ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.150.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 150

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
4 ta' Ġunju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 508/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ elettrodi tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 509/2013 tat-3 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ diversi addittivi f’ċerti xarbiet akoħoliċi ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 510/2013 tat-3 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ Ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172), ta’ Idrossipropil metilċellulosa (E 464) u ta’ Polisorbati (E 432 - 436) għall-immarkar ta’ ċertu frott ( 1 )

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2013 tat-3 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/257/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 sa 2020 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

23

 

 

2013/258/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP u tal-UE dwar l-istatus tar-Repubblika Federali tas-Somalja fir-rigward tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

26

 

 

2013/259/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati għall-Baħrejn u għaċ-Ċina fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2013) 2927)  ( 1 )

28

 

 

2013/260/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżura meħuda mill-Ġermanja skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva Nru 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Makkinarju li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ lupa tat-tip HV 0003 manifatturata minn Regal Tools Co. Ltd (notifikata bid-dokument C(2013) 3125)  ( 1 )

31

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 508/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ elettrodi tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2), (5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni (l-“investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 260/2007 (2), impona dazju definittiv ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tungstenu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) (il-“miżuri oriġinali”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ 63,5 % għall-kumpaniji kollha ħlief tliet produtturi Ċiniżi li jesportaw li ġew mogħtija dazji individwali.

2.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(2)

Fit-9 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż (“Notifika ta’ bidu”) (3), ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tungstenu li joriġinaw fir-RPĊ.

(3)

Ir-rieżami nbdiet wara li ġiet ippreżentata talba ssostanzjata minn Eurométaux (“l-applikant”) f’isem produttur tal-Unjoni li jirrappreżenta aktar minn 50 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ċerti elettrodi tungstenu.

(4)

It-talba hi bbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’issoktar ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Investigazzjoni

3.1.   Perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(5)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew il-“PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PIR (il-“perjodu meqjus”).

3.2.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(6)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-applikant, lill-produttur magħruf l-ieħor tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lil importaturi u utenti mhux relatati magħrufa li huma kkonċernati, produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali kif ukoll lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tar-rieżami tal-iskadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu fehmiethom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta’ bidu.

(7)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(8)

Fid-dawl tal-għadd apparentament kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi mhux relatati fl-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, ġie ppjanat it-teħid ta’ kampjuni għal dawn il-partijiet fin-Notifika ta’ bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ bidu u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta’ bidu lill-Kummissjoni.

(9)

Tliet importaturi ppreżentaw irwieħhom. L-ebda wieħed minnhom, madankollu, ma importa ċerti elettrodi tungstenu li joriġinaw fir-RPĊ matul il-PIR.

(10)

Billi kienu biss żewġ produtturi esportaturi mir-RPĊ li pprovdew l-informazzjoni mitluba ma kienx hemm bżonn li jintgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi.

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa kkonċernati u lil dawk li ppreżentaw irwieħhom fl-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta’ bidu. Waslu tweġibiet mingħand żewġ produtturi tal-Unjoni, żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ u produttur wieħed fl-Istati Uniti tal-Amerika.

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-issoktar jew ir-rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u d-determinazzjoni ta’ dak li hu fl-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni

Plansee SE, l-Awstrija

Gesellschaft für Wolfram Industrie mbH, il-Ġermanja

(b)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co., Ltd., Zibo,

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co., Ltd Baoji

(c)

Kumpanija relatata ma’ produttur esportatur wieħed li kkoopera fir-RPĊ

Shanghai Weldstone Asia Co., Ltd., Shanghai

(d)

Kumpaniji relatati ma’ produttur esportatur wieħed li kkoopera fl-Unjoni Ewropea

Weldstone GmbH, Wilnsdorf, il-Ġermanja

Binzel Benelux bvba, Eke – Nazareth, il-Belġju

(e)

Pajjiż Analogu

Global Tungsten & Powders Corp, Towanda, l-Istati Uniti

B.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2007, jiġifieri elettrodi tungstenu għall-issaldjar, inklużi biċċiet u vireg għall-iwweldjar tal-elettrodi, li fihom 94 % jew aktar bil-piż ta’ tungstenu, ħlief dawk magħmulin sempliċiment minn sinterizzazzjoni, kemm jekk maqtugħin għat-tul, li joriġinaw fir-RPĊ (“ET” jew “il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċi NM ex 8101 99 10 u ex 8515 90 00.

(14)

Il-prodott taħt rieżami huwa użat fl-iwweldjar u proċessi simili. L-ET jintużaw f’varjetà kbira ta’ setturi industrijali bћalma huma l-kostruzzjoni, il-bini tal-vapuri, il-manifattura tal-karozzi, l-inġinerija tal-baћar, l-inġinerija kimika u dik nukleari, it-teknoloġija tal-avjazzjoni kif ukoll il-linji ta’ pajpijiet taż-żejt u tal-gass. Fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u tas-sostitwibbiltà tat-tipi differenti tal-prodott mill-perspettiva tal-utent, gћall-għan ta’ dan il-proċediment l-ET kollha se jkollhom jitqiesu li jifformaw prodott wieћed.

(15)

L-investigazzjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott taħt rieżami u dak manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ, kif ukoll dak immanifatturat u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u dik prodotta u mibjugħa fis-suq tal-pajjiż analogu għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi, u għalhekk meqjusa li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING

1.   Kummenti preliminari

(16)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed isseħħ fil-preżent u jekk l-iskadenza tal-miżuri kellhiex il-probabbiltà li twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping.

(17)

Kif spjegat hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li jintgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ. Iż-żewġ kumpaniji li kkooperaw koprew l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni f’medda ta’ bejn 80 % u 85 % matul il-PIR. Fuq din il-bażi, kien konkluż li l-kooperazzjoni kienet għolja.

(18)

Wieħed mill-produtturi esportaturi li kkoopera bbenefika minn trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, filwaqt li t-tieni bbenefika minn trattament individwali (“TI”) skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, mogħtija lilhom matul l-investigazzjoni oriġinali. Tajjeb li jitfakkar li f’dan il-kuntest tal-investigazzonijiet skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, TES u TI mhumiex ikkunsidrati mill-ġdid. Kumpanija terza, li ma tikkooperax f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, ngħatat TI fl-investigazzjoni oriġinali.

2.   Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

2.1.   Pajjiż analogu

(19)

Minħabba li r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni u f’konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għal produtturi esportaturi li ma ngħatawx trattament ta’ ekonomija tas-suq irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew il-valur ikkalkulat f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”).

(20)

Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, l-Istati Uniti tal-Amerika ġie propost bħala pajjiż analogu fin-Notifika ta’ bidu biex jiġi stabbilit il-valur normali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta’ din l-għażla. Ma waslux kummenti f’dan ir-rigward.

(21)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk pajjiżi oħrajn setgħux ikunu għażla raġonevoli bħala pajjiż analogu u identifikatw pajjiżi terzi oħra li minnhom l-importazzjonijiet ta’ elettrodi tungstenu kienu rreġistrati fil-Eurostat. Produtturi potenzjali magħrufa f’dawn il-pajjiżi ġew ikkuntattjati u mistiedna jikkooperaw fl-investigazzjoni. Madankollu, ma nkisbet l-ebda koperazzjoni.

(22)

Tqies li l-Istati Uniti tal-Amerika kienu rappreżentattivi bħala suq ta’ referenza, speċjalment fid-dawl tal-libertà u l-kompetittività tas-suq domestiku Amerikan. L-Istati Uniti ntużaw ukoll bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. L-ebda ċirkostanzi ġodda jew mibdula li jiġġustifikaw bidla ma jidhru li jeżistu jew ġew ikkomunikati tali ċirkostanzi lill-Kummissjoni.

(23)

Għalhekk, l-Istati Uniti ntużaw bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq analogu għall-iskop ta’ dan ir-rieżami. L-uniku produttur magħruf fl-Istati Uniti ġie kkuntattjat u qabel li jikkoopera, iwieġeb għall-kwestjonarju u jaċċetta żjara ta’ verifika. Iċ-ċifri tal-produzzjoni u l-bejgħ vverifikati ta’ din il-kumpanija ġew użati għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-kumpaniji li ma ngħatawx t-TES fl-investigazzjoni oriġinali.

2.2.   Valur normali

(24)

Għall-kumpanija li ngħatat TES fl-investigazzjoni oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tad-data tagħha. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tat-TE lil klijenti indipendenti matul il-PIR, jiġifieri, jekk il-volum tal-bejgħ tal-prodott maħsub għall-konsum domestiku jirrappreżentax il-5 % jew aktar tal-esportazzjonijiet tagħhom tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni taħt rieżami.

(25)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku.

(26)

Għat-tipi tal-prodott ikkonċernat fejn il-bejgħ domestiku kien rappreżentattiv u sar fil-kummerċ normali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet li tħallsu mill-klijenti indipendenti fil-pajjiż ta’ esportazzjoni. Għat-tipi li jifdal tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, il-valur normali kellu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-valur normali li ġie stabbilit kien ikkalkulat skont l-ispejjeż tal-manifattura għall-kumpanija u l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (BĠ&A) u l-profitt miksub fuq bejgħ domestiku li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

(27)

Wara l-iżvelar parti waħda qalet li l-metodoloġija użata biex jiġu determinati l-ispejjeż tal-BĠ&A kienet differenti minn dik użata fl-investigazzjoni oriġinali li seta’ jkollha impatt fuq it-twaqqif tal-marġni ta’ profitt użat biex jiġi kkalkulat il-valur normali maħdum skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Minbarra l-informazzjoni li ngħatat qabel fl-investigazzjoni, il-parti ma ssostanzjatx it-talba tagħha bl-ebda evidenza. Huwa nnotat li skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż BĠ&A kienu allokati fuq il-bażi tad-dħul u li din il-metodoloġija kienet użata wkoll fl-investigazzjoni oriġinali.

(28)

Il-profitt użat fl-investigazzjoni oriġinali ma kienx mit-test OCOT (andament normali tal-kummerċ) hekk kif l-ebda wieħed mit-tipi esportati tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħu fis-suq domestiku fl-andament normali tal-kummerċ. Ir-rieżami tal-iskadenza attwali wera li xi tipi tal-prodott ikkonċernat kienu qed jagħmlu profitt u b’hekk, skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku, il-profitt ta’ dawn it-tranżazzjonijiet li kienu qed jagħmlu profitt kien użat għat-twaqqif tal-valur normali.

(29)

Safejn jikkonċerna l-kumpaniji li ma ngħatawx it-TES fl-investigazzjoni oriġinali, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni li nġabret mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu. Il-bejgħ domestiku tal-produttur fil-pajjiż analogu instab li jsir fi kwantitajiet suffiċjenti u fl-andament ordinarju tal-kummerċ u għalhekk jista’ jintuża bħala bażi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għal kumpanija biex ma tingħatax it-TES.

2.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(30)

Fir-rigward tal-kumpanija li ngћatat TES, il-bejgћ kollu tal-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ importaturi relatati u sussegwentement inbiegћ mill-ġdid fl-Unjoni lil kumpaniji relatati u oħrajn mhux relatati. B’hekk il-prezz tal-esportazzjoni ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati nbiegћu mill-ġdid gћall-ewwel darba lil xerrej indipendenti, aġġustat kif jixraq gћall-ispejjeż kollha li nqalgћu bejn l-importazzjoni u l-bejgћ mill-ġdid, kif ukoll għal marġni raġonevoli gћall-BĠ&A u gћall-profitti. F’dan ir-rigward, intużaw l-ispejjeż tal-BĠ&A tal-kumpaniji relatati stess.

(31)

Wara l-iżvelar parti waħda saħħqet li meta kienu qed jiġu stabbiliti l-BĠ&A tal-importaturi relatati, tqiesu ċerti spejjeż li kienu relatati mal-bejgħ ta’ prodotti oħrajn minbarra l-prodott ikkonċernat u li dawn l-ispejjeż b’hekk għandhom jitwarrbu. Huwa nnotat li l-ispejjeż BĠ&A hekk kif provduti mill-kumpaniji kkonċernati ġew ikkunsidrati mat-twaqqif tal-prezz ta’ esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. It-talba li l-ispejjeż BĠ&A rrapportati inkludew l-ispejjeż BĠ&A mill-bejgħ ta’ prodotti oħrajn ma kinetx appoġġjata minn kwalunkwe evidenza u b’hekk rtwarrbet.

(32)

Barra minn hekk, il-kummenti mogħtija mill-parti interessata fuq prezzijiet ta’ esportazzjoni kienu bbażati fuq kwotazzjoni żbaljata tal-munita rilevanti. B’hekk din it-talba twarrbet.

(33)

Sa fejn huwa kkonċernat il-marġni ta’ profitt, l-ebda importatur mhux relatat fl-Unjoni ma kkoopera. Fl-investigazzjoni oriġinali, il-marġni ta’ profitt tal-importaturi relatati kien użat, ibbażat fuq il-fatt li l-attivitajiet tal-importaturi mhux relatati ma kinux biżżejjed komparabbli ma’ dawk tal-importatur relatat konċernat. L-investigazzjoni wriet li l-attivitajiet tal-importatur relatat kienu l-istess matul il-PIR hekk kif matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-maġġoranza ta’ ET importati ġiet ulterjorment integrata fil-prodott ewlieni manifatturat mill-grupp, it-torċ għall-iwweldjar. Għandu jkun innotat ukoll li l-ET huma ta’ valur minuri meta mqabbel mal-prodott finali. Fuq din il-bażi u bħal fl-investigazzjoni oriġinali ġie konkluż li l-marġni tal-profitt personali tal-importatur relatat jikkostitwixxi bażi preċiża bħala marġni ta’ profitt għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni.

(34)

Fir-rigward tal-kumpanija li ngћatat TI fl-investigazzjoni oriġinali, il-bejgħ kollu ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni sar direttament lil klijenti indipendenti stabbiliti fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu.

(35)

Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi l-oħrajn kollha stabbiliti fir-RPĊ kienet ibbażata fuq statistika tal-importazzjonijiet disponibbli fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6).

(36)

Skont l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti bit-tnaqqis tad-dazji antidumping imħallsa, hekk kif l-ebda waħda mill-partijiet ma tat evidenza li d-dazju ġie verament rifless fil-prezzijiet għall-bejgħ mill-ġdid jew fil-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fis-suq tal-Unjoni.

2.4.   Tqabbil

(37)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(38)

Għall-għan li jkun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw u skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, saret konċessjoni dovuta fil-forma ta’ aġġustamenti fir-rigward ta’ ċerti differenzi fit-trasport, l-assigurazzjoni, it-taxxi u l-ispejjeż tal-kreditu li affettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet.

2.5.   Marġni tad-dumping

(39)

Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-valur medju normali peżat u l-prezz medju tal-esportazzjoni peżat.

(40)

Għal produttur esportatur li kkoopera u li ngħata TES fl-investigazzjoni oriġinali, dan it-tqabbil wera li din il-kumpanija kompliet d-dumping f’livelli sinifikanti.

(41)

Għal produttur esportatur li kkoopera u li ngħata TI fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll il-marġini ta’ dumping nazzjonali applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha li ma kkooperawx fir-RPĊ wera livell ta’ dumping sinifikanti, ogħla minn dak li kien instab fl-investigazzjoni oriġinali.

3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f’każ li jiġu revokati l-miżuri

3.1.   Kumment preliminari

(42)

Minbarra l-analiżi tal-eżistenza ta’ dumping matul il-PIR, ġiet investigata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk jiġu revokati l-miżuri.

(43)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw biss madwar 10 % tal-produzzjoni totali tal-kapaċità fir-RPĊ. Għalhekk, is-sejbiet kellhom jiġu bbażati l-aktar fuq l-informazzjoni mogħtija fit-talbiet għal rieżami kif ukoll informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. L-imġiba tal-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi lejn swieq oħra ta’ pajjiżi terzi, il-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża kif ukoll l-kapaċitajiet ta’ riżerva disponibbli u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Ċiniżi kienu kkunsidrati b’mod partikolari.

3.2.   Imġiba tal-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi lejn swieq oħra ta’ pajjiżi terzi

(44)

Fejn huma kkonċernati l-esportazzjonijiet lejn swieq oħra ta’ pajjiżi terzi, għandu jkun innutat li l-informazzjoni statistika disponibbli mill-bażijiet ta’ data pubbliċi Ċiniżi tkopri kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-prodott mill-prodott taħt rieżami u għalhekk l-ebda analiżi sinifikanti ta’ kwantitajiet esportati lejn swieq oħrajn jew il-prezzijiet fuq dawn is-swieq jistgħu jkunu magħmula. Żewġ produtturi li kkooperaw mir-RPĊ ma esportawx lejn klijenti mhux relatati f’swieq terzi oħrajn. Fuq din il-bażi, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra ta’ pajjiżi terzi matul il-PIR ma setgħux jiġu stabbiliti b’mod affidabbli u l-ebda konklużjonijiet ma jistgħu jiġu dedotti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli.

3.3.   Kapaċità ta’ riżerva tal-produtturi Ċiniżi

(45)

Id-data li fuq il-bażi tagħha ssir l-analiżi hawn taħt ġiet ipprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami u kienet verifikata għal darb’oħra ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

(46)

Fuq din il-bażi, kapaċitajiet ta’ produtturi fir-RPĊ ġew stmati għal 1 600 000 kg. L-istima tal-applikant tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi Ċiniżi hija madwar 63 % li tirriżulta f’kapaċità mhux użata ta’ madwar 600 000 kg, aktar minn kważi ħames darbiet il-konsum tal-Unjoni totali matul il-PIR. Għalhekk, hemm kwantitajiet kbar disponibbli għall-esportazzjoni mir-RPĊ, b’mod partikolari għaliex ma hemm l-ebda indikazzjoni li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jista’ jassorbi din il-kapaċità żejda sinifikanti.

3.4.   Volum u prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ

(47)

Importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żdiedu b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu l-livell ferm ogħla minn 50 000 kilogramm matul il-PIR li jirrappreżentaw madwar nofs il-konsum totali tal-Unjoni matul il-PIR.

(48)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu qed ivarjaw u segwew l-istess xejriet bħall-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. B’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu bejn l-2008 u l-PIR b’42 % u kienu għadhom f’livelli dumped. It-tkabbir fil-prezz huwa prinċipalment spjegat minn spiża ogħla tal-materja prima ewlenija (trab tat-tungstenu) matul il-PIR.

3.5.   Attratività tas-suq tal-Unjoni

(49)

Is-suq tal-Unjoni huwa fost l-ikbar fid-dinja billi jilħaq 20 % tal-konsum dinji ta’ ET Il-kumpaniji Ċiniżi wrew interess serju li jiżviluppaw il-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni li hija appoġġjata mill-fatt li żammew u żiedu wkoll is-sehem sinifikanti tagħhom tas-suq ta’ 45 % matul il-PIR.

3.6.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-issoktar tad-dumping

(50)

L-analiżi ta’ hawn fuq turi li l-importazzjonijiet Ċiniżi jkomplu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dumped b’marġnijiet ta’ dumping għoli ħafna. Minħabba li notevolment, l-analiżi tal-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, u l-interess li esportaturi Ċiniżi wrew fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll kapaċitajiet żejda sinifikanti disponibbli fir-RPĊ, li jmorru lil hinn sew mill-konsum totali tal-Unjoni, jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà kbira ta’ tkomplija ta’ dumping jekk il-miżuri jitneħħew.

D.   SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(51)

L-investigazzjoni preżenti kkonfermat li l-ET huma mmanifatturati minn żewġ produtturi fl-Unjoni. Iż-żewġ produtturi kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

(52)

Dawn il-kumpaniji jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem se ssir referenza għalihom bħala l-“industrija tal-Unjoni”.

2.   Kumment preliminari

(53)

Peress li hemm biss żewġ kumpaniji li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni, id-data li tirreferi għall-industrija tal-Unjoni jew se tiġi ppreżentata f’forma ta’ indiċi jew firxiet, sabiex tiġi mħarsal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

(54)

Minħabba li l-importazzjonijiet taħt il-livell tal-kodiċi NM mill-Eurostat inkludew ukoll prodotti li mhumiex ET, informazzjoni fuq l-importazzjonijiet ġiet analizzata fil-livell tal-kodiċi TARIC, supplimentata mill-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. Id-data tat-TARIC titqies bħala kunfidenzjali peress li tipprovdi livell ta’ dettall li tippermetti l-identifikazzjoni tal-partijiet. Għal din ir-raġuni xi informazzjoni ġiet ippreżentata f’firxiet.

3.   Konsum tal-unjoni

(55)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u data tal-importazzjoni mill-Eurostat fil-livell tal-kodiċi TARIC, supplimentata bl-informazzjoni mid-data miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku.

(56)

Bejn l-2008 u l-PIR (“il-perjodu meqjus”), il-konsum tal-Unjoni naqas b’16 %. Il-konsum fl-Unjoni naqas sostanzjalment bejn l-2008 u l-2009, u żdied minn dak iż-żmien, mingħajr ma laħaq il-livelli ta’ qabel il-kriżi matul il-PIR. Mill-quċċata baxxa fl-2009 għall-PIR, il-konsum tal-Unjoni żdied bi kważi 40 %.

Tabella 1

Konsum

Volum

(kilogrammi)

2008

2009

2010

PIR

Konsum

140 000 – 150 000

90 000 – 100 000

110 000 – 120 000

120 000 – 130 000

Indiċi (2008 = 100)

100

61

75

84

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju, Eurostat, bażi ta’ data tal-Artikolu 14(6)

4.   Volum u sehem mis-suq ta’ importazzjonijet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ

(57)

Il-volumi u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni statistika pprovdut fuq il-livell TARIC supplimentat bl-informazzjoni mid-data miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku.

(58)

Minkejja t-tnaqqis assolut fil-konsum tal-Unjoni, il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott rieżaminat li joriġina fir-RPĊ żdied b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’żamma ta’ livell ferm ogħla minn 50 000 kg matul il-PIR (ara t-Tabella 2). Din iż-żieda, flimkien ma’ tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat wasslu għal żieda tas-sehem tas-suq tal-esportaturi Ċiniżi għal madwar nofs is-suq totali tal-Unjoni.

Tabella 2

Importazzjonijiet fir-RPĊ

 

2008

2009

2010

PIR

Volum

51 771

36 188

39 953

56 289

Indiċi (2008 = 100)

100

70

77

109

Sehem mis-suq (%)

35 - 40

35 - 40

35 - 40

45 - 50

Sors:

Eurostat, bażi ta’ data tal-Artikolu 14(6)

5.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

5.1.   Evoluzzjoni tal-prezzijiet

(59)

Il-prezzijiet mir-RPĊ żdiedu fir-reġjun ta’ 40 % bejn is-sena 2008 u l-PIR, b’żieda qawwija matul il-PIR. It-tkabbir fil-prezz huwa prinċipalment spjegat minn spiża ogħla tal-materja prima ewlenija (trab tat-tungstenu) matul il-PIR.

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2008

2009

2010

PIR

Prezzijiet

EUR/Kg

36,59

33,83

41,56

51,83

Indiċi (2008 = 100)

100

92

114

142

Sors:

Eurostat, bażi ta’ data tal-Artikolu 14(6)

5.2.   Twaqqigħ tal-prezz

(60)

L-investigazzjoni żvelat li l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ waqqgħu l-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni. Kien stabbilit marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ 37 % matul il-PIR, u meta jiġi inkluż id-dazju antidumping fil-kalkolu, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz kien għadu sinifikanti f’livell ta’ 24 %. Il-kalkolu kien ibbażat fuq tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mal-medja tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni f’livell ex-work. Il-prezzijiet tqiesu li kienu rappreżentattivi għar-RPĊ hekk kif iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw koprew madwar 80 % tal-importazzjonijiet ta’ ET mir-RPĊ.

(61)

Wara l-iżvelar produttur esportatur wieħed stqarr li l-prezzijiet ma kinux imqabbla fuq bażi skont it-tip u minħabba varjazzjonijiet sinifikanti allegati tal-prezzijiet bejn tipi ta’ prodotti differenti, il-livelli tat-twaqqigħ ikkalkulati ma kinux sinifikanti. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, tqabbil tal-prezzijiet fuq bażi skont it-tip kien possibbli biss għal parti mill-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u biss għal parti mill-bejgħ tal-esportazzjonijiet li saru lill-Unjoni. Madankollu l-parti ma ppreżentatx evidenza li tista’ tixħet dubju fuq ir-raġonevolezza tal-metodoloġija applikata. B’hekk din it-talba twarrbet.

(62)

Wara l-iżvelar ġie mistqarr ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni ma ġewx imqabbla fl-istess livell tal-kummerċ. Din it-talba ma kinitx sostanzjata hekk kif il-parti kkonċernata ma tat l-ebda informazzjoni jew evidenza li wriet differenzi konsistenti u distinti fil-funzjoni u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għal-livelli differenti allegati ta’ kummerċ. B’hekk din it-talba twarrbet.

6.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(63)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat qed jintwera fit-tabella hawn taħt. Il-volumi u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu stabbiliti abbażi tal-informazzjoni statistika pprovdut fuq il-livell TARIC supplimentat bl-informazzjoni mid-data miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku.

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

 

2008

2009

2010

PIR

Il-Vjetnam

Volum ta’ importazzjonijiet (Kgi)

27 878

14 184

13 776

25 833

Indiċi (2008 = 100)

100

51

49

93

Prezz

f’EUR/Kg

44,36

45,34

46,02

56,01

Indiċi (2008 = 100)

100

102

104

126

Il-Korea t’Isfel

Volum ta’ importazzjonijiet (Kgi)

21 299

8 174

11 051

3 319

Indiċi (2008 = 100)

100

38

52

16

Prezz

f’EUR/Kg

50,99

44,16

44,16

59,31

Indiċi (2008 = 100)

100

87

87

116

Pajjiżi terzi oħra

Volum ta’ importazzjonijiet (Kgi)

7 641

6 247

10 942

9 186

Indiċi (2008 = 100)

100

82

143

120

Prezz

f’EUR/Kg

43,24

59,82

64,98

57,75

Indiċi (2008 = 100)

100

138

150

134

Total

 

 

 

 

Volum ta’ importazzjonijiet (Kgi)

56 818

28 605

35 779

38 338

Indiċi (2008 = 100)

100

50

63

67

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (%)

35 - 40

30 - 35

30 - 35

30 - 35

Prezz

f’EUR/Kg

46,70

48,17

51,25

56,71

Indiċi (2008 = 100)

100

103

110

121

Sors:

Eurostat, bażi ta’ data tal-Artikolu 14(6)

(64)

Il-volumi ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra lejn is-suq tal-Unjoni naqsu matul il-perjodu kkunsidrat bi kważi 33 %. L-ishma tas-suq naqsu matul il-perjodu kkunsidrat u kienu bejn 30 % sa 35 % matul il-PIR. Prezzijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b’21 % matul l-istess perjodu.

(65)

Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali ma kienx hemm importazzjonijiet sinifikanti tal-prodott simili lejn is-suq tal-Unjoni għajr mir-RPĊ. L-investigazzjoni oriġinali stabbiliet li s-swieq ewlenin tal-produtturi Amerikani u Ġappuniżi li kien għad hemm kienu s-swieq domestiċi rispettivi tagħhom. Għalhekk ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn għajr dak tar-RPĊ kienu estremament żgħar.

(66)

L-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni allegat li ma teżisti l-ebda produzzjoni ta’ ET fil-Vjetnam u l-Korea ta’ Isfel u li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kienu fil-fatt ġejjin mir-RPĊ. Madankollu, ma ttieħdet l-ebda informazzjoni li tikkonferma din l-allegazzjoni matul l-investigazzjoni attwali.

7.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

7.1.   Kummenti preliminari

(67)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(68)

Billi l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn żewġ produtturi biss, id-data tiġi rrappurtata f’firxiet għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

7.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(69)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Sa tmiem il-PIR, il-produzzjoni naqset b’29 % meta mqabbla mal-2008. Ix-xejra kienet partikolarment negattiva matul l-2009, bi tnaqqis ta’ aktar minn 40 %.

Tabella 5

Produzzjoni totali tal-Unjoni

Volum

(kgi)

2008

2009

2010

PIR

Produzzjoni

60 000 – 70 000

35 000 – 40 000

50 000 – 60 000

40 000 – 50 000

Indiċi (2008 = 100)

100

60

82

71

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

(70)

Il-kapaċità ta’ produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Hekk kif il-produzzjoni naqset, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità li rriżultat uriet tnaqqis ġenerali ta’ 27 % bejn l-2008 u l-PIR, b’41 % ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità matul il-PIR. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt:

Tabella 6

Kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

Volum

(kgi)

2008

2009

2010

PIR

Kapaċità ta’ produzzjoni

95 000 – 110 000

95 000 – 110 000

95 000 – 110 000

95 000 – 110 000

Indiċi (2008 = 100)

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità (%)

57

35

47

41

Indiċi (2008 = 100)

100

60

82

73

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.3.   Stokkijiet

(71)

Il-livell tal-istokks tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’20 % bejn l-2008 u l-PIR. Din ix-xejra hija konformi mat-tendenza ta’ tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

Tabella 7

Stokk tal-għeluq

Volum

(kgi)

2008

2009

2010

PIR

Stokk tal-għeluq

5 000 – 15 000

5 000 – 15 000

5 000 – 15 000

5 000 – 15 000

Indiċi (2008 = 100)

100

70

85

80

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.4.   Volum tal-bejgħ

(72)

Il-volum ta’ bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas bi 23 % bejn l-2008 u l-PIR, b’tnaqqis qawwi bejn l-2008 u l-2009. Din ix-xejra negattiva kienet aktar mit-tnaqqis fil-konsum totali, ħlief għas-sena 2010.

Tabella 8

Bejgħ lil klijenti mhux relatati

 

2008

2009

2010

PIR

Volum (kgi)

40 000 – 50 000

25 000 – 30 000

35 000 – 40 000

30 000 – 35 000

Indiċi (2008 = 100)

100

65

87

77

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.5.   Sehem mis-suq

(73)

Bħala riżultat ta’ dak li ġie osservat fil-premessa preċedenti dwar il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni, filwaqt li tilfet volumi ta’ bejgħ, kienet kapaċi żżomm l-ishma mis-suq tagħha tul l-2009 u l-2010, iżda qalgħet daqqa ta’ ħarta matul il-PIR, bit-tnaqqis fil-bejgħ minkejja s-suq dejjem jikber. Dan irriżulta f’sehem tas-suq ta’ bejn 20 % u 25 %, kemxejn aktar baxx minn dak li kien irreġistrat fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

Tabella 9

Sehem tas-suq tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PIR

Sehem tas-suq tal-Unjoni (%)

25 - 30

25 - 30

30 - 35

20 - 25

Indiċi (2008 = 100)

100

107

117

91

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju, Eurostat, bażi ta’ data tal-Artikolu 14(6)

7.6.   Tkabbir

(74)

Kif spjegat hawn fuq, il-konsum fl-Unjoni naqas sostanzjalment bejn l-2008 u l-2009, bħala riżultat tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, u kien żdied minn dak iż-żmien, mingħajr ma laħaq il-livelli ta’ qabel il-kriżi matul il-PIR. L-industrija tal-Unjoni, filwaqt li tilfet volumi ta’ bejgħ, kienet kapaċi żżomm l-ishma mis-suq tagħha tul l-2009 u l-2010, iżda qalgħet daqqa ta’ ħarta matul il-PIR, bit-tnaqqis fil-bejgħ minkejja s-suq dejjem jikber.

7.7.   Impjiegi u produttività

(75)

Il-livell tal-impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 13 % bejn l-2008 u l-PIR.

(76)

Wara t-tnaqqis fil-produzzjoni, il-produttività ta’ kull impjegat, il-miżuri bħala produzzjoni f’kg għal kull impjegat, naqas ukoll matul il-perjodu kkunsidrat. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt:

Tabella 10

Impjiegi u produttività totali tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PIR

Indiċi ta’ impjegati

100

65

84

87

Indiċi ta’ produttività

100

92

106

83

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.8.   Prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità

(77)

Il-prezzijiet ta’ bejgħ għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqset kemxejn bejn l-2008 u l-2010, filwaqt li tirrifletti parzjalment l-impatt tal-kriżijiet ekonomiċi. Bejn l-2010 u l-PIR il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità żdiedu b’mod sostanzjali. B’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan l-iżvilupp fil-prezzijiet, b’mod partikolari bejn l-2010 u l-PIR, kien ikkawżat minn żieda fil-prezzijiet ta’ komponenti ewlenin li jiffurmaw TE.

Tabella 11

Prezz ta’ unità tal-bejgħ tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PIR

Prezz ta’ unità tal-bejgħ tal-Unjoni (EUR għal kull unità)

80-120

80-120

80-120

100-140

Indiċi (2008 = 100)

100

94

96

135

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.9.   Profittabilità

(78)

Il-profittabilità tjiebet bejn l-2008 u l-PIR, wara li laħqet livell iktar baxx fl-2009 u l-2010. Madankollu l-profittabilità baqgħet negattiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

Tabella 12

Profittabilità

 

2008

2009

2010

PIR

Kapaċità ta’ profittabilità tal-bejgħ tal-Unjoni

Indiċi (2008 = 100)

100

95

95

104

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.10.   Investiment u dħul mill-investiment

(79)

L-investiment fin-negozju tal-prodott ikkonċernat naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

(80)

Id-dħul mill-investiment segwa tendenza ta’ kapaċità ta’ profittabilità. Fl-2008 l-industrija tal-Unjoni rreġistrat dħul negattiv mill-investiment li tjieb ftit, għalkemm baqa’ negattiv matul il-PIR.

Tabella 13

Investimenti u Dħul mill-Investiment

Indiċi (2008 = 100)

2008

2009

2010

PIR

Investimenti

100

2

23

18

Dħul fuq l-investiment

100

100

96

103

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.11.   Fluss ta’ flus u kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

(81)

Il-fluss ta’ flus, li hija l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, espress bħala perċentwali tal-fatturat tal-prodott ikkonċernat, tjieb b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm baqa’ negattiv.

Tabella 14

Fluss ta’ flus

 

2008

2009

2010

PIR

Fluss ta’ flus

Indiċi (2008 = 100)

100

99

96

106

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju

7.12.   Pagi

(82)

Bejn l-2008 u l-PIR, il-pagi tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’16 % f’konformità mat-tnaqqis tan-numru ta’ impjegati.

7.13.   Daqs tal-marġni tad-dumping

(83)

Minkejja l-miżuri fis-seħħ, tkompla dumping sostanzjali matul il-PIR f’livell li huwa ‘l fuq sew mil-livell attwali ta’ miżuri. Minħabba l-kapaċità kbira ta’ riżerva, l-ispejjeż attwali ta’ volumi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ u prezzijiet li naqqsu b’mod sinifikanti mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli.

7.14.   Irkupru minn dumping tal-passat

(84)

Ġie analizzat jekk l-industrija tal-Unjoni rkupratx mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi. Minkejja l-miżuri antidumping fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tirkupra mid-dumping tal-passat. Bħala tweġiba għall-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-industrija tal-Unjoni ppruvat iżomm sehemha mis-suq iżda kellha telf bħala riżultat.

8.   Konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(85)

L-industrija tal-Unjoni baqgħet f’qagħda ekonomika vulnerabbli u kompliet iġġarrab ħsara materjali. Kważi l-indikaturi tal-ħsara kollha marbuta mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni hija mingħajr periklu.

(86)

Bħala tweġiba għall-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-industrija tal-Unjoni ppruvat żżomm is-sehem tagħha tas-suq, iżda biegħet bi prezzijiet li fil-biċċa l-kbira kienu inqas mil-livell fejn id-dħul jibbilanċja l-infiq. Fil-fatt, iż-żieda tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2010 u l-PIR hija marbuta maż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u ma kinetx tkopri l-ispiża totali tal-industrija tal-Unjoni.

(87)

Bħala konklużjoni, id-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni jistgħu jkunu marbuta b’mod ċar mal-preżenza kbira tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fis-suq tal-Unjoni, li jinbiegħu bi prezzijiet suġġetti għal dumping b’mod sinifikanti, minkejja l-miżuri fis-seħħ. Dan il-fattur ma kienx biżżejjed biex jiddetermina sitwazzjoni fejn l-industrija tal-Unjoni ssofri telf f’tentattiv biex iżomm sehem tas-suq raġonevoli. Barra minn hekk, dawn id-diffikultajiet kienu iżjed profondi matul kważi l-perjodu kollu meqjus minn żewġ fatturi: it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tas-suq matul il-kriżi ekonomika tal-2008-09 u, anke jekk sa ċertu punt, żieda f’daqqa fl-ispejjeż tal-materja prima matul il-PIR. Dan wassal għal xenarju fejn it-telf laħaq livelli sinifikanti.

(88)

Fid-dawl tal-iżvilupp negattiv tal-indikaturi marbuta mal-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li l-industrija tal-Unjoni kompliet iġġarrab ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu kkunsidrat.

E.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA

1.   Kummenti preliminari

(89)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni dehret f’qagħda vulnerabbli, esposta għall-effett ta’ ħsara tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

(90)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ġew ivvalutati sabiex tiġi stabbilita l-probabilità ta’ tkomplija tal-ħsara, jekk il-mizuri jitħallew jiskadu.

2.   Volumi tal-importazzjoni ċiniżi

(91)

Huwa mfakkar li l-konsum fis-suq tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti mill-investigazzjoni oriġinali l-aktar minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu għal livell ferm ogħla minn 50 000 kg matul il-PIR. F’dak li jirrigwarda l-volumi tal-importazzjoni, dan żdied b’9 %, filwaqt li naqas is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

3.   kapaċità żejda fir-RPĊ

(92)

Kif deskritt fil-premessa (46), abbażi tal-informazzjoni disponibbli hemm kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fir-RPĊ. Jista’ jkun mistenni li parti kbira tal-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża biex jiżdiedu l-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri antidumping. Dan huwa minħabba li ma hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku Ċiniż jistgħu jassorbu l-kapaċità żejda sinifikanti Ċiniża. Għalhekk, teżisti l-kapaċità li jiżdiedu b’mod sinifikanti l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni. L-istima ta’ kapaċità mhux użata taqbeż kważi ħames darbiet il-konsum tal-Unjoni matul il-PIR.

(93)

Barra minn hekk, l-informazzjoni mibgħuta matul l-investigazzjoni indikat distorsjonijiet importanti fil-materja prima (paratungstat tad-diammonju — “APT”) użati għall-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Din il-materja prima hija suġġetta għal kwoti ta’ esportazzjoni imposti mill-awtoritajiet Ċiniżi kif ukoll għal taxxi fuq l-esportazzjoni. Dan jillimita l-esportazzjonijiet tal-APT u jżid b’mod artifiċjali l-prezz dinji tiegħu. Dawn id-distorsjonijiet huma x’aktarx suxxettibbli li jagħtu aktar inċentivi lill-industrija Ċiniża biex tipproduċi u tesporta bi prezzijiet baxxi, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni trid tipproduċi l-prodott simili fuq il-bażi ta’ prezzijiet artifiċjalment għolja tal-materja prima.

4.   Attratività tas-suq tal-Unjoni

(94)

Intwera li l-produtturi esportaturi Ċiniżi wrew interess kontinwu fis-suq tal-Unjoni u kienu kapaċi jżidu l-volumi tal-importazzjoni għas-spejjeż tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Huma diġà żiedu s-sehem diġà sinifikanti tas-suq tagħhom matul il-PIR.

5.   Konklużjoni

(95)

L-industrija tal-Unjoni ġarrbet l-effetti tal-importazzjonijiet dumped Ċiniżi għal bosta snin u bħalissa għadha f’qagħda ekonomika fraġli.

(96)

Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, hemm probabbiltà kbira ta’ żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jistgħu jheddu serjament l-eżistenza tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, fir-RPĊ hemm kapaċità żejda sinifikanti li x’aktarx tkun fil-biċċa l-kbira intiża lejn is-suq tal-Unjoni, bi prezzijiet dumped li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(97)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri l-kontinwazzjoni ta’ dumping, il-kapaċità żejda fir-RPĊ, id-distorsjoni misjuba fis-suq għal materja prima, il-potenzjal ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni, l-imġieba tal-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi fejn b’mod ċar iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni, kull tneħħija tal-miżuri x’aktarx twassal għall-issoktar tal-ħsara.

F.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Introduzzjoni

(98)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(99)

Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-impożizzjoni tal-miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija rieżami, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri tal-antidumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri tal-antidumping eżistenti.

(100)

Fuq l-istess bażi, ġie eżaminat li għalkemm x’aktarx il-ħsara tad-dumping terġa’ tiġri, jeżistu raġunijiet li jwasslu għall-konklużjoni li mhijiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-mizuri f’dan il-każ partikolari.

2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(101)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-analiżi dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara, huwa ċar li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament serju tal-qagħda finanzjarja tagħha fil-każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu. Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni tilfet produzzjoni u volum ta’ bejgħ filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minkejja l-miżuri fis-seħħ. Matul l-istess perjodu, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar hekk kif tibda tesperjenza telf kbir. Għaldaqstant jeħtieġ li jinżammu kundizzjonijiet effettivi ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni.

(102)

Jitqies li t-tkomplija tal-miżuri tibbenefika lill-industrija tal-Unjoni li mbagħad għandha tkun kapaċi li żżid il-volumi tal-bejgħ u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. B’kuntrast, il-waqfien tal-miżuri jheddu serjament il-vijabilità tal-industrija tal-Unjoni.

3.   Interess tal-utenti

(103)

L-ebda wieħed mill-15-il utent ikkuntattjat ma resaq biex jikkoopera. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju minn utenti interessati. Fl-investigazzjoni oriġinali nuqqas ta’ kooperazzjoni kien spjegat permezz tal-impatt baxx ta’ ET fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom kif jidher li l-kwalità u l-kredibilità huma l-kriterji primarji għal klijenti. Minħabba dak li jidher bħala impatt marġinali tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fuq l-ispejjeż tal-prodotti li jiġu wara l-katina tas-suq, ġie konkluż li l-miżuri ma jolqtux b’mod ħażin l-industrija tal-utenti.

4.   Interess tal-importaturi

(104)

Tliet importaturi kkuntattjaw lill-Kummissjoni fil-bidu tal-investigazzjoni, iżda ma kinux kkunsidrati bħala partijiet interessati billi dawn ma kienux importaw il-prodott ikkonċernat mir-RPĊ matul il-PIR. Minħabba li l-importaturi ta’ ET ma wrew l-ebda interess matul l-istħarriġ, ġie konkluż li ma kienx se jkun b’mod ċar kontra l-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri.

5.   Konklużjoni

(105)

Minħabba dak imsemmi hawn fuq, huwa konkluż li ma hemm l-ebda raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali.

G.   MIŻURI ANTIDUMPING

(106)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien ġustifikat.

(107)

Minn dan isegwi li, kif provdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tungstenu li joriġinaw fir-RPĊ, imposti bir-Regolament (KE) Nru 260/2007, għandhom jinżammu.

(108)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw għal kumpaniji li għalihom tkun introdotta rata individwali tad-dazju, jinkludu dan li ġej: il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’tali fattura gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju tal-antidumping residwu li japplika gћall-produtturi l-oћra kollha,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan huwa impost dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ elettrodi tungstenu tal-iwweldjar, inklużi biċċiet u vireg tat-tungstenu għall-iwweldjar tal-elettrodi, li fihom 94 % jew aktar bil-piż ta’ tungstenu, ħlief dawk magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana, kemm jekk maqtugħin għat-tul, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8101 99 10 u ex 8515 90 00 (kodiċijiet TARIC 8101991010 u 8515900010) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun li ġejja:

Kumpanija

Dazju Antidumping

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co., Ltd

17,0  %

A754

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co., Ltd

41,0  %

A755

Beijing Advanced Metal Materials Co., Ltd

38,8  %

A756

Il-kumpaniji l-oħra kollha

63,5  %

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 72, 13.3.2007, p. 1.

(3)  ĠU C 71, 9.3.2012, p. 23.


ANNESS

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament gћandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:

1.

L-isem u l-pożizzjoni tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li [il-volum] ta’ elettordi tungstenu li nbiegћu gћall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew manifatturati minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija] [il-kodiċi addizzjonali TARIC] fil-(pajjiż konċernat). Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”


4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 509/2013

tat-3 ta’ Ġunju 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ diversi addittivi f’ċerti xarbiet akoħoliċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Fl-10 ta’ Frar 2011 il-Krajowa Rada Winiarstwa i Miodosytnictwa (National Council of Viticulture and Meadery) tal-Polonja ppreżenta applikazzjoni biex il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tiġi emendata sabiex tippermetti l-użu ta’ diversi addittivi f’ċerti xarbiet alkoħoliċi kif deskritt fid-Digriet Pollakk tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-manifattura u l-ibbottiljar ta’ prodotti tal-inbid, il-kummerċ ta’ dawk il-prodotti u l-organizzazzjoni tas-suq (3) (“id-Digriet Pollakk dwar il-prodotti tal-inbid”)

(4)

Ix-xarbiet alkoħoliċi koperti mid-Digriet Pollakk dwar il-prodotti tal-inbid mhumiex koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (4), peress li ma jaqgħux taħt waħda mill-kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli elenkati fl-Anness XIb ta’ dak ir-Regolament. L-aromatizzanti tal-ikel koperti mid-Digriet Pollakk dwar il-prodotti tal-inbid mhumiex koperti wkoll bl-istess mod mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (5).

(5)

L-użu tal-addittivi fi prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa awtorizzat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, tal-prattika enoloġika u tar-restrizzjonijiet applikabbli (6) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom. Dawk l-atti mhumiex applikabbli għax-xarbiet alkoħoliċi koperti mid-Digriet Pollakk dwar il-prodotti tal-inbid.

(6)

Madankollu, l-Artikolu 113d(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tat-terminu “nbid” għal prodotti differenti minn dawk imsemmija fl-Anness XIb ta’ dak ir-Regolament, jekk dan ikun akkumpanjat mill-isem ta’ frotta fil-forma ta’ isem kompost sabiex jiġu kkummerċjalizzati prodotti tas-suq miksubin mill-fermentazzjoni ta’ frott ieħor għajr l-għeneb jew jekk ikun parti minn isem kompost. F’konformità mal-Artikolu 113d(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Polonja ppermettiet l-użu tat-terminu “nbid” għax-xarbiet alkoħoliċi elenkati fid-Digriet Pollakk dwar il-prodotti tal-inbid. Għaldaqstant, l-użu ta’ addittivi f’dawk il-prodotti għandu jiġi elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, bla ħsara għar-regoli applikabbli fl-Istati Membri l-oħra fir-rigward tad-denominazzjoni ta’ dawn il-prodotti.

(7)

Ix-xarbiet alkoħoliċi elenkati fid-Digriet Pollakk dwar il-prodotti tal-inbid jaqgħu fil-kategoriji tal-ikel elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 kif jidher hawn taħt:

L-inbejjed Wino owocowe markowe (inbid tal-frott tal-marka), wino owocowe wzmocnione (inbid tal-frott imqawwi), wino owocowe aromatyzowane (inbid tal-frott aromatizzat), wino z soku winogronowego (inbid mill-meraq tal-għeneb) u aromatyzowane wino z soku winogronowego (inbid aromatizzat mill-meraq tal-għeneb) għandhom jiġu elenkati fil-kategorija 14.2.4: “Inbid tal-frott u nbid magħmul” tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

Nalewka na winie owocowym (tintura tal-inbid tal-frott), aromatyzowana nalewka na winie owocowym (tintura aromatizzata tal-inbid tal-frott), nalewka na winie z soku winogronowego (tintura tal-inbid mill-meraq tal-għeneb), aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego (tintura aromatizzata tal-inbid mill-meraq tal-għeneb), napój winny owocowy lub miodowy (xarbiet b’bażi ta’ nbid magħmul mill-frott jew l-għasel), aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy (xarbiet aromatizzati, b’bażi ta’ nbid magħmul mill-frott jew l-għasel), wino owocowe niskoalkoholowe (inbid tal-frott b’kontenut alkoħoliku baxx) u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe (inbid tal-frott aromatizzat, b’kontenut alkoħoliku baxx) għandhom jiġu elenkati fil-kategorija 14.2.8 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008: “Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlitiet ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol”.

(8)

L-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ addittivi fil-prodotti koperti mid-Digriet Pollakk dwar il-prodotti tal-inbid ma twassalx għal aktar esponiment tal-konsumaturi għal dawk is-sustanzi, u għalhekk ma toħloqx tħassib dwar is-sikurezza.

(9)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni ta’ diversi addittivi f’ċerti xarbiet alkoħoliċi koperti mid-Digriet Pollakk dwar il-prodotti tal-inbid tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Dziennik Urzędowy z 2011 r. Nr 120, poz. 690.

(4)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

(6)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.


ANNESS

Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-kategorija tal-ikel 14.2.4 “Inbid tal-frott u nbid magħmul”, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw il-Grupp II, il-Grupp III u l-addittivi E 160d, E 242, u E 353 huma sostitwiti b’dawn li jidhru hawn taħt:

 

“Grupp II

Kuluri fi quantum satis

quantum satis

 

Għajr wino owocowe markowe

 

Grupp III

Kuluri b’limitu massimu kkombinat

200

 

Għajr wino owocowe markowe

 

E 160d

Likopen

10

 

Għajr wino owocowe markowe

 

E 242

Dikarbonat tad-dimetil

250

(24)

L-inbid tal-frott, l-inbid b’kontenut alkoħoliku baxx u l-inbejjed wino owocowe markowe, wino owocowe wzmocnione, wino owocowe aromatyzowane, wino z soku winogronowego u aromatyzowane wino z soku winogronowego biss.

 

E 353

Aċidu metatartariku

100

 

L-inbid magħmul u l-inbejjed wino z soku winogronowego u aromatyzowane wino z soku winogronowego biss”

(2)

Fil-kategorija tal-ikel 14.2.4 “Inbid tal-frott u nbid magħmul, għall-addittiv E 1105 tiżdied din l-annotazzjoni:

 

“E 1105

Liżożima

quantum satis

 

L-inbejjed wino z soku winogronowego u aromatyzowane wino z soku winogronowego biss”

(3)

Il-kategorija tal-ikel 14.2.8 “Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlitiet ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol” hija emendata kif jidher hawn taħt:

(a)

l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw il-Grupp III, u l-addittivi E 123 u E 200-203 huma sostitwiti b’dawn li jidhru hawn taħt:

 

“Grupp III

Kuluri b’limitu massimu kkombinat

200

 

xarbiet alkoħoliċi b’kontenut alkoħoliku ta’ inqas minn 15 % u x-xarbiet nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss

 

E 123

Amarant

30

 

xarbiet alkoħoliċi b’kontenut alkoħoliku ta’ inqas minn 15 % u x-xarbiet nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss

 

E 200 - 203

Aċidu sorbiku - sorbati

200

(1) (2)

xarbiet alkoħoliċi b’kontenut alkoħoliku ta’ inqas minn 15 % u x-xarbiet nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss”

(b)

wara l-annotazzjoni li tikkonċerna l-addittivi E 210-213 Aċidu benzojku — benzoati, għall-addittivi E 220 – 228 tiżdied din l-annotazzjoni:

 

“E 220 – 228

Diossidu tal-kubrit - sulfiti

200

(3)

ix-xarbiet nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss”

(c)

wara l-annotazzjoni li tikkonċerna l-addittivi E 338-452 Aċidu fosforiku – fosfati – difosfati, trifosfati u polifosfati, għall-addittiv E 353 tiżdied din l-annotazzjoni:

 

“E 353

Aċidu metatartariku

100

 

ix-xarbiet nalewka na winie z soku winogronowego u aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego biss”

(d)

għall-addittiv E 1105, tiżdied din l-annotazzjoni:

 

“E 1105

Liżożima

quantum satis

 

ix-xarbiet nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss”


4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 510/2013

tat-3 ta’ Ġunju 2013

li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ Ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172), ta’ Idrossipropil metilċellulosa (E 464) u ta’ Polisorbati (E 432 - 436) għall-immarkar ta’ ċertu frott

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula l-klassijiet funzjonali tal-addittivi tal-ikel fl-ikel u tal-addittivi tal-ikel fl-addittivi tal-ikel u fl-enżimi tal-ikel.

(2)

Fejn ikun meħtieġ, bħala riżultat tal-progress xjentifiku jew tal-iżviluppi teknoloġiċi jistgħu jiġu miżjuda klassijiet funzjonali addizzjonali għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Ir-riċerka u l-iżvilupp urew li meta l-ossidi u l-idrossidi tal-ħadid (E 172) jiġu applikati fuq il-wiċċ tal-frott jew tal-ħaxix wara t-tneħħija tal-pigmenti ta’ ċerti partijiet (eż. bit-trattament bil-lejżer), itejbu l-kuntrast ta’ dawn il-partijiet mal-wiċċ li jifdal billi jitħalltu ma’ ċerti komponenti rilaxxati tal-epidermide. Dak l-effett jista’ jiġi użat għall-immarkar tal-frott jew tal-ħaxix. Għalhekk, ikun xieraq li tiżdied klassi funzjonali ġdida ‘sustanzi li jintensifikaw il-kuntrast’ fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(5)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, f’enżimi tal-ikel, f’aromatizzanti, f’nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(6)

Dawn il-listi jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, għall-enżimi tal-ikel u għall-aromatizzanti tal-ikel (2).

(7)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(8)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172) bħala sustanza li tintesifika l-kuntrast, ta’ idrossipropil metilċellulosa (E 464) bħala aġent tal-igglejżjar għall-immarkar li ma jitħassarx fuq ċertu frott u ta’ polisorbati (E 432 - 436) bħala emulsifikanti fil-preparazzjoni ta’ sustanzi li jintensifikaw il-kuntrast kienet sottomessa fit-8 ta’ April 2011 u saret disponibbli lill-Istati Membri.

(9)

Ġiet żviluppata teknoloġija ġdida tal-immarkar bl-użu ta’ lejżer tad-diossidu tal-karbonju għall-inċiżjoni ta’ informazzjoni fuq il-wiċċ ta’ frott frisk. Ċerti oġġetti tal-ikel jiżviluppaw marka ċara fuq il-wiċċ tagħhom minħabba l-azzjoni diretta tat-tneħħija tal-pigmenti minn raġġ tal-lejżer, iżda wħud minnhom le. Għalhekk, hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu ta’ ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172) bħala sustanza li tintensifika l-kuntrast, ta’ idrossipropil metilċellulosa (E 464) bħala aġent tal-igglejżjar u ta’ polisorbati (E 432 - 436) bħala emulsifikanti fil-preparazzjoni ta’ sustanzi li jintensifikaw il-kuntrast u biex ikun jista’ jsir immarkar li ma jitħassarx fuq ċertu frott. L-ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172) jipprovdu kuntrast biżżejjed ta’ żoni immarkati fuq il-bqija tal-wiċċ tal-frott, l-idrossipropil metilċellulosa (E 464) tifforma kisja rqiqa protettiva fuq iż-żoni mmarkati u l-polisorbati (E 432 - 436) jiżguraw tixrid omoġenju tal-preparazzjoni tal-addittiv tal-ikel fuq iż-żoni mmarkati tal-oġġetti tal-ikel.

(10)

L-użu tal-addittivi tal-ikel għandu jkollu vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur. It-teknoloġija tal-immarkar il-ġdida tista’ tintuża biex tirrepeti l-partikolaritajiet tal-informazzjoni obbligatorja kollha jew uħud minnhom, li huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw mill-użu tat-teknoloġija tal-immarkar il-ġdida meta isem id-ditta u l-metodu tal-produzzjoni, jingħataw fuq bażi volontarja.

(11)

Barra minn hekk, it-teknoloġija l-ġdida tal-immarkar li ma jitħassarx tipprovdi alternattiva għal stikers adeżivi li jistgħu jitneħħew u li jintużaw bħalissa u tillimita r-riskji li l-oġġetti tal-ikel jintilfu, jitħalltu jew jinqalbu ma’ xulxin u għalhekk tiffaċilita t-trasport u l-ħażna tal-frott ikkonċernat. Għal dak il-għan, l-indikazzjoni tal-kodiċi-PLU (numru tal-identifikazzjoni użat mill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jiffaċilitaw iċ-“checkout” u l-kontroll tal-inventarju tal-prodotti), tal-kodiċi-QR (barcode matriċi li tippermetti l-informazzjoni kodifikata tiġi skannjata b’veloċità għolja) u ta’ barcode tista’ tkun utli wkoll. Għalhekk, huwa xieraq li tali informazzjoni titħalla fuq ċertu frott.

(12)

L-ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172), l-idrossipropil metilċellulosa (E 464) u l-polisorbati (E 432 - 436) għandhom jintużaw fi kwantitajiet żgħar u fuq il-parti esterna tal-frott biss u mhumiex mistennija li jemigraw b’mod sinifikanti lejn il-parti interna. Għal dik ir-raġuni, it-trattament fuq frott li l-qxur tiegħu ma jittikilx x’aktarx li ma jkollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk huwa xieraq li jkun permess biss l-użu ta’ ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172) u ta’ idrossipropil metilċellulosa (E 464) għall-immarkar tal-frott taċ-ċitru, tal-bettieħ u tar-rummien u ta’ polisorbati (E 432 - 436) għall-użu fil-preparazzjoni ta’ sustanzi li jintensifikaw il-kuntrast.

(13)

L-ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172) kienu evalwati l-aħħar mill-Kumitat Xjentifiku tal-Ikel, fl-1975 (3). Ġie muri li 1 % biss tal-ossidi tal-ħadid u tal-idrossidi tal-ħadid x’aktarx li jinħallu fil-pajp gastrointestinali tal-bniedem u għalhekk il-Kumitat stabbilixxa doża aċċettabbli ta’ kuljum mingħajr ma speċifika limitu massimu. L-idrossipropil metilċellulosa (E 464) kienet evalwata l-aħħar mill-Kumitat Xjentifiku tal-Ikel, fl-1992 (4). Grupp ta’ doża aċċettabbli ta’ kuljum “mhux speċifikat” kien allokat għal 5 miċ-ċellulożi modifikati. Fl-1983 il-Kumitat alloka lill-grupp tal-polisorbati (E 432-436) doża aċċettabbli ta’ kuljum f’livell ta’ 10 mg/kg bw/jum (5). Ir-Rapport mill-Kummissjoni dwar it-Teħid tal-Addittivi tal-Ikel Dijetetiku fl-Unjoni Ewropea (6) kkonkluda li l-polisorbati (E 432-436) jistgħu jeħtieġu valutazzjoni aktar realistika tad-doża msejsa fuq livelli tal-użu reali tal-addittivi tal-ikel. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel hija mistennija twettaq din il-valutazzjoni tad-doża matul il-valutazzjoni mill-ġdid tal-polisorbati (E 432-436) sal-aħħar tal-2016 kif previst mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (7). Sadanittant, għall-fini li tiġi determinata l-estensjoni potenzjali tal-użu tagħhom, għandhom jiġu eżaminati biss is-sustanzi li jikkontribwixxu b’mod insinifikanti għall-konsum totali ta’ polisorbati.

(14)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172) u tal-idrossipropil metilċellulosa (E 464) għall-immarkar tal-frott taċ-ċitru, tal-bettieħ u tar-rummien u tal-polisorbati (E 432 - 436) għall-użu fil-preparazzjoni ta’ sustanzi li jintensifikaw il-kuntrast tikkostitwixxi aġġornamenti ta’ dawn il-listi li mhumiex suxxettibli li jkollhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhuwiex neċessarju li tinkiseb l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel.

(15)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (8), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Sabiex jitħalla l-użu ta’ ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172) u ta’ idrossipropil metilċellulosa (E 464) għall-immarkar fuq ċertu frott qabel dik id-data, jeħtieġ li tiġi speċifikata data aktar kmieni għall-applikazzjoni fir-rigward ta’ dawn l-addittivi tal-ikel.

(16)

Għalhekk, l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_01.pdf

(4)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_32.pdf

(5)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_15.pdf

(6)  COM(2001) 542 finali.

(7)  ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19.

(8)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


ANNESS

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness I tiddaħħal l-annotazzjoni 27:

“27.

‘sustanzi li jintensifikaw il-kuntrast’ huma sustanzi li, meta applikati fuq il-wiċċ estern tal-frott jew tal-ħaxix wara t-tneħħija tal-pigment minn partijiet iddefiniti minn qabel (pereżempju bit-trattament bil-lejżer), jgħinu fid-distinzjoni bejn dawn il-partijiet mill-bqija tal-wiċċ billi jagħtu l-kulur wara l-interazzjoni ma’ xi komponenti tal-epidermide.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti B, fit-taqsima 3. “Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa”, wara l-annotazzjoni għal E 170, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

“E 172

Ossidi u idrossidi tal-ħadid”

(b)

Fil-parti E, il-kategorija tal-ikel 04.1.1 “Frott u ħxejjex friski” hija emendat kif ġej:

(i)

L-annotazzjoni li ġejja E 172 tiddaħħal qabel l-entrata għal E 200-203:

 

“E 172

Ossidi u idrossidi tal-ħadid

6

 

biss bħala sustanza li tintensifika l-kuntrast għall-immarkar tal-frott taċ-ċitru, tal-bettieħ u tar-rummien sabiex:

jiġu ripetuti l-partikolaritajiet tal-informazzjoni obbligatorja kollha jew uħud minnhom, li huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u/jew il-liġi nazzjonali;

u/jew

tipprovdi fuq bażi volontarja l-isem tad-ditta, il-metodu ta’ produzzjoni, il-kodiċi-PLU, il-kodiċi-QR u/jew il-barcode

Perjodu ta’ applikazzjoni:

Mill-24 ta’ Ġunju 2013.”

(ii)

L-annotazzjoni E 464 li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 445:

 

“E 464

Idrossipropil metilċellulosa

10

 

biss għall-frott taċ-ċitru, għall-bettieħ u għar-rummien sabiex:

jiġu ripetuti l-partikolaritajiet tal-informazzjoni obbligatorja kollha jew uħud minnhom, li huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u/jew il-liġi nazzjonali;

u/jew

tipprovdi fuq bażi volontarja l-isem tad-ditta, il-metodu ta’ produzzjoni, il-kodiċi-PLU, il-kodiċi-QR u/jew il-barcode

Perjodu ta’ applikazzjoni:

Mill-24 ta’ Ġunju 2013.”

(3)

Fil-Parti 2 tal-Anness III, l-annotazzjoni għal E 432 – E 436 tinbidel b’dan li ġej:

“E 432 – E 436

Polisorbati

quantum satis

Preparazzjonijiet ta’ kuluri, sustanzi li jintensifikaw il-kuntrast, antiossidanti li jinħallu fix-xaħam u aġenti tal-igglejżar għall-frott”


4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 511/2013

tat-3 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

15,1

MA

51,3

MK

65,0

TN

27,7

TR

71,2

ZZ

46,1

0707 00 05

AL

41,5

MK

46,1

TR

142,5

ZZ

76,7

0709 93 10

TR

142,3

ZZ

142,3

0805 50 10

AR

85,2

TR

81,9

ZA

103,0

ZZ

90,0

0808 10 80

AR

162,3

BR

104,0

CL

122,4

CN

74,2

NZ

131,6

US

166,2

ZA

117,8

ZZ

125,5

0809 29 00

TR

465,1

US

557,8

ZZ

511,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Mejju 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 sa 2020 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(2013/257/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2), kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (3) u f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4) (“il-Ftehim AKP-UE”) jipprovdi għall-adozzjoni ta’ protokolli finanzjarji għal kull perjodu ta’ ħames snin.

(2)

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Anness Ib tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, flimkien mal-Istati tal-AKP, wettqu reviżjoni tal-prestazzjoni, li fost l-oħrajn tivvaluta l-grad ta’ twettiq tal-impenji u l-iżborżamenti.

(3)

Fit-8 ta’ Frar 2013, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha qablu dwar it-twaqqif tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament, jiġifieri, il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”), il-perjodu eżatt li għandu jiġi kopert (2014-2020), u l-ammont ta’ fondi li għandhom jiġu allokati għal dan il-mekkaniżmu.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 sa 2020 tal-Ftehim ta’ Sħubija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE rigward il-protokoll dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014-2020, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehimiet kif rettifikati bi ĠU L 385, 29.12.2004, p. 88.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AKP-UE

ta’

li tadotta protokoll dwar il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014-2020 taħt il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AKP-UE

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) u f’Ouagadougo u fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”), u partikolarment l-Artikolu 95(2) u 100 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha flimkien mal-Istati tal-AKP wettqu reviżjoni tal-prestazzjoni, skont l-Artikolu 7 għall-Anness Ib tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, li fost l-oħrajn tivvaluta l-grad ta’ twettiq tal-impenji u l-iżborżamenti.

(2)

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qablu li jistabbilixxu l-mekkaniżmu ta’ finanzjament, jiġifieri, il-11-il FEŻ, il-perjodu eżatt li għandu jiġi kopert (2014-2020), u l-ammont ta’ fondi li għandhom jiġu allokati għal dan il-mekkaniżmu.

(3)

Il-protokoll li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014-2020 għandu jiddaħħal fil-Ftehim bħala Anness Ic.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jiġi adottat bħala Anness Iċ ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell […], […]

Għall-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE

Il-President


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif rettifikat permezz ta’ ĠU L 385,29.12.2004, p. 88.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(3)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3


ANNESS

L-Anness li ġej għandu jiddaħħal fil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE:

“ANNESS Ic

Qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2014 - 2020

1.

Għall-finijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim u għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014, l-ammont globali ta’ assistenza finanzjarja disponibbli għall-Istati tal-AKP fi ħdan dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandu jkun ta’ EUR 31 589 miljun, kif speċifikat fil-punti 2 u 3.

2.

L-ammont ta’ EUR 29 089 miljun taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni mad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju multiannwali. Dan l-ammont għandu jiġi allokat bejn l-istrumenti ta’ kooperazzjoni kif ġej:

(a)

EUR 24 365 miljun għall-finanzjament tal-programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali. Din l-allokazzjoni se tintuża biex tiffinanzja:

(i)

il-programmi indikattivi nazzjonali tal-Istati individwali tal-AKP;

(ii)

il-programmi indikattivi reġjonali ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali u interreġjonali tal-Grupp ta’ Stati tal-AKP;

(b)

EUR 3 590 miljun għall-finanzjament tal-kooperazzjonji intra-AKP u interreġjonali ma’ ħafna mill-Istati tal-AKP jew għal dawn l-Istati kollha. Dan il-pakkett jista’ jinkludi appoġġ strutturali għall-istituzzjonijiet u l-korpi maħluqa skont dan il-Ftehim. Għandu jkopri wkoll l-assistenza għall-infiq operattiv tas-Segretarjat tal-AKP imsemmi fil-punti 1 u 2 tal-Protokoll Nru 1 ‘dwar in-nefqa operattiva tal-istituzzjonijiet konġunti’;

(c)

EUR 1 134 miljun għall-finanzjament tal-Faċilità ta’ Investiment skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II (Termini u kundizzjonijiet ta’ finanzjament) għal dan il-Ftehim, li jinkludu kontribut addizzjonali ta’ EUR 500 miljun għar-riżorsi tal-Faċilità ta’ Investiment, ġestita bħala fond li jiġġedded, u EUR 634 miljun fil-forma ta’ għotjiet għall-finanzjament tas-sussidji fuq ir-rata ta’ imgħax u tal-assistenza teknika relatata ma’ proġetti, imsemmija fl-Artikoli 1, 2 u 4 ta’ dan l-Anness fuq il-perjodu tal-11-il FEŻ.

3.

L-operazzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Faċilità ta’ Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata ta’ imgħax korrispondenti, għandhom jiġu amministrati mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI). Ammont sa EUR 2 500 miljun flimkien mal-fondi disponibbli mill-11-il FEŻ għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-BEI fil-forma ta’ self mir-riżorsi proprji. Dawn ir-riżorsi għandhom jingħataw għall-finijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim, b’konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-istatuti tal-BEI u mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-termini u l-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-investimenti ta’ dak l-Anness. Ir-riżorsi finanzjarji l-oħrajn kollha ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni.

4.

Wara l-31 ta’ Diċembru 2013 jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali, liema waħda minn dawn id-dati tkun l-aktar tard, il-bilanċi mill-għaxar (10) FEŻ jew minn FEŻ preċedenti u fondi diżimpenjati minn proġetti taħt dawn l-FEŻ, m’għandhomx ikunu impenjati aktar, sakemm il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma jiddeċidix mod ieħor b’unanimità, bl-eċċezzjoni tal-bilanċi li jifdal u r-rimborżi tal-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta’ Investiment, esklużi s-sussidji tar-rata ta’ imgħax relatati, u l-bilanċi li jifdal mis-sistema mmirata biex tiggarantixxi l-istabbiltà tad-dħul mill-esportazzjoni ta’ prodotti bażiċi agrikoli (STABEX - Système de Stabilisation des Recettes d’Exportation) skont il-FEŻ qabel id-disa’ (9) FEŻ.

5.

L-ammont globali ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali għandu jkopri l-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-fondi tal-11-il FEŻ, u fil-każ tal-Faċilità ta’ Investiment, il-fondi li ġejjin minn fluss mill-ġdid, m’għandhomx jiġu impenjati aktar wara l-31 ta’ Diċembru 2020, sakemm il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma jiddeċidix mod ieħor b’unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni. Madanakollu, il-fondi sottoskritti mill-Istati Membri taħt id-9, l-10 u l-11 FEŻ għall-finanzjament tal-Faċilitajiet tal-Investiment għandhom ikunu disponibbli wara l-31 ta’ Diċembru 2020 għall-iżburżament.

6.

Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi, f’isem il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE, jista’ jieħu l-miżuri xierqa, fil-limiti tal-ammont globali tal-qafas finanzjarju multiannwali, sabiex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ programmazzjoni taħt waħda mill-allokazzjonijiet previsti fil-punt 2, inkluż it-tqassim mill-ġdid ta’ fondi bejn dawn l-allokazzjonijiet.

7.

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jwettqu evalwazzjoni tal-prestazzjoni, li tivvaluta l-grad ta’ twettiq tal-impenji u l-iżborżamenti, kif ukoll ir-riżultati u l-impatt tal-għajnuna mogħtija. Din ir-reviżjoni titwettaq fuq il-bażi ta’ proposta mħejjija mill-Kummissjoni.

8.

Kull Stat Membru jista’ jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-BEI b’kontribuzzjonijiet volontarji biex jappoġġja l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkofinanzjaw proġetti jew programmi, pereżempju fil-qafas ta’ inizjattivi speċifiċi li għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni jew l-BEI. Għandha tiġi garantita l-appartenenza AKP fuq il-livell nazzjonali ta’ tali inizjattivi.”


4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Mejju 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP u tal-UE dwar l-istatus tar-Repubblika Federali tas-Somalja fir-rigward tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(2013/258/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Partenarjat AKP-KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 94 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2), kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (3) u emendat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4) (“il-Ftehim AKP-UE”) jistipula li kull talba għall-adeżjoni ta’ Stat għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill tal-Ministri AKP-KE u approvata minnu.

(2)

Fil-25 ta’ Frar 2013, ir-Repubblika Federali tas-Somalja ppreżentat talba ta’ adeżjoni skont l-Artikolu 94 tal-Ftehim AKP-UE.

(3

L-approvazzjoni tal-adeżjoni tar-Repubblika Federali tas-Somalja mill-Kunsill tal-Ministri AKP-l-UE għandha tkun appoġġjata mill-Unjoni.

(4)

Ir-Repubblika Federali tas-Somalja għandha tiddepożita l-Att ta’ Adeżjoni tagħha fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-Istati AKP, bħala d-Depożitarji tal-Ftehim AKP-UE.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE dwar it-talba tar-Repubblika Federali tas-Somalja għall-istatus ta’ osservatur fir-rigward ta’, u l-adeżjoni sussegwenti mal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, u emendat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Jista’ jintlaħaq qbil dwar bidliet formali u minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE anness mingħajr il-ħtieġa li tiġi emendata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif rettifikat minn ĠU L 385, 29.12.2004, p. 88.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-ISTATI TAL-AKP U L-UE

ta’ …

dwar it-talba magħmula mir-Repubblika Federali tas-Somalja għall-istatus ta’ osservatur fir-rigward ta’, u l-adeżjoni sussegwenti għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ BEJN L-ISTATI TAL-AKP U L-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) u kif emendat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3) (“il-Ftehim AKP-UE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2005 tat-8 ta’ Marzu 2005 tal-Kunsill tal-Ministri tal-Istati tal-AKP u l-UE dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-UE (4) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi

(1)

Il-Ftehim ta’ Cotonou daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008 skont l-Artikolu 93(3) tiegħu. Ġie emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, u għat-tieni darba f’Ouagadougou fil-22 ta’ Ġunju 2010. It-tieni reviżjoni ilha tiġi applikata b’mod provviżorju sa mill-31 ta’ Ottubru 2010 (5).

(2)

L-Artikolu 94 tal-Ftehim AKP-UE jistipula li kwalunkwe talba li ssir minn Stat biex jissieħeb għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-UE, biex dan japprovaha.

(3)

Fil-25 ta’ Frar 2013, ir-Repubblika Federali tas-Somalja ppreżentat talba għall-istatus ta’ osservatur u l-adeżjoni sussegwenti skont l-Artikolu 94 tal-Ftehim AKP-UE.

(4)

Ir-Repubblika Federali tas-Somalja għandha tiddepożita l-Att ta’ Adeżjoni għand id-Depożitarji tal-Ftehim AKP-UE, jiġifieri s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-Istati tal-AKP.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tat-talbiet għas-sħubija u għall-istatus ta’ osservatur

It-talba magħmula mir-Repubblika Federali tas-Somalja biex tissieħeb fil-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u kif emendat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010, hija b’dan approvata.

Ir-Repubblika Federali tas-Somalja tiddepożita l-Att ta’ Adeżjoni għand id-Depożitarji tal-Ftehim AKP-UE, jiġifieri s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-Istati tal-AKP.

Sad-data tal-adeżjoni tagħha, ir-Repubblika Federali tas-Somalja tista’ tattendi s-sessjonijiet tal-Kunsill bħala osservatur.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi,

Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE

Il-President


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 44

(5)  Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tal-21 ta’ Ġunju 2010, ĠU L 287, 4.11.2010, p. 68.


4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati għall-Baħrejn u għaċ-Ċina fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument C(2013) 2927)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/259/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni, fost l-oħrajn, ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin. Din tipprevedi li l-importazzjonijiet ta’ equidae fl-Unjoni jkunu awtorizzati biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti dwar saħħet l-annimali.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (3), tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae u semen, ova u embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal tali importazzjonijiet. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(4)

Wara l-eradikazzjoni tal-glanders, il-Baħrejn issokta bit-tisħiħ tas-sorveljanza u r-restrizzjonijiet tal-moviment fuq l-equidae miżmuma fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż. Għaldaqstant, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE jindika l-kundizzjonijiet differenti għall-introduzzjoni fl-Istati Membri ta’ żwiemel irreġistrati mill-partijiet tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar ta’ dak il-pajjiż. Billi minn Settembru 2011 ma kien hemm l-ebda każ ta’ glanders fil-Baħrejn, huwa possibbli li tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati taħt l-istess kundizzjonijiet mit-territorju kollu tal-Baħrejn.

(5)

Sabiex jospitaw avveniment ekwestri tal-Global Champions Tour f’Ottubru 2013, organizzat taħt l-awspiċi tal-World Equestrian Federation (FEI), l-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi talbu r-rikonoxximent ta’ żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fiż-żona metropolitana ta’ Shanghai, direttament aċċessibbli mill-ajruport internazzjonali fil-qrib. Fid-dawl tan-natura temporanja tal-faċilitajiet mibnija apposta fil-parkeġġ tal-EXPO 2010, huwa xieraq li tkun prevista biss aprovazzjoni temporanja ta’ dik iż-żona.

(6)

L-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew garanziji b’mod partikolari fir-rigward tan-notifikabbiltà f’pajjiżhom tal-mard elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2009/156/KE u impenjaw ruħhom li jikkonformaw bis-sħiħ mal-Artikolu 12(2)(f) ta’ dik id-Direttiva f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċiniżi informaw lill-Kummissjoni li l-grupp kollu ta’ żwiemel li se jikkompetu f’dan l-avveniment se jiġu minn Stati Membri u jirritornaw fihom u se jinżammu kompletament separati minn kull equidae li ma kellhomx l-istess oriġini u stat tas-saħħa.

(7)

Fid-dawl ta’ dawk il-garanziji u l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Ċiniżi, huwa possibbli li għal perjodu ta’ żmien limitat jiġi permess, minn parti tat-territorju taċ-Ċina, id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati wara esportazzjoni temporanja skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (4).

(8)

L-entrati għall-Baħrejn u għaċ-Ċina fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandhom għalhekk jiġu emendati.

(9)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għall-Baħrejn hija sostitwita b’dan li ġej:

“BH

Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

E

X

X

X

—”

 

(2)

L-entrata għaċ-Ċina hija sostitwita b’dan li ġej:

“CN

Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

CN-1

Iż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fil-Belt ta’ Conghua, il-Muniċipalità ta’ Guangzhou, il-Provinċja ta’ Guangdong inkluż il-passaġġ għall-awtostrada ta’ bijosigurtà mill-ajruport u lejh fi Guangzhou u Ħong Kong (ara l-Kaxxa 3 għad-dettalji)

C

X

X

X

 

CN-2

Il-post fejn se jsir il-Global Champions Tour fil-parkeġġ tal-Expo 2010 Nru 15 u l-passaġġ għall-ajruport internazzjonali ta’ Shanghai Pudong fil-parti tat-Tramuntana ta’ Pudong New Area u l-parti tal-Lvant tad-Distrett ta’ Minhang taż-żona metropolitana ta’ Shanghai (ara l-Kaxxa 5 għad-dettalji)

C

X

Valida mill-24 ta’ Settembru sal-24 ta’ Ottubru 2013”

(3)

Il-Kaxxa 4 hija mħassra.

(4)

Qed tiżdied il-Kaxxa 5 li ġejja:

“Kaxxa 5:

CN

Iċ-Ċina

CN-2

Id-delimitazzjoni taż-żona fiż-żona metropolitana ta’ Shanghai:

Il-fruntiera tal-Punent

:

Ix-xmara Huangpu mill-estwarju tagħha fit-Tramuntana għall-qasma fi tnejn tax-xmara Dazhi,

Il-fruntiera tan-Nofsinhar

:

mill-qasma fi tnejn tax-xmara Huanpu għall-estwarju tax-xmara Dazhi fil-Lvant,

Il-fruntieri tat-Tramuntana u tal-Lvant

:

il-linja tal-kosta.”


4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Mejju 2013

dwar miżura meħuda mill-Ġermanja skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva Nru 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Makkinarju li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ lupa tat-tip HV 0003 manifatturata minn Regal Tools Co. Ltd

(notifikata bid-dokument C(2013) 3125)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/260/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva Nru 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar il-makkinarju u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva Nru 2006/42/KE, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ lupa tat-tip HV 0003 manifatturata minn Regal Tools Co Ltd., Technology Industrial Park, Chengxin Road 223, Yongkang, iċ-Ċina, u li tiġi importata fl-UE minn Bergner Europe GmbH, Am Seestern 18, 40547 Düsseldorf, il-Ġermanja.

(2)

Ir-raġuni mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi kienet in-nuqqas ta’ konformità tal-lupa ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva Nru 2006/42/KE (b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard Ewropew armonizzat rilevanti EN ISO 11681-1):

1.3.2.

Riskju ta’ ħsara waqt it-tħaddim:

Kemm il-maqbad ta’ wara, kif ukoll il-maqbad ta’ quddiem, tal-lupa, ma għaddewx it-testijiet tas-saħħa stabbiliti fl-istandard Ewropew armonizzat rilevanti (EN ISO 11681-1:2008 – klawżola 5.2.1);

1.7.4.

Istruzzjonijiet:

L-istruzzjonijiet ma kinux jinkludu l-isem kummerċjali u l-indirizz sħiħ tal-manifattur (1.7.4.2 a), id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE (1.7.4.2 c), deskrizzjoni ġenerali tal-makkinarju (1.7.4.2 d), informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ storbju fl-arja (1.7.4.2 u) u informazzjoni dwar il-vibrazzjonijiet trażmessi mill-għodda (2.2.1.1);

2.3 (c)

Brejk awtomatiku:

Il-lupa ma waqfitx fi żmien qasir biżżejjed meta l-brejk manwali tal-katina ġie attivat u lanqas fil-kundizzjonijiet li fihom tkun attiva s-sistema ta’ brejk tal-katina mhux manwali (EN ISO 11681-1:2008 – klawżoli 5.5.1 u 5.5.2).

(3)

L-awtoritajiet Ġermaniżi indikaw li, filwaqt li l-lupa kellha t-tikketta CE, ma kellhiex dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE miktuba u ffirmata mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(1)(e) tad-Direttiva Nru 2006/42/KE. L-awtoritajiet indikaw ukoll li, filwaqt li l-lupi portabbli huma fost il-kategoriji ta’ makkinarju elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva li għalihom trid tiġi applikata waħda mill-proċeduri ta’ verifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(3) jew (4), ma ngħatat ebda prova li l-lupa tat-tip HV 0003 kienet għaddiet minn xi proċedura ta’ dan it-tip.

(4)

In-notifika kienet akkumpanjata b’rapport ta’ spezzjoni li sar minn Deutsche Prüf- und Zertifizierungsstelle für Land- und Forsttechnik GbR.

(5)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva Nru 2006/42/KE, il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur u lill-importatur, fejn talbithom jikkummentaw dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritijiet Ġermaniżi.

(6)

Ma waslet l-ebda tweġiba mill-manifattur. L-importatur għarraf lill-Kummissjoni li l-bejgħ tal-lupa kien waqaf u li ma baqax jimporta aktar dan it-tip ta’ lupa.

(7)

Il-verifika tal-evidenza mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi tikkonferma li l-lupa tat-tip HV 0003 manifatturata minn Regal Tools Co. Ltd. mhix konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza tad-Direttiva Nru 2006/42/KE u li dan in-nuqqas ta’ konformità jwassal għal riskji serji ta’ korriment tal-utenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ lupa tat-tip HV 0003 manifatturata minn Regal Tools Co. Ltd, hija ġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.


4.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.