ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.095.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 95

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
5 ta' April 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 311/2013 tat-3 ta’ April 2013 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010 fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet tas-silikon konsenjat mit-Tajwan, kemm jekk dikjarat li jorigina fit-Tajwan kif ukoll jekk le

1

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013 li jikkoreġi t-test Ungeriż tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 244/2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 313/2013 tal-4 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interess f'Entitajiet Oħrajn: Gwida għat-Tranżizzjoni (Emendi għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 10, 11, u 12) ( 1 )

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 314/2013 tal-4 ta’ April 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/167/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2013 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2013) 1794)  ( 1 )

19

 

 

2013/168/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2013 li tħassar id-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż, BĊE/2011/10 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż, BĊE/2012/32 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u BĊE/2012/34 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral denominat f’munita barranija (BĊE/2013/5)

21

 

 

2013/169/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2013 dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta’ bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politka monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2013/6)

22

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2013/170/UE

 

*

Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (BĊE/2013/4)

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 311/2013

tat-3 ta’ April 2013

li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010 fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet tas-silikon konsenjat mit-Tajwan, kemm jekk dikjarat li jorigina fit-Tajwan kif ukoll jekk le

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri eżistenti

(1)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010 (2) (“ir-Regolament oriġinali”) il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 19 % fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) għall-kumpaniji l-oħra kollha barra minn dik imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament, wara analiżi tal-iskadenza u analiżi interim parzjali tal-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 398/2004 (3). Ir-Regolament oriġinali żamm ukoll id-dazju li kien estiż bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 42/2007 (4) għal importazzjonijiet tas-silikon ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le. Il-miżuri imposti mir-Regolament oriġinali minn hawn ’il quddiem jissejħu “il-miżuri fis-seħħ” jew “il-miżuri oriġinali” u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

1.2.   Talba

(2)

Fil-15 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba taħt l-Artikoli 13(3) u 14(3) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ elużjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-RPĊ u biex tagħmel l-importazzjonijiet tas-silikon konsenjat mit-Tajwan, kemm jekk ikun dikjarat li joriġina fit-Tajwan kif ukoll jekk le, soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(3)

It-talba ġiet ippreżentata mill-Euroalliages (Kumitat ta’ Komunikazzjoni u Kooperazzjoni tal-Industrija tal-Liga) (“l-applikant”) f’isem il-prodotturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tas-silikon fl-Unjoni.

(4)

L-applikant saħaq li ma hemmx produzzjoni ġenwina ta’ silikon fit-Tajwan u t-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie li wara li ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, seħħet bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-RPĊ u t-Tajwan lejn l-Unjoni, u li għaliha ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni suffiċjenti ħlief l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Dik il-bidla allegatament seħħet minħabba t-trasbord ta’ silikon li joriġina fir-RPĊ fit-Tajwan u minn hemm lejn l-Unjoni.

(5)

Barra minn hekk, l-applikant saħaq li l-evidenza wriet il-fatt li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiġu mhedda kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezz. L-evidenza wriet li ż-żieda fl-importazzjonijiet mit-Tajwan saret bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz li ma jikkawżax dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Fl-aħħar nett, kien hemm evidenza li l-prezzijiet tas-silikon konsenjat mit-Tajwan kienu ddampjati b’paragun mal-valur normali għall-prodott konċernat u stipulat qabel fl-investigazzjoni oriġinali.

1.3.   Tnedija

(6)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza prima facie biex tinbeda investigazzjoni taħt l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2012 (5) (“ir-Regolament tat-tnedija”) dwar il-possibbiltà ta’ elużjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ silikon li joriġina fir-RPĊ u ordnat ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana jirreġistraw l-importazzjonijiet tas-silikon konsenjat mit-Tajwan, kemm jekk dikjarat li joriġina fit-Tajwan, kif ukoll jekk le.

1.4.   Investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni nnotifikat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tat-Tajwan, lill-produtturi esportaturi f’dawk il-pajjiżi, lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni li huma konċernati u lill-industrija tal-Unjoni dwar it-tnedija tal-investigazzjoni.

(8)

Intbagħtu formoli tal-eżenzjoni lill-produtturi/esportaturi fit-Tajwan li taf bihom il-Kummissjoni u permezz tal-awtoritajiet tat-Tajwan fl-Unjoni Ewropea. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ li taf bihom il-Kummissjoni u permezz tal-awtoritajiet tar-RPĊ fl-Unjoni Ewropea. Intbagħtu wkoll kwestjonarji lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni.

(9)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ sal-iskadenza stipulata fir-Regolament tat-tnedija. Il-partijiet kollha kienu infurmati li nuqqas ta’ kooperazzjoni jista’ jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal konklużjonijiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(10)

Ippreżentaw ruħhom tliet produtturi/esportaturi Tajwaniżi, li jappartjenu għall-istess grupp, u tliet importaturi mhux relatati fl-Unjoni, u ppreżentaw tweġibiet għall-formoli ta’ eżenzjoni u għall-kwestjonarji, rispettivament.

(11)

Il-Kummissjoni għamlet żjarat ta’ verifika fil-postijiet tat-tliet kumpaniji relatati li ġejjin, u li huma parti mill-Grupp imsemmi fil-premessa 10:

Asia Metallurgical Co. Ltd. (it-Tajwan),

Latitude Co. Ltd. (it-Tajwan),

YLB Co. Ltd. (it-Tajwan).

1.5.   Perjodu ta’ rapportar u perjodu ta’ investigazzjoni

(12)

Il-perjodu tal-investigazzjoni kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2012 (“il-PI”). Inġabret id-dejta ta’ matul il-PI sabiex tiġi investigata, fost l-oħrajn, il-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ. Inġabret dejta aktar dettaljata għall-perjodu tar-rapportar bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u t-30 ta’ Ġunju 2012 (“il-PR”) sabiex tiġi eżaminata t-theddida possibbli għall-effett rimedjali tal-miżuri fis-seħħ u l-eżistenza tad-dumping.

2.   RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(13)

F’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ elużjoni saret billi ġie analizzat b’mod suċċessiv jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, it-Tajwan u l-Unjoni; jekk dik il-bidla fix-xejra tal-kummerċ irriżultatx minn xi prattika, proċess jew xogħol li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta’ ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju ġewx kompromessi f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott investigat; u jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel għall-prodott konċernat fl-investigazzjoni oriġinali, jekk meħtieġ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

2.2.   Prodott konċernat u prodott investigat

(14)

Il-prodott konċernat mill-possibblita ta’ elużjoni huwa l-metall tas-silikon li joriġina fir-RPĊ u li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2804 69 00 (kontenut ta’ silikon ta’ inqas minn 99,99 % skont il-piż) (“prodott konċernat”). Sempliċement minħabba l-klassifika attwali stabbilita fin-Nomenklatura Magħquda, għandu jinqara bħala “silikon”. Is-silikon li huwa iktar pur, jiġifieri li jkollu mhux inqas minn 99,99 % ta’ silikon skont il-piż, użat l-iktar fl-industrija tas-semikondutturi għall-elettronika, jaqa’ taħt Kodiċi NM differenti u mhux kopert minn din il-proċedura.

(15)

Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak iddefinit hawn fuq, iżda konsenjat mit-Tajwan, kemm jekk dikjarat li joriġina fit-Tajwan kif ukoll jekk le, u li attwalment jaqa’ taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott konċernat (“prodott investigat”).

(16)

L-investigazzjoni wriet li s-silikon, kif iddefinit hawn fuq, esportat mir-RPĊ lejn l-Unjoni u s-silikon konsenjat mit-Tajwan lill-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u għandhom l-istess użu, u għalhekk għandhom jitqiesu bħal prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Konklużjonijiet

2.3.1.   Livell ta’ kooperazzjoni

(17)

Kif tgħid il-premessa 10, tliet kumpaniji Tajwaniżi li jappartjenu għall-istess grupp ta’ kumpaniji biss bagħtu tweġibiet għall-formoli ta’ eżenzjoni. Paragun tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni mad-dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat, wera li l-kumpaniji li kkoperaw kienu jirrappreżentaw 65 % tal-esportazzjoni Tajwaniża tal-prodott investigat lejn l-Unjoni f’PR.

(18)

Ma kienx hemm kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi tas-silikon fir-RPĊ. Għalhekk, il-konklużjonijiet fir-rigward tal-importazzjonijiet tas-silikon mir-RPĊ lejn l-Unjoni u l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn it-Tajwan kellhom isiru fuq il-bażi tad-dejta tal-importazzjoni tal-Eurostat, l-istatistika tal-importazzjoni tat-Tajwan u d-dejta miġbura mill-kumpaniji Tajwaniżi li kkooperaw.

2.3.2.   Bidla fix-xejra tal-kummerċ

Importazzjonijiet tas-silikon fl-Unjoni

(19)

It-Tabella 1 turi l-importazzjonijiet tas-silikon mir-RPĊ u t-Tajwan lejn l-Unjoni bejn l-2004 u tmiem il-PR.

Tabella 1

(f’TM)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

PR

RPĊ

1 268

27 635

1 435

9 671

5 353

6 669

11 448

13 312

5 488

Tajwan

0

2,7

0,2

340

3 381

5 199

11 042

5 367

2 707

Sors: Eurostat

(20)

Id-dejta mill-Eurostat turi biċ-ċar li ma kien hemm l-ebda importazzjoni mit-Tajwan lejn l-Unjoni fl-2004. L-importazzjoni żiedet b’aktar minn 300 % fl-2008 u baqgħet għolja ħafna. L-importazzjonijiet reġgħu rduppjaw fl-2010, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri ġodda kontra r-RPĊ.

(21)

Fl-2011, l-importazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni naqsu. Dan l-iżvilupp jista’ jiġi attribwit għal investigazzjoni kontra l-frodi li nieda l-OLAF f’dak iż-żmien. Il-Kummissjoni ġiet infurmata li fl-2011 l-awtorità tal-ħruġ Tajwaniża, il-Bureau tal-Kummerċ Barrani tat-Tajwan (BOFT), irtirat iċ-ċertifikati tal-oriġini tas-silikon tal-produtturi Tajwaniżi kollha. Dik id-deċiżjoni li jiġu rtirati ċ-ċertifikati ġiet appellata mit-tliet esportaturi Tajwaniżi msemmija fil-premessi 10 u 11 hawn fuq (il-“Grupp tal-esportaturi”). Il-bord tal-appell irrevoka d-deċiżjoni tal-BOFT, u ċ-ċertikati inkwistjoni nħarġu mill-ġdid għal dawk it-tliet produtturi/esportaturi Tajwaniżi, iżda mhux lill-produtturi Tajwaniżi l-oħra.

(22)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini mhux preferenzjali mhix meħtieġa għall-formalitajiet doganali mal-importazzjoni fl-Unjoni u li f’każ ta’ dubji serji, ċertifikat bħal dan ma jistax iservi bħala prova tal-oriġini mhux preferenzjali tal-prodott dikjarat (l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (6)).

(23)

L-importazzjonijiet tas-silikon mir-RPĊ lejn l-Unjoni ilhom jiżdiedu mill-2008 ‘l hawn. B’mod partikolari, huwa osservat li dawn l-importazzjonijiet għadhom qed jiżdiedu wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2010. Dan l-iżvilupp jista’ jiġi spjegat mill-fatt li d-dazju anti-dumping naqas b’mod sinifikanti fl-2010, jiġifieri minn 49 % għal 19 %.

Esportazzjonijiet tas-silikon mir-RPĊ lejn it-Tajwan

Tabella 2

(f’TM)

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

PR

16 530

16 600

7 101

10 514

3 675

15 893

16 007

17 912

9 177

10 507

Sors: Statistika tal-esportazzjoni Ċiniża

(24)

It-Tabella 2 turi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn it-Tajwan. Id-dejta mid-database tal-esportazzjonijiet Ċiniżi turi li l-importazzjonijiet laħqu l-ogħla livell fl-2010 wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. It-tnaqqis fl-2011 jista’ jkun dovut għall-investigazzjoni kontra l-frodi kif spjegat fil-premessa 21.

Konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(25)

Huwa meqjus li hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ billi fl-2004 ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ silikon mit-Tajwan lejn l-Unjoni. Fil-fatt dawn bdew fl-2007 u saru importanti ħafna fl-2008. Baqgħu f’livell għoli ħafna sal-PR, bi tnaqqis fl-2011 minħabba r-raġuni possibbli spjegata fil-premessa 21.

2.3.3.   In-natura tal-prattika ta’ elużjoni u l-insuffiċjenza ta’ raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika

(26)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jesiġi li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tirriżulta minn prassi, proċess jew xogħol li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, il-proċess u x-xogħol jinkludu, fost l-oħrajn, il-konsenja tal-prodott soġġett għal miżuri permezz ta’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li fil-każ preżenti, il-bidla fix-xejra tal-kummerċ seħħet minħabba l-konsenja tal-prodott soġġett għall-miżuri permezz ta’ pajjiż terz.

(27)

Il-Kummissjoni l-ewwel nett tinnota li ma hemmx produzzjoni ta’ silikon fit-Tajwan. Ħadd mill-produtturi/esportaturi ma ċaħdu l-fatt li huma jimportaw s-silikon li jesportaw mir-RPĊ.

(28)

It-tieni, bl-eċċezzjoni tal-Grupp ta’ esportaturi, il-produtturi/esportaturi ma pprovdew l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazju fuq l-attività tagħhom.

(29)

Il-Grupp ta’ esportaturi allega li huwa jimporta balel ta’ silikon ta’ kwalità baxxa ħafna f’boroż mir-RPĊ. Huma jsostnu li l-balel tas-silikon imbagħad jiġu mqallba, imfarrka, magħrbla u ppakkjati ġewwa boroż għal darba oħra qabel ma jiġu esportati lejn is-suq tal-Unjoni.Wara dik l-operazzjoni, huma jallegaw li l-prodott isir ta’ kwalità ogħla.

(30)

Huma jisħqu li din l-operazzjoni hija metodu uniku ta’ purifikazzjoni, żviluppat f’kooperazzjoni mal-Università ta’ Tajpej, li allegatament telimina 80 % tal-impuritajiet fil-balel tal-metall tas-silikon importati mir-RPĊ. Matul il-verifika fuq il-post, madankollu ġie osservat li l-proċess tagħhom kien sempliċi operazzjoni ta’ tqallib, għarbiel u tifrik li tneħħi xi impuritajiet tal-wiċċ bħall-ossidizzazzjoni u t-trab, imma li ma tneħħix b’xi mod partikolari l-impuritajiet ewlenin minn ġewwa l-balel tas-silikon. Il-prodott proċessat għalhekk iżomm l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi bħall-prodott konċernat.

(31)

L-evidenza miġbura u verifikata matul l-investigazzjoni, b’mod partikolari l-fatturi tax-xiri, il-fatturi tal-bejgħ u d-dokumenti anċillari bħall-kont tat-tagħbija, u dokumenti doganali oħrajn, uriet li l-prodotti mixtrija u mibjugħa għall-esportazzjoni mill-Grupp tal-esportaturi kienu fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tal-istess speċifikazzjonijiet. Ir-reġistri relatati mal-ħażniet fl-imħażen tal-Grupp, li jinsabu qrib il-portijiet, urew ukoll li mhux dejjem kien hemm biżżejjed ħin sabiex jiġu pproċessati l-lottijiet kollha ta’ silikon mixtrija fir-RPĊ bil-metodu li huma sostnew li japplikaw. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli, b’mod partikolari minn produtturi fl-Unjoni, juru li sabiex jitneħħew l-impuritajiet ta’ ġewwa tal-balla tas-silikon huwa neċessarju jew tifrik segwit bi trattament kimiku jew proċess ta’ tidwib. L-ebda minn dawk il-proċessi ma jintuża mill-Grupp tal-esportaturi.

(32)

Ta’ min jinnota wkoll li fl-2010, fuq referenza għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (issal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) minn Finanzgericht Düsseldorf (Hoesch Metals and Alloys GmbH v. Hauptzollamt Aachen), fi kwistjoni marbuta mal-miżuri anti-dumping kontra s-silikon mir-RPĊ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet: “Is-separazzjoni, it-titħin u l-purifikazzjoni tal-blokok tas-silikon kif ukoll l-iffiltrar, it-tisfif u l-ippakkjar sussegwenti tal-kristalli tas-silikon li jirriżultaw mit-titħin, kif magħmul fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxux proċessar jew xogħol li jikkonferixxi l-oriġini fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. (7) Il-proċess ta’ purifikazzjoni kif imwettaq mill-Grupp tal-esportaturi jitqies simili għal dak deskritt f’dik is-sentenza.

(33)

L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-proċess tal-purifikazzjoni jammonta għal inqas minn 5 % tal-ispiża totali tal-Grupp tal-esportaturi. Barra minn hekk, ġie kkonfermat li l-prezz tas-silikon mibjugħ fl-Unjoni mill-Grupp u l-prezz tas-silikon mixtri mir-RPĊ mill-Grupp matul il-PI, qatt ma wera differenza ta’ aktar minn 11 %.

(34)

Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, huwa konkluż li anki fil-każ tal-Grupp tal-esportaturi, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-esportazzjoni sussegwenti lejn l-UE tas-silikon għandha titqies bħala trasbord u għalhekk elużjoni fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku.

(35)

Għalhekk qed jiġi konkluż li l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għat-trasbord ħlief l-evitar tal-miżuri fis-seħħ fuq il-prodott konċernat, jiġifieri 19 % dazju anti-dumping fuq ir-RPĊ. Ma nstab l-ebda element, għajr id-dazju, li seta’ jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-tagħbija mill-ġdid, tas-silikon li joriġina fir-RPĊ u jgħaddi mit-Tajwan.

2.3.4.   Evidenza ta’ dumping

(36)

Taħt l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valur normali stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(37)

Fir-Regolament oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-Brażil, li f’dik l-investigazzjoni nstab li kien pajjiż b’ekonomija tas-suq adegwata li hija analoga għar-RPĊ. Taħt l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie kkunsidrat xieraq li jintuża l-valur normali kif stabbilit qabel fl-investigazzjoni oriġinali. Żewġ PCNs mill-investigazzjoni preċedenti qablu maż-żewġ PCNs tal-kumpaniji esportaturi. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli għall-esportazzjoni tal-prodott investigat lejn l-Unjoni.

(38)

Biex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, saru aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni għat-trasport u l-assigurazzjoni sabiex il-prezzijiet jinġiebu fl-istess livell ta’ kummerċ. F’konformità mal-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi tqabbel il-valur normali medju ppeżat kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni medji ppeżati korrispondenti tal-importazzjonjiet Tajwaniżi matul il-PR ta’ din l-investigazzjoni, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas.

(39)

Il-paragun tal-valur normali medju ppeżat u l-prezz tal-esportazzjoni medju ppeżat kif stabbilit fl-investigazzjoni wera l-eżistenza ta’ dumping.

2.3.5.   L-imminar tal-effetti rimedjali tad-dazju anti-dumping f’termini ta’ prezzijiet u kwantitajiet

(40)

Il-paragun tal-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezz tal-esportazzjoni medju ppeżat wera l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u bejgħ żleali bl-irħis. Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mminati f’termini ta’ prezzijiet u kwantitajiet.

3.   MIŻURI

(41)

Fid-dawl ta’ dak stabbilit hawn fuq, ġie konkluż li l-miżura oriġinali, jiġifieri d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-RPĊ, ġiet eluża permezz tat-trasbord fit-Tajwan fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

(42)

F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat se jiġu estiżi għal importazzjonijiet tal-prodott investigat, jiġifieri l-istess prodott bħall-prodott konċernat iżda konsenjat mit-Tajwan, kemm jekk dikjarat li jorigina mit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(43)

Il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010 għal “kumpaniji l-oħra kollha” mir-RPĊ għandhom għalhekk jiġu estiżi għall-importazzjonijiet mit-Tajwan. Il-livell ta’ dazju għandu jiġi stabbilit għal 19 % applikabbli fuq il-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju.

(44)

Taħt l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li kwalunkwe miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni taħt reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tat-tnedija, għandhom jinġabru dazji fuq dawk l-importazzjonijiet reġistrati ta’ silikon konsenjat mit-Tajwan.

4.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(45)

Kif spjegat fil-premessa 10, tliet kumpaniji mit-Tajwan li jappartjenu għall-istess grupp ippreżentaw tweġibiet għall-formola ta’ eżenzjoni fejn talbu eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli taħt l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku

(46)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet fir-rigward tal-bidla fix-xejra tal-kummerċ, in-nuqqas ta’ produzzjoni reali fit-Tajwan u l-esportazzjoni taħt l-istess kodiċi doganali kif stabbilit fil-premessi 19 sa 29, l-eżenzjonijiet kif mitluba minn dawk it-tliet kumpaniji ma jistgħux jingħataw taħt l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku.

(47)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, esportaturi/produtturi potenzjali fit-Tajwan li ma ppreżentawx ruħhom f’dan il-proċediment u li ma esportawx il-prodott investigat matul il-PI u li beħsiebhom iressqu talba għal eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż taħt l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku ser ikunu meħtieġa jimlew formola tal-eżenzjoni sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta din it-talba. Din l-eżenzjoni tista’ tingħata wara l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, l-akkwist u l-bejgħ u l-probabbiltà tat-tkomplija tal-prassi li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u l-evidenza ta’ dumping. Il-Kummissjoni normalment tagħmel ukoll żjara ta’ verifika fil-post. Tista’ tingħata eżenzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku.

(48)

Meta eżenzjoni tkun iġġustifikata, l-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni, li teżenta mid-dazju estiż taħt dan ir-Regolament lill-importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jeludux il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010.

(49)

It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ.

5.   DIVULGAZZJONI

(50)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Ingħataw ukoll perjodu biex jippreżentaw kummenti wara dik id-divulgazzjoni.

6.   KUMMENTI

(51)

Wara d-divulgazzjoni waslu kummenti mingħand il-Grupp tal-esportaturi u mingħand żewġ importaturi.

(52)

L-argument ewlieni kien jikkonċerna l-asserzjoni li l-purifikazzjoni li titwettaq mill-Grupp tal-esportaturi kienet tagħti l-oriġni fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. L-importaturi ppreżentaw rapport dwar it-testijiet fuq il-kampjuni mwettqa mill-Università ta’ Tajpej u rapport ta’ analiżi minn espert indipendenti. Ir-rapport dwar it-test tal-kampjun juri perċentwal ta’ tnaqqis fl-impuritajiet ta’ 90,8 % wara l-proċess tal-purifikazzjoni. L-analiżi tal-espert indipendenti ssostni li biss wara l-purifikazzjoni, is-silikon jista’ jintuża għal ċerti għanijiet ta’ tidwib.

(53)

Huwa nnutat li dawk iż-żewġ studji huma kontradetti mill-konklużjonijiet tal-Kummissjoni matul il-verifika fuq il-post, kif deskritt fil-premessa 31. Partikolarment, qed jiġi mfakkar li skont il-fatturi, il-prodotti mixtrija u mibjugħa għall-esportazzjoni mill-Grupp tal-esportaturi kienu kważi fil-każijiet kollha tal-istess speċifikazzjonijiet.

(54)

Jekk id-dikjarazzjonijiet li għamlu l-importaturi huma veri, dan għandu wkoll jirriżulta f’differenza ħafna akbar bejn il-prezz li bih is-silikon jiġi importat mir-RPĊ u l-prezz li bih is-silikon jiġi esportat lejn l-Unjoni.

(55)

Abbażi tal-ispezzjoni fuq il-post tal-għodod użati għall-allegata purifikazzjoni tas-silikon, il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-għodod mhumiex tali illi jippermettu xi wieħed miż-żewġ metodi ta’ purifikazzjoni deskritti fil-premessa 31.

(56)

Fl-aħħar nett, ir-rapport tal-analiżi mill-espert indipendenti jinjora wkoll il-fatt li taf bih il-Kummissjoni li l-utenti jipproċessaw is-silikon tagħhom qabel jużawh.

(57)

Għal dawk ir-raġunijiet, il-kummenti mressqa mill-partijiet ma kinux tali li jbiddlu l-konklużjonijiet proviżorji li waslet għalihom il-Kummissjoni qabel id-divulgazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010 fuq l-importazzjonijiet tas-silikon li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2804 69 00 u li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ silikon konsenjat mit-Tajwan, kemm jekk dikjarat li joriġina fit-Tajwan kif ukoll jekk le, u li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2804 69 00 (kodiċi TARIC 2804690020).

2.   Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet konsenjati mit-Tajwan, kemm jekk dikjarati li joriġinaw fit-Tajwan kif ukoll jekk le, reġistrati taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 596/2012 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż mill-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li titlob l-eżenzjoni. It-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 08/20

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Feks +32 22956505

2.   F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni li teżenta mid-dazju estiż bl-Artikolu 1 l-importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jeludux il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana huma b’dan ordnati li jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbiliti taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 596/2012.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 131, 29.5.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 15.

(4)  ĠU L 13, 19.1.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 176, 6.7.2012, p. 50.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(7)  Kawża C-373/08, 2010 ECR-I 951, fil-paragrafi 55 u 80.


5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/8


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 312/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jikkoreġi t-test Ungeriż tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 244/2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

It-test Ungeriż tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (2) fih bosta żbalji.

(2)

Għalhekk ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 244/2012 għandu jiġi kkoreġut skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Ungeriża.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

(2)  ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18.


5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 313/2013

tal-4 ta’ April 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interess f'Entitajiet Oħrajn: Gwida għat-Tranżizzjoni (Emendi għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 10, 11, u 12)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fit-28 ta' Ġunju 2012, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, IFRS 12 Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħrajn (l-emendi) li jirriżultaw mill-proposti li jinsabu fl-abbozz ta' esponiment tal-Gwida għat-Tranżizzjoni li ġie ppubblikat f'Diċembru 2011. L-għan tal-emendi huwa li tiġi ċċarata l-intenzjoni tal-IASB mal-ħruġ inizjali tal-gwida għat-tranżizzjoni fl-IFRS 10. L-emendi jipprovdu eżentar addizjonali ta' tranżizzjoni fl-IFRS 10, IFRS 11 u IFRS 12, biex b'hekk ir-rekwiżit li tiġi pprovduta informazzjoni komparattiva aġġustata jkun limitat biss għall-perjodu komparattiv ta' qabel. Minbarra dan, għad-divulgazzjonijiet relatati mal-entitajiet strutturati mhux konsolidati, l-emendi jneħħu r-rekwiżit li tiġi ppreżentata informazzjoni komparattiva għal perjodi qabel l-ewwel ma jiġi applikat l-IFRS 12.

(3)

L-emendi għall-IFRS 11 jinkludu referenzi għall-IFRS 9 li attwalment ma jistgħux jiġu applikati billi l-IFRS 9 għadu ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għalhekk kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

(4)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rapportar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

(b)

L-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

(c)

L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju huwa emendat skont l-IFRS 11 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(d)

L-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħrajn huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

2.   Kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

Artikolu 2

Kwalunkwe kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1(1), sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ

IFRS 10

IFRS 10

Rapporti Finanzjarji Konsolidati

IFRS 11

IFRS 11

Arranġamenti Konġunti

IFRS 12

IFRS 12

Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħrajn

"Riproduzzjoni awtorizzata fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-użu personali jew għal finijiet leġittimi oħra. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq is-sit www.iasb.org"

Rapporti finanzjarji konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra: Gwida ta’ Tranżizzjoni

(Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11 u IFRS 12)

Emendi għall-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati

Fl-Appendiċi C, il-paragrafu C1A huwa miżjud.

C1A

Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11u IFRS 12), maħruġa f'Ġunju 2012, emendat il-paragrafi C2–C6 u żiedet il-paragrafi C2A, C2B, C4A–C4C, C5A u C6A–C6B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 10 għal perjodu aktar kmieni, għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni.

Fl-Appendiċi C, il-paragrafu C2 huwa emendat.

C2

Entità għandha tapplika dan l-IFRS b'mod retrospettiv, skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi C2A–C6.

Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C2A, C2B huma miżjuda.

C2A

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8, meta dan l-IFRS jiġi applikat għall-ewwel darba, entità jeħtiġielha biss tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS (“il-perijodu immedjatament preċedenti”). Entità tista’ wkoll tippreżenta din l-informazzjoni għall-perjodu attwali jew għal perjodi komparattiv aktar qabel, iżda mhix meħtieġa tagħmel hekk.

C2B

Għall-finijiet ta' dan l-IFRS, id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rappurtar annwali li dan l-IFRS huwa applikat għalih għall-ewwel darba.

Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C3-C4 huma emendati. Il-paragrafu C4 inqasam fil-paragrafi C4 u C4A

C3

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità mhux meħtieġa tagħmel aġġustamenti tal-kontabbiltà preċedenti għall-involviment tagħha ma ' (a) jew (b):

(a)

entitajiet li jkunu konsolidati f'dik id-data skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati u SIC12 Konsolidament—Entitajiet b’Għanijiet Speċjali u, skont dan l-IFRS, għadhom konsolidati; jew

(b)

entitajiet li mhux se jkunu konsolidati f'dik id-data skont l-IAS 27 u SIC-12, u mhumiex konsolidati skont dan l-IFRS.

C4

Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, investitur jikkonkludi li għandu jikkonsolida entità li fiha jsir investiment li ma kinitx konsolidata skont l-IAS 27 u SIC-12, l-investitur għandu:

(a)

jekk l-entità li fiha jsir investiment tkun negozju (kif definit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji), ikejjel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti f'dik l-entità li fiha jsir investiment daqs li kieku dik l-entità li fiha jsir investiment kienet konsolidata (u għalhekk kienet applikat il-kontabbiltà ta' akkwiżizzjoni skont l-IFRS 3) mid-data li fiha l-investitur ikun kiseb il-kontroll ta' dik l-entità li fiha jsir investiment fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' dan l-IFRS. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha jkun inkiseb il-kontroll tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(i)

l-ammont ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(ii)

l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fl-entità li fiha jsir investiment.

(b)

jekk l-entità li fiha jsir investiment ma tkunx negozju (kif definit fl-IFRS 3), ikejjel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti f'dik l-entità li fiha jsir investiment li qabel ma kinitx konsolidata (billi jiġi applikat il-metodu tal-akkwiżizzjoni kif deskritt fl-IFRS 3 mingħajr ma jiġi rikonoxxut l-ebda avvjament għall-entità li fiha jsir investiment) mid-data li fiha l-investitur ikun kiseb il-kontroll ta' dik l-entità li fiha jsir investiment fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' dan l-IFRS. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha jkun inkiseb il-kontroll tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(i)

l-ammont ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(ii)

l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fl-entità li fiha jsir investiment.

C4A

Jekk il-kejl tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interess nonkontrollanti tal-entità li fiha jsir investiment skont il-punt C4(a) jew (b) ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8), l-investitur għandu:

(a)

jekk l-entità li fiha jsir investiment tkun negozju, japplika r-rekwiżiti tal-IFRS 3 mid-data li titqies id-data tal-akkwiżizzjoni. Id-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni għandha tkun il-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafu C4(a), li jista' jkun il-perjodu attwali.

(b)

jekk l-entità li fiha jsir investiment ma tkunx negozju, japplika l-metodu tal-akkwiżizzjoni kif deskritt fl-IFRS 3 mingħajr ma jirrikonoxxi l-ebda avvjament għall-entità li fiha jsir investiment mid-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni. Id-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni għandha tkun il-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafu C4(b), li jista' jkun il-perjodu attwali.

L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data preċedenti tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu tkun prattikabbli mhuwiex il-perjodu attwali. Meta d-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni tkun aktar kmieni mill-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(c)

l-ammont ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(d)

l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fl-entità li fiha jsir investiment.

Jekk perjodu l-aktar kmieni li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu hija prattikabbli jkun il-perjodu attwali, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu attwali.

Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C4B-C4C huma miżjuda.

C4B

Meta investitur japplika l-paragrafi C4–C4A u d-data li fiha nkiseb dak il-kontroll skont dan l-IFRS tkun aktar tard mid-data effettiva tal-IFRS 3 kif rivedut fl-2008 (IFRS 3 (2008)), ir-referenza għall-IFRS 3 fil-paragrafi C4 u C4A għandha tkun għall-IFRS 3 (2008). Jekk il-kontroll inkiseb qabel id-data effettiva tal-IFRS 3 (2008), investitur għandu japplika jew l-IFRS 3 (2008) jew l-IFRS 3 (maħruġ fl-2004).

C4C

Meta investitur japplika l-paragrafi C4–C4A u d-data li fiha nkiseb il-kontroll skont dan l-IFRS tkun aktar tard mid-data effettiva tal-IAS 27 kif rivedut fl-2008 (IAS 27 (2008)), investitur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi kollha li l-entità li fiha jsir investiment tkun retrospettivament ikkonsolidata f'konformità mal-paragrafi C4–C4A. Jekk il-kontroll ikun inkiseb qabel id-data effettiva tal-IAS 27 (2008), investitur għandu japplika jew:

(a)

ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi kollha li l-entità li fiha jsir investiment tkun retrospettivament konsolidati f'konformità mal-paragrafi C4–C4A; jew

(b)

ir-rekwiżiti tal-verżjoni tal-IAS 27 maħruġa fl-2003 (l-IAS 27 (2003)) għal dawk il-perjodi qabel id-data effettiva tal-IAS 27 (2008) u minn wara dik id-data r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi sussegwenti.

Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C5-C6 huma emendati. Il-paragrafu C5 inqasam fil-paragrafi C5 u C5A.

C5

Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, investitur jikkonkludi li mhux se jibqa' jikkonsolida entità li fiha jsir investiment li kienet konsolidata skont l-IAS 27 u SIC-12, l-investitur għandu jkejjel l-interess tiegħu fl-entità li fiha jsir investiment bħala l-ammont li kien jitkejjel kieku r-rekwiżiti ta' dan l-IFRS kienu effettivi meta l-investitur sar involut (iżda ma kisibx kontroll skont dan l-IFRS), f'entità li fiha jsir investiment jew tilef il-kontroll fiha. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha l-investitur ikun sar involut (iżda ma kisibx kontroll skont dan l-IFRS) f'entità li fiha jsir investiment, jew tilef il-kontroll fiha, tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(a)

l-ammont riportat preċedenti ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti; u

(b)

l-ammont rikonoxxut tal-interess tal-investitur f'dik l-entità li fiha jsir investiment.

C5A

Jekk il-kejl tal-interess fl-entità li fiha jsir investiment skont il-paragrafu C5 mhux prattikabbli (kif definit fl-IAS 8), investitur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni tal-paragrafu C5 tkun prattikabbli, li jista' jkun il-perjodu attwali. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data preċedenti tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu tkun prattikabbli mhuwiex il-perjodu attwali. Meta d-data li fiha l-investitur ikun sar involut (iżda ma kisibx kontroll skont dan l-IFRS) f'entità li fiha jsir investiment, jew tilef il-kontroll fiha, tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(a)

l-ammont riportat preċedenti ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti; u

(b)

l-ammont rikonoxxut tal-interess tal-investitur f'dik l-entità li fiha jsir investiment.

Jekk perjodu l-aktar kmieni li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu hija prattikabbli jkun il-perjodu attwali, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu attwali.

C6

Il-paragrafi 23, 25, B94 u B96–B99 kienu emendi għall-IAS 27 magħmula fl-2008 li ttellgħu fl-IFRS 10. Ħlief meta entità tapplika l-paragrafu C3, jew tkun meħtieġa tapplika l-paragrafi C4-C5A, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti f'dawk il-paragrafi kif ġej:

(a)

Fl-Appendiċi C, intestatura u l-paragrafi C6Aa–C6B huma miżjuda.

Referenzi għal “il-perjodu immedjatament preċedenti”

C6A

Minkejja referenzi għall-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali (il-‧perjodu immedjatament preċedenti‧) fil-paragrafi C4-C5A, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti preżentat, iżda mhux meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għal perjodi preċedenti, ir-referenzi kollha għal “il-perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C4–C5A għandhom jinqraw bħala “l-aktar perjodu kmieni komparattiv aġġustat ippreżentat”.

C6B

Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, għandha tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li tħejjiet fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.

Emendi għall-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti

Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C1A-C1B huma miżjuda.

C1A

Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11u IFRS 12), maħruġa f'Ġunju 2012, emendat il-paragrafi C2–C5, C7-C10 u C12 u żiedet il-paragrafi C1B u C12A–C12B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 11 għal perjodu aktar kmieni, għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni.

Tranżizzjoni

C1B

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji, meta dan l-IFRS jiġi applikat għall-ewwel darba, entità jeħtiġielha biss tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali immedjatament preċedenti l-ewwel prejodu annwali li għalih jiġi applikat l-IFRS 11 (il-‧perjodu immedjatament preċedenti‧). Entità tista’ wkoll tippreżenta din l-informazzjoni għall-perjodu attwali jew għal perjodi komparattiv aktar qabel, iżda mhix meħtieġa tagħmel hekk.

Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C2–C5, C7–C10 u C12 huma emendati.

Impriżi konġunti—tranżizzjoni minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità

C2

Meta taqleb minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità, entità għandha tirrikonoxxi l-investiment tagħha fl-impriża konġunta kif kien fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. Dak l-investiment inizjali għandu jitkejjel bħala t-total tal-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet li l-entità kienet ikkonsolidat proporzjonalment qabel, inkluż kwalunkwe avvjament li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni. Jekk l-avvjament qabel kien jappartjeni lil unità ġenetrattriċi tal-flus akbar, jew ta' grupp ta’ unitajiet ġeneraturi tal-flus, l-entità għandha talloka l-avvjament lill-impriża konġunta abbażi tal-ammonti riportati relattivi tal-impriża konġunta u l-unità ġeneratriċi tal-flus jew il-grupp ta’ unitajiet ġeneraturi tal-flus li kien jappartjeni lilhom.

C3

Il-bilanċ tal-ftuħ tal-investiment iddeterminat skont il-paragrafu C2 jitqies bħala l-kost preżunt tal-investiment mar-rikonoxximent inizjali. Entità għandha tapplika l-paragrafi 40-43 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) mal-bilanċ tal-ftuħ tal-investiment biex tivvaluta jekk l-investiment huwiex indebolit u għandha tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment bħala aġġustament tal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-aktar perjodu immedjatament preċedenti. L-eċċezzjoni tar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjti ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi investiment f’impriża konġunta li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' tranżizzjoni għal impriżi konġunti li qabel kienu ġew konsolidati proporzjonalment.

C4

Jekk l-aggregat tal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li qabel kienu kkonsolidati proporzjonalment jirriżulta f’assi netti negattivi, entità għandha tivvaluta jekk ikollhiex obbligi ġuridiċi jew kostruttivi b’rabta mal-assi netti negattivi u, jekk iva, l-entità għandha tirrikonoxxi l-obbligazzjoni korrispondenti. Jekk l-entitià tikkonkludi li ma għandhiex obbligi ġuridiċi jew kostruttivi b’rabta mal-assi netti negattivi, hi ma għandhiex tirrikonoxxi l-obbligazzjoni korrispondenti iżda għandha taġġusta l-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. L-entità għandha tiddivulga dan il-fatt, flimkien mas-sehem kumulattiv mhux rikonoxxut tagħha fit-telf tal-impriżi konġunti tagħha kif kienu fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti u fid-data li fiha jiġi applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS.

C5

Entità għandha tiddivulga rendikont dettaljat tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jkunu ġew aggregati fil-bilanċ tal-investiment fuq linja waħda kif kienu fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. Dik id-divulgazzjoni għandha titħejja b'mod aggregat għall-impriżi konġunti kollha li għalihom entità tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni msemmija fil-paragrafi C2-C6.

C6

Operazzjonijiet konġunti—tranżizzjoni mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet

C7

Meta taqleb mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha f'operazzjoni konġunta, entità għandha, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, tirtira r-rikonoxximent tal-investiment li qabel kontabilizzat bl-użu tal-metodu tal-ekwità u ta' kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità fl-arranġament skont il-paragrafu 38 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) u tirrikonoxxi s-sehem tagħha f'kull wieħed mill-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta, inkluż kwalunkwe avvjament li seta' għamel parti mill-ammont riportat tal-investiment.

C8

Entità għandha tiddetermina l-interess tagħha fl-assi u l-obbligazzjonijiet b’rabta mal-operazzjoni konġunta abbażi tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tagħha fi proporzjon speċifikat skont l-arranġament kuntrattwali. Entità tkejjel l-ammonti riportati inizjali tal-assi u l-obbligazzjonijiet billi tiddiżaggregahom mill-ammont riportat tal-investiment fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti abbażi tal-informazzjoni użata mill-entità fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità.

C9

Kwalunkwe differenza li tirriżulta mill-investiment li qabel kien kontabilizzat bl-użu tal-metodu tal-ekwità flimkien ma’ kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità fl-arranġament skont il-paragrafu 38 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011), u l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament, rikonoxxuti għandhom jiġu:

(a)

paċuti ma' kwalunkwe avvjament marbut mal-investiment bi kwalunkwe differenza li tifdal tiġi aġġustata mal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, jekk l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament, rikonoxxut ikun ogħla mill-investiment (u kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità) li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

(b)

aġġustati mal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, jekk l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament rikonoxxut ikun aktar baxx mill-investiment (u kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità) li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

C10

Entità li taqleb mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet għandha tipprovdi rikonċiljazzjoni bejn l-investiment li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu, u l-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti, flimkien ma’ kwalunkwe differenza li jifdal aġġustata mal-qligħ imfaddal, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti.

C11

Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni f’rapporti finanzjarji separati ta’ entità

C12

Entità li, skont il-paragrafu 10 tal-IAS 27, qabel kienet tikkontabilizza, fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, l-interess tagħha f’operazzjoni konġunta bħala investiment skont il-kost jew skont l-IFRS 9 għandha:

(a)

tirtira r-rikonoxximent u tirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta bl-ammonti determinati skont il-paragrafi C7-C9.

(b)

tipprovdi rikonċiljazzjoni bejn l-investiment li ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu u l-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti, flimkien ma’ kwalunkwe differenza li tifdal aġġustata fi qligħ imfaddal, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti.

Fl-Appendiċi C, intestatura u l-paragrafi C12A–C12B huma miżjuda.

Referenzi għal “il-perjodu immedjatament preċedenti”

C12A

Minkejja referenzi għal “il-perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C2–C12, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti ppreżentat, iżda mhux meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għal perjodi preċedenti, ir-referenzi kollha għal “il-perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C2–C12 għandhom jinqraw bħala “l-aktar perjodu kmieni komparattiv aġġustat ippreżentat”.

C12B

Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, għandha tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li tħejjiet fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.

Emendi għall-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti

Emendi konsegwenzjonali fl-IFRS 1 L-Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

Dan l-appendiċi jippreżenta emenda għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju li hija konsegwenza tal-ħruġ mill-Bord tal-emendi għall-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 1.

IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

Il-paragrafu 39S huwa miżjud.

39S

Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Il-Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11 u IFRS 12), maħruġa f'Ġunju 2012, emendat il-paragrafu D31. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11 (kif emendat f'Ġunju 2012).

Fl-Appendiċi D, il-paragrafu D31 huwa emendat.

Arranġamenti konġunti

D31

Min jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni tal-IFRS 11 bl-eċċezzjonijiet li ġejja.

(a)

Meta japplika d-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni fl-IFRS 11, min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika dawn id-dispożizzjonijiet fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRS.

(b)

Meta jaqleb minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità, min jadotta għall-ewwel darba għandu jittestja l-investiment għall-indeboliment skont l-IAS 36 kif kien fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRS, irrispettivament jekk hemmx indikazzjoni li l-investiment jista’ jkun indebolit. Kwalunkwe indeboliment li jirriżulta għandu jiġi rikonoxxut bħala aġġustament fil-qligħ imfaddal fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRS.

Emendi fl-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra

Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C1A u C2A–C2B huma miżjuda.

C1A

Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Il-Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11 u IFRS 12), maħruġa f'Ġunju 2012, żiedet il-paragrafi C2A–C2B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 12 għal perjodu aktar kmieni, għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni.

C2

C2A

Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni ta' dan l-IFRS ma għandhom għalfejn jiġu applikatI għall-ebda perjodu ppreżentat li jibda qabel il-perjodu annwali immedjatament preċedenti l-ewwel perjodu annwali li għalih jiġi applikat l-IFRS 12.

C2B

Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni tal-paragrafi 24–31 u l-gwida korrispondenti fil-paragrafi B21–B26 ta’ dan l-IFRS ma għandhom għalfejn jiġu applikati għall-ebda perjodu ppreżentat li jibda qabel l-ewwel perjodu annwali li għalih ġie applikat l-IFRS 12.


5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 314/2013

tal-4 ta’ April 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

60,6

TN

105,0

TR

134,9

ZZ

100,2

0707 00 05

JO

194,1

MA

116,3

TR

146,8

ZZ

152,4

0709 93 10

MA

91,2

TR

102,1

ZZ

96,7

0805 10 20

EG

59,3

IL

69,3

MA

77,1

TN

61,7

TR

63,5

ZZ

66,2

0805 50 10

TR

79,1

ZZ

79,1

0808 10 80

AR

103,4

BR

92,7

CL

118,8

CN

80,4

MK

30,8

US

204,9

UY

106,8

ZA

105,4

ZZ

105,4

0808 30 90

AR

115,0

CL

142,0

CN

90,9

TR

204,5

US

158,2

ZA

124,1

ZZ

139,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ April 2013

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument C(2013) 1794)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/167/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’, fost l-oħrajn, semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ equidae ħajjin fl-Unjoni. Din tistipula li l-importazzjonijiet tal-equidae fl-Unjoni huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi li ilhom ħielsa mill-enċefalomjelite ekwina Venezwelana għal perjodu ta’ sentejn.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (3) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae u semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal tali importazzjonijiet. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(4)

Il-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE tindika li d-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati, id-dħul mill-ġdid wara esportazzjoni temporanja ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, il-kompetizzjonijiet u l-avvenimenti kulturali, l-importazzjonijiet ta’ equidae rreġistrati u equidae għall-ifrat (għat-tgħammir) u l-produzzjoni u l-importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina huma awtorizzati mill-Messiku bl-eċċezzjoni tal-Istati ta’ Chiapas, Oaxaca, Tabasco u Veracruz.

(5)

F’Settembru 2012, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport finali tagħha dwar awditjar li twettaq fil-Messiku bejn is-17 u s-27 ta’ April 2012 sabiex jiġu riveduti l-kontrolli fuq is-saħħa tal-annimali u l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta’ equidae ħajjin u tas-semen tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea (4), u dan identifika għadd ta’ nuqqasijiet sostanzjali fir-rigward tal-kontrolli fuq il-moviment ta’ equidae f’dak il-pajjiż terz u għalhekk fil-konformità mar-reġjonalizzazzjoni stabbilita, fil-garanziji marbuta mal-istomatite vesikulari u mal-anemija infettiva taż-żwiemel kif ukoll fl-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ semen ekwina. Dawn in-nuqqasijiet ma ġewx indirizzati b’mod suffiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Messiku fit-tweġiba tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport tal-awditjar tal-Kummissjoni u fis-segwitu tiegħu.

(6)

Dik is-sitwazzjoni tista’ toħloq riskju fuq is-saħħa tal-popolazzjoni ekwina fl-Unjoni u għalhekk l-importazzjoni tal-equidae u s-semen, l-ova u l-embrijoni tal-annimali tal-ispeċi ekwina mill-Messiku ma għandhomx ikunu awtorizzati.

(7)

L-entrata għal dak il-pajjiż terz fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(8)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE l-entrata għall-Messiku tinbidel b’dan li ġej:

“MX

Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

D

—”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(4)  http://ec.europa.eu/food/fvo/rep_details_en.cfm?rep_id=2948


5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/21


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta’ Marzu 2013

li tħassar id-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż, BĊE/2011/10 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż, BĊE/2012/32 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u BĊE/2012/34 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral denominat f’munita barranija

(BĊE/2013/5)

(2013/168/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 ta’ Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Il-kontenut ta’ Deċiżjoni BĊE/2012/34 tad-19 ta’ Diċembru 2012 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral denominat f’munita barranija (2) għandu jkun inkluż fil-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (3), l-att legal ewlieni li jirregola l-miżuri temporanji fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral.

(2)

Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza u bil-ħsieb li jiġi simplifikat il-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema, il-kontenut tad-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4 tal-31 ta' Marzu 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż (4), BĊE/2011/10 tas-7 ta' Lulju 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż (5), BĊE/2012/32 tad-19 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika (6) għandu jkun ukoll inkluż f’linja gwida li tkopri l-miżuri temporanji dwar l-eliġibbiltà ta’ kollateral għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema.

(3)

Dawn il-passi, li huma implimentati permezz ta’ riformulazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2012/18, għandhom barra minn dan jippermettu lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro biex jimplimentaw il-miżuri addizzjonali ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-kreditu fil-qafas kuntrattwali u regolatorju applikabbli lill-kontropartijiet tagħhom.

(4)

Id-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4, BĊE/2011/10, BĊE/2012/32 u BĊE/2012/34 għandhom għalhekk jiġu mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tħassir tad-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4, BĊE/2011/10, BĊE/2012/32 u BĊE/2012/34

1.   Id-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4, BĊE/2011/10, BĊE/2012/32 u BĊE/2012/34 huma mħassra b’effett mit-3 ta’ Mejju 2013.

2.   Referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal Linja Gwida BĊE/2013/4.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu 2013.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Marzu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 22.

(3)  ĠU L 218, 15.8.2012, p. 20.

(4)  ĠU L 94, 8.4.2011, p. 33.

(5)  ĠU L 182, 12.7.2011, p. 31.

(6)  ĠU L 359, 29.12.2012, p. 74.


5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/22


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta’ Marzu 2013

dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta’ bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politka monetarja tal-Eurosistema

(BĊE/2013/6)

(2013/169/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1 u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet standard li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stipulati fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(3)

L-użu dirett ta’ bonds bankarji għall-użu proprju skoperti ggarantiti mill-gvern u l-użu indirett ta’ dawn il-bonds fejn ikunu inklużi fil-pool ta’ bonds koperti maħruġin mill-istess kontroparti li ħarġet il-bonds tal-bank skoperti jew minn entitajiet li huma konnessi mill-qrib ma’ dik il-kontroparti għandhom ikunu kompletament esklużi bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema mill-1 ta’ Marzu 2015. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-kontropartijiet li jipparteċipaw f’operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Euroisistema jistgħu jingħataw derogi temporanji minn din il-projbizzjoni mill-Kunsill Governattiv.

(4)

Il-kundizzjonijiet ta’ din l-esklużjoni għandhom jiġu stipulati f’Deċiżjoni tal-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bidliet fir-regoli dwar l-użu bħala kollateral ta’ bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern

1.   Mill-1 ta’ Marzu tal-2015, bonds tal-bank skoperti maħruġin mill-kontroparti li qed tużahom jew minn entitajiet konnessi mill-qrib mal-kontroparti u ggarantiti bis-sħiħ minn entità jew aktar fis-settur pubbliku miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li għandhom id-dritt li jiġbru t-taxxi ma jistgħux jintużaw aktar bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema minn dik il-kontroparti kemm: (a) direttament; kif ukoll (b) indirettament fejn ikunu inklużi fil-pool ta’ bonds koperti maħruġin mill-istess kontroparti li ħarġet il-bonds tal-bank skoperti jew minn entitajiet konnessi mill-qrib ma’ dik il-kontroparti.

2.   F’każijiet eċċezzjonali, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi dwar derogi temporanji mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għal massimu ta’ tliet snin. Talba għal deroga għandha tkun akkompanjata minn pjan ta’ finanzjament li jindika kif l-użu proprju ta’ bonds tal-bank skoperti ggarantiti mill-gvern mill-kontroparti li qed tagħmel it-talba ser jinqata’ b’mod gradwali sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-għoti tad-deroga.

3.   F’każ ta’ xi diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni, il-Linja Gwida BĊE/2011/14 u l-Linja Gwida BĊE/2013/4 tal-20 ta’ Marzu 2013 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (2), f’kull każ kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, din id-Deċiżjoni għandha tipprevali.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu 2013.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Marzu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  Ara paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


LINJI GWIDA

5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/23


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta’ Marzu 2013

dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9

(riformulazzjoni)

(BĊE/2013/4)

(2013/170/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (1) ġiet emendata b’mod sostanzjali. Peress li jridu jsiru emendi ulterjuri, il-Linja Gwida BĊE/2012/18 għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (2).

(3)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011 u fl-20 ta’ Ġunju 2012 il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar miżuri addizzjonali mtejba għal appoġġ tal-kreditu biex jappoġġjaw is-self mill-banek u l-likwidità fis-suq tal-flus taż-żona tal-euro, inkluż miżuri stipulati fid-Deċiżjoni BĊE/2011/25 tal- 14 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (3). Barra minn hekk, kien meħtieġ li r-referenzi għall-proporzjon ta’ riżerva fil-Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 fuq statistika monetarja, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u tas-suq (4) jiġu allinjati mal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru tal-2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (5) li ddaħħlu bir-Regolament (UE) Nru 1358/2011 (6).

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/4 tal-21 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (7) kienet tipprovdi li l-BĊNi m’għandhomx ikunu obbligati li jaċċettaw bħala kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema bonds ta’ bank eliġibbli ggarantiti minn Stat Membru taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali jew minn Stat Membru li l-valutazzjoni tal-kreditu tiegħu ma tkunx tikkonforma mal-punt ta’ riferiment tal-Eurosistema sabiex jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu tiegħu għal standards ta’ kreditu għoljin.

(5)

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/12 tat-3 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (8) irrevediet ukoll l-eċċezzjoni mill-projbizzjoni ta’ rabtiet mill-qrib stipulata fit-Taqsima 6.2.3.2 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14 fir-rigward tal-użu proprju ta’ bonds ta’ bank iggarantiti mill-gvern bħala kollateral mill-kontropartijiet.

(6)

Il-kontropartijiet li jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandhom jitħallew jżidu l-livelli tal-użu proprju ta’ bonds ta’ bank iggarantiti mill-gvern li kellhom fit-3 ta’ Lulju 2012 soġġett għal approvazzjoni ex ante mill-Kunsill Governattiv f’ċirkustanzi eċċezzjonali. It-talbiet ippreżentati mill-Kunsill Governattiv għal approvazzjoni ex ante għandhom ikunu akkumpanjati minn pjan ta’ finanzjament.

(7)

Fit-2 ta’ Awwissu 2012, id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 ġiet issostitwita mil-Linja Gwida BĊE/2012/18, li ġiet implimentata mill-BĊNi fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tagħhom.

(8)

Il-Linja Gwida BĊE/2012/18 ġiet emendata fl-10 ta’ Ottubru 2012 bil-Linja Gwida BĊE/2012/23 (9), li wessgħet temporanjament il-kriterji sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà ta’ assi li għandhom jintużaw bħala kollateral f’operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, billi jiġu aċċettati strumenti ta’ dejn negozjabbli ddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala assi eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja. Ġie applikat tniżżil fil-valur li jirrifletti l-volatilità storika tar-rati tal-kambju relevanti għal dawn l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli.

(9)

Il-Linja Gwida BĊE/2013/2 tat-23 ta’ Jannar 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (10) tispeċifika l-proċedura applikabbli għall-ħlas lura bikri ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal minn kontropartijiet sabiex jiġi żgurat li l-istess kundizzjonijiet jiġu applikati mill-BĊNi kollha. B’mod partikolari, ir-reġim ta’ sanzjonijiet stabbilit fl-Appendiċi 6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 japplika fejn kontroparti li tkun għażlet li tagħmel ħlas lura bikri tonqos, totalment jew parzjalment, milli tagħmel saldu tal-ammont li jkollu jitħallas lura lill-BĊN relevanti sad-data dovuta.

(10)

Il-Linja Gwida BĊE/2012/18 issa għandha tiġi emendata ulterjorment sabiex tinkorpora l-kontenut tad-Deċiżjoni BĊE/2012/34 of 19 ta’ Diċembru 2012 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral denominat f’munita barranija (11) u sabiex jiġi żgurat li l-BĊNi ma jkunux obbligati li jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema bonds ta’ bank eliġibbli mhux koperti li jkunu: (a) maħruġa mill-kontropartijiet li jużawhom jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-kontroparti; u (b) iggarantiti bis-sħiħ minn Stat Membru li l-valutazzjoni tal-kreditu tiegħu ma tkunx tissodisfa l-istandards ta’ kreditu għoljin tal-Eurosistema u li l-Kunsill Governattiv iqishom konformi ma’ programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

(11)

Għall-finijiet taċ-ċarezza u s-sempliċità, il-kontenut tad-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4 tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż (12), BĊE/2011/10 tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż (13) u BĊE/2012/32 tad-19 ta’ Diċembru 2012 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika (14) għandhom jiġu inklużi f’din il-Linja Gwida flimkien ma’ kull miżura temporanja oħra fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral.

(12)

Il-miżuri addizzjonali stipulati f’din il-Linja Gwida għandhom japplikaw temporanjament, sakemm il-Kunsill Governattiv iqis li m’għadhomx meħtieġa sabiex jiġi żgurat mekkaniżmu xieraq għat-trasmissjoni tal-politika monetarja,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Miżuri addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament u kollateral eliġibbli

1.   Ir-regoli għat-tmexxija ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-kollateral stipulati f’din il-Linja Gwida għandhom japplikaw flimkien mal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   F’każ ta’ kwalunkwe diskrepanza bejn din il-Linja Gwida u l-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, din il-Linja Gwida għandha tipprevali. Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 mingħajr tibdil sakemm mhux stipulat mod ieħor f’din il-Linja Gwida.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Portugiża għandhom jitqiesu bħala Stati Membri taż-żona tal-euro konformi ma’ programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

Artikolu 2

Għażla biex jitnaqqas l-ammont ta’, jew jiġu tterminati, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

1.   L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi illi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kontropartijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’, jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità (dan it-tnaqqis tal-ammont jew terminazzjoni minn hawn ’il quddiem ser jissejħu kollettivament “ħlas lura bikri”). L-avviż tas-sejħa għall-offerti għandu jispeċifika jekk l-għażla biex jitnaqqas l-ammont tal-operazzjonijiet inkwistjoni, jew biex dawn jiġu tterminati qabel il-maturità tapplikax, kif ukoll id-data minn meta dik l-għażla tista’ tiġi eżerċitata. Din l-informazzjoni inkella tista’ tiġi pprovduta f’format ieħor meqjus xieraq mill-Eurosistema.

2.   Kontroparti tista’ teżerċita l-għażla li tnaqqas l-ammont ta’, jew tittermina, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel il-maturità billi tinnotifika lill-BĊN relevanti dwar l-ammont li beħsiebha tħallas lura taħt il-proċedura ta’ ħlas lura bikri, kif ukoll id-data meta beħsiebha tagħmel dak il-ħlas lura bikri, ta’ mill-inqas ġimgħa qabel dik id-data ta’ dak il-ħlas lura bikri. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mill-Eurosistema, ħlas lura bikri jista’ jsir fi kwalunkwe jum li jikkoinċidi mad-data tal-ħlas ta’ operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija tal-Eurosistema, kemm-il darba l-kontroparti tagħmel in-notifika msemmija f’dan il-paragrafu ta’ mill-inqas ġimgħa qabel dik id-data.

3.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir vinkolanti fuq il-kontroparti ġimgħa qabel id-data tal-ħlas lura bikri li għaliha tirreferi. Jekk il-kontroparti tonqos milli tħallas, totalment jew parzjalment, l-ammont dovut taħt il-proċedura ta’ ħlas lura bikri sad-data dovuta, dan jista’ jirriżulta fl-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja kif stipulat fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 tal-Appendiċi 6 li japplikaw għal ksur tar-regoli relatati ma’ operazzjonijiet ta’ sejħiet għall-offerti għandhom japplikaw meta kontroparti tonqos milli tagħmel saldu, totali jew parzjali, tal-ammont dovut fid-data tal-ħlas lura bikri msemmija fil-paragrafu 2. L-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊN biex jeżerċita r-rimedji pprovduti meta jseħħ avveniment ta’ inadempjenza kif stipulat fl-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

Artikolu 3

Ammissjoni ta’ ċerti titoli ggarantiti minn assi addizzjonali

1.   Minbarra t-titoli ggarantiti minn assi (ABS — asset-based securities) eliġibbli taħt il-Kapitolu 6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, ABS li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-kreditu taħt it-Taqsima 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 imma li mill-bqija jikkonformaw mal-kriterji ta‘ eliġibbiltà applikabbli lil ABS skont il-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom ikunu eliġibbli bħala kollateral għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, sakemm ikollhom żewġ valutazzjonijiet ta’ mill-inqas B trippla (15) mal-ħruġ u fi kwalunkwe ħin wara. Huma għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jappoġġaw l-ABS għandhom jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta’ assi li ġejjin: (i) ipoteki residenzjali; (ii) self lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); (iii) ipoteki kummerċjali; (iv) self fuq ix-xiri ta’ karozzi; (v) kiri; u (vi) finanzjament għall-konsumatur;

(b)

m’għandu jkun hemm ebda taħlit ta’ klassijiet ta’ assi differenti fl-assi li jiġġeneraw il-likwidità;

(c)

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jappoġġaw l-ABS m’għandhomx ikun fihom self illi huwa kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

ma jkunx jirrendi fil-ħin tal-ħruġ tal-ABS;

(ii)

ma jkunx jirrendi meta inkorporat fl-ABS matul il-ħajja tal-ABS, pereżempju permezz ta’ sostituzzjoni, jew tibdil fl-assi li jiġġeneraw il-likwidità;

(iii)

fi kwalunkwe ħin, huwa strutturat, mingħand konsorzju jew leveraged;

(d)

id-dokumenti tat-tranżazzjoni tal-ABS għandu jkun fihom dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz.

2.   ABS li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 li għandhom żewġ gradazzjonijiet ta’ mill-anqas A singola (16) għandhom ikunu suġġetti għat-telf impost fil-valutazzjoni ta’ 16 %.

3.   ABS li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 li m’għandhomx żewġ gradazzjonijiet ta’ mill-anqas A singola għandhom ikunu suġġetti għat-telf impost fil-valutazzjoni li ġej: (a) ABS sostnuti minn ipoteki kummerċjali għandhom ikunu suġġetti għal telf impost fil-valutazzjoni ta’ 32 %; u (b) l-ABS l-oħrajn kollha għandhom ikunu suġġetti għal telf impost fil-valutazzjoni ta’ 26 %.

4.   Kontroparti ma tistax tippreżenta ABS li hija eliġibbli skont il-paragrafu 1 bħala kollateral, jekk il-kontroparti, jew kwalunkwe parti terza li magħha għandha rabtiet mill-qrib, taġixxi bħala fornitur ta’ ħeġġ ta’ rata ta’ imgħax fir-rigward tal-ABS.

5.   BĊN jista’ jaċċetta bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema ABS li l-assi sottostanti tagħhom jinkludu ipoteki fuq immobbli residenzjali jew self lil SMEs jew it-tnejn u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-kreditu taħt it-Taqsima 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 u r-rekwiżiti li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1(a) sa (d) u l-paragrafu 4 aktar ‘il fuq, imma li mill-bqija huma konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà applikabbli għall-ABS skont il-Linja Gwida BĊE/2011/14 u għandhom żewġ gradazzjonijiet ta’ mill-anqas B trippla. Dawn l-ABS għandhom ikunu limitati għal dawk maħruġin qabel l-20 ta’ Ġunju 2012 u għandhom ikunu suġġetti għal tnaqqis impost fil-valutazzjoni ta’ 32 %.

6.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(1)

“ipoteka residenzjali”, minbarra self appoġġat minn ipoteka fuq proprjetà immobbli residenzjali, għandha tinkludi self iggarantit fuq immobbli residenzjali (mingħajr ipoteka fuq proprjetà) jekk il-garanzija hija pagabbli minnufih mal-inadempjenza. Garanzija bħal din tista’ tingħata f’forom kuntrattwali differenti, inkluż kuntratti ta’ assigurazzjoni, sakemm huma jkunu ggarantiti minn entità fis-settur pubbliku jew istituzzjoni finanzjarja suġġetta għas-superviżjoni pubblika. Il-valutazzjoni tal-kreditu tal-garanti għall-finijiet ta’ dawn il-garanziji għandha tkun konformi ma’ stadju 3 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala tal-Eurosistema għall-klassifika armonizzata tul il-ħajja tat-tranżazzjoni;

(2)

“impriża żgħira” u “impriża ta’ daqs medju” għandhom ifissru entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, fejn il-bejgħ irrapportat għall-entità, jew jekk l-entità hija parti minn grupp ikkonsolidat, għall-grupp ikkonsolidat, huwa ta’ anqas minn EUR 50 miljun;

(3)

“self li ma jirrendix” għandha tinkludi self fejn il-ħlas ta’ imgħax jew ta’ kapital huwa tard b’90 jum jew aktar u d-debitur huwa inadempjenti, kif definit fl-Anness VII tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew fejn hemm raġunijiet tajbin biex ikun hemm dubju dwar jekk il-ħlas huwiex se jsir kollu;

(4)

“self strutturat” tfisser struttura li tinvolvi talbiet ta’ kreditu subordinati;

(5)

“self mingħand konsorzju” tfisser self mogħti minn grupp ta’ selliefa f’konsorzju li jislef;

(6)

“self leveraged” tfisser self mogħti lil kumpanija li diġà għandha ammont konsiderevoli ta’ dejn, bħal finanzjament għal akkwist mill-maniġment jew għal takeover, fejn is-self jintuża għall-akkwist tal-ekwità ta’ kumpanija li hija wkoll id-debitur tas-self;

(7)

“dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tas-servizz” tfisser dispożizzjonijiet fid-dokumentazzjoni legali ta’ ABS li jiżguraw illi inadempjenza minn min jagħti s-servizz ma twassalx għal terminazzjoni tas-servizz u li tinkludi skatti għall-ħatra ta’ fornitur ta’ servizz ta’ sostenn u pjan ta’ azzjoni ta’ livell għoli li jispeċifika l-passi operattivi li jridu jittieħdu ladarba jinħatar fornitur ta’ servizz ta’ sostenn u kif għandha tiġi ttrasferita l-amministrazzjoni tas-self.

Artikolu 4

Ammissjoni ta’ xi talbiet ta’ kreditu addizzjonali

1.   Il-BĊNi jistgħu jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema talbiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Eurosistema.

2.   Il-BĊNi li jiddeċiedu li jaċċettaw talbiet ta’ kreditu skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għal dan il-għan billi jispeċifikaw devjazzjonijiet mir-rekwiżiti tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Dawn il-kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għandhom jinkludu l-kriterju li t-talbiet ta’ kreditu huma rregolati mil-liġijiet tal-Istat Membru tal-BĊN li jistabbilixxi l-kriterji għall-eliġibbiltà u l-miżuri għall-kontroll tar-riskju. Dawn il-kriterji għall-eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv.

3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali il-BĊNi jistgħu, sakemm ikollhom l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv, jaċċettaw talbiet ta’ kreditu: (a) bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-eliġibbiltà u l-miżuri għall-kontroll tar-riskju stabbiliti minn BĊN ieħor skont il-paragrafi 1 u 2; jew (b) irregolati mil-liġi ta’ kwalunkwe Stat Membru ħlief għall-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-BĊN li qed jaċċetta.

4.   BĊN ieħor għandu jipprovdi assistenza lil BĊN li qed jaċċetta talbiet ta’ kreditu skont il-paragrafu 1 jekk ikun ġie miftiehem bilateralment bejn iż-żewġ BĊNi u sakemm ikollu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv.

Artikolu 5

Aċċettazzjoni ta’ xi bonds ta’ bank iggarantiti mill-gvern

1.   BĊNi m’għandux ikun obbligat jaċċetta bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema bonds ta’ bank eliġibbli mhux koperti li: (a) ma jissodisfawx ir-rekwiżit tal-Eurosistema ta’ standards ta’ kreditu għoljin; (b) jinħarġu mill-kontroparti li tużahom jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-kontroparti; u (c) ikunu ggarantiti bis-sħiħ minn Stat Membru: (i) li l-valutazzjoni tal-kreditu tagħhom ma tkunx konformi mar-rekwiżit tal-Eurosistema għal standards għoljin ta’ kreditu għal emittenti u garanti ta’ assi negozjabbli kif stipulati fit-Taqsima 6.3.1 u 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14; u (ii) li jkunu konformi ma’ programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, kif evalwat mill-Kunsill Governattiv.

2.   Il-BĊNi għandhom jinformaw lill-Kunsill Governattiv kull meta jiddeċiedu li ma jaċċettawx it-titoli deskritti fil-paragrafu 1 bħala kollateral.

3.   Il-kontropartijiet ma jistgħux jippreżentaw bonds ta’ bank mhux koperti maħruġin minnhom stess jew maħruġin minn entitajiet b’rabtiet mill-qrib u ggarantiti minn entità fis-settur pubbliku taż-Żona Ekonomika Ewropea bid-dritt li timponi taxxi f’eċċess mill-valur nominali ta’ dawn il-bonds diġa’ ppreżentati bħala kollateral fit-3 ta’ Lulju 2012.

4.   F’każijiet eċċezzjonali, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi dwar derogi temporanji mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 3 għal massimu ta’ tliet snin. Talba għal deroga għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ finanzjament li jindika kif l-użu proprju ta’ bonds ta’ bank mhux koperti ggarantiti mill-gvern mill-kontroparti li tagħmel it-talba għandu jinqata’ f’fażijiet sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-approvazzjoni tad-deroga. Kull deroga diġà mogħtija sa mit-3 ta’ Lulju 2012 għandha tkompli tapplika sakemm jasal iż-żmien għar-reviżjoni tagħha.

Artikolu 6

Ammissjoni ta’ ċerti assi ddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala kollateral eliġibbli

1.   Strumenti ta’ dejn negozjabbli kif deskritti fit-Taqsima 6.2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14, jekk iddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, kemm-il darba: (a) jinħarġu u jinżammu/jitħallsu fiż-żona tal-euro; (b) l-emittent ikun stabbilit fiż-Żona Ekonomika Ewropea; u (c) jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà l-oħrajn kollha inklużi fit-Taqsima 6.2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   L-Eurosistema għandha tapplika t-tniżżil fil-valur li ġej għal dawk l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli: (a) tniżżil ta’ 16 % fuq assi ddenominati f’lira sterlina jew dollaru Amerikan; u (b) tniżżil ta’ 26 % fuq assi ddenominati f’yen.

3.   Strumenti ta’ dejn negozjabbli deskritti fil-paragrafu 1, li jkollhom kupuni marbutin ma’ rata singolari tas-suq tal-flus fil-munita tad-denominazzjoni tagħhom, jew ma’ indiċi ta’ inflazzjoni li ma jkun fiha ebda medda diskreta, akkumulazzjoni ta’ meded, ratchet jew strutturi kumplessi simili oħrajn għall-pajjiż rispettiv, għandhom jikkostitwixxu wkoll kollateral eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

4.   Il-BĊE jista’ jippubblika lista ta’ rati ta’ imgħax ta’ referenza aċċettabbli ta’ muniti barranin oħrajn, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, fuq is-sit elettroniku tiegħu fuq www.ecb.europa.eu, wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv.

5.   L-Artikoli 1, 3, 5, 6 u 8 biss ta’ din il-Linja Gwida japplikaw għal assi negozjabbli ddenominati f’muniti barranin.

Artikolu 7

Sospensjoni tar-rekwiżiti għal livelli minimi ta’ kwalità tal-kreditu għal xi strumenti negozjabbli

1.   Ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal livelli minimi ta’ kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fir-regoli tal-Eurosistema dwar il-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu għal assi negozjabbli fit-Taqsima 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 għandhom jiġu sospiżi b’mod konformi mal-paragrafu 2.

2.   Il-livell minimu ta’ kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema m’għandux japplika għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, sakemm il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi li l-Istat Membru rispettiv ma jikkonformax mal-kundizzjonalità tal-appoġġ finanzjarju u/jew il-programm makroekonomiku.

3.   Strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvern ċentrali tar-Repubblika Ellenika għandhom ikunu soġġetti għat-tnaqqis impost speċifiku stipulat fl-Anness I ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ, implimentazzjoni u applikazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu 2013.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 5, l-Artikolu 6(3) sa (5) u l-Artikolu 7, u japplikaw din il-Linja Gwida mit-3 ta’ Mejju 2013. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mid-19 ta’ April 2013.

3.   L-Artikolu 5 għandu japplika sat-28 ta’ Frar 2015.

Artikolu 9

Emenda għal-Linja Gwida BĊE/2007/9

Fil-Parti 5 tal-Anness III il-paragrafu wara t-Tabella 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

Kalkolu ta’ konċessjoni f’somma waħda għal skopijiet ta’ kontroll (R6):

Konċessjoni f’somma waħda: Il-konċessjoni hija applikata għal kull istituzzjoni ta’ kreditu. Kull istituzzjoni ta’ kreditu tnaqqas somma waħda massima intiża biex tnaqqas il-kost amministrattiv tal-ġestjoni ta’ ħtiġijiet ta’ riżerva żgħira ħafna. Jekk [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva] ikun anqas minn EUR 100 000, allura l-konċessjoni f’somma waħda għandha tkun ugwali għal [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva]. Jekk [bażi tar-riżerva × proporzjon tar-riżerva] ikun akbar minn jew ugwali għal EUR 100 000, allura l-konċessjoni f’somma waħda għandha tkun ugwali għal EUR 100 000. Istituzzjonijiet li jitħallew jirrapportaw statistika fir-rigward tal-bażi ta’ rizerva kkonsolidata tagħhom bħala grupp (kif definit f’Parti 2, Taqsima 1 ta’ Anness III tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32)) iżommu r-riżervi minimi permezz ta’ waħda mill-istituzzjonjiet fil-grupp li qed taġixxi bħala intermedjarju esklussivament għal dawn l-istituzzjonijiet. Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (*), huwa biss fil-każ aħħari li l-grupp sħiħ huwa intitolat li jnaqqas il-konċessjoni f’somma waħda.

Ir-riżervi minimi (jew ‘meħtieġa’) jinħadmu kif ġej:

Formula

Il-proporzjon ta’ riżerva japplika skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

Artikolu 10

Tħassir

1.   Il-Linja Gwida BĊE/2012/18 hija mħassra mit-3 ta’ Mejju 2013.

2.   Ir-referenzi għal-Linja Gwida BĊE/2012/18 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 11

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Marzu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 218, 15.8.2012, p. 20.

(2)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 65.

(4)  ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.

(6)  Regolament (UE) Nru 1358/2011 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (BĊE/2011/26) (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 51).

(7)  ĠU L 91, 29.3.2012, p. 27.

(8)  ĠU L 186, 14.7.2012, p. 38.

(9)  ĠU L 284, 17.10.2012, p. 14.

(10)  ĠU L 34, 5.2.2013, p. 18.

(11)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 22.

(12)  ĠU L 94, 8.4.2011, p. 33.

(13)  ĠU L 182, 12.7.2011, p. 31.

(14)  ĠU L 359, 29.12.2012, p. 74.

(15)  Gradazzjoni ta’ “B trippla” hija gradazzjoni ta’ mill-anqas “Baa3” minn Moody’s, “BBB-” minn Fitch jew Standard & Poor’s, jew gradazzjoni ta “BBB” minn DBRS.

(16)  Gradazzjoni ta’ “A singola” hija gradazzjoni ta’ mill-anqas “A3” minn Moody’s, “A-” minn Fitch jew Standard & Poor’s, jew gradazzjoni ta’ “AL” minn DBRS.


ANNESS I

Skeda ta’ telf impost li tapplika għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika

Bonds tal-gvern Grieg (GGBs)

Medda ta’ maturità

Telf impost għal kupuni fissi u floaters

Telf impost għal kupun żero

0-1

15,0

15,0

1-3

33,0

35,5

3-5

45,0

48,5

5-7

54,0

58,5

7-10

56,0

62,0

> 10

57,0

71,0

Bonds ta’ bank iggarantiti minn Gvern (GGBBs) u bonds korporattivi mhux finanzjarji ggarantiti minn gvern

Medda ta’ maturità

Telf impost għal kupuni fissi u floaters

Telf impost għal kupun żero

0-1

23,0

23,0

1-3

42,5

45,0

3-5

55,5

59,0

5-7

64,5

69,5

7-10

67,0

72,5

> 10

67,5

81,0


ANNESS II

LINJA GWIDA MĦASSRA BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

 

Linja Gwida BĊE/2012/18 (ĠU L 218, 15.8.2012, p. 20)

 

Linja Gwida BĊE/2012/23 (ĠU L 284, 17.10.2012, p. 14)

 

Linja Gwida BĊE/2013/2 (ĠU L 34, 5.2.2013, p. 18)


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Linja Gwida BĊE/2012/18

Din il-Linja Gwida

Artikoli 1 sa 5

Artikolu 1 sa 5

Artikolu 5a

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 10

Deċiżjoni BĊE/2011/4

Din il-Linja Gwida

Artikoli 2 u 3

Artikolu 7

Deċiżjoni BĊE/2011/10

Din il-Linja Gwida

Artikoli 2 u 3

Artikolu 7

Deċiżjoni BĊE/2012/32

Din il-Linja Gwida

Artikoli 2 u 3

Artikolu 7

Deċiżjoni BĊE/2012/34

Din il-Linja Gwida

Artikoli 1 u 2

Artikolu 6(3) u (4)