ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.141.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 141

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
28 ta' Mejju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 488/2013 tas-27 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 489/2013 tas-27 ta’ Mejju 2013 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tal-Aċidu Ribonuklejku b’filament doppju (dsRNA) omologu għall-Proteina Kapsidika (CP) u r-Reġjun Interġeniku (IR) tal-Vajrus Iżraeljan tal-Paraliżi Akuta (IAPV) ( 1 )

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 490/2013 tas-27 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 491/2013 tas-27 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

26

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2013/12/UE tat-13 ta’ Mejju 2013 li tadatta d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-effiċjenza tal-enerġija, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

28

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2013/13/UE tat-13 ta’ Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

30

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/236/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli

32

 

 

2013/237/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2013 li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka u lir-Repubblika tal-Polonja biex japplikaw miżuri speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

37

 

 

2013/238/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li taħtar erba' membri mir-Renju Unit u tliet membri supplenti mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

42

 

 

2013/239/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li taħtar membru supplenti Estonjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/240/PESK tas-27 ta' Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/241/PESK tas-27 ta' Mejju 2013 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

47

 

 

2013/242/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2013 li tistabbilixxi mudell għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika skont id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 2882)  ( 1 )

48

 

 

2013/243/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2013 dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Sważiland fir-rigward tal-ħawħ, lanġas u ananas (notifikata bid-dokument C(2013) 2906)

54

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja — Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 488/2013

tas-27 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2) jagħmel effettivi l-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/45/PESK tat-22 ta' Jannar 2013 (3) temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex ikun permess ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati fejn dawn ikunu meħtieġa biex tingħata tweġiba għal deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew għal deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fi Stat Membru.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/182/PESK tat-22 ta’ April 2013 (4) temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK b’konformità mar-Riżoluzzjoni 2095 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) li temenda l-eżenzjonijiet mill-embargo fuq l-armi previst fil-paragrafu 9(a) tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU u fil-paragrafu 13(a) tar-Riżoluzzjoni 2009(2011) tal-KSNU.

(4)

Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tagħhom, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3

1.   Huma pprojbiti:

(a)

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (*) (Lista Militari Komuni) jew relatata mal-forniment, manifattura, manutenzjoni u użu ta’ oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(b)

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(c)

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness I, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għal kwalunkwe għoti ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(d)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, servizzi ta’ senserija jew servizzi ta’ trasport relatati mal-provvista ta’ persunal merċenarju armat fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(e)

il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet stabbiliti fih m’għandhomx japplikaw għal:

(a)

l-għoti ta’ għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv kif approvat minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV;

(b)

l-għoti ta’ għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ bejgħ u forniment oħrajn ta’ armi u materjal relatat, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(c)

l-għoti ta’ għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja maħsubin biss għall-għajnuna ta’ sigurtà jew ta’ diżarm lill-Gvern Libjan;

(d)

ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Libja minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u dawk impjegati fl-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

(*)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.";"

(2)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

1.   B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 5 jkunu ġew inklużi fl-Anness II, jew kienu msemmija fl-Artikolu 5(4), jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew III, jew imsemmija fl-Artikolu 5(4);

(d)

ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 5 ġew inklużi fl-Anness III, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew III, jew imsemmija fl-Artikolu 5(4); u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.";

(3)

Fl-Artikolu 9(1) jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(c)

ħlasijiet dovuti taħt sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);

(d)

pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni, jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, kif previst fl-Artikolu 8(2), ";

(4)

Fl-Artikolu 13 jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   Il-paragrafu 2 ma għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli jikkondividu dak it-tagħrif, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Libja u ma' Stati Membri oħrajn fejn dan ikun meħtieġ bħala għajnuna fl-irkupru ta' assi misapproprjati.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 20, 23.1.2013, p. 60.

(4)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 50.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 489/2013

tas-27 ta’ Mejju 2013

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tal-Aċidu Ribonuklejku b’filament doppju (dsRNA) omologu għall-Proteina Kapsidika (CP) u r-Reġjun Interġeniku (IR) tal-Vajrus Iżraeljan tal-Paraliżi Akuta (IAPV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Applikazzjoni għall-iffissar ta’ MRLs għall-Aċidu ribonuklejku b’fergħa doppja omologu għall-kodifikazzjoni tal-aċidu ribonuklejku virali għall-parti mill-proteina kapsidika u parti mir-reġjun interġeniku tal-Virus Iżraeljan tal-Paraliżi Akuta għaż-żunżan ġiet sottomessa lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(4)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li għal din is-sustanza farmakoloġikament attiva, approċċ standard farmakoloġiku u tossikoloġiku, inkluż l-istabbiliment ta’ livell ta’ doża aċċettabbli ta’ kuljum mhuwiex xieraq, u li ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit MRL, applikabbli għall-għasel, għall-Aċidu Ribonuklejku b’filament doppju (dsRNA) omologu għall-Proteina Kapsidika (CP) u r-Reġjun Interġeniku (IR) tal-Vajrus Iżraeljan tal-Paraliżi Akuta (IAPV) għaż-żunżan.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha dejjem tikkunsidra li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fl-oġġetti tal-ikel partikolari minflok oġġetti tal-ikel oħra li joriġinaw mill-istess speċi, jew l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċi oħra. Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju kkonkluda li l-estrapolazzjoni għal speċi oħra li jipproduċu l-ikel ma tistax tiġi appoġġjata għal din is-sustanza.

(6)

It-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi l- Aċidu ribonuklejku b’fergħa doppja omologu għall-kodifikazzjoni tal-aċidu ribonuklejku virali għall-parti mill-proteina kapsidika u parti mir-reġjun interġeniku tal-Virus Iżraeljan tal-Paraliżi Akuta għaż-żunżan filwaqt li jiġi stabbilit in-nuqqas tal-ħtieġa li jiġi stabbilit MRL, applikabbli għall-għasel.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, is-sustanza li ġejja qed tiddaħħal fl-ordni alfabetika:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwi

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Aċidu ribonuklejku b’fergħa doppja omologu għall-kodifikazzjoni tal-aċidu ribonuklejku virali għall-parti mill-proteina kapsidika u parti mir-reġjun interġeniku tal-Virus Iżraeljan tal-Paraliżi Akuta

MHUX APPLIKABBLI

Naħal

Mhu meħtieġ l-ebda MRL

Għasel

L-EBDA ANNOTAZZJONI

L-EBDA ANNOTAZZJONI”


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 490/2013

tas-27 ta’ Mejju 2013

li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Nhar id-29 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (‘notifika ta’ bidu’), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ bijodiżil fl-Unjoni li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja (‘il-pajjiżi kkonċernati’).

(2)

L-investigazzjoni nfetħet wara lment imressaq fis-17 ta’ Lulju 2012 mill-European Biodiesel Board (‘l-ilmentatur’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw iktar minn 60% tal-produzzjoni totali tal-bijodiżil tal-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tkun iġġustifikata t-tnedija tal-investigazzjoni.

(3)

Fit-30 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għamlet importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati soġġetti għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2013 tat-28 ta’ Jannar 2013 (3).

(4)

Nhar l-10 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji li jirrigwarda l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijodiżil li joriġina mill-Arġentina u mill-Indoneżja, u bdiet investigazzjoni separata.

2.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(5)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 (‘il-perjodu ta’ investigazzjoni’ jew ‘PI’). L-eżami tax-xejriet relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-aħħar tal-PI (‘il-perjodu kkunsidrat’).

3.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(6)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fl-Arġentina u fl-Indoneżja, lill-importaturi magħrufa, lil fornituri, distributuri, utenti u assoċjazzjonijiet ikkonċernati magħrufa, u lill-awtoritajiet tal-Arġentina u tal-Indoneżja bil-bidu tal-investigazzjoni. In-notifika ta’ bidu stiednet lill-partijiet kollha kkonċernati mill-investigazzjoni biex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jippreżentaw ruħhom.

(7)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu.

(8)

L-ilmentatur, il-produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja, l-importaturi u l-awtoritajiet tal-Arġentina u tal-Indoneżja ressqu l-fehmiet tagħhom. Il-partijiet kollha interessati li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

3.1.   Kampjunar

(9)

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja, importaturi mhux relatati fl-Unjoni u produtturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, u biex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ħabbret fin-notifika ta’ bidu li għandha mnejn tillimita għal numru raġonevoli l-għadd ta’ produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni li kellhom jiġu investigati billi tagħżel kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku (dan il-proċess jissejjaħ ukoll ‘kampjunar’).

3.2.   Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fl-Arġentina

(10)

Biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-Arġentina ntalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ bidu.

(11)

Għaxar produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Madankollu, żewġ kumpaniji rrappurtaw li ma kien hemm l-ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni (jew l-ebda produzzjoni) matul il-PI.

(12)

It-tmien (gruppi ta’) produtturi esportaturi li kien fadal kienu jammontaw għall-volum sħiħ esportat lejn l-Unjoni matul il-PI.

(13)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, li seta’ jkun investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jammonta għal 86% tal-volum totali tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI kif irrappurtat mit-tmien produtturi esportaturi msemmija hawn fuq fil-premessa (12).

(14)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, kif ukoll l-assoċjazzjoni tal-produtturi Arġentini u l-awtoritajiet tal-Arġentina, kienu kkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni.

3.3.   Analiżi individwali

(15)

L-ebda kumpanija Arġentina li ma kinitx inkluża fil-kampjun ma talbet analiżi individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fl-Indoneżja

(16)

Biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-Indoneżja ntalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ bidu.

(17)

Tmien produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Madankollu, tliet kumpaniji rrappurtaw li ma kien hemm ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni waqt il-PI.

(18)

Il-ħames (gruppi ta’) produtturi esportaturi li kien fadal kienu jammontaw għall-volum sħiħ esportat lejn l-Unjoni matul il-PI.

(19)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, li seta’ jkun investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jammonta għal 99% tal-volum totali tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI kif irrappurtat mill-ħames produtturi esportaturi msemmija fil-premessa hawn fuq (18).

(20)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, kif ukoll l-awtoritajiet Indoneżjani, kienu kkonsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni.

3.5.   Analiżi individwali

(21)

L-ebda kumpanija Indoneżjana li ma kinitx inkluża fil-kampjun ma talbet analiżi individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

3.6.   Kampjunar ta’ importaturi indipendenti

(22)

Biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha indipendenti ntalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ bidu. Madankollu l-ebda importatur ma kkoopera f’din l-investigazzjoni.

3.7.   Kampjunar ta’ produtturi tal-Unjoni

(23)

Il-Kummissjoni ħabbret fin-notifika ta’ bidu li b’mod proviżorju kienet għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tmien produtturi tal-Unjoni li qabel ma nbdiet l-investigazzjoni kienu magħrufa mal-Kummissjoni li jipproduċu l-bijodiżil. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u l-qagħda ġeografika. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienu jirrappreżentaw 27% tal-produzzjoni tal-Unjoni.

(24)

Fin-notifika ta’ bidu, il-partijiet interessati kienu mistiedna wkoll iressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun proviżorju. Wara l-pubblikazzjoni tal-kampjun propost, tnejn mill-kumpaniji li kellhom ikunu parti mill-kampjun irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom u posthom ittieħed minn żewġ kumpaniji oħra. L-industrija tal-Unjoni kkummentat ukoll li minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi SME tal-bijodiżil, tal-anqas SME wieħed kellu jiġi inkluż fil-kampjun. Din it-talba ntlaqgħet.

(25)

Il-kampjun huwa meqjus rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

3.8.   It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(26)

Intbagħtu kwestjonarji lit-tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi fl-Arġentina fil-kampjun, lill-erba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi fl-Indoneżja fil-kampjun, u lit-tmien produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(27)

Ir-risposti għall-kwestjonarju ġew riċevuti mingħand is-seba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja fil-kampjun, it-tmien produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u tliet utenti.

3.9.   Żjarat ta’ verifika

(28)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li tqieset neċessarja għal determinazzjoni proviżorja tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi li jinsabu fl-Unjoni

Bio-Oils Huelva S.L., Huelva, Spanja

Biocom Energia S.L., Valencia, Spanja

Diester Industrie S.A.S., Pariġi, Franza

Elin Biofuels S.A., Kifissia, Il-Greċja

Novaol S.R.L., Milan, L-Italja

Perstorp BioProducts A.B., Stenungsund, L-Isvezja

Preol A.S., Lovosice, Ir-Repubblika Ċeka

VERBIO Vereinigte BioEnergie A.G., Leipzig, Il-Ġermanja

(b)

Produtturi esportaturi fl-Arġentina

Louis Dreyfus Commodities S.A., Buenos Aires (‧LDC‧);

grupp ta’ kumpaniji relatati “Renova”:

Molinos Río de la Plata S.A., Buenos Aires (‧Molinos‧);

Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I., Bahia Blanca (‧Oleaginosa‧);

Renova S.A., Bahia Blanca (‧Renova‧);

Vicentin S.A.I.C., Avellaneda (‧Vicentin‧);

grupp ta’ kumpaniji relatati “T6”:

Aceitera General Deheza S.A., General Deheza, Rosario (‧AGD‧);

Bunge Argentina S.A., Buenos Aires (‧Bunge‧);

T6 Industrial S.A., Puerto General San Martín, Santa Fe (‧T6‧).

(c)

Kummerċjanti minn barra l-UE relatati ma’ produtturi esportaturi fl-Arġentina

Molinos Overseas, Montevideo, l-Urugwaj (‧Molinos Overseas‧);

Louis Dreyfus Commodities Suisse, Ġinevra, l-Isvizzera (‧LDC Suisse‧);

(d)

Produtturi esportaturi fl-Indoneżja

PT. Ciliandra Perkasa, Ġakarta, l-Indoneżja (‧CPL‧)

PT. Musim Mas, Medan, l-Indoneżja (‧PTMM‧)

PT. Pelita Agung Agrindustri, Medan, l-Indoneżja (‧PAA‧)

grupp ta’ kumpaniji relatati(‧Wilmar‧), PT. Wilmar Bioenergi Indonesia, PT. Wilmar Nabati Indonesia;

PT. Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan, l-Indoneżja (‧WBI‧)

PT. Wilmar Nabati Indonesia, Medan, l-Indoneżja (‧WINA‧)

(e)

Kummerċjanti minn barra l-UE relatati ma’ produtturi esportaturi fl-Indoneżja

First Resources Limited, Suntex Tower Three, Singapor (‧FRL‧)

IM Biofuel Pte Ltd, Gateway West, Singapor (‧IMBS‧)

Inter-continental Oils and Fats Pte Ltd, Gateway West, Singapor (‧ICOF‧)

Virgen Oils & Fats Pte Ltd, Marina Bay Financial Centre, Singapor (‧VOF‧)

Wilmar Trading Pte Ltd, Neil road, Singapor

(f)

Importaturi fl-Unjoni relatati ma’ esportaturi Arġentini u Indoneżjani:

Campa Iberia S.A.U., Tarragona, Spanja (‧CAMPA‧)

IM Biofuel Italy S.R.L., Milan, L-Italja (‧IMBI‧)

Louis Dreyfus Commodities España S.A., Madrid, Spanja (‧LDC Spain‧);

Losur Overseas S.A., Madrid, Spanja (‧Losur‧);

Wilmar Europe Trading B.V., Barendrecht, Il-Pajjiżi l-Baxxi (‧WET BV‧) (5)

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(29)

Il-prodott ikkonċernat hu magħmul minn esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew minn żejt tal-gass paraffiniku, li jinkisbu minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew f’taħlita, li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 95, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 90 97, 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (‧il-prodott ikkonċernat‧, b’mod komuni msejjaħ ‘bijodiżil’).

(30)

L-investigazzjoni wriet li l-bijodiżil prodott fl-Arġentina huwa esklussivament “ester metiliku tas-sojja” (SME) li jkun ġej miż-żejt tal-fażola tas-sojja, u li l-bijodiżil prodott fl-Indoneżja huwa esklussivament “ester metiliku tal-palm” (PME) li jkun ġej miż-żejt tal-palm, waqt li l-bijodiżil prodott fl-Unjoni huwa prinċipalment “ester metiliku tal-kolza” (RME), imma li jinkiseb ukoll minn materja prima oħra, li tinkludi żjut użati u żjut verġni.

(31)

L-SME, il-PME u l-RME kollha jagħmlu parti mill-kategorija tal-esteri metiliċi ta' aċidi xaħmin (FAME). It-terminu “ester” jirreferi għat-transesterifikazzjoni taż-żjut veġetali, jiġifieri, it-taħlit taż-żejt mal-alkoħol, li jiġġenera l-bijodiżil u, bħala prodott sekondarju, il-gliċerina. It-terminu “metil” jirreferi għall-metanol, l-iżjed alkoħol komunement użat fil-proċess.

(32)

Il-bijodiżils SME u PME jistgħu jintużaw fil-forom puri tagħhom imma ġeneralment jitħalltu, jew bejniethom stess jew mal-RME, qabel jintużaw fl-Unjoni Ewropea. Ir-raġuni għat-taħlit tal-SME mal-PME hija li l-SME fil-forma pura tiegħu ma jilħaqx l-istandard Ewropew EN 14214 fir-rigward tan-numri tal-jodju u taċ-ċetan. Ir-raġuni għat-taħlit tal-PME (u l-SME) mal-RME hija li l-PME u l-SME għandhom il-punt limitu tal-filtrabbiltà fil-ksieħ (CFPP) ogħla minn tal-RME u għalhekk mhumiex adattati biex jintużaw fil-forma pura tagħhom matul ix-xhur xitwin fir-reġjuni kesħin tal-Unjoni Ewropea.

(33)

It-taħlitiet ta’ bijodiżils u diżil minerali finalment jintużaw fis-settur tat-trasport bħala fjuwil f’magni ta’ vetturi tat-triq li jaħdmu bid-diżil, bħal karozzi, trakkijiet, karozzi tal-linja, u anke ferroviji. Il-bijodiżils fil-forom puri tagħhom jew imħalltin ma’ diżils minerali jistgħu jintużaw ukoll bħala fjuwil tat-tisħin f’bojlers domestiċi, kummerċjali jew industrijali u bħala fjuwil għall-ġeneraturi biex jipproduċu l-elettriku.

2.   Prodott simili

(34)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Arġentina u fl-Indoneżja, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni huma simili fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, u fl-użi tagħhom. Għaldaqstant huma kkunsidrati proviżorjament bħala simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   Talba għall-esklużjoni tal-prodott

(35)

Produttur Indoneżjan talab li l-esteri metiliċi frazzjonati jiġu esklużi mill-prodotti koperti mill-proċediment. Id-distillazzjoni frazzjonali tissepara l-esteri metiliċi ta’ aċidi xaħmin f’komponenti b’karatteristiċi kimiċi differenti għal użi finali differenti. Huma sostnew li l-esteri metiliċi frazzjonati, li l-kumpanija tipproduċi u tesporta lejn l-UE, ma kinux bijodiżil u ma jintużawx għall-fjuwil, imma għal applikazzjonijiet industrijali oħra. Huma sostnew ukoll li l-materja prima użata għal dawn l-esteri metiliċi frazzjonati kienet żejt tal-ġewż tal-Indi jew żejt tal-qalba tal-palm, u mhux żejt tal-palm mhux raffinat li jintuża biex isir il-bijodiżil fl-Indoneżja.

(36)

L-esteri metiliċi frazzjonati jaqgħu fi ħdan id-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat, għaliex jibqgħu esteri metiliċi ta' aċidi xaħmin u jiġu manifatturati minn materja prima li tintuża biex jiġi manifatturat il-bijodiżil. Għalkemm minnhom innifishom ma jissodisfawx l-istandard Ewropew (EN 14214) jistgħu jitħalltu ma’ bijodiżils oħrajn biex tinħoloq taħlita li tissodisfa l-istandard. L-istess bħall-bijodiżil tal-ester metiliku tal-palm, li minnu nnifsu ma jissodisfax l-istandard Ewropew mingħajr ma jitħallat. Għaldaqsant dan l-argument ġie miċħud.

(37)

Madankollu importatur Ewropew tal-ester metiliku ta' aċidi xaħmin ibbażat fuq iż-żejt tal-qalba tal-palm mill-Indoneżja talab li jingħata eżenzjoni mid-dazju għall-użu finali għall-importazzjonijiet tiegħu li ma kinux destinati jintużaw bħala fjuwil imma biex jiġu pproċessati f’alkoħol xaħmi mhux saturat.

(38)

L-eżenzjoni mid-dazju għall-użu finali hija skema amministrata mill-amministrazzjonijiet Doganali nazzjonali li biha d-dazji mħallsa fuq l-importazzjoni huma suġġetti għal eżenzjoni fuq il-bażi tal-użu finali ċċertifikat tal-materja prima importata. Din l-iskema hija stipulata fid-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju. (6)

(39)

Din it-talba se tiġi indirizzata fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati dwar jekk din it-talba speċifika għandhiex tiġi aċċettata għall-importazzjonijiet ta’ ester metiliku ta' aċidi xaħmin taż-żejt tal-qalba tal-palm li ma jkunx se jintuża għall-fjuwil. Dawn il-kummenti għandhom jindirizzaw jekk din l-eżenzjoni tistax tintuża biex jiġu skartati xi dazji definittivi kemm-il darba jiġu imposti, u l-effett fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li ma jkunx se jintuża għall-fjuwil minn pajjiżi diġà soġġetti għal miżuri.

C.   DUMPING

1.   L-Arġentina

1.1.   Il-valur normali

(40)

Il-Kummissjoni, għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun, l-ewwel eżaminat jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fl-Arġentina kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dak il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni waqt il-PI, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni sabet li, għal kull kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji fil-kampjun, il-volum totali ta' dak il-bejgħ kien jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni waqt il-PI.

(41)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat għal kull kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(42)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ minn kull kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun fis-suq domestiku tagħhom u li nstab li kien identiku jew komparabbli mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari ġie meqjus rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI kien jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tat-tip ta’ prodott komparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(43)

Sussegwentement, għal kull kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni evalwat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili sarx fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit għal kull prodott il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-PI.

(44)

L-investigazzjoni wriet li s-suq Arġentin huwa rregolat ħafna mill-Istat. It-taħlit tad-diżil ta’ oriġini fossili mal-bijodiżil huwa obbligatorju fl-Arġentina (7% tal-bijodiżil matul il-PI). L-ammont totali ta’ bijodiżil meħtieġ biex jissodisfa dan il-kriterju tat-taħlit jinqasam, permezz ta' attribuzzjoni ta’ kwoti, bejn għadd magħżul ta’ produtturi Arġentini tal-bijodiżil. Il-kumpaniji taż-żejt huma obbligati jixtru l-bijodiżil mingħand dawn il-kumpaniji Arġentini li jipproduċu l-bijodiżil biex jissodisfaw il-kriterju tat-taħlit obbligatorju. Il-prezz jiġi ffissat mill-Istat u ppubblikat mill-Ministeru tal-Enerġija Arġentin. Matul il-PI, dan il-prezz ta’ referenza ffissat mill-Istat kien ikkalkulat skont formula kumplessa li tqis il-kost tal-produzzjoni (materja prima, trasport u kosti oħra) u li tassigura l-kisba ta’ ċertu ammont ta’ profitt. Il-parametri użati biex ġie ddeterminat il-prezz ta’ referenza kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ stima tal-kosti tal-iktar produttur ineffiċjenti li jinsab fl-iktar parti remota tal-pajjiż u dan wassal għal profittabilità sinifikanti għall-produtturi Arġentini.

(45)

F’dawn il-kundizzjonijiet, il-bejgħ domestiku ma ġiex ikkunsidrat li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ u l-valur normali tal-prodott simili kellu jiġi stabbilit b’mod proviżorju skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku billi mal-kosti tal-kumpanija nnifisha waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni, ġew miżjuda l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (‘SG&A’), u marġni raġonevoli ta' profitt. L-ilmentaturi ddikjaraw li s-sistema ta' taxxa differenzjali fuq l-esportazzjonijiet fl-Arġentina tbaxxi l-prezz tal-fażola tas-sojja u taż-żejt tas-sojja u għalhekk toħloq distorsjoni fil-kosti tal-produtturi tal-bijodiżil. Il-Kummissjoni għad m'għandhiex biżżejjed informazzjoni f'dan l-istadju biex tieħu deċiżjoni dwar l-aktar mod xieraq li bih tiġi indirizzata din id-dikjarazzjoni. Għalhekk, il-kwistjoni dwar jekk il-kosti jirriflettux b’mod raġonevoli l-kosti assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat se tkun eżaminata aktar fl-istadju definittiv kif ukoll fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li għaddejja bħalissa.

(46)

Wara li kkunsidrat il-kundizzjoni prevalenti tas-suq, kif deskritta fil-premessa (44) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li l-ammont ta’ profitt ma setax ikun ibbażat fuq id-dejta attwali tal-kumpaniji fil-kampjun. Għaldaqstant, l-ammont ta’ profitt użat biex ġie stabbilit il-valur normali kien iddeterminat skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ammont raġonevoli ta’ profitt li industrija żagħżugħa u innovattiva ta’ kapital intensiv ta’ dan it-tip, tista’ tikseb taħt il-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni f’suq ħieles u miftuħ, jiġifieri 15% ibbażat fuq il-fatturat.

1.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(47)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati.

(48)

Fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jkunu jridu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat.

(49)

Fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat kien reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. F’dawn il-każijiet saru aġġustamenti għall-kosti kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti li akkumulaw. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, livell ta’ profitt ta’ 5% ibbażat fuq il-fatturat tqies raġonevoli.

1.3.   Tqabbil

(50)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun ġew mqabbla fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika.

(51)

Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, sar provvediment xieraq fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(52)

Fuq din il-bażi, fil-każijiet kollha fejn intwera li tiġi affettwata l-komparabbiltà tal-prezzijiet, saru aġġustamenti għall-kosti tat-trasport, tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni, għall-kosti tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u għal dawk anċillari, għad-dazji fuq l-esportazzjoni u għall-kummissjonijiet.

(53)

Fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu barra mill-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk kummerċjanti relatati bħal dawn għandhomx jiġu ttrattati jew le bħala d-dipartiment tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produttur esportatur jew bħala aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni.

(54)

Kumpanija tal-kummerċ li kienet relatata mill-qrib ma’ produttur esportatur u kkontrollata kompletament minnu, ma kellha l-ebda saħħa ta’ negozjar jew influwenza fuq il-prezzijiet jew fuq it-termini tal-konsenja, u kienet qed tinnegozja esklussivament prodotti manifatturati mill-produttur esportatur fl-Arġentina. Għaldaqstant ġiet ikkunsidrata bħala dipartiment tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produttur esportatur u ma sar l-ebda aġġustament għall-kummissjoni. Kumpanija tal-kummerċ li tinsab barra mill-UE, instab li kellha rabtiet iktar remoti mal-produttur esportatur fl-Arġentina, li ma kinitx taħt il-kontroll tiegħu u li kienet qed tinnegozja għadd ta’ prodotti oħra manifatturati minn produtturi oħra. F’dan il-każ il-kumpanija tal-kummerċ ġiet ikkunsidrata li qed taqdi funzjonijiet simili għal dawk ta’ kummerċjant li jaġixxi fuq bażi ta’ kummissjoni. Għalhekk il-prezzijiet tal-bejgħ bl-esportazzjoni ġew aġġustati skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku biex titqies iż-żieda ipotetika fil-valur li rċieva l-kummerċjant.

(55)

Id-differenza reali bejn il-prezzijiet tal-bejgħ imposti mill-produttur esportatur fl-Arġentina lill-kummerċjant relatat u l-prezzijiet tal-bejgħ imposti mill-kummerċjanti relatati lill-ewwel klijent indipendenti fl-UE ma ntużatx biex jiġi kkalkulat l-aġġustament. L-aġġustament kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-SG&A tal-kummerċjant relatat u ammont raġonevoli ta’ profitt. Il-profitt reali tal-kumpanija ma ġiex ikkunsidrat li hu affidabbli minħabba n-natura tar-relazzjoni.

1.4.   Il-marġni tad-dumping

(56)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta’ kull tip ta’ prodott simili kien imqabbel mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni, kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(57)

Il-marġni medju peżat tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġni kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet li ġew stabbiliti għat-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun.

(58)

Rigward il-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Arġentina, il-marġni ta’ dumping kien stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan il-livell ta’ kooperazzjoni kien stabbilit l-ewwel billi ġie mqabbel il-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, mal-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet. Billi l-livell tal-kooperazzjoni kien għoli ħafna (100% tat-total tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI), il-marġni tad-dumping residwu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Arġentina kien stabbilit f’livell li jikkorrispondi għal dak li nstab għall-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping.

(59)

Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping kif ġew stabbiliti, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Il-marġni tad-dumping

Kumpanija

Marġni proviżorju tad-dumping

Louis Dreyfus Commodities S.A.

7,2  %

Grupp “Renova” (Molinos Río de la Plata S.A., Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A. u Vicentin S.A.I.C.)

6,8  %

Grupp “T6” (Aceitera General Deheza S.A., Bunge Argentina S.A.)

10,6  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

7,9  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

10,6  %

2.   L-Indoneżja

2.1.   Il-valur normali

(60)

Il-Kummissjoni, għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun, l-ewwel eżaminat jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fl-Indoneżja kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dak il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni waqt il-PI, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni sabet li, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ produtturi esportaturi, il-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv.

(61)

Għall-produtturi esportaturi b’rappreżentanza globali, il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(62)

Għal dawn it-tipi ta’ prodotti identiċi jew komparabbli, ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari ġie meqjus rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI kien jirrappreżenta mill-inqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tiegħu tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lejn l-Unjoni. Għall-produtturi esportaturi b’rappreżentanza globali, ma nstab l-ebda bejgħ rappreżentattiv jew assolutament l-ebda bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott li ġie esportat.

(63)

Għaldaqstant, għall-produtturi esportaturi kollha, il-valur normali tal-prodott simili ġie stabbilit b’mod proviżorju skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku billi mal-kosti tal-produzzjoni tal-kumpanija nnifisha waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni, ġew miżjuda l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (‘SG&A’), u marġni raġonevoli ta' profitt. L-ilmentaturi ddikjaraw li s-sistema ta' taxxa differenzjali fuq l-esportazzjonijiet fl-Indoneżja tbaxxi l-prezz taż-żejt tal-palm u għalhekk toħloq distorsjoni fil-kosti tal-produtturi tal-bijodiżil. Il-Kummissjoni għad m'għandhiex biżżejjed informazzjoni f'dan l-istadju biex tieħu deċiżjoni dwar l-aktar mod xieraq li bih tiġi indirizzata din id-dikjarazzjoni. Għalhekk, il-kwistjoni dwar jekk il-kosti jirriflettux b’mod raġonevoli l-kosti assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat se tkun eżaminata aktar fl-istadju definittiv kif ukoll fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li għaddejja bħalissa.

(64)

L-investigazzjoni wriet li s-suq domestiku tal-bijodiżil fl-Indoneżja huwa rregolat ħafna mill-Istat. Il-kumpanija taż-żejt u l-gass Pertamina, li tappartjeni kollha kemm hi lill-Istat, hija bil-bosta l-ikbar kumpanija attiva fis-suq domestiku (b’iktar minn 90% tax-xiri domestiku tal-bijodiżil mill-produtturi fil-kampjun). Pertamina għandha l-mandat mill-Istat li tħallat il-bijofjuwils mal-fjuwils ta’ oriġini fossili għall-bejgħ fil-pompi tal-petrol tagħha. Kull xahar, il-Ministeru tal-Kummerċ Indoneżjan amministrattivament jistabbilixxi l-hekk imsejjaħ “prezz HPE (jew il-Prezz Standard tal-Esportazzjoni)” li huwa l-prezz ta’ riferiment li jintuża biex jiġi kkalkulat il-livell tad-dazju fuq l-esportazzjoni għal dak ix-xahar. Pertamina tixtri l-bijodiżil fil-livell tal-prezz HPE stabbilit mill-gvern Indoneżjan.

(65)

F’dawn il-kundizzjonijiet l-ammont ta’ profitt ma setax jiġi msejjes fuq id-dejta attwali mill-kumpaniji fil-kampjun minħabba li l-bejgħ domestiku ma ġiex ikkunsidrat li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ. Għaldaqstant, l-ammont ta’ profitt użat biex ġie stabbilit il-valur normali kien iddeterminat skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ammont raġonevoli ta’ profitt li industrija żagħżugħa u innovattiva ta’ kapital intensiv ta’ dan it-tip, tista’ tikseb taħt il-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni f’suq ħieles u miftuħ, jiġifieri 15% ibbażat fuq il-fatturat.

2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(66)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati.

(67)

Fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jkunu jridu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat.

(68)

Fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien magħmul permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. F’każijiet bħal dawn saru aġġustamenti għall-kosti kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u livell ta’ profitt ta’ 5% ibbażat fuq il-fatturat tqies raġonevoli.

(69)

Il-primjums imposti fuq il-klijenti fi Stat Membru partikolari li – wara xirja ta’ bijodiżil – kienu qed ifittxu li jibbenefikaw mill-“għadd doppju” għall-bijodiżil previst mill-qafas regolatorju li kien fis-seħħ (7), ma ġewx ikkunsidrati bħala parti mill-prezz tal-esportazzjoni. Primjums bħal dawn mhumiex marbutin mal-prodott ikkonċernat per se, pjuttost huma marbuta mal-provvista ta’ dokumenti mill-importatur relatat sabiex jikseb ċertifikat tal-gvern li jippermetti lill-klijent tal-importatur relatat jissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji biex iħallat biss nofs il-kwantità tal-bijodiżil (minħabba li dan il-bijodiżil jista’ jingħadd "doppju").

2.3.   Tqabbil

(70)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun ġew mqabbla fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika.

(71)

Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, sar provvediment xieraq fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(72)

Fuq din il-bażi, fil-każijiet kollha fejn intwera li tiġi affettwata l-komparabbiltà tal-prezzijiet, saru aġġustamenti għall-kosti tat-trasport, tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni, għall-kosti tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u għal dawk anċillari, għall-ispejjeż ta’ kreditu, għad-dazji fuq l-esportazzjoni, għat-tariffi tal-istħarriġ, għall-imposti bankarji u għall-kummissjonijiet.

(73)

Fejn il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu barra mill-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk kummerċjanti relatati bħal dawn għandhomx jiġu ttrattati jew le bħala d-dipartiment tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produttur esportatur jew bħala aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni.

(74)

Kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji nstab li kien stabbilixxa kuntratt ma’ kumpanija kummerċjali relatata biex jinnegozja, fost affarijiet oħra, il-bijodiżil u ta’ dan tingħata kummissjoni. F’dan il-każ, ġie kkunsidrat li l-kummerċjant relatat għandu jiġi ttrattat bħala aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni u għalhekk il-prezzijiet tal-bejgħ bl-esportazzjoni ġew aġġustati skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku biex titqies iż-żieda li rċieva l-kummerċjant.

(75)

Fil-każ ta’ produttur esportatur partikolari, il-prodott ikkonċernat (PME) ġie mħallat mal-RME qabel ma nbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 2(10)(a), sar aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott ikkonċernat.

2.4.   Il-marġni tad-dumping

(76)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta’ kull tip ta’ prodott simili kien imqabbel mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni, kif previst fl-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku.

(77)

Il-marġni medju peżat tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, bla ma jitqies il-marġni tal-produttur esportatur b’marġni tad-dumping żero.

(78)

Rigward il-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Indoneżja, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan il-livell ta’ kooperazzjoni kien stabbilit l-ewwel billi ġie mqabbel il-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, mal-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet. Billi l-livell tal-kooperazzjoni kien għoli ħafna (99% tat-total tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI), il-marġni tad-dumping residwu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Indoneżja kien stabbilit f’livell li jikkorrespondi għal dak li nstab għall-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping.

(79)

Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping kif ġew stabbiliti, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Il-marġni tad-dumping

Kumpanija

Marġni proviżorju tad-dumping

PT. Ciliandra Perkasa

0,0  %

PT. Musim Mas

2,8  %

PT. Pelita Agung Agrindustri

5,3  %

PT. Wilmar Bioenergi Indonesia

9,6  %

PT. Wilmar Nabati Indonesia

9,6  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

6,5  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,6  %

D.   ĦSARA

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(80)

Il-prodott simili huwa manifatturat minn 254 produttur fl-Unjoni. Dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se jissejħu ‘l-industrija tal-Unjoni’.

(81)

Saru allegazzjonijiet li għadd sinifikanti ta’ produtturi kbar tal-Unjoni kienu relatati ma’ esportaturi fl-Arġentina u/jew kienu qed jimportaw il-bijodiżil mill-Arġentina u li għalhekk kellhom ikunu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(82)

Wara li saret investigazzjoni, tliet kumpaniji ġew esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba d-dipendenza tagħhom fuq importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, fejn l-importazzjonijiet laħqu rispettivament it-63%, il-85% u l-71% tal-produzzjoni tagħhom stess matul il-PI. Żewġ kumpaniji oħra ġew esklużi billi ma kinux ipproduċew bijodiżil matul il-perjodu investigat. Ma ntużat l-ebda dejta minn dawn il-kumpaniji fis-sezzjonijiet ta’ hawn taħt. B’mod proviżorju ġie konkluż li ma kienx hemm bażi li fuqha setgħu jiġu esklużi produtturi oħra tal-Unjoni mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(83)

L-informazzjoni kollha disponibbli li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mingħand il-produtturi tal-Unjoni qabel u wara t-tnedija tal-investigazzjoni, intużat biex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni nstab li l-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI kienet ta' madwar 9 052 871 tunnellata. Kif ġie indikat qabel, it-tmien produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun jirrappreżentaw 27% tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

2009

2010

2011

PI

Tunnellati

11 165 831

11 538 511

11 159 706

11 728 400

Indiċi 2009 = 100

100

103

100

105

Sors:

Eurostat, dejta mill-industrija tal-Unjoni

(84)

Il-konsum tal-Unjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni, wara li jitnaqqsu l-esportazzjonijiet tagħhom, u jiżdiedu l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra.

(85)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Arġentina u l-Indoneżja ttieħed mid-dejta tal-Eurostat għall-kodiċijiet NM differenti li l-prodott ġie kklassifikat taħthom.

(86)

Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, il-konsum tal-bijodiżil tal-Unjoni żdied b’5% bejn l-2009 u t-tmiem tal-PI.

3.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(87)

Kif stipulat fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, valutazzjoni tal-effett tal-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi tista’ ssir b’mod kumulattiv biss jekk jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet.

(88)

L-ewwel waħda hija li l-marġni tad-dumping b'rabta mal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi ikun ogħla mil-limitu de minimis, u li l-volum tal-importazzjonijiet ma jkunx negliġibbli. Il-marġni tad-dumping stabbilit b'rabta mal-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja kien ogħla mil-limitu de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u l-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli fis-sens tal-Arikolu 5(7) tar-Regolament bażiku, b’ishma mis-suq ta’ 10,8% u 8,5% rispettivament fil-PI.

(89)

It-tieni waħda hija li l-prodotti importati jkunu f’kompetizzjoni bejniethom, u f’kompetizzjoni mal-prodott simili tal-Unjoni. L-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina u mill-Indoneżja jiġu mħalltin mad-diżil minerali mill-istess kumpaniji ta’ kummerċ u mibjugħa lil klijenti madwar l-Unjoni f’kompetizzjoni diretta mal-bijodiżil prodott mill-industrija tal-Unjoni.

(90)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa proviżorjament ikkunsidrat li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati u li l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv għall-fini tal-analiżi tal-ħsara.

4.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

Tabella 2

 

2009

2010

2011

PI

Importazzjonijiet mill-Arġentina

Tunnellati

853 589

1 179 285

1 422 142

1 263 230

Indiċi 2009 = 100

100

138

167

148

Sehem mis-suq

7,6  %

10,2  %

12,7  %

10,8  %

Indiċi 2009 = 100

100

135

167

141

Importazzjonijiet mill-Indoneżja

Tunnellati

157 915

495 169

1 087 518

995 663

Indiċi 2009 = 100

100

314

689

631

Sehem mis-suq

1,4  %

4,3  %

9,7  %

8,5  %

Indiċi 2009 = 100

100

303

689

600

 

 

 

 

 

Sehem totali mis-suq

9,1  %

14,5  %

22,5  %

19,3  %

Indiċi 2009 = 100

100

160

248

213

Sors:

Eurostat

(91)

Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja żdiedu b’mod sinifikanti mill-2009 sal-PI, bl-importazzjonijiet mill-Indoneżja jiżdiedu b’rata iktar mgħaġġla mill-importazzjonijiet mill-Arġentina. Is-sehem mis-suq żdied minn 9,1% għal 19,3% matul l-istess perjodu.

5.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz

5.1.   Evoluzzjoni tal-prezzijiet

Tabella 3

Prezz tal-importazzjoni EUR/tunnellata

2009

2010

2011

PI

L-Arġentina

629

730

964

967

Indiċi 2009 = 100

100

116

153

154

L-Indoneżja

597

725

864

863

Indiċi 2009 = 100

100

121

145

145

Total

624

728

920

921

Indiċi 2009 = 100

100

117

147

148

Sors:

Eurostat

(92)

Minkejja li l-prezzijiet tal-importazzjoni għolew matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2010 u l-2011, il-prezzijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina kif ukoll mill-Indoneżja baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

5.2.   It-twaqqigħ tal-prezz

(93)

Biex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzjiet medji peżati tal-bejgħ li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun imponew fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell ta' kif joħorġu mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrespondenti tal-importazzjonijiet mingħand il-produtturi Arġentini u Indoneżjani fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi CIF, bl-aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u l-kosti ta’ wara l-importazzjoni.

(94)

L-SME mill-Arġentina u l-PME mill-Indoneżja ġew imqabbla mal-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Punt Limitu ta' Filtrabbiltà fil-Ksieħ (CFPP), li huwa t-temperatura li fiha l-bijodiżil jerġa’ jsir xaħam u ma jkunx jista’ jintuża bħala fjuwil.

(95)

Il-bejgħ kollu mill-Arġentina lill-UE kellu CFPP ta’ 0 gradi Ċentigradi. Dan il-bejgħ kien għalhekk imqabbel mal-bejgħ tal-produtturi tal-bijodiżil tal-Unjoni b’CFPP ta’ 0.

(96)

Il-bejgħ kollu mill-Indoneżja lill-UE kellu CFPP ta’ 13-il grad Ċentigrad. Minħabba l-volum żgħir ħafna ta’ bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni b’dan is-CFPP – billi l-PME mill-Indoneżja kważi dejjem jiġi mħallat ma’ bijodiżil ieħor minn sorsi oħra qabel ma jinbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti – tqabbil dirett ma tqiesx raġonevoli. Għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni tal-PME mill-Indoneżja b'CFPP ta’ 13 ġie aġġustat ’il fuq għal prezz b’CFPP ta’ 0, billi ttieħdet id-differenza fil-prezz fis-suq tal-Unjoni bejn il-bejgħ tal-PME b'CFPP ta’ 13 imanifatturat mill-industrija tal-Unjoni u l-prezz medju tal-bijodiżil b'CFPP ta’ 0.

(97)

Fuq il-bażi tal-metodoloġija msemmija hawn fuq, id-differenza bejn il-prezzijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja u l-prezzijiet tal-Unjoni, espressa bħala perċentwal tal-prezz medju peżat ta' kif joħroġ mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, kienet tvarja minn 2,5% sa 9,1%.

6.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(98)

B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni tal-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha stabbiliti għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu analizzat.

(99)

Kif issemma iżjed ’il fuq, id-dejta vverifikata minn kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni ntużat biex tiġi eżaminata l-ħsara possibbli mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(100)

Biex tanalizza l-ħsara, il-Kummissjoni ddistingwiet bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi għall-perjodu kkunsidrat fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta vverifikata miġbura mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(101)

L-indikaturi makroekonomiċi li ġejjin ġew evalwati fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-produtturi kollha tal-bijodiżil fl-Unjoni: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni ta’ dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(102)

L-indikaturi mikroekonomiċi li ġejjin ġew evalwati fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-produtturi kollha tal-bijodiżil fl-Unjoni fil-kampjun: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost unitarju, il-kostijiet tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital.

7.   L-indikaturi makroekonomiċi

7.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

Tabella 4

 

2009

2010

2011

PI

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

20 359 000

21 304 000

21 517 000

22 227 500

Indiċi 2009 = 100

100

105

106

109

Volum ta’ produzzjoni (tunnellati)

8 745 693

9 367 183

8 536 884

9 052 871

Indiċi 2009 = 100

100

107

98

104

Użu tal-kapaċità

43  %

44  %

40  %

41  %

Indiċi 2009 = 100

100

102

92

95

Sors:

Dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(103)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet id f’id mal-konsum. Il-kapaċità baqgħet relattivament stabbli b’mod partikolari bejn l-2010 u l-PI; għalhekk l-użu tal-kapaċità baqa’ baxx matul il-perjodu kollu. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tuża l-kapaċità li kienet installata qabel jew tisfrutta b’xi mod iż-żieda fil-kapaċità matul il-perjodu, magħmula biex tantiċipa xi effetti eventwali tal-impożizzjoni ta’ miżuri kontra l-Istati Uniti, jew tas-sistemi tal-kwoti mistennija u l-mandati miżjuda minn xi Stati Membri.

7.2.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

Tabella 5

 

2009

2010

2011

PI

Volumi ta’ bejgħ (tunnellati)

9 454 786

9 607 731

8 488 073

9 294 137

Indiċi 2009 = 100

100

102

90

98

Sehem mis-suq

84,7  %

83,3  %

76,1  %

79,2  %

Indiċi 2009 = 100

100

98

90

94

Sors:

Dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(104)

Il-volumi ta’ bejgħ lil kumpaniji mhux relatati tal-Unjoni baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu. Billi l-konsum żdied xi ftit matul il-perjodu, il-volum stabbli ta’ bejgħ wassal għal tnaqqis tas-sehem mis-suq (tnaqqis ta’ 5.5 punti perċentwali), li ttieħed mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

7.3.   It-tkabbir

(105)

It-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni huwa rifless fl-indikaturi tal-volum tagħha, bħall-produzzjoni u l-bejgħ imma b’mod partikolari fis-sehem mis-suq tagħha. Minkejja ż-żieda fil-konsum matul il-perjodu analizzat, is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni ma kibirx id f’id mal-konsum. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni niżel matul il-perjodu hekk kif il-volum tal-importazzjonijiet żdied. Matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja u mill-Arġentina rnexxielhom jirbħu iktar minn 10 punti perċentwali mis-sehem mis-suq. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika b’mod sħiħ mit-tkabbir tas-suq kellu impatt negattiv b’mod ġenerali fuq is-sitwazzjoni ekonomika.

7.4.   L-impjiegi u l-produttività

Tabella 6

 

2009

2010

2011

PI

Impjiegi – Ekwivalenti għall-full time (FTE)

1 858

2 055

2 061

2 079

Indiċi 2009 = 100

100

111

111

112

Produttività (tunnellati/FTE)

4 707

4 558

4 142

4 354

Indiċi 2009 = 100

100

97

88

93

Sors:

Dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni.

(106)

Billi l-industrija tal-bijodiżil hija industrija ta’ kapital intensiv li ma teħtieġx forza kbira tax-xogħol fil-proċess tal-produzzjoni, u meta jitqies l-ammont ta’ sottokuntratti fil-produzzjoni attwali tal-bijodiżil, in-numru ta’ nies impjegati fil-manifattura mhuwiex kbir. Peress li l-volumi tal-produzzjoni matul il-perjodu żdiedu xi ftit, l-impjiegi żdiedu wkoll.

(107)

Billi l-impjiegi żdiedu, imma b’rata ogħla minn tal-produzzjoni, il-produttività naqset b’7 punti perċentwali bejn l-2009 u t-tmiem tal-PI.

7.5.   Il-kobor tal-marġni attwali tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(108)

L-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda ssofri ħsara minħabba importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerika sal-2009, meta beda l-perjodu ta’ investigazzjoni għal dan il-proċediment. Id-dazji fis-seħħ kontra importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika kienu maħsuba biex jipprovdu kundizzjonijiet indaqs fejn l-industrija tal-Unjoni setgħet tikkompeti b’mod ġust ma’ dawn l-importazzjonijiet u tirkupra mill-ħsara li ġarrbet.

(109)

Jidher biċ-ċar li dan ma seħħx. L-industrija tal-Unjoni llum hija inqas kapaċi li tagħmel profitt mill-2009 u tilfet is-sehem tagħha mis-suq, anke sa mill-2009, għall-benefiċċju tal-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja li qegħdin iwaqqgħu il-prezzijiet tal-Unjoni. L-użu tal-kapaċità naqas ukoll hekk kif il-konsum fl-Unjoni żdied. Jidher biċ-ċar li l-irkupru minn dumping tal-passat ma seħħx.

(110)

Il-marġni ta’ dumping għall-produtturi esportaturi fl-Arġentina u fl-Indoneżja huma speċifikati aktar ’il fuq fit-taqsima tad-dumping. Esportatur produttur fl-Indoneżja, li jirrappreżenta livell baxx ta’ importazzjonijiet mill-Indoneżja, instab li ma kienx responsabbli ta’ dumping. Madankollu l-produtturi esportaturi l-oħra fl-Indoneżja u l-produtturi esportaturi kollha fl-Arġentina nstabu li kienu responsabbli ta’ dumping ta’ bijodiżil fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet ta’ dumping miż-żewġ pajjiżi kkonċernati, l-impatt tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli.

8.   Indikaturi mikroekonomiċi

8.1.   Prezzijiet medji tal-unità, kosti unitarji u kosti tal-pagi

Tabella 7

 

2009

2010

2011

PI

Prezz ta’ unità EUR kull tunnellata

797

845

1 096

1 097

Indiċi 2009 = 100

100

106

137

138

Kost unitarju EUR kull tunnellata

760

839

1 089

1 116

Indiċi 2009 = 100

100

110

143

147

Kosti tal-pagi EUR/FTE

57 391

63 490

62 141

61 004

Indiċi 2009 = 100

100

111

108

106

Sors:

Risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(111)

Għalkemm tul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezz tal-bejgħ tagħha, minħabba ħsad batut tal-kolza fl-2011, il-kost tal-produzzjoni għola tant li ma setax jiġi kopert b’żieda fil-prezz tal-bejgħ. Ma kienx ekonomikament vijabbli li l-industrija tal-Unjoni timporta materja prima alternattiva mill-Arġentina u mill-Indoneżja minħabba r-reġimi ta' taxxa fis-seħħ f’dawn il-pajjiżi, u għalhekk kellha tirrikorri għall-importazzjoni ta’ bijodiżil lest biex iżżomm il-kosti tagħha baxxi u b’hekk tnaqqas it-telf b’mod ġenerali.

(112)

Fl-istess ħin il-kosti tal-pagi tal-kumpaniji fil-kampjun żdiedu matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, li mill-ġdid ġiegħlu lill-kumpaniji jsibu modi kif inaqqsu l-piż tal-kosti ġenerali.

8.2.   Ħażniet

Tabella 8

 

2009

2010

2011

PI

Ħażniet (tunnellati)

74 473

87 283

90 249

103 058

Indiċi 2009 = 100

100

117

121

138

Sors:

Risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(113)

Matul il-perjodu analizzat, il-ħażniet tal-bijodiżil żdiedu b’madwar 40%. Dan it-tkabbir fl-inventarji seħħ matul il-perjodu analizzat kollu. Madankollu, minħabba li l-bijodiżil ma jistax jinħażen għal iktar minn 6 xhur (il-perjodu medju tal-ħażna huwa biss ta’ madwar 3 xhur), id-dejta relatata mal-ħażniet għandha biss valur limitat għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

8.3.   Il-kapaċità ta’ profitt, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-flussi tal-flus u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

Tabella 9

 

2009

2010

2011

PI

Profittabilità

3,5  %

–0,3  %

–0,2  %

–2,5  %

Investimenti f’EUR 000

188 491

156 927

149 113

141 578

Indiċi 2009 = 100

100

83

79

75

Redditu mill-investimenti

19  %

–2  %

–2  %

–24  %

Flussi tal-flus f’EUR 000

244 001

–48 649

21 241

23 984

Indiċi 2009 = 100

100

–20

9

10

Sors:

Risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(114)

Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu analizzat il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqset b’mod konsiderevoli minn 3,5 % għal – 2,5 %.

(115)

Il-livell ta’ investimenti fil-produzzjoni tal-bijodiżil manifatturat mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun waqa’ matul il-perjodu, li juri li waqt li l-produtturi fil-kampjun kienu għadhom jistgħu jinvestu fil-produzzjoni tal-bijodiżil, l-ammont ta’ riżorsi disponibbli għal investiment bħal dan kien naqas mas-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni.

(116)

Ir-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li jesprimi r-riżultat tagħhom qabel it-taxxa bħala perċentwal tal-valur nett deprezzat medju tal-ftuħ u tal-għeluq tal-assi użati fil-produzzjoni tal-bijodiżil segwa t-tendenza negattiva fil-profittabilità. Id-deterjorament tar-redditu fuq l-investimenti huwa indikazzjoni ċara tad-deterjorament fil-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu li ġie investigat.

(117)

Il-flussi tal-flus, li jirrappreżentaw l-abbiltà tal-industrija li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, jirriflettu tnaqqis sinifikanti matul il-perjodu analizzat, u juru d-diffikultà tal-kumpaniji fil-kampjun li jikkompetu ma’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Arġentina u mill-Indoneżja.

9.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(118)

Analiżi tad-dejta vverifikata turi biċ-ċar li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali kif definit mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Fi żmien ta’ żieda fil-konsum huma tilfu mis-sehem mis-suq u mill-profittabilità, waqt li l-importazzjonijiet żiedu s-sehem mis-suq u waqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni.

(119)

Indikaturi oħra wkoll juru tendenza stabbli jew ta’ tnaqqis, anke wara l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra l-Istati Uniti tal-Amerika u l-estensjoni tad-dazji għall-importazzjonijiet mill-Kanada li kienu qed iduru mal-miżuri.

(120)

Il-produtturi tal-Unjoni rnexxielhom jgħaddu l-biċċa l-kbira taż-żieda fil-kost tal-produzzjoni mill-2010 għall-2011 (+33 punt perċentwali) imma biss billi naqqsu l-profittabilità sal-punt tal-pariġġ. Madankollu ma rnexxilhomx jgħaddu ż-żieda ulterjuri fil-kost mill-2011 għall-PI, minħabba żieda fil-prezz tal-materja prima, li tirrappreżenta kważi 80 % tal-kost totali tal-produzzjoni tal-bijodiżil. Iż-żidiet fil-kosti ma setgħux jgħaddu kompletament fuq il-klijenti tas-suq tal-Unjoni, u dan ikkawża t-telf fil-PI.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(121)

B’konformità mal-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping li oriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sal-punt li setgħet tiġi kklassifikata bħala ħsara materjali.

(122)

Fatturi oħra magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin jikkaġunaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, kienu eżaminati wkoll sabiex ikun żgurat li l-ħsara li setgħet ġiet ikkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping

(123)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, livell baxx (bejn 2% u 6%) tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja lejn l-UE nstab li ma kienx l-oġġett ta’ dumping. Il-bqija tal-volum mill-Indoneżja, u l-importazzjonijiet kollha mill-Arġentina, instabu li kienu l-oġġett ta’ dumping. Jekk titnaqqas il-kwantità żgħira ta’ importazzjonijiet li ma kinux l-oġġett ta’ dumping mit-total tal-importazzjonijiet ddikjarati mill-Indoneżja, it-tendenza tal-importazzjonijiet deskritti hawn fuq ma tiġix affettwata.

(124)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod sinifikanti f’termini ta’ volum (b’iktar mid-doppju) matul il-perjodu kkunsidrat. Dan irriżulta f’żieda sinifikanti ta’ 10 punti perċentwali fis-sehem tagħhom mis-suq, minn 9.1% fl-2009 għal 18.8% sat-tmiem tal-PI.

(125)

Fl-istess ħin, minkejja ż-żieda fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni tilfet 5.5 punti perċentwali mis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat.

(126)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping żdiedu bi 48% bejn l-2009 u l-PI imma kienu ferm iktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’marġni medju ta’ twaqqigħ ta’ 4% għall-Indoneżja u ta’ 8% għall-Arġentina matul il-PI.

(127)

Il-pressjoni eżerċitata fuq is-suq tal-Unjoni miż-żieda tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx ma ħallitx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha skont il-kundizzjonijiet tas-suq u ż-żidiet fil-kosti. Il-kumpaniji fil-kampjun setgħu jgħaddu biss fuq il-klijenti tagħhom żieda fil-prezz limitata għal 38% filwaqt li l-kosti sħaħ tagħhom żdiedu b’47% matul l-istess perjodu.

(128)

Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, huwa proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI u li wkoll żdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, kellhom sehem determinanti fil-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

3.   L-effett ta’ fatturi oħra

3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

Tabella 10

Pajjiżi terzi oħra

2009

2010

2011

PI

L-importazzjonijiet totali (tunnellati)

699 541

256 327

161 973

175 370

Indiċi 2009 = 100

100

37

23

25

Sehem mis-suq

6,3  %

2,2  %

1,5  %

1,5  %

Indiċi 2009 = 100

100

35

23

24

Sors:

Eurostat

(129)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, prinċipalment l-Istati Uniti, in-Norveġja u l-Korea t’Isfel, naqsu sostanzjalment mill-2009 sat-tmiem tal-PI. Dan it-tnaqqis kien dovut għall-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti fl-2009 u b'segwitu għal investigazzjoni kontra l-evażjoni fuq importazzjonijiet konsenjati mill-Kanada fl-2010. Meta jitqies it-tnaqqis mis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra fi żmien id-deterjorament tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma setgħux ikkontribwew ħlief b’mod negliġibbli għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. B’hekk ma jistax jiġi konkluż li kisru r-rabta kawżali bejn il-ħsara u l-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

3.2.   Importazzjonijiet li ma kinux l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati

(130)

Instabu importazzjonijiet li ma kinux l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, imma fit-tieni nofs tal-2011 biss. Meta jitqies il-perjodu qasir ta’ żmien li fih saru dawn l-importazzjonijiet, u l-kwantitajiet limitati tagħhom, dawn setgħu jikkawżaw biss ammont negliġibbli ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni u ma jistgħux jiksru r-rabta kawżali bejn il-ħsara u l-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

3.3.   Produtturi oħra tal-Unjoni

(131)

Meta jitqies il-volum żgħir ta’ produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li kienu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u l-volum żgħir tal-importazzjonijiet tagħhom b’kollox, dawn il-produtturi ma tqisux li kienu kawża ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

3.4.   Importazzjonijiet magħmula mill-industrija tal-Unjoni

(132)

CARBIO, l-assoċjazzjoni tal-produtturi Arġentini tal-bijodiżil, allegat li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata minn importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja magħmula minn produtturi tal-Unjoni. Hi ddeskriviet dawn l-importazzjonijiet bħala ħsara kkaġunata mill-industrija stess, u ddikjarat li huma m’għandhomx jitqiesu kawża ta’ ħsara fuq il-bażi tal-imġiba tal-produtturi Arġentini.

(133)

Mid-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni jidher ċar li hija impurtat kwantitajiet ta’ bijodiżil mill-Arġentina u mill-Indoneżja matul il-perjodu kkunsidrat, li waslu sa 60% tal-importazzjonijiet kollha minn dawn il-pajjiżi matul il-PI. Madankollu l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li dawn l-importazzjonijiet għamlithom biex tiddefendi lilha nnifisha. Il-fatt li setgħu jibbenefikaw mill-prezzijiet ta’ dumping ta’ dawn l-importazzjonijiet, fuq perjodu qasir ta’ żmien, għen lill-produtturi tal-Unjoni biex ikunu jistgħu jibqgħu fin-negozju għal perjodu medju ta’ żmien.

(134)

L-importazzjonijiet tal-bijodiżil bi prezzijiet ta’ dumping mill-industrija tal-Unjoni żdiedu sostanzjalment fl-2011 u fil-PI, meta kien jinħass l-aktar l-effett tat-taxxa differenzjata tal-esportazzjoni fuq il-bijodiżil u l-materja prima tiegħu, għaliex kien f'dak iż-żmien li l-importazzjonijiet tal-materja prima (żejt tas-sojja u żejt tal-palm) ma baqgħux ekonomikament vijabbli meta mqabbla mal-importazzjonijiet tal-prodott lest. Is-sistema tat-taxxa differenzjata tal-esportazzjoni fiż-żewġ pajjiżi tqiegħed taxxa ogħla fuq l-esportazzjoni tal-materja prima mit-taxxa fuq il-prodott lest. Jekk din it-taxxa differenzjata tal-esportazzjoni tistax titqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji se jkun eżaminat fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li tinsab għaddejja bħalissa.

(135)

Pereżempju matul xi xhur tal-PI l-prezz tal-importazzjoni taż-żejt tas-sojja mill-Arġentina kien ogħla mill-prezz tal-importazzjoni tal-SME, u dan għamel ix-xiri taż-żejt tas-sojja ekonomikament żvantaġġuż. F’din is-sitwazzjoni, ix-xiri tal-SME kien l-unika possibbiltà ekonomikament ġustifikabbli.

(136)

Fi kwalunkwe każ, kieku l-industrija tal-Unjoni ma impurtatx dawn il-volumi ta’ bijodiżil, il-kumpaniji tal-kummerċ fl-Unjoni kienu jimpurtawhom huma, iwaqqgħu l-industrija tal-Unjoni u jbigħuhom fis-suq tal-Unjoni, billi huma diġà jimpurtaw minn dawn il-pajjiżi biex ibigħu lir-raffinaturi tad-diżil li huma f’kompetizzjoni mal-industrija tal-Unjoni. Ir-rabta kawżali ma nkisritx b’dawn l-importazzjonijiet u għalhekk dan l-argument proviżorjament mhuwiex aċċettabbli.

3.5.   Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni

(137)

CARBIO tallega wkoll li l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kienet dovuta għall-kapaċità eċċessiva kkawżata mill-espansjoni żejda. B’użu tal-kapaċità ta’ 50% fl-2008, hi tallega li l-industrija kompliet tespandi mingħajr ma kien hemm żieda korrelativa fid-domanda.

(138)

Tassew li matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità madwar l-Unjoni baqa' baxx, sal-punt baxx ta’ 40% matul il-PI. Għalhekk xi kumpaniji ma kinux qegħdin jużaw il-kapaċità li kellhom installata.

(139)

Madankollu l-użu tal-kapaċità kien diġà baxx fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat u baqa' baxx tul il-perjodu kollu, u anke kien stabbli fil-kumpaniji fil-kampjun.

(140)

Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat il-kumpaniji fil-kampjun kienu kapaċi jagħmlu profitt, u fi tmiemu spiċċaw jagħmlu t-telf, b’użu tal-kapaċità stabbli. Huwa raġonevoli li wieħed jiddeduċi li l-industrija kollha kemm hi wkoll saret inqas profittabbli waqt li l-użu tal-kapaċità tagħha baqa' stabbli. Għaldaqstant dan il-fattur ma jistax jitqies kawża maġġuri ta’ ħsara, għaliex ma jidhirx li hemm xi rabta kawżali. Għalhekk dan l-argument proviżorjament mhuwiex aċċettabbli.

3.6.   In-nuqqas ta’ aċċess għall-materja prima u l-integrazzjoni vertikali

(141)

CARBIO allegat ukoll li l-industrija tal-Unjoni qed issofri ħsara minħabba nuqqas ta’ effiċjenza, b’mod partikolari minħabba li mhijiex integrata vertikalment u ma tinsabx qrib il-materja prima.

(142)

Dawn l-argumenti proviżorjament ġew miċħuda. Uħud mill-kumpaniji fil-kampjun jinsabu ħdejn il-portijiet b’aċċess kontinwu għall-materja prima li tiddaħħal bil-baħar, u kumpaniji oħra fil-kampjun bnew l-impjanti tagħhom tal-bijodiżil fl-istess sit tal-impjanti tagħhom li jipproduċu ż-żejt veġetali. Ħafna produtturi tal-bijodiżil fin-nofsinhar tal-Ewropa jinsabu apposta f’siti ta’ portijiet biex ikollhom aċċess għall-materja prima importata mill-Arġentina u mill-Indoneżja jew fl-istess siti tal-klijenti tagħhom (li huma r-raffineriji taż-żejt ta’ oriġini fossili). Meta jitqies li l-effett tat-taxxa differenzjata tal-esportazzjoni kien li ġab il-materja prima ogħla mill-prodott lest, jidher biċ-ċar li dan kien ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni billi għamel il-manifattura tal-PME u l-SME fl-UE ekonomikament impossibbli.

3.7.   Fatturi regolatorji oħra

(143)

CARBIO rreferiet ukoll għal xi fatturi regolatorji u allegat li dawn ikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, bi wħud minnhom li huma proposti u sal-lum għadhom ma ddaħħlux fis-seħħ. Madankollu hi tagħmel enfasi fuq is-sistema tal-‘għadd doppju’, li hija deskritta hawn taħt.

(144)

Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (‘RED’) titlob li l-Istati Membri jagħmlu obbligatorju t-taħlit ta’ ċertu proporzjon ta’ bijodiżil mad-diżil minerali qabel jinbiegħ lill-utenti. Xi Stati Membri approfittaw ruħhom mid-dispożizzjoni fir-RED li tippermetti li dak il-proporzjon jitnaqqas bin-nofs jekk il-bijodiżil użat ikun ġie magħmul minn żjut użati jew minn xaħmijiet użati tal-annimali. Pereżempju jekk l-Istat Membru kkonċernat jitlob li 7% ta’ bijodiżil jiġi mħallat ma’ 93% ta’ diżil minerali, dak is-7% jitnaqqas għal 3,5% jekk ikun bijodiżil minn żejt użat.

(145)

CARBIO allegat li r-regoli tal-għadd doppju kkawżaw tnaqqis ta’ miljun tunnellata metrika fil-bejgħ tal-hekk imsejjaħ bijodiżil ‘tal-ewwel ġenerazzjoni’ matul il-PI, u li dan huwa kawża ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Din l-allegazzjoni ġiet miċħuda, għaliex il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni fih xi kumpaniji li qed jimmanifatturaw bijodiżil tal-għadd doppju u l-qagħda finanzjarja tagħhom mhix wisq differenti minn ta’ dawk il-kumpaniji li jimmanifatturaw il-bijodiżil minn żjut veġetali verġni. Dawn il-kumpaniji wrew waqt il-verifikazzjoni tad-dejta tagħhom, li l-prezz tal-bijodiżil tagħhom ġie affettwat mill-prezz baxx tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Arġentina u mill-Indoneżja, billi huma jinsabu f’kompetizzjoni indiretta mal-PME u l-SME mill-pajjiżi kkonċernati.

(146)

Tressaq ukoll l-argument li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ssofri ħsara billi ma nvestitx aktar f’bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni, bħal pereżempju l-użu ta’ żjut użati. Dan l-argument proviżorjament ġie miċħud, għaliex m’hemmx biżżejjed żejt użat disponibbli fl-Unjoni li jista’ jżid b’mod sinifikanti l-ammont ta’ pproċessar li diġà jeżisti.

3.8.   Restrizzjonijiet fl-Istati Membri

(147)

CARBIO allegat ukoll li l-ħsara li saret lill-industrija tal-Unjoni ma setgħetx ġiet ikkawżata mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati minħabba s-sistemi tal-kwoti u r-reġimi ta' taxxa f’diversi Stati Membri li jirrestrinġu l-aċċess għal dawn is-swieq. Hi tallega wkoll li xi swieq fl-UE huma magħluqa għall-SME u l-PME minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi.

(148)

CARBIO hija korretta meta tgħid li l-Punt Limitu ta' Filtrabbiltà fil-Ksieħ (CFPP) tal-PME (+13 Ċentigrad) ifisser li l-PME ma jistax jintuża madwar l-Unjoni mingħajr ma jiġi mħallat ma’ bijodiżils oħra biex jitniżżel is-CFPP. Is-CFPP tal-SME, ta’ 0 gradi Ċentigradi, madankollu, jippermettilu li jintuża ħafna iktar, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf.

(149)

L-argument li hija s-sistema regolatorja f’xi Stati Membri li qed tikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni ġie eżaminat mill-qrib matul l-investigazzjoni kollha.

(150)

F’xi Stati Membri jeżistu sistemi ta’ kwoti li jagħtu kwota ta’ produzzjoni partikolari lill-kumpaniji f’dak l-Istat Membru jew fi Stati Membri oħra madwar l-Unjoni. Madankollu l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi taw vantaġġi billi nqdew bis-sistema ta' taxxa u dawn il-vantaġġi qegħdin jitnaqqsu jew jitneħħew.

(151)

Franza, pereżempju, għandha ‘vantaġġ ta’ tneħħija ta’ taxxa’ ta’ EUR90 għal kull tunnellata ta’ bijodiżil prodott bil-kwota. Madankollu, minħabba l-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, l-importazzjoni tal-bijodiżil ħafna drabi tiġi irħas milli kieku jinxtara mill-industrija tal-Unjoni anke jekk jitqies il-vantaġġ ta' taxxa. Dan jidher mill-fatt li l-importazzjonijiet Arġentini huma preżenti b’mod ċar fis-suq Franċiż.

(152)

F’xi Stati Membri l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja mhumiex preżenti, jew minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima jew minħabba s-sistemi tal-kwoti. Madankollu l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja huma preżenti fis-suq fil-biċċa l-kbira tal-Unjoni, jew minħabba n-nuqqas ta’ sistema tal-kwoti jew minħabba li l-prezz huwa irħas minn kwalunkwe vantaġġ ta' taxxa li Stat Membru jista’ jagħti.

(153)

Minħabba li meta l-PME u l-SME jitħalltu mal-RME manifatturat fl-Unjoni jew ma’ xi bijodiżil ieħor, jistgħu jinbiegħu madwar l-Unjoni, u li l-importazzjonijiet huma preżenti fi kwantitajiet kbar u waqqgħu l-prezzijiet anke fi Stati Membri b’sistemi ta’ vantaġġi ta' taxxa fis-seħħ, dan l-argument proviżorjament huwa miċħud għaliex is-sistemi tal-kwoti eżistenti u r-reġimi ta' taxxa mhumiex kapaċi jiksru r-rabta kawżali bejn il-ħsara u l-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

4.   Konklużjoni fuq il-kawżalità

(154)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati. Fl-istess ħin instab li dawn l-importazzjonijiet kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(155)

Id-dejta turi li kif jiżdied il-volum tal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tiddeterjora b’mod sinifikanti.

(156)

L-analiżi ta’ hawn fuq b’mod xieraq iddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, il-konklużjoni proviżorja hija li l-importazzjonijiet ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(157)

Il-fatturi magħrufa, apparti l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, ġew evalwati kif jitlob l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, u ma nstabet l-ebda evidenza li kisru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet ta’ dumping u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(158)

B’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet kostrinġenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-fornituri tal-materja prima u tal-utenti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(159)

Kif issemma hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati. In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri aktarx li jwassal għal tkomplija tat-tendenza negattiva tal-qagħda finanzjarja fl-industrija tal-Unjoni. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni kienet partikolarment immarkata bi tnaqqis fil-profittabilità minn +3 % fl-2009 għal 2,5 % sa tmiem il-PI. Iktar tnaqqis fil-prestazzjoni fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal twaqqif tal-produzzjoni u l-għeluq ta’ aktar siti tal-produzzjoni, li jservu ta' theddida għall-impjiegi u għall-investimenti fl-Unjoni.

(160)

L-impożizzjoni ta’ miżuri għandha treġġa’ lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. It-tendenza ’l isfel fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni hija r-riżultat tad-diffikultà tagħha li tikkompeti mal-importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati, fatt dovut ukoll għar-reġim ta' taxxa tal-esportazzjoni fiż-żewġ pajjiżi li jbaxxi l-prezz tal-importazzjonijiet tal-SME u tal-PME fis-suq tal-Unjoni, waqt li jgħolli l-prezz tal-materja prima. L-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping għandha għalhekk tqiegħed lill-industrija tal-Unjoni f’pożizzjoni li ttejjeb il-profittabilità tagħha lejn il-livelli meqjusa neċessarji għal din l-industrija ta’ kapital intensiv.

(161)

Il-miżuri għandhom jagħtu l-opportunità lill-industrija tal-Unjoni li tibda tirkupra mid-dumping dannuż li nstab matul l-investigazzjoni.

2.   L-interess ta’ importaturi/kummerċjanti indipendenti fl-Unjoni

(162)

Importaturi/kummerċjanti indipendenti fl-Unjoni kienu mistiedna jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Madankollu l-ebda importatur ma kkoopera f’din l-investigazzjoni.

(163)

Fin-nuqqas ta’ dejta minn importaturi jew kummerċjanti indipendenti, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tmur b’mod ċar kontra l-interessi ta’ dawn il-partijiet.

3.   L-interess tal-utenti u tal-konsumaturi

(164)

Il-kumpaniji utenti magħrufa kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tad-diżil minerali, u involuti wkoll fit-taħlit obbligatorju tad-diżil minerali mal-bijodiżil intbagħtulhom kwestjonarji malli bdiet l-investigazzjoni.

(165)

Tliet utenti tal-bijodiżili wieġbu għall-kwestjonarju tal-utenti imma ddikjaraw li l-bijodiżil kien biss parti żgħira ħafna mill-attività kummerċjali ġenerali tagħhom. Huma ddikjaraw li, billi jkunu obbligati legalment li jixtru l-bijodiżil u bħal qabel, jekk xi dazju jgħolli l-prezz tal-bijodiżil, dan jgħaddi awtomatikament għand il-klijenti tagħhom.

(166)

Minħabba l-ammont limitat ta’ informazzjoni disponibbli, l-impożizzjoni ta’ miżuri għandu jkollha effett estremament limitat fuq il-konsumatur finali, meta jitqies il-perċentwal żgħir ta’ bijodiżil li jitħallat mad-diżil minerali li jinxtara mill-pompi tal-petrol. Ma nstabet l-ebda evidenza li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tmur b’mod ċar kontra l-interess tal-utenti jew tal-konsumaturi.

4.   L-interess tal-fornituri tal-materja prima

(167)

Assoċjazzjoni waħda ta' fornituri tal-materja prima, il-FEDIOL (il-federazzjoni li tirrappreżenta l-Industrija Ewropea taż-Żejt Veġetali u l-Proteinmeal), wieġbet il-kwestjonarju li ntbagħat lill-fornituri tal-materja prima. Hija ddikjarat li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqqsu d-domanda għaż-żejt tal-kolza madwar l-Unjoni, fejn id-domanda naqset b’iżjed minn miljun tunnellata bejn l-2009 u l-2011.

(168)

Hija tqis li l-impożizzjoni ta’ miżuri se jkollha effett pożittiv fuq l-industrija tal-fornituri fl-UE għaliex se tiżdied l-użu tal-kapaċità. Kwalunkwe żieda fid-domanda għaż-żejt tal-kolza mbagħad se tasal għand is-settur tal-għalf kompost – billi dan huwa r-residwu mill-produzzjoni taż-żejt tal-kolza, u għand is-settur agrikolu fl-UE bħala l-produttur tal-kolza.

(169)

L-evidenza riċevuta għaldaqstant turi li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tiffavorixxi l-interessi tal-fornituri tal-materja prima fl-Unjoni.

5.   Konklużjoni fuq l-interess tal-Unjoni

(170)

L-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina mill-Arġentina u mill-Indoneżja tkun b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Hija tkun tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tikber u tibda tirkupra mill-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Madankollu jekk ma jiġu imposti l-ebda miżuri, il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tkompli tiddeterjora u aktar operaturi jispiċċaw ifallu. Għalkemm ma setgħet tintlaħaq l-ebda konklużjoni ċara rigward l-utenti u l-importaturi, l-impożizzjoni ta’ miżuri għandha tkun fl-interess tal-fornituri tal-materja prima.

(171)

Ma teżisti l-ebda raġuni kostrinġenti li tindika biċ-ċar li l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja, tmur kontra l-interess tal-Unjoni.

G.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI

(172)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji biex ma jħallux li ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni bl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

1.   Il-livell tal-eliminazzjoni ta’ ħsara

(173)

Bil-għan li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex, mingħajr ma jinqabżu, tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni.

(174)

Waqt il-kalkolu tal-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunke miżuri għandhom jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-kosti tal-produzzjoni u li tagħmel profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

(175)

Għal dan il-għan, marġni ta’ profitt ta’ 15% fuq il-fatturat jista’ jitqies bħala livell xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li tikseb fl-assenza tad-dumping dannuż ibbażat fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni preċedenti li tikkonċerna l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika, fejn kien tqies raġonevoli biex jiggarantixxi l-investiment produttiv għal din l-industrija fuq tul ta’ żmien.

(176)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz għall-prodott simili li ma jkunx ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jkunx ta’ ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bil-qligħ/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġni ta’ qligħ imsemmi hawn fuq.

(177)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, u l-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil kienet imbagħad imfissra bħala perċentwal tal-valur totali CIF tal-importazzjoni.

2.   Il-miżuri proviżorji

(178)

B’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja skont ir-regola dwar id-dazju iżjed baxx, jiġifieri dak li miż-żewġ marġnijiet ikkalkulati jkun iżjed baxx, jew tad-dumping jew tal-ħsara.

(179)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ġew stabbiliti bit-tqabbil tal-marġni tal-eliminazzjoni tal-ħsara mal-marġni tad-dumping. Għalhekk, ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju, espressi fuq il-prezz CIF fuq il-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Marġni proviżorju tad-dumping

Marġni proviżorju tal-ħsara

Rata tad-dazju anti-dumping proviżorju

L-Arġentina

Aceitera General Deheza S.A., General Deheza, Rosario

10,6  %

27,8  %

10,6  %

 

Bunge Argentina S.A., Buenos Aires

10,6  %

27,8  %

10,6  %

 

Louis Dreyfus Commodities S.A., Buenos Aires

7,2  %

30,9  %

7,2  %

 

Molinos Río de la Plata S.A., Buenos Aires

6,8  %

31,8  %

6,8  %

 

Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A., Bahia Blanca

6,8  %

31,8  %

6,8  %

 

Vicentin S.A.I.C., Avellaneda

6,8  %

31,8  %

6,8  %

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw

7,9  %

31  %

7,9  %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

10,6  %

31,8  %

10,6  %

L-Indoneżja

PT. Ciliandra Perkasa, Ġakarta

0,0  %

 

0,0  %

 

PT. Musim Mas, Medan

2,8  %

23,3  %

2,8  %

 

PT. Pelita Agung Agrindustri, Medan

5,3  %

27,1  %

5,3  %

 

PT Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan

9,6  %

26,4  %

9,6  %

 

PT Wilmar Nabati Indonesia, Medan

9,6  %

26,4  %

9,6  %

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw

6,5  %

25,3  %

6,5  %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,6  %

27,1  %

9,6  %

(180)

Madankollu, billi d-dazju anti-dumping se jkun japplika wkoll għal taħlitiet li jinkludu l-bijodiżil (b’mod proporzjonat għall-kontenut ta’ bijodiżil li jkollhom, skont il-piż), kif ukoll għall-bijodiżil pur, ikun aktar preċiż, u aktar xieraq għall-implimentazzjoni korretta tad-dazju mill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri, li d-dazju jiġi espress bħala ammont fiss f’Euro għal kull tunnellata netta u hekk jiġi applikat għall-bijodiżil pur importat, jew għall-proporzjon ta’ bijodiżil fil-prodott imħallat.

(181)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk dawn jirriflettu l-qagħda li nstabet waqt din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’) huma b’hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u manifatturat mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodott importat ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’.

(182)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitatjiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (8) flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u ma' dak għall-esportazzjoni, assoċjata, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq bl-aġġornament tal-listi tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

(183)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati soġġetti għal reġistrazzjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2013 tat-28 ta’ Jannar 2013. Dan sar fid-dawl tal-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva tal-miżuri anti-dumping, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. F’dan l-istadju tal-proċediment ma tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar il-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva tal-miżuri anti-dumping.

H.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(184)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-partijiet interessati li ppreżentaw ruħhom fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu jistgħu jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżuri definittivi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Bil-preżenti qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew f’taħlita, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (Kodiċi TARIC 1516209821, 1516209829 u 1516209830), ex 1518 00 91 (Kodiċi TARIC 1518009121, 1518009129 u 1518009130), ex 1518 00 95 (Kodiċi TARIC 1518009510), ex 1518 00 99 (Kodiċi TARIC 1518009921, 1518009929 u 1518009930), ex 2710 19 43 (Kodiċi TARIC 2710194321, 2710194329 u 2710194330), ex 2710 19 46 (Kodiċi TARIC 2710194621, 2710194629 u 2710194630), ex 2710 19 47 (Kodiċi TARIC 2710194721, 2710194729 u 2710194730), 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 90 97 (Kodiċi TARIC 3824909701, 3824909703 u 3824909704), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (Kodiċi TARIC 3826009011, 3826009019 u 3826009030), u li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju li huma applikabbli għall-prodott deskritt f’paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, huma kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-dazju proviżorju

Euro għal kull tunnellata netta

Kodiċi TARIC addizzjonali

L-Arġentina

Aceitera General Deheza S.A., General Deheza, Rosario; Bunge Argentina S.A., Buenos Aires

104,92

B782

 

Louis Dreyfus Commodities S.A., Buenos Aires

69,16

B783

 

Molinos Río de la Plata S.A., Buenos Aires; Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A., Bahia Blanca; Vicentin S.A.I.C., Avellaneda

65,24

B784

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw:

Cargill S.A.C.I., Buenos Aires; Unitec Bio S.A., Buenos Aires; Viluco S.A., Tucuman

75,97

B785

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

104,92

B999

L-Indoneżja

PT Ciliandra Perkasa, Ġakarta

0

B786

 

PT Musim Mas, Medan

24,99

B787

 

PT Pelita Agung Agrindustri, Medan

45,65

B788

 

PT Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan; PT Wilmar Nabati Indonesia, Medan

83,84

B789

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw:

PT Cermerlang Energi Perkasa, Ġakarta

57,14

B790

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

83,84

B999

3.   Id-dazju anti-dumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli bi proporzjon fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u taż-żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili (kontenut tal-bijodiżil).

4.   F’każijiet fejn il-prodotti jġarrbu ħsara qabel ma jkunu tqiegħdu għaċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz imħallas realment jew li jkun irid jitħallas ikun allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (9) l-ammont ta’ dazju anti-dumping, ikkalkulat fuq l-ammonti stipulati hawn fuq, jitnaqqas b’perċentwali li jikkorrespondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas realment jew li jkun irid jitħallas.

5.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2013.

2.   Id-dejta miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament se tinżamm sakemm jiddaħħlu fis-seħħ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 260, 29.8.2012, p. 8.

(3)  ĠU L 27, 29.1.2013, p. 10.

(4)  ĠU C 342, 10.11.2012, p. 12.

(5)  Fl-istabbiliment ta’ WET BV, kienu vverifikati wkoll il-kontijiet tal-kumpaniji l-oħra tal-grupp Wilmar li jinsabu fl-Ewropa: Wilmar Italia SrL, Milan, L-Italja; Oxem Oleo, Mezzana Bigli, L-Italja

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 kif emendat, b’mod partikolari mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2000, Artikoli 291 sa 300

(7)  Madankollu, dan l-Istat Membru jirrikonoxxi li l-bijodiżil magħmul mid-Distillat tal-Aċidi Xaħmin tal-Palm (“PFAD”) “jgħodd doppju”, li jfisser li l-kontribuzzjoni magħmula mill-bijofjuwils manifatturati mill-PFAD tiġi kkunsidrata d-doppju ta’ dik magħmula minn bijofjuwils oħra. Għaldaqstant ikollok tħallat biss id-diżil minerali ma’ nofs minn dan il-bijodiżil li jgħodd doppju. Il-bijodiżil tal-għadd doppju huwa ogħla fil-prezz mill-bijodiżil normali/tal-għadd waħdieni, u għalhekk jiġi impost primjum fuq il-klijent. Madankollu, hija prassi nazzjonali li għall-bijodiżil tal-għadd doppju, il-klijent iħallas dan il-primjum biss mal-approvazzjoni mill-gvern (permezz ta’ ċertifikat) li dak id-diżil tal-għadd doppju jissodisfa l-kriterji kollha biex jikkwalifika bħala bijodiżil tal-għadd doppju. Meta l-gvern ikun ħareġ dan iċ-ċertifikat, l-importatur relatat ikun jista’ jibgħat fattura separata lill-klijent bil-primjum pendenti li jrid jitħallas.

(8)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 491/2013

tas-27 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

15,0

MA

56,4

TN

54,8

TR

67,0

ZZ

48,3

0707 00 05

AL

27,7

MK

25,8

TR

132,0

ZZ

61,8

0709 93 10

MA

110,7

TR

129,1

ZZ

119,9

0805 10 20

EG

49,5

IL

71,8

MA

62,2

ZZ

61,2

0805 50 10

AR

107,2

TR

111,4

ZA

98,7

ZZ

105,8

0808 10 80

AR

155,2

BR

95,6

CL

113,1

CN

90,5

MK

42,6

NZ

124,1

US

207,5

ZA

106,5

ZZ

116,9

0809 29 00

US

557,8

ZZ

557,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/28


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/12/UE

tat-13 ta’ Mejju 2013

li tadatta d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-effiċjenza tal-enerġija, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti neċessarji ma ġewx previsti f’dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi għalih, il-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata rigward proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti neċessarji, jekk l-att oriġinali ma jkunx ġie adottat mill-Kummissjoni.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta’ adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stiednet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, imlestija u aġġornati fejn neċessarju sabiex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) titlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu miri indikattivi nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija u b’dan l-Istati Membri għandhom jieħdu inkonsiderazzjoni l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020.

(4)

Minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja huwa neċessarju li teknikament jiġu adattati ċ-ċifri tal-konsum tal-enerġija għall-Unjoni fl-2020 biex jirriflettu l-konsum fi 28 Stat Membru. Il-proġettazzjonijiet li saru fl-2007 wrew konsum tal-enerġija primarja ta’ 1 842 Mtoe fl-2020 għas-27 Stat Membru. L-istess proġettazzjonijiet juru konsum tal-enerġija primarja ta’ 1 853 Mtoe fl-2020 għat-28 Stat Membru inkluż il-Kroazja. Tnaqqis ta’ 20 % jirriżulta f’1 483 Mtoe fl-2020, jiġifieri tnaqqis ta’ 370 Mtoe meta pparagunat mal-proġettazzjonijiet. Dan l-adattament tekniku huwa neċessarju biex jippermetti lid-Direttiva 2012/27/UE biex tkun applikabbli fil-Kroazja.

(5)

Id-Direttiva 2012/27/UE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2012/27/UE hija emendata kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-emendi stabbiliti fl-Anness għal din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-limitu ta’ żmien previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.


ANNESS

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 għandu jkun ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali;”;

(b)

il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali fl-2020.”;

(c)

il-punt (d) tal-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

qabbel ir-riżultati taħt il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tinħtieġ biex jintlaħaq konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 ta’ enerġija finali fl-2020.”.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/30


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/13/UE

tat-13 ta’ Mejju 2013

li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti f'dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma jkunx ġie adottat mill-Kummissjoni.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati kif meħtieġ biex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 83/182/KEE (1), 2003/49/KE (2), 2008/7/KE (3), 2009/133/KE (4) u 2011/96/UE (5) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 83/182/KEE, 2003/49/KE, 2008/7/KE, 2009/133/KE u 2011/96/UE huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 09 Vol. 01 p. 112).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 09 Vol. 01 p. 380).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 34).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).


ANNESS

1.

Fl-Anness għad-Direttiva 83/182/KEE jiżdied dan li ġej:

“IL-KROAZJA

poseban porez na motorna vozila (Zakon o posebnom porezu na motorna vozila (Narodne novine broj 15/13))”.

2.

Id-Direttiva Nru 2003/49/KE hija emendata kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 3(a)(iii), dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“—

‘porez na dobit’ fil-Kroazja,”;

(b)

fl-Anness, jiżdied il-punt li ġej:

“(z)

kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: ‘dioničko društvo’, ‘društvo s ograničenom odgovornošću’, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti”.

3.

Fl-Anness I għad-Direttiva 2008/7/KE, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(11a)

kumpaniji taħt il-liġi Kroata magħrufa bħala:

(i)

dioničko društvo

(ii)

društvo s ograničenom odgovornošću”.

4.

Fl-Anness I għad-Direttiva 2009/133/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ka)

kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: ‘dioničko društvo’, ‘društvo s ograničenom odgovornošću’, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti;”;

(b)

fil-Parti B dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“—

porez na dobit fil-Kroazja,”.

5.

L-Anness I għad-Direttiva 2011/96/UE huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ka)

kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: ‘dioničko društvo’, ‘društvo s ograničenom odgovornošću’, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti;”;

(b)

fil-Parti B, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“—

porez na dobit fil-Kroazja,”.


DEĊIŻJONIJIET

28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ April 2013

indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli

(2013/236/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 136(1), flimkien mal-Artikolu 126(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bil-ħsieb li jiġi żgurat it-tħaddim kif xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni skont l-Artikolu 126(6) tat-TFUE li jgħid li f’Ċipru kien jeżisti defiċit eċċessiv (1) u ħareġ rakkomandazzjoni lil Ċipru skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE bil-ħsieb li tinġieb fi tmiemha s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern u ddikjara li “l-awtoritajiet ta’ Ċipru għandhom iġibu fi tmiemha l-qagħda attwali ta’ żbilanċ eċċessiv mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2012”.

(3)

Fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma għall-2012 ta’ Ċipru u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Ċipru, 2012-2015 (2), il-Kunsill irrakkomanda, fost affarijiet oħra, li Ċipru jieħu azzjoni biex tinkiseb korrezzjoni fit-tul tad-defiċit eċċessiv tiegħu fl-2012, jiżgura li jsir biżżejjed progress fir-rigward tal-valur referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn tiegħu, jissaħħu d-dispożizzjonijiet regolatorji għar-rikapitalizzazzjoni effiċjenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji u li titjieb il-kompetittività.

(4)

Fis-swieq finanzjarji kienet qed issir pressjoni dejjem akbar fuq Ċipru, quddiem l-isfond ta’ tħassib dejjem jiżdied dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tiegħu, inkluż dwar il-miżuri sinifikanti li jkunu meħtieġa mis-settur pubbliku bħala sostenn għas-settur finanzjarju li jinsab għaddej minn problemi. Xi wħud mill-iżbilanċi tfaċċaw għax il-pajjiż ittieħed minn effetti negattivi li ġew minħabba l-kriżi taż-żona tal-euro, inkluż l-iżviluppi fil-Greċja. Żbilanċi oħrajn, kif speċifikat fir-reviżjoni fil-fond tal-2012 tal-Kummissjoni għal Ċipru u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012, kellhom oriġini domestika u li kienu ilhom hemm. Fost tnaqqis konsekuttiv fil-klassifikazzjoni mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tal-bonds sovrani Ċiprijotti, il-pajjiż ma baqax f’pożizzjoni li jiffinanzja lilu nnifsu mill-ġdid b’rati kompatibbli ma’ sostenibbiltà fiskali għat-tul. Fl-istess waqt, is-settur bankarju kien qed jinqata’ dejjem aktar mill-finanzjament tas-swieq internazzjonali u diversi istituzzjonijiet finanzjarji kbar irreġistraw telf kapitali sostanzjali.

(5)

Fl-isfond ta’ dawn il-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji severment avversi, l-awtoritajiet Ċiprijotti talbu uffiċjalment assistenza finanzjarja fil-forma ta’ self mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja/il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) fil-25 ta’ Ġunju 2012, kif ukoll mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), bil-għan li tingħata għajnuna biex l-ekonomija ta’ Ċipru terġa’ lura għat-triq li twassal għal tkabbir sostenibbli, biex b’hekk tiġi żgurata sistema bankarja li tiffunzjona sewwa u li tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona tal-euro. Fis-27 ta’ Ġunju 2012, il-Grupp tal-euro stieden lill-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mal-awtoritajiet Ċiprijotti, u mal-FMI biex jaqblu dwar programm ta’ aġġustament makroekonomiku għal Ċipru, inklużi l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tiegħu, u li tittieħed l-azzjoni xierqa għas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja attwali fl-ambjent diffiċli ħafna fejn hemm riskju ta’ effetti li jinxterdu minħabba taqlib fis-suq sovran. Fi l-25 ta’ Marzu 2013, il-Grupp tal-euro laħaq ftehim politiku mal-awtoritajiet Ċiprijotti fuq il-pedamenti ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku. Is-settur bankarju kellu jiġu ristrutturat u mċekken u kellhom jitqawwew l-isforzi fuq il-konsolidazzjoni fiskali, ir-riformi strutturali u l-privatizzazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikapitalizzazzjoni tal-akbar żewġ banek kellha tiġi ġġenerata esklussivament minn ħdan dawk il-banek (jiġifieri mill-azzjonisti, detenturi tal-bonds u d-depożitanti).

(6)

Fiċ-ċirkostanzi preżenti, Ċipru għandu jadotta pakkett komprensiv ta’ politika biex jiġi implimentat fi ħdan programm ta’ aġġustament makroekonomiku ta’ tliet (3) snin, fuq perjodu minn 2013-Q2 sa 2016-Q1.

(7)

Il-pakkett komprensiv ta’ politika għandu jkollu l-għan li terġa tinkiseb il-fiduċja tas-suq finanzjarju, jiġu ristabbiliti bilanċi makroekonomiċi sodi u li jippermetti li l-ekonomija tkun tista’ terġa’ lura għal tkabbir sostenibbli. Għandu jkun strutturat fuq tliet pilastri. L-ewwel pilastru għandu jkun strateġija għas-settur finanzjarju bbażata fuq ir-ristrutturar u t-tiċkin tal-istituzzjonijiet finanzjarji tiegħu u t-tisħiħ tas-sorveljanza tas-settur, bi sforzi biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fil-kapital u l-likwidità. It-tieni pilastru għandu jkun strateġija ambizzjuża ta’ konsolidament fiskali li tinbeda b’saħħa li għandha tiġi implimentata, b’mod partikolari, permezz ta’ miżuri mmirati biex jitnaqqas l-infiq primarju attwali, jsaħħaħ id-dħul tal-gvern, jitjieb it-tħaddim tas-settur pubbliku u tinżamm il-konsolidazzjoni fiskali fuq il-medda medja ta’ żmien, filwaqt li jiġi mminimizzat l-impatt fuq persuni żvantaġġjati u tinżamm l-implimentazzjoni tajba ta’ fondi strutturali u fondi oħra tal-Unjoni. It-tielet pilastru għandu jikkonsisti minn aġenda ambizzjuża ta’ riformi strutturali, bil-għan li tiġi sostnuta l-kompetittività u tkabbir sostenibbli u bbilanċjat, li jippermettu t-tnaqqis tal-iżbilanċi makroekonomiċi, b’mod partikolari billi tiġi riformata s-sistema tal-indiċizzar tal-pagi, f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, u t-tneħħija ta’ ostakli għall-funzjonament mingħajr intoppi tas-swieq. Filwaqt li jfakkru l-ftehim politiku tat-28 ta’ Frar 2013 fuq Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi garanzija għaż-żgħażagħ, għandhom jinżammu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ u l-prospetti tagħhom li jsibu impjieg.

(8)

Skont tbassir aġġornat tax-xitwa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni għat-tkabbir nominali tal-PDG (– 0,5 % fl-2012, – 8,2 % fl-2013, – 2,9 % fl-2014, 2,6 % fl-2015 u 3,7 % fl-2016), il-proporzjon tad-dejn għall-PGD se jammonta għal 87 % fl-2012, 109 % fl-2013, 123 % fl-2014, 126 % fl-2015 u 122 % fl-2016. Għaldaqstant, il-proporzjon tad-dejn għall-PDG jiżdied malajr sal-2015 u jaqbad xejra ‘l isfel wara dan, u jinżel għal madwar 105 % fl-2020. Id-dinamiċi tad-dejn huma affettwati minn diversi operazzjonijiet esklużi mit-total tal-kont. Skont tbassir aġġornat tax-xitwa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni għat-tkabbir nominali tal-PDG, l-ewwel Bilanċ ġenerali tal-gvern hu mbassar li jilħaq defiċit ta’ EUR 395 miljun (2,4 % tal-PDG) fl-2013, defiċit ta’ EUR 678 miljun (4,3 % tal-PGD) fl-2014, defiċit ta’ EUR 344 miljun (2,1 % tal-PGD) fl-2015 u bilanċ pożittiv ta’ EUR 204 miljun (1,2 % tal-PGD) fl-2016.

(9)

Fattur kritiku għat-tisħiħ tal-istabbilità finanzjarja f’Ċipru huwa li titqawwa r-reżiljenza tas-settur bankarju Ċiprijott u konsegwentement, minħabba r-rabtiet qawwija, li tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro bħala entità sħiħa. Bħalissa qed isir tiċkin u ristrutturar sostanzjali tas-settur bankarju Ċiprijott. Il-Kamra tar-Rappreżentanti Ċiprijotta adottat leġiżlazzjoni li tistabbilixxi qafas komprensiv għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Bl-użu ta’ dak il-qafas il-ġdid, is-settur bankarju Ċiprijott iċċekken b’mod immedjat u b’mod sinifikanti. Għall-preżervazzjoni tal-likwidità fis-settur bankarju Ċiprijott, ġew imposti miżuri amministrattivi temporanji, inkluż kontrolli fuq il-kapital.

(10)

L-implimentazzjoni ta’ riformi komprensiv u ambizzjużi f’oqsma finanzjarji, fiskali u strutturali għandha tissalvagwradaw s-sostenibbiltà, fuq perjodu ta’ żmien medju, tad-dejn pubbliku Ċiprijott.

(11)

Il-Kummissjoni Ewropea, b’kooperazzjoni mal-BĊE, u fejn xieraq, mal-FMI għandha tivverifika f’intervalli regolari l-implimentazzjoni rigoruża tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku ta’ Ċipru permezz ta’ missjonijiet u rappurtar regolari mill-awtoritajiet Ċiprijotti, fuq bażi ta’ kull tliet xhur.

(12)

Matul l-implimentazzjoni tal-pakkett komprensiv ta’ politika ta’ Ċipru, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza politika addizzjonali kif ukoll assistenza teknika f’oqsma speċifiċi.

(13)

L-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom jinvolvu, skont ir-regoli u l-prattika nazzjonali attwali, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku.

(14)

Kwalunkwe forma ta’ assistenza finanzjarja riċevuta minn Ċipru sabiex tgħinu fl-implimentazzjoni tal-politiki taħt programm ta’ aġġustament makroekonomiku tiegħu għandha tkun konformi ma’ rekwiżiti legali u politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni. Interventi ta’ appoġġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jitwettqu skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe miżura stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim fil-kuntest ta’ assistenza finanzjarja mitluba tal-MES hija kompletament konsistenti ma’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Sabiex ikun iffaċilitat ir-ritorn tal-ekonomija Ċiprijotta lejn it-triq ta’ tkabbir sostenibbli u ta’ sostenibbilta fiskali u finanzjarja, Ċipru għandu jimplimenta b’mod rigoruż programm ta’ aġġustament makroekonomiku (“il-programm”), li l-elementi prinċipali tiegħu huma stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni. Il-programm jindirizza r-riskji speċifiċi li joriġinaw f’Ċipru għall-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro u jkollu l-għan li terġa’ tinkiseb malajr sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika soda u sostenibbli u tiġi restawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu bis-sħiħ fis-swieq finanzjarji internazzjonali. Il-programm iqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill indirizzati lil Ċipru skont l-Artikoli 121, 126, 136 u 148 tat-TFUE kif ukoll l-azzjonijiet ta’ Ċipru biex jikkonforma magħhom, filwaqt li jimmira lejn it-twessigħ, it-tisħiħ u l-approfondiment tal-miżuri ta’ politika meħtieġa.

2.   Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-BĊE, u fejn xieraq, mal-FMI, għandha tissorvelja l-progress ta’ Ċipru magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm tiegħu. Ċipru għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni u mal-BĊE. B’mod partikolari huwa għandu jipprovdilhom l-informazzjoni kollha li jqis neċessarja għall-monitoraġġ tal-programm.

3.   Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-BĊE u, fejn xieraq, mal-FMI, għandha teżamina mal-awtoritajiet Ċiprijotti kwalunkwe tibdiliet u aġġornamenti għall-programm li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tqis kif xieraq, inter alia, kwalunkwe diskrepanza sinifikanti bejn il-previżjonijiet makroekonomiċi u fiskali u ċ-ċifri reali (inkluż tal-qgħad), l-effetti negattivi mifruxa kif ukoll ħasdiet makroekonomiċi u finanzjarji.

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-programm, u bħala għajnuna biex l-iżbilanċi jiġu kkoreġuti b’mod sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tipprovdi pariri u gwida kontinwi dwar ir-riformi fiskali, strutturali u tas-swieq finanzjarji.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta regolarment l-impatt ekonomiku tal-programm u tirrakkomanda l-korrezzjonijiet neċessarji bil-għan li jissaħħaħ it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, tinkiseb il-konsolidazzjoni fiskali meħtieġa, u jiġu minimizzati impatti soċjali li jġibu ħsara.

Artikolu 2

1.   L-objettivi prinċipali tal-programm Ċiprijott għandhom ikunu: li tiġi restawrata l-pożizzjoni soda tas-settur bankarju Ċiprijott; li jitkompla l-proċess kontinwu ta’ konsolidazzjoni fiskali; kif ukoll li jiġu implimentati riformi strutturali li jsostnu l-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli u bbilanċjat.

2.   Ċipru għandu jissokta b’konsolidazzjoni fiskali konsistenti mal-obbligi tiegħu skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv permezz ta’ miżuri permanenti ta’ kwalità għolja u bil-minimizzazzjoni tal-impatt fuq gruppi vulnerabbli.

3.   Ċipru għandu jadotta l-miżuri speċifikati fil-paragrafi 4 sa 15.

4.   Sabiex jitnaqqas id-defiċit għal inqas minn 3 % tal-PDG kemm jista’ jkun malajr, Ċipru għandu jkun lest li jieħu miżuri addizzjonali ta’ konsolidazzjoni. B’mod speċifiku, f’każ ta’ prestazzjoni inadegwata minn intrjoti jew minħabba bżonnijiet ta’ nfiq soċjali ogħla minħabba effetti makroekonomiċi negattivi, il-Gvern Ċiprijott ikun lest li jieħu miżuri addizzjonali biex jippreserva l-objettivi tal-programm, inkluż permezz tat-tnaqqis fl-infiq diskrezzjonarju, filwaqt li jimminimizzaw l-impatt fuq persuni żvantaġġjati. Matul il-perjodu tal-programm, l-introjtu f’kontanti li jeċċedi l-previżjonijiet fil-programm, inkluż kwalunkwe qligħ mhux mistenni, irid jitfaddal jew jintuża biex jitnaqqas id-dejn. Jekk, minflok dan, ikun hemm prestazzjoni aħjar milli mistenni, sal-punt li din titqies permanenti, dan jista’ jnaqqas il-ħtieġa ta’ miżuri addizzjonali fis-snin ta’ wara.

5.   Ċipru għandu jżomm mal-implimentazzjoni tajba ta’ fondi strutturali u fondi oħra tal-Unjoni.

6.   Bil-għan li tiġi rrestawrata l-istabbiltà tas-settur finanzjarju tiegħu, Ċipru għandu jkompli bir-riforma u r-ristrutturar mill-qiegħ tas-settur bankarju u jsaħħaħ il-banek vijabbli billi jirrestawra l-kapital tagħhom, jindirizza s-sitwazzjoni tal-likwidità tagħhom u jsaħħaħ is-superviżjoni tagħhom. Il-programm għandu jipprevedi dawn il-miżuri u riżultati:

(a)

li jiġi żgurat li s-sitwazzjoni tal-likwidità tas-settur bankarju tiġi ssorveljata mill-qrib. Ir-restrizzjonijiet temporanji li ġew imposti dan l-aħħar fuq il-moviment ħieles tal-kapital (fost affarijiet oħra, limiti fuq il-ġbid ta’ flus kontanti, fuq il-ħlasijiet elettroniċi u fuq it-trasferimenti magħmula barra mill-pajjiż) għandhom jiġu ssorveljati mill-qrib. L-għan huwa li l-kontrolli għandhom jibqgħu fis-seħħ biss sakemm ikunu strettament meħtieġa sabiex jipprevjenu riskji serji u immedjati għall-istabbiltà finanzjarja. Il-pjanijiet ta’ finanzjament u ta’ kapital, fuq perijodu ta’ żmien medju, tal-banek lokali li jiddependu fuq il-finanzjament mingħand il-banek ċentrali jew li jirċievi l-għajnuna mill-Istat għandhom jirriflettu b’mod realistiku t-tnaqqis fl-ingranaġġ li hu antiċipat li jseħħ fis-settur bankarju, u jnaqqsu d-dipendenza fuq self minn banek ċentrali, filwaqt li jiġu evitati bejgħ bl-għaġġla tal-assi u kriżi tal-kreditu. Ir-regolamenti dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ likwidità għandhom jiġu aġġornati biex ma jkunx hemm konċentrazzjoni eċċessiva ta’ emittenti fil-futur;

(b)

li ssir valutazzjoni indipendenti tal-assi tal-Bank of Cyprus u tas-Cyprus Popular Bank u li jiġu integrati malajr l-operazzjonijiet tas-Cyprus Popular Bank ma’ dawk tal-Bank of Cyprus. Il-valutazzjoni trid isseħħ malajr sabiex il-konverżjoni tad-depożiti f’azzjonijiet tkun tista’ titlesta fil-Bank of Cyprus;

(c)

li jiġu adottati r-rekwiżiti regolatorji meħtieġa rigward żieda fil-proporzjon minimu tal-adegwatezza kapitali ewlieni għal-Livell minimu ċentrali 1 għal 9 % sal-aħħar tal-2013;

(d)

li jittieħdu passi biex jiġi minimizzat il-kost tar-ristrutturar tal-banek għall-kontribwenti. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kummerċjali u koperattivi sottokapitalizzati jgħollu, sal-ogħla livell possibbli, il-kapital minn sorsi privati qabel ma jkunu awtorizzati miżuri ta’ għajnuna mill-Istat. Kwalunkwe pjan ta’ ristrutturar għandu jiġi formalment approvat taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, qabel tiġi pprovduta tali għajnuna mill-Istat. Istituzzjonijiet ta’ kreditu kummerċjali u kooperattivi b’nuqqas ta’ kapital jistgħu, jekk miżuri oħrajn ma jkunux biżejjed, jitolbu għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni mill-Istat f’konformità ma’ proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat.

(e)

li jiġi żgurat li jinħoloq reġistru ta’ kreditu, li l-qafas regolatorju kurrenti fuq proċessi ta’ oriġini u ġestjoni ta’ self jiġi rivedut u emendat, jekk ikun hemm bżonn, u li tiġi adottata leġiżlazzjoni għat-tisħiħ tal-governanza ta’ banek kummerċjali;

(f)

li tissaħħaħ il-governanza tal-banek, inkluż billi jiġi pprojbit is-self lil membri indipendenti tal-bord jew lil partijiet relatati magħhom;

(g)

li jiġi mmassimizzat l-irkupru għal self mhux produttiv, filwaqt li jiġu minimizzati l-inċentivi għal inadempjenza strateġika minn min jissellef. Dan għandu jinkludi t-tnaqqis ta’ limitazzjonijiet fuq il-qbid ta’ kollateral u l-monitoraġġ xieraq u l-ġestjoni ta’ self improduttiv. Il-Bank Ċentrali ta’ Ċipru għandu joħroġ gwida il-klassifikazzjoni tas-self kollu li jkun għadu ma tħallasx wara 90 jum bħala “improduttiv”;

(h)

li jiġu allineati r-regolazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet koperattivi ta’ kreditu ma’ dawk tal-banek kummerċjali;

(i)

li tiġi aċċertata l-vijabbiltà tal-istituzzjonijiet kooperattivi ta’ kreditu u tiġi żviluppata, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoniil-BĊE u l-FMI, strateġija għall-istruttura, il-funzjonament u l-vijabbiltà fil-ġejjieni tas-settur tal-istituzzjonijiet koperattivi ta’ kreditu. L-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija għandha titlesta sa nofs l-2015;

(j)

li jissaħħaħ il-monitoraġġ fuq id-djun tas-settur korporattiv u dak domestiku u li jiġi stabbilit qafas ta’ ristrutturar immirat tad-dejn tas-settur privat sabiex ikun iffaċilitat self ġdid u jitnaqqsu l-limiti fuq il-kreditu;

(k)

li jitkompla jittejjeb il-qafas ta’ kontra l-ħasil ta’ flus, u li tiġi żgurata trasparenza sħiħa tal-entitajiet (persuni ġuridiċi u arranġamenti legali oħrajn, bħal trusts), f’konformità mal-aħjar prassi;

(l)

li tiġi introdotta superviżjoni obligatorja ibbażata fuq il-livelli ta’ kapitalizzazzjoni;

(m)

li jiġi integrat l-ittestjar tal-istress f’superviżjoni regolari ta’ banek mhux fuq il-post; u

(n)

li tiġi implimentata sistema unika ta’ rappurtar ta’ data għall-banek u istituzzjonijiet ta’ kreditu.

7.   Matul l-2013, l-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom jimplimentaw b’mod rigoruż il-Liġi tal-Baġit tal-2013 ta’ Ċipru b’miżuri permanenti addizzjonali ta’ mill-inqas EUR 351 miljun (2,1 % tal-PGD). Ċipru għandu jimplimenta permezz ta’ miżuri leġislattivi u oħrajn, inkluż jekk meħtieġ l-emendar tal-Liġi tal-Baġit tal-2013, il-miżuri ta’ konsolidament addizzjonali. Ċipru għandu jadotta l-miżuri li ġejjin:

(a)

fuq in-naħa tan-nefqa, il-baġit tiegħu għandu jinkludi, it-tnaqqis tan-nefqa fuq skemi ta’ djar b’mill-inqas EUR 36 miljun, tnaqqis ulterjuri skalat tal-pagi tas-settur pubbliku, u r-razzjonalizzazzjoni ta’ ċerti benefiċċji soċjali;

(b)

fuq in-naħa tad-dħul, il-miżuri addizzjonali għandhom jinkludu żidiet fit-taxxi fuq il-proprjetà, ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul korporattiv statutorju, fir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu mill-imgħax, fil-levy bankarja, u l-ħlasijiet għal servizzi pubbliċi;

(c)

riforma tas-sistema tat-taxxa għal vetturi bil-mutur tiegħu, abbażi ta’ prinċipji ekoloġiċi u bil-għan li jkun hemm introjti addizzjonali;

(d)

miżuri għall-kontroll tal-ispejjeż fuq is-saħħa u jtejjeb il-kosteffiċjenza fis-settur tal-kura tas-saħħa permezz tat-tisħiħ tal-effiċjenza, il-kompetittività u l-kosteffettività tal-isptarijiet pubbliċi. Barra minn hekk, Ċipru għandu jintroduċi sistema ta’ kopagamenti għal numru limitat ta’ servizzi mediċi u ta’ farmaċewtiċi; kif ukoll

(e)

implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni adottati sa minn Diċembru 2012.

8.   Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014:

(a)

fuq in-naħa tan-nefqa, il-baġit għandu jinkludi: tnaqqis fl-infiq totali għal trasferimenti soċjali permezz ta’ immirar aħjar, liema miżura għandha trendi mill-inqas EUR 28,5 miljun; tnaqqis ulterjuri fil-pagi tas-settur pubbliku, u dak pubbliku usa’; l-introduzzjoni ta’ tariffa imposta fuq il-karta tat-trasport pubbliku għal studenti u pensjonanti; kif ukoll miżuri għal riforma strutturali fis-settur edukattiv biex titnaqqas in-nefqa fuq il-pagi; kif ukoll

(b)

fuq in-naħa tal-introjti, il-baġit għall-2014 għandu jinkludi: estensjoni tal-kontribuzzjoni temporanja fuq il-qligħ gross ta’ impjegati tas-settur pubbliku u dak privat sal-31 ta’ Diċembru 2016; żidiet fil-VAT; żidiet fid-dazji tas-sisa; kif ukoll żieda fil-kontribuzzjonijiet għall-Iskema Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali.

9.   Sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, Ċipru għandu jimplimenta riformi fiskali-strutturali, li jinkludu, fost affarijiet oħra, dawn il-miżuri u riżultati:

(a)

riformi fis-sistema tal-pensjonijiet ġenerali u dik tas-settur pubbliku sabiex is-sistema tal-pensjoni titqiegħed fuq it-triq tas-sostenibbiltà, filwaqt li tiġi indirizzata l-adegwatezza tal-pensjonijiet. Jekk meħtieġ, ir-riformi jiġu msaħħa aktar;

(b)

jiġi kkontrollat it-tkabbir tan-nefqa fuq is-saħħa sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-istruttura ta’ finanzjament u l-effiċjenza tal-provvista ta’ kura tas-saħħa pubblika;

(c)

titjib fl-effiċjenza tal-infiq pubbliku u tal-proċess baġitarju permezz ta’ qafas baġitarju effettiv għal perjodu ta’ żmien medju bħala parti mill-ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi, konformi bis-sħiħ mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (3) u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, iffirmat fi Brussell fit-2 ta’ Marzu 2012;

(d)

l-adozzjoni ta’ qafas legali u istituzzjonali xieraq għal sħubiji pubbliċi privati mfassla b’mod konformi mal-aħjar prattiki;

(e)

it-tfassil ta’ programm biex tinkiseb sistema ta’ governanza korporattiva solida għal intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat u semipubbliċi u l-bidu ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni bħala għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza ekonomika u tiġi restawrata s-sostenibbiltà tad-dejn;

(f)

it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjan komprensiv ta’ riforma biex tittejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxa u tal-amministrazzjoni, inklużi miżuri biex jiġu salvagwardjati l-applikazzjoni sħiħa u f’waqtha tal-liġijiet u l-istandards li jirregolaw il-kooperazzjoni internazzjonali dwar it-taxxa u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa;

(g)

riforma fis-sistema tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli;

(h)

riforma tal-amministrazzjoni pubblika biex jittejbu t-tħaddim u l-kosteffettività tagħha, notevolment billi jiġi rivedut id-daqs, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-organizzazzjoni funzjonali tas-servizz pubbliku sabiex ikun żgurat użu effiċjenti tar-riżorsi tal-gvern u provvista ta’ servizz ta’ kwalità għall-popolazzjoni; kif ukoll

(i)

riformi tal-istruttura ġenerali u l-livelli ta’ benefiċċji soċjali, bil-għan li jsir użu effiċjenti tar-riżorsi u jinkiseb bilanċ xieraq bejn l-għajnuna soċjali u l-inċentivi biex wieħed jibda jaħdem.

10.   Ċipru għandu jimplimenta riforma tas-sistema tal-indiċizzar tal-pagi, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, u konformi mal-għanijiet li tittejjeb il-kompetittività tal-ekonomija u li tirrifletti l-iżviluppi fil-produttività tax-xogħol. Ir-riforma ppjanata fl-assistenza pubblika għandha tiżgura li l-assistenza soċjali sservi bħala xibka ta’ sikurezza biex jiġi żgurat dħul minimu għal dawk li mhux kapaċi jmantnu livell bażiku ta’ għajxien, filwaqt li jiġu salvagwardjati l-inċentivi biex wieħed jibda jaħdem. Kwalunkwe bidla fil-paga minima għandha tkun f’konformità ma’ żviluppi ekonomiċi u fis-suq tax-xogħol, u wara għandha tkun adottata wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.

11.   Ċipru għandu jadotta l-emendi li fadal għal leġiżlazzjoni speċifika għas-settur meħtieġa sabiex jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (4). Ostakli mhux ġustifikati fis-swieq tas-servizzi, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ professjonijiet regolati, jiġu eliminati. Il-qafas tal-kompetizzjoni jittejjeb billi jitjieb l-iffunzjonar tal-awtorità kompetenti għall-kompetizzjoni u billi jiġu msaħħa l-indipendenza u s-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

12.   Sa tmiem l-2014, Ċipru għandu jnaqqas għal inqas minn 2 000, l-għadd ta’ titoli ta’ proprjetà li jkunu għadhom pendenti u għandu jimplimenta skedi garantiti ta’ żmien għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-bini u ta’ titoli tal-proprjetà.

13.   Sa tmiem l-2013, Ċipru għandu jemenda r-regoli dawr il-bejgħ sfurzat ta’ proprjetà ipotekata u jippermetti l-bejgħ bl-irkant privat fl-aqsar perjodu ta’ żmien possibbli. Il-pass ta’ pproċessar ta’ każijiet fil-qorti għandu jitħaffef u l-ammont ta’ kawżi pendenti fil-qorti għandu jkun eliminat sa tmiem il-programm.

14.   Ċipru għandu jieħu inizjattivi biex issaħħaħ il-kompetittività tas-settur tat-turiżmu. Dawk l-inizjattivi jinkludu reviżjoni tal-Istrateġija tat-Turiżmu għall-2011-2015, ibbażata fuq studju dwar kif jista’ jittejjeb il-mudell tan-negozju tas-settur tat-turiżmu, kif ukoll analiżi bir-reqqa tal-aħjar mod sabiex tinkiseb biżżejjed konnettività bl-ajru għal Ċipru.

15.   Fis-settur tal-enerġija, Ċipru għandu jittrasponi u jimplimenta bis-sħiħ it-tielet pakkett tal-enerġija. Barra minn hekk, għandu jitfassal pjan ta’ żvilupp komprensiv għall-irranġar mill-ġdid tas-settur tal-enerġija Ċiprijott. Dak il-pjan għandu jinkludi:

(a)

pjan ta’ tnedija tal-infrastruttura meħtieġa għall-esplojtazzjoni tal-gass;

(b)

il-punti prinċipali ta’ reġim regolatorju u tal-organizzazzjoni tas-suq għas-settur tal-enerġija u l-esportazzjonijiet tal-gass; kif ukoll

(c)

pjan biex jiġi stabbilit qafas istituzzjonali għall-ġestjoni ta’ riżorsi ta’ idrokarburi, inkluż fond għar-riżorsi, li għandu jirċievi u jiġġestixxi d-dħul pubbliku mill-isfruttament tal-gass lil hinn mill-kosta u li jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-aħjar prattiki rikonoxxuti internazzjonalment.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 186, 20.7.2010, p. 30.

(2)  ĠU C 219, 24.7.2012, p. 13.

(3)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Mejju 2013

li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka u lir-Repubblika tal-Polonja biex japplikaw miżuri speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/237/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittri mir-Repubblika Ċeka rreġistrati mal-Kummissjoni fis-26 ta’ Settembru 2011 u l-5 ta’ Novembru 2012, u permezz ta’ ittra mir-Repubblika tal-Polonja rreġistrata mal-Kummissjoni fit-8 ta’ Ġunju 2012, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja talbu awtorizzazzjoni biex japplikaw miżuri speċjali għal deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ pontijiet fuq il-fruntiera u ta’ taqsimiet stradali komuni bejn iż-żewġ Stati Membri.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra, b’ittra ddatata l-5 ta’ Diċembru 2012, bit-talba li saret mir-Repubblika Ċeka u mir-Repubblika tal-Polonja. Permezz ta’ ittra ddatata l-10 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Ċeka u l-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talba.

(3)

Fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti jew servizzi u akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija intenzjonati għall-manutenzjoni ta’ pontijiet fuq il-fruntiera u ta’ taqsimiet stradali komuni elenkati fl-Anness I u għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni sussegwenti ta’ pontijiet fuq il-fruntiera elenkati fl-Anness II, il-pontijiet u t-taqsimiet stradali komuni, kif ukoll is-siti ta’ kostruzzjoni tagħhom, għandhom jitqiesu bħala kompletament fit-territorju jew tar-Repubblika Ċeka jew tar-Repubblika tal-Polonja skont ftehim li għandu jiġi konkluż bejniethom dwar il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ pontijiet u l-manutenzjoni ta’ taqsimiet stradali komuni fuq il-fruntiera bejn l-Istat Ċek u dak Pollakk. Fl-assenza ta’ miżuri speċjali, ikun meħtieġ, li għal kull provvista ta’ prodotti jew servizzi jew akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija, jiġi determinat jekk il-post ta’ tassazzjoni kienx ir-Repubblika Ċeka jew ir-Repubblika tal-Polonja. Xogħol fuq pont fuq il-fruntiera u fuq taqsimiet stradali komuni li sar fit-territorju tar-Repubblika Ċeka għandu jkun soġġett għal taxxa fuq il-valur miżjud fir-Repubblika Ċeka filwaqt li dak li sar fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja għandu jkun soġġett għall-VAT fir-Repubblika tal-Polonja.

(4)

Għalhekk, l-għan tat-talba għal deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE huwa li jissimplifika l-proċedura għall-ġbir tal-VAT fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ pontijiet fuq il-fruntiera u ta’ taqsimiet stradali komuni bejn iż-żewġ Stati Membri.

(5)

Id-deroga tista’ taffettwa l-ammont kumplessiv tal-introjtu mit-taxxa tal-Istati Membri miġbur fl-istadju tal-konsum finali biss sa ammont negliġibbli u ma jkollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim li għandu jiġi konkluż bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja dwar il-mautenzjoni ta’ pontijiet u ta’ taqsimiet stradali komuni fuq il-fruntiera bejn l-Istat Ċek u dak Pollakk, kif imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, u dwar il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni sussegwenti ta’ pontijiet fuq il-fruntiera bejn l-Istat Ċek u dak Pollakk, kif imsemmi fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja huma b’dan awtorizzati li japplikaw, skont l-Artikoli 2 u 3, il-miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-bini u l-manutenzjoni ta’ dawk il-pontijiet fuq il-fruntiera u t-taqsimiet stradali komuni, li kollha huma parzjalment fit-territorju tar-Repubblika Ċeka u parzjalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja.

2.   Din l-awtorizzazzjoni għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe pont addizzjonali u kwalunkwe taqsima stradali komuni addizzjonali li jiġu inklużi fl-ambitu tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 bi skambju ta’ noti diplomatiċi. Il-Kumitat tal-VAT, stabbilit taħt l-Artikolu 398 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jiġi notifikat b’dan.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-pontijiet fuq il-fruntiera u t-taqsimiet stradali komuni għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni li għalihom r-Repubblika Ċeka hija responsabbli, u, fejn xieraq, is-sit ta’ kostruzzjoni korrispondenti, safejn dawn ikunu fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, għandhom jitqiesu li huma parti mit-territorju tar-Repubblika Ċeka għall-finijiet tal-provvista ta’ prodotti u servizzi u akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija maħsuba għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-pontijiet u taqsimiet stradali komuni.

Artikolu 3

B’deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-pontijiet fuq il-fruntiera u t-taqsimiet stradali komuni għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni li għalihom ir-Repubblika tal-Polonja hija responsabbli, u, fejn xieraq, is-sit ta’ kostruzzjoni korrispondenti, sa fejn dawn ikunu fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, għandhom jitqiesu li huma parti mit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja għall-finijiet tal-provvista ta’ prodotti u servizzi u akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija maħsuba għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-pontijiet u taqsimiet stradali komuni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka u lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


ANNESS I

Ir-Repubblika Ċeka għandha tkun responsabbli għall-manutenzjoni tal-pontijiet u t-taqsimiet stradali komuni li ġejjin fuq il-fruntiera bejn l-Istat Ċek u dak Pollakk:

(1)

il-pont fuq ix-xmajra Olecka Potok (Oleška) bejn Jasnowice u Bukovec, fuq taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 12/6 u I/13,

(2)

il-pont (Wolnosci/Svobody) fuq ix-Xmara Olza (Olše) bejn Cieszyn u Český těšín, fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini I/86 u 86/1,

(3)

il-pont (Przyjaźni/Družby) fuq ix-Xmara Olza (Olše) bejn Cieszyn u Český Těšín, fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 87/2 u I/88,

(4)

il-pont fuq ix-xmajra Piotrówka Potok (Petrůvka) bejn Gołkowice u Závada, fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini I/156 u 156/1,

(5)

il-pont fuq ix-Xmara Odra (Oder) bejn Chałupki u Bohumín (taqsima konkreta ta’ pont antik), fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 7/4 u 7/5,

(6)

il-pont fuq ix-Xmara Odra (Oder) bejn Chałupki u Bohumín (pont ġdid), fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 8/1 u 8/2,

(7)

il-pont fuq ix-Xmara Opawa (Opava) bejn Wiechowice u Vávrovice, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 71/4 u II/72,

(8)

il-pont fuq ix-Xmara Opawa (Opava) bejn Dzierzkowice u Držkovce, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 74/1 u 74/2,

(9)

il-pont fuq ix-Xmara Opawa (Opava) bejn Branice u Úvalno, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 85/4 u 85/5,

(10)

il-pont fuq ix-Xmara Opawica (Opavice) bejn Krasne Pole u Krásné Loučky distrett tal-belt ta’ Krnov, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 97/11 u II/98,

(11)

il-pont fuq ix-Xmara Opawa (Opava) bejn Lenarcice u Linhartovy, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 99/8 u 99/9,

(12)

il-pont fuq ix-Xmajra Oleśnica Potok (Olešnice) bejn Podlesie u Ondřejovice (mal-grawd tal-isports), fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 155/3a u 155/3b,

(13)

il-pont fuq ix-Xmajra Oleśnica Potok (Olešnice) bejn Podlesie u Ondřejovice (f’salib it-toroq Rejvíz), fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 155/9 u 155/10,

(14)

il-pont fuq ix-Xmajra Oleśnica Potok (Olešnice) bejn Podlesie u Ondřejovice (fejn l-impjant makkinarju ta’ Ondřejovice), fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 157/8 u 158/a,

(15)

il-pont fuq ix-Xmara Orlica (Divoká Orlice) bejn Niemojów u Bartošovice v Orlických horách, fuq it-taqsima III tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini III/102 u III/103,

(16)

il-pont fuq ix-Xmara Orlica (Divoká Orlice) bejn Mostowice u Orlické Záhoří, fuq it-taqsima III tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini III/113 u III/114,

(17)

il-pont fuq ix-Xmara Orlica (Divoká Orlice) bejn Lasówka u Orlické Záhoří, distrett katastali Bedřichovka, fuq it-taqsima III tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 117/8 u III/118,

(18)

il-pont fuq ix-Xmajra Lubota Potok (Oldřichovský potok) bejn Kopaczów u Oldřichov na Hranicích, fuq it-taqsima IV tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini IV/144 u 144/1,

(19)

il-pont fuq ix-Xmajra Lubota Potok (Oldřichovský potok) bejn Porajów u Hrádek nad Nisou, fuq it-taqsima IV tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 145/16 u IV/146,

(20)

it-triq bejn Leszna Górna u Horní lištná, fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini I/60 u 60/3 A, 60/3b, b’tul ta’ 0,333 km,

(21)

it-triq bejn Chałupki u Šilheřovice, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 11/4a, 11/4b u II/12, b’tul ta’ 0,671 km,

(22)

it-triq bejn Kopaczów u Oldřichov na Hranicích, fuq it-taqsima IV tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini IV/142 u 142/14a, 142/14b, b’tul ta’ 0,867 km.

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tkun responsabbli għall-manutenzjoni tal-pontijiet u t-taqsimiet stradali komuni li ġejjin fuq il-fruntiera bejn l-Istat Ċek u dak Pollakk:

(1)

il-pont fuq ix-Xmara Olza (Olše) bejn Cieszyn u Chotěbuz, fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 91/3 u 91/4,

(2)

il-pont fuq ix-Xmara Odra (Oder) bejn Chałupki u Bohumín (parti tal-azzar ta’ pont antik), fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 7/4 u 7/5,

(3)

il-pont fuq ix-Xmajra Strachowicki Potok (Strahovický potok) bejn Krzanowice u Rohov, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 35/12 u 35/13,

(4)

il-pont fuq ix-Xmara Opawa (Opava) bejn Boboluszki u Skrochovice, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 81/8 u 81/9,

(5)

il-pont fuq ix-Xmara Opawa (Opavice) bejn Chomiąża u Chomýž, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini II/96 u 96/1,

(6)

il-pont fuq ix-Xmara Wielki Potok (potok Hrozová) bejn Pielgrzymów u Pelhřimovy, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 108/2 u 108/3,

(7)

il-pont fuq ix-Xmajra Ciekłec Potok (potok Hrozová) bejn Równe u Slezské Rudoltice, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 110/7 u 110/8,

(8)

il-pont (culvert) fuq ix-Xmajra Graniczny Potok (Hraniční potok) bejn Trzebina u Bartultovice, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini II/135 u 135/1,

(9)

il-pont (culvert) fuq ix-Xmajra Łużyca Potok (Lužický potok) bejn Czerniawa Zdrój u Nove Mesto pod Smrkem, fuq it-taqsima IV tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 66/23 u IV/67,

(10)

it-triq bejn Puńców u Kojkovice and Třince, fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini I/65a, I/65b u I/67a, I/67b, b’tul ta’ 0,968 km.

(11)

it-triq bejn Chałupki/Rudyszwałd u Šilheřovice, fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini II/12 u 12/8, b’tul ta’ 0,917 km.

In-numri tal-markaturi tal-konfini li jidentifikaw il-lok tal-pontijiet u t-taqsimiet stradali komuni jikkorrispondu għad-dokumentazzjoni tal-fruntiera mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu 10(4) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Ċeka dwar il-fruntiera statali komuni, magħmul fi Praga fis-17 ta’ Jannar 1995.


ANNESS II

Ir-Repubblika Ċeka għandha tkun responsabbli għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni sussegwenti tal-pontijiet li ġejjin fuq il-fruntiera bejn l-Istat Ċek u dak Pollakk:

(1)

il-pont fuq ix-Xmara Olza (Olše) bejn Cieszyn u ċ-Český Těšín (pont pedonali għall-isportivi), fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini I/85 u 84/4,

(2)

il-pont fuq ix-Xmara Olza (Olše) bejn Cieszyn u ċ-Český Těšín (pont pedonali maġenb pont ferrovjarju), fuq it-taqsima I tal-fruntiera fuq il-markatur tal-konfini 88/7,

(3)

il-pont fuq ix-Xmara Olza (Olše) bejn Olza u d-distrett Kopytov tal-belt ta’ Bohumín (pont pedonali), fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini I/182 u 182/1,

(4)

il-pont fuq ix-Xmara Orlica (Divoká Orlice) bejn Niemojów u Bartošovice v Orlických horách, fuq it-taqsima III tal-fruntiera fuq il-markatur tal-konfini 101/32,

(5)

il-pont fuq ix-Xmara Orlica (Divoká Orlice) bejn Poniatów u Bartošovice v Orlických horách, id-distrett katastali Neratov (pont pedonali), fuq it-taqsima III tal-fruntiera fuq il-markatur tal-konfini III/106,

(6)

il-pont fuq ix-Xmara Orlica (Divoká Orlice) bejn Rudawa u Bartošovice v Orlických horách, id-distrett katastali Podlesí (pont pedonali) fuq it-taqsima III tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 107/9 u 107/10.

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tkun responsabbli għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni sussegwenti tal-pontijiet li ġejjin fuq il-fruntiera bejn l-Istat Ċek u dak Pollakk:

(1)

il-pont fuq ix-Xmara Olza (Olše) bejn Cieszyn u Český Těšín (pont Ewropew), fuq it-taqsima I tal-fruntiera fuq il-markatur tal-kofini I/87,

(2)

il-pont fuq ix-Xmara Olza (Olše) bejn Hażlach-Pogwizdów u d-distrett Louky nad Olší tal-belt ta’ Karviná (pont pedonali), fuq it-taqsima I tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 98/6 u I/99,

(3)

il-pont fuq ix-Xmara Opawica (Opavice) bejn Chomiąża u Chomýž (pont pedonali), fuq it-taqsima II tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 95/2 u 95/3,

(4)

il-pont fuq ix-Xmara Orlica (Divoká Orlice) bejn Niemojów u Bartošovice v Orlických horách, id-distrett katastali Vrchní Orlice (pont pedonali) fuq it-taqsima III tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini III/104 u 104/1.

(5)

il-pont fuq ix-Xmara Orlica (Divoká Orlice) bejn Rudawa u Bartošovice v Orlických horách, id-distrett katastali Nová Ves (pont pedonali) fuq it-taqsima III tal-fruntiera bejn il-markaturi tal-konfini 108/2 u 108/3.

In-numri tal-markaturi tal-konfini li jiddentifikaw il-lok tal-pontijiet li jikkorrispondu għad-dokumentazzjoni tal-fruntiera mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu 10(4) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Ċeka dwar il-fruntiera Statali komuni, magħmul fi Praga fis-17 ta’ Jannar 1995.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2013

li taħtar erba' membri mir-Renju Unit u tliet membri supplenti mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/238/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Amanda BYRNE, is-Sinjura Christine CHAPMAN, is-Sinjura Flo CLUCAS u s-Sur Roger KNOX saru vakanti s-siġġijiet ta' erba' membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Peter MOORE u s-Sur Sandy PARK, saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sinjura Paula BAKER bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

a)

bħala membri:

Is-Sur Mick ANTONIW, Member of the National Assembly for Wales

Is-Sinjura Paula BAKER, Councillor, Basingstoke and Deane Council

Is-Sur Anthony Gerard BUCHANAN, Councillor, East Renfrewshire Council

Is-Sinjura Dee SHARPE, Councillor, East Riding of Yorkshire Council

u

b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Barbara GRANT, Councillor, East Renfrewshire Council

Is-Sur Stewart GOLTON, Councillor, Leeds Council

Is-Sinjura Margaret LISHMAN, Councillor, Burnley Council.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2013

li taħtar membru supplenti Estonjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/239/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Estonjan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Andres JAADLA, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Mihkel JUHKAMI, Chairman, Rakvere City Council.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/240/PESK

tas-27 ta' Mejju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/279/PESK (1), li estendiet l-EUPOL AFGHANISTAN bi tliet snin sal-31 ta' Mejju 2013.

(2)

Wara r-rakkomandazzjonijiet fl-Analiżi Strateġika li saret f'Ottubru 2012 u l-adattament sussegwenti tal-Pjan Operattiv (OPLAN), il-EUPOL AFGHANISTAN għandha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2014.

(3)

L-EUPOL AFGHANISTAN ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi t-twettiq tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/279/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/279/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan ("EUPOL AFGHANISTAN" jew il-"Missjoni"), stabbilità mill-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, għandha tiġi estiża mill-31 ta’ Mejju 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2014.".

(2)

L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, l-EUPOL AFGANISTAN għandha:

(a)

tassisti lill-Gvern tal-Afganistan sabiex imexxi ’l quddiem ir-riforma istituzzjonali tal-Ministeru tal-Intern u, biex jiżviluppa u jimplimenta b’mod koerenti l-politika u strateġija għal arranġamenti fl-ordni pubbliku ċivili li jkunu sostenibbli u effikaċi, speċjalment fir-rigward tal-Pulizija (Ċivili) Afgana bl-Uniformi u l-Pulizija Afgana ta’ Kontra l-Kriminalità;

(b)

tassisti lill-Gvern tal-Afganistan f'aktar professjonalizzazzjoni tal-Pulizija Nazzjonali Afgana (PNA) b'mod partikolari bl-appoġġ għall-iżvilupp tal-infrastruttura tat-taħriġ u bit-tisħiħ tal-kapaċitajiet Afgani għall-iżvilupp u l-għoti ta' taħriġ;

(c)

tappoġġa lill-awtoritajiet Afgani biex jiżviluppaw aktar ir-rabtiet bejn il-pulizija u l-istat tad-dritt usa' u tiżgura interazzjoni adegwata mas-sistema usa’ tal-ġustizzja kriminali;

(d)

ittejjeb il-koeżjoni u l-koordinazzjoni bejn atturi internazzjonali u taħdem aktar fuq l-iżvilupp strateġiku għar-riforma tal-pulizija, speċjalment permezz tal-Bord Internazzjonali għall-Koordinazzjoni tal-Pulizija (IPCB), f'koordinazjzoni mill-qrib mal-komunità internazzjonali u permezz ta' kooperazzjoni kontinwa mas-sħab ewlenin, anke mal-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) immexxija min-NATO u l-Missjoni tan-NATO għat-Taħriġ u kontributuri oħra.

Dawn il-kompiti għandhom jiġu żviluppati ulterjorment fil-Pjan Operattiv (OPLAN). Il-Missjoni għandha twettaq il-kompiti tagħha permezz ta’, fost mezzi oħra, monitoraġġ, għoti ta’ pariri u taħriġ.".

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Struttura tal-Missjoni

1.   Il-Missjoni għandha jkollha l-Kwartieri Ġenerali (KĠ) f'Kabul. Il-Missjoni għandha tinkludi:

(i)

il-Kap tal-Missjoni u l-uffiċċju tiegħu inkluż Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni;

(ii)

komponent tal-pulizija;

(iii)

komponent tal-istat tad-dritt;

(iv)

komponent tat-taħriġ;

(v)

komponent fuq il-post;

(vi)

appoġġ għall-missjoni;

(vii)

uffiċċji fuq il-post barra minn Kabul, skont il-każ;

(viii)

element ta’ appoġġ fi Brussell.

2.   Il-persunal tal-Missjoni għandu jiġi skjerat fil-livelli ċentrali, reġjonali u provinċjali u jista’ jaħdem, kif ikun meħtieġ, fil-livell distrettwali għall-implimentazzjoni tal-mandat fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sigurtà u meta jkun hemm fatturi determinanti, bħal appoġġ loġistiku u ta’ sigurtà adatt. Għandhom jiġu konklużi arranġamenti tekniċi mal-ISAF u mal-Pajjiżi Mexxejja tal-Kmand Reġjonali/Tim Provinċjali ta’ Rikostruzzjoni (PRT) għall-iskambju ta’ informazzjoni, għall-appoġġ mediku, ta’ sigurtà u loġistiku inkluża l-akkomodazzjoni mill-Kmandi Reġjonali u l-PRTs.

3.   Barra minn hekk, għadd ta’ membri tal-persunal tal-Missjoni għandhom ikunu skjerati sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni strateġika tar-riforma tal-pulizija fl-Afganistan, kif meħtieġ, u b'mod partikolari mas-Segretarjat tal-IPCB f’Kabul.".

(4)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Sigurtà

1.   Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar ta' miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EUPOL AFGHANISTAN f'konformità mal-Artikolu 5.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mis-sigurtà tal-operazzjoni u sabiex jiżgura konformità ma’ rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, skont il-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u d-dokumenti ta’ sostenn tiegħu.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jaħtar Uffiċjali tas-Sigurtà fil-postijiet provinċjali u reġjonali tal-Missjoni, li, taħt l-awtorità tal-SMSO għandhom ikunu responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tal-aspetti kollha ta' sigurtà tal-elementi rispettivi tal-Missjoni.

5.   Il-persunal tal-EUPOL AFGHANISTAN għandu jagħmel taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel id-dħul tiegħu fil-funzjoni, f'konformità mal-OPLAN. Għandu wkoll jingħatalu taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (*).

(*)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17."."

(5)

L-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-31 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Lulju 2011 għandu jkun ta' EUR 54 600 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Lulju 2012 għandu jkun ta’ EUR 60 500 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sal-31 ta' Mejju 2013 għandu jkun ta' EUR 56 870 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Diċembru 2014 għandu jkun ta' EUR 108 050 000.".

(6)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 14

Rilaxx ta' informazzjoni

1.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lin-NATO/ISAF informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi lokali sabiex dan jiġi faċilitat.

2.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, skont il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "CONFIDENTIEL UE" ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE.

3.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-UNAMA, skont il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE" ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dan il-għan.

4.   Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ b'dan ikun ukoll awtorizzat jirrilaxxa lill-Istat ospitanti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE" ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għal dan il-għan għandhom jitfasslu arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

5.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-Missjoni koperta mill-obbligu ta’ segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (**).

6.   Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmijin fil-paragrafu 4 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

(**)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35)."."

(7)

Fl-Artikolu 17, it-tieni sentenza hija sostitwita b'din li ġejja:

"Hija għandha tapplika mill-31 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/241/PESK

tas-27 ta' Mejju 2013

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2).

(2)

Fil-5 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/291/PESK (3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u li testendi d-durata ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2014.

(3)

L-ammont ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sal-14 ta' Ġunju 2013. L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi ammont ġdid ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2013 sal-14 ta’ Ġunju 2014.

(4)

EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni estera tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

(5)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 16(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ottubru 2010 għandu jkun ta' EUR 265 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ottubru 2010 sal-14 ta’ Diċembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 165 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Diċembru 2011 sal-14 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 72 800 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2012 sal-14 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 111 000 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2013 sal-14 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta’ EUR 110 000 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar status, u huwa konformi mar-RKSNU 1244/99 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta’ indipendenza mill-Kosovo.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 146, 6.6.2012, p. 46.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/48


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Mejju 2013

li tistabbilixxi mudell għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika skont id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2013) 2882)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/242/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(2) u l-Anness XIV tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2012/27/UE tirrikjedi li kull Stat Membru jissottometti Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika sat-30 ta' April 2014 u kull tliet snin wara dan. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu miżuri sinifikanti għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u/jew frankar tal-enerġija mistennija/miksuba, inklużi dawk fil-provvista, fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni tal-enerġija kif ukoll fl-użu finali tal-enerġija, fid-dawl tal-ksib tal-miri tal-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/27/UE. Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika għandhom jinkludu fi kwalunkwe każ l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XIV Parti 2 tad-Direttiva 2012/27/UE. Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika għandhom ikunu kkomplementati minn stimi aġġornati tal-konsum totali mistenni tal-enerġija primarja fl-2020, kif ukoll b'livelli stmati tal-konsum tal-enerġija primarja fis-setturi indikati fl-Anness XIV(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.

(2)

Skont l-Artikolu 24(2) it-tieni paragrafu tad-Direttiva 2012/27/UE, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mudell bħala gwida għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika, li għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva. L-Artikolu 26(1) tad-Direttiva jipprovdi li l-Kummissjoni ser tkun assistita minn kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikolu 26(2) jipprevedi li għandu japplika dak l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkunsidraw bl-akbar reqqa d-diskussjonijiet tal-Kumitat tad-Direttiva tal-Effiċjenza Enerġetika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mudell għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika meħtieġa skont l-Artikolu 24(2) u l-Anness XIV tad-Direttiva 2012/27/UE kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni qed jiġi adottat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS

MUDELL GĦAL ELEMENTI OBBLIGATORJI

PJAN TA’ AZZJONI NAZZJONALI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

WERREJ

1.

Introduzzjoni

2.

Ħarsa ġenerali lejn miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija

2.1.

Il-miri tal-2020 għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali

2.2.

Miri ta' effiċjenza enerġetika addizzjonali

2.3.

L-iffrankar tal-enerġija primarja

2.4.

L-iffrankar tal-enerġija finali

3.

il-miżuri ta’ politika li jimplimentaw id-direttiva 2012/27/UE

3.1.

Miżuri orizzontali

3.1.1.

L-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta' politika alternattivi (l-Artikolu 7, l-Anness XIV, il-Parti 2 3.2 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.1.2.

Il-verifiki u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija (l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.1.3.

Miters (arloġġi) u kontijiet (l-Artikoli 9-11 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.1.4.

Programmi ta' informazzjoni għall-konsumaturi u taħriġ (l-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.1.5.

Id-disponibbilta' ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni (l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.1.6.

Is-Servizzi tal-Enerġija (l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.1.7.

Miżuri oħra ta' effiċjenza enerġetika ta’ natura orizzontali (l-Artikoli 19 u 20 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.2.

L-effiċjenza enerġetika fil-bini

3.2.1.

Strateġija ta’ rinnovazzjoni tal-bini (l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.2.2.

Effiċjenza enerġetika oħra fis-settur tal-bini

3.3.

L-effiċjenza enerġetika f’korpi pubbliċi

3.3.1.

Il-binjiet tal-gvern ċentrali (l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.3.2.

Bini ta’ korpi pubbliċi oħra (l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.3.3.

Ix-xiri mill-korpi pubbliċi (l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.4.

Miżuri oħra tal-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija inkluż fl-industrija u t-trasport

3.5.

Il-promozzjoni ta’ tisħin u ta’ tkessiħ effiċjenti

3.5.1.

Valutazzjoni komprensiva (l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.5.2.

Miżuri oħra ta' tisħin u ta’ tkessiħ effiċjenti (l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.6.

It-trasformazzjoni tal-enerġija, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, u r-reazzjoni għad-domanda

3.6.1.

Il-kriterji tal-effiċjenza enerġetika fit-tariffi u r-regolamentazzjoni tan-netwerk (l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.6.2.

Tiffaċilita u tippromwovi r-rispons tad-domanda (l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/27/UE)

3.6.3.

L-effiċjenza enerġetika fid-disinn u r-regolamentazzjoni tan-netwerk, (l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/27/UE)

1.   Introduzzjoni

Dan il-mudell jispeċifika l-informazzjoni li l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika (NEEAPs) tagħhom dwar il-miżuri li ġew adottati jew li huwa ppjanat li jiġu adottati sabiex ikunu implimentati l-elementi prinċipali tad-Direttiva tal-Effiċjenza Enerġetika (EED, 2012/27/UE), kif stabbilit fl-Artikolu 24(2) ta' din id-Direttiva u l-Anness XIV tagħha. Għalhekk, meta l-mudell jindika elementi obbligatorji ta' rappurtaġġ, ma jirreferix għal miżuri li ma ġewx addottati u li mhumiex ippjanati mill-Istati Membri. Il-mudell huwa pprovdut lill-Istati Membri bħala gwida għan-NEEAPs kif speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/27/UE.

Fejn it-test tal-mudell jirreferi għall-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fl-ewwel u/jew fit-tieni NEEAP dan jirrifletti l-kliem tad-Direttiva 2012/27/UE, u fejn ma hemm l-ebda referenza bħal din, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-ewwel NEEAP u dawk kollha sussegwenti.

Dan il-mudell huwa kkumplimentat minn Gwida dwar in-NEEAPs [iridu jiddaħħlu referenzi tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jipprovdi aktar informazzjoni].

2.   Ħarsa ġenerali lejn miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija

2.1.   Il-miri tal-2020 għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali

(1)

Jekk jogħġbok agħti l-mira nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika indikattiva għall-2020 kif inhu mitlub mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/27/UE, (l-Artikolu 3(1), Anness XIV, il-Parti 2.1. tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Jekk jogħġbok indika l-impatt mistenni fuq il-proċess globali tal-mira primarja u l-konsum finali tal-enerġija fl-2020 u spjega kif, u fuq il-bażi ta' liema dejta, dan ġie kkalkolat (l-Artikolu 3(1), tad-Direttiva 2012/27/UE)

(3)

Jekk jogħġbok ipprovdi stima tal-konsum tal-enerġija primarja fl-2020, b'mod ġenerali u bis-setturi (l-Artikolu 24(2), l-Anness XIV, il-Parti 2.2. tad-Direttiva 2012/27/UE).

2.2.   Miri ta' effiċjenza enerġetika addizzjonali

Jekk jogħġbok niżżel kwalunkwe miri nazzjonali addizzjonali relatati mal-effiċjenza enerġetika, jekk dawn jindirizzaw l-ekonomija kollha jew setturi speċifiċi (l-Anness XIV, il-Parti 2.1. tad-Direttiva 2012/27/UE).

2.3.   L-iffrankar tal-enerġija primarja

Jekk jogħġbok għati ħarsa ġenerali dwar l-iffrankar tal-enerġija primarja miksub saż-żmien tar-rapportar u stimi tal-iffrankar mistennija għall-2020 (l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 24(2), l-Anness XIV il-Parti 2.2.(a) tad-Direttiva 2012/27/UE).

2.4.   L-iffrankar tal-enerġija finali

(1)

Għall-finijiet tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), fl-ewwel u t-tieni NEEAP, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-iffrankar fl-użu tal-enerġija finali miksub u l-iffrankar previst fl-użu finali tal-enerġija sal-2016 (l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2006/32/KE); l-Anness XIV Parti 2.2.(b) tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Għall-finijiet tad-Direttiva 2006/32/KE, fl-ewwel u t-tieni NEEAP, jekk jogħġbok ipprovdi l-metodoloġija tal-kejl u/jew tal-kalkolu li ntużaw sabiex jiġi kkalkolat l-iffrankar tal-enerġija finali (l-Anness XIV, il-Parti 2.2.(b) it-tieni paragrafu tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.   Il-miżuri ta’ politika li jimplimentaw id-Direttiva 2012/27/UE

3.1.   Miżuri orizzontali

3.1.1.   L-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta' politika alternattivi (l-Artikolu 7, l-Anness XIV, il-Parti 2 3.2 tad-Direttiva 2012/27/UE)

(1)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-ammont globali tal-iffrankar fl-użu tal-enerġija fil-perjodu tal-obbligu sabiex tintlaħaq l-mira stabbilita skont l-Artikolu 7(1), u, jekk applikabbli, dwar kif qed jintużaw il-possibilitajiet elenkati fl-Artikolu 7(2) u (3) (l-Artikolu 7, l-Anness XIV il-Parti 2.2.(a) tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira dwar l-iskema nazzjonali ta’ obbligi tal-effiċjenza enerġetika kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), inkluż l-informazzjoni dwar kif il-monitoraġġ u l-verifika jiġu żgurati (l-Artikolu 7(1) u (6), l-Artikolu 20(6), l-Anness XIV il-Parti 2.3.2 tad-Direttiva 2012/27/UE).

(3)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar miżuri ta' politika alternattivi adottati fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(9) u l-Artikolu 20(6) inkluż informazzjoni dwar kif il-monitoraġġ u l-verifika qed jiġu żgurati, u kif hija żgurata l-ekwivalenza tagħhom (l-Artikolu 7(9) u (10), l-Artikolu 20(6), l-Anness XIV il-Parti 2.3.2 tad-Direttiva 2012/27/UE).

(4)

Fejn applikabbli, jekk jogħġbok ippreżenta l-iffrankar tal-enerġija ppubblikat miksub b'riżultat tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika (l-Artikolu 7(6) u (8), l-Anness XIV, il-Parti 2.2.(a) tad-Direttiva 2012/27/UE).

(5)

Fejn applikabbli, jekk jogħġbok ippreżenta l-iffrankar tal-enerġija ppubblikat miksub b'riżultat tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika alternattivi (l-Artikolu 7(10), l-Anness XIV, il-Parti 2.2.(a) tad-Direttiva 2012/27/UE).

(6)

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tal-koeffiċjenti nazzjonali magħżula skont l-Anness IV (l-Anness XIV il-Parti 2.3.2 tad-Direttiva 2012/27/UE).

(7)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe metodu, minbarra dak ipprovdut fl-Anness V, il-Parti 2.e tad-Direttiva 2012/27/UE, użat biex iqis it-tul ta' ħajja tal-iffrankar tal-enerġija, u spjega kif jiġi żgurat li dan iwassal għal mill-inqas l-istess kwantità totali ta’ ffrankar (l-Anness V 2.(e) tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.1.2.   Il-verifiki u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija (l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok ipprovdi ħarsa ġenerali tal-miżuri adottati jew previsti bil-għan li jippromwovu verifiki tal-enerġija u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija, inkluż informazzjoni dwar l-għadd ta’ verifiki tal-enerġija mwettqa, filwaqt li tispeċifika dawk imwettqa f'impriżi l-kbar, b’indikazzjoni tal-għadd totali ta' kumpaniji kbar fit-territorju ta’ Stat Membru, u l-għadd ta' kumpaniji li għalihom l-Artikolu 8(5) huwa applikabbli (l-Anness XIV il-Parti 2.3.3. tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.1.3.   Miters (arloġġi) u kontijiet (l-Artikoli 9-11 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni tal-miżuri implimentati u ppjanati, adottati jew li huwa ppjanat li jiġu adottati għall-miters u l-kontijiet (l-Artikolu 9, l-Artikolu 10, l-Artikolu 11, l-Anness XIV, il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.1.4.   Programmi ta' informazzjoni għall-konsumaturi u taħriġ (l-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri li ġew adottati jew li huwa ppjanat li jiġu adottati sabiex jiġi promoss u ffaċilitat l-użu effiċjenti tal-enerġija minn SMEs u klijenti domestiċi, (l-Artikolu 12, l-Artikolu 17, l-Anness XIV, il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.1.5.   Id-disponibbilta' ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni (l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar skemi ta' akkreditazzjoni jew ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifikazzjoni ekwivalenti (inklużi, jekk applikabbli, programmi ta' taħriġ) eżistenti jew ippjanati, għall-fornituri tas-servizzi tal-enerġija, l-verifiki tal-enerġija, il-maniġers tal-enerġija u l-installaturi ta' elementi ta' bini marbuta mal-enerġija kif iddefinit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (l-Artikolu 16, l-Anness XIV, il-Parti 2.3.7. tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.1.6.   Is-Servizzi tal-Enerġija (l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/27/UE)

(1)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri li ġew adottati jew li huwa ppjanat li jiġu adottati għall-promozzjoni tas-servizzi tal-enerġija. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi ħolqa tal-internet mal-lista ta’ fornituri tas-servizzi tal-enerġija disponibbli u l-kwalifiki tagħhom (l-Anness XIV il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza, l-Anness XIV, il-Parti 2.3.8. tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Jekk jogħġbok ipprovdi analiżi kwalitattiva tas-suq nazzjonali għas-servizzi tal-enerġija li tiddeskrivi l-istat attwali tiegħu u tippreżenta l-iżviluppi futuri tas-suq (l-Artikolu 18 1.(e) tad-Direttiva 2012/27/UE). (e)).

3.1.7.   Miżuri oħra ta' effiċjenza enerġetika ta’ natura orizzontali (l-Artikoli 19 u 20 tad-Direttiva 2012/27/UE)

(1)

Jekk jogħġbok indika, fl-ewwel NEEAP, miżuri tal-effiċjenza enerġetika mwettqa biex jimplimentaw l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2012/27/UE. B’mod partikolari, jekk jogħġbok ipprovdi lista ta' miżuri meħuda biex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika (eż. inċentivi opposti ta' proprjetajiet b'ħafna sjieda, tal-akkwist pubbliku u tal-ibbaġitjar annwali, u tal-kontabbiltà tal-entitajiet pubbliċi), (l-Artikolu 19, l-Anness XIV il-Parti 2.3.9 tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar il-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika (l-Artikolu 20, l-Anness XIV, il-Parti 2.2., l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.2.   L-effiċjenza enerġetika fil-bini

3.2.1.   Strateġija ta’ rinnovazzjoni tal-bini (l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Ipprovdi strateġija ta' rinnovazzjoni tal-bini nazzjonali għal perjodu fit-tul (l-Artikolu 4, l-aħħar paragrafu tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.2.2.   Effiċjenza enerġetika oħra fis-settur tal-bini

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar miżuri għal titjib sinifikanti fl-effiċjenza enerġetika fil-bini sabiex jinkisbu l-miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 3(1) (l-Artikolu 24(2), l-Anness XIV, il-Parti 2.2., l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.3.   L-effiċjenza enerġetika f’korpi pubbliċi

3.3.1.   Il-binjiet tal-gvern ċentrali (l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-inventarju ppubblikat ta' bini tal-gvern ċentrali imsaħħan u mkessaħ (l-Artikolu 5(5), l-Anness XIV il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.3.2.   Bini ta’ korpi pubbliċi oħra (l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE)

(1)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar miżuri meħuda jew ippjanati biex jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi u lil-korpi tal-akkomodazzjoni soċjali rregolati mil-liġi pubblika biex jadottaw pjanijiet ta’ effiċjenza enerġetika li juru r-rwol eżemplari tal-korpi pubbliċi fl-effiċjenza enerġetika fil-binjiet pubbliċi (l-Artikolu 5(7)a), l-Anness XIV il-Parti 2.2, l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Jekk jogħġbok ipprovdi lista ta’ korpi pubbliċi li żviluppaw Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika (l-Anness XIV il-Parti 2.3.1, tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.3.3.   Ix-xiri mill-korpi pubbliċi (l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar passi meħuda jew li huma ppjanati li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-gvern ċentrali jakkwista prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni ta' effiċjenza enerġetika qawwija, (l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2012/27/UE), u dwar il-miżuri meħuda jew ippjanati biex jinkoraġġixxu korpi pubbliċi oħra biex jagħmlu l-istess (l-Artikolu 6(3), l-Anness XIV, tad-Direttiva 2012/27/UE il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.4.   Miżuri oħra tal-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija inkluż fl-industrija u t-trasport

(1)

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar miżuri għal titjib sinifikanti fl-effiċjenza enerġetika fil-bini sabiex jinkisbu l-miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 3(1) (l-Artikolu 24(2), l-Anness XIV, il-Parti 2.2., l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar miżuri għal titjib sinifikanti fl-effiċjenza enerġetika fil-bini sabiex jinkisbu l-miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 3(1) (l-Artikolu 24(2), l-Anness XIV il-Parti 2.2., l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

(3)

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar miżuri sinifikanti ta' effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija li jiKkontribwixxu għal miri ta' effiċjenza enerġetika nazzjonali li mhumiex rrapportati mkien iktar fl-NEEAP (l-Artikolu 24(2), l-Anness XIV il-Parti 2.2., l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.5.   Il-promozzjoni ta’ tisħin u ta’ tkessiħ effiċjenti

3.5.1.   Valutazzjoni komprensiva (l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE)

(1)

Fit-tieni u l-NEEAP sussegwenti jekk jogħġbok agħti valutazzjoni tal-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għall-applikazzjoni ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti msemmija fl-Artikolu 14(1) (l-Artikolu 14(1), l-Anness XIV il-Parti 2.3.4 tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni tal-proċedura u l-metodoloġija użati biex jitwettqu analiżi tal-benefiċċji li jissodisfaw il-kriterji tal-Anness IX tad-Direttiva 2012/27/UE (l-Artikolu 14(3), l-Anness IX, il-Parti 1, l-aħħar paragrafu, l-Anness XIV, il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.5.2.   Miżuri oħra ta' tisħin u ta’ tkessiħ effiċjenti (l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni ta' miżuri, strateġiji u politiki, inkluż programmi u pjanijiet, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali li jiżviluppaw il-potenzjal ekonomiku ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti u sistemi oħra ta’ tisħin u ta’ tkessiħ effiċjenti kif ukoll l-użu ta’ tisħin u ta’ tkessiħ minn sħana mormija u minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli (l-Artikolu 14(2) u (4), l-Anness XIV, il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.6.   It-trasformazzjoni tal-enerġija, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, u r-reazzjoni għad-domanda

3.6.1.   Il-kriterji tal-effiċjenza enerġetika fit-tariffi u r-regolamentazzjoni tan-netwerk (l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/27/UE)

(1)

Jekk jogħġbok iddeskrivi miżuri ppjanati jew adottati biex jiġi żgurat li jitneħħew l-inċentivi fit-tariffi li huma detrimentali għall-effiċjenza ġenerali tal-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-enerġija, jew jistgħu jxekklu l-parteċipazzjoni ta’ reazzjoni għad-domanda fl-ibbilanċjar tas-swieq u fl-akkwist tas-servizzi anċillari (l-Artikolu 15(4), l-Anness XIV il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

(2)

Jekk jogħġbok iddeskrivi miżuri ppjanati jew adottati biex l-operaturi tan-netwerks jkollhom l-inċentiva biex itejbu l-effiċjenza permezz tad-disinn u t-tħaddim tal-infrastruttura (l-Artikolu 15(4), l-Anness XIV il-Parti 2.2., l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

(3)

Jekk jogħġbok iddeskrivi miżuri ppjanati jew adottati biex jiżguraw li t-tariffi jippermettu lill-fornituri biex itejbu l-parteċipazzjoni tal-konsumatur fl-effiċjenza tas-sistema inkluża r-reazzjoni għad-domanda (l-Artikolu 15(4), l-Anness XIV, il-Parti 2.2. l-ewwel sentenza tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.6.2.   Tiffaċilita u tippromwovi r-rispons tad-domanda (l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar miżuri oħra adottati jew ippjanati biex jippermettu u jiżviluppaw reazzjoni għad-domanda, inklużi dawk li jindirizzaw it-tariffi li jsostnu l-ipprezzar dinamiku (l-Anness XI(3), l-Anness XIV il-Parti 2.3.6. tad-Direttiva 2012/27/UE).

3.6.3.   L-effiċjenza enerġetika fid-disinn u r-regolamentazzjoni tan-netwerk, (l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/27/UE)

Jekk jogħġbok irrapporta dwar il-progress miksub fil-valutazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku nazzjonali, kif ukoll il-miżuri u l-investimenti adottati u ppjanati għall-introduzzjoni ta’ titjib kosteffikaċi tal-effiċjenza enerġetika fl-infrastruttura tan-network u skeda għall-introduzzjoni tagħhom (l-Artikolu 15(2), l-Anness XIV il-Parti 2.3.5., tad-Direttiva 2012/27/UE).


(1)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(2)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/54


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Mejju 2013

dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Sważiland fir-rigward tal-ħawħ, lanġas u ananas

(notifikata bid-dokument C(2013) 2906)

(2013/243/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ April 2012 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/213/UE (2) li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Sważiland fir-rigward tal-ħawħ, lanġas u ananas.

(2)

Fit-28 ta’ Frar 2013, is-Sważiland talab, f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stabbiliti f’dak l-Anness għal sentejn mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2014. It-talba tkopri kwantità totali ta’ 780 tunellata ta’ ħawħ, lanġas u taħlitiet ta’ ħawħ u/jew lanġas u/jew ananas f’sugu tal-frott taħt Kodiċi NM ex 2008 70 98, 2008 40 90 u ex 2008 97 98.

(3)

Skont l-informazzjoni li waslet mis-Sważiland, dan mhux kapaċi jissodisfa r-regola tal-oriġini speċifika għall-prodott kif stipulat fl-Appendiċi 1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 li fost affarijiet oħrajn tesiġi li l-materjali kollha użati jkunu kklassifikati taħt intestatura oħra għajr dik tal-prodott finali. Is-Sważiland jikseb ħawħ u lanġas imqatta’ mingħajr oriġini f’sugu tal-frott li ma fihx zokkor taħt kodiċijiet NM ex 2008 70 92 u 2008 40 90 mill-Afrika t’Isfel, li huwa pajjiż ġarr, għall-produzzjoni tal-prodott finali billi mhemmx produzzjoni lokali tal-ħawħ u lanġas ta’ skala kummerċjali. Skont l-Artikolu 6(7) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-prodotti finali huma esklużi mill-kumulazzjoni mal-Afrika t’Isfel. B’hekk il-prodott finali mhuwiex konformi mar-regoli stipulati f’dak l-Anness.

(4)

L-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiddikjara li l-Komunità għandha tirrispondi b’mod pożittiv għat-talbiet kollha tal-Istati tal-AKP li huma ġġustifikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu u li ma jistgħux jikkawżaw dannu serju lil industrija stabbilita tal-Komunità.

(5)

Skont l-Artikolu 36(1)(b) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, is-Sważiland talab aktar żmien biex jipprepara ruħhu ħalli jikkonforma mar-regoli tal-oriġini billi l-operaturi ekonomiċi qed iwettqu esperiment, bl-użu tal-ħawħ u/jew lanġas frisk mill-Afrika t’Isfel, imqaxxra, imqatta’ u ppakkjati fi btieti fl-ilma kiesaħ u ttrasportati lejn is-Sważiland fi stat imkessaħ għal ipproċessar ulterjuri hemmhekk. L-użu ta’ dawn il-materjali, li huma kklassifikati fi ħdan il-Kapitolu 8 tas-Sistema Armonizzata, jista’ jippermetti li l-prodott finali manifatturat fis-Sważiland jikkonforma mar-regola msemmija hawn fuq.

(6)

Is-Sważiland spjega l-ħtieġa li jiġu ssodisfati t-talbiet mingħand ix-xerrejja Ewropea għal firxa ta’ prodotti fil-laned, inklużi kwantitajiet limitati ta’ lanġas u ħawħ li ma jitkabbrux fit-territorju tiegħu. Jekk il-bejjiegħa Ewropej fil-livell tal-operaturi ma jkunux jistgħu jixtru l-firxa kollha tal-prodotti mill-fornitur tagħhom fis-Sważiland, dan jista’ jirriżulta fit-telf ta’ kummerċ tal-ġeli, tal-ananas u taċ-ċitru f’tazzi għas-Sważiland.

(7)

Billi s-Sważiland jeħtieġ aktar żmien biex jipprepara ruħhu ħalli jikkonforma mar-regoli tal-oriġini, għandha tingħata deroga temporanja. Id-deroga temporanja għandha tkun limitata għat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-kumpanija benefiċjarja biex tikkonforma mar-regoli skont l-Artikolu 36(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

(8)

Sabiex is-Sważiland jitħalla juża bis-sħiħ il-kwantitajiet mogħtija, u filwaqt li jitqies il-fatt li s-Sważiland jista’ juża l-aħħar deroga biss fit-tieni semestru tal-2012, deroga temporanja għandha jkollha effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013.

(9)

Skont l-Artikolu 36(4) ta’ Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, id-deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini ma għandhiex tikkawża dannu serju għal industrija tal-Unjoni stabbilita, bil-kundizzjoni li ċerti kundizzjonijiet relatati mal-kwantitajiet, is-sorveljanza u t-tul ta’ żmien jiġu rispettati.

(10)

Huwa għalhekk iġġustifikat li tirrispondi b’mod pożittiv għat-talba tas-Sważiland u li tingħata deroga temporanja skont l-Artikolu 36(1)(b) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

(11)

Skont l-informazzjoni li waslet mis-Sważiland, l-esportazzjonijiet taħt id-deroga ta’ prodotti tal-intestatura HS 2008 kienu madwar 250 tunnellata għall-perjodu minn Lulju sa Diċembru 2012. Il-kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għal 2013 u 2014 għandhom ikunu konsistenti ma’ dan l-użu. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal 500 tunnellata fis-sena li jirrispetta l-ħila tal-industrija eżistenti li tkompli l-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni.

(12)

Għalhekk, għandha tingħata deroga temporanja għal sentejn lis-Sważiland fir-rigward ta’ 500 tunnellata fis-sena ta’ ħawħ, lanġas u taħlitiet ta’ ħawħ u/jew lanġas u/jew ananas f’sugu tal-frott taħt Kodiċi NM ex 2008 70 98, 2008 40 90 u ex 2008 97 98.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), jistipula r-regoli marbuta mal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tas-Sważiland, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni.

(14)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tas-Sważiland għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni b’mod regolari d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ moviment tal-EUR.1 maħruġin.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(b) ta’ dak l-Anness, il-ħawħ, il-lanġas u taħlitiet ta’ ħawħ u/jew lanġas u/jew ananas f’sugu tal-frott taħt Kodiċi NM ex 2008 70 98, 2008 40 90 u ex 2008 97 98 li fil-manifattura tagħhom jintużaw ħawħ imqatta’ mingħajr oriġini f’sugu tal-frott li ma fihx zokkor taħt kodiċijiet NM ex 2008 70 92 u lanġas imqatta’ mingħajr oriġini f’sugu tal-frott li ma fihx zokkor taħt kodiċijiet NM 2008 40 90, għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw mis-Sważiland skont it-termini stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness li huma dikjarati għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera lejn l-Unjoni mis-Sważiland matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tas-Sważiland għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jitwettqu l-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Iċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 kollha maħruġa għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.

Qabel it-tmiem tal-aħħar tax-xahar ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tas-Sważiland għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta’ moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-kaxxa Nru 7 taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 li nħarġu skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi dan li ġej:

“Derogation — Implementing Decision 2013/243/EU”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 113, 25.4.2012, p. 12.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Isem il-prodotti

Perjodu

Kwantità totali annwali

(tunnellati)

09.1628

2008 40 90

Preparazzjonijiet tal-lanġas

1.1.2013 sal-31.12.2013

500

ex 2008 70 98

Preparazzjonijiet tal-ħawħ

ex 2008 97 98

Preparazzjonijiet tal-frott Taħlitiet ta’ ħawħ u/jew lanġas u/jew ananas f’sugu tal-frott

1.1.2014 sal-31.12.2014

500


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.