett tal-attività jew mill-1 ta' Jannar 2013, skont liema minnhom tokkorri l-aktar tard.

Artikolu 4

Regoli ġenerali tal-kontabilità

1.   Fil-kontijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3), l-Istati Membri għandhom jimmarkaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (–).

2.   Fit-tħejjija u ż-żamma tal-kontijiet tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-informazzjoni rilevanti fl-istima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti relatati mal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3).

3.   L-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn kwalunkwe attività li taqa' f'aktar minn kategorija 'waħda msemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) għandhom jiġu kkontabilizzati taħt kategorija waħda biss biex tiġi evitata kontabilizzazjzoni doppja.

4.   Abbażi ta' data trasparenti u verifikabbli, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw iż-żoni tal-art li fuqhom titwettaq attività li taqa' f'kategorija msemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3). Huma għandhom jiżguraw li ż-żoni tal-art kollha ta' dan it-tip ikunu identifikabbli fil-kont għall-kategorija rispettiva.

5.   L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-kontijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) kwalunkwe bidla fil-ħażna tal-karbonju tar-raggruppamenti tal-karbonju li ġejjin:

(a)

il-bijomassa tal-wiċċ;

(b)

il-bijomassa ta' taħt l-art;

(c)

iż-żibel;

(d)

l-injam mejjet;

(e)

il-karbonju organiku fil-ħamrija;

(f)

il-prodotti tal-injam maħsud.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinkludux fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażniet tal-karbonju għar-raggruppamenti tal-karbonju elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu meta r-raggruppament tal-karbonju ma jkunx sors. L-Istati Membri għandhom iqisu li raggruppament tal-karbonju ma jkunx sors, biss meta dan jintwera abbażi ta' data trasparenti u verifikabbli.

6.   L-Istati Membri għandhom jagħlqu l-kontijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) fi tmiem kull perijodu tal-kontabilità elenkat fl-Anness I billi jispeċifikaw f'dawk il-kontijiet il-bilanċ tal-emissjonijiet totali netti u l-assorbimenti matul il-perijodu rilevanti tal-kontabilità.

7.   L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru komplut u preċiż tad-data kollha użata biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont din id-Deċiżjoni tal-anqas sakemm din id-Deċiżjoni tkun fis-seħħ.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-Anness I sabiex iżżid jew temenda l-perijodi kontabilistiċi sabiex ikun żgurat li huma jikkorrispondu mal-perijodi rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom, u huma konsistenti mal-perijodi kontabilistiċi adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom li huma applikabbli għall-impenji tal-Unjoni ta' tnaqqis f'emissjonijiet f'setturi oħrajn.

Artikolu 5

Regoli tal-kontabilità għall-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni

1.   Fil-kontijiet relatati mal-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw biss minn tali attivitajiet li jseħħu fuq dawk l-artijiet li ma kinux foresta fil-31 ta' Diċembru 1989. L-Istati Membri jistgħu jirriflettu l-emissjonijiet mill-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni f'kont wieħed.

2.   L-Istati Membri għandhom jirriflettu fil-kontijiet netti tagħhom l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni, bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti totali għal kull waħda mis-snin fil-perijodu kontabilistiku rilevanti, abbażi ta' data trasparenti u verifikabbli.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu kontijiet għall-emissjonijiet u l-assorbimenti dwar l-artijiet li ġew identifikati fil-kontijiet skont l-Artikolu 4(4) taħt il-kategorija ta' attività ta' afforestazzjoni, ta' riforestazzjoni jew ta' deforestazzjoni anke meta attività ta' dan it-tip ma tkunx għadha qed titwettaq fuq dik l-art.

4.   Kull Stat Membru għandu jiddetermina ż-żona tal-foresta billi juża l-istess unità ta' valutazzjoni spazjali kif speċifikat fl-Anness V fil-kalkoli għall-attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni u deforestazzjoni.

Artikolu 6

Regoli tal-kontabilità għall-ġestjoni tal-foresti

1.   L-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-ġestjoni tal-foresti, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'kull perijodu kontabilistiku speċifikat fl-Anness I, li minnhom jitnaqqas il-valur miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' snin f'dak il-perijodu kontabilistiku bil-livell ta' referenza tagħhom speċifikat fl-Anness II.

2.   Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għal perijodu kontabilistiku partikolari jkun negattiv, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-kontijiet tal-ġestjoni tal-foresti tagħhom l-emissjonijiet u l-assorbimenti totali li ma jaqbżux l-ekwivalenti ta' 3,5 % tal-emissjonijiet ta' Stat Membru fis-sena bażi jew perijodu tiegħu kif speċifikat fl-Anness VI, kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport korrispondenti ta' dak l-Istat Membru adottat skont id-deċiżjonijiet CMP rilevanti fuq is-sena bażi jew perijodu bażi għat-tieni perijodu ta' impenn taħt il-Protokoll ta' Kjoto, minbarra l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3), immultiplikati bl-għadd ta' snin f'dak il-perijodu kontabilistiku.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi tal-kalkolu li japplikaw għall-kontijiet tagħhom għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-foresti jkunu konformi mal-Appendiċi II tad-Deċiżjoni 2/CMP.6 u huma konsistenti mal-metodi tal-kalkolu applikati għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza tagħhom speċifikati fl-Anness II fir-rigward tal-anqas tal-aspetti li ġejjin:

(a)

ir-raggruppamenti tal-karbonju u l-gassijiet serra;

(b)

iż-żona soġġetta għal ġestjoni tal-foresti;

(c)

il-prodotti tal-injam maħsud;

(d)

id-disturbi naturali.

4.   Mhux aktar tard minn sena qabel ma jintemm kull perijodu kontabilistiku, l-Istati Membri għandhom jikkomumikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti. Dawn il-livelli ta' referenza għandhom ikunu identiċi għal dawk stabbiliti permezz ta' atti approvati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew, fin-nuqqas ta' tali atti, għandhom ikunu kkalkulati skont il-proċessi u l-metodoloġiji stabbiliti f'deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li ġew warajhom.

5.   Jekk ikun hemm xi bidliet fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjonijiet 2/CMP.6 jew 2/CMP.7, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti li jirriflettu dawk il-bidliet sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dawk il-bidliet.

6.   Jekk metodoloġiji mtejba relatati mad-data użata għall-istabbiliment ta' livell ta' referenza speċifikat fl-Anness II, isiru disponibbli għal Stat Membru, jew fejn ikun hemm titjib sinifikanti fil-kwalità tad-data li Stat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq il-korrezzjonijiet tekniċi adatti biex jinkludi l-impatt tal-kalkoli mill-ġdid fil-kontijiet għall-ġestjoni tal-foresti. Dawk il-korrezzjonijiet tekniċi għandhom ikunu identiċi għal kwalunkwe tali korrezzjoni approvata fil-qafas tal-proċess ta' rieżami tal-UNFCCC, b'konformità mad-deċiżjoni 2/CMP.7. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika dawk il-korrezzjonijiet lill-Kummissjoni l-aktar tard bħala parti mis-sottomissjoni tiegħu skont l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-ammont ta' emissjonijiet annwali li jirriżultaw minn disturbi naturali li jkunu ġew inklużi fil-livelli ta' referenza riveduti tagħhom u l-mod li bih ikunu stmaw dak l-ammont.

8.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-informazzjoni dwar il-livelli ta' referenza riveduti msemmija fil-paragrafi 4 u 5 u l-korrezzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 6 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-informazzjoni mibgħuta lill-UNFCCC u l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

9.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex taġġorna l-livelli ta' referenza mogħtija fl-Anness II fejn Stat Membru jimmodifika l-livell ta' referenza tiegħu skont il-paragrafi 4 u 5 u dan jiġi approvat permezz tal-proċessi tal-UNFCCC.

10.   L-Istati Membri għandhom jirriflettu fil-kontijiet tagħhom għall-ġestjoni tal-foresti l-impatt ta' kwalunkwe emenda għall-Anness II fir-rigward tal-perijodu kontabilistiku kkonċernat kollu.

Artikolu 7

Regoli tal-kontabilità għall-prodotti tal-injam maħsud

1.   Kull Stat Membru għandu jirrifletti fil-kontijiet tiegħu f'konformità mal-Artikolu 3(1), (2) u (3) l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn bidliet fir-raggruppament ta' prodotti tal-injam maħsud, inklużi l-emissjonijiet mill-prodotti tal-injam maħsud imneħħija mill-foresti tiegħu qabel l-1 ta' Jannar 2013. L-emissjonijiet minn prodotti tal-injam maħsud diġà kontabilizzati skont il-Protokoll ta' Kjoto matul il-perijodu mill-2008 sal-2012 abbażi ta' ossidazzjoni istantanja għandhom jiġu esklużi.

2.   Fil-kontijiet skont l-Artikolu 3(1), (2) u (3) relatati mal-prodotti tal-injam maħsud, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament ta' prodotti tal-injam maħsud li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin bl-użu tal-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u skont il-valuri standard ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III:

(a)

il-karta;

(b)

il-panewijiet tal-injam;

(c)

l-injam issegat.

L-Istati Membri jistgħu jissupplimentaw lil dawk il-kategoriji b'informazzjoni dwar il-qxur tas-siġar, dment li d-data disponibbli tkun trasparenti u verifikabbli. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll subkategoriji speċifiċi għall-pajjiż ta' kwalunkwe kategorija minn dawn. L-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġiji u valuri ta' nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż minflok il-metodoloġiji u l-valuri standard ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III, sakemm dawk il-metodoloġiji u l-valuri jiġu ddeterminati abbażi ta' data trasparenti u verifikabbli u li l-metodi użati jkunu tal-anqas dettaljati u preċiżi daqs dawk speċifikati fl-Anness III.

Għal prodotti tal-injam maħsud esportati, id-data speċifika għall-pajjiż tirreferi għall-valuri ta' nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż u l-użu ta' prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimportahom.

L-Istati Membri m'għandhomx jużaw valuri ta' nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal prodotti tal-injam maħsud imqiegħda fis-suq tal-Unjoni li jiddevjaw fil-kontijiet tagħhom minn dawk użati mill-Istat Membru li jimporta skont l-Artikolu 3(1), (2) u (3).

Prodotti tal-injam maħsud li jirriżultaw mid-deforestazzjoni għandhom jiġu kontabilizzati abbażi ta' ossidazzjoni istantanja.

3.   Meta l-Istati Membri jirriflettu fil-kontijiet tagħhom skont l-Artikolu 3(1), (2) u (3) l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) mill-prodotti tal-injam maħsud f'siti tar-rimi tal-iskart solidu, il-kontijiet għandhom isiru abbażi ta' ossidazzjoni istantanja.

4.   Meta l-Istati Membri jirriflettu fil-kontijiet tagħhom l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud li jkunu nħasdu għall-finijiet tal-enerġija, huma għandhom jagħmlu dan ukoll abbażi ta' ossidazzjoni istantanja.

L-Istati Membri jistgħu, għal finijiet ta' informazzjoni biss, jipprovdu fis-sottomissjoni tagħhom data dwar is-sehem tal-injam għal skopijiet ta' enerġija li kien importat minn barra l-Unjoni, u l-pajjiżi ta' oriġini ta' tali injam.

5.   Il-prodotti importati tal-injam maħsud, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, m'għandhomx jiġu kkunsidrati mill-Istat Membru li jkun qed jimportahom. L-Istati Membri għandhom għalhekk jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-prodotti tal-injam maħsud biss meta dawk l-emissjonijiet u l-assorbimenti jirriżultaw minn prodotti tal-injam maħsud imneħħija mill-artijiet inklużi fil-kontijiet tagħhom skont l-Artikolu 3(1), (2) u (3).

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III sabiex jiġu riflessi fl-atti l-bidliet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehimiet derivati minnhom jew li saru warajhom.

Artikolu 8

Regoli tal-kontabilità għall-ġestjoni tar-raba', għall-ġestjoni tal-imriegħi, għar-riveġetazzjoni u għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra

1.   Fil-kontijiet relatati mal-ġestjoni tar-raba' u mal-ġestjoni tal-imriegħi, kull Stat Membru għandu jikkontabilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn dawk l-attivitajiet, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'kull perijodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, li minnhom jitnaqqas il-valur miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' snin f'dak il-perijodu tal-kontabilità bl-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' dak l-Istat Membru li rriżultaw minn dawk l-attivitajiet fis-sena ta' referenza tiegħu, kif speċifikat fl-Anness VI.

2.   Meta Stat Membru jagħżel li jħejji u jżomm kontijiet għar-riveġetazzjoni u/jew għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra, għandu japplika l-metodu tal-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Regoli tal-kontabilità għal disturbi naturali

1.   Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet mhux antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi tal-kontabilità tagħhom skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 3(1).

2.   Meta l-Istati Membri japplikaw il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, huma għandhom jikkalkulaw, skont il-metodoloġija speċifikata fl-Anness VII, livell bażi għal kull waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 3(1). Il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(1) għandu jkollhom livell bażi komuni. B'mod alternattiv, l-Istati Membri jistgħu japplikaw metodoloġija trasparenti u komparabbli speċifika għall-pajjiż, bl-użu ta' serje temporali konsistenti u inizjalment kompluta ta' data, inkluż għall-perijodu mill-1990 sal-2009.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF, jew kull sena jew fit-tmiem tal-perijodu kontabilistiku rispettiv, l-emissjonijiet mhux antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn sorsi li jaqbżu l-livell bażi kif ikkalkulat skont il-paragrafu 2 fejn:

(a)

l-emissjonijiet f'sena partikolari tal-perijodu kontabilistiku li jaqbżu l-livell bażi flimkien ma' marġini. Fejn il-livell bażi jiġi kkalkulat skont il-metodu speċifikat fl-Anness VII, dak il-marġini għandu jkun daqs id-doppju tad-devjazzjoni standard tas-serje temporali użata biex jiġi kkalkulat il-livell bażi. Fejn il-livell bażi jiġi kkalkulat bl-użu tal-metodoloġija speċifika għall-pajjiż, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-mod li bih il-marġini jkun ġie stabbilit, f'każijiet fejn tali marġini jkun meħtieġ. Kwalunkwe metodoloġija użata għandha tevita l-istennija ta' krediti netti matul il-perijodu kontabilistiku;

(b)

ir-rekwiżiti ta' informazzjoni fil-paragrafu 5 jiġu ssodisfati u rrappurtati mill-Istati Membri;

4.   Kull Stat Membru li jeskludi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mhux antipoġeniċi minn sorsi minn disturbi naturali f'sena partikolari tal-perijodu kontabilistiku għandu:

(a)

jeskludi mill-kontabilizzazzjoni għall-bqija tal-perijodu kontabilistiku l-assorbimenti kollha sussegwenti fuq l-artijiet affettwati minn disturbi naturali u li fuqhom seħħew l-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3;

(b)

ma jeskludix l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' ħsad u qtugħ ta' salvataġġ li twettqu fuq dawk l-artijiet wara l-okkorrenza tad-disturbi naturali;

(c)

ma jeskludux emissjonijiet li jirriżultaw minn ħruq preskritt li jkun seħħ fuq dawk l-artijiet f'dik is-sena partikolari tal-perijodu kontabilistiku;

(d)

ma jeskludix emissjonijiet fuq artijiet li kienu soġġetti għal deforestazzjoni wara l-okkorrenza ta' disturbi naturali.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet mhux antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn sorsi minn disturbi naturali biss jekk jipprovdu informazzjoni trasparenti li turi:

(a)

li ż-żoni tal-artijiet kollha affettwati minn disturbi naturali f'dik is-sena partikolari ta' rappurtar ġew identifikati, inklużi ż-żona ġeografika tagħhom, it-tipi ta' disturbi naturali, u s-sena meta dawn ikunu seħħew;

(b)

li ebda deforestazzjoni ma tkun seħħet matul il-bqija tal-perijodu kontabilistiku rispettiv fuq artijiet li kienu affettwati minn disturbi naturali u li fir-rigward tagħhom l-emissjonijiet ġew esklużi mill-kontabilizzazzjoni;

(c)

liema metodi u kriterji verifikabbli ser jintużaw biex tiġi identifikata d-deforestazzjoni fuq dawk l-artijiet fis-snin sussegwenti tal-perijodu kontabilistiku;

(d)

fejn prattikabbli, liema miżuri ħa l-Istat Membru biex jimmaniġġja jew jikkontrolla l-impatt ta' dawk id-disturbi naturali;

(e)

fejn possibbli, liema miżuri ħa l-Istat Membru biex jirriabilita l-artijiet affettwati minn dawk id-disturbi naturali.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi r-rekwiżiti ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu sabiex dawn ikunu jirriflettu r-reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto.

Artikolu 10

Informazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-LULUCF

1.   Sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-bidu ta' kull perijodu kontabilistiku speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jittrażmettu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-azzjonijiet tagħhom attwali u futuri għas-settur tal-LULUCF biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u jżommu jew iżidu l-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) ta' din id-Deċiżjoni, bħala dokument separat jew bħala parti identifikabbli b'mod ċar tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, jew ta' strateġiji jew pjanijiet nazzjonali oħra relatati mas-settur tal-LULUCF. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi kkonsultata firxa wiesgħa ta' partijiet interessati. Fejn Stat Membru jissottometti tali informazzjoni bħala parti mill-istrateġiji ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, għandha tapplika l-iskeda taż-żmien rilevanti speċifikata f'dak ir-Regolament.

L-informazzjoni dwar l-azzjonijiet għas-settur tal-LULUCF għandhom ikopru l-perijodu kontabilistiku rilevanti kollu speċifikat fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jinkludu fl-informazzjoni tagħhom dwar l-azzjonijiet għas-settur tal-LULUCF, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja b'rabta ma' kull waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), (2) u (3):

(a)

deskrizzjoni tax-xejriet passati tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti inklużi, fejn possibbli, ix-xejriet storiċi, sat-tali punt li dawk jistgħu jiġu rikostruiti b'mod raġonevoli;

(b)

proġettazzjonijiet dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti għall-perijodu kontabilistiku;

(c)

analiżi tal-potenzjal li jiġu limitati jew li jitnaqqsu l-emissjonijiet u li jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti;

(d)

lista tal-miżuri l-aktar adatti biex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali, inklużi, kif ikun xieraq, iżda mhux limitat għall-miżuri indikattivi speċifikati fl-Anness IV, li l-Istat Membru qed jippjana jew li għandhom jiġu implimentati sabiex jintlaħaq il-potenzjal għall-mitigazzjoni, fejn dan ikun ġie identifikat skont l-analiżi msemmija fil-punt (c);

(e)

politiki eżistenti u ppjanati biex jiġu implimentati l-miżuri msemmija fil-punt (d), inkluż deskrizzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva tal-effetti li dawk il-miżuri mistennija jkollhom fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti, filwaqt li jittieħed kont tal-politiki u miżuri oħra relatati mas-settur tal-LULUCF;

(f)

skedi taż-żmien indikattivi għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (d).

3.   Il-Kummissjoni tista' tipprovdi gwida u assistenza teknika lill-Istati Membri biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni.

Il-Kummissjoni tista', f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tissintesizza s-sejbiet tagħha mill-informazzjoni tal-Istati Membri kollha dwar l-azzjonijiet għas-settur tal-LULUCF bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' għarfien u l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sa data f'nofs kull perijodu kontabilistiku, u sa tmiem kull perijodu kontabilistiku speċifikat fl-Anness I, rapport li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom għas-settur tal-LULUCF.

Il-Kummissjoni tista' tippubblika rapport ta' sintesi abbażi tar-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet tagħhom għas-settur tal-LULUCF u r-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur minn meta jissottomettuhom lill-Kummissjoni.

Artikolu 11

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-regoli kontabilistiċi f'din id-Deċiżjoni f'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto, jew liġi oħra tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' tali deċiżjonijiet, sat-30 ta' Ġunju 2017, u tissottometti, jekk adatt, proposta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 12

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2), 2(3), 4(8), 6(9), 7(6) u 9(6) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' tmien snin minn 8 ta’ Lulju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' tmien snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perijodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(2), 2(3), 4(8), 6(9), 7(6) u 9(6) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni partikolari. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(2), 2(3), 4(8), 6(9), 7(6) u 9(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 351, 15.11.2012, p. 85.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2013 …(għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

(4)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta' April 2002 dwar l-approvazzjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1).

(6)  Ara paġna 13 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

IL-PERIJODI TAL-KONTABILITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Il-perijodu tal-kontabilità

Il-perijodu tal-kontabilità

L-ewwel perijodu tal-kontabilità

Mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020


ANNESS II

IL-LIVELLI TA' REFERENZA TAL-ISTATI MEMBRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Stat Membru

Ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju (CO2) fis-sena

Il-Belġju

-2 499

Il-Bulgarija

-7 950

Ir-Repubblika Ċeka

-4 686

Id-Danimarka

409

Il-Ġermanja

-22 418

L-Estonja

-2 741

L-Irlanda

- 142

Il-Greċja

-1 830

Spanja

-23 100

Franza

-67 410

L-Italja

-22 166

Ċipru

- 157

Il-Latvja

-16 302

Il-Litwanja

-4 552

Il-Lussemburgu

- 418

L-Ungerija

-1 000

Malta

-49

Il-Pajjiżi l-Baxxi

-1 425

L-Awstrija

-6 516

Il-Polonja

-27 133

Il-Portugall

-6 830

Ir-Rumanija

-15 793

Is-Slovenja

-3 171

Is-Slovakkja

-1 084

Il-Finlandja

-20 466

L-Isvezja

-41 336

Ir-Renju Unit

-8 268


ANNESS III

IL-FUNZJONI TA' DIŻINTEGRAZZJONI TAL-EWWEL GRAD U L-VALURI STANDARD TA' NOFS IL-ĦAJJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

Funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad li tibda b'i = 1900 u tkompli sas-sena attwali:

(A)

Formula

with C(1900) = 0.0

(B)

Formula

fejn:

i= sena

C(i)= il-ħażna tal-karbonju tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud fil-bidu tas-sena i, Gg C

k= il-valur kostanti tad-diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, mogħti f'unitajiet ta' sena-1 (Formula, fejn HL hija nofs il-ħajja tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud, mogħti fi snin.)

Inflow(i)= l-influss fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud matul is-sena i, Gg C sena-1

ΔC(i)= it-tibdil fil-ħażna tal-karbonju tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud matul is-sena i, Gg sena-1.

Valuri standard ta' nofs il-ħajja (HL):

 

sentejn għall-karta;

 

25 sena għall-panewijiet tal-injam;

 

35 sena għall-injam issegat.


ANNESS IV

MIŻURI INDIKATTIVI LI JISTGĦU JIĠU INKLUŻI FL-INFORMAZZJONI DWAR L-AZZJONIJIET GĦAS-SETTUR TAL-LULUCF IPPREŻENTATI SKONT L-ARTIKOLU 10(2)(d)

(a)

Miżuri relatati mal-ġestjoni tar-raba', bħal dawn li ġejjin:

it-titjib tal-prattiki agronomiċi permezz ta' għażla aħjar tal-varjetajiet tal-uċuħ,

l-estensjoni tat-tinwib tal-uċuħ u l-evitar jew it-tnaqqis tal-użu ta' art mistrieħa għerja,

it-titjib fil-ġestjoni tan-nutrijenti, fil-ġestjoni tal-ħdim tar-raba' jew tar-residwi u fil-ġestjoni tal-ilma,

l-istimulazzjoni ta' prattiki tal-agrikoltura u tal-forestrija u tal-potenzjal għal tibdil fil-kopertura jew fl-użu tal-art.

(b)

Miżuri relatati mal-ġestjoni u t-titjib tal-imriegħi, bħal dawn li ġejjin:

il-prevenzjoni tal-konverżjoni tal-bwar f'raba' u tat-tkabbir mill-ġdid tal-veġetazzjoni oriġinali fir-raba' maħdum,

it-titjib fil-ġestjoni tal-imriegħi bl-inklużjoni ta' bidliet fl-intensità u fil-ħinijiet tar-rigħi,

żieda fil-produttività,

it-titjib fil-ġestjoni tan-nutrijenti,

it-titjib fil-ġestjoni tan-nirien,

l-introduzzjoni ta' speċijiet aktar adattati u b'mod partikolari ta' speċijiet li jrabbu għeruq fil-fond.

(c)

Miżuri għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija organika agrikola, u b'mod partikolari tat-torbieri, bħal dawn li ġejjin:

l-għoti ta' inċentivi li jiffavorixxu prattiki sostenibbli tal-kultivazzjoni tal-għadajjar,

l-għoti ta' inċentivi li jiffavorixxu prattiki agrikoli adattati, bħall-minimizzazzjoni tad-disturbi tal-ħamrija jew ta' prattiki estensivi.

(d)

Miżuri għall-prevenzjoni tal-ixxottar tal-artijiet mistagħdra u għall-għoti ta' inċentivi favur it-tixrib mill-ġdid ta' dawn l-artijiet.

(e)

Miżuri relatati ma' torbieri umdi eżistenti jew ma' torbieri umdi parzjalment ixxottati, bħal dawn li ġejjin:

il-prevenzjoni ta' aktar ixxottar,

l-għoti ta' inċentivi favur it-tixrib mill-ġdid tat-torbieri umdi u r-restawr tagħhom,

il-prevenzjoni ta' nirien tat-torbieri umdi tal-wiċċ.

(f)

Ir-restawr tal-artijiet iddegradati.

(g)

Miżuri relatati mal-attivitajiet tal-forestrija, bħal dawn li ġejjin:

l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni,

il-konservazzjoni tal-karbonju f'foresti eżistenti,

it-tisħiħ tal-produzzjoni f'foresti eżistenti,

iż-żieda fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud,

it-titjib tal-ġestjoni tal-foresti, fosthom permezz tal-kompożizzjoni ottimizzata tal-ispeċijiet, tal-indukrar tas-siġar u tal-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta' siġar u tal-konservazzjoni tal-ħamrija.

(h)

Il-prevenzjoni tad-deforestazzjoni.

(i)

It-tisħiħ tal-protezzjoni kontra disturbi naturali bħan-nirien, l-organiżmi ta' ħsara u l-maltempati.

(j)

Miżuri biex materjali u ħażniet li jiġġeneraw gassijiet serra b'mod intensiv u li jikkonsmaw l-enerġija jiġu sostitwiti bi prodotti tal-injam maħsud.


ANNESS V

VALURI MINIMI GĦAD-DAQS TAŻ-ŻONA, IL-QĊAĊET TAS-SIĠAR U L-GĦOLI TAS-SIĠAR KIF SPEĊIFIKAT MILL-ISTAT MEMBRU GĦAD-DEFINIZZJONI TAL-FORESTA

Stat Membru

Żona (ha)

Kopertura ta' qċaċet(%)

Għoli tas-siġar (m)

Il-Belġju

0,5

20

5

Il-Bulgarija

0,1

10

5

Ir-Repubblika Ċeka

0,05

30

2

Id-Danimarka

0,5

10

5

Il-Ġermanja

0,1

10

5

L-Estonja

0,5

30

2

L-Irlanda

0,1

20

5

Il-Greċja

0,3

25

2

Spanja

1,0

20

3

Franza

0,5

10

5

L-Italja

0,5

10

5

Ċipru

 

 

 

Il-Latvja

0,1

20

5

Il-Litwanja

0,1

30

5

Il-Lussemburgu

0,5

10

5

L-Ungerija

0,5

30

5

Malta

 

 

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

0,5

20

5

L-Awstrija

0,05

30

2

Il-Polonja

0,1

10

2

Il-Portugall

1,0

10

5

Ir-Rumanija

0,25

10

5

Is-Slovenja

0,25

30

2

Is-Slovakkja

0,3

20

5

Il-Finlandja

0,5

10

5

L-Isvezja

0,5

10

5

Ir-Renju Unit

0,1

20

2


ANNESS VI

SENA JEW PERIJODU BAŻI

Stat Membru

Sena Bażi

Il-Belġju

1990

Il-Bulgarija

1988

Ir-Repubblika Ċeka

1990

Id-Danimarka

1990

Il-Ġermanja

1990

L-Estonja

1990

L-Irlanda

1990

Il-Greċja

1990

Spanja

1990

Franza

1990

L-Italja

1990

Ċipru

 

Il-Latvja

1990

Il-Litwanja

1990

Il-Lussemburgu

1990

L-Ungerija

1985-87

Malta

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

1990

L-Awstrija

1990

Il-Polonja

1988

Il-Portugall

1990

Ir-Rumanija

1989

Is-Slovenja

1986

Is-Slovakkja

1990

Il-Finlandja

1990

L-Isvezja

1990

Ir-Renju Unit

1990


ANNESS VII

KALKOLU TAL-LIVELL BAŻI TA' DISTURBI NATURALI

1.

Għall-kalkolu tal-livell bażi l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-livelli storiċi ta' emissjonijiet ikkawżati minn disturbi naturali. Billi jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jipprovdu informazzjoni dwar it-tip(i) ta' disturbi naturali inklużi fl-istima;

(b)

jinkludu stimi tat-total ta' emissjonijiet annwali għal dawk it-tipi ta' disturbi naturali għall-perijodu 1990-2009, elenkati mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1);

(c)

juru li l-konsistenza fis-serje temporali hija ggarantita fil-paramentri rilevanti kollha, inklużi ż-żona minima, il-metodoloġiji għall-istima tal-emissjonijiet, il-koperturi ta' raggruppamenti u gassijiet.

2.

Il-livell bażi għandu jiġi kkalkulat għal dawk l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 3( 1), fejn l-Istat Membru jkun biħsiebu japplika d-dispożizzjonijiet dwar id-Disturbi Naturali, bħala l-medja tas-serje temporali 1990-2009 esklużi s-snin kollha fejn livelli anormali ta' emissjonijiet ikunu rreġistrati, jiġifieri esklużi l-livelli statistiċi kollha barra l-limitu. L-identifikazzjoni ta' livelli statistiċi barra l-limitu għandha ssir wara proċess iterattiv deskritt kif ġej:

(a)

ikkalkula l-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali k