ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.133.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 133

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
17 ta' Mejju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Eichsfelder Feldgieker/Eichsfelder Feldkieker (IĠP)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 453/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Lakeland Herdwick (DPO)]

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ail fumé d’Arleux (IĠP)]

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 455/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ξηρά Σύκα Ταξιάρχη (Xira Syka Taxiarchi) (DPO)]

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 456/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi miżuri ta’ tranżizzjoni fir-rigward tal-kwoti tal-importazzjoni tal-ħalib skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, u l-kwoti tal-importazzjoni taċ-ċanga skont ir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 457/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013 jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008 fejn jidħlu l-kwoti tal-laħam taċ-ċanga għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013 li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013 dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/219/PESK tas-16 ta’ Mejju 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

22

 

 

2013/220/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri temporani marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru (BĊE/2013/13)

26

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 451/2013

tas-16 ta’ Mejju 2013

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fis-16 ta’ April u t-22 ta’ April 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit taħt il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista tal-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. QUINN


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

I.   L-entrata ta’ hawn taħt għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Adam Khan Achekzai (magħruf ukoll bħala (a) Maulavi Adam Khan, (b) Maulavi Adam)

Titlu: Maulavi. Data tat-twelid: (a) 1970 (b) 1972 (c) 1971 (d) 1973 (e) 1974 (f) 1975. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Indirizz:Chaman, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Informazzjoni oħra: (a) Produttur ta’ apparat esplożiv improvviżat u faċilitatur għat-Taliban. (b) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Badghis, l-Afganistan, f’nofs l-2010. (c) Ex membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċji ta’ Sar-e Pul u ta’ Samangan, l-Afghanistan. (d) Bħala kmandant militari tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Kandahar, l-Afghanistan, kien involut fl-organizzazzjoni ta’ attakki suwiċida fi provinċji ġirien. (e) Assoċjat ma’ Abdul Samad Achekzai.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 16.4.2013.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Adam Khan Achekzai ġie elenkat fis-16 ta’ April 2013 skont il-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2082 (2012) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal” u “xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’" dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet nominati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Adam Khan Achekzai huwa manufattur ta’ apparat esplożiv improvviżat (IED) u faċilitatur għat-Taliban. Mill-2012, Adam bena IEDs u kien ħarreġ madwar 150 persuna li tagħmel IEDs f’appoġġ tat-Taliban. Minn tard fl-2010, Adam kien mexxej militari Taliban li kien responsabbli mill-produzzjoni ta’ IEDs u ġkieket esplożivi. Adam kien viċi tal-faċilitatur tat-Taliban għall-IED Abdul Samad Achekzai u, bħala viċi ta’ Samad, ikkoordina attivitajiet ta’ akkwist għan-netwerk.

Minbarra l-dmirijiet tiegħu ta’ faċilitazzjoni ta’ IEDs, Adam kellu rwoli oħrajn bħala mexxej tat-Taliban. Tard fl-2010, Adam ġie nominat Kap tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Badghis, l-Afganistan. Adam huwa wkoll l-ex-kap tat-Taliban għall-Provinċji ta’ Sar-e Pul u ta’ Samangan, l-Afghanistan. Bħala kmandant militari tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Qandahar, l-Afghanistan, Adam kien involut fl-organizzazzjoni ta’ attakki suwiċida fi provinċji ġirien.

II.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta’ hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor (b) Wali Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Zurmat, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta’ Garda Saray, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f’Miram Shah minn Mejju 2007, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Logar, minn tard fl-2012, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai).

Data tal-indikazzjoni min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Latif Mansur kien membru tal-‘Kunsill Miram Shah’ tat-Taliban f’Mejju 2007. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban min-nofs l-2009. F’Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.

2.

Mohammad Naim Barich Khudaidad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran (o) Mawlawi Gul Mohammad)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru taħt Avjazzjoni Ċivili tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Lakhi, Żona ta’ Hazarjuft, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Laki, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Lakari, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (d) Darvishan, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (e) Raħal ta’ De Luy Wiyalah, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban minn Marzu 2010. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù Barich.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-‘Kunsill Gerdi Jangal’ Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta’ Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

3.

Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad)

Titlu: Qari. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b)1.1.1969 (bħala Iadena Mohammad). Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Shakarlab, Distrett ta’ Yaftali Pain, Provinċja ta’ Badakhshan, l-Afganistan, (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta’ Takhar u Badakhshan; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 25.1.2001.

4.

Abdul Jabbar Omari. (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Jabar (b) Muawin Jabbar)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Baghlan (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Zabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hottak.

Data tal-indikazzjoni min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Jabbar Omari, minn Ġunju 2008, ħadem bħala viċi għal Amir Khan Haqqani u bħala kmandant ta’ grupp armat fid-distrett ta’ Siuri fil-provinċja ta’ Zabul. F’Ġunju 2008, bil-ħsieb li ssaħħaħ l-attività tagħhom fiż-żona, it-tmexxija Talibana ħatritu shadow governor għall-provinċja ta’ Zabul.

5.

Mohammad Shafiq Ahmadi Fatih Khan (magħruf ukoll bħala Mohammad Shafiq Ahmadi)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Charmistan, Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Uruzgan lejn tmiem l-2012. (b) Jappartjeni għat-tribù Hottak.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 23.2.2001.

6.

Shahabuddin Delawar

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1953. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport Afgan OA296623. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap tal-Ambaxxata tat-Taliban f’Riyadh, l-Arabja Sawdija sal-25 ta’ Settembru 1998. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU:23.2.2001.

7.

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Siraj Haqqani, (b) Serajuddin Haqani, (c) Siraj Haqani, (d) Saraj Haqani, (e) Khalifa)

Raġuni għall-elenkar: Na’ib Amir (Viċi Kmandant). Indirizz: (a)Inħawi ta’ Kela/inħawi ta’ Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan; (b)Manba’ul uloom Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (c)Dergey Manday Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977/1978. Post tat-twelid: (a) Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (b) Raħal ta’ Srana, Distrett ta’ Garda Saray, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (c) Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan, (d) Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kap tan-Netwerk ta’ Haqqani lejn tmiem l-2012. (b) Iben Jallaloudine Haqani. (c) Jappartjeni għat-taqsima tas-Sultan Khel, it-tribù Zardan ta’ Garda Saray tal-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU:13.9.2007.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar prominenti, influwenti, karismatiċi u b’esperjenza fin-netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ ġellieda b’assoċjazzjoni mill-qrib kemm mat-Taliban kif ukoll ma’ Al-Qaida, u kien wieħed mill-kmandanti prinċipali tal-operazzjonijiet tan-netwerk mill-2004.

Ħafna mis-setgħa u l-awtorità ta’ Sirajuddin Haqqani ġejja minn missieru, Jalaluddin Haqqani, ex-Ministru tar-reġim tat-Taliban, li kien kmandant militari tat-Taliban u intermedjarju għal Al-Qaida u t-Taliban fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Matul il-kariga tiegħu bħala Ministru tar-reġim tat-Taliban, Jalaluddin Haqqani stabbilixxa rabtiet ferm mill-qrib ma’ Al-Qaida.

Sirajuddin Haqqani għandu assoċjazzjonijiet qawwija mat-Taliban, li jipprovdulu finanzjament għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa jirċievi wkoll finanzjament minn diversi gruppi u individwi oħra, inklużi barunijiet tad-droga. Huwa intermedjarju ċentrali għall-operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan u attivitajiet ta’ appoġġ fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Ir-rabtiet tiegħu mat-Taliban saru pubbliċi f’Mejju 2006 minn Mullah Dadullah, f’dak iż-żmien wieħed mill-ogħla kmandanti militari tat-Taliban, li ddikjara li ħadem ma’ Sirajuddin Haqqani u ppjana operazzjonijiet miegħu. Huwa għandu wkoll rabtiet ma’ Jaish-i-Mohammed.

Sirajuddin Haqqani huwa attivament involut fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta’ attakki mmirati konta l-Forzi Internazzjonali ta’ Assistenza għas-Sigurtà (ISAF), uffiċjali u pajżana Afgani, prinċipalment fir-reġjuni tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afganistan. Huwa jirrekluta wkoll u jibgħat regolarment ġellieda fil-Provinċji ta’ Khost, Paktia u Paktika fl-Afganistan.

Sirajuddin Haqqani kien involut fl-attakk suwiċida bil-bombi kontra xarabank tal-Akkademja tal-Pulizija f’Kabul fit-18 ta’ Ġunju 2007 fejn inqatlu 35 uffiċjal tal-pulizija.

8.

Abdul Aziz Abbasin (magħruf ukoll bħala: Abdul Aziz Mahsud)

Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Ir-Raħal ta’ Sheykhan Village, iż-Żona Pirkowti, Distrett ta’ Orgun, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni fin-Netwerk Haqqani taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. (b) Shadow Governor tat-Taliban għad-Distrett ta’ Orgun, Provinċja ta’ Paktika mill-bidu tal-2010. (c) Opera kamp ta’ taħriġ għal ġellieda mhux Afgani fil-Provinċja ta’ Paktika. (d) Kien involut fit-trasport ta’ armi lejn l-Afganistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 4.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Aziz Abbasin huwa kmandant ewlieni fin-Netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera mil-Lvant tal-Afganistan u l-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Sa minn kmieni fl-2010, Abbasin irċieva ordnijiet minn Sirajuddin Haqqani u nħatar minnu biex iservi bħala shadow governor tat-Taliban tad-Distrett Orgun, Provinċja ta’ Paktika, fl-Afganistan. Abbasin huwa kmandant ta’ grupp ta’ ġellieda Talibani u għen fit-tmexxija ta’ kamp ta’ taħriġ għall-ġellieda barranin ibbażati fProvinċja ta’ Paktika. Abbasin kien involut ukoll fl-attakk b’imbuskata ta’ vetturi li jfornu l-forzi tal-gvern Afgan u fit-trasport ta’ armi lejn l-Afganistan.

9.

Mohammed Qasim Mir Wali Khudai Rahim (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Qasim, (b) Abdul Salam)

Titlu: Haji. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1976. Post tat-twelid: (a) Villaġġ ta’ Minar, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan, (b) Villaġġ ta’ Darweshan, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand. Nazzjonalità: Afgana. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta tal-identità nazzjonali Afgana (tazkira) numru 57388 maħruġa fid-Distrett ta’ Lashkar Gah, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan (b) Numru tal-karta residenzjali 665, Ayno Maina, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Indirizz: (a)Wesh, Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan, (b)Safaar Bazaar, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan(c)Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta’ Kandahar, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Proprjetarju ta’ Rahat Ltd. (b) Involut fil-forniment tal-armi għat-Taliban, inkluż apparat esplożiv improvviżat (IED). (c) Arrestat fl-2012 u taħt kustodja fl-Afganistan minn Jannar 2013. (d) Assoċjat ma’ Rahat Ltd.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 21.11.2012.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 452/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Eichsfelder Feldgieker/Eichsfelder Feldkieker (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex tiddaħħal fir-reġistru d-denominazzjoni “Eichsfelder Feldgieker”/“Eichsfelder Feldkieker”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 188, 28.6.2012, p. 6.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

IL-ĠERMANJA

Eichsfelder Feldgieker/Eichsfelder Feldkieker (IĠP)


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 453/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Lakeland Herdwick (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lakeland Herdwick” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 162, 8.6.2012, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

IR-RENJU UNIT

Lakeland Herdwick (DPO)


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 454/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ail fumé d’Arleux (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Ail fumé d’Arleux” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Peress li ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 212, 19.7.2012, p. 6.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Ail fumé d’Arleux (IĠP)


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 455/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ξηρά Σύκα Ταξιάρχη (Xira Syka Taxiarchi) (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Greċja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Ξηρά Σύκα Ταξιάρχη” (Xira Syka Taxiarchi) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 155, 1.6.2012, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-GREĊJA

Ξηρά Σύκα Ταξιάρχη (Xira Syka Taxiarchi) (DPO)


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 456/2013

tas-16 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi miżuri ta’ tranżizzjoni fir-rigward tal-kwoti tal-importazzjoni tal-ħalib skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, u l-kwoti tal-importazzjoni taċ-ċanga skont ir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju 2013, hemm bżonn jiġu stipulati miżuri ta’ tranżizzjoni għal ċerti kwoti tal-importazzjoni fis-setturi tal-ħalib u tal-laħam taċ-ċanga, ħalli l-importaturi mill-Kroazja jkun jista’ jkollhom sehem f’dawn il-kwoti.

(2)

It-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (1), tipprevedi li l-applikanti għal-liċenzji tal-importazzjoni jridu japprovawhom bil-quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti. Sabiex mill-1 ta’ Jannar 2014 ikun żgurat l-aċċess tal-operaturi mill-Kroazja, il-kwoti tal-importazzjoni skont il-Kapitolu I tat-Titolu 2 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, dawk l-operaturi għandhom jitħallew iressqu talba u l-evidenza meħtieġa għall-approvazzjoni biss qabel l-1 ta’ Ottubru 2013 minflok qabel l-1 ta’ April 2013. L-awtoritajiet tal-Kroazja għandhom jgħarrfu lill-applikanti bir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni qabel l-1 ta’ Novembru 2013, minflok qabel l-1 ta’ Mejju 2013, u jibagħtu l-listi rilevanti tal-importaturi approvati lill-Kummissjoni qabel il-15 ta’ Novembru 2013, minflok qabel l-20 ta’ Mejju 2013.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (2), fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 63 703 tunnellata ekwivalenti ta’ laħam bl-għadam taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar fl-Unjoni għal perjodu li jibda kull sena mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 412/2008, l-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni jridu juru li huma approvati bħala stabbilimenti tal-ipproċessar skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u li kienu attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti pproċessati li fihom iċ-ċanga matul kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (4). Dwar l-ewwel kundizzjoni, sabiex ikunu jistgħu jimportaw fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni mill-Kroazja għandhom juru li huma approvati bħala stabbilimenti tal-ipproċessar għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (5). Dwar ir-rekwiżit li trid tipprova l-ħidma tal-passat għall-finijiet tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 412/2008, il-produzzjoni ta’ prodotti pproċessati li fihom iċ-ċanga fil-Kroazja fl-2011 u fl-2012, skont il-leġiżlazzjoni Kroata, għandha tkopri dan ir-rekwiżit.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (6), fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 53 000 tunnellata ta’ ċanga ffriżata għal perjodu li jibda kull sena mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Dwar il-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014, għandu jiġi speċifikat li l-evidenza li jridu jagħtu l-operaturi mill-Kroazja għall-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni ma għandhiex tkun relatata mal-importazzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Miżuri ta’ tranżizzjoni li jikkonċernaw ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

1.   B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għall-importazzjoni fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar u sat-30 ta’ Ġunju 2014 skont il-kwoti msemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu 2 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu 2 ta’ dak ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata lill-applikanti li, qabel l-1 ta’ Ottubru 2013 ikunu ressqu talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja fejn huma stabbiliti u fejn huma rreġistrati għall-finijiet tal-VAT, flimkien mal-evidenza li kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012 huma importaw fil-Kroazja jew esportaw mill-Kroazja mill-anqas 25 tunnellata ta’ prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Magħquda.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ipproċessar attiv u passiv tat-tranżazzjonijiet ma għandux jitqies bħala importazzjonijiet u esportazzjonijiet.

3.   B’deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-awtorità kompetenti, qabel l-1 ta’ Novembru 2013, għandha tgħarraf lill-applikanti bir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni u n-numru tal-approvazzjoni tagħhom fejn applikabbli. L-approvazzjoni għandha tkun valida sat-30 ta’ Ġunju 2014.

4.   B’deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-awtorità kompetenti tal-Kroazja, qabel il-15 ta’ Novembru 2013, għandha tibgħat il-listi tagħha tal-importaturi approvati skont il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, lill-Kummissjoni, u din għandha tibgħathom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

Dawk l-importaturi biss li jitniżżlu fil-lista għandhom ikunu awtorizzati biex japplikaw għal-liċenzji mill-20 sat-30 ta’ Novembru 2013, għall-importazzjonijiet fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2014, skont l-Artikoli 11 sa 14 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

Artikolu 2

Miżuri ta’ tranżizzjoni li jikkonċernaw ir-Regolament (KE) Nru 412/2008

B’deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 412/2008, fejn jidħol il-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni mill-Kroazja għandhom juru li huma approvati bħala stabbilimenti tal-ipproċessar biex jesportaw lejn l-Unjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja li ilhom attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti pproċessati li jkun fihom iċ-ċanga, skont il-leġiżlazzjoni Kroata, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 3

Miżuri ta’ tranżizzjoni li jikkonċernaw ir-Regolament (KE) Nru 431/2008

B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 431/2008, għall-perjodu ta’ kwota li jibda fl-1 ta’ Lulju 2013, l-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni mill-Kroazja għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja li huma importaw kwantità taċ-ċanga li taqa’ taħt il-kodiċijiet NM 0201, 0202, 0206 10 95 jew 0206 29 91, jew ġiet importata f’isimhom skont id-dispożizzjonijiet doganali Kroati rilevanti fil-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2012 sat-30 ta’ April 2013, ħlief importazzjonijiet mill-Istati Membri. Din il-kwantità għandha tkun il-kwantità ta’ referenza.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u soġġett għalih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(2)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 7.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(6)  ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 457/2013

tas-16 ta’ Mejju 2013

jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008 fejn jidħlu l-kwoti tal-laħam taċ-ċanga għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (2) fetaħ kwota tariffarja annwali ta’ 63 703 tunnellati ekwivalenti għal-laħam bl-għadam, ta’ ċanga ffriżata maħsuba għall-ipproċessar fl-Unjoni, għal perjodu kull sena li jibda fl-1 ta’ Lulju u jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, u li jinqasam f’erba’ sottoperjodi. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għal dan il-perjodu ta’ kwota tariffarja jistgħu jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull sottoperjodu. Iżda l-volum annwali totali huwa disponibbli mill-ewwel sottoperjodu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 53 000 tunnellata ċanga ffriżata għal perjodu kull sena li jibda fl-1 ta’ Lulju u jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għal dan il-perjodu ta’ kwota tariffarja jistgħu jitressqu fl-1 ta’ Ġunju ta’ qabel jibda l-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.

(3)

Billi se ssir l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju 2013, jixraq li l-importaturi mill-Kroazja jitħallew jieħdu sehem f’dawn il-kwoti tal-importazzjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li jkunu previsti derogi mir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008 rigward il-perjodi taż-żmien għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. Madankollu, dawn id-derogi ma għandux ikollhom impatt negattiv, la fuq l-operaturi tal-Istati Membri u lanqas fuq l-effiċjenza li biha jiġu amministrati l-kwoti.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 412/2008

B’deroga mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 412/2008, l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni marbutin mas-sottoperjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Settembru 2013, għandhom jitressqu bejn l-1 u l-5 ta’ Lulju 2013, u f’kull każ, mhux aktar tard mis-13.00, fil-ħin ta’ Brussell fil-5 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 431/2008

1.   B’deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 431/2008, l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja li jibda fl-1 ta’ Lulju 2013, għandhom jitressqu bejn l-24 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju, u f’kull każ, mhux aktar tard mis-13.00, fil-ħin ta’ Brussell fil-5 ta’ Lulju 2013.

2.   B’deroga mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 431/2008, għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni li tibda fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali li jkunu koperti mill-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, mhux aktar tard mis-13.00, fil-ħin ta’ Brussell fit-12 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 7.

(3)  ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 458/2013

tas-16 ta’ Mejju 2013

li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 121(d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 (2) jistabbilixxi t-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd Il-kliem tad-definizzjoni ta’ “lott” fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi ċċarat sabiex ma jagħtix lok għal interpretazzjonijiet diverġenti u b’hekk għal prattiki differenti fl-Istati Membri.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 589/2008 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 l-punt (i) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(i)

“lott” tfisser il-bajd f’pakketti jew farrad mill-istess sit wieħed ta’ produzzjoni jew ċentru tal-ippakkjar, li jinsab f’post wieħed, bl-istess data waħda ta’ meta tbied jew id-data minima ta’ kemm iservi prodott tal-ikel jew id-data tal-ippakkjar, l-istess metodu ta’ trobbija u, fil-każ tal-bajd ikklassifikat, l-istess klassifika tal-kwalità u tal-piż;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2013

tas-16 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

48,5

TN

95,6

TR

81,4

ZZ

75,2

0707 00 05

AL

36,9

MK

29,8

TR

132,0

ZZ

66,2

0709 93 10

TR

135,2

ZZ

135,2

0805 10 20

EG

54,7

IL

62,9

MA

71,8

TR

59,9

ZZ

62,3

0805 50 10

AR

113,5

TR

116,2

ZA

94,6

ZZ

108,1

0808 10 80

AR

129,7

BR

91,6

CL

115,2

CN

71,7

MK

55,3

NZ

153,6

US

187,5

ZA

117,2

ZZ

115,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 460/2013

tas-16 ta’ Mejju 2013

dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2013 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013, fid-dawl tal-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għas-sejħa parzjali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kull kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3)

Abbażi tal-offerti li jkunu waslu għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1701 14 10 u 1701 99 10.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013, li fil-15 ta’ Mejju 2013 skadielha l-limitu taż-żmien biex jitressqu l-offerti, ġie ffissat dazju doganali minimu kif inhu stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 1701 14 10 u 1701 99 10.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2013, p. 7.


ANNESS

Dazji doganali minimi

(EUR/tunnellata)

Kodiċi NM bi tmien ċifri

Dazji doganali minimi

1

2

1701 14 10

141,00

1701 99 10

161,00

(—)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(X)

l-ebda offerta


DEĊIŻJONIJIET

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/219/PESK

tas-16 ta’ Mejju 2013

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fis-16 ta' April u t-22 ta' April 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit taħt il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista tal-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. QUINN


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

I.   L-entrata ta' hawn taħt għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Adam Khan Achekzai (magħruf ukoll bħala (a) Maulavi Adam Khan, (b) Maulavi Adam)

Titlu: Maulavi. Data tat-twelid: (a) 1970 (b) 1972 (c) 1971 (d) 1973 (e) 1974 (f) 1975. Post tat-twelid: Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Indirizz:Chaman, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Informazzjoni oħra: (a) Produttur ta' apparat esplożiv improvviżat u faċilitatur għat-Taliban. (b) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Badghis, l-Afganistan, f’nofs l-2010. (c) Ex membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċji ta' Sar-e Pul u ta' Samangan, l-Afghanistan. (d) Bħala kmandant militari tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Kandahar, l-Afghanistan, kien involut fl-organizzazzjoni ta' attakki suwiċida fi provinċji ġirien. (e) Assoċjat ma' Abdul Samad Achekzai.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 16.4.2013.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Adam Khan Achekzai ġie elenkat fis-16 ta' April 2013 skont il-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2082 (2012) minħabba "parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal" u "xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta'" dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet nominati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Adam Khan Achekzai huwa manufattur ta' apparat esplożiv improvviżat (IED) u faċilitatur għat-Taliban. Mill-2012, Adam bena IEDs u kien ħarreġ madwar 150 persuna li tagħmel IEDs f'appoġġ tat-Taliban. Minn tard fl-2010, Adam kien mexxej militari Taliban li kien responsabbli mill-produzzjoni ta' IEDs u ġkieket esplożivi. Adam kien viċi tal-faċilitatur tat-Taliban għall-IED Abdul Samad Achekzai u, bħala viċi ta' Samad, ikkoordina attivitajiet ta' akkwist għan-netwerk.

Minbarra l-dmirijiet tiegħu ta' faċilitazzjoni ta' IEDs, Adam kellu rwoli oħrajn bħala mexxej tat-Taliban. Tard fl-2010, Adam ġie nominat Kap tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Badghis, l-Afganistan. Adam huwa wkoll l-ex-kap tat-Taliban għall-Provinċji ta' Sar-e Pul u ta' Samangan, l-Afghanistan. Bħala kmandant militari tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Qandahar, l-Afghanistan, Adam kien involut fl-organizzazzjoni ta' attakki suwiċida fi provinċji ġirien.

II.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor (b) Wali Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Miram Shah minn Mejju 2007, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Logar, minn tard fl-2012, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai).

Data tal-indikazzjoni min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Latif Mansur kien membru tal-‘Kunsill Miram Shah’ tat-Taliban f'Mejju 2007. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban min-nofs l-2009. F'Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.

2.

Mohammad Naim Barich Khudaidad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran (o) Mawlawi Gul Mohammad)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru taħt Avjazzjoni Ċivili tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Lakhi, Żona ta’ Hazarjuft, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Laki, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Lakari, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (d) Darvishan, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (e) Raħal ta’ De Luy Wiyalah, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban minn Marzu 2010. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù Barich.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-‘Kunsill Gerdi Jangal’ Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta' Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

3.

Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad)

Titlu: Qari. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b)01.01.1969 (bħala Iadena Mohammad). Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Shakarlab, Distrett ta’ Yaftali Pain, Provinċja ta’ Badakhshan, l-Afganistan, (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta’ Takhar u Badakhshan; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 25.1.2001.

4.

Abdul Jabbar Omari. (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Jabar (b) Muawin Jabbar)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Baghlan (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hottak.

Data tal-indikazzjoni min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Jabbar Omari, minn Ġunju 2008, ħadem bħala viċi għal Amir Khan Haqqani u bħala kmandant ta' grupp armat fid-distrett ta' Siuri fil-provinċja ta' Zabul. F'Ġunju 2008, bil-ħsieb li ssaħħaħ l-attività tagħhom fiż-żona, it-tmexxija Talibana ħatritu shadow governor għall-provinċja ta' Zabul.

5.

Mohammad Shafiq Ahmadi Fatih Khan (magħruf ukoll bħala Mohammad Shafiq Ahmadi)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Charmistan, Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Uruzgan lejn tmiem l-2012. (b) Jappartjeni għat-tribù Hottak.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 23.2.2001.

6.

Shahabuddin Delawar

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1953. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport Afgan OA296623. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap tal-Ambaxxata tat-Taliban f'Riyadh, l-Arabja Sawdija sal-25 ta' Settembru 1998. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU:23.2.2001.

7.

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Siraj Haqqani, (b) Serajuddin Haqani, (c) Siraj Haqani, (d) Saraj Haqani, (e) Khalifa)

Raġuni għall-elenkar: Na’ib Amir (Viċi Kmandant). Indirizz: (a)Inħawi ta' Kela/inħawi ta' Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan; (b)Manba’ul uloom Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (c)Dergey Manday Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977/1978. Post tat-twelid: (a) Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (b) Raħal ta' Srana, Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (c) Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Khost, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kap tan-Netwerk ta' Haqqani lejn tmiem l-2012. (b) Iben Jallaloudine Haqani. (c) Jappartjeni għat-taqsima tas-Sultan Khel, it-tribù Zardan ta' Garda Saray tal-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU:13.9.2007.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar prominenti, influwenti, karismatiċi u b'esperjenza fin-netwerk ta' Haqqani, grupp ta' ġellieda b'assoċjazzjoni mill-qrib kemm mat-Taliban kif ukoll ma' Al-Qaida, u kien wieħed mill-kmandanti prinċipali tal-operazzjonijiet tan-netwerk mill-2004.

Ħafna mis-setgħa u l-awtorità ta' Sirajuddin Haqqani ġejja minn missieru, Jalaluddin Haqqani, ex-Ministru tar-reġim tat-Taliban, li kien kmandant militari tat-Taliban u intermedjarju għal Al-Qaida u t-Taliban fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Matul il-kariga tiegħu bħala Ministru tar-reġim tat-Taliban, Jalaluddin Haqqani stabbilixxa rabtiet ferm mill-qrib ma' Al-Qaida.

Sirajuddin Haqqani għandu assoċjazzjonijiet qawwija mat-Taliban, li jipprovdulu finanzjament għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa jirċievi wkoll finanzjament minn diversi gruppi u individwi oħra, inklużi barunijiet tad-droga. Huwa intermedjarju ċentrali għall-operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan u attivitajiet ta' appoġġ fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Ir-rabtiet tiegħu mat-Taliban saru pubbliċi f'Mejju 2006 minn Mullah Dadullah, f'dak iż-żmien wieħed mill-ogħla kmandanti militari tat-Taliban, li ddikjara li ħadem ma' Sirajuddin Haqqani u ppjana operazzjonijiet miegħu. Huwa għandu wkoll rabtiet ma' Jaish-i-Mohammed.

Sirajuddin Haqqani huwa attivament involut fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta' attakki mmirati konta l-Forzi Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF), uffiċjali u pajżana Afgani, prinċipalment fir-reġjuni tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afganistan. Huwa jirrekluta wkoll u jibgħat regolarment ġellieda fil-Provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika fl-Afganistan.

Sirajuddin Haqqani kien involut fl-attakk suwiċida bil-bombi kontra xarabank tal-Akkademja tal-Pulizija f'Kabul fit-18 ta' Ġunju 2007 fejn inqatlu 35 uffiċjal tal-pulizija.

8.

Abdul Aziz Abbasin (magħruf ukoll bħala: Abdul Aziz Mahsud)

Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Ir-Raħal ta' Sheykhan Village, iż-Żona Pirkowti, Distrett ta' Orgun, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni fin-Netwerk Haqqani taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. (b) Shadow Governor tat-Taliban għad-Distrett ta' Orgun, Provinċja ta' Paktika mill-bidu tal-2010. (c) Opera kamp ta' taħriġ għal ġellieda mhux Afgani fil-Provinċja ta' Paktika. (d) Kien involut fit-trasport ta' armi lejn l-Afganistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Aziz Abbasin huwa kmandant ewlieni fin-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mil-Lvant tal-Afganistan u l-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Sa minn kmieni fl-2010, Abbasin irċieva ordnijiet minn Sirajuddin Haqqani u nħatar minnu biex iservi bħala shadow governor tat-Taliban tad-Distrett Orgun, Provinċja ta' Paktika, fl-Afganistan. Abbasin huwa kmandant ta' grupp ta' ġellieda Talibani u għen fit-tmexxija ta' kamp ta' taħriġ għall-ġellieda barranin ibbażati fProvinċja ta' Paktika. Abbasin kien involut ukoll fl-attakk b'imbuskata ta' vetturi li jfornu l-forzi tal-gvern Afgan u fit-trasport ta' armi lejn l-Afganistan.

9.

Mohammed Qasim Mir Wali Khudai Rahim (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Qasim, (b) Abdul Salam)

Titlu: Haji. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1976. Post tat-twelid: (a) Villaġġ ta’ Minar, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan, (b) Villaġġ ta’ Darweshan, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand. Nazzjonalità: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta tal-identità nazzjonali Afgana (tazkira) numru 57388 maħruġa fid-Distrett ta’ Lashkar Gah, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan (b) Numru tal-karta residenzjali 665, Ayno Maina, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Indirizz: (a)Wesh, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b)Safaar Bazaar, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(c)Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Proprjetarju ta’ Rahat Ltd. (b) Involut fil-forniment tal-armi għat-Taliban, inkluż apparat esplożiv improvviżat (IED). (c) Arrestat fl-2012 u taħt kustodja fl-Afganistan minn Jannar 2013. (d) Assoċjat ma' Rahat Ltd.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 21.11.2012.


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/26


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta’ Mejju 2013

dwar miżuri temporani marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru

(BĊE/2013/13)

(2013/220/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikol 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1, 6.3.2 u 6.4.2 tal-Anness I tagħha,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2013/4 tal-20 ta’ Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) u l-Artikoli 5 u 7 tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊNi) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kriterji standard li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stipulati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(2)

Bis-saħħa ta’ Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema. Bis-saħħa tat-Taqsima 6.3.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew garanti jissodisfa r-rekwiżiti tagħha għal standards għoljin fuq il-bażi ta’ kull informazzjoni li hija tista’ tqis relevanti.

(3)

Strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru preżentement ma jissodisfawx ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal limiti minimi ta’ kwalità tal-kreditu applikabbli għal strumenti ta’ dejn negozjabbli, kif stabbilit f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(4)

Il-Kunsill Governattiv ikkunsidra l-Memorandum ta’ Ftehim konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Kummissjoni Ewropea u approvat mill-Istati Membri, li jirrifletti l-programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju għal Ċipru.

(5)

Il-Kunsill Governattiv iqis dan il-programm bħala xieraq, sabiex l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru jkollhom standard ta’ kwalità suffiċjenti biex jiġġustifika l-eliġibbiltà tagħhom bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament minn kull valutazzjoni ta’ kreditu esterna.

(6)

Il-Kunsill Governattiv għalhekk iddeċieda illi jrodd l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ telf impost speċifiku lil strumenti bħal dawn illi huwa differenti minn dak stipulat fit-Taqsima 6.4.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(7)

Skont l-Artikolu 7 tal-Linja Gwida BĊE/2013/4, il-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema ma japplikax għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvernijiet ċentrali ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix illi l-Istat Membru rispettiv ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-appoġġ finanzjarju u/jew tal-programm makroekonomiku. Madankollu, skont l-Artikolu 1(3) tal-istess Linja Gwida, għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Portugiża biss huma meqjusa bħala Stati Membri taż-żona tal-euro konformi ma’ programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali. Għaldaqstant, hija meħtieġa deċiżjoni addizzjonali tal-Kunsill Governattiv sabiex jiġi rrinunzjat il-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru.

(8)

Din il-miżura eċċezzjonali ser tapplika b’mod temporanju sakemm il-Kunsill Governattiv iqis illi tista’ terġa’ tiddaħħal l-applikazzjoni normali tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Eurosistema u l-qafas għall-kontroll tar-riskju għal operazzjonijiet tal-politika monetarja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sospensjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 u l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru

1.   Ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għall-kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal ċerti assi negozjabbli fit-Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom jiġu sospiżi għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru. Għalhekk, għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7 tal-Linja Gwida BĊE/2013/4, ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha titqies bħala Stat Membru taż-żona tal-euro konformi ma’ programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

2.   Strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru huma suġġetti għall-applikazzjoni tat-telf impost speċifiku stipulat fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   F’każ ta’ xi diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni, il-Linja Gwida BĊE/2011/14 u l-Linja Gwida BĊE/2013/4, f’kull każ kif implimentata f’livell nazzjoanli mill-BĊNi, din id-Deċiżjoni għandha tipprevali.

Artikolu 2

Dhul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Mejju 2013.

Magħmul fi Bratislava, it-2 ta’ Mejju 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 5.4.2013, p. 23.


ANNESS

Skeda ta’ telf impost applikabbli għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-repubblika ta’ Ċipru

Bonds tal-Gvern

Maturity bucket

Telf impost għal kupuni fissi u floaters

Telf impost għal kupun żero

0-1

14,5

14,5

1-3

27,5

29,5

3-5

37,5

40,0

5-7

41,0

45,0

7-10

47,5

52,5

> 10

57,0

71,0

Bonds ta’ bank iggarantiti mill-gvern u bonds ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji ggarantiti mill-gvern

Maturity bucket

Telf impost għal kupuni fissi u floaters

Telf impost għal kupun żero

0-1

23,0

23,0

1-3

37,0

39,0

3-5

47,5

50,5

5-7

51,5

55,5

7-10

58,0

63,0

> 10

68,0

81,5


17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.