ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.118.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 118

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
30 ta' April 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/206/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

1

 

 

2013/207/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2013 tad-29 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 rigward is-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2013 tad-29 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1120/2009 u (KE) Nru 1122/2009 fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-obbligi ta’ notifika dwar varjetajiet ta’ qanneb għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2013 tad-29 ta’ April 2013 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza monepantel ( 1 )

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 395/2013 tad-29 ta’ April 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/208/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi

21

 

 

2013/209/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2013 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2012 (notifikata bid-dokument C(2013) 2444)

23

 

 

2013/210/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2013 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2012 (notifikata bid-dokument C(2013) 2454)

30

 

 

2013/211/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/10)

37

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2013/212/UE

 

*

Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/11)

43

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Rakkomandazzjoni Nru 93/13/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-21 ta’ Frar 2013 dwar pjan ta' kontroll ikkoordinat bil-ħsieb li jistabbilixxi l-prevalenza tal-prattiki frawdolenti fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu ikel

44

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ April 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

(2013/206/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness XXI tiegħu.

(3)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward l-Istatistika.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2012 tal-22 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti tad-dejta u d-definizzjonijiet (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE, b’ċerti adattamenti għan-Norveġja, l-Islanda u l-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 166, 27.6.2012, p. 22.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2013

ta’ …

li temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2012 tal-22 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti tad-dejta u d-definizzjonijiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Punt 19s (ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej huwa miżjud:

‘—

32012 R 0555: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2012 tat-22 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 166, 27.6.2012, p. 22).’

2.

It-test tal-adattament huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(a)

Il-punti 1 u 2 tat-Tabella 1 tal-Anness I ma japplikawx għan-Norveġja.

(b)

It-Tabella 1 tal-Anness I ma tapplikax għall-Islanda qabel Mejju 2017.

(c)

Dan ir-Regolament ma japplikax għal-Liechtenstein.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 555/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ f’…, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 166, 27.6.2012, p. 22.

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ April 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

(2013/207/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 46 u 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Protokoll 31 tiegħu.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-linji baġitarji 04 01 04 08 u 04 03 05 għas-sena finanzjarja 2013.

(5)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2013

ta’

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li dik il-kooperazzjoni estiża isseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafi 5 u 12 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif ġej:

Il-kliem “sena 2012” huma sostitwiti bi “snin 2012 u 2013”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


REGOLAMENTI

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 392/2013

tad-29 ta’ April 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 rigward is-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(c) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-operaturi li jipproduċu, iħejju, jaħżnu, jqiegħdu fis-suq, jimpurtaw jew jesportaw prodotti bi proċess ta’ produzzjoni f’konformità mar-regoli ta’ produzzjoni stipulati f’dak ir-Regolament għandhom jissottomettu l-impriża tagħhom għas-sistema ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dik is-sistema ta’ kontroll huma stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (2)

(2)

Taħt dik is-sistema ta’ kontroll l-operaturi jridu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-impriża tagħhom; jinkludu informazzjoni dwar il-korp ta’ kontroll relevanti, u jiffirmaw dikjarazzjoni li qegħdin joperaw skont ir-regoli organiċi, inkluż l-aċċettazzjoni ta’ infurzar ta’ miżuri f’każ ta’ ksur u irregolaritajiet.

(3)

L-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jipprovdi għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur li jaffettwaw l-istatus organiku ta’ prodott. Biex isaħħu l-effiċjenza, l-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll tagħhom dwar każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur li jaffettwa l-istatus organiku tal-prodott tagħhom inkluż prodotti organiċi li jirċievu mingħand operaturi oħra.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll u fl-interess tas-settur organiku, huwa xieraq li jiġi stabbilit għadd minimu ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll kull sena abbażi tal-valutazzjoni ġenerali tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika. Fejn l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll ikollhom suspetti li qed jintużaw prodotti mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika, għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni tal-prodotti kkonċernati. F’tali każijiet ma għandu japplika l-ebda għadd minimu ta’ kampjuni. Il-kampjuni jistgħu jittieħdu wkoll u jiġu analizzati mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll fi kwalunkwe każ ieħor għas-sejbien tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti organiċi tal-Unjoni.

(5)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll u fl-interess tas-settur organiku, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għat-trasmissjoni tal-informazzjoni relevanti f’każijiet fejn l-operatur jew is-subkuntratturi ta’ dak l-operatur jiġu ċċekkjati minn awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll differenti jew fejn l-operaturi jew is-subkuntratturi tagħhom jibdlu l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tagħhom. L-iskambju adegwat ta’ informazzjoni u t-trasmissjoni tal-fajls ta’ kontroll ta’ dawk l-operaturi għandu jkun possibbli għall-ġestjoni tas-sistema ta’ kontroll, filwaqt li jiġu osservati r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta personali kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) L-operaturi għandhom jaċċettaw it-trasmissjoni u l-iskambju tad-dejta tagħhom u l-informazzjoni kollha relatata mal-attivitajiet tagħhom taħt is-sistema ta’ kontroll.

(6)

Sabiex tiġi żguarata l-applikazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll u biex jiġu evitati l-ambigwitajiet, għandha tiġi inkluża definizzjoni tat-terminu “fajl ta’ kontroll” fir-Regolament (KE) Nru 889/2008.

(7)

Iċ-ċertifikazzjoni elettronika hija msemmija fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-għamla tal-evidenza dokumentata. Huwa xieraq li jiġi kkjarifikat li fil-każ taċ-ċertifikazzjoni elettronika, il-firma tal-evidenza dokumentata mhix meħtieġa jekk minflok tintwera l-awtentiċità tal-evidenza dokumentata permezz ta’ metodu elettroniku mhux falsifikabbli.

(8)

L-esperjenza turi li tinħtieġ kjarifika fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri f’każijiet fejn Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur fir-rigward tal-konformità tal-prodotti impurtati skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (4)

(9)

Barra minn hekk, huwa xieraq li tiġi kkjarifikata l-proċedura fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri f’każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur, filwaqt li titqies l-aħjar prassi stabbilita sa mill-2009.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (5), huwa importanti li jiġi ċċarat li l-Istat Membru għandu jiżgura li l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi biżżejjed informazzjoni dwar il-kontrolli mwettqa fejn il-kontrolli ma jitwettqux mill-aġenzija tal-pagamenti.

(11)

Skont l-Artikolu 44(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fir-rapport annwali tagħhom, l-Istati Membri huma meħtieġa jindikaw kwalunkwe emenda għall-pjan ta’ kontroll nazzjonali multiannwali tagħhom biex iqisu, inter alia, leġiżlazzjoni ġdida. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dejta u l-informazzjoni meħtieġa dwar is-superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-produzzjoni organika. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jemendaw il-pjan ta’ kontroll nazzjonali tagħhom sabiex ikopru dik is-superviżjoni u biex jindikaw dawk l-emendi u d-dejta organika relevanti fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. L-Istati Membri għandhom jitħallew jippreżentaw dik id-dejta organika bħala kapitlu separat fil-pjan ta’ kontroll nazzjonali u fir-rapport annwali.

(12)

Minbarra l-obbligi relatati mal-kontrolli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, it-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u r-Regolament (KE) Nru 889/2008 jistipulaw dispożizzjonijiet aktar speċifiċi fir-rigward tal-kontrolli fis-settur organiku. F’każ li l-awtorità kompetenti tiddelega l-kompiti ta’ kontroll lil korpi ta’ kontroll li huma entitajiet privati, ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistipula aktar rekwiżiti u obbligi dettaljati li kull korp ta’ kontroll irid jissodisfa.

(13)

L-esperjenza turi li jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontrolli tal-produzzjoni organika jkunu aktar dettaljati, partikolarment sabiex isaħħu s-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq il-korpi ta’ kontroll li jkunu ġew iddelegati kompiti ta’ kontroll. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fis-sistema ta’ kontroll tal-Istati Membri mwaqqfa skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 bħala rekwiżiti minimi uniformi.

(14)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom proċeduri dokumentati biex jiddelegaw il-kompiti lill-korpi ta’ kontroll u jissorveljawhom sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti regolatorji huma rrispettati.

(15)

Għandu jkun hemm titjib fl-iskambju tal-informazzjoni fir-rigward tas-superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, fost l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u r-rekwiżiti minimi uniformi għandhom jiġu adottati.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(17)

Għall-effiċjenza tal-arranġamenti ta’ kontroll, l-elementi addizzjonali, kif miżjuda minn dan ir-Regolament, u li għandhom jiġu koperti mill-impriża inkluża fid-dikjarazzjoni li għandha tiġi ffirmata mill-operatur imsemmi fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi li ffirmaw dik id-dikjarazzjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(18)

Sabiex jiżgura t-tranżizzjoni mingħajr xkiel mis-sistema ta’ kontroll attwali għas-sistema emendata, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

(19)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 889/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt (i) li ġej/ġejjin:

“(s)

‘fajl ta’ kontroll’ tfisser l-informazzjoni u d-dokumenti kollha trasmessi, għall-finijiet tas-sistema ta’ kontroll, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew lill-awtoritajiet u lill-korpi ta’ kontroll minn operatur soġġett għal sistema ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, inkluż l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relevanti relatati ma’ dak l-operatur jew l-attivitajiet ta’ dak l-operatur miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti, mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti li ma jaffettwawx it-tħaddim tas-sistema ta’ kontroll.”

(2)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2), jiżdiedu l-punti (d) sa (h) li ġejjin:

“(d)

li jaċċetta, f’każijiet fejn l-operatur u/jew is-subkuntratturi ta’ dak l-operatur huma ikkontrollati minn awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll differenti skont is-sistema ta’ kontroll imwaqqfa mill-Istat Membru kkonċernat, l-iskambju tal-informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet jew korpi;

(e)

li jaċċetta, f’każijiet fejn l-operatur u/jew is-subkuntratturi ta’ dak l-operatur jibdlu l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tagħhom, it-trasmissjoni tal-fajls ta’ kontroll tagħhom lill-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll sussegwenti;

(f)

li jaċċetta, f’każijiet fejn l-operatur jirtira mis-sistema ta’ kontroll, li jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll relevanti;

(g)

li jaċċetta, f’każijiet fejn l-operatur jirtira mis-sistema ta’ kontroll, li l-fajl ta’ kontroll jinżamm għal perjodu ta’ għall-anqas ħames snin;

(h)

li jaċċetta li jinforma lill-awtorità jew lill-awtoritajiet jew lill-korp jew lill-korpi relevanti ta’ kontroll mingħajr dewmien rigward kwalunkwe irregolarità jew ksur li jaffettwa l-istatus organiku tal-prodott jew prodotti organiku/ċi tiegħu li jkun irċieva mingħand operaturi jew subkuntratturi oħrajn.”

(3)

Fl-Artikolu 65, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni biex isibu prodotti mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika, biex jiċċekkjaw it-tekniki ta’ produzzjoni mhux konformi mar-regoli ta’ produzzjoni organika jew biex isibu kontaminazzjoni possibbli minn prodotti mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika. L-għadd ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll kull sena għandu jikkorrispondi ma’ għall-anqas 5 % tal-għadd ta’ operaturi taħt il-kontroll tagħhom. L-għażla tal-operaturi mingħand min għandhom jittieħdu l-kampjuni għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ġenerali tar-riskju tan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika. Din il-valutazzjoni ġenerali għandha tqis l-istadji kollha tal-produzzjoni, it-tħejjija, u d-distribuzzjoni.

L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandha/u tieħu/jieħu u tanalizza/janalizza kampjuni f’kull każ fejn ikun hemm suspett li qed isir użu minn prodotti jew tekniki mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika. F’tali każijiet ma għandu japplika l-ebda għadd minimu ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati.

Il-kampjuni jistgħu jittieħdu u jiġu analizzati wkoll mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll fi kwalunkwe każ ieħor għas-sejbien ta’ prodotti mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika, għall-verifika ta’ tekniki tal-produzzjoni li mhumiex konformi mar-regoli tal-produzzjoni organika jew għall-verifika ta’ kontaminazzjoni possibbli minn prodotti li mhumiex awtorizzati għall-produzzjoni organika.”

(4)

Fl-Artikolu 68(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ taċ-ċertifikazzjoni elettronika kif imsemmi fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-firma fil-kaxxa 8 tal-evidenza dokumentata ma għandhiex tkun meħtieġa jekk l-awtentiċità tal-evidenza dokumentata minflok tintwera permezz ta’ metodu elettroniku mhux falsifikabbli.”

(5)

L-Artikoli 92 u 92a huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 92

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ kontroll, il-korpi ta’ kontroll u l-awtoritajiet kompetenti

1.   Meta l-operatur u/jew is-subkuntratturi ta’ dak l-operatur huma kkontrollati minn awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll differenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll għandhom jiskambjaw l-informazzjoni relevanti dwar l-operazzjonijiet taħt il-kontroll tagħhom.

2.   Meta operaturi u/jew is-subkuntratturi tagħhom jibdlu l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tagħhom, il-bidla għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll ikkonċernati.

L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll preċedenti għandhom jgħaddu l-elementi rilevanti tal-fajl ta’ kontroll tal-operatur ikkonċernat u r-rapporti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(2) lill-awtorità ta’ kontroll jew lill-korp ta’ kontroll sussegwenti.

L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll il-ġdid għandhom jiżguraw li n-nuqqas ta’ konformità nnutat fir-rapport tal-awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll preċedenti ġie indirizzat jew se jiġi indirizzat mill-operatur.

3.   Meta l-operatur jirtira mis-sistema ta’ kontroll, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ta’ dak l-operatur għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

4.   Meta awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll isib irregolaritajiet jew ksur li jaffettwa l-istat organiku tal-prodotti, għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Dik l-awtorità kompetenti tista’ anke titlob, fuq inizjattiva tagħha stess, kwalunkwe informazzjoi oħra dwar l-irregolaritajiet jew il-ksur.

F’każ ta’ irregolaritajiet jew ksur li jinsabu fir-rigward ta’ prodotti taħt il-kontroll ta’ awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll oħra, għandu jinforma wkoll lil dawk l-awtoritajiet jew korpi mingħajr dewmien.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u jistabbilixxu proċeduri dokumentati biex jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ kontroll kollha li huma nnominaw u/jew il-korpi ta’ kontroll kollha li huma approvaw skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, inkluż proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni għall-verifika ta’ evidenza dokumentata msemmija fl-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament.

6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u jistabbilixxu proċeduri dokumentati sabiex jiżguraw li l-informazzjoi dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet u ż-żjariet kif imsemmi fl-Artikolu 65 ta’ dan ir-Regolament tiġi kkomunikata lill-aġenzija tal-pagamenti skont il-ħtiġijiet ta’ dik l-aġenzija tal-pagamenti kif previst fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 (*).

Artikolu 92a

Skambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri differenti u l-Kummissjoni

1.   Meta Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur rigward l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ prodott li ġej minn Stat Membru ieħor u li jkollu indikazzjonijiet kif imsemmi fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u t-Titolu III u/jew l-Anness XI ta’ dan ir-Regolament, għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-Istat Membru li jkun innomina l-awtorità ta’ kontroll jew approva l-korp ta’ kontroll, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur fir-rigward tal-konformità tal-prodotti impurtati skont l-Artikolu 33(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 mar-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur fir-rigward tal-konformità tal-prodotti impurtati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 mar-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 834/2007, għandu jinnotifika lill-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lil-Kummissjoni mingħajr dewmien permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) ta’ dan ir-Regolament. In-notifika għandha tintbagħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni f’każ li tinstab irregolarità jew ksur fir-rigward ta’ prodotti li għalihom l-Istat Membru ħareġ l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

4.   L-Istat Membru li jirċievi notifika fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex konformi skont il-paragrafi 1 jew 3 jew l-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għal prodott li għalih instabet irregolarità jew ksur, għandu jinvestiga l-oriġini tal-irregolaritajiet jew il-ksur. Għandu jieħu azzjoni xierqa immedjatament.

Għandu jinforma lill-Istat Membru li bagħat in-notifika, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-riżultat tal-investigazzjoni u bl-azzjoni li ttieħdet billi jwieġeb għan-notifika oriġinali permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1). It-tweġiba għanda tintbagħat fi żmien 30 jum kalendarju mid-data oriġinali tan-notifika.

5.   L-Istat Membru li bagħat in-notifika oriġinali jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali, jekk meħtieġ, mingħand l-Istat Membru li jkun irrisponda. Fi kwalunkwe każ, wara li jirċievi tweġiba jew informazzjoni addizzjonali mingħand Stat Membru nnotifikat, l-Istat Membru li bagħat in-notifika oriġinali għandu jagħmel l-entrati u l-aġġornamenti meħtieġa fis-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1).

Artikolu 92b

Pubblikazzjoni tal-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, b’mod xieraq inkluż il-pubblikazzjoni fuq l-Internet, il-listi aġġornati msemmija fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 li fih evidenza dokumentata aġġornata relatata ma’ kull operatur, kif ipprovdut fl-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament u billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness XII ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom josservaw kif suppost ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta personali kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

(*)  ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8."

(**)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.”"

(6)

Fit-Titolu IV, jiżdied il-Kapitolu 9 li ġej:

KAPITOLU 9

Sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 92c

Attivitajiet ta’ sorveljanza relatati mal-korpi ta’ kontroll

1.   L-attivitajiet ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw il-kompiti ta’ kontroll lill-korpi ta’ kontroll skont l-Artikolu 27(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandhom jenfasizzaw fuq l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali ta’ dawk il-korpi ta’ kontroll, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-ħidma tal-korp ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***).

Dawk l-attivitajiet ta’ sorveljanza għandhom jinkludu valutazzjoni tal-proċeduri interni tal-korpi ta’ kontroll għall-kontroll, il-ġestjoni u l-eżaminazzjoni tal-fajls ta’ kontroll fid-dawl tal-obbligi stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u l-verifika tat-trattament tan-nuqqas ta’ konformità u t-trattament tal-appelli u l-ilmenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-korpi ta’ kontroll biex jissottomettu dokumentazzjoni dwar il-proċedura tal-analiżi tar-riskju tagħhom.

Il-proċedura tal-analiżi tar-riskju għandha tkun imfassla b’tali mod li:

(a)

ir-riżultat tal-analiżi tar-riskju jipprovdi l-bażi biex tiġi ddeterminata l-intensità tal-ispezzjonijiet u żjariet annwali mhux imħabbra u dawk imħabbra;

(b)

jitwettqu żjariet ta’ kontroll każwali addizzjonali skont l-Artikolu 65(4) ta’ għall-anqas 10 % tal-operaturi taħt kuntratt skont il-kategorija tar-riskju;

(c)

għall-anqas 10 % tal-ispezzjonijiet u ż-żjariet kollha li twettqu skont l-Artikoli 65(1) u (4) ma tħabbrux;

(d)

l-għażla ta’ operaturi li għandhom jiġu sottomessi għal spezzjonijiet u żjariet mhux imħabbra hija ddeterminata abbażi tal-analiżi tar-riskju u li dawn jiġu ppjanati skont il-livell tar-riskju.

3.   L-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw kompiti ta’ kontroll lill-korpi ta’ kontroll għandhom jivverifikaw li l-persunal tal-korpi ta’ kontroll għandu għarfien suffiċjenti, inkluż għarfien tal-elementi ta’ riskju li jaffettwaw l-istat organiku tal-prodott, il-kwalifiki, it-taħriġ u l-esperjenza fir-rigward tal-produzzjoni organika inġenerali u mar-regoli relevanti tal-Unjoni b’mod partikolari u li r-regoli xierqa dwar ir-rotazzjoni tal-ispetturi qegħdin fis-seħħ.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċeduri dokumentati għad-delegazzjoni tal-kompiti lill-korpi ta’ kontroll skont l-Artikolu 27(5) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u għas-sorveljanza skont dan l-Artikolu, li jagħtu dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-korpi ta’ kontroll.

Artikolu 92d

Katalgu ta’ miżuri f’każ ta’ irregolaritajiet jew ksur

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw u jikkomunikaw lill-korpi ta’ kontroll li ġew iddelegati kompiti ta’ kontroll, katalgu li għall-anqas jelenka l-aktar ksur u irregolaritajiet li jaffettwaw l-istat organiku tal-prodotti u l-miżuri korrispondenti li għandhom jiġu applikati mill-korpi ta’ kontroll f’każ ta’ ksur jew irregolaritajiet mill-operaturi taħt il-kontroll tagħhom li huma involuti fil-produzzjoni organika.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu informazzjoni rilevanti oħra fil-katalgu fuq l-inizjattiva tagħhom

Artikolu 92e

Spezzjoni annwali tal-korpi ta’ kontroll

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorganizzaw spezzjoni annwali tal-korpi ta’ kontroll li ġew delegati kompiti ta’ kontroll skont l-Artikolu 27(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Għall-għanijiet tal-ispezzjoni annwali, l-awtorità kompetenti għandha tqis ir-riżultati tal-ħidma tal-korp nazzjonali ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Matul l-ispezzjoni annwali, l-awtorità kompetenti għandha, b’mod partikolari, tivverifika:

(a)

il-konformità mal-proċedura ta’ kontroll standard tal-korp ta’ kontroll kif sottomessa mill-korp ta’ kontroll lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 27(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(b)

li l-korp ta’ kontroll għandu għadd suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat u b’esperjenza adattat skont l-Artikolu 27(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u li t-taħriġ rigward ir-riskji li jaffettwaw l-istatus organiku tal-prodotti ġie implimentat;

(c)

li l-korp ta’ kontroll għandu proċeduri u mudelli dokumentati u jsegwihom:

(i)

għall–analiżi tar-riskju annwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(ii)

għat-tħejjija ta’ strateġija għat-teħid tal-kampjuni, it-twettiq tat-teħid tal-kampjun u l-analiżi fil-laboratorju;

(iii)

għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ korpi ta’ kontroll oħra u mal-awtorità kompetenti;

(iv)

għall-kontrolli inizjali u ta’ segwitu tal-operaturi taħt il-kontroll tagħhom;

(v)

għall-applikazzjoni u s-segwitu tal-katalgu tal-miżuri li għandu jiġi applikat f’każ ta’ ksur jew irregolaritjiet;

(vi)

għall-osservazzjoni tar-rekwiżiti tal-ħarsien tad-dejta personali għall-operaturi taħt il-kontroll tiegħu kif stipulat mill-Istati Membri fejn dik l-awtorità kompetenti topera u skont id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 92f

Dejta organika fil-pjan ta’ kontroll nazzjonali multiannwali u r-rapport annwali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ kontroll multiannwali msemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jkopru s-sorveljanza tal-kontrolli mwettqa fuq il-produzzjoni organika skont dan ir-Regolament u jinkludu d-dejta speċifika dwar dik is-sorveljanza, minn issa ‘l quddiem tissejjaħ “id-dejta organika”, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Id-dejta organika għandha tkopri s-suġġetti elenkati fl-Anness XIIIb ta’ dan ir-Regolament.

Id-dejta organika għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni dwar il-kontrolli mwettqa mill-korpi ta’ kontroll u/jew l-awtoritajiet ta’ kontroll dwar l-awditi mwettqa mill-awtorità kompetenti.

Id-dejta għandha tiġi ppreżentata skont il-mudelli pprovduti fl-Anness XIIIc ta’ dan ir-Regolament mill-2015 għas-sena 2014.

L-Istati Membri jistgħu idaħħlu d-dejta organika bħala kapitlu organiku tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali tagħhom u r-rapport annwali tagħhom.

(***)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.”"

(7)

Jiddaħħlu l-Annessi XIIIb u XIIIc, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness ta’ dan r-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżitorja

Il-punti (d) sa (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 kif miżjuda mill-punt (2) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi li ffirmaw id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 qabel id-data tad-dħul tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.

(5)  ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8.

(6)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

ANNESS XIIIb

Suġġetti li għandhom jiġu koperti mill-awtorità nazzjonali kompetenti fid-dejta organika msemmija fl-Artikolu 92f

1.   Informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti għall-produzzjoni organika

liema korp huwa l-awtorità kompetenti

riżorsi disponibbli għall-awtorità kompetenti

deskrizzjoni tal-awditi mwettqa mill-awtorità kompetenti (kif, minn min)

proċedura dokumentata tal-awtorità kompetenti

2.   Deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika

sistema tal-korpi ta’ kontroll u/jew tal-awtoritajiet ta’ kontroll

operaturi rreġistrati koperti mis-sistema ta’ kontroll – spezzjoni annwali minima

kif inhu applikat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju

3.   Informazzjoni dwar il-korpi/l-awtoritajiet ta’ kontroll

lista tal-korpi/tal-awtoritajiet ta’ kontroll

kompiti delegati lill-korpi ta’ kontroll/konferiti lill-awtoritajiet ta’ kontroll

sorveljanza tal-korpi ta’ kontroll delegati (minn min u kif)

koordinazzjoni tal-attivitajiet f’każ ta’ aktar minn korp/awtorità ta’ kontroll wieħed/waħda

taħriġ tal-persunal li jwettaq il-kontrolli

spezzjonijiet u żjariet imħabbra/mhux imħabbra.

ANNESS XIIIc

Mudelli għad-dejta organika msemmija fl-Artikolu 92f

Rapport dwar il-kontrolli uffiċjali fis-settur organiku

Pajjiż:

Sena:

1)   Informazzjoni dwar il-kontrolli ta’ operaturi:

Numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati għal kull korp ta’ kontroll jew awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati

Għadd ta’ spezzjonijiet annwali

Għadd ta’ żjariet addizzjonali bbażati fuq ir-riskju

Għadd totali ta’ spezzjonijiet/żjariet

Produtturi agrikoli (*)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (**)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (***)

Produtturi Agrikoli (*)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (**)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (***)

Produtturi Agrikoli (*)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (**)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (***)

Produtturi Agrikoli (*)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (**)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (***)

MS-BIO-01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll jew l-Isem tal-Awtorità Kompetenti

Għadd ta’ operaturi rreġistrati

Għadd ta’ kampjuni analizzati

Għadd ta’ kampjuni li taw indikazzjoni ta’ ksur tar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 1235/2008

Produtturi Agrikoli (****)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (*****)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (******)

Produtturi Agrikoli (****)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (*****)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (******)

Produtturi Agrikoli (****)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (*****)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (******)

MS-BIO-01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati

Għadd ta’ irregolaritajiet jew ksur li nstabu (1)

Għadd ta’ miżuri applikati fuq il-lott jew il-proċess tal-produzzjoni (2)

Għadd ta’ miżuri applikati fuq l-operatur (3)

Produtturi Agrikoli (*******)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (*********)

Produtturi Agrikoli (*******)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (*********)

Produtturi Agrikoli (*******)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (*********)

Produtturi Agrikoli (*******)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (*********)

MS-BIO-01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2)   Informazzjoni dwar is-sorveljanza u l-awditi:

Numru tal-kodiċi ta’ korp ta’ kontroll jew ta’ awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati għal kull korp ta’ kontroll jew awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati

Reviżjoni tad-dokument u awditu tal-uffiċċju (4)

(Għadd ta’ fajls tal-operaturi kkontrollati)

Għadd ta’ awditi ta’ reviżjoni (5)

Għadd ta’ awditi b’xiehda (6)

Produtturi Agrikoli (**********)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (***********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (************)

Produtturi Agrikoli (**********)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (***********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (************)

Produtturi Agrikoli (**********)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (***********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (************)

Produtturi Agrikoli (**********)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (***********)

Importaturi

Esportaturi

Other operators (************)

MS-BIO-01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3)   Konklużjonijiet dwar is-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika:

Numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll

Irtirar tal-approvazzjoni

Azzjonijiet meħuda biex jiżguraw it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika (infurzar)

Iva/le

Minn

(data)

Sa

(data)

MS-BIO-01

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni inġenerali tas-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika


(*)  Produtturi agrikoli jinkludu produtturi agrikoli biss, produtturi li huma wkoll proċessuri, produtturi li huma wkoll importaturi, produtturi mħallta oħra mhux klassifikati x’imkien ieħor (n.e.c.)

(**)  Proċessuri jinkludu proċessuri biss, proċessuri li huma wkoll importaturi, proċessuri mħallta oħra n.e.c.

(***)  Operaturi oħra jinkludu negozjanti (bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut), operaturi oħra n.e.c.

(****)  Produtturi agrikoli jinkludu produtturi agrikoli biss, produtturi li huma wkoll proċessuri, produtturi li huma wkoll importaturi, produtturi mħallta oħra mhux klassifikati x’imkien ieħor (n.e.c.)

(*****)  Proċessuri jinkludu proċessuri biss, proċessuri li huma wkoll importaturi, proċessuri mħallta oħra n.e.c.

(******)  Operaturi oħra jinkludu negozjanti (bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut), operaturi oħra n.e.c.

(*******)  Produtturi agrikoli jinkludu produtturi agrikoli biss, produtturi li huma wkoll proċessuri, produtturi li huma wkoll importaturi, produtturi mħallta oħra mhux klassifikati x’imkien ieħor (n.e.c.)

(********)  Proċessuri jinkludu proċessuri biss, proċessuri li huma wkoll importaturi, proċessuri mħallta oħra n.e.c.

(*********)  Operaturi oħra jinkludu negozjanti (bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut), operaturi oħra n.e.c.

(1)  Huma inklużi biss l-irregolaritajiet u l-ksur li jaffettwa l-istat organiku tal-prodotti u/jew li rriżultaw fl-applikazzjoni ta’ miżura..

(2)  Meta tinstab irregolarità fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandu jiżgura li ma ssir l-ebda referenza għall-metodu ta’ produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar tal-lott jew il-proċess tal-produzzjoni kollu affettwat minn din l-irregolarità, fejn din tkun proporzjonata għar-relevanza tar-rekwiżit li nkiser u għan-natura u ċ-ċirkostanzi partikolari tal-attivitajiet irregolari (kif imsemmi fl-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007).

(3)  Meta jinstab ksur sever jew ksur b’effett imtawwal, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandu/ha jipprojbixxi/tipprojbixxi lill-operatur ikkonċernat milli jirreklama prodotti li jirreferu għall-metodu tal-produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar għal perjodu li għandu jintlaħaq qbil fuqu mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007).

(**********)  Il-produtturi agrikoli jinkludu produtturi agrikoli biss, produtturi li huma wkoll proċessuri, produtturi li huma wkoll importaturi, produtturi mħallta oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor (n.e.c.).

(***********)  Il-proċessuri jinkludu l-proċessuri biss, proċessuri li huma wkoll importaturi, proċessuri mħallta oħrajn n.e.c.

(************)  Operaturi oħrajn jinkludu kummerċjanti (bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut), operaturi oħrajn n.e.c.

(4)  Reviżjoni tad-dokument tad-dokumenti ġenerali relevanti li jiddeskrivu l-istruttura, il-funzjonament u l-ġestjoni ta’ kwalità tal-korp ta’ kontroll. Awditjar tal-uffiċċju tal-korp ta’ kontroll, inkluż il-kontroll ta’ fajls tal-operaturi u l-verifika tat-trattament tan-nuqqas ta’ konformità u l-ilmenti, inkluż il-frekwenza tal-kontroll minima, l-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju, żjarat mhux imħabbra u ta’ segwitu, il-politika tat-teħid ta’ kampjuni u l-iskambju ta’ informazzjoni ma korpi ta’ kontroll u awtoritajiet ta’ kontroll oħrajn.

(5)  Awditu ta’ reviżjoni: spezzjoni ta’ operatur mill-awtorità kompetenti biex tivverifika l-konformità mal-proċeduri ta’ tħaddim tal-korp ta’ kontroll u biex tivverifika l-effettività tiegħu.

(6)  Awditu permezz ta’ xhieda: osservazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ spezzjoni minn spettur tal-korp ta’ kontroll.


30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 393/2013

tad-29 ta’ April 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1120/2009 u (KE) Nru 1122/2009 fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-obbligi ta’ notifika dwar varjetajiet ta’ qanneb għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u partikolarment l-Artikoli 39(2) u 142(h) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, żoni li jintużaw għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu eliġibbli biss għal pagamenti diretti jekk il-varjetajiet użati jkun fihom kontenut tat-tetraidrokannabinol li ma jaqbiżx 0,2 %. Skont l-Artikolu 124(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Artikolu 39 ta’ dak ir-Regolament japplika wkoll għaż-żoni fi ħdan l-iskema ta’ pagament uniku skont fl-Istati Membri l-ġodda.

(2)

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2) jistabbilixxi li l-pagament tad-drittijiet għaż-żoni tal-qanneb se jkun suġġett għall-użu ta’ żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-‘Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċijiet ta’ Pjanti Agrikoli’, bl-eċċezzjoni tal-varjetajiet Finola u Tiborszállási li bħalissa huma eliġibbli biss fil-Finlandja u fl-Ungerija respettivament.

(3)

Abbazi tan-notifiki ta’ xi Stati Membri u minħabba l-fatt li proċedura hija diġà prevista għall-esklużjoni ta’ varjetà partikolari fil-livell tal-Istati Membri, l-iskema tista’ tiġi ssimplifikata fil-livell tal-Unjoni billi titħassar id-dispożizzjoni li tillimita l-eliġibilità taż-żoni bl-użu tal-varjetajiet Finola u Tiborszállási għal ċertu Stat Membru.

(4)

L-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (3) jistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita meta kampjuni ta’ varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-tetraidrokannabinol stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(5)

Meta jitiqes li l-Istati Membri jkollhom l-informazzjoni kollha disponibbli sabiex jitolbu lill-Kummissjoni l-awtorizzazzjoni biex jipprojbixxu l-kummerċalizzazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb li jkollhom il-kontenut ta’ tetraidrokannabinol li taqbeż dik stabbilita fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li teskludi dik il-varjetà mill-eliġibbiltà għal pagamenti diretti, l-iskema tista’ tiġi ssimplifikata aktar billi jitħassar l-obbligu li jiġu nnotifikati r-rapporti dwar is-sejbiet tat-tetraidrokannabinol marbuta mal-kampjuni ta’ dik il-varjetà.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1120/2009 u (KE) Nru 1122/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Il-produzzjoni tal-qanneb

Għall-finijiet tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-pagament tad-drittijiet għaż-żoni mħawla bil-qanneb għandu jiġi soġġett għall-użu ta’ żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-‘Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċijiet ta’ Pjanti Agrikoli’ fil-15 ta’ Marzu tas-sena li għaliha qiegħed jingħata l-pagament u ppubblikat skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (*). Iż-żerriegħa għandha tkun iċċertifikata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (**).

Artikolu 2

Fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, it-tieni subparagrafu jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 316, 2.12 2009, p. 65.


30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 394/2013

tad-29 ta’ April 2013

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza monepantel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stipulati fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (2).

(3)

Il-Monepantel bħalissa hija inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata għall-ispeċijiet ovini u kaprini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex tiġi estiża l-entrata eżistenti għall-monepantel aplikabbli għall-ħalib mill-ovini.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-limiti massimi ta’ residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f’oġġett tal-ikel partikolari minflok oġġett tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, jew il-limiti massimi ta’ residwi stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar minflok speċijiet oħra. Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda l-istabbiliment ta’ limitu massimu ta’ residwu għall-monepantel għall-ħalib ovin u l-estrapolazzjoni tal-limiti massimi ta’ residwi għall-monepantel minn speċijiet ovini, applikabbli għall-ħalib minn speċijiet kaprini.

(6)

Għalhekk, l-entarata għall-monepantel fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 trid tiġi emendata biex tinkludi l-limiti massimi ta’ residwi għall-ispeċijiet ovini u kaprini, applikabbli għall-ħalib.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli biex il-partijiet interessati kkonċernati jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-limitu massimu l-ġdid ta’ residwu stabbilit.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mid-29 ta’ Ġunju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata għall-monepantel tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwu

Speċijiet tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Monepantel

Monepantel-sulfon

Ovini, kaprini

700  μg/kg

Muskoli

 

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti”

7 000  μg/kg

Xaħam

5 000  μg/kg

Fwied

2 000  μg/kg

Kliewi

170  μg/kg

Ħalib


30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 395/2013

tad-29 ta’ April 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

75,7

TN

97,0

TR

124,1

ZZ

98,9

0707 00 05

AL

65,0

TR

129,8

ZZ

97,4

0709 93 10

TR

108,2

ZZ

108,2

0805 10 20

EG

55,9

IL

72,0

MA

53,1

TN

69,6

TR

68,0

ZZ

63,7

0805 50 10

TR

90,8

ZA

105,6

ZZ

98,2

0808 10 80

AR

116,6

BR

102,2

CL

120,3

CN

73,9

MK

30,8

NZ

137,7

US

237,3

ZA

107,9

ZZ

115,8

0808 30 90

AR

139,1

CL

136,5

CN

69,8

NZ

199,4

ZA

135,6

ZZ

136,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ April 2013

dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi

(2013/208/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 148(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi,

Billi:

(1)

L-Artikolu 145 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw strateġija kkoordinata għall-impjiegi u b’mod partikolari għall-promozzjoni ta’ forza ta’ xogħol b’ħiliet, imħarrġa u li tadatta u swieq tax-xogħol li jirreaġixxu għat-tibdil ekonomiku bl-għan li jiksbu l-objettivi definiti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2)

L-Istrateġija Ewropa 2020 proposta mill-Kummissjoni tippermetti lill-Unjoni li ddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, akkumpanjat minn impjiegi ta’ livell għoli, produttività u koeżjoni soċjali. Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta r-Rikomandazzjoni tiegħu dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni (3). Barra minn hekk, fil- 21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/707/UE tiegħu dwar linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (4) (“il-linji gwida dwar l-impjiegi”). Dawk il-linji gwida jiffurmaw il-linji gwida integrati għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020. Ħames miri ewlenin, elenkati taħt il-linji gwida integrati rilevanti, jikkostitwixxu objettivi kondiviżi li jiggwidaw l-azzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li jikkunsidraw il-pożizzjonijiet inizjali relattivi tagħhom u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, kif ukoll il-pożizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi tal-Unjoni. L-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol għandha r-rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-objettivi tax-xogħol u tas-suq tax-xogħol tal-Istrateġija Ewropa 2020.

(3)

Il-linji gwida integrati huma f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010. Huma jagħtu gwida preċiża lill-Istati Membri fid-definizzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom u fl-implimentazzjoni tar-riformi. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jiffurmaw il-bażi għal kwalunkwe rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li l-Kunsill jista’ jindirizza lill-Istati Membri skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE, b’mod parallel mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istati Membri skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom ukoll jifformaw il-bażi għall-istabbiliment tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi li jintbagħat kull sena mill-Kunsill u l-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew.

(4)

L-eżamini tal-abbozz tal-programmi nazzjonali ta’ riforma tal-Istati Membri, li jinsabu fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi adottat mill-Kunsill fit-28 ta’ Frar 2013, turi li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw il-prijoritajiet li ġejjin: li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u li jonqos il-qgħad strutturali, jitrawmu ħaddiema ta’ ħila skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u ssir promozzjoni ta’ xogħol ta’ kwalità u t-tagħlim tul il-ħajja, tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni t-taħriġ f’kull livell u tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar.

(5)

Il-linji gwida dwar l-impjiegi adottati fl-2010 għandhom jibqgħu stabbli sal-2014 sabiex jiżguraw fowkus fuq l-implimentazzjoni tagħhom. Sal-aħħar tal-2014, kwalunkwe aġġornament tal-linji gwida dwar l-impjiegi għandu jibqa’ strettament limitat. Fl-2011 u l-2012, il-linji gwida dwar l-impjiegi ġew miżmuma. Huma għandhom jinżammu għall-2013.

(6)

L-Istati Membri għandhom jesploraw l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew meta jiġu biex jimplimentaw il-linji gwida dwar l-impjiegi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri kif imniżżel fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/707/UE, jinżammu għall-2013 u għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politika tagħhom dwar l-impjiegi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  Opinjoni tas-6 ta’ Frar 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tat-13 ta’ Frar 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 191, 23.7.2010, p. 28.

(4)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.


30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/23


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ April 2013

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2012

(notifikata bid-dokument C(2013) 2444)

(2013/209/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 27, 30 u 33 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi.

(2)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF [FAEG] u tal-EAFRD [FAEŻR] (2), is-sena finanzjarja għall-kontijiet tal-FAEG tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet, sabiex jiġi alinjat il-perjodu ta’ referenza għan-nefqa tal-FAEŻR ma’ dak tal-FAEG, għandha titqies is-sena finanzjarja 2012 tan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2011 u l-15 ta’ Ottubru 2012.

(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew imħallsa lilhom, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummisjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Marzu 2013, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(5)

Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu li l-Kummissjoni għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati mill-Istati Membri u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lill-Istati Membri.

(6)

It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jesiġi li jsir aktar stħarriġ u l-kontjiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati.

(7)

Il-Kummissjoni tista’ tnaqqas jew tissospendi temporanjament il-pagamenti interim lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Hija għandha tinforma lill-Istat Membru kif xieraq. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe rimborż prematur jew temporanju tal-ammonti kkonċernati, dawn ma għandhomx jiġu rrikonoxxuti f’din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu eżaminati iktar skont il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Skont l-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji li joħorġu min-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar qabel l-għeluq tal-programm ta’ żvilupp rurali fi żmien erba’ (4) snin mis-sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien (8) snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, jew meta jagħlaq il-programm jekk dawk l-iskadenzi jagħlqu qabel jagħlaq il-programm stess. L-Artikolu 33(4) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex flimkien mal-kontijiet annwali jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet. Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jagħti t-tabella li kellha tingħata mill-Istati Membri fl-2013. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji minħabba nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9)

Skont l-Artikolu 33(7) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, wara l-għeluq tal-programm ta’ żvilupp rurali l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u li x’aktarx jiġġarbu, jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 33(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti mhumiex iddebitati lill-Istati Membri konċernati u konsegwentement għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 33(5) tar-Regolament imsemmi.

(10)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri, għajr ta’ dawk l-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għas-sena finanzjarja 2012, huma b’dan approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew imħallsa lil, kull Stat Membru taħt kull programm ta’ żvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2012, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għall-infiq għal kull programm ta’ Żvilupp Rurali ffinanzjat mill-FAEŻR, stabbiliti fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS I

IN-NEFQA TAL-FAEŻR APPROVATA MILL-PROGRAMM TA' ŻVILUPP RURALI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2012

Ammont għal kull programm li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu

Programmi approvati bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR

F'Euro

Stat Membru

CCI

Nefqa 2012

Korrezzjonijiet

Total

Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw

Ammont aċċettat u approvat għas-sena finanzjarja 2012

Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas lill-Istat Membru (+)

 

 

i

ii

Formula

iv

Formula

vi

Formula

AT

2007AT06RPO001

536 750 710,55

0,00

536 750 710,55

0,00

536 750 710,55

536 889 693,18

– 138 982,63

BE

2007BE06RPO001

38 717 525,91

0,00

38 717 525,91

0,00

38 717 525,91

38 717 490,21

35,70

BE

2007BE06RPO002

28 714 739,97

0,00

28 714 739,97

0,00

28 714 739,97

28 716 204,48

–1 464,51

BG

2007BG06RPO001

308 461 739,36

0,00

308 461 739,36

0,00

308 461 739,36

308 461 766,20

–26,84

CY

2007CY06RPO001

19 979 798,73

0,00

19 979 798,73

0,00

19 979 798,73

19 977 169,29

2 629,44

CZ

2007CZ06RPO001

420 405 062,51

0,00

420 405 062,51

0,00

420 405 062,51

420 404 919,20

143,31

DE

2007DE06RAT001

402 133,08

0,00

402 133,08

0,00

402 133,08

402 133,11

–0,03

DE

2007DE06RPO004

210 119 186,29

0,00

210 119 186,29

0,00

210 119 186,29

210 119 186,29

0,00

DE

2007DE06RPO007

185 163 802,40

0,00

185 163 802,40

0,00

185 163 802,40

185 163 861,88

–59,48

DE

2007DE06RPO009

3 069 982,65

0,00

3 069 982,65

0,00

3 069 982,65

3 069 987,85

–5,20

DE

2007DE06RPO011

122 658 529,48

0,00

122 658 529,48

0,00

122 658 529,48

122 658 529,49

–0,01

DE

2007DE06RPO012

124 722 137,43

0,00

124 722 137,43

0,00

124 722 137,43

124 722 136,25

1,18

DE

2007DE06RPO015

45 640 598,90

0,00

45 640 598,90

0,00

45 640 598,90

45 640 598,96

–0,06

DE

2007DE06RPO017

32 444 966,09

0,00

32 444 966,09

0,00

32 444 966,09

32 444 966,09

0,00

DE

2007DE06RPO018

5 642 155,06

0,00

5 642 155,06

0,00

5 642 155,06

5 642 155,04

0,02

DE

2007DE06RPO019

166 108 621,46

0,00

166 108 621,46

0,00

166 108 621,46

166 108 621,45

0,01

DE

2007DE06RPO020

144 647 436,45

0,00

144 647 436,45

0,00

144 647 436,45

144 647 436,41

0,04

DE

2007DE06RPO021

38 874 673,75

0,00

38 874 673,75

0,00

38 874 673,75

38 874 699,12

–25,37

EE

2007EE06RPO001

129 931 680,74

0,00

129 931 680,74

0,00

129 931 680,74

129 931 856,59

– 175,85

ES

2007ES06RAT001

12 605 523,30

0,00

12 605 523,30

0,00

12 605 523,30

12 605 523,29

0,01

ES

2007ES06RPO002

44 410 451,88

0,00

44 410 451,88

0,00

44 410 451,88

44 411 263,01

– 811,13

ES

2007ES06RPO003

46 565 987,62

0,00

46 565 987,62

0,00

46 565 987,62

46 565 977,49

10,13

ES

2007ES06RPO004

4 728 268,02

0,00

4 728 268,02

0,00

4 728 268,02

4 728 266,87

1,15

ES

2007ES06RPO005

6 355 287,75

0,00

6 355 287,75

0,00

6 355 287,75

6 355 287,82

–0,07

ES

2007ES06RPO006

11 509 387,33

0,00

11 509 387,33

0,00

11 509 387,33

11 509 387,33

0,00

ES

2007ES06RPO007

88 731 043,58

0,00

88 731 043,58

0,00

88 731 043,58

88 731 040,54

3,04

ES

2007ES06RPO008

94 769 354,19

0,00

94 769 354,19

0,00

94 769 354,19

94 769 380,73

–26,54

ES

2007ES06RPO009

30 099 390,74

0,00

30 099 390,74

0,00

30 099 390,74

30 099 338,76

51,98

ES

2007ES06RPO010

91 947 161,33

0,00

91 947 161,33

0,00

91 947 161,33

92 023 646,85

–76 485,52

ES

2007ES06RPO011

102 629 746,17

0,00

102 629 746,17

0,00

102 629 746,17

102 629 745,16

1,01

ES

2007ES06RPO012

7 282 917,77

0,00

7 282 917,77

0,00

7 282 917,77

7 282 917,38

0,39

ES

2007ES06RPO013

24 869 738,26

0,00

24 869 738,26

0,00

24 869 738,26

24 869 737,90

0,36

ES

2007ES06RPO014

20 959 053,96

0,00

20 959 053,96

0,00

20 959 053,96

20 959 062,52

–8,56

ES

2007ES06RPO015

13 565 898,04

0,00

13 565 898,04

0,00

13 565 898,04

13 568 195,86

–2 297,82

ES

2007ES06RPO016

6 657 518,54

0,00

6 657 518,54

0,00

6 657 518,54

6 657 514,28

4,26

ES

2007ES06RPO017

2 432 274,93

0,00

2 432 274,93

0,00

2 432 274,93

2 432 290,65

–15,72

FI

2007FI06RPO001

306 194 739,68

0,00

306 194 739,68

0,00

306 194 739,68

306 205 706,94

–10 967,26

FI

2007FI06RPO002

2 476 684,91

0,00

2 476 684,91

0,00

2 476 684,91

2 476 684,88

0,03

FR

2007FR06RPO002

13 474 359,90

0,00

13 474 359,90

0,00

13 474 359,90

13 474 771,64

– 411,74

GR

2007GR06RPO001

330 814 547,86

0,00

330 814 547,86

0,00

330 814 547,86

330 814 547,83

0,03

HU

2007HU06RPO001

444 085 578,73

0,00

444 085 578,73

0,00

444 085 578,73

443 956 972,20

128 606,53

IE

2007IE06RPO001

322 067 654,67

0,00

322 067 654,67

0,00

322 067 654,67

322 067 614,63

40,04

IT

2007IT06RAT001

6 506 208,56

0,00

6 506 208,56

0,00

6 506 208,56

6 506 208,56

0,00

IT

2007IT06RPO001

24 379 135,72

0,00

24 379 135,72

0,00

24 379 135,72

24 380 736,23

–1 600,51

IT

2007IT06RPO002

17 564 520,93

0,00

17 564 520,93

0,00

17 564 520,93

17 564 521,29

–0,36

IT

2007IT06RPO003

65 039 830,31

0,00

65 039 830,31

0,00

65 039 830,31

65 039 828,99

1,32

IT

2007IT06RPO004

15 657 996,80

0,00

15 657 996,80

0,00

15 657 996,80

15 664 080,33

–6 083,53

IT

2007IT06RPO005

47 329 565,62

0,00

47 329 565,62

0,00

47 329 565,62

47 339 294,23

–9 728,61

IT

2007IT06RPO006

14 777 673,53

0,00

14 777 673,53

0,00

14 777 673,53

14 786 581,96

–8 908,43

IT

2007IT06RPO007

90 362 021,28

0,00

90 362 021,28

0,00

90 362 021,28

90 362 024,63

–3,35

IT

2007IT06RPO008

16 936 677,31

0,00

16 936 677,31

0,00

16 936 677,31

17 328 986,74

– 392 309,43

IT

2007IT06RPO009

75 301 501,51

0,00

75 301 501,51

0,00

75 301 501,51

75 301 501,48

0,03

IT

2007IT06RPO010

55 292 452,79

0,00

55 292 452,79

0,00

55 292 452,79

55 292 452,33

0,46

IT

2007IT06RPO011

22 479 775,82

0,00

22 479 775,82

0,00

22 479 775,82

22 479 775,77

0,05

IT

2007IT06RPO012

58 700 494,85

0,00

58 700 494,85

0,00

58 700 494,85

58 718 426,04

–17 931,19

IT

2007IT06RPO013

7 077 988,03

0,00

7 077 988,03

0,00

7 077 988,03

7 077 988,21

–0,18

IT

2007IT06RPO014

83 205 962,61

0,00

83 205 962,61

0,00

83 205 962,61

83 205 960,22

2,39

IT

2007IT06RPO015

14 019 405,51

0,00

14 019 405,51

0,00

14 019 405,51

14 019 423,76

–18,25

IT

2007IT06RPO016

72 825 928,02

0,00

72 825 928,02

0,00

72 825 928,02

72 854 508,13

–28 580,11

IT

2007IT06RPO017

60 734 732,80

0,00

60 734 732,80

–5 006 487,10

55 728 245,70

55 719 550,02

8 695,68

IT

2007IT06RPO018

98 749 442,94

0,00

98 749 442,94

0,00

98 749 442,94

98 748 375,78

1 067,16

IT

2007IT06RPO019

124 100 396,67

0,00

124 100 396,67

0,00

124 100 396,67

124 120 192,75

–19 796,08

IT

2007IT06RPO020

124 337 336,44

0,00

124 337 336,44

0,00

124 337 336,44

124 510 471,21

– 173 134,77

IT

2007IT06RPO021

226 053 238,71

0,00

226 053 238,71

0,00

226 053 238,71

226 139 550,09

–86 311,38

LT

2007LT06RPO001

237 177 796,40

0,00

237 177 796,40

0,00

237 177 796,40

237 121 459,60

56 336,80

LU

2007LU06RPO001

9 348 661,78

0,00

9 348 661,78

0,00

9 348 661,78

9 378 940,94

–30 279,16

LV

2007LV06RPO001

214 814 466,80

0,00

214 814 466,80

0,00

214 814 466,80

214 813 938,09

528,71

MT

2007MT06RPO001

9 002 133,91

0,00

9 002 133,91

0,00

9 002 133,91

9 002 133,88

0,03

NL

2007NL06RPO001

97 078 371,06

0,00

97 078 371,06

0,00

97 078 371,06

98 217 487,71

–1 139 116,65

PL

2007PL06RPO001

2 041 824 877,34

0,00

2 041 824 877,34

0,00

2 041 824 877,34

2 041 821 110,52

3 766,82

PT

2007PT06RAT001

2 100 675,90

0,00

2 100 675,90

0,00

2 100 675,90

2 100 675,68

0,22

PT

2007PT06RPO001

48 442 865,80

0,00

48 442 865,80

0,00

48 442 865,80

48 442 855,88

9,92

PT

2007PT06RPO002

601 644 296,63

0,00

601 644 296,63

0,00

601 644 296,63

601 644 193,09

103,54

PT

2007PT06RPO003

26 722 075,59

0,00

26 722 075,59

0,00

26 722 075,59

26 722 055,59

20,00

SE

2007SE06RPO001

294 264 230,85

0,00

294 264 230,85

0,00

294 264 230,85

298 089 364,84

–3 825 133,99

SI

2007SI06RPO001

122 609 926,69

0,00

122 609 926,69

0,00

122 609 926,69

122 610 210,36

– 283,67

SK

2007SK06RPO001

274 899 210,89

0,00

274 899 210,89

0,00

274 899 210,89

274 899 689,64

– 478,75

UK

2007UK06RPO001

469 465 696,13

0,00

469 465 696,13

0,00

469 465 696,13

469 411 107,94

54 588,19

UK

2007UK06RPO002

51 445 616,04

0,00

51 445 616,04

0,00

51 445 616,04

51 445 684,02

–67,98

UK

2007UK06RPO003

166 234 309,63

0,00

166 234 309,63

0,00

166 234 309,63

166 904 508,81

– 670 199,18

UK

2007UK06RPO004

54 428 821,51

0,00

54 428 821,51

0,00

54 428 821,51

54 428 841,38

–19,87


ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

IS-SENA FINANZJARJA 2012 – FAEŻR

Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti u l-programmi li l-kontijiet tagħhom huma mifruda u għalhekk huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni aktar tard

Stat Membru

Aġenzija tal-Pagament

Programm

Id-Danimarka

DAFA

2007DK06RPO001

Il-Ġermanja

Baden-Württemberg

2007DE06RPO003

Thüringen

2007DE06RPO023

Helaba

2007DE06RPO010

Franza

ASP

2007FR06RPO001

ASP

2007FR06RPO003

ASP

2007FR06RPO004

ASP

2007FR06RPO005

ASP

2007FR06RPO006

Ir-Rumanija

PARDF

2007RO6RPO001

Spanja

Andalucia

2007ES06RPO001


30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/30


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ April 2013

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2012

(notifikata bid-dokument C(2013) 2454)

(2013/210/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (2) għas-sena finanzjarja 2012, qiegħda titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2011 u l-15 ta’ Ottubru 2012.

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar imħallsin għas-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2012, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament ta’ kull xahar relatat mal-infiq li jkun sar fit-tieni xahar li jiġi wara dak li fih ittieħdet id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet, jew iżżidu miegħu.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif li ressqu l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Marzu 2013, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(5)

Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu li l-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati mill-Istat Membru u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lilhom.

(6)

It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra jesiġi li jsir aktar stħarriġ u l-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati.

(7)

Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, kwalunkwe skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti mill-infiq iddikjarat minn ċerti Stati Membri matul dawn ix-xhur fis-sena 2012 saret wara l-iskadenzi applikabbli Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(8)

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ ħlasijiet ta’ kull xahar mad-dħul fil-kontijiet tal-infiq għas-sena finanzjarja 2012. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe rimborż prematur jew temporanju tal-ammonti kkonċernati, dawn ma għandhomx jiġu rikonoxxuti f’din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu eżaminati iktar skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel tajjeb għal 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ (4) snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien (8) snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex, flimkien mal-kontijiet annwali, jissottomettu rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, lill-Kummissjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2013. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ (4) jew tmien (8) snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(10)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u dawk li x’aktarx isiru jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ (4) snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien (8) snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru tagħhom u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. L-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u għalhekk għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(11)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għad-deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għajr l-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2012, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati minn; jew li għandhom jitħallsu lil; kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2012, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri fir-rigward ta’ nfiq iffinanzjat mill-FAEG, stabbiliti fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS I

L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2012

Ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lilu

MS

 

2012 - Infiq/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament 1290/2005

Total inklużi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti li saru lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja

Ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand Stat Membru (–) jew imħallas lilu (+) (2)

approvati

mifruda

= infiq/dħul assenjat imdaħħal fid-dikjarazzjoni annwali

= it-total tal-infiq/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

Formula

d

e

Formula

g

Formula

BE

EUR

626 505 990,43

17 563 033,17

644 069 023,60

– 835 758,00

–9 465,76

643 223 799,84

643 268 110,28

–44 310,44

BG

EUR

409 313 564,46

0,00

409 313 564,46

0,00

0,00

409 313 564,46

409 382 531,46

–68 967,00

CZ

EUR

756 245 858,01

0,00

756 245 858,01

12 287 000,00

0,00

768 532 858,01

768 528 458,42

4 399,59

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

–66 422,98

–66 422,98

0,00

–66 422,98

DK

EUR

920 591 828,88

0,00

920 591 828,88

0,00

0,00

920 591 828,88

920 419 781,93

172 046,95

DE

EUR

5 208 255 884,14

226 507 719,74

5 434 763 603,88

–10 670,90

– 116 714,81

5 434 636 218,17

5 434 442 720,94

193 497,23

EE

EUR

84 668 605,91

0,00

84 668 605,91

6 584 000,00

0,00

91 252 605,91

91 240 137,57

12 468,34

IE

EUR

1 285 148 754,42

0,00

1 285 148 754,42

–41 641,57

–56 295,34

1 285 050 817,51

1 283 663 941,98

1 386 875,53

EL

EUR

2 291 882 303,19

0,00

2 291 882 303,19

– 261 095,95

–1 786 932,58

2 289 834 274,66

2 291 621 207,24

–1 786 932,58

ES

EUR

5 785 117 916,91

0,00

5 785 117 916,91

– 289 492,07

–1 953 186,99

5 782 875 237,85

5 785 098 764,38

–2 223 526,53

FR

EUR

8 574 978 838,60

0,00

8 574 978 838,60

– 618 018,77

–2 836 879,32

8 571 523 940,51

8 573 913 709,81

–2 389 769,30

IT

EUR

4 584 038 546,05

0,00

4 584 038 546,05

–5 943 018,39

–5 281 611,90

4 572 813 915,76

4 574 209 766,71

–1 395 850,95

CY

EUR

37 135 164,63

0,00

37 135 164,63

115 000,00

0,00

37 250 164,63

37 185 681,72

64 482,91

LV

EUR

126 627 252,89

0,00

126 627 252,89

202 904,04

0,00

126 830 156,93

126 811 515,51

18 641,42

LT

LTL

0,00

0,00

0,00

0,00

– 184,79

– 184,79

0,00

– 184,79

LT

EUR

323 440 802,21

0,00

323 440 802,21

3 181 000,00

0,00

326 621 802,21

326 572 046,77

49 755,44

LU

EUR

33 823 988,14

0,00

33 823 988,14

–2 597,78

– 998,55

33 820 391,81

33 608 834,43

211 557,38

HU

HUF

0,00

0,00

0,00

0,00

– 250 657 247,00

– 250 657 247,00

0,00

– 250 657 247,00

HU

EUR

1 156 158 797,34

0,00

1 156 158 797,34

0,00

0,00

1 156 158 797,34

1 156 147 681,97

11 115,37

MT

EUR

5 237 634,56

0,00

5 237 634,56

0,00

0,00

5 237 634,56

5 225 133,76

12 500,80

NL

EUR

865 043 698,77

0,00

865 043 698,77

– 124 990,78

–3 055,23

864 915 652,76

866 711 150,74

–1 795 497,98

AT

EUR

731 289 360,97

0,00

731 289 360,97

0,00

0,00

731 289 360,97

731 300 872,35

–11 511,38

PL

PLN

0,00

0,00

0,00

0,00

– 519 914,58

– 519 914,58

0,00

– 519 914,58

PL

EUR

2 819 440 069,24

0,00

2 819 440 069,24

12 429 920,20

0,00

2 831 869 989,44

2 832 111 656,96

– 241 667,52

PT

EUR

753 645 124,44

0,00

753 645 124,44

–2 860 720,53

– 424 567,26

750 359 836,65

750 267 141,91

92 694,74

RO

EUR

989 121 603,72

0,00

989 121 603,72

–65 967,69

0,00

989 055 636,03

991 300 594,37

–2 244 958,34

SI

EUR

124 384 026,71

0,00

124 384 026,71

393 000,00

– 954,10

124 776 072,61

124 777 026,71

– 954,10

SK

EUR

328 103 748,64

0,00

328 103 748,64

3 634 000,00

0,00

331 737 748,64

331 777 829,53

–40 080,89

FI

EUR

550 258 170,47

0,00

550 258 170,47

–73 951,98

–23 890,45

550 160 328,04

550 231 344,07

–71 016,03

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

– 631 641,70

– 631 641,70

0,00

– 631 641,70

SE

EUR

639 766 558,88

0,00

639 766 558,88

–24 704,47

0,00

639 741 854,41

639 799 725,33

–57 870,92

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–51 932,23

–51 932,23

0,00

–51 932,23

UK

EUR

3 313 755 544,68

0,00

3 313 755 544,68

– 578 462,05

0,00

3 313 177 082,63

3 308 426 422,77

4 750 659,86


SM

 

Infiq (3)

Dħul assenjat (3)

Artikolu 32 (= e)

Total (= h)

05 07 01 06

6701

6702

 

 

i

j

k

Formula

BE

EUR

–34 844,68

0,00

–9 465,76

–44 310,44

BG

EUR

–68 967,00

0,00

0,00

–68 967,00

CZ

EUR

4 399,59

0,00

0,00

4 399,59

DK

DKK

0,00

0,00

–66 422,98

–66 422,98

DK

EUR

172 046,95

0,00

0,00

172 046,95

DE

EUR

310 212,04

0,00

– 116 714,81

193 497,23

EE

EUR

12 468,34

0,00

0,00

12 468,34

IE

EUR

1 443 170,87

0,00

–56 295,34

1 386 875,53

EL

EUR

0,00

0,00

–1 786 932,58

–1 786 932,58

ES

EUR

– 270 339,54

0,00

–1 953 186,99

–2 223 526,53

FR

EUR

447 110,02

0,00

–2 836 879,32

–2 389 769,30

IT

EUR

3 885 760,95

0,00

–5 281 611,90

–1 395 850,95

CY

EUR

64 482,91

0,00

0,00

64 482,91

LV

EUR

18 641,42

0,00

0,00

18 641,42

LT

LTL

0,00

0,00

– 184,79

– 184,79

LT

EUR

199 389,51

– 149 634,07

0,00

49 755,44

LU

EUR

212 555,93

0,00

– 998,55

211 557,38

HU

HUF

0,00

0,00

– 250 657 247,00

– 250 657 247,00

HU

EUR

11 115,37

0,00

0,00

11 115,37

MT

EUR

12 500,80

0,00

0,00

12 500,80

NL

EUR

–1 792 442,75

0,00

–3 055,23

–1 795 497,98

AT

EUR

–11 511,38

0,00

0,00

–11 511,38

PL

PLN

0,00

0,00

– 519 914,58

– 519 914,58

PL

EUR

– 241 667,52

0,00

0,00

– 241 667,52

PT

EUR

517 262,00

0,00

– 424 567,26

92 694,74

RO

EUR

–2 244 958,34

0,00

0,00

–2 244 958,34

SI

EUR

0,00

0,00

– 954,10

– 954,10

SK

EUR

–38 443,34

–1 637,55

0,00

–40 080,89

FI

EUR

–5 519,31

–41 606,27

–23 890,45

–71 016,03

SE

SEK

0,00

0,00

– 631 641,70

– 631 641,70

SE

EUR

–57 870,92

0,00

0,00

–57 870,92

UK

GBP

0,00

0,00

–51 932,23

–51 932,23

UK

EUR

4 750 659,86

0,00

0,00

4 750 659,86


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk meqjusin fis-sistema ta' pagament, li magħhom jinżiedu b'mod partikolari l-korrezzjonijiet għall-qbiż tal-iskadenzi stabbiliti f'Awwissu, f'Settembru u f'Ottubru 2012 u l-korrezzjonijiet għall-istokk eċċessiv.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand Stat Membru jew imħallas lilu, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (col.a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għall-infiq mifrud (col.b).

Rata tal-iskambju applikabbli: l-Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(3)  Jekk il-parti tad-dħul assenjat tkun għall-vantaġġ tal-Istat Membru, dan irid jiġi ddikjarat taħt l-intestatura 05 07 01 06.

NB: Nomenklatura 2013 : 05 07 01 06, 6701, 6702


ANNESS II

L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2012 - FAEG

Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet tagħhom huma mifrudin u huma s-suġġett ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni aktar tard

Stat Membru

Aġenzija tal-Pagamenti

Il-Ġermanja

Hamburg-Jonas

Il-Ġermanja

Helaba

Il-Belġju

BIRB


30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/37


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ April 2013

dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro

(riformulazzjoni)

(BĊE/2013/10)

(2013/211/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

L-ambitu tad-Deċiżjoni BĊE/2003/4 tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (1) għandu bżonn jiġi estiż biex ikopri serjejiet futuri ta’ karti tal-flus tal-euro. Għal dan il-għan, hemm il-ħtieġa ta’ numru ta’ emendi tekniċi għal Deċiżjoni BĊE/2003/4. Barra minn dan, fid-dawl tal-esperjenza fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni BĊE/2003/4, hemm il-ħtieġa li jiġu ċċarati u li jittejbu wħud mir-regoli u l-proċeduri. Għaldaqstant, biex jiġu inkorporati l-emendi msemmijin iktar ‘il fuq, id-Deċiżjoni BĊE/2003/4 għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza u tat-trasparenza.

(2)

L-Artikolu 128(1) tat-Trattat u l-Artikolu 16 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jistipulaw illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklużiv li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Unjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet jistipulaw wkoll li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem il-‘BĊNi’) jistgħu joħorġu dawn il-karti tal-flus. Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju, 1998, dwar l-introduzzjoni tal-euro (2), il-BĊE u l-BĊNi għandhom ipoġġu l-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni.

(3)

L-Istitut Monetarju Ewropew (IME) wettaq ix-xogħol ta’ tħejjija għall-produzzjoni u l-ħruġ tal-karti tal-flus tal-euro, u b’mod partikolari fir-rigward tad-disinji tal-karti tal-flus tal-euro, iffaċilita l-għarfien u l-aċċettazzjoni tad-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-karti tal-flus tal-euro ġodda mill-utenti, u dan billi kkunsidra r-rekwiżiti speċifiċi viżivi u tekniċi tal-assoċjazzjonijiet Ewropej tal-utenti tal-karti tal-flus.

(4)

Bħala s-suċċessur tal-IME, il-BĊE huwa d-detentur tad-drittijiet tal-awtur tad-disinji tal-karti tal-flus tal-euro li oriġinarjament kienu tal-IME. Il-BĊE u l-BĊNi, meta jaġixxu f’isem il-BĊE, jistgħu jinfurzaw dawn id-drittijiet tal-awtur fir-rigward ta’ riproduzzjonijiet maħruġa jew imqassmin bi ksur ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur, bħal ma huma, fost l-oħrajn, riproduzzjonijiet li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestiġju tal-karti tal-flus tal-euro.

(5)

Il-BĊE u l-BĊNi għandhom, minn żmien għal żmien, jintroduċu serje ġdida ta’ karti tal-flus tal-euro b’karatteristiċi tas-sigurtà mtejbin li jibbenefikaw mill-progress fit-teknoloġija tal-karti tal-flus minn mindu ġiet introdotta l-ewwel serje.

(6)

Id-dritt tal-BĊE u tal-BĊNi li joħorġu l-karti tal-flus tal-euro jinkludi l-kompetenza li jieħdu l-miżuri legali kollha meħtieġa biex jipproteġu l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas. Il-BĊE għandu jieħu miżuri biex jipprovdi l-livell minimu ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro biex jiġi żgurat li l-pubbliku ġenerali jkun jista’ jiddistingwi r-riproduzzjonijiet mill-karti tal-flus tal-euro, li jinħarġu mill-BĊE u l-BĊNi u li m’humiex karti tal-flus foloz skont l-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (3) (iktar ‘il quddiem “karti tal-flus tal-euro ġenwini”). Jenħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti regoli komuni li jirregolaw kif għandha tiġi permessa r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dritt kriminali, partikolarment fir-rigward tal-iffalsifikar.

(8)

Ir-riproduzzjonijiet tal-karti tal-flus tal-euro f’forma elettronika għandhom jitqiesu legali biss jekk min jipproduċihom jadotta miżuri tekniċi adegwati biex dawn ma jiġux stampati, meta l-pubbliku ġenerali jista’ jfixkel dawn il-verżjonijiet stampati mal-karti tal-flus tal-euro ġenwini.

(9)

Il-kompetenza biex jittieħdu miżuri biex tiġi protetta l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro ġenwini bħala mezz ta’ ħlas tinkludi l-kompetenza biex jiġi adottat reġim komuni li taħtu l-BĊNi jkunu lesti li jibdlu karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin. Skont dan ir-reġim, huma indikati ċerti kategoriji ta’ karti tal-flus tal-euro li għandhom jinżammu mill-BĊNi meta dawn jiġu ppreżentati lilhom biex jinbidlu.

(10)

Il-parti tal-karta tal-flus tal-euro oriġinali li jeħtieġ li tiġi ppreżentata biex tikkwalifika biex tinbidel hija suġġetta għal rekwiżiti ta’ qisien minimi. Dawn il-qisien għandhom jiġu mfissrin bħala perċentwali tal-erja tal-wiċċ tal-karta tal-flus tal-euro oriġinali qabel ma tkun tħassret, biex jiġu evitati qisien foloz, pereżempju f’sitwazzjonijiet fejn il-karta tal-flus tal-euro titħassar minħabba li tinxtorob.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 jeħtieġ li istituzzjonijiet ta’ kreditu u, fil-limiti tal-attività tal-ħlas tagħhom, fornituri ta’ servizz ta’ ħlas u kull istituzzjoni oħra impenjati fl-ipproċessar u t-tqassim lill-pubbliku ta’ karti tal-flus u muniti, jiżguraw li karti tal-flus u muniti tal-euro li jkunu rċevew u li għandhom il-ħsieb li jpoġġuhom lura fiċ-ċirkulazzjoni jiġu vverifikati għall-awtentiċità u jinkixfu l-foloz.

(12)

Billi l-ħsara lil karti tal-flus tal-euro ġenwini b’apparat ta’ kontra s-serq tista’ tiġri fil-kuntest ta’ tentattiv ta’ reat kriminali jew t-twettiq tiegħu, għandu jiġi żgurat li f’dawn il-każijiet il-karti tal-flus ikunu jistgħu jinbidlu biss mill-vittma ta’ dan ir-reat jew tentattiv ta’ reat.

(13)

Sabiex jiġi inkoraġġit l-immaniġġjar korrett ta’ apparat ta’ kontra s-serq mill-istituzzjonijiet u aġenti ekonomiċi kollha msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, huwa xieraq għall-BĊNi li jitolbu dritt mingħand min jimmaniġġja l-karti tal-flus biex jiġi kkompensat għall-analiżi li ssir fir-rigward tal-bdil tal-karti tal-flus tal-euro ġenwini li tħassru mill-apparat ta’ kontra s-serq.

(14)

Dan id-dritt m’għandux jintalab meta l-ħsara tirriżulta minn serq bi vjolenza jew serq, f’tentattiv jew attwalment imwettaq, u, biex jiġu evitati drittijiet insinifikanti, għandu jintalab biss meta numru minimu ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin jiġu ppreżentati għall-bdil.

(15)

Il-karti tal-flus tal-euro ġenwini li jkunu tħassru f’ammont kbir minħabba l-attivazzjoni ta’ apparat ta’ kontra s-serq għandhom jiġu ppreżentati għall-bdil, jekk ikun meħtieġ mill-BĊNi, f’settijiet li jikkonsistu f’numru minimu ta’ karti tal-flus tal-euro.

(16)

Sabiex jiġu appoġġati sforzi għat-titjib tas-sigurtà taċ-ċiklu tal-flus kontanti u biex tiġi evitata l-penalizzazzjoni tal-użu ta’ apparat ta’ kontra s-serq, huwa xieraq li jiġu kkreditati l-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi, imsemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jippreżentaw għall-bdil karti tal-flus tal-euro ġenwini li jitħassru b’mod aċċidentali b’apparat ta’ kontra s-serq, fil-jum meta jiġu rċevuti dawn il-karti tal-flus, b’mod simili għall-preżentazzjoni ta’ flus kontanti regolari.

(17)

Biex tiġi appoġġata l-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq għall-Eurosistema li tispeċifika kif jiġu ttrattati talbiet minn kwalunkwe applikant biex jinbidlu karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin b’valur ta’ mill-inqas EUR 7 500. Dawn ir-regoli huma mingħajr ħsara għal kwalunkwe rekwiżit ta’ identifikazzjoni u rapportar iktar strett adottat mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (4).

(18)

Id-dritt esklużiv tal-BĊE li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Unjoni jinkludi l-kompetenza li jirtira l-karti tal-flus tal-euro u li jistabbilixxi reġim komuni li taħtu l-BĊE u l-BĊNi jistgħu jwettqu dan l-irtirar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet

1.   Il-karti tal-flus tal-euro għandhom jinkludu seba’ denominazzjonijiet fil-firxa ta’ bejn il-ħames sal-500 euro, li juru t-tema ‘Żminijiet u stili tal-Ewropa’, bl-ispeċifikazzjonijiet bażiċi li ġejjin.

Valur nominali

(EUR)

Dimensjonijiet (l-ewwel serje)

Dimensjonijiet (it-tieni serje)

Kulur dominanti

Disinn

5

120 × 62 mm

120 × 62 mm

Griż

Klassiku

10

127 × 67 mm

127 × 67 mm

Aħmar

Romanesk

20

133 × 72 mm

133 × 72 mm

Blu

Gotiku

50

140 × 77 mm

140 × 77 mm

Oranġo

Rinaxximent

100

147 × 82 mm

Għandhom jiġu deċiżi

Aħdar

Barokk u rokoko

200

153 × 82 mm

Għandhom jiġu deċiżi

Isfar fil-kannella

Arkittettura tal-ħadid u tal-ħġieġ

500

160 × 82 mm

Għandhom jiġu deċiżi

Vjola

Arkittettura moderna tas-seklu 20

2.   Is-seba’ denominazzjonijiet fis-serje tal-karti tal-flus tal-euro għandhom juru xbihat ta’ entraturi u twieqi fuq in-naħa ta’ quddiem (recto) u pontijiet fuq in-naħa ta’ wara (verso). Is-seba’ denominazzjonijiet kollha għandhom ikunu tipiċi tad-diversi perijodi artistiċi Ewropej imsemmijin hawn fuq. Elementi oħrajn tad-disinji għandhom jinkludu:

(a)

is-simbolu tal-Unjoni Ewropea;

(b)

l-isem tal-valuta bl-alfabett Ruman u Grieg u, flimkien ma’ dan, għat-tieni serje ta’ karti tal-flus tal-euro, l-isem tal-valuta bl-alfabett Ċirilliku;

(c)

l-inizjali tal-BĊE fil-varjanti tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; għall-ewwel serje ta’ karti tal-flus tal-euro, l-inizjali tal-BĊE għandhom ikunu limitati għall-ħames varjanti tal-lingwi uffiċjali li ġejjin: BCE, ECB, EZB, EKT u EKP u, flimkien ma’ dawn, għat-tieni serje ta’ karti tal-flus tal-euro, l-inizjali tal-BĊE għandhom ikunu limitati għal dawn id-disa’ varjanti tal-lingwi uffiċjali: BCE, ECB, ЕЦБ, EZB, EKP, EKT, EKB, BĊE u EBC;

(d)

is-simbolu © li jindika li d-dritt tal-awtur jappartjeni lill-BĊE; u

(e)

il-firma tal-President tal-BĊE.

Artikolu 2

Regoli dwar ir-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro

1.   ‘Riproduzzjoni’ għandha tfisser kull xbieha tanġibbli jew intanġibbli li tuża karta tal-flus tal-euro sħiħa jew parti minnha kif speċifikat fl-Artikolu 1, jew partijiet mill-elementi individwali tad-disinn tagħha, bħal, fost l-oħrajn, il-kulur, id-dimensjonijiet u l-użu ta’ ittri jew ta’ simboli, liema xbieha tista’ tixbah lil, jew tagħti l-impressjoni ġenerali ta’, karta tal-flus tal-euro ġenwina, irrispettivament minn:

(a)

id-daqs tax-xbieha; jew

(b)

il-materjal(i) jew it-teknika (tekniki) użati fil-produzzjoni tagħha; jew

(c)

jekk żdidux jew inbidlux elementi tad-disinn tal-karta tal-flus tal-euro, bħall-ittri jew is-simboli.

2.   Ir-riproduzzjonijiet li l-pubbliku ġenerali jista’ jfixkilhom ma’ karti tal-flus tal-euro ġenwini għandhom jitqiesu bħala illegali.

3.   Ir-riproduzzjonijiet li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu bħala legali peress li m’hemm l-ebda riskju li l-pubbliku ġenerali jista’ jfixkilhom ma’ karti tal-flus tal-euro ġenwini:

(a)

ir-riproduzzjonijiet b’naħa waħda biss ta’ karta tal-flus tal-euro kif speċifikat fl-Artikolu 1, kemm-il darba d-daqs tar-riproduzzjoni jkun daqs jew ikbar minn 125 % ta’ kemm it-tul u l-wisa’, jew daqs jew inqas minn 75 % ta’ kemm it-tul u l-wisa’ tal-karta tal-flus tal-euro rispettiva kif speċifikat fl-Artikolu 1; jew

(b)

ir-riproduzzjonijiet biż-żewġ naħat ta’ karta tal-flus tal-euro kif speċifikat fl-Artikolu 1, kemm-il darba d-daqs tar-riproduzzjoni jkun daqs jew iżjed minn 200 % ta’ kemm it-tul u l-wisa’ jew inqas minn 50 % ta’ kemm it-tul u l-wisa’ tal-karta tal-flus tal-euro rispettiva kif speċifikat fl-Artikolu 1; jew

(c)

ir-riproduzzjonijiet ta’ elementi individwali tad-disinn ta’ karta tal-flus tal-euro kif speċifikat fl-Artikolu 1, kemm-il darba dak l-element tad-disinn ma jintweriex fuq sfond li jkun jixbah lil dak ta’ karta tal-flus; jew

(d)

ir-riproduzzjonijiet fuq naħa waħda li juru parti min-naħa ta’ quddiem jew ta’ wara ta’ karta tal-flus tal-euro, kemm-il darba dik il-parti tkun iżgħar minn terz tan-naħa oriġinali ta’ quddiem jew ta’ wara ta’ karta tal-flus tal-euro kif speċifikat fl-Artikolu 1; jew

(e)

ir-riproduzzjonijiet magħmulin minn materjal li jkun jidher b’mod ċar li hu differenti mill-karta, li tidher sew li hija differenti mill-materjal użat għall-karti tal-flus; jew

(f)

ir-riproduzzjonijiet intanġibbli li jkunu disponibbli elettronikament f’websajts, permezz ta’ wajer jew mingħajr wajer jew bi kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti lill-membri tal-pubbliku ġenerali li jkollhom aċċess għal dawn ir-riproduzzjonijiet intanġibbli minn post u f’ħin magħżul minnhom individwalment, kemm-il darba:

il-kelma SPECIMEN (kampjun) tkun stampata dijagonalment fuq ir-riproduzzjoni bit-tipa Arial jew b’tipa simili għat-tipa Arial; u

ir-riżoluzzjoni tar-riproduzzjoni elettronika fid-daqs 100 % tagħha ma taqbiżx it-72 punt kull pulżier (dpi).

4.   Fil-każ ta’ riproduzzjonijiet skont il-paragrafu 3(f),

it-tul tal-kelma SPEĊIMEN għandha tkun mill-inqas 75 % tat-tul tar-riproduzzjoni, u

l-għoli tal-kelma SPEĊIMEN għandha tkun mill-inqas 15 % tal-wisa’ tar-riproduzzjoni, u

il-kelma SPECIMEN għandha tidher f’kulur mhux trasparenti (opak) li jikkuntrasta mal-kulur dominanti tal-karta tal-flus tal-euro rispettiva kif speċifikat fl-Artikolu 1.

5.   Il-BĊE u l-BĊNi għandhom, meta jirċievu talba bil-miktub, jipprovdu konferma li r-riproduzzjonijiet li ma jikkonformawx mal-kriterji tal-paragrafu 3, sa fejn ma jistgħux jiġu mfixkla mill-pubbliku ġenerali ma’ karta tal-flus tal-euro ġenwina kif speċifikat fl-Artikolu 1, huma legali wkoll. Meta riproduzzjoni ssir fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed biss li l-munita tiegħu hija l-euro, talbiet kif imsemmi iktar ‘il fuq għandhom jiġu indirizzati lill-BĊN ta’ dak l-Istat Membru. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn it-talbiet għandhom jiġu indirizzati lill-BĊE.

6.   Ir-regoli tar-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro japplikaw ukoll għall-karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew irtirati jew li jkunu tilfu l-istatus tagħhom ta’ valuta legali skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Bdil ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin

1.   Il-BĊNi għandhom, fuq talba, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 u fid-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill Governattiv imsemmija fl-Artikolu 6, jibdlu karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin meta:

(a)

iktar minn 50 % tal-karta tal-flus tal-euro hija ppreżentata; jew

(b)

meta 50 % jew anqas tal-karta tal-flus tal-euro hija ppreżentata jekk l-applikant jipprova li l-partijiet neqsin inqerdu.

2.   Flimkien mal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għall-bdil ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin:

(a)

fejn ikun hemm dubju dwar it-titolu legali tal-applikant għall-karti tal-flus tal-euro: l-applikant għandu jagħti identifikazzjoni, kif ukoll prova li l-applikant huwa s-sid jew inkella applikant awtorizzat;

(b)

fejn ikun hemm dubju dwar l-awtentiċità tal-karti tal-flus tal-euro: l-applikant għandu jagħti l-identifikazzjoni;

(c)

fejn jiġu ppreżentati karti tal-flus tal-euro ġenwini mtebbgħin bil-linka, ikkontaminati jew imxappin: l-applikant għandu jagħti spjegazzjoni bil-miktub dwar it-tip ta’ tebgħa, kontaminazzjoni jew ta’ tixpip;

(d)

fejn il-karti tal-flus tal-euro ġenwini jkun tħassru b’apparat ta’ kontra s-serq: l-applikant għandu jagħti stqarrija bil-miktub fuq il-kawża ta’ newtralizzazzjoni;

(e)

fejn il-karti tal-flus tal-euro ġenwini jkun tħassru b’apparat ta’ kontra s-serq minħabba serq bi vjolenza jew serq, attwalment imwettaq jew tentattiv, jew attività kriminali oħra: il-karti tal-flus għandhom jinbidlu biss fuq talba tas-sid jew inkella tal-applikant awtorizzat li jkun il-vittma ta’ attività kriminali attwali jew tentattiv tagħha li twassal għall-ħsara fil-karti tal-flus;

(f)

fejn il-karti tal-flus tal-euro ġenwini jkunu tħassru b’apparat ta’ kontra s-serq u jiġu ppreżentati minn istituzzjonijiet u aġenti ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001: dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi għandhom jagħtu stqarrija bil-miktub fuq il-kawża tan-newtralizzazzjoni, ir-referenza u l-karatteristiċi ta’ apparat ta’ kontra s-serq, id-dettalji tal-parti li qed tippreżenta l-karti tal-flus imħassrin u d-data tal-preżentazzjoni tagħhom;

(g)

fejn il-karti tal-flus tal-euro ġenwini jkunu tħassru f’ammont kbir minħabba l-attivazzjoni ta’ apparat ta’ kontra s-serq: dawn kemm jista’ jkun possibbli u jekk meħtieġ mill-BĊNi għandhom jiġu ppreżentati f’settijiet ta’ 100 karta tal-flus tal-euro, kemm-il darba l-ammont tal-karti tal-flus tal-euro ppreżentati jkun biżżejjed biex jiġu ffurmati dawn is-settijiet;

(h)

fejn istituzzjonijiet u aġenti ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 jippreżentaw għall-bdil, fi tranżazzjoni waħda jew iżjed, karti tal-flus tal-euro ġenwini b’valur ta’ mill-inqas EUR 7 500: dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi għandhom jagħtu dokumentazzjoni fuq l-oriġni tal-karti tal-flus u l-identifikazzjoni tal-klijent jew, meta jkun applikabbli, tas-sid benefiċjarju kif iddefinit fid-Direttiva 2005/60/KE. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll f‘każ ta’ dubju dwar jekk il-valur limitu ta’ EUR 7 500 ntlaħaqx. Ir-regoli stipulati f’dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr ħsara għal kwalunkwe identifikazzjoni u rekwiżit ta’ rapportar iktar stretti adottati mill-Istati Membri fit-trażpożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE.

3.   Minkejja dak imsemmi aktar ‘il fuq:

(a)

Fejn il-BĊNi jkunu jafu jew ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li l-karti tal-flus tal-euro ġenwini tħassru intenzjonalment, huma għandhom jirrifjutaw li jibdluhom u għandhom iżommu l-karti tal-flus tal-euro, biex jevitaw li dawn il-karti tal-flus tal-euro jerġgħu jiġu ċċirkulati jew biex jipprevjenu li l-applikant jippreżentahom lil xi BĊN ieħor għall-bdil. Madanakollu, huma għandhom jibdlu l-karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin jekk ikunu jafu jew jekk ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li l-applikanti għandhom il-bonafidi, jew jekk l-applikanti jistgħu jippruvaw li għandhom il-bonafidi. Il-karti tal-flus tal-euro li jkunu mħassrin fi ġrad żgħir, eż. billi jkollhom annotazzjonijiet, numri jew sentenzi qosra miktubin fuqhom, m’għandhomx fil-prinċipju jitqiesu li huma karti tal-flus tal-euro li tħassru intenzjonalment; u

(b)

Fejn il-BĊNi jkunu jafu jew ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li twettaq reat kriminali huma għandhom jirrifjutaw li jibdlu l-karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin u għandhom iżommuhom, wara li tinħareġ riċevuta, bħala prova li tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti biex jibdew jew jappoġġaw investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti, il-karti tal-flus tal-euro ġenwini fl-aħħar tal-investigazzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-bdil skont kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

(c)

Meta l-BĊNi jkunu jafu jew ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li l-karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin huma kkontaminati b’mod li jkunu ta’ riskju għas-saħħa u s-sigurtà, huma għandhom jibdlu l-karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin, jekk l-applikant jista’ jipprovdi valutazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 4

Twaqqif ta’ dritt għall-bdil tal-karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin b’apparat ta’ kontra s-serq

1.   Il-BĊNi għandhom jitolbu dritt mingħand l-istituzzjoniiet u l-aġenti ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1338/2001 meta jitolbu lill-BĊNi, skont l-Artikolu 3, biex jibdlu karti tal-flus tal-euro ġenwini li ġew imħassrin minn apparat ta’ kontra s-serq.

2.   Id-dritt għandu jammonta għal 10 ċenteżmi tal-euro għal kull karta tal-flus tal-euro mħassra.

3.   Id-dritt għandu jintalab biss jekk jinbidlu mill-inqas 100 karta tal-flus tal-euro mħassra. Id-dritt għandu jintalab għall-karti tal-flus tal-euro kollha mibdulin.

4.   L-ebda dritt m’għandu jintalab fejn karti tal-flus tal-euro jkunu tħassru minħabba serq bi vjolenza, serq jew attività kriminali oħra, jew tentattiv jew attwalment imwettqin.

Artikolu 5

Ikkreditar tal-valur tal-karti tal-flus tal-euro mħassrin aċċidentalment b’apparat ta’ kontra s-serq u ppreżentati għall-bdil

1.   Il-BĊNi għandhom jikkreditaw lill-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1338/2001 li jkollhom kont fil-BĊN rilevanti l-valur tal-karti tal-flus tal-euro ġenwini li ġew imħassrin aċċidentalment minn apparat ta’ kontra s-serq fil-jum ta’ meta jirċievu dawk il-karti tal-flus, kemm-il darba:

(a)

il-karti tal-flus tal-euro ma tħassrux minħabba serq bi vjolenza, serq jew attività kriminali oħra attwali;

(b)

il-BĊN jista’ jivverifika minnufih li l-ammont mitlub jikkorrispondi tal-inqas għal madwar il-valur tal-karti tal-flus ippreżentati; u

(c)

tintbagħat l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa mill-BĊN.

2.   Kwalunkwe differenza żvelata wara l-ipproċessar bejn il-valur tal-karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin aċċidentalment u ippreżentati għall-bdil u l-ammont ikkreditat qabel l-ipproċessar għandha tiġi ddebitata jew ikkreditata, skont il-każ, lill-istituzzjoni jew l-aġent ekonomiku li jippreżentawhom.

3.   Id-drittijiet imsemmijin fl-Artikolu 4 għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tan-numru effettiv tal-karti tal-flus tal-euro ġenwini mħassrin aċċidentalment ipproċessati mill-BĊN.

Artikolu 6

Irtirar tal-karti tal-flus tal-euro

L-irtirar ta’ tip jew serje ta’ karta tal-flus tal-euro għandu jiġi rregolat b’deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv ippubblikata għall-informazzjoni ġenerali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f’midja oħra. Din id-Deċiżjoni bħala minimu għandha tkopri, il-punti li ġejjin:

it-tip jew is-serje tal-karta tal-flus tal-euro li tkun ser tiġi rtirata miċ-ċirkulazzjoni; u

it-tul ta’ żmien tal-perjodu tal-bdil; u

id-data li fiha t-tip jew is-serje tal-karta tal-flus tal-euro tkun ser titlef l-istatus tagħha bħala valuta legali; u

it-trattament tal-karti tal-flus tal-euro ppreżentati ladarba jkun għadda l-perijodu tal-irtirar u/jew ikunu tilfu l-istatus tagħhom bħala valuta legali.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u tħassir

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2003/4 hija mħassra.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2003/4 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

3.   Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 246.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 111.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 4, p. 152.

(4)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.


ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni BĊE/2003/4

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7


LINJI GWIDA

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/43


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ April 2013

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2013/11)

(2013/212/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1 u 14.3 u l-Artikolu 16(1) tiegħu;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar ta’ karti tal-flus tal-euro (1)

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2003/5 tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (2) u għall-finijiet ta’ referenza konsistenti għal karti tal-flus tal-euro ġenwini li huma valuta legali, huwa xieraq illi jintuża biss it-terminu “mħassin”.

(2)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2003/5 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,.

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 4 tal-Linja Gwida BCE/2003/5 huwa mibdul b’dan li gej:

“Artikolu 4

Bdil ta’ karti tal-flus tal-euro danneġġjati

1.   Il-BĊNi għandhom jimplimentaw id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 kif imiss. (*)

2.   Meta jkunu qed jimplimentaw id-Deċiżjoni ECB/2013/10, u bla ħsara għal xi restrizzjonijiet legali, il-BĊNi jistgħu jeqirdu xi karti tal-flus euro danneġġjati jew xi partijiet minnhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet legali sabiex dawn jiġu ppreżervati jew imrodda lura lill-applikant.

3.   Il-BĊNi għandhom jaħtru entità jew korp wieħed biex jieħu deċiżjonijiet dwar l-iskambju ta’ karti tal-flus tal-euro danneġġati għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Deċiżjoni ECB/2013/10, u għandhom jinformaw lill-BĊE f’dan is-sens.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ April 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/44


RAKKOMANDAZZJONI Nru 93/13/COL TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

tal-21 ta’ Frar 2013

dwar pjan ta' kontroll ikkoordinat bil-ħsieb li jistabbilixxi l-prevalenza tal-prattiki frawdolenti fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu ikel

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 109 u l-Protokoll 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) u l-Protokoll 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 54zzzi tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali), kif korrett u emendat, u b' mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 75/13/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tad-19 ta' Frar 2013 li tagħti s-setgħa lill-Membru tal-Kulleġġ kompetenti biex jadotta Rakkomandazzjoni finali kif approvata mill-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA (Avveniment Nru 663341),

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jagħti s-setgħa lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (l-Awtorità) li tirrakkomanda pjanijiet ikkoordinati fejn jitqies li hemm bżonn, organizzati fuq bażi ad hoc, b’mod partikolari bil-ħsieb li tistabbilixxi l-prevalenza tal-perikli fl-għalf, fl-ikel jew fl-annimali.

(2)

Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (1), tistabbilixxi r-regoli taż-ŻEE dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel applikabbli għall-oġġetti tal-ikel kollha.

(3)

Skont id-Direttiva 2000/13/KE, it-tikkettar u l-metodi użati ma għandhomx iqarrqu bil-konsumatur, b’mod partikolari dwar il-karatteristiki tal-ikel, inklużi n-natura proprja u l-identità tiegħu. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi nazzjonali jew taż-ŻEE, l-isem li bih jinbiegħ l-ikel għandu jkun l-isem li normalment jinbiegħ bih fl-Istat taż-ŻEE, jew deskrizzjoni tal-ikel li tkun ċara biżżejjed biex ix-xerrej ikun jaf in-natura proprja tiegħu.

(4)

Barra minn hekk, l-ingredjenti kollha jridu jissemmew fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel ippakkjati minn qabel maħsuba għall-konsumatur aħħari jew l-istabbilimenti tal-ikel tal-massa. B’mod partikolari, ikel li fih laħam bħala ingredjent, meta jkun maħsub għall-konsumatur aħħari jew l-istabbilimenti tal-ikel tal-massa, għandhom jindikaw l-ispeċi tal-annimal li minnu joriġina l-laħam direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. Jekk ingredjent jissemma fl-isem tal-ikel, il-kwantità tiegħu espressa bħala perċentwali wkoll trid tkun ipprovduta fil-lista tal-ingredjenti sabiex ikun evitat li l-konsumatur jitqarraq fir-rigward tal-identità u l-kompożizzjoni tal-ikel.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), jistipula r-rekwiżiti tat-tikkettar addizzjonali applikabbli għal ikel speċifiku. B’mod partikolari, jipprovdi li l-pakketti maħsuba għall-provvista lill-konsumatur aħħari li fihom il-kapuljat, fost l-oħrajn, mis-solipedi għandu jkollhom avviż li jindika li prodotti bħal dawn għandhom jissajru qabel jittieklu, jekk, u sa fejn, ir-regoli nazzjonali fl-Istat Membru fit-territorju li fih jitqiegħed il-prodott fis-suq hekk ikunu jeħtieġu.

(6)

Is-Sezzjoni III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tirrikjedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li joperaw il-biċċeriji jitolbu, jivverifikaw u jaġixxu fuq l-informazzjoni dwar il-katina alimentari fir-rigward tal-annimali kollha, ħlief l-annimali tal-kaċċa, mibgħuta jew intenzjonati li jintbagħtu fil-biċċeriji. L-informazzjoni rilevanti dwar il-katina alimentari għandha tkopri, b’mod partikolari, il-prodotti veterinarji mediċinali amministrati lill-annimali matul il-perjodu rilevanti u b’perjodu ta’ rtirar ta’ iżjed minn żero, flimkien mad-dati tal-amministrazzjoni u l-perjodi ta’ rtirar tagħhom. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3), jirrikjedi fost l-oħrajn li l-veterinarju uffiċjali jwettaq kompiti ta’ verifika u spezzjoni. B’mod partikolari, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika u janalizza l-informazzjoni rilevanti mir-reġistri tal-impriża minn fejn joriġinaw l-annimali maħsuba għall-qatla, inkluża l-informazzjoni dwar il-katina alimentari u jikkunsidra r-riżultati dokumentati ta’ din il-verifika u l-analiżi meta jwettaq l-ispezzjoni ta’ qabel u wara l-qatla.

(7)

B’segwitu għall-kontrolli uffiċjali li ilhom jitwettqu f’għadd ta’ Stati Membri minn Diċembru 2012, jidher li ċerti prodotti li huma ppakkjati minn qabel kien fihom laħam taż-żiemel, li ma kienx iddikjarat fil-lista tal-ingredjenti li tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. Minflok, l-isem ta’ ċerti oġġetti tal-ikel bħal dawn u/jew il-lista ta’ akkumpanjament tal-ingredjenti irreferiet biss, b’mod qarrieqi, għall-preżenza taċ-ċanga.

(8)

B’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (4), l-operaturi tan-negozju tal-oġġetti tal-ikel fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni fi ħdan in-negozji tagħhom fil-kontroll tagħhom, għandhom jiżguraw li l-oġġetti tal-ikel jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġi tal-oġġetti tal-ikel li huma rilevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li dawn ir-rekwiżiti jiġu sodisfatti.

(9)

Iż-żwiemel huma speċi ta’ annimal li jistgħu jkunu "produtturi tal-ikel" jew "mhux produtturi tal-ikel". Il-fenilbutażon hija mediċina veterinarja li l-użu tagħha huwa permess biss f’annimali li mhumiex produtturi tal-ikel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (5). Għalhekk, żwiemel li mhumiex produtturi tal-ikel, li f’xi punt ta’ ħajjithom ħadu trattament tal-fenilbutażon, ma jistgħux jidħlu fil-katina alimentari. B’konsiderazzjoni tal-prattiki qarrieqa fir-rigward tal-preżenza ta' laħam taż-żiemel mingħajr ma jkun indikat fit-tikketta f’ċerti prodotti tal-ikel, jixraq, għal finijiet ta’ prevenzjoni, li jkun aċċertat jekk żwiemel li mhumiex produtturi tal-ikel li ħadu trattament tal-fenilbutażon daħlux fil-katina alimentari.

(10)

Għalhekk, huwa neċessarju għall-Awtorità li tirrakkomanda lin-Norveġja u lill-Islanda li jwettqu pjan ta' kontroll ikkoordinat bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-prevalenza tal-prattiki qarrieqa fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu ikel għal perjodu ta' xahar. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn.

(11)

Il-pjan ta’ kontroll rakkomandat għandu jikkonsisti f'żewġ azzjonijiet.

(12)

L-ewwel azzjoni għandha tikkonsisti f'kontrolli adattati li jitwettqu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, fuq ikel intenzjonat għall-konsumatur aħħari jew l-istabbilimenti tal-ikel tal-massa, li huma kummerċjalizzati u/jew tikkettati bħala li fihom ċ-ċanga. Dawn il-kontrolli jistgħu jiġu estiżi wkoll għal stabbilimenti oħrajn (eż. l-imħażen tal-friża). L-għan ta’ dawn il-kontrolli se jkun li jiġi stabbilit jekk prodotti bħal dawn fihomx laħam taż-żiemel, li mhux tikkettat kif suppost fuq il-pakkett jew, fil-każ ta’ oġġetti tal-ikel li mhumiex ippakkjati minn qabel, l-informazzjoni dwar il-preżenza tiegħu ma tkunx disponibbli għall-konsumatur jew l-istabbilimenti tal-ikel tal-massa. Kontrolli bħal dawn għandhom jitwettqu fuq kampjun rappreżentattiv.

(13)

Jeżistu metodi affidabbli li jippermettu, bi grad suffiċenti ta’ preċiżjoni, is-sejba tal-preżenza ta’ proteini ta’ speċijiet mhux iddikjarati f'kampjun. Il-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-proteini tal-annimali fl-oġġetti tal-għalf jista’ jipprovdi pariri siewja dwar dawk il-metodi u l-użu tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda għandhom jiġu mistiedna joqogħdu fuq il-parir ta’ dak il-laboratorju dwar il-metodi li jistgħu jintużaw.

(14)

It-tieni azzjoni għandha tikkonsisti f'kontrolli xierqa li jitwettqu mill-istabbilimenti li jitrattataw il-laħam taż-żiemel intenzjonat għall-konsum mill-bniedem, inkluż ikel li joriġina minn pajjiżi terzi, għad-detezzjoni tar-residwi tal-fenilbutażon. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu wkoll fuq kampjun rappreżentattiv, filwaqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċifri tal-produzzjoni u l-importazzjoni. F’dan il-każ jixraq li ssir referenza għall-metodi pprovduti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta' metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (6).

(15)

In-Norveġja u l-Islanda għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli lill-Awtorità fuq bażi regolari, sabiex tivvaluta s-sejbiet u tiddeċiedi dwar azzjoni adatta. Dawn ir-riżultati se jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-miżuri stipulati f 'din ir-Rakkomandazzjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Fitosanitarju u Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

In-Norveġja u l-Islanda għandhom japplikaw pjan ta’ kontroll ikkoordinat, b’konformità mal-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, li jikkonsisti fl-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

kontrolli uffiċjali dwar ikel intenzjonat għall-konsumatur aħħari jew l-istabbilimenti tal-ikel tal-massa, li huma kummerċjalizzati u/jew tikkettati bħala li fihom iċ-ċanga; u,

(b)

kontrolli uffiċjali fuq laħam taż-żiemel intenzjonat għall-konsum mill-bniedem għad-detezzjoni tar-residwi tal-fenilbutażon.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ

Xavier LEWIS

Direttur


(1)  L-Att imsemmi fil-punt 18 tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE

(2)  L-Att imsemmi fil-punt 6.1.17 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE

(3)  L-Att imsemmi fil-punt 1.1.12 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE

(4)  L-Att imsemmi fil-punt 54zzzc tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE

(5)  L-Att imsemmi fil-punt 13 tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE

(6)  L-Att imsemmi fil-punt 7.2.19 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE


ANNESS

Pjan ikkoordinat ta' kontroll bil-għan li tiġi stabbilita l-prevalenza ta’ prattiki qarrieqa fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu ikel

I.   AZZJONIJIET U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-PJAN TA’ KONTROLL IKKOORDINAT

Il-pjan ta’ kontroll ikkoordinat għandu jikkonsisti f'żewġ azzjonijiet:

AZZJONI 1:   Kontrolli ta’ ikel kummerċjalizzat u/jew tikkettat bħala li fih iċ-ċanga

A.   Kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

1.

L-oġġetti tal-ikel kummerċjalizzati u/jew tikkettati bħala li fihom iċ-ċanga (eż kapuljat, prodotti tal-laħam, preparati tal-laħam) li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:

(a)

Oġġetti tal-ikel ippakkjati minn qabel intenzjonati għall-konsumatur aħħari jew l-istabbilimenti tal-ikel tal-massa li huma tikkettati bħala li fihom iċ-ċanga;

(b)

Oġġetti tal-ikel offurti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari jew lill-istabbilimenti tal-ikel tal-massa mingħajr ippakkjar minn qabel u oġġetti tal-ikel ippakkjati fil-post tal-bejgħ fuq it-talba tal-konsumatur jew ippakkjat minn qabel għal bejgħ dirett, li huma kummerċjalizzati u/jew indikati mod ieħor bħala li fihom iċ-ċanga.

2.

Għall-finijiet ta’ dan il-pjan ta’ kontroll ikkoordinat, għandha tapplika d-definizzjoni ta’ "oġġetti tal-ikel ippakkjati minn qabel" fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE.

3.

Għall-fini ta’ dan il-pjan ta’ kontroll ikkoordinat, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "ikkapuljat", "preparati tal-laħam" u "prodotti tal-laħam" fil-punti 1.13, 1.15 u 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

B.   Għan

L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali biex jistabbilixxu jekk il-prodotti msemmija fil-punt A fihomx laħam taż-żiemel, li mhux tikkettat kif suppost fuq il-pakkett jew, fil-każ ta’ oġġetti tal-ikel mhux ippakkjati minn qabel, l-informazzjoni dwar il-preżenza tiegħu mhix disponibbli għall-konsumatur jew l-istabbilimenti tal-ikel tal-massa, b'konformità mal-liġi taż-ŻEE u, fejn xieraq, mad-dispożizzjonijiet nazzjonali.

C.   Punti dwar il-kampjuni u l-proċedura

1.

Il-kampjun għandu jkun rappreżentattiv tal-prodotti kkonċernati u jkopri varjetà ta' prodotti.

2.

L-għażla tal-kampjuni tal-prodotti għandha ssir fil-livell tal-bejgħ bl-imnut (eż. supermarkits, ħwienet iżgħar, biċċiera) u jista' jiġi estiż ukoll għal stabbilimenti oħrajn (eż. imħażen tal-friża).

D.   Għadd u modalitajiet tal-kampjuni

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn l-għadd minimu indikattiv rakkomandat ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu fi żmien il-perjodu pprovdut fit-Taqsima II. L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda huma mistiedna jieħdu aktar kampjuni fejn possibbli. Id-distribuzzjoni tal-kampjuni għal kull pajjiż hija bbażata fuq iċ-ċifri tal-popolazzjoni b’għadd minimu ta’ 10 kampjuni tal-prodotti kkonċernati għal kull pajjiż għal kull xahar kalendarju kif indikat fit-Taqsima II.

Oġġetti tal-ikel kummerċjalizzati u/jew tikkettati bħala li fihom iċ-ċanga

Pajjiż tal-bejgħ

Għadd indikattiv rakkomandat ta’ kampjuni għal kull xahar

In-Norveġja

50

L-Islanda

10

E.   Metodi

L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda għandhom preferibbilment jużaw il-metodu/i rakkomandat(i) mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-proteini tal-annimali fl-oġġetti tal-għalf.

AZZJONI 2:   Kontrolli tal-laħam taż-żiemel intenzjonati għall-konsum mill-bniedem

A.   Kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

Laħam ta' żwiemel, ħmir tal-barr, bgħula tad-debba jew tal-ħmara, friski, imkessħin jew iffriżati, ikklassifikati taħt il-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 0205 u li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem.

B.   Għan

L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali sabiex jaqbdu l-preżenza possibbli ta’ residwi tal-fenilbutażon fil-prodotti msemmija fil-punt A.

C.   Punti dwar il-kampjuni u l-proċedura

L-għażla tal-kampjuni tal-prodotti għandu jsir fl-istabbilimenti li jamministraw il-prodotti msemmija fil-punt A (eż. biċċeriji, postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri).

D.   Għadd u modalitajiet tal-kampjuni

L-għadd minimu rakkomandat ta’ kampjuni li jrid jittieħed matul il-perjodu stipulat fit-Taqsima II għandu jkun iffissat għal kampjun 1 għal kull 50 tunnellata ta’ prodotti msemmija fil-punt A, b’minimu ta’ 5 kampjuni għal kull pajjiż.

E.   Metodi

L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda għandhom jużaw metodi vvalidati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE. Metodi bħal dawn huma disponibbli fil-websajt tal-Laboratorju ta’ Referenza Ewropew għar-residwi tal-mediċini veterinarji u l-kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali għal residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp A (5) u l-Grupp B (2)(a), (b), (e) tad-Direttiva 96/23/KE  (1).

II.   TUL TAL-PERJODU TAL-PJAN TA’ KONTROLL IKKOORDINAT

Il-pjan ta’ kontroll ikkoordinat għandu jitwettaq għal perjodu ta’ xahar li jibda mid-data tal-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jew sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2013.

III.   RAPPORTAR TAR-RIŻULTATI

1.

L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda għandhom jirrapportaw it-taqsira tal-informazzjoni li ġejja għal kull waħda mill-azzjonijiet imsemmija fit-Taqsima I ta’ dan l-Anness:

(a)

għadd ta’ kampjuni meħuda, għal kull kategorija ta’ prodotti;

(b)

il-metodu/i użat(i) għall-analiżi u t-tip ta’ analiżi mwettqa;

(c)

l-għadd ta’ sejbiet pożittivi;

(d)

il-kontrolli ta’ segwitu mwettqa fir-rigward tas-sejbiet pożittivi fil-prodotti msemmija fil-punt A taħt l-Azzjoni 1 fil-każijiet fejn il-preżenza individwalizzata tal-laħam taż-żiemel taqbeż il-1 %;

(e)

il-kontrolli ta’ segwitu mwettqa fir-rigward ta’ sejbiet pożittivi fil-prodotti fil-punt A taħt l-Azzjoni 2;

(f)

ir-riżultati tal-kontrolli ta’ segwitu;

(g)

fir-rigward ta’ sejbiet pożittivi fi prodotti msemmija fil-punt A taħt l-Azzjoni 2, il-pajjiż fejn l-annimal ikkonċernat ġie ċċertifikat għall-qatla.

Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-aħħar tal-perjodu ta’ xahar imsemmi fit-Taqsima II.

Ir-rapport għandu jkun ippreżentat f’konformità mal-format ipprovdut mill-Awtorità

2.

L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda għandhom jirrapportaw immedjatament kwalunkwe riżultat pożittiv tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fir-rigward tal-Azzjonijiet 1 u 2 imsemmija fit-Taqsima I permezz tas-Sistema ta’ Allert Rapida għall-Ikel u l-Għalf lill-Awtorità.

3.

L-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u l-Islanda għandhom jirrapportaw ukoll ir-riżultati ta’ kwalunkwe verifika mwettqa fuq it-talba tagħhom mill-operaturi tan-negozji tal-oġġetti tal-ikel stess lill-Awtorità. Informazzjoni bħal din għandha tkun akkumpanjata mid-dettalji msemmija fil-punt 1 u ppreżentata f’konformità mal-format li għandu jiġi pprovdut mill-Awtorità.


(1)  L-Att imsemmi fil-punt 2 tal-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE