ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.136.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 469/2013 tat-22 ta’ Mejju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina protetta b’etilċelluloża bħala addittivi tal-għalf ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2013/226/UE |
|
|
* |
||
|
|
2013/227/UE |
|
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2013/228/UE |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
23.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 469/2013
tat-22 ta’ Mejju 2013
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina protetta b’etilċelluloża bħala addittivi tal-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (2). |
(2) |
DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina u DL-metjonina teknikament pura protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 82/471/KEE. Imbagħad, dawn l-addittivi tal-għalf iddaħħlu fir-Reġistru tal-Unjoni Ewropea tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal evalwazzjoni mill-ġdid ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina u melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u ta’ ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina u DL-metjonina teknikament pura protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren bħala addittivi tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u, f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, għal bidla fit-termini tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina u l-analogu idrossilat tal-metjonina permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni kien fiha talba għall-awtorizzazzjoni ta’ DL-metjonina teknikament pura protetta b’etilċelluloża għar-ruminanti. Għas-seba’ sorsijiet ta’ metjonina ntalab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-partikularitajiet u doumenti rikjesti skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Marzu 2012 (3) li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina teknikament pura protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina teknikament pura protetta b’etilċelluloża ma għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent, u li huma sorsi effettivi ta’ metjonina għas-sintesi proteika fl-ispeċijiet fil-miri rispettivi. L-Awtorità estrapolat din il-konklużjoni mill-baqar tal-ħalib għar-ruminanti kollha. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina teknikament pura protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina teknikament pura protetta b’etilċelluloża turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. |
(6) |
L-Awtorità tirrakkomanda li l-użu tal-metjonina ma għandux ikun awtorizzat fl-ilma tajjeb għax-xorb. Madankollu, din ir-rakkomandazzjoni tirreferi għall-ġestjoni tal-impriża agrikola peress li tikkonċerna l-mod kif tinkiseb l-aħjar provvista ta’ proteini tal-annimali li tinkludi l-prevenzjoni taż-żieda proteika. Ma ġie propost l-ebda kontenut massimu għas-sorsi ta’ metjonina mill-Awtorità. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-amministrazzjoni tas-sorsi tal-metjonina permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb, tagħti struzzjonijiet lill-utent biex iqis is-sorsi kollha differenti ta’ metjonina sabiex tinkiseb l-aħjar provvista bl-aċidi amminiċi essenzjali mingħajr ma taffettwa l-prestazzjoni tal-annimali. |
(7) |
L-Awtorità tirrakkomanda wkoll, biex tiġi evitata s-supplimentazzjoni kkumbinata ta’ għalf b’analogu idrossilat tal-metjonina u taċ-ċistina/ċisteina. Madankollu, il-parametri tal-provi fuq l-annimali li fuqhom hija bbażata din ir-rakkomandazzjoni mhumiex meqjusa tanġibbli biex jiġġustifikaw bis-sħiħ miżura bħal din. |
(8) |
Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet ta’ użu għas-sorsi tal-metjonina diġà awtorizzati, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex jippreparaw lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrittivi’ u mill-grupp funzjonali ‘aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom’, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżitorji
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness li huma awtorizzati skont id-Direttiva 82/471/KEE u l-għalf li jkun fih dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ Diċembru 2013 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ Ġunju 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.
(3) The EFSA Journal 2012;10(3):2623.
ANNESS
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
3c301 |
|
DL-metjonina, teknikament pura |
|
l-ispeċijiet kollha tal-annimali |
|
|
|
|
It-12 ta’ Ġunju 2023 |
||||||||||||||||||||||||
3c302 |
|
Sodju tad-DL-metjonina, likwidu |
|
l-ispeċijiet kollha tal-annimali |
|
|
|
|
It-12 ta’ Ġunju 2023 |
||||||||||||||||||||||||
3c303 |
|
DL-metjonina protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren |
|
Ruminanti |
|
|
|
|
It-12 ta’ Ġunju 2023 |
||||||||||||||||||||||||
3c304 |
|
DL-metjonina protetta b’etilċelluloża |
|
Ruminanti |
|
|
|
|
It-12 ta’ Ġunju 2023 |
||||||||||||||||||||||||
3c307 |
— |
Analogu idrossilat tal-metjonina |
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-12 ta’ Ġunju 2023 |
||||||||||||||||||||||||
3c3108 |
— |
Melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina |
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-12 ta’ Ġunju 2023 |
||||||||||||||||||||||||
3c309 |
— |
Ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina |
|
Ruminanti |
— |
— |
— |
|
It-12 ta’ Ġunju 2023 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/authorisation/evaluation_reports/Pages/index.aspx.
23.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 470/2013
tat-22 ta’ Mejju 2013
dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor industrijali għas-sena tas-suq 2013/2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 142, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li l-provvisti meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jkunu disponibbli bi prezz li jikkorrispondi għall-prezz tas-suq dinji, huwa fl-interess tal-Unjoni li, għas-sena tas-suq 2013/2014, tissospendi d-dazji tal-importazzjoni fuq iz-zokkor maħsub għall-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti, għal kwantità li tikkorrispondi għal nofs il-ħtiġijiet tagħha taz-zokkor industrijali. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2) jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti taz-zokkor skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bin-numru tas-serje 09.4390 (zokkor ta’ importazzjoni industrijali). Madankollu, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 il-kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti li għalihom għandhom jiġu sospiżi d-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ att legali separat. |
(3) |
Il-kwantitajiet tal-importazzjoni ta’ zokkor industrijali li mhumiex se jiġu soġġetti għad-dazju fuq l-importazzjoni għas-sena tas-suq 2013/2014 jeħtieġu jiġu stipulati skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dazji fuq l-importazzjoni taz-zokkor industrijali li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1701 u bin-numru tas-serje 09.4390 għandhom jiġu sospiżi għal kwantità ta’ 400 000 tunnellata bejn l-1 ta’ Ottubru 2013 u t-30 ta’ Settembru 2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2013.
Dan għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.
23.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 471/2013
tat-22 ta’ Mejju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
15,0 |
MA |
58,3 |
|
TN |
78,7 |
|
TR |
71,8 |
|
ZZ |
56,0 |
|
0707 00 05 |
AL |
27,7 |
MK |
39,1 |
|
TR |
132,0 |
|
ZZ |
66,3 |
|
0709 93 10 |
TR |
131,6 |
ZZ |
131,6 |
|
0805 10 20 |
EG |
54,0 |
IL |
68,3 |
|
MA |
72,6 |
|
ZZ |
65,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
114,6 |
EG |
68,1 |
|
TR |
71,0 |
|
ZA |
110,2 |
|
ZZ |
91,0 |
|
0808 10 80 |
AR |
157,2 |
BR |
97,4 |
|
CL |
127,8 |
|
CN |
90,2 |
|
MK |
46,1 |
|
NZ |
142,3 |
|
US |
200,4 |
|
ZA |
116,6 |
|
ZZ |
122,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
23.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Mejju 2013
li jirrifjuta l-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja, minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja
(2013/226/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
DAĦLA
(1) |
Miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet ta’ polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, l-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja ilhom fis-seħħ mill-2000, u ġġeddu fl-2007. B’mod parallel, il-miżuri kumpensatorji fuq il-PET ilhom fis-seħħ mill-2000, u hemm ukoll fis-seħħ miżuri għad-difiża tal-kummerċ fuq importazzjonijiet miċ-Ċina, l-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda. |
(2) |
Ir-Reviżjoni tal-Iskadenza ta’ dawn il-miżuri antidumping inbdiet fl-24 ta’ Frar 2012. Ir-Reviżjoni tal-Iskadenza tal-miżuri kumpensatorji fuq importazzjonijiet ta’ PET mill-Indja ukoll inbdiet fl-24 ta’ Frar 2012. Il-Kunsill aċċeta l-proposta tal-Kummissjoni biex jinżammu dawn il-miżuri kumpensatorji. |
(3) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ir-Regolament Antidumping Bażiku), il-miżuri ser jiskadu wara perijodu għajr jekk l-iskadenza ta’ miżura x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara. L-Artikolu 11(2) jgħid ukoll li l-probabbiltà ta’ rikorrenza tista’ tiġi indikata b’evidenza:
Finalment, l-Artikolu 11(2) jgħid li għandhom isiru konklużjonijiet, filwaqt li tingħata l-attenzjoni mistħoqqa għall-evidenza rilevanti u dokumentata ppreżentata fejn għandha x’taqsam il-kwistjoni dwar jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u tal-ħsara. |
(4) |
Il-Kunsill jaqbel li ma hemm l-ebda probabbiltà li l-produtturi esportaturi Indoneżjani jew Malasjani jerġgħu jibdew jesportaw kwantitajiet dannużi bi prezzijiet ta’ dumping għas-suq tal-Unjoni fil-perijodu qasir jew dak medju jekk il-miżuri jiġu revokati. |
(5) |
Madankollu, il-fehma tal-Kunsill hija li ma ġiex muri li t-tneħħija tal-miżuri antidumping kontra l-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja x’aktarx twassal għall-issoktar jew għall-bidu ġdid ta’ dumping dannuż. Barra minn hekk, huwa jikkonkludi li l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri tkun ċarament kontra l-interess ġenerali tal-Unjoni. |
(6) |
Il-Kunsill huwa tal-opinjoni li f’dan il-każ 13-il sena kienu biżżejjed biex l-industrija Ewropea tkun tista’ tadatta għall-kompetizzjoni globali u tirkupra b’mod sostanzjali. Barra minn hekk, is-swieq ta’ esportazzjoni prinċipali għall-PET qed jikbru u d-domanda globali għal-prodotti ppakkjati fil-PET probabbilment tespandi iżjed, aktar ma l-ekonomija dinjija tirkupra. |
ĦSARA
(7) |
Il-valutazzjoni tal-Kunsill, ibbażata fuq l-evidenza fil-proposta, hija li l-industrija tal-UE attwalment mhix issofri ħsara materjali. |
RIKORRENZA TAL-ĦSARA
(8) |
Il-Kunsill eżamina wkoll jekk ir-rikorrenza tal-ħsara materjali tkunx probabbli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li dan x’aktarx ma jseħħx. Il-produttività żdiedet fil-perijodu kopert mir-Reviżjoni tal-Iskadenza. B’mod konsistenti, l-industrija tal-UE għandha ’l fuq minn 70 % tas-suq tal-UE u l-prezzijiet, il-profittabbiltà, ir-redittu fuq l-investiment u ċ-ċifri tal-flussi ta’ flus qed jitjiebu b’mod sinifikanti. Ix-xejriet juru li l-iżviluppi tas-suq ma jistgħux jitqiesu bħala temporanji. |
(9) |
Dawn l-iżviluppi jippermettu lil produtturi fl-UE jikkompetu mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mingħajr ma jwasslu għal rikorrenza tal-ħsara materjali. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet żdiedu b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin u għalhekk il-pressjoni tal-prezzijiet qed tonqos. |
(10) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mhumiex sinifikanti f’termini tas-sehem tagħhom tas-suq tal-UE (għadu taħt l-4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni (PIR)) u fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn u l-bejgħ tal-produtturi tal-UE. Barra minn hekk, il-prezzijiet tagħhom huma konformi ma’ dawk tal-bejgħ fl-UE u l-importazzjonijiet l-oħrajn. Barra minn dan, skont id-data ppreżentata, f’termini tas-sehem tas-suq il-miżuri kienu aktar ta’ benefiċċju għall-produtturi minn pajjiżi terzi milli għall-industrija tal-Unjoni. |
(11) |
L-ishma tas-suq kemm tat-Tajwan kif ukoll tat-Tajlandja jinsabu qrib iż-żero. Fid-dawl tal-fatt li l-volumi huma daqstant żgħar, l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet dwar id-dumping x’aktarx huma soġġetti għal marġni kbir ta’ żball. |
(12) |
Fejn hemm importazzjonijiet, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet żdiedu b’mod qawwi. Il-prezzijiet Indjani żdiedu b’29 %, il-prezzijiet Tajwaniżi żdiedu b’27 % u l-prezzijiet Tajlandiżi żdiedu b’32 % fuq il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, fit-tliet każijiet kollha, ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz. Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li għalhekk mhux possibbli li tiġi ġustifikata konklużjoni li dawn l-importazzjonijiet qed jikkawżaw ħsara. Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija wkoll li ma ntweriex li dumping ta’ ħsara permezz ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx jerġa’ jitfaċċa ladarba jiskadu l-miżuri. |
(13) |
Għalkemm hemm xi kapaċità żejda fil-pajjiżi kkonċernati, il-Kunsill mhux persważ li dawk il-kapaċitajiet mhux użati jiġi diretti lejn l-UE. Id-domanda qed tikber fil-parti l-kbira tas-swieq il-kbar. |
(14) |
Il-livell tal-prezzijiet fl-UE, meta mqabbel ma’ pajjiżi oħrahuwa ogħla minn fi swieq kbar oħrajn, minħabba li huma fis-seħħ dawn il-miżjuri fit-tul. Mingħajr il-miżuri, il-prezzijiet jkollhom tendenza jinnormalizzaw fir-rigward ta’ pajjiżi oħrajn. Miżuri ta’ difiża tal-kummerċ f’pajjiżi terzi x’aktarx mhux ser jiddevjaw kummerċ sinifikanti lejn l-UE għax dawn il-pajjiżi mhumiex il-konsumaturi dinjin ewlenin tal-PET. Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar jekk hemmx miżuri tad-difiża tal-kummerċ fi swieq tal-PET kbar oħrajn bħall-Istati Uniti jew il-Ġappun. Għalhekk, il-Kunsill jemmen li minkejja li jista’ jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet wara l-iskadenza tal-miżuri, din iż-żieda ma tkunx sinifikanti. |
(15) |
Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li ma ngħatat l-ebda evidenza persważiva dwar għadd ta’ fatturi li jidhru rilevanti għal kwalunkwe valutazzjoni ta’ jekk it-tneħħija tad-dazji twassalx għal bidu ġdid ta’ dumping ta’ ħsara. Dawn jinkludu:
|
(16) |
Fatturi oħrajn jindikaw lejn il-probabbiltà li t-tneħħija tal-miżuri mhux ser twassal biex jerġa’ jibda d-dumping li jikkawża ħsara materjali għall-Industrija tal-Unjoni. Miżuri kontinwi ta’ antisussidju kontra l-Indja u ta’ antidumping kontra ċ-Ċina u pajjiżi oħrajn ser ikomplu jipprovdu xi protezzjoni għall-Industrija tal-Unjoni. Ix-xejra tal-passat ta’ kummerċ f’dan is-suq ukoll tissuġġerixxi li kwalunkwe żieda fl-esportazzjonijiet mill-Indja, t-Tajlandja u t-Tajwan tista’, b’mod komplet jew parzjali, tisposta l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi pjuttost milli l-produzzjoni tal-UE. |
(17) |
Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li x’aktarx mhux ser jerġa’ jkun hemm ħsara materjali jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk il-Kunsill iqis li l-kriterji għall-issoktar tal-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku ma ġewx sodisfatti. |
INTERESS TAL-UNJONI
(18) |
L-Artikolu 21(1) tar-Regolament Bażiku jipprovdi li d-determinazzjoni dwar jekk l-interess tal-Unjoni jitlobx intervent għandha tkun ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha flimkien. |
(19) |
Il-prezzijiet tal-PET huma determinati minn għadd ta’ fatturi, iżda huwa ċar li l-miżuri antidumping żiedu l-ispejjeż għall-industrija tal-utent. Ħafna utenti huma dawk li jibbottiljaw u SMEs li joperaw f’marġni stretti u dawn intlaqtu b’mod serju mill-prezzijiet għoljin tal-PET fis-snin reċenti għax il-PET jirrapreżenta porzjon deċiżiv tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. L-impatt tal-ispejjeż għoljin kien l-akbar fuq kumpanniji żgħar li jibbottiljaw li ma kinux kapaċi jgħaddu l-prezzijiet miżjuda fuq bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi finali minħabba saħħa baxxa ta’ negozjar. Bosta qed jagħmlu telf kbir u tilfu għadd sinifikanti ta’ ħaddiema. Il-proposta tirrikonoxxi s-sitwazzjoni tal-utenti li qed tiddeterjora u l-fatt li l-prezzijiet tal-PET fl-UE huma ogħla minn dawk fi swieq kbar oħrajn. Madankollu, fl-opinjoni tal-Kunsill, ma ġiex muri li l-miżuri inkwistjoni mhumiex fattur li jikkontribwixxi għall-prezzijiet relattivament għoljin tal-PET fl-Unjoni. |
(20) |
L-industrija tal-PET fl-UE issa hija kkonċentrata ferm u dejjem aktar integrata vertikalment. Din hija profittabbli u għandha tkun kapaċi tkun kompetittiva internazzjonalment. |
(21) |
L-akkumulazzjoni ta’ miżuri flimkien mal-integrazzjoni dejjem tikber tal-produtturi tal-PET u tal-kumpanniji tal-ippakkettjar tal-PET fl-UE toħloq sitwazzjoni li fiha hemm nuqqas ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għal kumpanniji tal-ippakkettjar tal-PET indipendenti li huma soġġetti għall-PET bl-ogħla prezzijiet fid-dinja (fid-dawl tal-effett orizzontali li jeżisti fuq il-prezzijiet tal-PET), filwaqt li l-kompetituri prinċipali tagħhom f’ pajjiżi terzi għandhom aċċess għall-PET bi prezzijiet orħos. |
(22) |
L-utenti tal-PET għandhom sorsi ta’ provvista limitati ferm barra l-UE, għax il-miżuri huma fis-seħħ ukoll kontra importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi. |
(23) |
Il-Kunsill jikkonkludi li jidher ċar li mhux fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri jiġu estiżi peress li l-ispejjeż għall-importaturi, l-utenti u l-konsumaturi mhumiex proporzjonati għall-benefiċċji tal-industrija tal-Unjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja hija rifjutata minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja.
Artikolu 2
Il-proċediment ta’ reviżjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ polietilentereftalat b’numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew ogħla, skont l-Istandard tal-ISO 1628-5, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, l-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja huwa tterminat.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
23.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Mejju 2013
li tittermina l-proċedimenti kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ bajsikils li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2013/227/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Bidu
(1) |
F’April tal-2012 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidju fir-rigward għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajsikils li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-proċediment kontra s-sussidju”). |
(2) |
Il-proċediment kontra s-sussidju inbdiet wara lment imressaq fil-15 ta’ Marzu 2012 minn EBMA, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Bajsikils (“l-ilmentatur”), f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tat-total tal-produzzjoni ta’ bajsikils fl-Unjoni. |
(3) |
L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ sussidjar ta’ dan il-prodott u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment. |
(4) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-ilmentatur, lil produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘RPĊ’) u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi, lir-rappreżentanti tar-RPĊ, lill-importaturi magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi, produtturi magħrufa tal-Unjoni tal-parts tal-bajsikils u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-utenti magħrufa, bil-bidu tal-proċediment u bagħtet il-kwestjonarji. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Avviż tal-bidu. |
2. Il-proċediment parallel ta’ anti-dumping
(5) |
F’Marzu tal-2012, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) il-bidu ta’ reviżjoni interim tal-miżuri antidumping għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajsikils li joriġinaw fir-RPĊ skont l-Artikolu 11(3) u 13(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (4) (“ir-Regolament bażiku anti-dumping”) L-investigazzjoni għadha għaddejja. |
3. Investigazzjoni parallela kontra l-evażjoni
(6) |
F’Settembru tal-2012 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 875/2012 (5), il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni dwar il-possibilità ta’ evażjoni tal-miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 (6) fuq importazzjonijiet ta’ bajsikils li joriġinaw mill-RPĊ minn importazzjonijiet ta’ bajsikils mibgħuta mill-Indonesja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, u li jagħmel lit-tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni (‘l-investigazzjoni kontra l-evażjoni’). |
(7) |
F’Novembru tal-2012, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) li s-sejbiet fl-investigazzjoni kontra l-evażjoni jistgħu jintużaw fil-proċediment kontra s-sussidju. |
(8) |
L-investigazzjoni kontra l-evażjoni li għadha għaddejja. |
B. L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT
(9) |
Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Marzu 2013 indirizzata lill-Kummissjoni, l-ilmentatur formalment irtira l-ilment tiegħu. |
(10) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, meta l-ilmentatur jirtira l-ilment tiegħu, il-proċediment jista’ jiġi tterminat sakemm tali terminazzjoni ma tkunx fl-interess tal-Unjoni. |
(11) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni rispettiva kontra s-sussidju ma sabet ebda konsiderazzjonijiet li juru li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma waslu ebda kummenti li jagħtu raġuni biex wieħed jasal għal konklużjoni differenti. |
(12) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-proċediment kontra s-sussidju dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajsikils li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jintemmu mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajsikils u roti oħra (inklużi t-triċikli għall-ġarr tal-prodotti iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li attwalment għandhom il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 huwa b’dan itterminat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(2) ĠU C 122, 27.4.2012, p. 9.
(4) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(5) ĠU L 258, 26.9.2012, p. 21.
(6) ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2.
(7) ĠU C 346, 14.11.2012, p. 7.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
23.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/17 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU B’RABTA MAL-VALUTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ
tas-17 ta’ Diċembru 2012
dwar l-inklużjoni tal-Anness 1 tal-Kapitolu 20 ġdid dwar l-isplussivi għal użu ċivili, l-emenda tal-Kapitolu 3 dwar il-ġugarelli u l-aġġornament ta' referenzi legali elenkati fl-Anness 1
(2013/228/UE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità ("il-Ftehim") u b'mod partikolari l-Artikoli 10(4), 10(5) u 18(2) tiegħu;
Billi:
(1) |
Il-Partijiet għall-Ftehim qablu li jimmodifikaw l-Anness 1 tal-Ftehim biex jinkludi kapitolu ġdid dwar splussivi għal użu ċivili; |
(2) |
L-Unjoni Ewropea adottat direttiva ġdida dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1) u l-Isvizzera emendat id-dispożizzonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminisrattivi tagħha li jitqiesu ekwivalenti skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq; |
(3) |
Il-Kapitolu 3, Ġugarelli, tal-Anness 1 għandu jiġi emendat biex jirrifletti dawn l-iżviluppi; |
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġu aġġornati ċerti referenzi legali fl-Anness tal-Ftehim; |
(5) |
L-Artikolu 10(5) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat jista', fuq proposta minn waħda mill-Partijiet, ibiddel l-Annessi għall-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
1. |
L-Anness 1 tal-Ftehim huwa modifikat sabiex jinkludi l-Kapitolu 20 ġdid dwar l-isplussivi għal użu ċivili (eskluż il-munizzjon) b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Hemża A annessa ma’ din id-Deċiżjoni. |
2. |
Il-Kapitolu 3, Ġugarelli, tal-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża B annessa ma’ din id-Deċiżjoni. |
3. |
L-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat b'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża C annessa ma' din id-Deċiżjoni. |
4. |
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati biex jaġixxu f’isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar firma. |
Iffirmata f’Bern, fis-17 ta’ Diċembru 2012
F’isem il-Konfederazzjoni Svizzera
Christophe PERRITAZ
Iffirmata fi Brussell, fit-12 ta’ Diċembru 2012
F’isem l-Unjoni Ewropea
Fernando PERREAU DE PINNINCK
(1) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
HEMŻA A
Fl-Anness 1, is-Setturi tal-Prodott, il-Kapitolu 20 li ġej dwar l-Isplussivi għal użu ċivili (eskluż il-munizzjoni) għandu jiġi introdott:
“KAPITOLU 20
SPLUSSIVI GĦAL UŻU ĊIVILI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1 paragrafu 2
L-Unjoni Ewropea |
|
||
|
|||
|
|||
L-Isvizzera |
|
||
|
Korpi għall-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet li jaħtru
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet li jaħtru għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 93/15/KEE u l-Anness III.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Identifikazzjoni ta’ prodotti
Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-impriżi fis-settur tal-isplussivi li jimmanifattura jew jimportaw l-isplussivi jew jgħaqqdu d-detonaturi għandhom jimmarkaw l-isplussivi u kull unità tal-ippakkjar sal-iżgħar waħda b'identifikazzjoni unika. Fejn splussiv huwa soġġett għal proċessi ulterjuri ta' manifattura, il-manifatturi ma għandhomx jintalbu jimmarkaw l-isplussiv b'identifikazzjoni unika ġdida ħlief jekk l-identifikazzjoni unika oriġinali ma baqgħetx immarkata iżjed b'konformità mad-Direttiva 2008/43/KE u/jew l-Ordinanza dwar l-Isplussivi.
L-identifikazzjoni unika għandha tinkludi l-komponenti preskritti fl-Anness tad-Direttiva 2008/43/KE u l-Anness 14 tal-Ordinanza dwar l-Isplussivi u għandha tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku miż-żewġ partijiet.
Kull impriża fis-settur tal-isplussivi u/jew il-manifattur għandu jingħatalhom kodiċi bi tliet figuri mill-awtorità nazzjonali tal-Istati Membri jew tal-Isvizzera fejn hi stabbilita. Dan il-kodiċi bi tliet figuri għandu jkun rikonoxxut b’mod reċiproku miż-żewġ Partijiet jekk is-sit tal-manifattura jew il-manifattur jinsabu fit-territorju ta’ wieħed mill-Partijiet.
2. Dispożizzjoni li jirregolaw is-superviżjoni tat-trasferimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
1. |
Splussivi koperti minn dan il-Kapitolu jistgħu jiġu trasferiti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera biss b’konformità mal-paragrafi li ġejjin. |
2. |
Kontrolli mwettqa skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġi nazzjonali fil-każ ta’ trasferimenti tal-isplussivi rregolati mit-Taqsima V.2 għandhom jitwettqu biss bħala parti mill-proċeduri normali ta’ kontroll applikati b’mod mhux diskriminatorju fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea jew tal-Isvizzera. |
3. |
L-approvazzjoni għat-trasferimenti ta' splussivi għandha tinkiseb mid-destinatarju mingħand l-awtorità kompetenti li tirċievi. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-destinatarju huwa legalment awtorizzat li jakkwista splussivi u li għandu l-liċenzji jew l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa. Il-persuna responsabbli għat-trasferiment għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri jew l-Isvizzera li jgħaddu minnu jew minnhom il-movimenti tal-isplussivi f'dan l-Istat jew f'dawn l-Istati jew l-Isvizzera, li hija meħtieġa l-approvazzjoni tiegħu/tagħhom. |
4. |
Meta Stat Membri jew l-Isvizzera tqis li hemm problema fir-rigward tal-verifika tad-dritt tal-akkwist tal-isplussivi msemmija fil-paragrafu 3, dak l-Istat Membru jew l-Isvizzera għandha tibgħat it-tagħrif disponibbli dwar is-suġġett lill-Kummissjoni Ewropea li għandha tippreżenta l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stipulat fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/15/KEE mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni Ewropea għaldaqstant għandha tinforma lill-Isvizzera permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim. |
5. |
Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi tapprova trasferiment, din għandha toħroġ lid-destinatarju dokument li jinkludi t-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafu 7. Dak id-dokument għandu jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni dikjarata tagħhom. Dan għandu jiġi preżentat wara talba tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Għandha tinżamm kopja ta' dan id-dokument mid-destinatarju li għandu jippreżentaha għall-eżami mill-awtorità kompetenti li qed tirċievi, wara talba ta' din tal-aħħar. |
6. |
Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew l-Isvizzera tqis li mhumiex meħtieġa ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà bħal dawk imsemmija fil-paragafu 5, l-isplussivi jistgħu jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom jew f'parti minnu mingħajr il-provvista minn qabel ta' tagħrif skont it-tifsira tal-paragrafu 7. L-awtorità kompetenti li qed tirċievi għandha mbagħad tagħti l-approvazzjoni għal perjodu fiss u li jista' jiġi mħassar jew irtirat fi kwalunkwe ħin abbażi ta' ġustifikazzjoni raġunata. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 5, li għandu jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, għandu jirreferi unikament għall-approvazzjoni msemmija hawn fuq. |
7. |
Meta t-trasferimenti ta' splussivi għandhom ikunu speċifikament sorveljati sabiex ikunu konformi ma’ ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà fit-territorju jew f'parti mit-territorju ta' Stat Membru jew l-Isvizzera, qabel it-trasferiment għandu jingħata t-tagħrif li ġej mid-destinatarju lill-awtorità kompetenti li qed tirċievi.
L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu għandhom jeżaminaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jseħħu t-trasferimenti, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċjali tas-sigurtà. Jekk il-ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà jitħarsu, l-approvazzjoni għat-trasferiment għandha tingħata. Fil-każ ta' tranżitu fit-territorju ta' Stati Membri oħra, dawk l-Istati jew l-Isvizzera għandhom bl-istess mod jeżaminaw u japprovaw, bl-istess kundizzjonijiet, il-partikolaritajiet dwar it-trasferiment. |
8. |
Bla ħsara għall-verifiki normali li l-pajjiż tat-tluq għandu jwettaq fit-territorju tiegħu, wara t-talba tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, id-destinatarji u l-operaturi kkonċernati fis-settur tal-isplussivi għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet tal-pajjiż tat-tluq u lil dawk il-pajjiżi ta' tranżitu, it-tagħrif kollu rilevanti li għandhom dwar it-trasferiment tal-isplussivi. |
9. |
L-ebda fornitur ma jista' jittrasferixxi splussivi ħlief jekk id-destinatarju jkun kiseb l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għat-trasferiment b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3, 5, 6 u 7. |
10. |
Għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 4, fejn hija adottata miżura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/15/KEE fir-rigward tal-prodotti mill-impriżi Svizzeri fis-settur tal-isplussivi u/jew il-manifatturi Svizzeri, din għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim. Jekk l-Isvizzera ma taqbilx ma’ din il-miżura, l-applikazzjoni tal-miżura għandha tkun diferita għal tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni. Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jkollu konsultazzjonijiet bil-għan li jilħaq ftehim. Jekk ma jintlaħaqx ftehim fil-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu, wieħed mill-Partijiet jista’ jissospendi parti mill-kapitolu jew kollu kemm hu. |
11. |
Għall-iskopijiet tal-paragrafi 5 u 6 ta’ implimentazzjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2004/388/KE. |
3. Skambju ta' tagħrif
B’konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri u l-Isvizzera għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tat-tnejn li huma, kwalunkwe tagħrif rilevanti sabiex jiżguraw implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2008/43/KE.
4. Fejn jinsab il-manifattur
Għall-iskop ta’ dan il-Kapitolu, għandu jkun suffiċjenti li l-impriża fis-settur tal-isplussivi, il-manifattur, rappreżentant awtorizzat jew, meta l-ebda wieħed minn dawn ma jkun preżenti, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-prodott, tkun stabbilita fit-territorju ta’ wieħed mill-Partijiet.”
(1) Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal splussivi maħsuba għall-użu, b’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-forzi armati jew il-pulizija, għal oġġetti pirotekniċi u għall-munizzjoni.
HEMŻA B
Fl-Anness 1, is-Setturi tal-Prodott, il-Kapitolu 3, il-Ġugarelli għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“KAPITOLU 3
ĠUGARELLI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
L-Unjoni Ewropea |
|
||
L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
Korpi għall-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet li jaħtru
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal- korpi għall-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra ta’ korpi għall-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet li jaħtru għandhom ikunu konformi mal-prinċipju ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim u mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/48/KE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Skambju ta’ tagħrif dwar iċ-ċertifikat ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jew l-Isvizzera jistgħu, wara talba raġunata, jitolbu d-dokumentazzjoni teknika, jew traduzzjoni ta' partijiet minnha minn manifattur ibbażat fit-territorju jew tal-Isvizzera jew ta' Stat Membru. L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jew l-Isvizzera jistgħu jitolbu minn manifattur ibbażat fl-Isvizzera jew fl-Unjoni Ewropea, il-parti rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika f'lingwa uffiċjali tal-awtorità li tkun qed tagħmel it-talba jew bl-Ingliż.
Meta awtorità għas-sorveljanza tas-suq titlob id-dokumentazzjoni teknika jew traduzzjoni ta’ partijiet minnha minn manifattur, din tista’ tistabbilixxi data ta’ skadenza ta’ 30 jum għall-wasla tagħha, sakemm ma tkunx ġustifikata skadenza iqsar minħabba riskju serju u immedjat.
Jekk il-manifattur ibbażat fit-territorju jew tal-Isvizzera jew ta’ Stat Membru ma jkunx konformi ma' din id-dispożizzjoni, l-awtorità għas-sorveljanza tas-suq tista’ titolbu li jsirlu test imwettaq minn korp maħtur għas-spejjeż tiegħu f’perjodu speċifikat sabiex jivverifika l-konformità mal-istandards armonizzati u r-rekwiżiti essenzjali.
2. Talbiet għal tagħrif għall-korpi maħtura
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-Isvizzera jistgħu jitolbu korp maħtur fl-Isvizzera jew fi Stat Membru biex jipprovdi tagħrif dwar kwalunkwe tip ta' ċertifikat ta' eżami li dak il-korp ikun ħareġ jew irtira, jew li hu marbut ma' kwalunkwe rifjut għall-ħarġa ta' ċertifikat, inkluż ir-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni teknika.
3. Obbligi dwar tagħrif ta’ korpi maħtura
B’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 2009/48/KE, korpi maħtura għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra maħtura skont dan il-Ftehim li jwettaq attivitajiet simili ta’ valutazzjonijiet tal-konformità li jkopru l-istess ġugarelli b’tagħrif rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta ma’ talbiet negattivi u, wara talba, riżultati pożittivi dwar il-valutazzjoni tal-konformità.
4. Skambju ta’ esperjenza
L-awtoritajiet nazzjonali Svizzeri jistgħu jieħdu sehem fl-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membru responsabbli mill-proċedura ta' notifika msemmija fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/48/KE.
5. Koordinazzjoni ta’ korpi maħtura
Korpi Svizzeri maħtura għall-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jieħdu sehem fil-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni u l-gruppi settorjali jew gruppi ta’ korpi notifikati stipulati fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2009/48/KE, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura.
6. L-aċċess għas-suq
L-importaturi bbażati fl-Unjoni Ewropea jew l-Isvizzera għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-ġugarell jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-ġugarell.
Il-Partijiet jirrikonoxxu b’mod reċiproku din l-indikazzjoni tal-koordinati tal-manifattur u l-importatur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati, li għandu jissemma bħal hawn fuq. Għall-iskop ta’ dan l-obbligu speċifiku, "importatur” għandu jfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Isvizzera li tqiegħed ġugarell minn pajjiż terz fl-Unjoni Ewropea jew fis-suq Svizzeru.
7. Standards armonizzati
L-Isvizzera tirrikonoxxi l-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità permezz tal-leġiżlazzjoni msemmija fit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu. Fejn l-Isvizzera tqsi li l-konformità ma’ standard armonizzat ma tissodisfax bi sħiħ ir-rekwiżiti li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni elenkata fit-Taqsima I, din għandha tippreżenta l-kwistjoni quddiem il-Kumitat u tagħti r-raġunijiet tagħha.
Il-Kumitat għandu jqis il-każ u jista' jitlob lill-Unjoni Ewropea biex taġixxi b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/48/KE. Il-Kumitat għandu jiġi infurmat bir-riżulat tal-proċedura.
8. Proċedura dwar il-ġugarelli li ma jkunux konformi li mhumiex restritti għat-territorju nazzjonali tagħhom (1)
Skont l-Artikolu 12(4) ta’ dan il-Ftehim, f’każijiet fejn l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jew l-Isvizzera jkunu ħadu azzjoni jew għandhom biżżejjed raġunijiet biex jemmnu li ġugarell kopert mit-Taqsima I ta’ dan il-Kapitolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-bnedmin, u jekk iqisu li n-nuqqas ta' konformità mhijiex restritta għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni Ewropea immedjatament dwar:
— |
ir-riżultati tal-evalwazzjoni li huma wettqu u tal-azzjonijiet li huma talbu lill-operatur ekonomiku rilevanti sabiex jieħu; |
— |
miżuri provviżorji meħuda biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-ġugarell milli jkun disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-ġugarell minn dak is-suq jew biex jissejjaħ lura meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korretta xierqa. Dan jinkludi d-dettalji stabbiliti fl-Artikolu 42(5) tad-Direttiva 2009/48/KE. |
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membru jew tal-Isvizzera ħlief l-awtorità li bdiet din il-proċedura, għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra bi kull miżura adottata u bi kwalunkwe tagħrif addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-ġugarell ikkonċernat.
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jittieħdu, mingħajr dewmien, miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-ġugarell ikkonċernat, bħall-irtirar tal-ġugarell mis-suq.
9. Proċedura ta' salvagwardja f’każ ta' oġġezzjonijiet kontra l-miżuri nazzjonali
Jekk l-Isvizzera jew Stat Membru ma jaqbilx mal-miżura nazzjonali notifikata, din/dan għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-oġġezzjonijiet tiegħu/tagħha.
Meta, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru jew l-Isvizzera kontra miżura meħuda mill-Isvizzera jew minn Stat Membru rispettivament, mat-tlestija tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 8 hawn fuq, jew meta l-Kummissjoni Ewropea tqis li miżura nazzjonali mhijiex konformi mal-leġiżlazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni Ewropea għandha tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-Isvizzera u mal-operaturi jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti, mingħajr dewmien, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali sabiex tiddetermina jekk hijiex ġustifikata jew le.
F’każ ta’ ftehim bejn il-Partijiet dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, l-Istati Membri u l-Isvizzera għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jittieħdu miżuri ristrettivi xierqa fir-rigward tal-ġugarell ikkonċernat, bħall-irtirar mis-suq tal-ġugarell, mingħajr dewmien.
Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, il-kwistjoni għandha tintbagħat quddiem il-Kumitat li jista' jiddeċiedi li jwettaq studju espert.
Meta l-Kumitat iqis li l-miżura tkun:
(a) |
mhux ġustifikata, l-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru jew l-Isvizzera li ħadet il-miżura għandha tirtiraha; |
(b) |
ġustifikata, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ġugarell li mhuwiex konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom.” |
(1) Din il-proċedura ma timplikax obbligu tal-Unjoni Ewropea biex tagħti lill-Isvizzera l-aċċess għas-Sistema Rapida ta’ Tagħrif tal-Komunità (“RAPEX”) skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
HEMŻA C
Emendi għall-Anness 1
Il-Kapitolu 1 (il-Makkinarju)
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:
“l-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
Il-Kapitolu 7 (it-Tagħmir tar-Radju u t-Tagħmir tat-Terminali tat-Telekomunikazzjoni)
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:
“l-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
Kapitolu 12 (Vetturi bil-mutur)
It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
L-Unjoni Ewropea |
|
||
L-Isvizzera |
|
||
|
Kapitolu 13 (Trakters agrikoli u forestali)
It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
L-Unjoni Ewropea |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
L-Isvizzera |
|
||
|
Kapitolu 14 (Prattika Tajba fil-Laboratorju, GLP)
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:
“l-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
Kapitolu 15 (l-Ispezzjonijiet ta' Prattika Tajba fil-Manifattura tal-Prodotti Mediċinali u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Lottijiet)
It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
L-Unjoni Ewropea |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA
Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Kapitolu 3, il-Ġugarelli, u b’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza tal-Isvizzera fil-kumitati (1), il-Kummissjoni Ewropea se tikkonsulta mal-esperti Svizzeri fl-istadju ta’ tħejjija tal-abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu ppreżentati sussegwentament lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2009/48/KE.
23.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.