ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.079.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
21 ta' Marzu 2013


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 252/2013/UE tal-11 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi Qafas Multiannwali għall-2013-2017 għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 253/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-adattamenti wara r-reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED fir-rigward tal-fatturi varjabbli u l-analiżijiet li għandhom jiġu sottomessi ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2013 tal-20 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2013 tal-20 ta’ Marzu 2013 li jemenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Annessi IC, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart ( 1 )

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 256/2013 tal-20 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsubin biex jintużaw f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar ( 1 )

24

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2013 tal-20 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

27

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2013/142/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-kondotta demokratika u effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

29

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 839/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Annessi II, III u IV dwar il-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ċerti prodotti ( ĠU L 234, 30.8.2008 )

33

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2011 tas-26 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi tal-bifenil, deltametrin, etofumesat, isopirazam, propikonazol, pimetrozine, pirimetanil u tebukonazol fi jew fuq ċerti prodotti ( ĠU L 142, 28.5.2011 )

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 252/2013/UE

tal-11 ta’ Marzu 2013

li tistabbilixxi Qafas Multiannwali għall-2013-2017 għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Europea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

B’kunsiderazzjoni tal-objettivi tal-fondazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija”), u sabiex l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha tajjeb, l-oqsma tematiċi preċiżi tal-attività tagħha għandhom jiġu determinati minn Qafas Multiannwali li jkopri ħames snin kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (1).

(2)

L-ewwel Qafas Multiannwali ġie addotat mill-Kunsill fid-Deċiżjoni 2008/203/KE tat-28 ta’ Frar 2008 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Qafas Multiannwali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 (2).

(3)

Il-Qafas Multiannwali għandu jitwettaq biss fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni.

(4)

Il-Qafas Mutiannwali għandu jkun konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li jittieħed kont dovut tal-orjentamenti li jirriżultaw mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u mill-konklużjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

(5)

Il-Qafas Multiannwali għandu jagħti l-importanza xierqa lir-riżorsi finanzjarji u umani tal-Aġenzija.

(6)

Il-Qafas Multiannwali għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex tkun żgurata l-komplementarjetà mar-responsabbiltajiet ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aġenziji u korpi l-iktar relevanti tal-Unjoni relattivament għal dan il-Qafas Multiannwali huma l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 (4), in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE (5), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Eurojust, l-unità għall-koperazzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (EUROJUST) stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (8), l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (9), il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (10), l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (Aġenzija tal-IT) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (EUROFOUND) stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 1365/75 (12).

(7)

Il-Qafas Multiannwali għandu jinkludi l-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata fost l-oqsma tematiċi tal-attività tal-Aġenzija.

(8)

Fid-dawl tal-importanza tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għall-Unjoni, li għamlitha bħala waħda mill-ħames miri tal-istrateġija għat-tkabbir Ewropa 2020, l-Aġenzija għandha tqis il-prekondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jippermettu tgawdija effettiva tad-drittijiet fundamentali meta tiġbor u tqassam data fi ħdan l-oqsma tematiċi stabbiliti minn din id-Deċiżjoni.

(9)

L-Aġenzija, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dment li r-riżorsi finanzjarji u umani tagħha jkunu jippermettu dan, tista’ taħdem barra mill-oqsma tematiċi determinati mill-Qafas Multiannwali, f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007. F’konformità mal-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura li taqdi u tħares liċ-ċittadini (13), adottat mill-Kunsill Ewropew, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-kompetenza esperta tal-Aġenzija, u fejn ikun meħtieġ, jikkonsultaw mal-Aġenzija, f’konformità mal-mandat tagħha, fir-rigward tal-iżvilupp ta’ linji ta’ politika u leġislazzjoni b’implikazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali.

(10)

Fit-tħejjija tal-proposta tagħha, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija u rċeviet kummenti bil-miktub fit-18 ta’ Ottubru 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Qafas Multiannwali

1.   B’dan huwa stabbilit Qafas Multiannwali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija”) għall-perijodu 2013-2017.

2.   L-Aġenzija għandha, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, twettaq il-kompiti ddefiniti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fl-ambitu tal-oqsma tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Oqsma tematiċi

L-oqsma tematiċi għandhom ikunu s-segwenti:

(a)

l-aċċess għall-ġustizzja;

(b)

il-vittmi ta’ kriminalità, inkluż il-kumpens għall-vittmi tal-kriminalità;

(c)

is-soċjetà tal-informazzjoni u, b’mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali;

(d)

l-integrazzjoni tar-Roma;

(e)

il-kooperazzjoni ġudizzjarja, ħlief fi kwistjonijiet kriminali;

(f)

id-drittijiet tat-tfal;

(g)

id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

(h)

l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti, il-viżi u l-kontroll tal-fruntieri u l-asil;

(i)

ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata.

Artikolu 3

Komplementarjetà u kooperazzjoni ma’ korpi oħra

1.   L-Aġenzija għandha tiżgura kooperazzjoni u koordinazzjoni xierqa ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni, mal-Istati Membri, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mas-soċjetà ċivili, f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, għall-implimentazzjoni tal-Qafas Multiannwali.

2.   L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet relatati mad-diskriminazzjoni abbażi ta’ sess biss bħala parti minn, u safejn ikun rilevanti għal, xogħolha fil-kuntest tal-punt (g) tal-Artikolu 2, filwaqt li jitqies li huwa għall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) biex jiġbor id-data dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diskriminazzjoni bejn is-sessi. L-Aġenzija u l-EIGE għandhom jikkooperaw f’konformità mal-ftehim ta’ kooperazzjoni tat-22 ta’ Novembru 2010.

3.   L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (EUROFOUND) f’konformità mal-ftehim ta’ kooperazzjoni tat-8 ta’ Ottubru 2009, u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni (Frontex) f’konformità mal-ftehim ta’ koperazzjoni tas-26 ta’ Mejju 2010. Barra minn hekk, hija għandha tikkoopera mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO), man-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, mal-Eurojust, l-unità għall-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni, mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), mal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u mal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (Aġenzija tal-IT) f’konformità mal-ftehimiet ta’ koperazzjoni rispettivi futuri. Il-kooperazzjoni ma’ dawn il-korpi għandha tkun limitata għal attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-oqsma tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

4.   L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fil-qasam tas-soċjetà tal-informazzjoni u, partikolarment, fir-rispett tal-ħajja privata u tal-protezzjoni ta’ data personali, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza, jiġu rrispettati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont id-dmirijiet u poteri tiegħu kif previst fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

5.   L-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’ dawk tal-Kunsill tal-Ewropa f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill tal-Ewropa (14), imsemmi f’dak l-Artikolu.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 63, 7.3.2008, p. 14.

(3)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(4)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7.

(6)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(10)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(11)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(12)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(13)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(14)  ĠU L 186, 15.7.2008, p. 7.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/4


Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali

Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fil-qasam ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ dawn l-emendi.

Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (4) ġie adottat fit-12 ta’ Diċembru 2012.

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, id-Danimarka, permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Diċembru 2012 innotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 se jiġu applikati għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u d-Danimarka.

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim u huwa meqjus bħala anness għalih.

B’referenza għall-Artikolu 3(3) u (4) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 fid-Danimarka tista’ sseħħ billi jemenda l-leġiżlazzjoni fis-seħħ permezz tad-Deċiżjoni tal-Parlament Daniż. Skont l-Artikolu 3(5)(b) tal-Ftehim, id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-data li fiha l-miżuri leġiżlattivi implimentazzjoni bħal dawn jidħlu fis-seħħ.


(1)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.

(2)  ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.


REGOLAMENTI

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/5


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2013

tal-15 ta’ Jannar 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-adattamenti wara r-reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED fir-rigward tal-fatturi varjabbli u l-analiżijiet li għandhom jiġu sottomessi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistika Ewropea, billi jitqiesu l-iżviluppi u l-bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni.

(2)

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) irrevediet il-verżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni (ISCED) li ntużat sa issa (ISCED 1997) bl-għan li jkun żgurat li hija konsistenti mal-iżviluppi fil-politiki u l-istrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

(3)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-analiżijiet Soċjodemografiċi, il-Parti A, "3. [fakultattiv] Livell edukattiv" jinbidel u jsir "3. [fakultattiv] Livell edukattiv li għandu jintlaħaq";

(b)

Fl-analiżijiet Soċjodemografiċi, il-Parti B, "3. [fakultattiv] Livell edukattiv" jinbidel u jsir "3. [fakultattiv] Livell edukattiv li għandu jintlaħaq";

(c)

Fil-punt (3) tal-Parti C, "Livell edukattiv: livell baxx (ISCED 0, 1 jew 2), medju (ISCED 3 jew 4), ogħla (ISCED 5 jew 6)." jinbidel u jsir "Livell edukattiv li għandu jintlaħaq": mhux aktar minn sekondarju baxx, sekondarju ogħla u post-sekondarju (mhux terzjarju), terzjarju.

(2)

Il-Parti A tat-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Fatturi Varjabbli, ringiela 23, "[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: livell edukattiv, jinbidel u jsir [fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: livell edukattiv li għandu jintlaħaq";

(b)

Fil-Kategoriji li għandhom jiġu trażmessi, ir-ringiela 23 “(a) Livell baxx (ISCED 0, 1 jew 2)”, “(b) Livell medju (ISCED 3 jew 4)” u “(c) Livell għoli (ISCED 5 jew 6)” jinbidlu b’li ġej:

“(a)

Mhux aktar minn sekondarju baxx

(b)

Sekondarju ogħla u post-sekondarju (mhux terzjarju)

(c)

Terzjarju”

(3)

It-Taqsima 3 hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-analiżijiet Soċjodemografiċi, Parti A, "3. Livell edukattiv" tinbidel u ssir "3. Livell edukattiv li għandu jintlaħaq";

(b)

Fl-analiżijiet Soċjodemografiċi, il-Parti B, "3. Livell edukattiv" tinbidel u ssir "3. Livell edukattiv li għandu jintlaħaq".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.


21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 254/2013

tal-20 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 132 tagħhom,

Billi:

(1)

Mir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta' April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (2), imwettqa skont l-Artikolu 22(2) ta' dan ir-Regolament, jirriżulta li dan ir-Regolament għandu jiġi emendat minn diversi rigwardi.

(2)

Għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika, huwa xieraq li jiġu ċċarati l-konsegwenzi ta' ħlasijiet tard lill-Aġenzija. L-Aġenzija ma għandhiex tagħti lura miżati jew imposti qabel tkun rifjutata s-sottomissjoni kkonċernata. Madankollu l-miżati u l-imposti mħallsa wara rifjut bħal dan għandhom jingħataw lura bħala ħlasijiet mhux dovuti.

(3)

Fir-rigward tal-aġġornamenti ta' reġistrazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet ta' kunfidenzjalità, jixraq li l-miżati jiġu applikati b'mod konsistenti irrispettivament minn meta ssir it-talba. Fir-rigward tal-aġġornamenti ta' reġistrazzjoni ħlief l-aġġornamenti tal-medda ta' tunnellaġġ, huwa xieraq li tkun prevista l-possibbiltà li r-reġistrant jitlob estensjoni tat-tieni skadenza għall-ħlas tal-miżata korrispondenti ħalli r-reġistrant ikollu aktar żmien biex jagħmel il-ħlas.

(4)

Għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika, huwa xieraq ukoll li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar miżati mraħħsa għal talbiet tal-kunfidenzjalità f'sottomissjonijiet konġunti jew minn reġistranti prinċipali.

(5)

Fir-rigward ta' miżati għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u imposti għal reviżjonijiet ta' awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 61 ta' dan ir-Regolament, kull xenarju ta' espożizzjoni ma għandux jibqa' jitqies b'mod awtomatiku bħala użu wieħed billi l-għadd tal-użi addizzjonali li ssir applikazzjoni għalihom f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew ir-rapport tar-reviżjoni tal-awtorizzazzjoni jista' mhux bilfors ikun identiku għan-numru ta' xenarji ta' espożizzjoni inklużi f'dawn is-sottomissjonijiet.

(6)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-miżata bażi jew l-imposta bażi u kull miżata jew imposta addizzjonali, inkluż f'każijiet ta' applikazzjonijiet konġunti għal awtorizzazzjoni u rapporti konġunti ta' reviżjoni.

(7)

L-Aġenzija tista' titlob evidenza li japplikaw il-kundizzjonijiet għal roħs tal-miżati jew l-imposti jew għal rinunzja tal-miżati. Sabiex tkun tista' tivverifika li jkunu ntlaħqu dawn il-kundizzjonijiet, huwa meħtieġ li tintalab is-sottomissjoni ta' din l-evidenza f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew f'lingwa oħra, jekk din tkun disponibbli f’lingwa oħra, bi traduzzjoni ċċertifikata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

(8)

Huwa xieraq ukoll li, wara r-reviżjoni tal-miżati u l-imposti, f'konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 340/2008, fid-dawl tar-rata annwali medja tal-inflazzjoni applikabbli ta' 3,1% għal April tal-2012 kif ippubblikata mill-Eurostat, il-miżati u l-imposti standard ikunu adatti skont din ir-rata.

(9)

Il-miżati u l-imposti mraħħsa eżistenti applikabbli għal intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs) għandhom jitnaqqsu aktar ħalli jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż regolatorju u l-bosta sfidi prattiċi li jiltaqgħu magħhom l-SMEs biex iħarsu l-obbligi tar-REACH, b'mod partikolari l-obbligu tar-reġistrazzjoni, kif identifikati fir-Rapport mingħand il-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni f'konformità mal-Artikolu 117(4) tar-REACH u mal-Artikolu 46(2) tas-CLP, u reviżjoni ta' ċerti elementi tar-REACH f'konformità mal-Artikoli 75(2), 138(2), 138(3) u 138(6) tar-REACH (3).

(10)

Sabiex jiġi bbilanċjat mill-ġdid it-tqassim tal-miżati u l-imposti fost bosta klassijiet tad-daqs tal-kumpaniji, il-miżati u l-imposti standard għandhom jiżdiedu aktar b'4% fil-qasam tar-reġistrazzjoni u bi 3,5% fil-qasam tal-awtorizzazzjoni wara li jitqiesu, minn naħa, l-ispejjeż tal-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tas-servizzi li jagħtu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u, min-naħa l-oħra, aktar roħs tal-miżati u l-imposti għall-SMEs u l-għadd ta' SMEs involuti.

(11)

L-aġġustament ġenerali tal-miżati u imposti huwa ffissat f'livell b'tali mod li d-dħul idderivat minnhom meta kkombinat ma' sorsi oħra ta' dħul tal-Aġenzija skont l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ikun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tas-servizzi mogħtija.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sottomissjonijiet validi li huma pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(14)

Minħabba li sustanzi ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 iridu jkunu rreġistrati sal-31 ta' Mejju 2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minħabba urġenza.

(15)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

"7.   Meta r-reġistrazzjoni tiġi rifjutata għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal din ir-reġistrazzjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor."

(2)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

"7.   Meta r-reġistrazzjoni tiġi rifjutata għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal din ir-reġistrazzjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor."

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, wara t-tieni subparagrafu jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:

"Għal tibdil fl-aċċess mogħti għal informazzjoni fir-reġistrazzjoni, l-Aġenzija għandha titlob miżata għal kull oġġett li jkun sarlu aġġornament, kif inhu stabbilit fit-Tabelli 3 u 4 tal-Anness III.

Fil-każ ta' aġġornament ta’ sommarji ta' studju jew sommarji ta' studju sod, l-Aġenzija għandha titlob miżata għal kull sommarju ta' studju jew għal kull sommarju ta' studju sod li jkun sarlu aġġornament."

(b)

Fil-paragrafu 6, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Meta l-ħlas ma jkunx sar qabel tiskadi t-tieni skadenza, fil-każ ta' aġġornamenti oħra, l-Aġenzija għandha tirrifjuta aġġornament. Meta l-applikant jitlob dan, l-Aġenzija għandha testendi t-tieni skadenza diment li t-talba għal estensjoni tkun tressqet qabel tiskadi t-tieni skadenza. Meta l-ħlas ma jkunx sar qabel tiskadi l-iskadenza estiża, l-Aġenzija għandha tirrifjuta aġġornament."

(c)

Il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

"7.   Meta l-aġġornament jiġi rifjutat għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal dan l-aġġornament qabel ġie rifjutat, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor."

(4)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3.   Fil-każ ta' talba li tirreferi għal sottomissjoni konġunta, l-Aġenzija għandha titlob miżata mraħħsa, kif inhu stabbilit fl-Anness IV. Fil-każ ta' talba mingħand reġistrant prinċipali, l-Aġenzija għandha titlob miżata mraħħsa lir-reġistrant prinċipali biss, kif inhu stabbilit fl-Anness IV."

(5)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5.   Meta tkun ġiet rifjutata notifika jew talba għal estensjoni għax il-manifattur, l-importatur, jew il-produttur tal-oġġetti ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżati jew l-imposti qabel l-iskadenzi, il-miżati u l-imposti mħallsa għal din in-notifika jew it-talba għal estensjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati mod ieħor lill-persuna li qed tagħmel in-notifika jew it-talba."

(6)

Fl-Artikolu 8, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"L-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-miżata bażi jew kull miżata addizzjonali applikabbli, inkluż fil-każ ta' applikazzjoni konġunta għal awtorizzazzjoni."

(7)

Fl-Artikolu 9, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"L-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-miżata bażi jew kull miżata addizzjonali applikabbli, inkluż fil-każ ta' applikazzjoni konġunta għal awtorizzazzjoni."

(8)

Fl-Artikolu 13(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

"Meta l-evidenza li trid titressaq lill-Aġenzija ma tkunx f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, din għandha jkollha magħha traduzzjoni ċċertifikata f'xi waħda mil-lingwi uffiċjali."

(9)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kontinwament dan ir-Regolament fid-dawl ta' informazzjoni sinifikanti li ssir disponibbli fir-rigward tal-preżunzjonijiet sottostanti għal dħul u nfiq antiċipati tal-Aġenzija. Sal-31 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament bil-ħsieb li temendah, jekk ikun xieraq, filwaqt li tqis b'mod partikolari l-ispejjeż tal-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tas-servizzi li taw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri."

(10)

L-Annessi I sa VIII tar-Regolament (UE) Nru 340/2008 jinbidlu bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sottomissjonijiet validi li huma pendenti fi 22 ta’ Marzu 2013.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6.

(3)  COM(2013) 49 finali, SWD(2013) 25 finali.


ANNESS

"

ANNESS I

Miżati għal reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Miżati standard

 

Sottomissjoni individwali

Sottomissjoni konġunta

Miżati għal sustanzi minn 1 sa 10 tunnellati

EUR 1 714

EUR 1 285

Miżati għal sustanzi minn 10 sa 100 tunnellata

EUR 4 605

EUR 3 454

Miżati għal sustanzi minn 100 sa 1 000 tunnellata

EUR 12 317

EUR 9 237

Miżati għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

EUR 33 201

EUR 24 901


Tabella 2

Miżati mraħħsa għall-SMEs

 

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Sottomissjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Sottomissjoni konġunta)

Miżati għal sustanzi minn 1 sa 10 tunnellati

EUR 1 114

EUR 835

EUR 600

EUR 450

EUR 86

EUR 64

Miżati għal sustanzi minn 10 sa 100 tunnellata

EUR 2 993

EUR 2 245

EUR 1 612

EUR 1 209

EUR 230

EUR 173

Miżati għal sustanzi minn 100 sa 1 000 tunnellata

EUR 8 006

EUR 6 004

EUR 4,311

EUR 3,233

EUR 616

EUR 462

Miżati għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

EUR 21 581

EUR 16 185

EUR 11 620

EUR 8 715

EUR 1 660

EUR 1 245

ANNESS II

Miżati għal reġistrazzjoniiet imressqa skont l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) u (3) jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Miżati standard

 

Sottomissjoni individwali

Sottomissjoni konġunta

Miżata

EUR 1 714

EUR 1 285


Tabella 2

Miżati mraħħsa għall-SMEs

 

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Sottomissjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Sottomissjoni konġunta)

Miżata

EUR 1 114

EUR 835

EUR 600

EUR 450

EUR 86

EUR 64

ANNESS III

Miżati għall-aġġornament tar-reġistrazzjonijiet skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Miżati Standard għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ

 

Sottomissjoni individwali

Sottomissjoni konġunta

Minn 1-10 tunnellati sa 10-100 tunnellata

EUR 2 892

EUR 2 169

Minn 1-10 tunnellati sa bejn 100-1,000 tunnellata

EUR 10 603

EUR 7 952

Minn 1-10 tunnellati sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata

EUR 31 487

EUR 23 616

Minn 10-100 tunnellata sa bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 7 711

EUR 5 783

Minn 10-100 tunnellata sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata

EUR 28 596

EUR 21 447

Minn 100 1,000 tunnellata sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata

EUR 20 885

EUR 15 663


Tabella 2

Miżati Mnaqqsa għall-SMEs għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ

 

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni Konġunta)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni Konġunta)

Mikrointrapriża

(Sottomissjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Sottomissjoni konġunta)

Minn 1-10 tunnellati sa 10-100 tunnellata

EUR 1 880

EUR 1 410

EUR 1 012

EUR 759

EUR 145

EUR 108

Minn 1-10 tunnellati sa 100-1 000 tunnellata

EUR 6 892

EUR 5 169

EUR 3 711

EUR 2 783

EUR 530

EUR 398

Minn 1-10 tunnellati sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata

EUR 20 467

EUR 15 350

EUR 11 021

EUR 8 265

EUR 1 574

EUR 1 181

Minn 10-100 tunnellata sa 100-1 000 tunnellata

EUR 5 012

EUR 3 759

EUR 2 699

EUR 2 024

EUR 386

EUR 289

Minn 10-100 tunnellata sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata

EUR 18 587

EUR 13 940

EUR 10 008

EUR 7 506

EUR 1 430

EUR 1 072

Minn 100-1 000 tunnellata sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata

EUR 13 575

EUR 10 181

EUR 7 310

EUR 5 482

EUR 1 044

EUR 783


Tabella 3

Miżati għal aġġornamenti oħra

Tip ta' aġġornament

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

EUR 1 607

Tip ta' aġġornament

Sottomissjoni individwali

Sottomissjoni konġunta

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fis-sottomissjoni:

Il-grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 4 820

EUR 3 615

Il-medda ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 607

EUR 1 205

Sommarju ta' studju jew sommarju ta' studju sod

EUR 4 820

EUR 3 615

Informazzjoni fil-folju tad-dejta dwar is-sikurezza

EUR 3 213

EUR 2 410

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 607

EUR 1 205

L-isem IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 607

EUR 1 205

L-isem IUPAC għal sustanzi msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċess

EUR 1 607

EUR 1 205


Tabella 4

Miżati mraħħsa għall-SMEs għal aġġornamenti oħra

Tip ta' aġġornament

Intrapriża ta' daqs medju

Intrapriża żgħira

Mikrointrapriża

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

EUR 1 044

EUR 562

EUR 80

Tip ta' aġġornament

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni konġunta)

Mikro intrapriża

(Sottomissjoni individwali)

Mikro intrapriża

(Sottomissjoni konġunta)

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fis-sottomissjoni:

Il-grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 3 133

EUR 2 350

EUR 1 687

EUR 1 265

EUR 241

EUR 181

Il-medda ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 044

EUR 783

EUR 562

EUR 422

EUR 80

EUR 60

Sommarju ta' studju jew sommarju ta' studju sod

EUR 3 133

EUR 2 350

EUR 1 687

EUR 1 265

EUR 241

EUR 181

Informazzjoni fil-folju tad-dejta dwar is-sikurezza

EUR 2 088

EUR 1 566

EUR 1 125

EUR 843

EUR 161

EUR 120

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 044

EUR 783

EUR 562

EUR 422

EUR 80

EUR 60

L-isem IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 044

EUR 783

EUR 562

EUR 422

EUR 80

EUR 60

L-isem IUPAC għal sustanzi msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċess

EUR 1 044

EUR 783

EUR 562

EUR 422

EUR 80

EUR 60

ANNESS IV

Miżati għal talbiet skont il-punt (xi) tal-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Miżati standard

L-oġġett li għalih intalbet il-kunfidenzjalità

Sottomissjoni individwali

Sottomissjoni konġunta

Il-grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 4 820

EUR 3 615

Il-medda ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 607

EUR 1 205

Sommarju ta' studju jew sommarju ta' studju sod

EUR 4 820

EUR 3 615

Informazzjoni fil-folju tad-dejta dwar is-sikurezza

EUR 3 213

EUR 2 410

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 607

EUR 1 205

L-isem IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 607

EUR 1 205

L-isem IUPAC għal sustanzi msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċess

EUR 1 607

EUR 1 205


Tabella 2

Miżati mraħħsa għall-SMEs

L-oġġett li għalih intalbet il-kunfidenzjalità

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża ta' daqs medju

(Sottomissjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Sottomissjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Sottomissjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Sottomissjoni konġunta)

Il-grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 3 133

EUR 2 350

EUR 1 687

EUR 1 265

EUR 241

EUR 181

Il-medda ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 044

EUR 783

EUR 562

EUR 422

EUR 80

EUR 60

Sommarju ta' studju jew sommarju ta' studju sod

EUR 3 133

EUR 2 350

EUR 1 687

EUR 1 265

EUR 241

EUR 181

Informazzjoni fil-folju tad-dejta dwar is-sikurezza

EUR 2 088

EUR 1 566

EUR 1 125

EUR 843

EUR 161

EUR 120

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 044

EUR 783

EUR 562

EUR 422

EUR 80

EUR 60

L-isem IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 044

EUR 783

EUR 562

EUR 422

EUR 80

EUR 60

L-isem IUPAC għal sustanzi msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċess

EUR 1 044

EUR 783

EUR 562

EUR 422

EUR 80

EUR 60

ANNESS V

Miżati u imposti għan-notifiki PPORD skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Miżati għan-Notifiki PPORD

Miżata standard

EUR 536

Miżata mraħħsa għal intrapriża ta' daqs medju

EUR 348

Miżata mraħħsa għal intrapriża żgħira

EUR 187

Miżata mraħħsa għal mikrointrapriża

EUR 27


Tabella 2

Imposti għall-estensjoni ta' eżenzjoni PPORD

Imposta standard

EUR 1 071

Imposta mraħħsa għal intrapriża ta' daqs medju

EUR 696

Imposta mraħħsa għal intrapriża żgħira

EUR 375

Imposta mraħħsa għal mikrointrapriża

EUR 54

ANNESS VI

Miżati għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Miżati standard

Miżata bażi

EUR 53 300

Miżata addizzjonali għal kull sustanza

EUR 10 660

Miżata addizzjonali għal kull użu

EUR 10 660

Miżata addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali mhux SME: EUR 39 975

L-applikant addizzjonali hu intrapriża ta' daqs medju: EUR 29 981

L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989

L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998


Tabella 2

Miżati mraħħsa għal intrapriżi ta' daqs medju

Miżata bażi

EUR 39 975

Miżata addizzjonali għal kull sustanza

EUR 7 995

Miżata addizzjonali għal kull użu

EUR 7 995

Miżata addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali hu intrapriża ta' daqs medju: EUR 29 981

L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989

L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998


Tabella 3

Miżati mraħħsa għal intrapriżi żgħar

Miżata bażi

EUR 23 985

Miżata addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 797

Miżata addizzjonali għal kull użu

EUR 4 797

Miżata addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989

L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998


Tabella 4

Miżati mraħħsa għal mikrointrapriżi

Miżata bażi

EUR 5 330

Miżata addizzjonali għal kull sustanza

EUR 1 066

Miżata addizzjonali għal kull użu

EUR 1 066

Miżata addizzjonali għal kull applikant

Applikant addizzjonali: EUR 3 998

ANNESS VII

Imposti għar-reviżjoni ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Imposti standard

Imposta bażi

EUR 53 300

Imposta addizzjonali għal kull użu

EUR 10 660

Imposta addizzjonali għal kull sustanza

EUR 10 660

Imposta addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali mhux SME: EUR 39 975

L-applikant addizzjonali hu intrapriża ta' daqs medju: EUR 29 981

L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989

L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998


Tabella 2

Imposti mraħħsa għal intrapriżi ta' daqs medju

Imposta bażi

EUR 39 975

Imposta addizzjonali għal kull użu

EUR 7 995

Imposta addizzjonali għal kull sustanza

EUR 7 995

Imposta addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali hu intrapriża ta' daqs medju: EUR 29 981

L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989

L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998


Tabella 3

Imposti mraħħsa għal intrapriżi żgħar

Imposta bażi

EUR 23 985

Imposta addizzjonali għal kull użu

EUR 4 797

Imposta addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 797

Imposta addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989

L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998


Tabella 4

Imposti mraħħsa għal mikrointrapriżi

Imposta bażi

EUR 5 330

Imposta addizzjonali għal kull użu

EUR 1 066

Imposta addizzjonali għal kull sustanza

EUR 1 066

Imposta addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998

ANNESS VIII

Miżati għal appelli skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Miżati standard

Appell kontra deċizjoni meħuda skont:

Miżata

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 2 356

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 4 712

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 7 069


Tabella 2

Miżati mraħħsa għall-SMEs

Appell kontra deċizjoni meħuda skont:

Miżata

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 767

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 3 534

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 5 301

"

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 255/2013

tal-20 ta’ Marzu 2013

li jemenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Annessi IC, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jispeċifika taħt liema kondizzjonijiet il-ġarr tal-iskart elenkat fl-Annessi IIIA jew IIIB ta’ dak ir-Regolament huwa soġġett għall-proċedura ta’ notifika u kunsens minn qabel bil-miktub. Is-sottomissjoni ta’ notifika tfisser l-obbligu li jimtlew id-dokumenti ta’ notifika u ta’ moviment kif stabbilit fl-Annessi IA u IB ta’ dak ir-Regolament. L-iskart elenkat fl-Anness IIIA, IIIB jew IVA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jista’ jiġi identifikat fil-Blokk 14 tal-Anness IA jew l-Anness IB, taħt is-subintestatura (vi) “Oħrajn (speċifika)”. L-Anness IC ta’ dak ir-Regolament, li jipprovdi struzzjonijiet speċifiċi dwar kif għandhom jimtlew l-Anness IA jew l-Anness IB, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jikkjarifika kif dak l-iskart għandu jkun indikat fl-Anness IA jew IB.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jispeċifika wkoll taħt liema kundizzjonijiet it-tipi ta’ skart elenkati fl-Annessi IIIA u IIIB ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ li jkunu akkumpanjati mid-dokument li jinsab fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament meta jkun hemm il-ħsieb li dan l-iskart jinġarr. Billi l-Blokk 10 tal-Anness VII ma tipprovdix l-għażla tal-identifikazzjoni tal-iskart elenkat fl-Annessi IIIA u IIIB, dawn it-tipi ta’ skart ma jistgħux jiġu identifikati kif suppost fl-Anness VII. L-inklużjoni tal-iskart fl-Annessi IIIA u IIIB teħtieġ it-tkabbir tal-għażliet elenkati fil-Blokk 10 tal-Anness VII.

(3)

Waqt l-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu li saret mis-17 sal-21 ta’ Ottubru 2011, ġew adottati linji gwida tekniċi u dokumenti ta’ gwida dwar l-immaniġġjar ambjentalment san l-(immaniġġjar ekoloġikament razzjonali). Wara l-adozzjonijiet tagħhom, jeħtieġ li l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness IC huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness VII huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3)

L-Anness VIII huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.


ANNESS I

L-Anness IC tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 25(c), titħassar it-tieni sentenza.

(b)

Fil-punt 25(d), titħassar it-tieni sentenza.

(c)

Fil-punt 25(e), jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Kodiċijiet bħal dawn jistgħu jiddaħħlu fl-Annessi IIIA, IIIB jew IVA ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ, in-numru tal-Anness għandu jkun stipulat qabel il-kodiċijiet. Fir-rigward tal-Anness IIIA, il-kodiċi(jiet) rilevanti kif indikat(i) fl-Anness IIIA għandhom jintużaw, kif xieraq f’sekwenza. Ċerti entrati ta’ Basel bħal B1100, B3010 u B3020 huma ristretti biss għal flussi ta’ skart speċifiċi,kif indikat fl-Anness IIIa.”.


ANNESS II

“ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI TAKKUMPANJA L-VJEĠĠI TA’ SKART KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(2) U (4)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

“ANNESS VIII

LINJI GWIDA DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALMENT SAN (L-ARTIKOLU 49)

I.

Linji gwida u dokumenti ta’ gwida adottati skont il-Konvenzjoni ta’ Basel:

1.

Linji Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart Bijomediku u tal-Kura tas-Saħħa (Y1; Y3) (1)

2.

Linji Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart ta’ Batteriji tal-Aċidu taċ-Ċomb (1)

3.

Linji Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġjar Ambjentalment San tal-Iżmantellar Totali jew Parzjali ta’ Bastimenti (1)

4.

Linji Gwida Tekniċi dwar ir-Riċiklaġġ/ir-Reklamazzjoni Ambjentalment San/a ta’ Metalli u ta’ Komposti tal-Metall (R4) (2)

5.

Linji Gwida Tekniċi Ġenerali Aġġornati għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li fih Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (Persistent Organic Pollutants -POPs) (3), li jikkonsisti minnhom, jew li hu kkontaminat bihom

6.

Linji Gwida Tekniċi Aġġornati għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li fih Bifenili Poliklorurati (PCBs), Terfenili Poliklorurati (PCTs) jew Bifenili Polibromurati (PBBs), li jikkonsisti minnhom, jew li hu kkontaminat bihom (3)

7.

Linji Gwida Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li fih il-Pestiċidi Aldrin, Klordan, Dieldrin, Endrin, Ettaklor, Eżaklorobenżen (HCB), Mirex jew Tossafen jew minn HCB bħala Kimika Industrijali (3), li jikkonsisti minnhom, jew li hu kkontaminat bihom

8.

Linji Gwida Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li fih 1,1,1-trikloro-2,2-bis (4 klorofenil)etan (DDT) (3), li jikkonsisti minnu, jew li hu kkontaminat bih

9.

Linji Gwida Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li fih is-Sustanzi, Dibenżo-p-diossini poliklorurati (PCDDs), Dibenżofurani poliklorurati (PCDFs), Eżaklorobenżen (HCB) jew Bifenili poliklorurati (PCBs) (3), Prodotti Mhux Intenzjonalment, jew li jikkonsisti minnhom, jew li hu kkontaminat bihom

10.

Linji Gwida Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Tajers Pnewmatiċi Użati u ta’ Skart (4)

11.

Linji Gwida Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li jikkonsisti minn Merkurju Elementali u minn Skart li fih il-Merkurju (4) jew li hu kkontaminat bih (4)

12.

Linji Gwida Tekniċi għall-Ikkoproċessar Ambjentalment San ta’ Skart Perikoluż fil-Fran tas-Siment (4)

13.

Dokument ta’ Gwida dwar l-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Mowbajls Użati u li ma għadhomx jintużaw (4)

14.

Dokument ta’ Gwida dwar l-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Tagħmir tal-Kompjuter Użat u li ma għadux jintuża, it-Taqsimiet 1, 2, 4 u 5 (4)

II.

Linji Gwida adottati mill-OECD:

Gwida teknika għall-immaniġġjar ambjentalment san ta’ flussi ta’ skart speċifiċi:

Kompjuters personali użati u skartati (5)

III.

Linji Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO):

Linji Gwida dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (6)

IV.

Linji Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO):

Is-sikurezza u l-protezzjoni tas-saħħa fid-demolizzjoni ta’ bastimenti: linji gwida għall-pajjiżi Asjatiċi u għat-Turkija (7).”


(1)  Adottati mis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, mid-9 sat-13 ta’ Diċembru 2002.

(2)  Adottati mis-seba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, mill-25 sad-29 ta’ Ottubru 2004.

(3)  Adottati mit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, mis-27 ta’ Novembru sal-1 ta’ Diċembru 2006.

(4)  Adottati mill-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, mis-17 sal-21 ta’ Ottubru 2011.

(5)  Adottata mill-Kumitat tal-Politika tal-Ambjent tal-OECD fi Frar 2003 (id-dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).

(6)  Riżoluzzjoni A.962 adottata mill-Assemblea tal-IMO fit-23 sessjoni Regolari tagħha, mill-24 ta’ Novembru sal-5 ta’ Diċembru 2003.

(7)  Approvati għall-pubblikazzjoni mill-Korp ta’ Governanza tal-ILO fil-289 sessjoni tagħha, mill-11 sas-26 ta’ Marzu 2004.


21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 256/2013

tal-20 ta’ Marzu 2013

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsubin biex jintużaw f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, enżimi tal-ikel, aromatizzanti tal-ikel, nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista’ tiġi emendata bil-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(4)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) bħala antiossidant fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsuba għall-użu f’formulae tat-trabi u formulae tal-prosegwiment kif definit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (3), tressqet fil-15 ta’ Diċembru 2009 u saret disponibbli għall-Istati Membri.

(5)

L-ingredjenti użati fil-manifattura ta’ formulae għat-trabi u formulae tal-prosegwiment għandhom jissodisfaw standard mikrobijoloġiku ħafna aktar strett mill-ikel ġenerali, b’mod partikolari għall-Enterobacteria u Cronobacter sakazakii. Sabiex jintlaħaq dan, l-ingredjenti bħal preparazzjonijiet tal-vitamina D huma soġġetti għal trattament tas-sħana. Trattament bħal dan min-naħa tiegħu jeħtieġ il-preżenza ta’ antiossidant li huwa solubbli fl-ilma u ta’ pH newtrali. L-askorbat tas-sodju (E 301) ġie identifikat u ppruvat li huwa l-antiossidant xieraq biex tintlaħaq din il-ħtieġa teknoloġika.

(6)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel imniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(7)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel evalwat l-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) bħala addittiv fl-ikel fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsuba għal ikel għat-trabi u t-tfal żgħar u esprimiet l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Diċembru 2010 (4). Hija kkonkludiet li l-estensjoni proposta tal-użu tal-addittiv tal-ikel l-askorbat tas-sodju (E 301) biex jintuża bħala antiossidant għal preparazzjonijiet tal-vitamina D għall-użu f’formulae tat-trabi u formulae tal-prosegwiment, mhijiex ta’ tħassib għas-sigurtà.

(8)

Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) bħala antiossidant fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsuba għall-użu fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar.

(9)

Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni Xjentifika dwar l-użu tal-askorbat tas-sodju bħala addittiv tal-ikel fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsuba sabiex jintużaw f’formulae u ikel tal-ftim għat-trabi u għat-tfal żgħar. EFSA Journal 2010;8(12):1942.


ANNESS

Fit-Taqsima B tal-Parti 5 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 301 tinbidel b’ dan li ġej:

“E 301

Askorbat tas-sodju

100 000  mg/kg fi preparazzjoni tal-vitamina D u

Massimu ta’ trasferiment ta’ 1 mg/l f’ikel finali

Preparazzjonijiet tal-vitamina D

Formulae tat-trabi u formulae tal-prosegwiment, kif iddefiniti fid-Direttiva 2006/141/KE

Trasferiment totali ta’ 75 mg/l

Kisjiet ta’ preparazzjonijiet tan-nutrijenti li jkollhom aċidi xaħmin mhux polisaturati

Ikel għat-trabi u tfal żgħar”


21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 257/2013

tal-20 ta’ Marzu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

97,3

MA

76,6

TN

101,2

TR

125,0

ZZ

100,0

0707 00 05

JO

194,1

MA

152,2

TR

162,7

ZZ

169,7

0709 91 00

EG

76,0

ZZ

76,0

0709 93 10

MA

44,1

TR

104,5

ZZ

74,3

0805 10 20

EG

52,0

IL

70,1

MA

66,7

TN

67,5

TR

68,5

ZZ

65,0

0805 50 10

TR

81,1

ZZ

81,1

0808 10 80

AR

116,3

BR

92,6

CL

132,0

CN

76,6

MK

32,3

US

168,3

ZA

101,5

ZZ

102,8

0808 30 90

AR

109,0

CL

119,8

CN

85,7

TR

171,6

US

194,3

ZA

99,4

ZZ

130,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/29


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Marzu 2013

dwar it-tisħiħ tal-kondotta demokratika u effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

(2013/142/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid illi fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew. Dan jgħin biex jiżgura li jkun hemm kontroll demokratiku u responsabilità fil-livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.

(2)

L-Artikoli 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadini.

(3)

It-Trattat ta’ Lisbona jsaħħaħ ir-rwol taċ-ċittadini tal-Unjoni bħala atturi politiċi u jistabbilixxi rabta solida bejn iċ-ċittadini, l-eżerċizzju tad-drittijiet politiċi tagħhom u l-ħajja demokratika tal-Unjoni.

(4)

It-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li s-sistema titqarreb lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni huma partikolarment rilevanti fid-dawl tal-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-UE biex tiġi indirizzata l-kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran.

(5)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2012 dwar “Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew” (1) enfasizzat li l-leġittimità demokratika msaħħa u r-responsabilità huma parti neċessarja ta’ kull riforma tal-Unjoni Ewropea

(6)

L-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 12(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħtu rwol importanti lill-partiti politiċi billi jenfasizzaw il-kontribut tagħhom għall-formazzjoni tas-sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(7)

Sabiex il-partiti politiċi Ewropej ikunu jistgħu jirnexxu fil-missjoni tagħhom, nhar it-12 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2). Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-partiti politiċi Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw minn status iktar viżibbli u qafas iktar flessibbli, trasparenti u effiċjenti għall-finanzjament tagħhom. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-partiti politiċi Ewropej, fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ikollhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-Unjoni bl-affiljazzjonijiet bejn il-partiti politiċi nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej. Ladarba jiġi adottat, ir-Regolament il-ġdid iħassar ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (3).

(8)

Il-ħolqien ta’ rabta trasperenti bejn il-partiti nazzjonali li ċ-ċittadini tal-Unjoni jivvutaw lilhom u l-partiti politiċi Ewropej li l-partiti nazzjonali huma affiljati magħhom għandu jippermetti lill-partiti politiċi Ewropej jesprimu b’mod iktar dirett ir-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni u għandu jħalli impatt qawwi fuq it-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni.

(9)

It-tisħiħ ulterjuri tat-trasparenza tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew se jikkontribwixxi għal riflessjoni aħjar tar-rwol u s-setgħat imsaħħa tal-Parlament Ewropew skont it-Trattat ta’ Lisbona. It-tisħiħ tal-konnessjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni mal-proċess demokratiku tal-Unjoni huwa konsegwenza naturali ta’ integrazzjoni isituzzjonali eqreb.

(10)

Miżuri addizzjonali jżidu l-viżibilità tal-partiti politiċi Ewropej tul il-proċess elettorali kollu, mill-kampanja sal-votazzjoni, u jippermettulhom iqarrbu l-politika tal-Unjoni lejn iċ-ċittadini tagħha, u b’hekk jikkomplementaw id-dmir tal-informazzjoni previst għall-partiti politiċi Ewropej mill-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

(11)

Diġà hija prassi stabbilita f’għadd ta’ Stati Membri li xi wħud mill-partiti nazzjonali jew kollha kemm huma jindikaw fil-poloz tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew l-affiljazzjoni tagħhom għal partit politiku Ewropew. Biex tiġi żgurata l-viżibilità tal-partiti politiċi Ewropej tul il-proċess elettorali Ewropew kollu, ikun importanti li l-Istati Membri kollha jħeġġu u jiffaċilitaw l-għoti tal-informazzjoni lill-elettorat dwar l-affiljazzjoni tal-partiti nazzjonali mal-partiti politiċi Ewropej. Biex tissaħħaħ it-trasparenza tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew filwaqt li tiżdied ir-responsabilità tal-partiti politiċi li jieħdu sehem fil-proċess elettorali Ewropew u l-fiduċja tal-votanti f’dan il-proċess, il-partiti nazzjonali għandhom jgħarrfu pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom ma’ partit politiku Ewropew partikolari qabel l-elezzjoni. Minbarra bosta avvenimenti partiġġjani, bħall-kungressi partiġġjani, il-kampanji elettorali tal-partiti nazzjonali huma fil-fatt l-iktar mezz xieraq u effiċenti biex din l-affiljazzjoni ssir magħrufa u tingħata viżibilità qawwija.

(12)

Id-Deċiżjoni Nru 1093/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) iddikjarat li l-2013 hija s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Tisħiħ ulterjuri tas-setgħa taċ-ċittadini fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa pass importanti li se jseħħ f’din is-sena.

(13)

Mit-Trattat ta’ Lisbona ’l hawn, il-President tal-Kummissjoni huwa elett mill-Parlament Ewropew, b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u jqis l-arranġamenti previsti fid-Dikjarazzjoni Nru 11 tat-Trattat ta’ Lisbona. Dawn il-proċeduri jeħtieġu li l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jitqiesu u li jkun hemm il-konsultazzjonijiet xierqa bejn il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew għall-ħatra tal-President tal-Kummissjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet b’hekk jirriflettu r-rwol ikbar tal-Parlament Ewropew fil-ħatra tal-President tal-Kummissjoni u r-rilevanza f’dan il-proċess tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

(14)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 (5), il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-partiti politiċi Ewropej jinnominaw kandidati għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni, u nnota li jistenna li dawk il-kandidati jkollhom rwol ewlieni fil-kampanja elettorali parlamentari, b’mod partikolari billi jippreżentaw personalment il-programm tagħhom fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni. Din ir-riżoluzzjoni kompliet tenfasizza r-rwol ikbar li għandhom l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew biex jeleġġu l-President tal-Kummissjoni.

(15)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta’ Novembru 2012 dwar “Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew”, il-Kummissjoni enfasizzat in-nomina tal-kandidati għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni mill-partiti politiċi fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014 bħala waħda mill-passi importanti għat-trawwim tal-emerġenza ta’ sfera politika Ewropea ġenwina.

(16)

Għalhekk huwa xieraq li jkun hemm sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni rigward ir-rwol ċentrali tal-vot tagħhom fid-determinazzjoni ta’ min se jkun il-President tal-Kummissjoni u rigward il-kandidati għal dik il-funzjoni li huma appoġġati mill-partiti li se jivvutaw lilhom fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

(17)

Jekk il-partiti politiċi Ewropew u l-partiti nazzjonali jgħidu minn qabel minn se jkunu l-kandidati li jappoġġaw għal President tal-Kummissjoni, u l-programm tal-kandidat fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, dan jiċċara r-rabta bejn il-vot individwali ta’ ċittadin tal-Unjoni għal partit politiku fl-elezzjonijiet Ewropej u l-kandidat għall-President tal-Kummissjoni appoġġat minn dak il-partit. Dan għandu jżid il-leġittimità tal-President tal-Kummissjoni, ir-responsabilità tal-Kummissjoni lejn il-Parlament Ewropew u lejn l-elletorat Ewropew u, b’mod iktar ġenerali, iżid il-leġittimità tal-proċess kollu tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni. Ix-xandiriet politiċi għandhom l-għan li jippermettu lill-elettorat biex jagħmel l-għażla tiegħu b’mod infurmat. Għalhekk huwa xieraq li l-partiti politiċi nazzjonali jużaw ukoll dan il-mezz biex jgħidu lil liema kandidat għal President tal-Kummissjoni se jkunu qed jappoġġaw u l-programm ta’ dan il-kandidat.

(18)

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bħalissa qed iseħħu tul perjodu ta’ bosta ġranet peress li jsiru fi ġranet differenti fi Stati Membri differenti. Jum tal-votazzjoni Ewropew komuni bil-kmamar tal-votazzjoni jagħlqu fl-istess ħin jirrifletti aħjar il-parteċipazzjoni komuni taċ-ċittadini madwar l-Unjoni u għalhekk ikun parti mid-demokrazija rappreżentattiva li fuqha twaqqfet l-UE.

(19)

Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt tal-vot u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fejn jagħżlu li joqogħdu, skont l-Artikolu 22(2) TFUE li daħal fis-seħħ permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta’ Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (6)

(20)

Id-Direttiva 93/109/KE tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni bl-għan li ċ-ċittadini ma jkunux jistgħu jivvutaw jew joħorġu bħala kandidati f’iktar minn Stat Membru wieħed fl-istess elezzjoni.

(21)

Għadd ta’ rapporti tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/109/KE tul is-snin (7), u iktar reċenti r-rapport tal-2010 dwar il-valutazzjoni tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 (8), żvelaw nuqqasijiet fil-funzjonament tal-mekkaniżmu għall-prevenzjoni ta’ votazzjonijiet u kandidaturi multipli. Dawk in-nuqqasijiet huma dovuti l-iktar għad-dejta personali insuffiċenti li l-Istati Membri tar-residenza jinnotifikaw skont id-Direttiva lill-Istati Membri ta’ provenjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni. In-nuqqasijiet huma dovuti wkoll għad-differenzi fil-kalendarji elettorali tal-Istati Membri. Minħabba f’hekk, għadd kbir ta’ ċittadini tal-Unjoni li kienu rreġistraw għall-vot fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom ma setgħux jiġu identifikati mill-Istat Membru ta’ provenjenza tagħhom.

(22)

Miżuri bbażati fuq il-konsultazzjonijiet estensivi mal-esperti tal-Istati Membri u t-tfassil tal-aqwa prassi identifikati f’dan il-kuntest jistgħu effettivament jindirizzaw xi wħud min-nuqqasijiet ħalli jittejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmu fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 u biex jitnaqqas mill-piż amministrattiv minn fuq l-awtoritajiet nazzjonali.

(23)

Il-parti l-kbira tal-Istati Membri diġà waqqfu awtorità unika ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ dejta dwar il-votanti u l-kandidati fil-qafas tad-Direttiva 93/109/KE. L-effiċenza kumplessiva tal-mekkaniżmu tiżdied li kieku l-Istati Membri kollha jistabbilixxu awtorità ta’ dan it-tip.

(24)

Id-dati meta jagħlqu r-reġistri elettorali jvarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor, b’minn xahrejn qabel l-elezzjoni sa ħamest ijiem. L-effiċjenza tal-mekkaniżmu tiżdied jekk, wara li jitiqiesu t-termini temporali tal-proċess elettorali fl-Istati Membri l-oħra, l-Istati Membri jibagħtu d-dejta dwar il-votanti fi żmien meta l-arranġamenti nazzjonali tal-Istati Membri ta’ provenzjenza rispettivi jkunu għadhom jippermettu t-teħid tal-miżuri neċessarji. Bosta aspetti tekniċi tat-trażmissjoni tad-dejta jistgħu jitjiebu sabiex tiżdied l-effiċenza tal-mekkaniżmu. Dawn jinkludu l-użu ta’ format elettroniku komuni u sett ta’ karattri komuni, il-mod ta’ trażmissjoni u l-metodu ta’ kodifikazzjoni applikat biex jiggarantixxi l-livell xieraq ta’ protezzjoni tad-dejta personali.

(25)

L-għoti ta’ ċerta dejta personali dwar il-votanti li għandha tiġi nnotifikata mill-Istati Membri ta’ residenza, li ma tkunx espressament meħtieġa mid-Direttiva 93/109/KE, jippermetti lill-Istati Membri ta’ provenjenza jidentifikaw b’mod iktar effiċenti liċ-ċittadini tagħhom fir-reġistri elettorali. Id-dejta personali li tista’ tkun neċessarja għall-effiċjenza tal-makkiniżmu tvarja minn Stat Membru għall-ieħor.

(26)

Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali fil-qafas tal-mekkaniżmu tal-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun konformi mal-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9).

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

IL-KONDOTTA DEMOKRATIKA TAL-ELEZZJONIJIET

Inkoraġġiment u faċilitazzjoni tal-informazzjoni lill-votanti dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej

1.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw l-għoti ta’ informazzjoni lill-elettorat dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej qabel u waqt l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, fost l-oħrajn billi jippermettu u jinkoraġġixxu l-indikazzjoni ta’ din l-affiljazzjoni fuq il-poloz tal-vot użati f’dawk l-elezzjonijiet.

Informazzjoni lill-votanti dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej

2.

Il-partiti politiċi nazzjonali li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jgħarrfu pubblikament qabel l-elezzjonijiet l-affiljazzjoni tagħhom mal-partiti politiċi Ewropej. Il-partiti politiċi nazzjonali għandhom juru prominentement l-affiljazzjoni tagħhom mal-partiti politiċi Ewropej fil-materjali, il-komunikazzjonijiet u x-xandiriet politiċi kollha tal-kampanja elettorali.

Appoġġ għal kandidat għall-President tal-Kummissjoni Ewropea

3.

Qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-partiti politiċi Ewropej u nazzjonali għandhom jgħidu liema kandidat se jkunu qed jappoġġaw għall-funzjoni ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea u l-programm ta’ dan il-kandidat.

Il-partiti politiċi nazzjonali għandhom jiżguraw li x-xandiriet politiċi tagħhom fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jintużaw ukoll biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-kandidat li jkunu qed jappoġġaw għall-funzjoni ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-programm tiegħu.

Jum ta’ votazzjoni komuni

4.

L-Istati Membri għandhom jaqblu dwar jum komuni għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew bil-postijiet tal-votazzjoni jagħlqu fl-istess ħin.

IL-KONDOTTA EFFIĊENTI TAL-ELEZZJONIJIET

Awtorità ta’ Kuntatt Uniku

5.

Il-parti l-kbira tal-Istati Membri diġà stabbilew awtorità unika ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ dejta dwar il-votanti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/109/KE.

Trażmissjoni tad-dejta

6.

L-Istati Membri għandhom iqisu, kemm jista’ jkun, l-arranġamenti elettorali ta’ xulxin, sabiex l-Istati Membri ta’ residenza jibagħtu d-dejta lill-votanti fil-ħin biex l-Istat Membru rispettiv ta’ provenzjanza ikun jista’ jieħu l-miżuri neċessarji.

Dejta addizzjonali li tippermetti għal identifikazzjoni iktar effiċenti

7.

L-Istati Membri ta’ residenza huma mħeġġa jittrażmettu, minbarra d-detja personali prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 93/109/KE, id-dejta personali rilevanti kollha, li tista’ tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-votanti mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ provenjenza.

Mezzi tekniċi għal trażmissjoni sikura u effiċenti tad-dejta

8.

Għall-iskambju tad-dejta kif stipulat mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/109/KE l-Istati Membri għandhom jużaw mezz elettroniku uniformi u sikur, kif stabbilit f’dan l-Anness. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta f’pakkett wieħed għal kull Stat Membru ta’ provenjenza, bi trażmissjoni ulterjuri fi stadju iktar avvanzat għall-aġġornamenti, meta jkun hemm bżonn.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partiti politċi Ewropej u nazzjonali.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Viċi President


(1)  COM(2012) 777 final/2.

(2)  COM(2012) 499 final.

(3)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 325, 23.11.2012, p. 1.

(5)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 (2012/2829(RSP))

(6)  ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34.

(7)  COM(97) 731 final, COM(2000) 843 final, COM(2006) 790 final.

(8)  COM(2010) 605 final.

(9)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


ANNESS

Arranġamenti tekniċi dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/109/KE

1.

Għall-iskambju tad-dejta kif stipulat fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/109/KE l-Istati Membri għandhom jużaw fajls li jsegwu l-format Extensible Markup Language (“XML”). Dawn il-fajls XML għandhom jiġu trażmessi esklussivament permezz ta’ mezzi elettroniċi b’mod sikur.

2.

L-Istati Membri għandhom jużaw il-Universal Character Set Transformation Format—8-bit(UTF-8) biex jirreġistraw u jittrażmettu d-dejta lill-votanti fi ħdan il-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni.

3.

L-Istati Membri għandhom jużaw ir-rakkomandazzjoni W3C XML Encryption Syntax and Processing, li tinvolvi l-iskambju ta’ Public key u Private key, biex jiġi ggarantit livell xieraq ta’ protezzjoni tad-dejta personali trażmessa.


Rettifika

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/33


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 839/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Annessi II, III u IV dwar il-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ċerti prodotti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 234 tat-30 ta’ Awwissu 2008 )

F’paġna 46, fl-Anness, fil-punt (1)(a) li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, fil-ħames kolonna, rigward il-pimetrozine:

(a)

fir-ringiela relatata man-numru tal-kodiċi 0600000:

minflok:

“0,1 (*)”;

aqra:

“”;

(b)

fir-ringiela relatata man-numru tal-kodiċi 0610000:

minflok:

“”;

aqra:

“0,1 (*)”.


21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/34


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2011 tas-26 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi tal-bifenil, deltametrin, etofumesat, isopirazam, propikonazol, pimetrozine, pirimetanil u tebukonazol fi jew fuq ċerti prodotti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 142 tat-28 ta’ Mejju 2011 )

1.

F’paġna 15, fl-Anness, fil-punt (1) li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, fis-sitt kolonna, li tirrigwarda l-pimetrozine:

(a)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0600000:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“”;

(b)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0610000:

minflok:

“”,

aqra:

“0,1 (*)”.

2.

F’paġna 53, fl-Anness, fil-punt (2)(b)(i) li jemenda l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, fis-sitt kolonna, li tirrigwarda l-pimetrozine:

(a)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0630000:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“”;

(b)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631000:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(c)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631010:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(d)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631020:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(e)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631030:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(f)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631040:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(g)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631050:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(h)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631990:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(i)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632000:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(j)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632010:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(k)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632020:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(l)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632030:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(m)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632990:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(n)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0633000:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(o)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0633010:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(p)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0633020:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”;

(q)

fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0633990:

minflok:

“0,1 (*)”,

aqra:

“5”.