ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.164.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 164

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
18 ta' Ġunju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2013 tal-11 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona Kattegat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 551/2013 tal-11 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għas-sajd tar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 552/2013 tat-12 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 553/2013 tat-13 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali tal-V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 554/2013 tat-13 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fil-VIIb-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bożnja u Ħerzegovina ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 556/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010 u (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 ( 1 )

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 558/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/290/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces minħabba l-Adeżjoni tal-Kroazja (notifikata bid-dokument C(2013) 3474)  ( 1 )

22

 

 

2013/291/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ġunju 2013 li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta’ Lulju 2013 (notifikata bid-dokument C(2013) 3475)  ( 1 )

25

 

 

2013/292/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina (notifikata bid-dokument C(2013) 3484)  ( 1 )

27

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 550/2013

tal-11 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona Kattegat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tas-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa, għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi mqiegħed f’post ieħor, ttrasbordat, jew żbarkat ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1.


ANNESS

Nru

04/TQ39

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk

COD/03AS.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Kattegat

Data

27.5.2013


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 551/2013

tal-11 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għas-sajd tar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea jew huma rreġistritati fiha eżawrew il-kwota ta’ nofs il-perjodu allokata lilhom għall-perjodu qabel l-1 ta’ Lulju 2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk sat-30 ta’ Ġunju 2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-perjodu qabel l-1 ta’ Lulju 2013 allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness sat-30 ta’ Ġunju 2013 inkluża. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi mqiegħed f’post ieħor, ittrasbordat jew żbarkat ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti bejn dawk id-dati.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54.


ANNESS

Nru

03/TQ40

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (Kull Stat Membru)

Stokk

RED/N3M

Speċi

Redfish (Sebastes spp)

Żona

NAFO 3M

Data tal-Għeluq

3.5.2013 sat-30.6.2013


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 552/2013

tat-12 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tat-20 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22.


ANNESS

Nru

05/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data

1.6.2013


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 553/2013

tat-13 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali tal-V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54.


ANNESS

Nru

06/TQ40

Stat Membru

Spanja

Stokk

USK/567EI.

Speċi

Tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tal-V, VI u VII

Data

1.6.2013


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 554/2013

tat-13 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fil-VIIb-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tas-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Patikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1.


ANNESS

Nru

07/TQ39

Stat Membru

Spanja

Stokk

HAD/7X7A34

Speċi

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

VIIb-k, VIII, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

Data

1.6.2013


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 555/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bożnja u Ħerzegovina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(3) u l-Artikolu 42(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn kontrolli veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (2) jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal regoli tas-saħħa fir-rigward ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom li jkunu ġejjin mill-Bożnja u Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-ħtieġa li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, jinżamm l-aċċess għall-port Kroat ta’ Ploče.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (3) li tfassal lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati u tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni, u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji tas-sistema TRACES. Peress li l-arranġamenti għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali inkwistjoni li jkunu ġejjin mill-Bożnja u Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi jista’ jsir b’mod effettiv biss billi jkun hemm aċċess mill-postijiet ta’ spezzjoni, fil-fruntiera Kroata, ta’ Nova Sela u Ploče, huwa meħtieġ li dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE hekk kif il-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tagħhom jiġu ssodisfati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 għandu jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

“Artikolu 29a

Rekwiżiti speċifiċi għat-tranżitu, fil-Kroazja, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin mill-Bożnja u Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   It-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom li jkunu ġejjin mill-Bożnja u Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, bit-triq, direttament bejn il-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Ploče, għandu jiġi awtorizzat jekk ikunu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkompanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati ‘GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS’ fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikunu hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ dħul.

2.   Il-ħatt jew ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni m’għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tal-emendi għad-Deċiżjoni 2009/821/KE li jdaħħlu l-ismijiet ta’ Nova Sela u Ploče fl-Anness I tagħha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 556/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010 u (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikolari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (4) li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (5) li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti tat-tjur, laħam frisk, ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib u ċerti prodotti komposti li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-ħtieġa li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, jinżamm l-aċċess għall-port Kroat ta’ Ploče.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (6) li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni, u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces. Peress li l-arranġamenti għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010 u (UE) Nru 28/2012 li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi jistgħu jsiru b’mod effettiv biss billi jkun hemm aċċess mill-postijiet ta’ spezzjoni, fil-fruntiera Kroata, ta’ Nova Sela u Ploče, huwa meħtieġ li dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE hekk kif ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tagħhom.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 798/2008

Fir-Regolament (KE) Nru 798/2008, jiżdied l-Artikolu 18a li ġej:

“Artikolu 18a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(4), it-tranżitu dirett bit-triq għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji ta’ laħam, ikkapuljat u laħam tat-tjur separat bil-magni inkluż l-għasafar li ma jtirux u l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bla patoġeni li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi, fejn ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja, kif previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kelmiet ‘GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERZI, BISS’ fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (*) mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 206/2010

Fir-Regolament (UE) Nru 206/2010, jiżdied l-Artikolu 17a li ġej:

“Artikolu 17a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 16, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fit-territorju tal-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”

Artikolu 3

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 605/2010

Fir-Regolament (UE) Nru 605/2010, jiżdied l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 6, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fit-territorju tal-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”

Artikolu 4

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 28/2012

Fir-Regolament (UE) Nru 28/2012, jiżdied l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 4, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji ta’ prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 3 li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tal-emendi tad-Deċiżjoni 2009/821/KE li jdaħħlu l-entrati ta’ Nova Sela u Ploče fl-Anness I tagħha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2013

tas-17 ta’ Ġunju 2013

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 jistabbilixxi qafas legali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea, inkluż id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni ta’ u l-aċċess għal data kunfidenzjali.

(2)

Il-benefiċċji ta’ data miġbura għall-għanijiet tal-istatistika Ewropea għandhom ikunu massimizzati, inter alia billi jittejjeb l-aċċess għal data kunfidenzjali mir-riċerkaturi għal skopijiet xjentifiċi.

(3)

Ħafna mistoqsijiet imqajma fl-oqsma ekonomiċi, soċjali, ambjentali u politiċi jistgħu jitwieġbu b’mod adegwat biss fuq il-bażi ta’ data dettaljata u rilevanti u li tippermetti analiżi fil-fond. Il-kwalità u l-puntwalità tat-tagħrif dettaljat disponibbli għar-riċerka saru, f’dan il-kuntest, komponenti importanti tal-għarfien ibbażat fuq ix-xjenza u tal-governanza tas-soċjetà.

(4)

Il-komunità tar-riċerka għandha, għalhekk, tgawdi minn aċċess usa’ għal data kunfidenzjali li tintuża għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-Istatistika Ewropea, għall-analiżi fl-interess tal-progress xjentifiku, mingħajr ma jiġi kompromess il-livell għoli ta’ ħarsien li teħtieġ data statistika kunfidenzjali.

(5)

Korpi bl-għan li jippromwovu u jipprovdu aċċess għad-data fl-interess tar-riċerka xjentifika f’oqsma soċjalment u politikament rilevanti jistgħu jikkontribwixxu għall-proċess ta’ rilaxx ta’ data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi, u b’hekk titjieb l-aċċessibbiltà tad-data kunfidenzjali.

(6)

L-approċċ ta’ ġestjoni tar-riskju għandu jkun l-aktar mudell effiċjenti bil-għan li tinkiseb firxa usa’ ta’ data kunfidenzjali disponibbli għal skopijiet xjentifiċi filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta’ dawk li wieġbu u tal-unitajiet statistiċi.

(7)

Il-protezzjoni fiżika u loġika tad-data kunfidenzjali għandha tkun żgurata permezz ta’ miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi. Dawn il-miżuri m’għandhomx ikunu daqshekk eċċessivi li jillimitaw l-utilità tad-dejta għall-iskop ta’ riċerka xjentifika.

(8)

Għal dan il-għan, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu u jissanzjonaw kull ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika.

(9)

Dan ir-Regolament jiżgura, b’mod partikulari, rispett sħiħ għad-dritt għal ħajja privata u tal-familja għall-protezzjoni ta’ data personali (l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).

(10)

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (2), u għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3).

(11)

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (5).

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta’ użu ta’ data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (6) għandu jiġi rrevokat.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika (il-Kumitat ESS),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom jista’ jingħata l-aċċess għad-data kunfidenzjali trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) għall-finjiet tal-analiżi statistika għal raġunijiet xjentifiċi, u r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika sabiex jiġi ffaċilitat tali aċċess.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi” tfisser data li tippermetti biss l-identifikazzjoni indiretta tal-unitajiet tal-istatistika, li jieħdu l-forma jew ta’ fajls b’użu sikur jew fajls b’użu xjentifiku;

(2)

“fajls b’użu sikur” tfisser data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi li għalihom l-ebda metodi oħra ta’ kontroll ta’ żvelar statistiku ma’ ġew applikati;

(3)

“fajls b’użu xjentifiku” tfisser data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi li għalihom ġew applikati metodi ta’ kontroll ta’ żvelar statistiku sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ identifikazzjoni tal-unità statistika għal livell xieraq skont l-aħjar prattika attwali;

(4)

“metodi ta’ kontroll tal-iżvelar tal-istatistika” tfisser metodi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żvelar ta’ tagħrif dwar l-unitajiet ta’ statistika, normalment bir-restrizzjoni jew bil-modifika tal-ammont tad-data rrilaxxata;

(5)

“faċilitajiet ta’ aċċess” tfisser l-ambjent fiżiku jew virtwali u l-qafas organizzattiv tiegħu fejn jingħata l-aċċess għal data kunfidenzjali għal finijiet xjentifiċi;

(6)

“awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika” tfisser l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra f’kull Stat Membru responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea kif maħtura skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali

Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tagħti aċċess għal data kunfidenzjali għal raġunijiet xjentifiċi miżmuma minnha għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, bil-kundizzjoni li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-aċċess jintalab minn xi entità tar-riċerka rikonoxxuta;

(b)

tkun ġiet ippreżentata proposta ta’ riċerka xierqa;

(c)

tkun ġiet indikata it-tip ta’ rikjesta għal data kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi;

(d)

l-aċċess ikun ipprovdut jew mill-Kummissjoni (Eurostat) jew minn faċilità oħra ta’ aċċess akkreditata mill-Kummissjoni (Eurostat);

(e)

tkun tat l-approvazzjoni tagħha l-awtorità nazzjonali tal-istatistika li pprovdiet id-data rilevanti.

Artikolu 4

Entitajiet ta’ riċerka

1.   Ir-rikonoxximent tal-entitajiet ta’ riċerka għandu jkun ibbażat fuq kriterji li jirreferu għal:

(a)

l-għan tal-entità; il-valutazzjoni tal-għan tal-entità għandha titwettaq fuq il-bażi tal-istatut, il-missjoni jew id-dikjarazzjoni tal-iskop tagħha; l-għan tal-entità għandha tinkludi referenza għar-riċerka;

(b)

ir-rekord jew reputazzjoni stabbilita tal-entità bħala korp li jipproduċi riċerka ta’ kwalità u jagħmilha disponibbli għall-pubbliku; l-esperjenza tal-entità fit-twettiq ta’ proġetti ta’ riċerka għandha tkun evalwata fuq il-bażi ta’, inter alia, listi ta’ pubblikazzjonijiet u proġetti ta’ riċerka disponibbli fejn kienet involuta l-entità;

(c)

l-arranġamenti interni organizzattivi għar-riċerka; l-entità tar-riċerka għandha tkun organizzazzjoni separata b’personalità legali, immirata fuq ir-riċerka jew b’dipartiment tar-riċerka fi ħdan l-organizzazzjoni; l-entità tar-riċerka għandha tkun indipendenti, awtonoma fil-formulazzjoni ta’ konklużjonijiet xjentifiċi u sseparata mill-oqsma ta’ politika tal-korp li tappertjeni għalih;

(d)

is-salvagwardji jkunu fis-seħħ biex jiżguraw is-sigurtà tad-data; l-entità tar-riċerka teknika u infrastrutturali għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ infrastruttura biex wieħed jiżgura s-sigurtà tad-data.

2.   Għandu jiġi ffirmat impenn ta’ kunfidenzjalità għar-riċerkaturi kollha tal-entità li se jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-aċċess, l-obbligi tar-riċerkaturi, il-miżuri għar-rispett tal-kunfidenzjalità tad-data statistika u s-sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur ta’ dawn l-obbligi minn rappreżentant maħtur kif jixraq tal-entità tar-riċerka.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, f’koperazzjoni mal-Kumitat tal-ESS, tistabbilixxi linji gwida għall-valutazzjoni tal-entitajiet ta’ riċerka, inkluż l-impenn ta’ kunfidenzjalità msemmi fl-Artikolu 4 (2). Fejn ikun ġustifikat kif jixraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-linji gwida, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tal-ESS.

4.   Rapporti dwar il-valutazzjonijiet tal-entitajiet ta’ riċerka għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika.

5.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha żżomm u tippubblika fuq il-websajt tagħha lista aġġornata ta’ entitajiet ta’ riċerka rikonoxxuti.

6.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha twettaq valutazzjonijiet mill-ġdid b’mod regolari tal-entitajiet tar-riċerka inklużi fil-lista.

Artikolu 5

Proposta għar-riċerka

1.   Il-proposta għar-riċerka għandha tindika b’dettall suffiċjenti:

(a)

l-għan leġittimu tar-riċerka;

(b)

l-ispjegazzjoni għaliex dan l-għan ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat billi tintuża data mhux kunfidenzjali;

(c)

l-entità li qed titlob l-aċċess;

(d)

ir-riċerkaturi individwali li se jkollhom aċċess għad-dejta;

(e)

il-faċilitajiet għall-aċċess li jkunu se jintużaw;

(f)

is-settijiet ta’ data li se jiġu aċċessati, il-metodi biex jiġu analizzati u

(g)

r-riżultati mistennija mir-riċerka li tkun se tiġi ppubblikata jew imxerrda b’mod ieħor.

2.   Il-proposta għar-riċerka għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet individwali ta’ kunfidenzjalità iffirmati mir-riċerkaturi li se jkollhom aċċess għad-data.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b’koperazzjoni mal-Kumitat tal-ESS, tistabbilixxi linji gwida għall-valutazzjoni tal-proposti tal-entitajiet tar-riċerka. Fejn ikun ġustifikat kif jixraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-linji gwida, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tal-ESS.

4.   Rapporti dwar il-valutazzjonijiet tal-proposti ta’ riċerka għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li ttrażmettew id-data kunfidenzjali kkonċernata lill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 6

Pożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika

1.   L-approvazzjoni tal-awtorità nazzjonali tal-istatistika li ttrażmettiet id-data kunfidenzjali kkonċernata għandha tintalab għal kull proposta ta’ riċerka qabel ma jingħata l-aċċess. L-awtorità nazzjonali tal-istatistika għandha tissottometti l-pożizzjoni tagħha lill-Eurostat fi żmien erba’ ġimgħat mid-data li l-awtorità nazzjonali tal-istatistika tkun irċeviet ir-rapport rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-proposta tar-riċerka.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li ttrażmettew id-data kunfidenzjali kkonċernata u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom, kull fejn hu possibbli, jaqblu dwar is-simplifikazzjoni tal-proċedura tal-konsultazzjoni u t-titjib tal-puntwalità ta’ din il-proċedura.

Artikolu 7

Data kunfidenzjali għal għanijiet speċifiċi

1.   Jista’ jingħata aċċess għal fajls b’użu sikur sakemm ir-riżultati tar-riċerka ma jkunux rilaxxati mingħajr iċċekkjar minn qabel biex jiġi żgurat li mhux qed jiżvelaw data kunfidenzjali. Jista’ jingħata aċċess għal fajls b’użu sikur biss fi ħdan il-faċilitajiet ta’ aċċess tal-Kummissjoni (Eurostat) jew faċilitajiet oħra ta’ aċċess akkreditati mill-Kummissjoni (Eurostat) biex jipprovdu aċċess għal fajls b’użu sikur.

2.   Jista’ jingħata aċċess għal fajls b’użu xjentifiku sakemm ikunu fis-seħħ is-salvagwardji xierqa fl-entità ta’ riċerka li qed titlob aċċess. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippubblika informazzjoni dwar is-salvagwardji meħtieġa.

3.   F’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tħejji settijiet ta’ data għall-użu fir-riċerka li jimmiraw it-tipi differenti ta’ data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi. Meta jħejju sett tad-dejta għall-użu fir-riċerka, il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom iqisu r-riskju u l-impatt ta’ żvelar illegali ta’ data kunfidenzjali.

Artikolu 8

Faċilitajiet ta’ aċċess

1.   Jista’ jingħata aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi permezz ta’ faċilitajiet ta’ aċċess akkreditati mill-Kummissjoni (Eurostat).

2.   Il-faċilità ta’ aċċess għandha tinsab fi ħdan l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. B’eċċezzjoni, il-faċilitajiet ta’ aċċess jistgħu jitqiegħdu barra mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, soġġetti għall-approvazzjoni espliċita minn qabel tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali li pprovdew id-data kkonċernata.

3.   Il-faċilitajiet ta’ aċċess ta’ akkreditament għandhom ikunu ibbażati fuq kriterji li jirreferu għall-iskop tal-faċilità tal-aċċess, l-istruttura organizzattiva tagħha u l-istandards tas-sikurezza tad-data u tal-ġestjoni tad-data.

4.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b’kooperazzjoni mal-Kumitat tal-ESS, tistabbilixxi linji gwida għall-valutazzjoni tal-faċilitajiet ta’ aċċess. Fejn ikun ġustifikat kif jixraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-linji gwida, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tal-ESS.

5.   Rapporti dwar il-valutazzjonijiet tal-entitajiet ta’ riċerka għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. Ir-rapporti għandhom jinkludu rakkomandazzjoni dwar it-tip ta’ data kunfidenzjali li l-aċċess għaliha jista’ jiġi pprovdut permezz tal-faċilità ta’ aċċess. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkonsulta l-Kumitat tal-ESS qabel ma tiddeċiedi dwar l-akkreditazzjoni ta’ faċilità ta’ aċċess.

6.   Għandu jiġi iffirmat kuntratt bejn rappreżentant maħtur b’mod xieraq tal-faċilità ta’ aċċess jew tal-organizzazzjoni li tospita l-faċilità ta’ aċċess u l-Kummissjoni (Eurostat) li jiddetermina l-obbligi tal-faċilità ta’ aċċess fir-rigward tal-protezzjoni tad-data kunfidenzjali u l-miżuri ta’ organizzazzjoni. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun informata b’mod regolari dwar l-attivitajiet imwettqa mill-faċilitajiet ta’ aċċess.

7.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha żżomm u tippubblika fuq il-websajt tagħha lista ta’ faċilitajiet ta’ aċċess akkreditati.

Artikolu 9

Kwistjonijiet ta’ organizzazzjoni

1.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tinforma b’mod regolari lill-Kumitat tal-ESS dwar il-miżuri amministrattivi, tekniċi u organizzattivi meħuda biex jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika ta’ data kunfidenzjali u biex tissorvelja u timpedixxi r-riskju ta’ żvelar illegali jew kwalunkwe użu lil hinn mill-finijiet li għalihom l-aċċess ġie mogħti.

2.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha:

(a)

linji gwida għall-valutazzjoni tal-entitajiet tar-riċerka, proposti ta’ riċerka u faċilitajiet ta’ aċċess;

(b)

il-lista tal-entitajiet ta’ riċerka rikonoxxuti;

(c)

il-lista tal-faċilitajiet ta’ aċċess akkreditati;

(d)

il-lista ta’ settijiet ta’ data għall-użu fir-riċerka mad-dokumentazzjoni rilevanti u l-metodi ta’ aċċess disponibbli.

Artikolu 10

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 831/2002 huwa rrevokat.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(2)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(5)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7.


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 558/2013

tas-17 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

49,2

TR

57,0

ZZ

53,1

0707 00 05

MK

27,2

TR

142,5

ZZ

84,9

0709 93 10

TR

138,4

ZZ

138,4

0805 50 10

AR

93,4

TR

102,5

ZA

84,7

ZZ

93,5

0808 10 80

AR

159,9

BR

113,2

CL

133,4

CN

95,9

NZ

138,6

US

145,5

ZA

88,2

ZZ

125,0

0809 10 00

IL

342,4

TR

216,8

ZZ

279,6

0809 29 00

TR

411,1

US

660,1

ZZ

535,6

0809 30

IL

214,0

MA

207,9

TR

174,9

ZZ

198,9

0809 40 05

CL

151,0

IL

308,9

ZA

104,7

ZZ

188,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces minħabba l-Adeżjoni tal-Kroazja

(notifikata bid-dokument C(2013) 3474)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/290/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (1), tistabbilixxi fl-Anness I tagħha l-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE (2) u 97/78/KE (3), u fl-Anness II tagħha l-lista ta’ unitajiet ċentrali, unitajiet reġjonali u unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/821/KE, adottata mill-Kummissjoni, tibqa’ valida wara l-1 ta’ Lulju 2013 u għalhekk teħtieġ li tiġi adattata għall-adeżjoni tal-Kroazja. L-adattamenti meħtieġa mhumiex stipulati fl-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja (4) u għalhekk jeħtieġu li jiġu adottati qabel l-adeżjoni ma’ din id-Deċiżjoni sabiex ikunu applikabbli mid-data tal-adeżjoni.

(3)

Il-proċess ta’ tkabbir se jirriżulta f’modifikazzjoni sinifikanti tal-fruntiera fuq l-art tal-Unjoni l-ġdida ma’ pajjiżi terzi ġirien, bl-estensjoni tal-fruntiera kostali sabiex tinkludi aktar kosta tal-baħar Mediterran, u biż-żieda ta’ ajruport internazzjonali.

(4)

Il-lokazzjonijiet proposti mressqa bħala postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ma’ pajjiżi terzi fil-Kroazja kienu s-suġġett ta’ verifiki permezz tas-servizz ta’ verifika tal-Kummissjoni (li qabel kien magħruf bħala s-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni), l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO). Huwa meqjus li dawn il-lokazzjonijiet se jitlestew skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni sal-adeżjoni. Għalhekk il-lokazzjonijiet proposti fil-Kroazja għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati fl-Istati Membri stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(5)

Fl-istess ħin bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja, ċerti Stati Membri, partikolarment l-Ungerija u s-Slovenja mhux se jibqa’ jkollhom fruntieri ma’ pajjiżi terzi. Riżultat ta’ dan ċerti postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fuq l-art f’dawn l-Istati Membri se jsiru mingħajr użu. Għalhekk il-lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’dawn iż-żewġ Stati Membri stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Barra minn hekk, il-proċess ta’ tkabbir se jirriżulta f’żieda ta’ unitajiet veterinarji lokali fil-Kroazja għall-użu ta’ Traces. Għalhekk dawn l-unitajiet veterinarji lokali għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ unitajiet lokali tal-Istati Membri fi Traces, stipulata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni (KE) Nru 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-emendi stipulati f’dan l-Anness għandhom jidħlu fis-seħħ soġġetti għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat innifsu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti wara Franza, għandha tiġi miżjuda din il-parti għall-Kroazja:

Страна: ХЪРВАТИЯ — Země: CHORVATSKO — Land: KROATIEN — Land: KROATIEN — Riik: HORVAATIA — Χώρα: ΚΡΟΑΤΙΑ — Country: CROATIA — País: CROACIA — Pays: CROATIE — Zemlja: HRVATSKA — Paese: CROAZIA — Valsts: HORVĀTIJA — Šalis: KROATIJA — Ország: HORVÁTORSZÁG — Pajjiż: KROAZJA — Land: KROATIË — Kraj: CHORWACJA — País: CROÁCIA — Țara: CROAȚIA — Krajina: CHORVÁTSKO — Država: HRVAŠKA — Maa: KROATIA — Land: KROATIEN

Bajakovo

HR VUK 3

R

 

HC (2), NHC(2)

 

Karasovići

HR KRS 3

R

 

HC (2), NHC(2)

 

Nova Sela

HR MET 3

R

 

HC(2), NHC(2)

E, O

Ploče

HR PLE 1

P

 

HC, NHC

 

Rijeka

HR RJK 1

P

 

HC, NHC

 

Stara Gradiška

HR SGS 3

R

 

HC, NHC

U, E, O

Zagreb

HR ZAG 4

A

 

HC (2), NHC(2)

O”

(b)

Fil-parti li tikkonċerna l-Ungerija, jitħassru l-annotazzjonijiet għall-ferrovija f’Gyékényes u għat-triq f’Letenye.

(c)

Fil-parti li tikkonċerna s-Slovenja, jitħassru l-annotazzjonijiet għall-ferrovija f’Dobova u għat-toroq f”Gruškovje, Jelšane u Obrežje.

(2)

Fl-Anness II fil-parti wara Franza, għandha tiżdied din il-parti għall-Kroazja:

Страна: ХЪРВАТИЯ — Šalis: KROATIJA — Země: CHORVATSKO — Ország: HORVÁTORSZÁG — Land: KROATIË — Pajjiż: KROAZJA — Land: KROATIEN — Land: KROATIEN — Riik: HORVAATIA — Kraj: CHORWACJA — Χώρα: ΚΡΟΑΤΙΑ — País: CROACIA — Country: CROATIA — Țara: CROAȚIA — País: CROÁCIA — Krajina: CHORVÁTSKO — Pays: CROATIE — Zemlja: HRVATSKA — Država: HRVAŠKA — Paese: CROAZIA — Maa: KROATIA — Valsts: HORVĀTIJA — Land: KROATIEN

ЛОКАЛНА ЕДИНИЦА - VIETINIAI VIENETAI - MÍSTNÍ JEDNOTKA - HELYI EGYSÉGEK - LOKALE ENHEDER - UNITA’ LOKALI - ÖRTLICHE EINHEITEN - LOKALE EENHEDEN - KOHALIK ASUTUS - JEDNOSTKA LOKALNA - ΤΟΠΙΚΕΣ ΜΟΝΑΔΕΣ - UNIDADES LOCAIS - LOCAL UNITS - UNITĂȚI LOCALE - UNIDADES LOCALES - MIESTNA JEDNOTKA - UNITÉS LOCALES - LOKALNE JEDINICE - OBMOĆNA ENOTA - UNITÀ LOCALI - PAIKALLISET YKSIKÖT - LOKĀLĀ VIENĪBA - LOKALA ENHETER

HR00001

BJELOVAR

HR00007

GRAD ZAGREB

HR00002

OSIJEK

HR00003

RIJEKA

HR00009

ŠIBENIK

HR00008

SLAVONSKI BROD

HR00004

SPLIT

HR00005

VARAžDIN

HR00006

ZAGREB”


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/25


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta’ Lulju 2013

(notifikata bid-dokument C(2013) 3475)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/291/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni mal-Kroazja u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kroazja hija mistennija li tissieħeb fl-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013. Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali se jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1). Madankollu, ċerti prodotti introdotti fil-Kroazja li joriġinaw mill-annimali qabel dik id-data ma jikkonformawx mar-regoli rilevanti stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(2)

Xi wħud minn dawn il-prodotti ġew rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Kroazja filwaqt li oħrajn għadhom ma tqegħdux taħt il-proċedura doganali u għadhom taħt superviżjoni doganali.

(3)

Sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Kroazja għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jixraq li jiġu stipulati miżuri tranżitorji għat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti.

(4)

Dawk il-prodotti għandhom jitqiegħdu fis-suq domestiku tal-Kroazja taħt kundizzjonijiet xierqa biss. Partikolarment, meta wieħed iqis li s-sistema ta’ traċċabilità mhijiex biżżejjed, dawk il-prodotti li mhumiex konformi ma għandhomx jiġu pproċessati mill-istabbilimenti awtorizzati li jibagħtu l-prodotti tagħhom lill-Stati Membri oħra.

(5)

Il-prodotti li ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma għandhomx jiġu introdotti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti kkonċernati ma jiġux soġġetti għall-kummerċ fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli xierqa skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2).

(6)

L-esportazzjoni ta’ tali prodotti lill-pajjiżi terzi għandha tikkonforma mal-arranġamenti xierqa u titwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3).

(7)

Wara sena mid-data tal-adeżjoni, prodotti li jkunu għadhom ma ġewx rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa u tqegħdu fis-suq fil-Kroazja jew esportati, u jkunu għandhom maħżuna taħt superviżjoni doganali għandhom jinqerdu.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(b)

ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(b)

ġew introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 2

Prodotti li joriġinaw mill-annimali rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Kroazja qabel l-1 ta’ Lulju 2013

Prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li jkunu ġew rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Kroazja qabel l-1 ta’ Lulju 2013 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tal-Kroazja għal perjodu ta’ sena minn dik id-data, bil-kundizzjoni li dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ma għandhomx jiġu pproċessati minn stabbilimenti awtorizzati li jibagħtu l-prodotti tagħhom lil Stati Membri oħra;

(b)

għandu jkollhom marka nazzjonali pprovduta mir-regoli nazzjonali tal-Kroazja fis-seħħ fid-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa u li hija differenti mit-timbru tas-saħħa msemmija fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew mill-marka ta’ identifikazzjoni msemmija fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 3

Prodotti li joriġinaw mill-annimali introdotti fil-Kroazja iżda mhux rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa qabel l-1 ta’ Lulju 2013

Prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u li ddaħħlu fil-Kroazja qabel l-1 ta’ Lulju 2013 iżda li ma ġewx rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa qabel dik id-data, jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Kroazja u jistgħu jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tal-Kroazja biss sat-30 ta’ Ġunju 2014, dejjem jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

Projbizzjoni ta’ dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali mill-Kroazja lejn Stati Membri oħra

1.   Il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 ma għandhomx jintbagħtu mill-Kroazja lil Stati Membri oħra.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, li prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ma jiġux negozjati bejn l-Istati Membri.

Artikolu 5

Esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Lulju 2014, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jibqgħu jiġu esportati mill-Kroazja lejn pajjiżi terzi sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa:

(a)

l-esportazzjoni għandha ssir skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b)

kull kunsinna għandha toħroġ mit-territorju tal-Kroazja direttament taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti mingħajr ma tgħaddi mit-territorju tal-Istati Membri oħra;

(c)

kull kunsinna għandha tiġi ttrasportata f’mezz ta’ trasport issiġillat mill-awtorità kompetenti, u s-siġilli għandhom jiġu ċċekkjati fil-punt tal-ħruġ tal-Kroazja.

Artikolu 6

Qerda ta’ kunsinni taħt is-sorveljanza doganali fl-1 ta’ Lulju 2014

Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li għadhom taħt superviżjoni doganali fl-1 ta’ Lulju 2014, se jinqerdu taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti.

L-ispejjeż kollha mġarrba bil-qerda ta’ dawk il-kunsinni għandhom jitħallsu minn sid il-kunsinna.

Artikolu 7

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni mal-Kroazja u soġġetta għal din id-data.

Artikolu 8

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/27


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina

(notifikata bid-dokument C(2013) 3484)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/292/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-ħtieġa li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, jinżamm l-aċċess għall-port Kroat ta’ Ploče.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (3) tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni, u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces. Peress li l-arranġamenti għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi jistgħu jsiru b’mod effettiv biss billi jkun hemm aċċess mill-postijiet ta’ spezzjoni, fil-fruntiera Kroata, ta’ Nova Sela u Ploče, huwa meħtieġ li dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE hekk kif ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tagħhom.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2007/777/KE, jiżdied l-Artikolu 6a li ġej:

“Artikolu 6a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 5, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (*) mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.   L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(3)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.