ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.078.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
20.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 227/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Marzu 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżizzjonali mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011 (3) u r-Regolament (UE) Nru 579/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (4) jipprovdi għall-kontinwazzjoni ta' ċerti miżuri tekniċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-Kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (5) fuq bażi tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2012. |
(2) |
Huwa mistenni qafas ġdid ta' miżuri tekniċi għall-konservazzjoni sakemm issir ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd (PKS). In-nuqqas ta' probabbiltà li tali qafas ġdid ikun stabbilit sa tmiem l-2012 jiġġustifika l-estensjoni tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri tekniċi tranżizzjonali. |
(3) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni xierqa tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (6) għandu jiġi aġġornat billi jiġu inkorporati fih il-miżuri tekniċi tranżizzjonali. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwità ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni xierqa tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-Baħar l-Iswed, id-daqs minimu tal-iżbark u tal-malji għas-sajd tal-barbun imperjali kif preċedentement stabbilit fil-liġi tal-Unjoni għandu jiġi inkorporat fir-Regolament (KE) Nru 850/98. |
(5) |
Għandha tinżamm il-projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva (high grading) fiż-żoni kollha tal-ICES biex jitnaqqas ir-rimi ta' speċi tal-kwota. |
(6) |
Abbażi tal-konsultazzjonijiet li saru fl-2009 bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe, bl-għan li jitnaqqas il-qbid mhux mixtieq, għandhom jiġu introdotti projbizzjoni fuq ir-rilaxx ta' ċerti speċi jew fuq li dawn jitħallew jaħarbu kif ukoll rekwiżit biex iż-żoni tas-sajd jinbidlu meta 10 % tal-qabda jkun fiha ħut żgħir wisq. |
(7) |
Fid-dawl tal-parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), għandhom jinżammu r-restrizzjonijiet fuq l-iżbark jew iż-żamma abbord ta' aringi maqbudin fid-diviżjoni IIa tal-ICES. |
(8) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, l-għeluq taż-żona biex jiġu protetti l-aringi li jbidu fid-diviżjoni VIa tal-ICES mhuwiex aktar meħtieġ biex ikun żgurat l-isfruttar sostenibbli ta' dik l-ispeċi, u għalhekk dak l-għeluq għandu jitħassar. |
(9) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, li jorbot in-nuqqas ta' disponibbiltà taċ-ċiċċirell man-nuqqas ta' suċċess fit-tgħammir tal-gawwija “kittiwakes”, għandu jinżamm l-għeluq ta' żona fis-subżona IV tal-ICES, ħlief għal sajd limitat kull sena biex jiġi mmonitorjat l-istokk. |
(10) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun possibbli li jiġi awtorizzat l-użu ta' irkaptu li ma jaqbadx il-ksampu f'ċerti żoni fejn is-sajd għall-ksampu huwa projbit. |
(11) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jinżamm l-għeluq taż-żona biex jiġi protett il-haddock li jkun għadu qed jikber fid-diviżjoni VIb tal-ICES. |
(12) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES u l-STECF, ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja (id-diviżjoni VIIa tal-ICES), biex jipproteġu l-istokkijiet tal-merluzz, il-haddock u l-merlangu għandhom jinżammu sabiex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut. |
(13) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun permess l-użu ta' xlief tal-idejn u tagħmir ta' trejjix awtomatizzat għall-pollakkju (saithe) fid-diviżjoni VIa tal-ICES. |
(14) |
Fid-dawl tal-parir mill-STECF dwar id-distribuzzjoni spazjali tal-merluzz fid-diviżjoni VIa tal-ICES li turi li maġġoranza kbira tal-qabdiet tal-merluzz jinqabdu fit-tramuntana ta' 59°N, għandu jkun permess l-użu ta’ għeżula fin-nofsinhar ta' din il-linja. |
(15) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkunu permess l-użu ta' għeżula għall-gattarell fid-diviżjoni VIa tal-ICES. |
(16) |
L-adegwatezza tal-karatteritiċi tal-irkaptu fid-deroga għal sajd bi xbiek tat-tkarkir, tartaruni demersali jew irkaptu simili fid-diviżjoni VIa tal-ICES għandha tiġi rieżaminata perijodikament fid-dawl ta' parir xjentifiku bil-ħsieb li jew tiġi emendata jew titħassar. |
(17) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jiġi introdott l-għeluq ta' żona fid-diviżjoni VIa tal-ICES biex jiġi protett il-merluzz żgħir. |
(18) |
L-adegwatezza tal-projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz, haddock u merlangu fis-subżona VI tal-ICES għandha tiġi rieżaminata perjodikament fid-dawl tal-parir xjentifiku bil-ħsieb li tiġi emendata jew titħassar. |
(19) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES u l-STECF, għandhom jinżammu miżuri biex jiġu protetti l-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Ċeltiku (id-diviżjonijiet VIIf, u g tal-ICES). |
(20) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandhom jinżammu miżuri biex jiġu protetti l-ġlejjeb riproduttivi tal-linarda fid-diviżjoni VIa tal-ICES. |
(21) |
Il-miżuri stabbiliti fl-2011 mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) sabiex jiġi protett ir-redfish fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni I u II tal-ICES għandhom jinżammu. |
(22) |
Il-miżuri stabbiliti mill-NEAFC fl-2011 sabiex jiġi protett ir-redfish fil-Baħar Irminger u ilmijiet kontigwi għandhom jinżammu. |
(23) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bit-travu li jużaw impulsi ta' kurrent elettriku għandhom jibqgħu permessi fid-diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES fin-nofsinhar taħt ċerti Kondizzjonijiet. |
(24) |
Abbażi ta' konsultazzjonijiet li saru fl-2009 bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe, fuq bażi permanenti, ċerti miżuri li jillimitaw il-ġestjoni tal-qabdiet u l-kapaċitajiet ta' rimi lura tal-ħut ta' bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jimmiraw għall-kavalli, l-aringi u s-sawrell fl-Atlantiku tal-Grigal għandhom jiġu implimentati,. |
(25) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES, għandhom jinżammu l-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni biex jiġu protetti l-istokkijiet tal-merluzz adult fil-Baħar Irlandiż matul l-istaġun ta’ meta jbid. |
(26) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkunu permess l-użu ta' gradilji ta' tqassim f'żona ristretta fid-diviżjoni VIIa tal-ICES. |
(27) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, is-sajd bl-għeżula u x-xbieki tat-tħabbil fid-diviżjonijiet IIa, VIa, VIb, VIIb, VIIc, VIIj, VIIk tal-ICES u fis-subżoni VIII, IX, X u XII tal-ICES fil-lvant ta' 27°W f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa jkun aktar minn 200 metru iżda inqas minn 600 metru, għandu jkun permess biss taħt ċerti Kondizzjonijiet li jipprovdu għall-protezzjoni ta' speċi tal-baħar fond li huma bijoloġikament sensittivi. |
(28) |
Huwa importanti li tiġi ċċarata l-interazzjoni fost reġimi differenti applikabbli għas-sajd bl-għeżula speċjalment fis-subżona VII tal-ICES. B'mod aktar partikolari, għandu jiġi ċċarat li deroga speċifika għas-sajd bl-għeżula b'daqs tal-malji ugwali għal jew akbar minn 100 millimetru fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j u k tal-ICES, kif ukoll kondizzjonijiet speċifiċi relatati ma' dik id-deroga, tapplika biss f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa aktar minn 200 metru u inqas minn 600 metru u li konsegwentement, ir-regoli ta' bażi dwar il-meded ta' daqsijiet tal-malji u l-kompożizzjoni tal-qabdiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 850/98 japplikaw fid-diviżjonijiet VIIa, VIId, VIIe, VIIf, VIIg u VIIh tal-ICES u fl-ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa inqas minn 200 metru fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VIIb, c, j u k tal-ICES. |
(29) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun permess l-użu ta' pariti fis-subżona IX tal-ICES f'ilmijiet li li l-fond tagħhom fuq il-mappa jkun aktar minn 200 metru iżda inqas minn 600 metru. |
(30) |
L-użu ta' ċertu rkaptu selettiv għandu jibqa' permess fil-Bajja ta' Biscay sabiex jiġi żgurat sfruttar sostenibbli tal-istokkijiet tal-marlozz u tal-ksampu u sabiex jitnaqqas ir-rimi ta' dawn l-ispeċi. |
(31) |
Ir-restrizzjonijiet fuq is-sajd f'ċerti żoni sabiex jiġu protetti ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fiż-żona regolatorja tal-NEAFC adottati mill-NEAFC fl-2004 u f'ċerti żoni fid-diviżjonijiet VIIc, j u k tal-ICES u d-diviżjoni VIIIc tal-ICES adottati mill-Unjoni fl-2008 għandhom jibqgħu fis-seħħ. |
(32) |
Skont il-parir mogħti minn Grupp ta' ħidma konġunt bejn l-Unjoni u n-Norveġja dwar miżuri tekniċi, il-projbizzjoni fi tmiem il-ġimgħa fuq is-sajd għall-aringi, għas-sawrell jew il-laċċa kaħla bl-irkaptu tat-tkarkir jew purse seines fi Skagerrak u Kattegat ma għadhiex tikkontribwixxi għall-konservazzjoni ta' stokkijiet ta' ħut pelaġiku minħabba bidliet fix-xejriet tas-sajd, Konsegwentement, din il-projbizzjoni, abbażi ta' konsultazzjonijiet li saru bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe fl-2011, għandha titħassar. |
(33) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' regolamentazzjoni aħjar, xi dispożizzjonijiet li ma għadhomx jintużaw għandhom jitħassru. |
(34) |
Għandhom jinżammu l-meded ta' daqsijiet tal-malji, speċi mmirati u perċentwali ta' qabdiet meħtieġa applikabbli fi Skagerrak u Kattegat biex jirriflettu l-bidliet fix-xejriet tas-sajd u l-adozzjoni ta' rkaptu aktar selettiv. |
(35) |
Id-daqsijiet minimi għall-gandoffli short-necked għandhom jiġu riveduti fid-dawl tad-dejta bijoloġika. |
(36) |
Ġie stabbilit daqs minimu għall-qarnita f'qabdiet li jsiru f'ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi u li jinsabu fir-reġjun tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku ċentrali tal-lvant (CECAF), sabiex dan jikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-qarnita, u b'mod partikolari biex jiġu protetti ż-żgħar tagħha. |
(37) |
Għandha tiġi introdotta miżura ekwivalenti għad-daqs minimu tal-iżbark għall-inċova f'termini ta' għadd ta' ħut għal kull kilo, peress li din tissimplifika l-ħidma abbord il-bastimenti li jimmiraw għal din l-ispeċi u tiffaċilita l-miżuri ta' kontroll fuq l-art. |
(38) |
Għandhom jinżammu speċifikazzjonijiet għal gradilja ta' tqassim biex jiġu użati għat-tnaqqis tal-qabdiet inċidentali fis-sajd għall-ksampu fid-diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-subżona VI tal-ICES u fid-diviżjoni VIIa tal-ICES. |
(39) |
Għandhom jinżammu l-ispeċifikazzjonijiet għax-xbieki ta' malji kwadri li għandhom jintużaw għas-sajd, taħt ċerti Kondizzjonijiet, b'ċertu rkaptu miġbud fil-Bajja ta' Biscay. |
(40) |
Għandu jkun permess l-użu ta' pannell ta' malji kwadri ta' 2 metri fil-bastimenti b'saħħa tal-magna li tkun inqas minn 112 kW f'żona ristretta fid-diviżjoni VIa tal-ICES. |
(41) |
It-terminu “Komunità” użat fit-termini normattivi tar-Regolament (KE) Nru 850/98 għandu jinbidel, b'segwitu għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009. |
(42) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' regoli dwar l-użu ta' rkapti li għandhom selettività għolja ekwivalenti fis-sajd għall-ksampu fid-diviżjoni VIa tal-ICES u biex jiġi eskluż sajd speċifiku ta' Stat Membru mill-applikazzjoni tal-projbizzjoni għall-użu ta' għeżula, xbieki tat-tisrim jew pariti fis-subżoni VIII, IX, X tal-ICES fejn il-qabdiet inċidentali tal-klieb il-baħar u tar-rimi ta' ħut huwa baxx ħafna, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni mingħajr ma jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7). |
(43) |
Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(44) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem (8) jipprovdi għal kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem. Deroga speċifika mill-kondizzjonijiet għall-iżbark ta' qabdiet inċidentali ta' aringi fis-sajd b'malji żgħar fid-diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-subżona IV u fid-diviżjoni VIId u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES, li preċedentement kienet ġiet inkluża f'atti tal-Unjoni oħrajn, għandha tiġi inkorporata f'dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 1434/98 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98
Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa emendat kif ġej:
(1) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 1a Fl-Artikolu 4(2)(c), fl-Artikolu 46(1)(b) u fl-Anness I, in-nota 5 f'qiegħ il-paġna, in-nom ‧Komunità‧, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit bin-nom ‧Unjoni‧, jew l-aġġettiv korrispondenti, u għandu jsir kwalunkwe aġġustament grammatikali meħtieġ bħala konsegwenza ta' din is-sostituzzjoni.”; |
(2) |
fl-Artikolu 2(1), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 11(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Din id-deroga għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34b(2)(c).”; |
(4) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 11a Fir-Reġjun 9, id-daqs minimu tal-malji għal għeżula tal-qiegħ, meta użati biex jinqabad il-barbun imperjali, għandu jkun ta’ 400 mm.”; |
(5) |
L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Organiżmu tal-baħar jitqies żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu iżgħar mid-dimensjonijiet minimi speċifikati fl-Anness XII u fl-Anness XIIa għall-ispeċi relevanti u ż-żona ġeografika relevanti.”; |
(6) |
fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fir-Reġjun 9.”; |
(7) |
Għandu jiddaħħal it-titolu li ġej: “TITOLU IIIa Miżuri għat-tnaqqis tar-rimi Artikolu 19a Projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva 1. Fir-Reġjuni 1, 2, 3 u 4, għandu jiġi pprojbit ir-rimi ta' speċi soġġetti għal kwota li tista' tiġi legalment żbarkata matul operazzjonijiet tas-sajd. 2. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe att legali tal-Unjoni ieħor fil-qasam tas-sajd. Artikolu 19b Dispożizzjonijiet dwar l-ispustament tal-bastimenti (moving-on) u projbizzjoni fuq it-tħarrib 1. Fir-Reġjuni 1, 2, 3 u 4, fejn il-kwantità ta' kavalli, aringi jew sawrell ta' daqs żgħir wisq taqbeż l-10 % tal-kwantità totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa, il-bastiment għandu jbiddel iż-żona tas-sajd. 2. Fir-Reġjuni 1, 2, 3 u 4, huwa pprojbit it-tħarrib kavalli, aringi jew sawrell qabel ma x-xibka tittella' kompletament abbord bastiment tas-sajd b'konsegwenza ta' telf ta' ħut mejjet jew li jkun qed imut.”; |
(8) |
fl-Artikolu 20(1), il-punt (d) jitħassar. |
(9) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 20a Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES Għandu jkun ipprojbit l-iżbark jew iż-żamma abbord ta' aringi maqbudin fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES fil-perijodi mill-1 ta' Jannar sat-28 ta' Frar u mis-16 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru.”; |
(10) |
l-Artikolu 29a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 29a Għeluq ta' żona għas-sajd taċ-ċiċċirell fis-subżona IV tal-ICES 1. Għandu jkun ipprojbit li jiġi żbarkat jew jinżamm abbord ċiċċirell maqbud fiż-żona ġeografika kkonfinata mill-kosta tal-lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
2. Għandu jkun permess sajd għal skopijiet ta' investigazzjoni xjentifika sabiex jiġu mmonitorjati l-istokk taċ-ċiċċirell fiż-żona u l-effetti tal-għeluq.”; |
(11) |
fl-Artikolu 29b, il-paragrafu 3 huwa sostitwit kif ġej: “3. B'deroga mill-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, is-sajd bil-kavetti li ma jaqbdux il-ksampu għandu jkun awtorizzat fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi li jinsabu f' dak il-paragrafu.”; |
(12) |
l-artikoli li ġejjin huma miżjuda: “Artikolu 29c Il-kaxxa Rockall Haddock fis-subżona VI tal-ICES 1. Is-sajd kollu tar-Rockall haddock, għajr dak bil-konzijiet, għandu jiġi pprojbit fiż-żoni magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
Artikolu 29d Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-merluzz, il-haddock u l-merlangu fis-subżona VI tal-ICES 1. Għandu jkun ipprojbit li titwettaq kwalunkwe attività tas-sajd għall-merluzz, haddock u merlangu fil-parti tad-diviżjoni VIa tal-ICES li tinsab fil-lvant jew fin-nofsinhar ta' dawk il-linji ta’ rombu li jgħaqqdu, b'mod sekwenzjali, il-koordinati li ġejjin u li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
2. Kwalunkwe bastiment tas-sajd preżenti fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiżgura li kull irkaptu tas-sajd li jkun hemm abbord jintrabat u jiġi stivat skont l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (**). 3. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 bl-użu ta’ xbieki statiċi bil-lasti għall-użu mal-kosta, ħammiela għall-imrewħa, ħammiela għall-masklu, xlief tal-idejn, trejjix mekkanizzat, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, nases u kavetti, sakemm:
4. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' xbieki b'malji iżgħar minn 55 millimetru, sakemm:
5. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' għeżula b'malji akbar minn 120 millimetru, sakemm:
6. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' għeżula b'malji akbar minn 90 millimetru, sakemm:
7. B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess is-sajd għall-ksampu fiż-żona msemmija f' dak il-paragrafu, sakemm:
Abbażi ta' opinjoni favorevoli mill-STECF, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-irkapti għandhom jitqiesu li għandhom selettività għolja ekwivalenti għall-fini tal-punt (a). 8. Il-paragrafu 7 ma għandux japplika fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
9. B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess li jsir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, tartaruni demersali jew irkaptu simili fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu sakemm:
10. Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 u mhux aktar tard minn kull sentejn minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tal-parir xjentifiku mill-STECF, tivvaluta l-karatteristiċi tal-irkaptu speċifikat fil-paragrafu 9 u, fejn adatt, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal emenda tal-paragrafu 9. 11. Il-paragrafu 9 ma għandux japplika fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
12. Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru kull sena, hija għandha tipprojbixxi t-twettiq ta' kwalunkwe attività ta' sajd bl-użu ta' kwalunkwe mill-irkaptu speċifikat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (***) fiż-żona speċifikata fiż-żona VIa tal-ICES magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali tal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
La l-kaptan ta' bastiment tas-sajd u lanqas persuna oħra abbord ma għandha tikkawża jew tħalli lil persuna abbord li tipprova tistad, tiżbarka, titrasborda jew ikollha abbord ħut maqbud fiż-żona speċifikata. 13. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jimplimenta programm ta' osservaturi abbord mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Diċembru kull sena sabiex jittieħdu kampjuni tal-qabdiet u r-rimi tal-bastimenti li jibbenefikaw mid-derogi pprovduti fil-paragrafi 5, 6, 7, u 9. Il-programmi tal-osservaturi għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt ir-regoli rispettivi u għandhom jimmiraw li jagħmlu stima tal-qabdiet u r-rimi tal-merluzz, haddock u merlangu bi preċiżjoni ta' mhux inqas minn 20 %. 14. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipproduċu rapport dwar l-ammont totali ta’ qabdiet u rimi magħmula minn bastimenti soġġetti għall-programm tal-osservaturi matul kull sena kalendarja u jibgħatuh lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Frar tas-sena kalendarja ta' wara. 15. Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 u mhux aktar tard minn kull sentejn minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tal-parir xjentifiku mill-STECF, tivvaluta l-istat tal-istokkijiet tal-merluzz, tal-haddock u tal-merlangu fiż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 u, fejn adatt, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal emenda ta' dan l-Artikolu. Artikolu 29e Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-merluzz fis-subżona VII tal-ICES 1. Mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Marzu kull sena, għandu jkun ipprojbit li titwettaq attività tas-sajd fis-subżona VII tal-ICES fiż-żona li tikkonsisti minn rettangoli statistiċi tal-ICES: 30E4, 31E4, 32E3. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika 'l ġewwa minn 6 mili nawtiċi mil-linja bażi. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet ta' sajd bl-użu ta’ xbieki statiċi bil-lasti għall-użu mal-kosta, ħammiela għall-imrewħa, ħammiela għall-masklu, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, xlief tal-idejn, trejjix mekkanizzat, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, nases u kavetti fiż-żoni u l-perjodi msemmija f'dak il-paragrafu, sakemm:
3. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' xbieki b'malji iżgħar minn 55 millimetru, sakemm:
Artikolu 29f Regoli speċjali għall-protezzjoni tal-linarda 1. Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju ta' kull sena għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord kwantità ta' linarda li taqbeż is-6 tunnellati għal kull vjaġġ tas-sajd fiż-żoni tad-diviżjoni VIa tal-ICES, magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
Mhux inkluża ż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
2. Meta jidħol u meta joħroġ miż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirreġistra d-data, il-ħin u l-post tad-dħul u tal-partenza fil-ġurnal ta’ abbord. 3. F'żona waħda jew l-oħra miż-żewġ żoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk bastiment jilħaq is-6 tunnellati ta' linardi:
4. L-osservaturi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċjali ta’ aċċess u kondizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet ta’ baħar fond (****) li huma assenjati għall-bastimenti tas-sajd preżenti f’waħda miż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, minbarra l-kompitu tagħhom imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, għal kampjuni xierqa tal-qabdiet ta’ linarda, ikejlu l-ħut fil-kampjuni u jiddeterminaw l-istadju tal-maturità sesswali tal-ħut subkampjunat. Abbażi tal-parir mogħti mill-STECF, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu protokolli dettaljati għall-kampjunar u għall-ġbir ta' riżultati. 5. Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ April ta' kull sena, għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, konzijiet u għeżula f’żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:
Artikolu 29 g Miżuri għas-sajd tar-redfish f'ilmijiet internazzjonali fis-subżoni I u II tal-ICES 1. Sajd li jimmira r-redfish f'ilmijiet internazzjonali tas-subżoni I u II tal-ICES għandu jkun permess biss fil-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena minn bastimenti li preċedentement intużaw fis-sajd għar-redfish fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (*****). 2. Il-bastimenti għandhom jillimitaw il-qabdiet inċidentali tagħhom tar-redfish f'sajdiet oħrajn għal massimu ta' 1 % tal-qabda totali miżmuma abbord. 3. Il-fattur ta' konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-preżentazzjoni tal-ħuta mnaddfa u bla ras, inkluż il-preżentazzjoni fil-forma ta' qatgħa Ġappuniża, tar-redfish maqbud f'din is-sajda għandu jkun 1,70. 4. B'deroga mill-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd involuti f'din is-sajda għandhom jirrapportaw il-qabdiet tagħhom kuljum. 5. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, awtorizzazzjoni biex wieħed jistad għar-redfish għandha tkun valida biss jekk ir-rapporti trażmessi minn bastimenti skont l-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament u jkunu rreġistrati skont l-Artikolu 9(3) tiegħu. 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni xjentifika tinġabar minn osservaturi xjentifiċi abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Bħala minimu l-informazzjoni miġbura għandha tinkludi dejta rappreżentattiva dwar is-sess, l-età u l-kompożizzjoni skont it-tul, skont il-fond. Din l-informazzjoni għandha tkun rappurtata lill-ICES mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. 7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-data li fiha s-Segretarjat tal-NEAFC ikun innotifika lill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC li l-qabdiet totali permissibbli (TAC) ikunu ġew eżawriti. Minn dik id-data l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-sajd dirett għar-redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Artikolu 29h Miżuri għas-sajd tar-redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet ta' madwaru 1. Għandu jkun ipprojbit li jinqabad ir-redfish fl-ibħra internazzjonali tas-subżona V tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni XII u XIV tal-ICES. Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għandu jkun permess li jinqabad ir-redfish mill-11 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84 (‘Iż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish’):
2. Minkejja l-paragrafu 1, jista' jiġi permess is-sajd għar-redfish, permezz ta' att legali tal-Unjoni, barra miż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet kontigwi mill-11 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru ta’ kull sena abbażi ta' parir xjentifiku u sakemm, fir-rigward tar-redfish f'dik iż-żona ġeografika, in-NEAFC tkun stabbiliet pjan ta' rkupru. F'dan is-sajd għandhom jipparteċipaw biss bastimenti tal-Unjoni li jkunu ġew debitament awtorizzati mill-Istat Membru rispettiv tagħhom u li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010. 3. Għandu jkun projbit l-użu ta' xbieki tat-tkarkir b’malji ta’ inqas minn 100 millimetru. 4. Il-fattur ta' konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-preżentazzjoni tal-ħuta mnaddfa u bla ras, inkluż il-preżentazzjoni fil-forma ta' qatgħa Ġappuniża, tar-redfish maqbud f'din is-sajda għandu jkun 1,70. 5. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd impenjati fis-sajda barra ż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish, għandhom jittrażmettu r-rapport tal-qabda pprovdut fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, kuljum wara li jitlestew l-operazzjonijiet tas-sajd ta’ dik il-ġurnata kalendarja. Għandu jindika l-qabdiet abbord li saru mill-aħħar komunikazzjoni tal-qbid. 6. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, awtorizzazzjoni biex wieħed jistad għar-redfish għandha tkun valida biss jekk ir-rapporti trażmessi minn bastimenti jkunu skont l-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament u rreġistrati skont l-Artikolu 9(3) tiegħu. 7. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 6 għandhom isiru skont ir-regoli rilevanti. (**) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1." (***) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20." |
(13) |
fl-Artikolu 30, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “(1a) Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għar-Reġjun 9.”; |
(14) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 31a Sajd elettriku fid-diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES 1. B’deroga mill-Artikolu 31, sajd bix-xibka tat-tkarkir bit-travu li juża impulsi ta’ kurrent elettriku għandu jkun permess fid-diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES fin-nofsinhar ta' linja ta’ rombu li jaqbdu magħha l-punti sussegwenti, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
2. Is-sajd bl-impulsi elettriċi għandu jkun permess biss meta:
|
(15) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 32a Ġestjoni tal-qabdiet u restrizzjonijiet fuq ir-rimi lura tal-ħut fuq bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku 1. L-ispazju massimu bejn il-vireg fis-separatur tal-ilma abbord bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku u li għandhom fil-mira l-kavalli, l-aringi u s-sawrell u li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC hekk kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 għandu jkun 10 millimetri. Il-vireg għandhom jiġu wweldjati f'posthom. Jekk fis-separatur tal-ilma jintużaw toqob minflok vireg, id-dijametru massimu tat-toqob ma għandux jaqbeż 10 millimetri. Toqob fiż-żrieraq li jkunu quddiem is-separatur tal-ilma ma għandux ikollhom dijametru akbar minn 15-il millimetru. 2. Il-possibbiltà ta' rimi lura ta' ħut taħt il-livell tal-ilma tal-bastiment minn tankijiet li jarmu bil-mod (buffer tanks) jew minn tankijiet tal-ilma baħar refriġirat (Refrigerated seawater — RSW) għandha tiġi pprojbita għall-bastimenti kollha tas-sajd pelaġiku li joperaw fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC. 3. It-tpinġijiet marbuta mal-ġestjoni tal-qabdiet u mal-kapaċitajiet ta' rimi lura ta' ħut tal-bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku li jimmiraw il-kavalli, l-aringi u s-sawrell fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC, u li huma ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera, kif ukoll kwalunkwe modifika li ssirilhom għandhom jintbagħtu mill-kaptan tal-bastiment lill-awtoritajiet kompetenti tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti għandhom iwettqu verifiki perjodiċi tal-livell ta' preċiżjoni tat-tpinġijiet ippreżentati. Fuq il-bastiment għandhom dejjem jinżammu kopji.”; |
(16) |
għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 34a Miżuri tekniċi għall-konservazzjoni fil-Baħar Irlandiż 1. Mill-14 ta' Frar sat-30 ta' April, ma għandux ikun permess l-użu ta' kwalunkwe xibka demersali, tartarun jew xbieki simili li jinġibdu, kwalunkwe għażel, parit, xbieki tat-tħabbil, xbieki statiċi simili jew kwalunkwe rkaptu tas-sajd bis-snanar f'dik il-parti tad-diviżjoni VIIa tal-ICES magħluqa kif ġej:
2. B'deroga mill-paragrafu 1, fiż-żona u l-perjodu msemmi f' dak il-pargrafu:
Artikolu 34b L-użu tal-għeżula fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VIIb, c, j u k tal-ICES u s-subżoni VIII, IX, X u XII tal-ICES fil-lvant ta' 27° W 1. Bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx jużaw għeżula tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti fi kwalunkwe pożizzjoni li l-fond tagħha huwa aktar minn 200 metru fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j, k tal-ICES u fis-subżoni VIII, IX u X u XII tal-ICES fil-lvant ta' 27° W. 2. B'deroga mill-paragrafu 1 għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej:
3. Madankollu, din id-deroga ma għandhiex tapplika fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC. 4. Il-bastimenti kollha li jużaw għeżula tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti fi kwalunkwe pożizzjoni fejn il-fond fuq il-mappa huwa aktar minn 200 metru fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j, k tal-ICES u fis-subżoni XII tal-ICES fil-lvant ta' 27° W, VIII, IX u X, għandu jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. 5. Wieħed biss mit-tipi ta' rkapti deskritti fil-paragrafu 2(a), (b) jew (d) għandu jinżamm abbord il-bastiment fi kwalunkwe ħin. Il-bastimenti jistgħu jġorru abbord xbieki b'tul totali li jkun 20 % aktar mit-tul massimu tal-flotot li jistgħu jintużaw fi kwalunkwe ħin. 6. Il-kaptan ta' bastiment b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4 għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord l-ammont u t-tulijiet tal-irkaptu li jkun qed jinġarr mill-bastiment qabel ma jitlaq mill-port u meta jidħol lura fil-port, u għandu jqis kwalunkwe diskrepanza bejn iż-żewġ kwantitajiet. 7. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jneħħu mill-baħar irkaptu mitluq waħdu fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j u k tal-ICES u s-subżoni XII tal-ICES fil-lvant ta' 27° W, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
8. Il-kaptan ta' bastiment b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4 għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord, matul kull vjaġġ tas-sajd, l-informazzjoni li ġejja:
9. Bastimenti li jistadu b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jitħallew iħottu l-art fil-portijiet magħżula mill-Istati Membri biss skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002. 10. Il-kwantità ta' klieb il-baħar miżmuma abbord minn kwalunkwe bastiment li juża t-tip ta' irkaptu deskritt fil-paragrafu 2(b) u (d) ma għandhiex tkun aktar minn 5 % ta' piż ħaj tal-kwantità totali tal-organiżmi tal-baħar miżmuma abbord. 11. Il-Kummissjoni tista' tadotta, wara konsultazzjoni mal-STECF, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li teskludi sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-subżoni VIII, IX u X tal-ICES, mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9, fejn l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri turi li dak is-sajd jirriżulta f'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi. Artikolu 34c Kondizzjoni għas-sajd bl-użu ta' ċertu rkaptu miġbud awtorizzat fil-Bajja ta' Biscay 1. B'deroga mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta' Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħazniet ta' marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d u e (*******), għandu jkun permess li ssir attività tas-sajd bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, għajr xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' daqs li jvarja minn 70 sa 99 mm fiż-żona definita fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 494/2002 jekk l-irkaptu jkun mgħammar b'pannell bil-malji kwadri skont l-Anness XIVb. 2. Meta jsir is-sajd fid-diviżjonijiet VIII a u b tal-ICES, għandu jkun permess l-użu ta' gradilja selettiva u dak li jiġi konness magħha quddiem il-manka u/jew pannell ta' malji kwadri b'daqs tal-malji ekwivalenti għal jew aktar minn 60 millimetru fil-parti ta' taħt tal-biċċa ta' estensjoni quddiem il-manka. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 494/2002 ma għandhomx japplikaw għas-sezzjoni tax-xibka tat-tkarkir li fiha jiddaħħal dak it-tagħmir selettiv. Artikolu 34d Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC 1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir tal-qiegħ u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, f'żoni magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali tal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
2. Meta, waqt operazzjonijiet tas-sajd f’żoni ġodda u eżistenti għas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolata min-NEAFC, il-kwantità ta’ qroll ħaj u sponoż ħajjin maqbuda għal kull irkaptu taqbeż 60 kg ta’ qroll ħaj u/jew 800 kg ta’ sponoż ħajjin, il-bastiment għandu jinforma lill-Istat tiegħu tal-bandiera, iwaqqaf is-sajd u jimxi tal-anqas 2 mili nawtiċi ’l bogħod mill-pożizzjoni fejn l-evidenza turi li hija l-eqreb għall-pożizzjoni eżatta fejn saret il-qabda. Artikolu 34e Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fid-diviżjonijiet VIIc, j u k tal-ICES 1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, f'żoni magħluqa bit-tgħaqqid f'sekwenza tal-linji rombu tal-koordinati sussegwenti, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
2. Il-bastimenti kollha li jistadu għall-ħut pelaġiku fiż-żoni ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu fuq lista ta' bastimenti awtorizzati u tinħarġilhom awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 li għandha tinżamm abbord. Il-bastimenti inklużi fil-lista ta' bastimenti awtorizzati għandhom iġorru abbord irkaptu esklussivament pelaġiku. 3. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li biħsiebhom jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jagħtu notifikazzjoni minn qabel ta' erba' sigħat dwar il-ħsieb tagħhom li jidħlu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd Irlandiż (FMC) hekk kif definit fl-Artikolu 4(15) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Fl-istess waqt għandhom jinnotifikaw il-kwantitajiet ta' ħut miżmuma abbord. 4. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li biħsiebhom jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkollhom Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) operazzjonali u li tiffunzjona kompletament, li tikkonforma mar-regoli rispettivi meta jkunu preżenti f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond. 5. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu rapporti bil-VMS kull siegħa. 6. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jkunu temmew is-sajd f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-FMC Irlandiż hekk kif jitilqu ż-żona. Fl-istess waqt għandhom jinnotifikaw il-kwantitajiet ta' ħut miżmuma abbord. 7. Is-sajd għal speċijiet pelaġiċi f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 huwa ristrett għal li wieħed ikollu abbord jew jistad bi xbieki b'daqs tal-malja li jkunu bejn 16-il millimetru u 31 millimetru jew bejn 32 millimetru u 54 millimetru. Artikolu 34f Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fid-diviżjonijiet VIIIc tal-ICES 1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir tal-qiegħ u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84: El Cachucho:
2. B'deroga mill-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1, il-bastimenti li wettqu sajd bil-konzijiet tal-qiegħ fl-2006, l-2007 u l-2008 bil-mira ta' aktar lipp tal-qawwi jistgħu jakkwistaw mill-awtoritajiet tas-sajd tagħhom awtorizzazzjoni tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 li tippermettilhom ikomplu jwettqu dak is-sajd fiż-żona tan-nofsinhar ta' 44°00.00′ N. Il-bastimenti kollha li jkunu akkwistaw din l-awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd għandhom, indipendentement mit-tul totali tagħhom, ikollhom fl-użu VMS sigura operazzjonali, li tiffunzjona b'mod sħiħ li tikkonforma mar-regoli rispettivi, meta jitwettaq is-sajd fiż-żona stabbilita fil-paragrafu 1. |
(17) |
L-Artikolu 38 għandu jitħassar; |
(18) |
L-Artikolu 47 għandu jitħassar; |
(19) |
L-Annessi I, IV, XII u XIV għar-Regolament (KE) Nru 850/98 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament; |
(20) |
L-Annessi XIIa, XIVa, XIVb, XIVc u XIVd jiddaħħlu skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1434/98
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1434/98, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“1a Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal aringi maqbudin fid-diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-subżona IV, fid-diviżjoni VIId u fl-ilmijiet tal-UE tad-diviżjoni IIa tal-ICES.”.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) ĠU C 351, 15.11.2012, p. 83.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2013.
(3) ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6.
(4) ĠU L 165, 24.6.2011, p. 1.
(6) ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 10.
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 850/98 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, in-nota f'qiegħ il-paġna 6 tat-tabella għandha titħassar; |
(2) |
fl-Anness IV, it-tabella għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Irkaptu rmunkat: Skagerrak u Kattegat Meded ta' daqsijiet tal-malji, speċi mmirati u perċentwali tal-qbid meħtiega applikabbli għall-użu ta' medda waħda ta' daqsijiet tal-malji
|
(3) |
it-tabella fl-Anness XII hija emendata kif ġej:
|
(4) |
l-anness li ġej għandu jiddaħħal: “ANNESS XIIa Daqsijiet minimi għar-reġjun 9
|
(5) |
fl-Anness XIV, l-ismijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-ordni alfabetika korrispondenti tagħhom ta' ismijiet vernakulari:
|
(6) |
għandhom jiddaħħlu l-annessi li ġejjin: “ANNESS XIVa SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL GRADILJA SELETTIVA
ANNESS XIVb KONDIZZJONIJIET GĦAS-SAJD B'ĊERTU RKAPTU MIĠBUD AWTORIZZAT FIL-BAJJA TA' BISCAY 1. Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Għandu jkun hemm pannell wieħed biss. Il-pannell ma għandux ikun imblukkat bl-ebda mod b'oġġetti miżjuda sew minn ġewwa kif ukoll minn barra. 2. Pożizzjoni tal-pannell Il-pannell għandu jiddaħħal fin-nofs tal-parti ta' fuq tas-sezzjoni li tidjieq ta' wara tax-xbieki, eżatt quddiem il-parti li ma tidjieqx magħmula mill-parti tal-estensjoni u l-manka. Il-pannell għandu jispiċċa mhux aktar minn 12-il malja mir-ringiela ta’ malji mmaljati bl-idejn bejn il-biċċa tal-estensjoni u s-sezzjoni ta’ wara li tidjieq tax-xbieki tat-tkarkir. 3. Daqs tal-pannell It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 2 metri u l-wisa' tal-pannell, mill-inqas metru. 4. Xbieki tal-pannell Il-malji għandu jkollhom ftuħ minimu tal-malja ta' 100 millimetru. Il-malji ser ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħat tal-malji tat-tieqa għandhom ikunu maqtugħin għall-vireg kollha. Ix-xibka għandha tkun immontata b'tali mod li l-vireg ikunu paralleli u perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-manka. Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-ħxuna tal-ħjut ma għandhiex tkun aktar minn 4 millimetri. 5. Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant Għandu jkun permess li titwaħħal ċmusa mal-erba' ġnub tal-pannell. Id-djametru ta' din iċ-ċmusa ma għandux ikun aktar minn 12-il millimetru. It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell. L-għadd ta' malji forma ta’ djamant fix-xibka ta' fuq imwaħħla mal-iżgħar naħa tal-pannell (jiġifieri, il-ġenb b'tul ta' metru li huwa perpendikolari għall-assi lonġitudinali tal-manka) għandu tal-inqas l-għadd ta' malji forma ta’ djamant sħaħ imwaħħla mal-ġenb lonġitudinali tal-pannell diviżi b'0,7. 6. It-tqegħid tal-pannell fix-xibka tat-tkarkir huwa muri hawn taħt. Test ta 'immaġni ANNESS XIVc PANNELL TA' MALJI KWADRI GĦAL BASTIMENTI AKBAR MINN 15-IL METRU 1. Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħiet tax-xibka tal-pannell għandhom ikunu maqtugħin kollha vireg. Id-daqs tal-malji jrid ikun ekwivalenti għal aktar minn 120 millimetru It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 3 metri minbarra meta jkun inkorporat fi xbieki miġbuda minn bastimenti ta' inqas minn 112 kW, meta għandu jkun tal-inqas 2 metri fit-tul. 2. Pożizzjoni tal-pannell Il-pannell għandu jiddaħħal fil-pannell ta' fuq tal-manka. It-tarf ta' wara nett tal-pannell ma għandux ikun aktar minn 12-il metru mill-codline hekk kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 tas-6 ta' Diċembru 1984 dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili (*). 3. Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ malji forma ta' djamant miftuħa bejn in-naħa lonġitudinali tal-pannell u ċ-ċmusa ta' maġenbha. It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell. Ir-rata ta’ ġonot bejn il-malji forma ta' djamant tal-pannell ta' fuq tal-manka u l-iżgħar naħa tal-pannell għandha tkun ta' tliet malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed għal manka ta’ 80 millimetru, jew żewġ malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed għal manka ta’ 120 millimetru, għajr għall-vireg tax-xifer tal-pannell miż-żewġ naħiet. ANNESS XIVd PANNELL TA' MALJI KWADRI GĦAL BASTIMENTI IŻGĦAR MINN 15-IL METRU 1. Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħiet tax-xibka tal-pannell għandhom ikunu maqtugħin kollha vireg. Id-daqs tal-malji għandu jkun ta' 110 millimetri jew aktar. It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 3 metri minbarra meta jkun inkorporat fi xbieki miġbuda minn bastimenti ta' inqas minn 112 kW, meta għandu jkun tal-inqas 2 metri fit-tul. 2. Pożizzjoni tal-pannell Il-pannell għandu jiddaħħal fil-pannell ta' fuq tal-manka. It-tarf ta' wara nett tal-pannell ma għandux ikun aktar minn 12-il metru mill-codline hekk kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3440/84. 3. Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ malji forma ta' djamant miftuħa bejn in-naħa lonġitudinali tal-pannell u ċ-ċmusa ta' maġenbha. It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell. Ir-rata ta' ġonot bejn il-malji forma ta' djamant tal-pannell ta' fuq tal-manka u l-iżgħar naħa tal-pannell għandha tkun ta' żewġ malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed, ħlief għall-vireg tax-xifer tat-tieqa miż-żewġ naħiet. |
(1) Erba' mili biss 'il ġewwa mil-linji bażi.
(2) Erba' mili 'l barra mil-linji bażi.
(3) Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Ottubru fi Skagerrak u mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Lulju f'Kattegat.
(4) Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar jum ta' Frar fi Skagerrak u mill-1 ta' Awissu sal-aħħar jum ta' Frar f'Kattegat
(5) Fl-applikazzjoni ta' din il-medda ta' daqsijiet tal-malji l-manka għandha tkun magħmula minn xibka kwadra bi gradilja selettiva skont l-Anness XIVa ta' dan ir-Regolament.
(6) Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 10 % ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperijali, partun, barbun tal-għajn, kavalli, lingwata lixxa, merlangu, dab, pollakkju, ksampu u awwista.
(7) Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 50 % ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperijali, partun, barbun tal-għajn, aringi, kavalli, lingwata lixxa, dab, pollakkju, ksampu u awwista.
(8) Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 60 % ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperjali, partun, barbun tal-għajn, lingwata lixxa, merlangu, dab, pollakkju u awwista.”;
20.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/23 |
REGOLAMENT (UE) Nru 228/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Marzu 2013
li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (3) ġew stabbiliti miżuri speċifiċi għall-agrikoltura biex jingħelbu d-diffikultajiet ikkawżati mis-sitwazzjoni eċċezzjonali li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). Dawk il-miżuri ġew implimentati permezz ta’ programmi ta’ appoġġ għal kull reġjun, li jirrappreżentaw għodda essenzjali għall-forniment ta’ dawn ir-reġjuni bi prodotti agrikoli. Fid-dawl tal-ħtieġa tal-aġġornament tal-miżuri attwali, anke bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, huwa meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 247/2006 jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid. |
(2) |
Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi fundamentali li l-kisba tagħhom tista’ sseħħ bl-għajnuna tal-iskema li tippromwovi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. |
(3) |
Jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat il-kontenut tal-Programmi ta’ Soluzzjonijiet Speċifikatament Relattivi għall-Bogħod u l-Insularità (“il-programmi POSEI”) li, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati fil-livell ġeografiku l-aktar xieraq u ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
(4) |
Sabiex jinkisbu b’ mod aktar effettiv l-objettivi tal-arranġamenti favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u l-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjonijiet agrikoli lokali. Jeħtieġ li jiġi armonizzat il-livell tal-programmazzjoni tar-reġjuni kkonċernati u li ssir sistematika l-politika ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. |
(5) |
B’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u fi spirtu ta’ flessibbiltà li huma l-bażi tal-approċċ tal-programmazzjoni adottat għall-arranġamenti favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, l-awtoritajiet magħżula mill-Istat Membru jistgħu jipproponu emendi fil-programm sabiex jadattawh għar-realtà tar-reġjuni ultraperiferiċi. Dawn l-awtoritajiet għandu jkollhom il-possibbiltà li jimmodifikaw il-programmi POSEI b’konformità mal-prinċipju tas-semplifikazzjoni amministrattiva, sakemm dawn ma jipperikolawx b’hekk l-effikaċja tal-programmi POSEI u r-risorsi finanzjarji korrispondenti allokati lilhom. Fl-istess spirtu, il-proċedura ta’ emenda tal-programmi għandha tkun adattata għal-livell ta’ rilevanza ta’ kull tip ta’ emenda. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-provvista ta’ prodotti agrikoli essenzjali lir-reġjuni ultraperiferiċi u bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali kkawżati min-natura estremament remota ta’ dawn ir-reġjuni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ġeografika eċċezzjonali tar-reġjuni ultraperiferiċi, tirriżulta fi spejjeż ta’ trasport addizzjonali fil-provvista ta’ prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem, għall-ipproċessar jew bħala inputs agrikoli. Barra minn hekk, fatturi oġġettivi oħrajn marbuta man-natura estremament remota tagħhom, b’mod partikolari l-insularità u ċ-ċokon tad-daqs kwadrat tagħhom, jimponu aktar restrizzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi u l-produtturi tar-reġjuni ultraperiferiċi li jxekklu severament l-attivitajiet tagħhom. Dak ix-xkiel jista’ jittaffa billi jitbaxxa l-prezz ta’ dawk il-prodotti essenzjali. Madankollu, l-arranġament speċifiku ta’ provvista m’għandu fl-ebda cirkostanza jkun ta’ ħsara għall-prodotti lokali u għall-iżvilupp tagħhom. |
(7) |
Għal dak il-għan, minkejja l-Artikolu 28 tat-Trattat, l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi għandhom ikunu eżenti mid-dazji applikabbli. Sabiex jiġu kkunsidrati l-oriġini u t-trattament doganali tagħhom kif miftiehma skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni, il-prodotti li jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni skont arranġamenti ta’ proċessar attiv jew ta’ ħżin doganali għandhom, għall-finijiet tal-għoti tal-benefiċċji għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, ikunu meqjusa bħala importazzjonijiet diretti. |
(8) |
Sabiex jinkiseb b’mod effikaċi l-objettiv li jitbaxxew il-prezzijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, u b’hekk jittaffew l-ispejjeż addizzjoniali tan-natura estremament remota tagħhom għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta’ prodotti tal-Unjoni lir-reġjuni ultraperiferiċi. Tali għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, u fil-każ ta’ inputs agrikoli u prodotti maħsuba għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali assoċjati man-natura estremament remota tagħhom, u b’mod partikolari l-insularità u ċ-ċokon tad-daqs kwadrat tagħhom, it-topografija u l-klima diffiċili tagħhom u l-fatt li huma gżejjer imxerrda. |
(9) |
L-appoġġ għas-setturi tradizzjonali huwa altrettant aktar meħtieġ minħabba li dan jgħinhom jibqgħu kompetittivi fis-suq tal-Unjoni quddiem il-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi. Meta jfasslu l-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom, madankollu, jiżguraw ukoll, safejn ikun possibbli, id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli fir-reġjuni ultraperiferiċi. |
(10) |
Biex jiġu evitati l-ispekulazzjonijiet li jkunu ta’ ħsara għall-utenti finali fir-reġjuni ultraperiferiċi, jeħtieġ li jiġi speċifikat li l-prodotti ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli biss għanhom igawdu mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. |
(11) |
Jeħtieġ li jiġu introdotti regoli għall-funzjonament tal-arranġamenti, l-aktar f’dak li jirrigwarda l-ħolqien ta’ reġistru tal-operaturi u ta’ sistema ta’ ċertifikati mfassla fuq il-liċenzji msemmija fl-Artikoli 130 u 161 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4). |
(12) |
Fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, jinħtieġ li jsiru kontrolli amministrattivi fuq il-prodotti kkonċernati meta dawn jiġu importati jew introdotti fir-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll meta dawn jiġu esportati jew jintbagħtu minnhom. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu l-miri tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, il-vantaġġi ekonomiċi tal-arranġamenti għandhom jiġu riflessi fl-ispejjeż ta’ produzzjoni u għandhom ibaxxu l-prezzijiet sa ma jintlaħaq l-utent aħħari. Għalhekk huma għandhom jingħataw biss bil-kondizzjoni li fil-fatt jibqgħu għaddejjin minn stadju għall-ieħor, u għandhom isiru l-kontrolli adegwati. |
(13) |
Ladarba l-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista huma limitati għall-bżonnijiet ta’ provvista fir-reġjuni ultraperiferiċi, dawk l-arranġamenti m’għandhomx ifixklu l-funzjonament korrett tas-suq intern. Il-vantaġġi ekonomiċi tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista lanqas m’għandhom iwasslu għal devjazzjonijiet tal-kummerċ fil-prodotti kkonċernati. Għaldaqstant l-ispedizzjoni jew l-esportazzjoni ta’ dawk il-prodotti mir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikunu pprojbiti. Madankollu, l-ispedizzjoni jew esportazzjoni ta’ dawk il-prodotti għandhom ikunu awtorizzati jekk il-vantaġġ finanzjarju li jirriżulta mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jkun rimborsat. |
(14) |
Fil-każ tal-prodotti pproċessati, għandu jkun awtorizzat in-negozju bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi biex ikun possibbli l-kummerċ bejniethom. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-flussi kummerċjali fi ħdan il-kummerċ reġjonali u l-esportazzjonijiet u l-ispedizzjonijiet tradizzjonali mal-bqija tal-Unjoni jew il-pajjiżi terzi fir-reġjuni ultraperiferiċi, u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati li jikkorrispondu għal kummerċ tradizzjonali għal dawk ir-reġjuni kollha għandhom ikunu awtorizzati. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-perijodu ta’ referenza biex jiġu definiti dawk il-kwantitajiet esportati jew mibgħuta għandu jkun speċifikat. |
(15) |
Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi permess ir-ristrutturar meħtieġ tas-settur tal-ipproċessar taz-zokkor fl-Azores. Dawn il-miżuri għandhom jikkunsidraw il-fatt li sabiex is-settur taz-zokkor fl-Azores ikun vijabbli jeħtieġ li jiġi żgurat ċertu livell ta’ produzzjoni u pproċessar. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li l-Azores għandhom b’mod ta’ eċċezzjoni, jitħallew jibagħtu lejn il-bqija tal-Unjoni kwantitajiet ta’ zokkor li jaqbżu l-flussi tradizzjonali għal perijodu limitat ta’ ħames snin u suġġett għat-tnaqqis b’mod progressiv tal-limiti annwali. Minħabba li l-kwantitajiet li jistgħu jintbagħtu mill-ġdid se jkun proporzjonali u limitati għal dawk li huma strettament meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-produzzjoni u l-ipproċessar lokali taz-zokkor, din l-ispedizzjoni temporanja ta’ zokkor mill-Azores ma taffetwax b’mod negattiv is-suq intern tal-Unjoni. |
(16) |
Fil-każ taz-zokkor li jaqbeż il-kwota għall-forniment tal-Azores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji, għandhom jibqgħu japplikaw l-arranġamenti għall-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni. B’mod partikolari, l-Azores għandhom jitħallew ukoll jibbenefikaw mill-eżenzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni għaz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum, sal-limitu tal-bilanċ previst tiegħu ta’ provvista. |
(17) |
S’issa l-Gżejjer Kanarji kienu fornuti taħt arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, bi trab tal-ħalib xkumat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1901 90 99 (trab tal-ħalib xkumat li fih xaħmijiet veġetali) maħsuba għall-ipproċessar industrijali. Għandha tkun permessa t-tkompija tal-provvista ta’ dan il-prodott, li sar komponent tradizzjonali tad-dieta lokali. |
(18) |
Ladarba r-ross huwa element bażiku tad-dieta fir-Réunion, u l-industriji tal-ipproċessar u l-illustrar tar-ross ilhom snin twal stabbiliti fir-Réunion u r-Réunion ma tipproduċix biżżejjed minnu sabiex tkopri l-ħtiġijiet lokali, l-importazzjoni ta’ dan il-prodott fil-gżira teħtieġ li tibqa’ tkun eżentata minn kwalunkwe sura ta’ dazju fuq l-importazzjoni. |
(19) |
Il-politika tal-Unjoni biex tgħin il-produzzjoni lokali fir-reġjuni ultraperiferiċi involviet għadd kbir ta’ prodotti u miżuri favur il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tagħhom. Dawk il-miżuri urew li huma effettivi u żguraw il-kontinwità tal-agrikoltura u l-iżvilupp tagħha. L-Unjoni għandha tkompli tappoġġa dawn il-linji ta’ produzzjoni, li huma fattur ewlieni biex jiġi żgurat il-bilanċ ambjentali, soċjali u ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi. L-esperjenza wriet li, bħal fil-każ tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, sħubija aktar mill-qrib mal-awtoritajiet lokali tista’ tgħin biex jiġu indirizzati, b’mod aktar dirett, kwestjonijiet partikolari li jolqtu lir-reġjuni kkonċernati. Għalhekk għandu jitkompla l-appoġġ għall-promozzjoni tal-produzzjoni lokali permezz tal-programmi POSEI. |
(20) |
Biex jingħata appoġġ lit-tqegħid fis-suq tal-prodotti tar-reġjuni ultraperiferiċi, jeħtieġ li tiġi stabbilita għajnuna maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti barra r-reġjun fejn jiġu prodotti, b’kunsiderazzjoni tal-ispejjeż addizzjonali għoljin li huma jiffaċċjaw li jirriżultaw mill-bogħod kbir tagħhom mis-swieq ta’ konsum u l-ħtieġa ta’ ħżin doppju, fatturi li jirriżultaw fi żvantaġġ maġġuri għar-reġjuni ultraperiferiċi, li taffettwa l-kompetittività tagħhom fis-suq intern. Dawn il-fatturi jiġġustifikaw il-ħtieġa li l-iskema POSEI tiġi rieżaminata fil-futur qrib. |
(21) |
Għandhom jiġu ddeterminati l-elementi minimi li għandhom jingħataw taħt il-programmi POSEI sabiex ikunu definiti l-miżuri favur il-produzzjonijiet agrikoli lokali, b’mod speċifiku d-deskrizzjoni tal-post fejn jinsabu, tal-istrateġija proposta, tal-objettivi u tal-miżuri. Il-prinċipji li huma sottostanti għall-konsistenza ta’ dawn il-miżuri mal-politika l-oħra tal-Unjoni għandhom jiġu ddikjarati ukoll sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ kompatibbiltà u d-duplikazzjoni tal-għajnuna. |
(22) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun possibbli li l-programm POSEI jkun fih ukoll miżuri għall-finanzjament tal-istudji, tal-proġetti dimostrattivi, tat-taħriġ u tal-assistenza teknika. |
(23) |
Il-bdiewa fir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jiġu mħajra jkomplu jfornu prodotti ta’ kwalità u jagħtu prijorità lill-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, l-użu tal-logo introdott f’dan ir-Regolament u ta’ suriet oħra ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità introdotti mill-Unjoni jista’ jkun utli. |
(24) |
L-istrutturi ta’ xi azjendi tal-biedja jew ta’ kumpaniji ta’ pproċessar u ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom defiċjenzi serji u jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet speċifiċi. L-Artikoli 26(2) u 28(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (5) jipprovdu, għaldaqstant, għal rati ta’ appoġġ aktar favorevoli għal ċerti tipi ta’ investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi. |
(25) |
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jeskludi r-reġjuni ultraperiferiċi mir-restrizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ forestali previst f’dak ir-Regolament. |
(26) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jiddetermina l-ammonti annwali massimi għall-ħlasijiet agroambjentali. Biex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni ambjentali speċifika ta’ ċerti żoni mergħat sensittivi ħafna fl-Azores u l-preżervazzjoni tal-pajsaġġ, il-bijodiversità u l-karatteristiċi tradizzjonali tal-art agrikola, b’mod partikolari ż-żoni ta’ kultivazzjoni mtarrġa fil-Madeira u fil-Gżejjer Kanarji, kif ukoll il-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel fir-reġjuni ultraperiferiċi, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun hemm il-possibbiltà, f’każ ta’ ċerti miżuri speċifiċi, li dawk l-ammonti jiżdiedu sakemm jirduppjaw. |
(27) |
Tista’ tingħata deroga mill-politika konsistenti tal-Kummissjoni li ma tawtorizzax għajnuna operattiva mill-Istat fis-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet partikolari fuq il-biedja fir-reġjuni ultraperiferiċi marbuta mad-distanza, l-insularità u n-natura estremament remota tagħhom, iċ-ċokon, l-art muntanjuża u l-klima u d-dipendenza ekonomika fuq numru żgħir ta’ prodotti. Il-produzzjoni agrikola għandha funzjoni vitali fir-ripristinament taż-żoni rurali u fl-inkuraġġiment tal-istabbiliment tal-popolazzjonijiet fihom, għaliex iż-żoni rurali ultraperiferiċi huma partikolarment milquta mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, mid-densità baxxa tal-popolazzjoni u, f’ċerti żoni, mit-tnaqqis tal-popolazzjoni. |
(28) |
Is-sitwazzjoni fitosanitarja tal-uċuħ agrikoli fir-reġjuni ultraperiferiċi hija affettwata minn problemi partikolari bħall-wasla ta’ parassiti assoċjati maż-żieda fl-ammont ta’ importazzjonijiet, mal-klima u l-inadegwatezza tal-miżuri ta’ kontroll li s’issa ġew applikati f’dawn ir-reġjuni. Għandhom għalhekk jiġu implimentati programmi biex jiġu miġġielda l-organiżmi perikolużi, inkluż permezz ta’ metodi organiċi sostenibbli u ambjentalment sani. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal dawn il-programmi għandha tiġi definita, filwaqt li jitqies il-fatt li taħt il-qafas finanzjarju pluriennali, huwa kkuntemplat li b’effett mill-2014 il-finanzjament tal-programmi ser jaqa’ taħt intestatura baġitarja differenti. |
(29) |
Il-manutenzjoni tal-għelieqi tad-dwieli, li huma l-aktar kultivazzjoni mxerrda fir-reġjuni tal-Madeira u l-Gżejjer Kanarji u waħda importanti ħafna għall-Azores, hi imperattiv ekonomiku, soċjali u ambjentali. Bħala għajnuna għall-produzzjoni, f’dawn ir-reġjuni m’għandhomx ikunu applikabbli l-inċentivi għall-abbandun, il-mekkaniżmi tas-suq u, fil-każ tal-Gżejjer Kanarji, is-sistema tad-drittijiet ta’ tħawwil previsti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, imma madankollu, fil-Gżejjer Kanarji, għandu jkun possibbli li jiġu applikati miżuri ta’ kriżi għad-distillazzjoni f’każ ta’ disturb mhux tas-soltu fis-suq minħabba problemi ta’ kwalità. Bl-istess mod, diffikultajiet tekniċi u soċjoekonomiċi fixklu l-konverżjoni sħiħa, fil-limiti taż-żmien stipulati, tal-uċuħ tad-dwieli li kienu tħawlu fir-reġjuni tal-Madeira u tal-Azores b’varjetajiet ta’ dwieli ibridi pprojbiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-inbid prodott minn dawn l-għelieqi tad-dwieli hu maħsub biss għall-konsum lokali tradizzjonali. |
(30) |
Ir-ristrutturar tas-settur tal-ħalib għadu mhux komplut fl-Azores. Biex tiġi kkunsidrata d-dipendenza qawwija tal-Azores fuq il-produzzjoni tal-ħalib, flimkien ma’ żvantaġġi oħra marbuta man-natura estremament remota u n-nuqqas ta’ linji ta’ produzzjoni alternattivi li jħallu qligħ, jeħtieġ li jinżammu kif inhuma d-derogi minn xi dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 dwar l-imposti fuq il-produzzjoni żejda tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. |
(31) |
Minħabba n-natura insostitwibbli tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Azores, fejn hija waħda mill-forzi li jmexxu l-ekonomija, l-istabbiltà soċjali, il-kwalità tal-ambjent u l-okkupazzjoni tal-art, il-programmi POSEI huma l-aħjar strumenti għall-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżuri meħtieġa biex tiġi sostnuta din il-produzzjoni. |
(32) |
L-appoġġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar fil-Madeira u fir-Réunion ma kienx biżżejjed biex iżomm bilanċ bejn il-provvista domestika u dik esterna, primarjament minħabba diffikultajiet strutturali serji li jolqtu s-settur u d-diffikultajiet tiegħu biex jadatta għal ambjenti ekonomiċi ġodda. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ ħalib UHT rikostitwit minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkompli, bil-għan li tkun żgurata kopertura akbar tal-konsum lokali, kemm-il darba din il-miżura ma xxekkilx il-ħalib prodott lokalment milli jinġabar u jsib postijiet minn fejn jinbiegħ, u lanqas ma żżomm lura l-isforzi li jsiru biex tiġi promossa l-espansjoni tal-produzzjoni lokali. Sabiex il-konsumatur ikun infurmat b’mod korrett, għandu jkun obbligatorju li jiġi indikat fuq it-tikketta tal-bejgħ il-metodu ta’ kif il-ħalib UHT huwa rikostitwit bl-użu tat-trab tal-ħalib. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika ukoll fil-Martinique, fil-Gujana Franċiża u fil-Gwadelup, jekk Franza titlob li jsir dan, filwaqt li u tiddikjara li hi x-xewqa tal-atturi lokali li jibbenefikaw minnha u l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-iżvilupp tas-settur tal-ħalib. |
(33) |
Il-ħtieġa li tinżamm produzzjoni lokali permezz tal-inċentivi tiġġustifika l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mhux qiegħed ikun applikat fid-dipartimenti extra-Ewropej (DOM) Franċiżi u fil-Madeira. Għall-Madeira din l-eżenzjoni għandha tkun stabbilita sal-limitu ta’ 4 000 tunnellata. |
(34) |
Għandu jiġi mħeġġeġ il-kummerċ bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi bil-għan li tiġi ssodisfata t-talba tal-konsum lokali. Għandha tiġi inkoraġġita wkoll l-esportazzjoni tal-produzzjonijiet żejda minn kull wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi — pereżempju l-esportazzjoni tal-ħalib, il-laħam taċ-ċanga u l-bhejjem tal-ifrat irġiel żgħar mill-Azores — lejn dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi li jkollhom skarsezzi, sabiex tissaħħaħ id-dinamika tal-kummerċ, waqt li fl-istess ħin jiġi evitat li ssir il-ħsara lit-tkabbir tal-produzzjonijiet lokali. Il-kondizzjonijiet meħtieġa għal kummerċ ġust u ekwu għandhom ukoll jiġu ggarantiti. |
(35) |
L-attivitajiet tradizzjonali ta’ trobbija tal-bhejjem għandhom ikunu appoġġati. Sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ konsum lokali fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u fil-Madeira, l-importazzjonijiet mingħajr dazji minn pajjiżi terzi ta’ frat irġiel intenzjonati għas-simna għandhom ikunu awtorizzati taħt ċerti kondizzjonijiet u sa limitu massimu annwali. |
(36) |
Il-possibbiltà introdotta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (6) biex tippermetti lill-Portugall jittrasferixxi d-drittijiet għas-sussidju għall-baqar li jreddgħu mill-kontinent lejn l-Azores għandha tkun imġedda u dan l-istrument għandu jkun adattat b’konformità mal-arranġamenti ta’ appoġġ għar-reġjuni ultraperiferiċi. |
(37) |
Il-kultivazzjoni tat-tabakk hija ta’ importanza storika għall-arċipelagu tal-Kanarji. Minn perspettiva ekonomika, din hija industrija ta’ proċessar li tkompli tirrappreżenta waħda mill-attivitajiet industrijali ewlenin fir-reġjun. F’termini soċjali, il-kultivazzjoni tat-tabakk tinvolvi ħafna ħaddiema u ssir minn agrikolturi żgħar. Madankollu, peress li din l-attività ma tħallix biżżejjed qligħ, hija tinsab fil-periklu li tispiċċa. It-tabakk hu bħalissa kkultivat biss f’żona żgħira fuq il-gżira ta’ La Palma, għall-manifattura tas-sigarri fuq skala żgħira. Għaldaqstant Spanja għandha tkun awtorizzata tkompli tagħti l-għajnuna flimkien mal-għajnuna tal-Unjoni sabiex din il-ħaxixa tradizzjonali tista’ tibqa’ tinżamm bil-għan li tkun appoġġata l-attività artiġjanali marbuta magħha. Barra minn hekk, biex tinżamm il-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk, importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ tabakk mhux maħdum u tabakk semimanifatturat għandhom jibqgħu jkunu eżenti mid-dazji, sa limitu massimu annwali ta’ 20 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ tabakk mhux maħdum imqaxxar. |
(38) |
L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tipperikola l-livell ta’ appoġġ speċifiku li s’issa bbenefikaw minnu r-reġjuni ultraperiferiċi. L-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ammonti ekwivalenti għall-appoġġ diġà mogħti mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 sabiex ikunu jistghu jimplimentaw il-miżuri xierqa. |
(39) |
Minħabba l-effetti potenzjali li jista’ jkollhom in-negozjati ta’ ftehimiet kummerċjali futuri u l-modifiki fil-politika agrikola komuni fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika lill-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni fil-kuntest tal-analiżi, studji u valutazzjonijiet magħmula fir-rigward ta’ dawn in-negozjati u modifiki. |
(40) |
Mill-2006, il-ħtiġijiet fi prodotti essenzjali żdiedu f’ċerti reġjuni ultraperiferiċi, b’mod partikolari fl-Azores u fid-DOM, minħabba l-iżvilupp tal-bhejjem u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied il-parti tal-baġit li l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista tar-reġjuni kkonċernati. |
(41) |
It-tessut soċjoekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi jibqa’ fraġli ħafna u, għal xi wħud minnhom, huwa spiss dipendenti ħafna fuq is-settur tal-banana li hu stess qed ibati b’mod ċar minn nuqqas ta’ kompetittività u diffikultajiet biex iwieġeb għall-kondizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu. Il-baġit tal-POSEI allokat lis-settur tal-banana għandu għalhekk jiżdied b’ammont limitat ta’ darba li għandu jitħallas lill-produtturi tal-banana matul is-sena finanzjarja 2013. |
(42) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tar-reġim stabbilit minn dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplementar jew tal-emendar ta’ ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(43) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm POSEI fl-Istati Membri u sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta jew id-diskriminazzjoni bejn l-operaturi, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7). |
(44) |
Sabiex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U OBJETTIVI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi dwar l-agrikoltura biex jitnaqqsu d-diffikultajiet maħluqa min-natura estremament remota, b’mod partikolari l-bgħid, l-isolazzjoni, iċ-ċokon tad-daqs kwadrat, it-terren, il-klima diffiċli u d-dipendenza ekonomika fuq numru limitat ta’ prodotti tar-reġjuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat (“ir-reġjuni ultraperiferiċi”).
Artikolu 2
Objettivi
1. Il-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jgħinu sabiex jinkisbu l-objettivi li ġejjin:
(a) |
il-garanzija tal-provvista ta’ prodotti essenzjali lir-reġjuni ultraperiferiċi għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar bħala inputs agrikoli billi jittaffew l-ispejjeż żejda mġarrba minħabba n-natura estremament remota tagħhom, mingħajr ma ssir ħsara lill-produzzjonijiet lokali u t-tkabbir tagħhom; |
(b) |
l-iżgurar tal-ġejjieni fit-tul u l-iżvilupp tas-setturi tal-“bhejjem” u tad-“diversifikazzjoni tal-uċuħ” fir-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u l-bejgħ tal-prodotti lokali; |
(c) |
il-manutenzjoni tal-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-attivitajiet agrikoli tradizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-għelejjel u l-prodotti lokali. |
2. L-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu implimentati permezz tal-miżuri indikati fil-Kapitoli III, IV u V.
KAPITOLU II
PROGRAMMI POSEI
Artikolu 3
Stabbiliment tal-programmi POSEI
1. Il-miżuri previsti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu definiti għal kull reġjun ultraperiferiku permezz ta’ Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifikatament Relattivi għall-Bogħod u l-Insularità (“il-programm POSEI”), li jinkludi:
(a) |
arranġamenti speċifiċi ta’ provvista kif previst fil-Kapitolu III; u |
(b) |
miżuri speċifiċi li jgħinu l-produzzjonijiet agrikoli lokali kif previsti fil-Kapitolu IV. |
2. Il-programm POSEI għandu jkun stabbilit fil-livell ġeografiku meqjus l-aktar xieraq mill-Istat Membru kkonċernat. Dan għandu jitfassal mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istat Membru li, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti fuq il-livell territorjali adegwat, għandu jressqu quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 6.
3. Programm POSEI wieħed biss għandu jitressaq minn Stat Membru għar-reġjuni ultraperiferiċi tiegħu.
Artikolu 4
Kompatibbiltà u konsistenza
1. Il-miżuri meħuda taħt il-programmi POSEI għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe politika oħra tal-Unjoni u mal-miżuri meħuda taħt tali politika.
2. Għandha tkun żgurata l-konsistenza tal-miżuri meħuda skont il-programmi POSEI mal-miżuri implimentati skont strumenti oħra tal-politika agrikola komuni, u b’mod partikolari fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, l-iżvilupp rurali, il-kwalità tal-prodott, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent.
B’mod partikolari, l-ebda miżura taħt dan ir-Regolament m’għandha tkun iffinanzjata bħala:
(a) |
appoġġ addizzjonali għal sussidju jew skemi ta’ għajnuna taħt organizzazzjoni komuni tas-suq ħlief f’każi eċċezzjonali ġġustifikati minn kriterji oġġettivi; |
(b) |
appoġġ għal proġetti ta’ riċerka, miżuri ta’ appoġġ għal proġetti ta’ riċerka jew miżuri eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (8); |
(c) |
appoġġ għall-miżuri fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
Artikolu 5
Il-kontenut tal-programmi POSEI
Programm POSEI għandu jinkludi:
(a) |
skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri u tabella finanzjarja ġenerali annwali indikattiva li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw; |
(b) |
prova tal-kompatibbiltà u l-konsistenza bejn il-miżuri differenti skont il-programmi u mal-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; |
(c) |
il-passi meħuda biex jiġi żgurat li l-programmi huma implimentati b’mod effettiv u adegwat, inklużi l-arranġamenti għall-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u sett speċifiku ta’ indikaturi kwantifikati għall-użu fil-valutazzjoni tal-programmi; |
(d) |
il-ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti u korpi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm u l-ħatra ta’ awtoritajiet jew ta’ korpi assoċjati u msieħba soċjoekonomiċi fil-livelli adegwati, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru. |
Artikolu 6
L-approvazzjoni u l-emendamenti tal-programmi POSEI
1. Il-programmi POSEI huma stabbiliti bir-Regolament KE Nru 247/2006 u huma ffinanzjati fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 30(2) u (3).
Kull programm jikkonsisti f’bilanċ previst tal-provvista li jindika l-prodotti, il-kwantitajiet tagħhom u l-ammont ta’ għajnuna għall-provvista mill-Unjoni, flimkien ma’ abbozz ta’ programm ta’ għajnuna għall-produzzjonijiet lokali.
2. Abbażi tal-valutazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi POSEI, l-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw l-imsieħba soċjoekonomiċi kkonċernati, jissottomettu lill-Kummissjoni proposti debitament sostanzjati għall-emendament ta’ dawk il-miżuri fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 30(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità tal-emendi proposti mal-liġi tal-Unjoni u biex jiġi deċiż jekk għandhomx jiġu approvati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
3. Il-proċeduri stipulati mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jieħdu kont tal-elementi li ġejjin: l-importanza tal-modifiki proposti mill-Istati Membri b’referenza għall-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda, jekk il-bidliet fil-baġit allokat għall-miżuri humiex sostanzjali, bidliet fil-kwantitajiet u fil-livell ta’ għajnuna għall-prodotti fil-bilanċi previsti tal-provvista, u kwalunkwe emenda tal-kodiċijiet u tad-deskrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (9).
4. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiddeterminaw ukoll, għal kull proċedura, il-frekwenza li biha għandhom isiru t-talbiet għal emendi, kif ukoll l-iskadenzi li fihom għandhom jiġu implimentati l-emendi approvati.
Artikolu 7
Emendi dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji
Sa mit-22 ta’ April 2013, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-abbozz ta’ emendi għall-programmi POSEI tagħhom biex jirriflettu l-bidliet introdotti mill-Artikolu 30(5).
Dawn l-emendi għandhom isiru applikabbli xahar wara t-tressiq tagħhom jekk matul dan il-perijodu l-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjonijiet.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallsu l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 30(5) mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2013.
Artikolu 8
Monitoraġġ u segwitu
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-verifiki permezz ta’ kontrolli amministrattivi u fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li għandhom isiru mill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll atti ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-indikaturi fiżiċi u finanzjarji sabiex tassigura sorveljanza effikaċi tal-implimentazzjoni tal-programmi.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
KAPITOLU III
ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI TA’ PROVVISTA
Artikolu 9
Bilanċ tal-provvista previst
1. Huma stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat li huma essenzjali, fir-reġjuni ultraperiferiċi, għall-konsum tal-bniedem, għall-manifattura ta’ prodotti oħra jew bħala inputs agrikoli.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi, fil-livell ġeografiku li hu jqis l-aktar adegwat, il-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista b’dikjarazzjoni tal-ammont ta’ ħtiġijiet annwali ta’ kull reġjun ultraperiferiku ta’ provvista tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat.
Il-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista separata tista’ titħejja għall-ħtiġijiet tal-kumpaniji tal-ippakkjar u tal-ipproċessar ta’ prodotti maħsuba għas-suq lokali, għat-tqassim tradizzjonali fil-bqija tal-Unjoni jew għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-kummerċ reġjonali fis-sens tal-Artikolu 14(3), jew bħala parti minn kummerċ tradizzjonali.
Artikolu 10
Operazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista
1. Fil-limitu tal-kwantitajiet determinati fil-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista, m’għandhomx japplikaw dazji għal importazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, prodotti li jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt arranġamenti ta’ pproċessar attiv jew ta’ ħażna tad-dwana għandhom ikunu meqjusa bħala importazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi.
2. Biex jiġi żgurat li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9(2) f’dawk li huma prezz u kwalità, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm is-sehem tal-Unjoni fil-provvisti, għandha tingħata għajnuna biex ir-reġjuni ultraperiferiċi jiġu fornuti bi prodotti tal-Unjoni miżmuma f’imħażen għall-intervent pubbliku jew disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
L-ammont ta’ din l-għajnuna għandu jkun iddeterminat għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat billi tkun ikkunsidrata l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn terzi pajjiżi, u fil-każ ta’ prodotti maħsuba għall-ipproċessar jew inputs agrikoli, l-ispejjeż addizzjonali minħabba n-natura estremament remota, b’mod partikolari l-insularità u ċ-ċokon tad-daqs kwadrat tagħhom.
3. M’għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-provvista ta’ prodotti li jkunu diġà bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista f’reġjun ultraperiferiku ieħor.
4. Il-prodotti ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli biss għandhom jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Il-prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom jagħtu livell ekwivalenti ta’ garanziji bħal dawk li huma prodotti taħt l-istandards veterinarji u fitosanitarji tal-Unjoni.
Artikolu 11
Implimentazzjoni
Fl-implimentazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għandu jittieħed kont partikolarment ta’ dan li ġej:
(a) |
il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u, fil-każ ta’ prodotti maħsuba għall-ipproċessar u inputs agrikoli, il-kondizzjonijiet ta’ kwalità meħtieġa; |
(b) |
il-flussi ta’ kummerċ mal-bqija tal-Unjoni; |
(c) |
l-aspett ekonomiku tal-għajnuna proposta; |
(d) |
il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-produzzjoni lokali eżistenti la tiġi destabbilizzata, u lanqas tiġi ostakolata fl-iżvilupp tagħha. |
Artikolu 12
Ċertifikati
1. L-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni jew l-aċċess għall-għajnuna fil-qafas tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għandhom jingħataw mal-preżentata ta’ ċertifikat.
Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu biss lil dawk l-operaturi mdaħħla f’reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti.
Il-liċenzji u ċ-ċertifikati m’għandhomx ikunu trasferibbli.
2. Ma għandha tiġi rekwiżita l-ebda garanzija meta jsiru applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni, ċertifikati ta’ eżenzjoni jew ċertifikati għall-għajnuna. Madankollu, sa fejn ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi li tiġi depożitata garanzija ugwali għall-ammont tal-vantaġġ msemmi fl-Artikolu 13. F’dawn il-każijiet għandu japplika l-Artikolu 34(1), (4), (5), (6), (7) u (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (10).
Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, taħt l-Artikolu 33, li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi fir-reġistru u li jipprovdu għall-eżerċizzju sħiħ mill-operaturi tad-drittijiet tagħhom li jieħdu sehem fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-miżuri meħtieġa sabiex tassigura l-applikazzjoni uniformi mill-Istati Membri ta’ dan l-Artikolu, speċifikament rigward l-introduzzjoni tal-iskema taċ-ċertifikati u l-impenn meħud mill-operaturi meta jkunu qed jirreġistraw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 13
L-impatt tal-vantaġġ
1. Il-benefiċċju derivat mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista li jirriżulta mill-eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni jew mill-għoti ta’ għajnuna għandu jkun soġġett għall-kondizzjoni li l-impatt tal-vantaġġ ekonomiku jingħadda lill-utent finali li, skont il-każ, jista’ jkun il-konsumatur fil-każ tal-prodotti maħsuba għall-konsum dirett, min jipproċessa jew jippakkja l-aħħar fil-każ tal-prodotti maħsuba għall-industrija tal-ipproċessar jew tal-ippakkjar, jew il-bidwi fil-każ tal-prodotti użati għall-għalf tal-annimali jew bħala inputs agrikoli.
Il-vantaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ugwali għall-ammont tal-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni jew daqs l-ammont tal-għajnuna.
2. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-applikazzjoni tar-regoli spjegati fil-paragrafu 1 u b’mod aktar speċifiku l-kondizzjonijiet għall-monitoraġġ mill-Istati Membri li l-vantaġġ ikun fil-fatt wasal sal-utent aħħari. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 14
L-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u spedizzjoni lejn il-bqija tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti li f’konformità magħhom jistgħu jiġu esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni l-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, li għandhom jinkludu l-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew ir-rimbors tal-għajnuna li dak li jkun ikun irċieva, kif indikat fl-Artikolu 10. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
L-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi tal-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista mhijiex soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-flussi ta’ kummerċ bejn id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej (DOM).
2. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-prodotti pproċessati fir-reġjuni ultraperiferiċi minn prodotti li jkunu bbenefikaw minn arranġamenti speċifiċi ta’ provvista li huma:
(a) |
esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-esportazzjonijiet tradizzjonali u għall-ispedizzjonijiet tradizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, biex tistabbilixxi dawk il-kwantitajiet abbażi taċ-ċifri medji tal-ispedizzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet, billi jittieħdu bħala referenza ċ-ċifri medji verifikati tal-aħjar tliet snin bejn l-2005 u l-2012. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2); |
(b) |
esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti minn kummerċ reġjonali; |
(c) |
mibgħuta bejn ir-reġjuni tal-Azores, ta’ Madeira u tal-Gżejjer Kanarji; |
(d) |
mibgħuta bejn id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej. |
Ma għandu jingħata ebda rimbors għall-esportazzjoni ta’ prodotti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.
L-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi tal-prodotti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, ma għandhiex tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat.
3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “kummerċ reġjonali” għandu jinftiehem bħala kummerċ li jsir, għal kull reġjun ultraperiferiku, ma’ pajjiżi terzi li jagħmlu parti mill-istess żona ġeografika li fihom jinsabu r-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll ma’ pajjiżi li magħhom hemm rabtiet kummerċjali storiċi. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi lista ta’ dawk il-pajjiżi, b’kunsiderazzjoni għat-talbiet oġġettivi tal-Istati Membri wara konsultazzjoni mas-setturi kkonċernati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
4. Il-prodotti kkunsinjati fid-DOM, fl-Azores, fil-Madeira jew fil-Gżejjer Kanarji li jkunu koperti minn arranġamenti speċifiċi ta’ provvista u li jservu għall-provvista ta’ bastimenti u ajruplani huma kkunsidrati bħala kkonsmati lokalment.
5. B’deroga mill-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-kwantitajiet massimi li ġejjin ta’ zokkor (kodiċi NM 1701) jistgħu jintbagħtu kull sena mill-Azores lejn il-bqija tal-Unjoni matul il-ħames snin li ġejjin:
— fl-2011: 3 000 tunnellata,
— fl-2012: 2 500 tunnellata,
— fl-2013: 2 000 tunnellata,
— fl-2014: 1 500 tunnellata,
— fl-2015: 1 000 tunnellata.
6. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jistgħu jirriżultaw f’esportazzjonijiet kummerċjali tradizzjonali jew reġjonali jew spedizzjonijiet tradizzjonali għandhom jissodisfaw, mutatis mutandis, il-kondizzjonijiet ta’ pproċessar applikabbli skont l-arranġamenti ta’ pproċessar attiv u l-proċedura għall-ipproċessar taħt il-kontroll doganali previst fil-leġilazzjoni relevanti tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tas-suriet abitwali kollha ta’ trattament.
Artikolu 15
Zokkor
1. Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 204(2) u (3), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-produzzjoni barra l-kwota msemmija fl-Artikolu 61 tal-istess Regolament hija eżentata mid-dazji ta’ importazzjoni, fil-limiti tal-previżjonital-bilanċ tal-provvista msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
għaz-zokkor introdott biex ikun ikkonsmat fil-Madeira u fil-Gżejjer Kanarji fil-forma ta’ zokkor abjad li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701; |
(b) |
għaz-zokkor raffinat u kkonsmat fl-Azores fil-forma ta’ zokkor mhux ipproċessat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 12 10 (zokkor mhux maħdum tal-pitravi). |
2. Fl-Azores, għall-finijiet tal-ipproċessar, il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu supplimentati, fil-limiti tal-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista, permezz ta’ zokkor mhux ipproċessat li jaqa’ taħt il-kodiċi 1701 11 10 (zokkor mhux maħdum tal-kannamieli).
Meta jiġu determinati l-ħtiġijiet ta’ zokkor mhux ipproċessat fl-Azores, għandu jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-pitravi taz-zokkor. Il-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti ta’ provvista għandhom ikunu determinati sabiex jiġi żgurat li t-total tal-volum taz-zokkor ipproċessat fl-Azores ma jaqbiżx l-10 000 tunnellata kull sena.
Artikolu 16
Trab tal-ħalib xkumat
B’deroga mill-Artikolu 9, il-Gżejjer Kanarji jistgħu jibqgħu jirċievu provvisti ta’ trab tal-ħalib xkumat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1901 90 99 (trab tal-ħalib xkumat li fih xaħmijiet veġetali) maħsuba għall-ipproċessar industrijali sa 800 tunnellata kull sena. L-għajnuna mogħtija mill-Unjoni għall-provvista ta’ dan il-prodott ma tistax taqbeż il-EUR 210 għal kull tunnellata u għandha tkun inkluża fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 30. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.
Artikolu 17
Ross
Ma għandu jkun impost ebda dazju fid-dipartiment extra-Ewropew Franċiż ta’ Réunion fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1006 10, 1006 20 u 1006 40 00 importati għall-konsum hemmhekk.
Artikolu 18
Kontrolli u penali
1. Il-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli amministrattivi meta jiġu importati jew introdotti fir-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll meta jiġu esportati jew mibgħuta minn dawn.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li għandhom isiru mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
2. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure jew kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, jekk operatur, kif imsemmi fl-Artikolu 12, jonqos milli jikkonforma mal-impenji li jkunu saru skont l-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għal kwalunkwe penali applikabbli skont il-liġi nazzjonali, għandha:
(a) |
tirkupra l-vantaġġ mogħti lill-operatur; |
(b) |
temporanjament tissospendi jew tirrevoka r-reġistrazzjoni tal-operatur, skont il-gravità tan-nonkonformità. |
3. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure jew kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, fejn operaturi, kif imsemmi fl-Artikolu 12, ma jwettqux l-importazzjoni jew id-dħul ppjanati, il-jedd tagħhom li japplikaw għal liċenzji jew ċertifikati għandu jiġi sospiż mill-awtorità kompetenti għal perijodu ta’ 60 jum wara l-iskadenza ta’ dik il-liċenzja jew ċertifikat. Wara l-perijodu tas-sospensjoni, il-ħruġ ta’ liċenzji jew ta’ ċertifikati sussegwenti għandu jkun soġġett għad-depożitu ta’ garanzija ugwali għall-ammont tal-vantaġġ li jkun se jingħata matul perijodu ta’ żmien li jrid jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti.
L-awtorità kompetenti għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tintuża mill-ġdid kull kwantità ta’ prodotti magħmula disponibbi bħala riżultat tan-noneżekuzzjoni, l-eżekuzzjoni parzjali jew il-kanċellament tal-liċenzji u taċ-ċertifikati maħruġa jew l-irkupru tal-vantaġġ mogħti.
KAPITOLU IV
MIŻURI LI JGĦINU L-PRODOTTI AGRIKOLI LOKALI
Artikolu 19
Miżuri
1. Il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri speċifiċi favur il-prodotti agrikoli lokali skont it-termini tat-Titolu III tal-Parti Tlieta tat-Trattat, meħtieġa għall-assigurazzjoni tal-kontinwità u l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli lokali f’kull reġjun ultraperiferiku.
2. Il-partijiet tal-programm li jinkludu miżuri biex tiġi megħjuna l-produzzjoni agrikola lokali u li jikkorrispondu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
deskrizzjoni kwantifikata tas-sitwazzjoni attwali tal-produzzjoni agrikola li tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli, li turi d-differenzi, in-nuqqasijiet u l-potenzjal għall-iżvilupp, ir-riżorsi finanzjarji użati u r-riżultati ewlenin ta’ miżuri meħuda qabel; |
(b) |
deskrizzjoni tal-istrateġija proposta, il-prijoritajiet magħżula u l-objettivi ġenerali u operattivi kwantifikati, u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi; |
(c) |
deskrizzjoni tal-miżuri previsti, u b’mod partikolari l-iskemi ta’ għajnuna għall-implimentazzjoni tagħhom, u, fejn ikun meħtieġ, tagħrif dwar il-ħtiġijiet għal xi studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ jew operazzjonijiet ta’ assistenza teknika marbuta mat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew l-adozzjoni tal-miżuri kkonċernati; |
(d) |
il-lista tal-għajnuniet li jikkostitwixxu ħlasijiet diretti fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; |
(e) |
l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura u l-ammont proviżorju għal kull azzjoni sabiex jinkiseb objettiv wieħed jew aktar tal-programm. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward ir-rekwiżiti għall-provvediment tal-għajnuna deskritta fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
4. Il-programm jista’ jinkludi miżuri ta’ appoġġ għall-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli fir-reġjuni ultraperiferiċi.
Kull miżura tista’ tinkludi varjetà ta’ azzjonijiet. Għal kull azzjoni l-programm għandu jiddefinixxi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
il-benefiċjarji; |
(b) |
il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà; |
(c) |
l-ammont unitarju tal-għajnuna. |
Biex jingħata appoġġ lill-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti barra minn reġjun ta’ produzzjoni tagħhom, il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’ konformita’ mal-Artikolu 33 dwar il-kondizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ tali kummerċjalizzazzjoni u, fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet tal-prodotti li jaqgħu taħt din l-għajnuna.
Artikolu 20
Kontrolli u ħlasijiet mhux dovuti
1. Il-kontrolli tal-miżuri msemmija f’dan il-Kapitolu għandhom isiru permezz ta’ kontrolli amministrattivi u kontrolli fuq il-post.
2. F’każ ta’ ħlas mhux dovut, il-benefiċjarju kkonċernat għandu l-obbligu li jħallas lura l-ammonti inkwistjoni. L-Artikolu 80 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kondizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ (dirett) għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kondizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (11), għandu japplika mutatis mutandis.
KAPITOLU V
MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT
Artikolu 21
Logo
1. Għandu jiġi introdott logo bil-għan li jikbru l-għarfien u l-konsum ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, kemm naturali kif ukoll ipproċessati, speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi.
2. Il-kondizzjonijiet għall-użu tal-logo previst fil-paragrafu 1 għandu jkun propost mill-organizzazzjonijiet tal-kummerċ ikkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jgħaddu dawn il-proposti, bl-opinjoni tagħhom dwarhom, lill-Kummissjoni.
L-użu tal-logo għandu jkun sorveljat minn awtorità uffiċjali jew minn korp approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
3. Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, taħt l-Artikolu 33, dwar il-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt tal-użu tal-logo kif ukoll tar-riproduzzjoni u l-użu tiegħu. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom ikunu mmirati sabiex jikber l-għarfien dwar il-prodotti agrikoli ta’ kwalità għolja mir-reġjuni ultraperiferiċi u sabiex jikber il-konsum tagħhom, kemm jekk ikunu prodotti pproċessati kif ukoll jekk mhux ipproċessati.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward ir-regoli dettaljati rigward l-użu tal-logo u l-karatteristiċi minimi għall-kontrolli u l-monitoraġġ li l-Istati Membri għandhom iwettqu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 22
Żvilupp rurali
1. Minkejja l-Artikolu 39(4) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu għall-għajnuna tal-Unjoni Ewropea, kif spjegati fl-Anness I tal-imsemmi Regolament, jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preservazzjoni tal-pajsaġġ, tal-bijodiversità u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel fir-reġjuni ultraperiferiċi.
2. Deskrizzjoni tal-miżuri ppjanifikati taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun inkluża, fejn xieraq, fil-programmi għal dawn ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
Artikolu 23
Għajnuna mill-Istat
1. Għall-prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat, li għalihom japplikaw l-Artikoli 107, 108 u 109 tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza għajnuna operattiva, f’konformità mal-Artikolu 108 tat-Trattat, fis-setturi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-prodotti, bl-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi li jirriżultaw mill-isolazzjoni, l-insularità u n-natura estremament remota tagħhom.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-programmi POSEI. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-Kummissjoni tista’ tapprovahom f’konformità ma’ dan ir-Regolament, bħala parti minn dawn il-programmi. Dawn l-għajnuniet notifikati għandhom jiġu kkunsidrati bħala notifikati skont it-termini tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
3. Franza tista’ tagħti għajnuna sa EUR 90 miljun fis-settur taz-zokkor tar-reġjuni Franċiżi ultraperiferiċi, għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.
Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn tmiem kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni dwar l-ammont ta’ għajnuna li fil-fatt tkun tat.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u b’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 180 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (12), l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-ħlasijiet li jkunu saru mill-Istati Membri taħt dan ir-Regolament, b’applikazzjoni tal-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 24 u 28 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 24
Programmi għas-saħħa tal-pjanti
1. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti fir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-programmi għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-objettivi li għandhom jintlaħqu, il-miżuri li għandhom jitwettqu, id-durata u l-ispiża tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-programmi mressqa. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddeċiedi jekk tapprovax dawk il-programmi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
2. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-programmi previsti fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta’ analiżi teknika tas-sitwazzjonijiet reġjonali.
Tali kontribuzzjoni tista’ tkopri sa 75 % tan-nefqa eliġibbli. Il-ħlas għandu jsir abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati kontrolli mill-Kummissjoni u jsiru f’isimha minn esperti kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (13).
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għal kull reġjun u programm, abbażi tal-kriterji ffissati fil-paragrafu 2 u l-programm ippreżentat skont il-paragrafu 1, biex tistabbilixxi:
(a) |
il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni, kif ukoll l-ammont tal-għajnuna; |
(b) |
il-miżuri eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 25
Inbid
1. Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 103v, 103w, 103x u 182a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhomx japplikaw la għall-Azores u lanqas għall-Madeira.
2. Minkejja t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-għeneb li jkun ġej mill-varjetajiet tad-dwieli msemmija fil-punt (b) tas-subparagrafu msemmi, maħsuda fir-reġjuni tal-Azores u tal-Madeira, jista’ jintuża għall-produzzjoni ta’ inbid li għandu jibqa’ f’dawk ir-reġjuni.
Il-Portugall għandu gradwalment jelimina l-produzzjoni mill-għelieqi tad-dwieli msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bl-appoġġ, fejn xieraq, previst fl-Artikolu 103q ta’ dak ir-Regolament.
3. B’deroga mill-Artikolu 85f tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-reġim transizzjonali tad-drittijiet ta’ tħawwil għandhom japplikaw għall-Gżejjer Kanarji sal-31 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 26
Ħalib
1. Għall-finijiet tat-tqassim ta’ dazju għaż-żejjed taħt l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, huma biss il-produtturi fis-sens tal-Artikolu 65(c) ta’ dak ir-Regolament, stabbiliti u li jipproduċu fl-Azores, li jqiegħdu fis-suq kwantitajiet li jaqbżu l-kwota tagħhom, miżjuda bil-perċentwal imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li għandhom jitqiesu bħala li kkontribwixxew għall-produzzjoni żejda.
Id-dazju fuq iż-żejjed għandu jitħallas fuq kwantitajiet li jaqbżu l-kwota miżjuda mill-perċentwal imsemmi fit-tielet subparagrafu, wara allokazzjoni mill-ġdid, fost il-produtturi kollha fis-sens tal-Artikolu 65(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, stabbiliti u li jipproduċu fl-Azores, u proporzjonalment mal-kwota disponibbli għal kull produttur, tal-kwantitajiet mhux użati fil-marġni li tirriżulta minn din iż-żieda u li baqgħu ma ntużawx.
Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ugwali għall-proporzjon bejn il-kwantità ta’ 23 000 tunnellata mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/2006 ’il quddiem u t-total tal-kwantitajiet ta’ referenza disponibbli fuq kull azjenda fil-31 ta’ Marzu 2010. Hu għandu japplika biss għall-kwota disponibbli fuq l-azjenda fil-31 ta’ Marzu 2010.
2. Il-kwanitatijiet ta’ ħalib jew ekwivalenti tal-ħalib imqiegħda fis-suq li jaqbżu l-kwota, iżda li jaqblu mal-perċentwal imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, wara l-allokazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-istess paragrafu, m’għandhomx jitqiesu waqt li tiġi stabbilita kwalunkwe produzzjoni akbar mill-kwota mill-Portugall kif ikkalkulata b’konformità mal-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
3. L-iskema ta’ dazju fuq iż-żejjed applikabbli għall-produtturi tal-ħalib prevista fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhiex tapplika għad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej jew, fil-limitu tal-produzzjoni lokali ta’ 4 000 tunnellata ħalib, fil-Madeira.
4. Minkejja l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-produzzjoni ta’ ħalib UHT rikostitwit minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkun awtorizzata fil-Madeira u fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew ta’ Réunion, fil-limiti tal-ħtiġijiet ta’ konsum lokali, sakemm din il-miżura ma xxekkilx il-ħalib prodott lokalment milli jinġabar u jiġi dispost. Jekk Franza turi l-espedjenza ta’ tali miżura għad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej ta’ Martinique u tal-Gwadalup u l-Gujana Franċiża, il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa, li tadotta atti delegati, fejn meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 33, sabiex testendi din il-miżura għal dawk id-dipartimenti. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.
Il-metodu kif jinkiseb il-ħalib UHT hekk rikostitwit għandu jkun indikat b’mod ċar fuq it-tikketta tal-bejgħ.
Artikolu 27
Trobbija tal-ifrat
1. Sa meta l-kwantità lokali tal-ifrat irġiel żgħar tilħaq livell suffiċjenti biex tiżgura l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira, għandha tiddaħħal l-possibbiltà li jiġu importati annimali tal-ifrat minn pajjiżi terzi għas-simna u l-konsum fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira, mingħajr l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni skont it-Tariffa Doganali Komuni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan is-subparagrafu u b’mod aktar speċifiku l-mezzi għall-introduzzjoni tal-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-ifrat irġiel żgħar li jiddaħħlu fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
L-Artikoli 13 u 14(1) għandhom japplikaw għall-annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
2. Il-kwantità ta’ annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun determinata fil-programmi POSEI, meta l-ħtieġa għall-importazzjoni tkun iġġustifikata, minħabba l-iżviluppi fil-produzzjoni lokali. Għandha tingħata prijorità fir-rigward ta’ dawn l-annimali lill-produtturi li jżommu annimali għas-simna li minnhom mill-anqas 50 % huma ta’ oriġini lokali.
Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta dawk atti delegati, taħt l-Artikolu 33, li jistipulaw il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-karatteristiċi speċifiċi lokali tas-settur u l-industrija taċ-ċanga.
3. Fejn ikunu applikati l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53(1), tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Portugall jista’ jnaqqas il-komponent tal-limitu nazzjonali li jikkorrispondi għall-ħlas tad-drittijiet tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż u għad-drittijiet tal-primjum tal-baqar li jreddgħu. F’tali każ, il-Kummissjoni għandha taddotta att ta’ implimentazzjoni dwar l-ammont rilevanti li għandu jiġi trasferit mil-limiti stabbiliti skont l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għar-riżorsi finanzjarji msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 30(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 28
Għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni tat-tabakk
Spanja hija awtorizzata tagħti għajnuna rigward il-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji. L-għoti ta’ din l-għajnuna m’għandux iwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.
L-ammont tal-għajnuna ma jistax jaqbeż is-somma ta’ EUR 2 980,62 għal kull tunnellata. L-għajnuna addizzjonali għandha titgħata għal massimu ta’ 10 tunnellati kull sena.
Artikolu 29
Eżenzjoni mid-dazju fuq it-tabakk
1. L-ebda dazju m’għandu jiġi applikat għal importazzjonijiet diretti fil-Gżejjer Kanarji ta’ tabakk mhux maħdum u nofsu maħdum li jaqa’, rispettivament, taħt:
(a) |
Kodiċi tan-NM 2401; kif ukoll |
(b) |
is-subtitoli li ġejjin:
|
L-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata permezz taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 12.
Din l-eżenzjoni għandha tapplika għall-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu, maħsuba għall-ipproċessar fil-Ġejjer Kanarji biex isiru prodotti manifatturati lesti għat-tipjip, soġġett għal limitu annwali ta’ importazzjoni ta’ 20 000 tunnellata tal-ekwivalenti ta’ tabakk mhux maħdum imqaxxar.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u b’mod aktar speċifiku l-miżuri biex tiddaħħal l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 30
Riżorsi finanzjarji
1. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu intervent maħsub biex jistabbilizza s-swieq agrikoli fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (14), bl-eċċezzjoni tal-miżuri previsti:
(a) |
fl-Artikolu 22; u |
(b) |
fl-Artikolu 24, mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014–2020. |
2. Għal kull sena finanzjarja l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa somma annwali massima ekwivalenti għal dan li ġej:
— |
: |
fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej |
: |
EUR 278,41 miljun |
— |
: |
Azores u Madeira |
: |
EUR 106,21 miljun |
— |
: |
Gżejjer Kanarji |
: |
EUR 268,42 miljun. |
3. L-ammonti allokati annwalment għal kull sena finanzjarja għall-finanzjament tal-miżuri previsti fil-Kapitolu III ma jistgħux ikunu akbar mill-ammonti li ġejjin:
— |
: |
fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej |
: |
EUR 26,9 miljun |
— |
: |
Azores u Madeira |
: |
EUR 21,2 miljun |
— |
: |
Gżejjer Kanarji |
: |
EUR 72,7 miljun. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti li f’konformità magħhom l-Istati Membri jistgħu jemendaw l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
4. Il-Kummissjoni b’dan tinghata s-setgħa li tadotta att delegati, taħt l-Artikolu 33, dwar il-kondizzjonijiet biex jiġi determinat l-ammont massimu annwali li jista’ jiġi allokat għall-miżuri ta’ finanzjament ta’ studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ u għajnuna teknika, sakemm tali allokazzjoni tkun raġonevoli u proporzjonata.
5. Għas-sena finanzjarja 2013, l-Unjoni għandha tagħti finanzjament addizzjonali għas-settur tal-banana tar-reġjuni ultraperiferiċi sal-ammonti massimi li ġejjin:
— |
: |
fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej |
: |
EUR 18,52 miljun |
— |
: |
Azores u Madeira |
: |
EUR 1,24 miljun |
— |
: |
Gżejjer Kanarji |
: |
EUR 20,24 miljun. |
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 31
Miżuri nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontrolli u sanzjonijiet amministrattivi, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 32
Komunikazzjonijiet u rapporti
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena dwar l-approprjazzjonijiet li jkunu saru disponibbli għalihom li jkunu bi ħsiebhom jonfqu matul is-sena ta’ wara għall-implimentazzjoni tal-bilanċ provviżorju tal-provvista u għal kull miżura favur il-produzzjoni agrikola lokali inkluża fil-programmi POSEI.
2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni fis-sena preċedenti tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.
3. Sat-30 ta’ Ġunju 2015, u wara kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li juri l-impatt tal-azzjonijiet meħuda taħt dan ir-Regolament, inkluż fis-setturi tal-banana u tal-ħalib, flimkien ma’ proposti xierqa, fejn applikabbli.
4. Il-Kummissjoni għandha tinkludi kapitolu speċifiku fl-analiżijiet, l-istudji u l-valutazzjonijiet li twettaq fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali u tal-politika agrikola komuni fejn ikun involut qasam li jkun ta’ interess partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi.
Artikolu 33
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-21 ta' Marzu 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. L-atti delegati adottati skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 34
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Pagamenti Diretti stabbilit permezz tal-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, ħlief għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament, li għalih il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti stabbilit permezz tad-Deċijoni tal-Kunsill 76/894/KEE (15). Dawk il-Kumitati għandhom ikuni kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 35
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawn l-arranġamenti qabel tmiem l-2013, fid-dawl tal-effikaċja ġenerali tagħhom u l-qafas ta’ politika l-ġdid tal-PAK, u jekk ikun meħtieġ għandha tressaq proposti xierqa għal skema riveduta tal-POSEI.
Artikolu 36
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 huwa b’dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 37
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) ĠU C 107, 6.4.2011, p. 33.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2013.
(4) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(5) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(10) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
(11) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.
(12) ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7.
(13) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 29, p. 258.
(14) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(15) ĠU L 340, 9.12.1976, p. 25, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 3, p. 60.
ANNESS
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 247/2006 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 9 |
Artikolu 3(1) u (2) |
Artikolu 10(1) u (2) |
— |
Artikolu 10(3) |
— |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 11 |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 13 |
Artikolu 4(1) u (2) |
Artikolu 14(1) u (2) |
— |
Artikolu 14(3) |
— |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 14(5) |
Artikolu 5 |
Artikolu 15 |
Artikolu 6 |
Artikolu 16 |
Artikolu 7 |
Artikolu 17 |
Artikolu 8 l-aħħar sentenza |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 9(1) u Artikolu 10 |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 9(2) u (3) |
Artikolu 3 |
Artikolu 11 |
Artikolu 4 |
Artikolu 12(a), (b) u (c) |
Artikolu 19(2)(a), (b) u (c) |
Artikolu 12(d), (e), (f), (g) |
Artikolu 5 |
Artikolu 13 |
Artikolu 8 tieni paragrafu |
Artikolu 14 |
Artikolu 21 |
Artikolu 15 |
Artikolu 22 |
Artikolu 16 |
Artikolu 23 |
Artikolu 17 |
Artikolu 24 |
Artikolu 18 |
Artikolu 25 |
Artikolu 19 |
Artikolu 26 |
Artikolu 20 |
Artikolu 27 |
Artikolu 21 |
Artikolu 28 |
Artikolu 22 |
Artikolu 29 |
Artikolu 23 |
Artikolu 30 |
Artikolu 24 |
Artikolu 6 |
Artikolu 27 |
Artikolu 31 |
Artikolu 28 |
Artikolu 32 |
Artikolu 29 |
Artikolu 36 |
Artikolu 33 |
Artikolu 37 |
20.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/41 |
REGOLAMENT (UE) Nru 229/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Marzu 2013
li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ġew stabbiliti miżuri speċifiċi fil-qasam agrikolu biex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet b’riżultat tas-sitwazzjoni ġeografika partikolari f’uħud mill-ġżejjer minuri fil-Baħar Eġew permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (3). Dawn il-miżuri ġew implimentati permezz tal-programm ta’ appoġġ li jikkonsisti f’għodda essenzjali għall-provvista ta’ prodotti agrikoli lil dawn il-gżejjer u għall-appoġġ fil-produzzjoni agrikola lokali. Fid-dawl tal-ħtieġa tal-aġġornament tal-miżuri attwali, anke bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, huwa meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid. |
(2) |
Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi fundamentali li l-kisba tagħhom tista’ sseħħ bl-għajnuna tal-iskema li tippromwovi l-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. |
(3) |
Jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat il-kontenut tal-programm ta’ appoġġ għall-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (minn hawn ’il quddiem “il-programm tal-appoġġ”), li l-Greċja għandha tistabbilixxi fil-livell ġeografiku l-aktar xieraq, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u għandha tippreżentah lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
(4) |
Sabiex l-objettivi tal-iskema favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew jinkisbu b’mod aktar effettiv, il-programm ta’ appoġġ għandu jinkludi miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u l-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola lokali. Jeħtieġ li l-livell tal-programmazzjoni jkun armonizzat u li jkun hemm approċċ sistematiku ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Greċja. Il-Kummissjoni għandha tadotta proċeduri u indikaturi biex tiżgura l-implimentazzjoni mingħajr xkiel u l-monitoraġġ adegwat tal-programm. |
(5) |
B’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà, bħala l-prinċipji li huma l-bażi tal-approċċ tal-programmazzjoni adottat għall-arranġamenti favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, l-awtoritajiet maħtura mill-Ġreċja jistgħu jipproponu emendi fil-programm sabiex jadattawh għar-realtà ta’ dawn il-gżejjer. Għal dak il-għan, involviment aktar sinifikanti min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti u minn partijiet interessati oħra, għandu jiġi mħeġġeġ. Fl-istess spirtu, il-proċedura tal-emendi tal-programm għandha tkun adattata għal-livell ta’ rilevanza ta’ kull tip ta’ emenda. |
(6) |
Is-sitwazzjoni ġeografika partikolari ta’ uħud mill-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, timponi spejjeż ta’ trasport addizzjonali fil-provvista ta’ prodotti essenzjali għall-konsum tal-bniedem, għall-ipproċessar jew bħala inputs agrikoli. Barra minn hekk, fatturi oġġettivi oħrajn li jirriżultaw mill-insularità u mid-distanza mis-swieq jimponu aktar xkiel għall-operaturi ekonomiċi u l-produtturi ta’ dawn il-gżejjer fil-Baħar Eġew li jolqtu l-attivitajiet tagħhom b’mod negattiv. F’ċerti każijiet, l-operaturi u l-produtturi jbatu minn “insularità doppja”, li tikkonsisti fil-fatt li l-provvista tkun qed issir permezz ta’ gżejjer oħrajn. Dawk in-nuqqasijiet jistgħu jitranġaw billi jitbaxxew il-prezzijiet ta’ dawk il-prodotti essenzjali. Għaldaqstant jaqbel li jiġu introdotti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista biex jiggarantixxu l-provvista tal-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-insularità u ċ-ċokon tagħhom, u mid-distanza tagħhom mis-swieq. |
(7) |
Il-problemi tal-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew huma aċċentwati biċ-ċokon tal-gżejjer. Sabiex tkun garantita l-effettività tal-miżuri previsti, dawn il-miżuri għandhom japplikaw għall-Gżejjer Eġej kollha minbarra Kreta u Euboea. |
(8) |
Sabiex jintlaħaq l-għan li jitbaxxew il-prezzijiet fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u jitnaqqsu l-ispejjeż żejda minħabba l-insularità u ċ-ċokon tagħhom, u d-distanza tagħhom mis-swieq filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti tal-Unjoni, għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta’ prodotti tal-Unjoni fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. Din l-għajnuna għandha tqis l-ispejjeż żejda tat-trasport lejn il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, u fil-każ ta’ inputs agrikoli u prodotti intenzjonati għall-ipproċessar, għandhom jitqiesu l-ispejjeż minħabba l-insularità, iċ-ċokon u d-distanza mis-swieq. |
(9) |
Sabiex ikunu evitati l-ispekulazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-utenti finali fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, jeħtieġ ikun speċifikat li l-prodotti ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli biss jistgħu jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. |
(10) |
Ladarba l-kwantitajiet koperti bl-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi huma limitati għall-ħtiġijiet tal-provvista tal-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, dawk l-arranġamenti ma għandhomx ifixklu l-funzjonament korrett tas-suq intern. Lanqas ma għandhom il-vantaġġi ekonomiċi tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista iwasslu għal devjazzjonijiet fil-kummerċ tal-prodotti konċernati. Għaldaqstant il-ħruġ jew l-esportazzjoni ta’ dawn il-prodotti mill-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew għandhom ikunu pprojbiti. Madankollu, il-ħruġ jew l-esportazzjoni ta’ dawn il-prodotti għandhom ikunu awtorizzati meta l-vantaġġ li jirriżulta mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista jkun rimborsat. |
(11) |
Fil-każ tal-prodotti pproċessati, għandu jkun awtorizzat il-kummerċ bejn il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u l-ispejjeż tat-trasport fir-rigward ta’ dawn il-prodotti għandhom jitnaqqsu, biex ikun possibbli l-kummerċ bejn dawn il-gżejjer. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-flussi kummerċjali fi ħdan il-kummerċ reġjonali u l-esportazzjonijiet u l-ħruġ tradizzjonali mal-bqija tal-Unjoni jew il-pajjiżi terzi u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati li jikkorrispondu għall-flussi ta’ skambji tradizzjonali, għandha tkun awtorizzata. |
(12) |
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-arranġamenti speċifiċi ta’ forniment, il-vantaġġi ekonomiċi tal-arranġamenti għandhom ikunu riflessi fl-ispejjeż ta’ produzzjoni u għandhom ibaxxu l-prezzijiet sal-istadju tal-utent aħħari. Għalhekk huma għandhom jingħataw biss bil-kondizzjoni li fil-fatt jibqgħu għaddejjin minn stadju għall-ieħor, u li jsiru kontrolli adegwati. |
(13) |
Jeħtieġ li jiġu introdotti regoli għall-funzjonament tal-iskema, b’ mod partikolari dawk dwar il-ħolqien ta’ reġistru tal-operaturi u ta’ sistema ta’ ċertifikati mfassla fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 161 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4). |
(14) |
Il-politika tal-Unjoni favur il-produzzjoni lokali fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 tikkonċerna diversi prodotti u miżuri favur il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tagħhom. Dawk il-miżuri wrew li huma effettivi u żguraw li nżammu u ġew żviluppati l-attivitajiet agrikoli. L-Unjoni għandha tkompli tgħin lil din il-produzzjoni, li hija fattur ewlieni fil-bilanċ ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. L-esperjenza wriet li, bħal fil-każ tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, l-isħubija aktar mill-qrib mal-awtoritajiet lokali tista’ tgħin biex jiġu indirizzati aktar direttament il-problemi speċifiċi tal-gżejjer milquta. Għalhekk għandu jitkompla l-appoġġ lill-produzzjonijiet lokali permezz tal-programm ta’ appoġġ, stabbilit għall-ewwel darba permezz tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006. F’dak ir-rigward għandha ssir enfasi fuq l-ippreservar tal-wirt agrikolu tradizzjonali u l-karatteristiċi tradizzjonali ta’ metodi ta’ produzzjoni u ta’ prodotti lokali u organiċi. |
(15) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-elementi minimi li għandhom jingħataw fil-programm ta’ għajnuna biex ikunu definiti l-miżuri li jappoġġaw il-produzzjoni agrikola lokali, b’mod partikolari d-deskrizzjoni tal-post, tal-istrateġija proposta, tal-għanijiet u tal-miżuri. Il-prinċipji li huma sottostanti għall-konsistenza ta’ dawk il-miżuri ma’ linji politiċi oħrajn tal-Unjoni għandhom jiġu ddikjarati ukoll sabiex ikunu evitati kwalunkwe inkompatibbiltà u d-duplikazzjoni tal-għajnuna. |
(16) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun possibbli li l-programm ta’ appoġġ jinkludi miżuri għall-finanzjament ta’ studji, ta’ proġetti dimostrattivi, ta’ taħriġ u ta’ assistenza teknika. |
(17) |
Il-bdiewa fuq il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew għandhom jiġu mħeġġa jfornu prodotti ta’ kwalità, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti għandha tiġi megħjuna. |
(18) |
Tista’ tingħata deroga mill-politika konsistenti tal-Kummissjoni li ma jiġux awtorizzati għajnuniet operattivi mill-Istat għall-produzzjoni, ipproċessar, kummerċjalizzazzjoni u trasport ta’ prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi fuq il-produzzjoni agrikola tal-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew minħabba l-insularità, iċ-ċokon, it-terren muntanjuż u l-klima tagħhom, id-dipendenza ekonomika tagħhom minn għadd żgħir ta’ prodotti u d-distanza tagħhom mis-swieq. |
(19) |
L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tipperikola l-livell ta’ appoġġ speċifiku li s’issa bbenefikaw minnu l-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. Għal din ir-raġuni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-miżuri li jixirqu, il-Greċja għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha ammonti ekwivalenti għall-appoġġ diġà mogħti mill-Unjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1405/2006. |
(20) |
Mill-2007, ir-rekwiżiti tal-prodotti essenzjali kibru fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew minħabba t-tkabbir tal-merħliet u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied il-parti tal-baġit li l-Greċja tista’ tuża għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. |
(21) |
Sabiex il-Greċja tkun tista’ tevalwa l-elementi kollha rigward l-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ għas-sena preċedenti u biex il-Kummissjoni tiġi ppreżentata b’rapport ta’ evalwazzjoni annwali kompluta, id-data għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi għandha tkun posposta mit-30 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara s-sena ta’ referenza. |
(22) |
Il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tressaq rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, u sussegwentement kull ħames snin, dwar l-impatt tal-miżuri meħuda biex dan ir-Regolament jiġi implimentat, u skont il-każ, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet xierqa. |
(23) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tar-reġim introdott minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat, fir-rigward tas-supplimentar jew l-immodifikar ta’ ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(24) |
Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi għall-implimentazzjoni fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew b’relazzjoni ma’ skemi simili oħra u biex tkun evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni jew diskriminazzjonijiet bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (5). |
(25) |
Sabiex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U OBJETTIVI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri agrikoli speċifiċi biex jiġu mitigati d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-insularità, miċ-ċokon u mid-distanza mis-swieq tal-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (“il-gżejjer minuri”).
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “il-gżejjer minuri” tfisser il-gżejjer kollha fil-Baħar Eġew ħlief il-gżejjer ta’ Kreta u Euboea.
Artikolu 2
Objettivi
1. Il-miżuri speċifiċi previsti fl-Artikolu 1 għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:
(a) |
il-garanzija tal-provvista ta’ prodotti essenzjali lill-gżejjer minuri għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar u bħala inputs agrikoli billi jittaffew l-ispejjeż żejda li jirriżultaw mill-insularità u ċ-ċokon tagħhom u mid-distanza tagħhom mis-swieq; |
(b) |
il-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet agrikoli fil-gżejjer minuri, inklużi l-produzzjoni, ipproċessar, kummerċjalizzazzjoni u trasport tal-prodotti lokali kemm ipproċessati kif ukoll mhux ipproċessati. |
2. L-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu implimentati permezz tal-miżuri msemmija fil-Kapitoli III, IV u V.
KAPITOLU II
PROGRAMM TA’ APPOĠĠ
Artikolu 3
L-istabbiliment tal-programm ta’ appoġġ
1. Il-miżuri previsti fl-Artikolu 1 għandhom ikunu definiti permezz ta’ programm ta’ appoġġ li jinkludi:
(a) |
arranġamenti speċifiċi ta’ provvista kif previst fil-Kapitolu III, u |
(b) |
miżuri speċifiċi li jgħinu l-produzzjonijiet agrikoli lokali, kif previst fil-Kapitolu IV. |
2. Il-programm ta’ appoġġ għandu jiġi stabbilit fil-livell ġeografiku li l-Greċja tikkunsidra l-aktar xieraq. Dan għandu jitfassal mill-awtoritajiet kompetenti lokali u reġjonali maħtura mill-Greċja, li għandha tressqu quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 6 wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell territorjali xieraq.
Artikolu 4
Kompatibbiltà u konsistenza
1. Il-miżuri meħuda fl-ambitu tal-programm ta’ appoġġ għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe politika oħra tal-Unjoni u mal-miżuri meħuda taħt tali politika.
2. Għandha tkun żgurata l-konsistenza tal-miżuri meħuda taħt il-programm ta’ appoġġ b’miżuri implimentati taħt strumenti oħrajn tal-politika agrikola komuni, u b’mod partikolari fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, l-iżvilupp rurali, il-kwalità tal-prodotti, it-trattament xieraq tal-annimali u l-protezzjoni tal-ambjent.
B’mod partikolari, ebda miżura taħt dan ir-Regolament ma għandha tkun iffinanzjata bħala:
(a) |
appoġġ addizzjonali għal skemi ta’ għotjiet jew skemi ta’ għajnuna fl-ambitu ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq ħlief f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati minn kriterji oġġettivi; |
(b) |
appoġġ għal proġetti ta’ riċerka, miżuri ta’ appoġġ għal proġetti ta’ riċerka u miżuri eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (6); |
(c) |
appoġġ għall-miżuri fl-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (7). |
Artikolu 5
Il-kontenut tal-programm ta’ appoġġ
Il-programm ta’ appoġġ għandu jinkludi:
(a) |
skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri u tabella finanzjarja ġenerali annwali indikattiva li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw; |
(b) |
prova tal-kompatibbiltà u l-konsistenza bejn id-diversi miżuri tal-programmi kif ukoll id-definizzjoni tal-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; |
(c) |
il-passi meħuda biex jiġi żgurat li l-programm jiġi implimentat b’mod effettiv u adegwat, inkluż l-arranġamenti għall-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u sett speċifiku ta’ indikaturi kwantifikati għall-użu fl-evalwazzjoni; |
(d) |
il-ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti u korpi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm u l-ħatra ta’ awtoritajiet jew ta’ korpi assoċjati u msieħba soċjoekonomiċi fil-livelli xierqa, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru. |
Artikolu 6
L-approvazzjoni u l-emendamenti tal-programm
1. Il-programm ta’ appoġġ huwa stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 u huwa ffinanzjat fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 18(2) u (3).
Il-programm jinkludi bilanċ previst tal-provvista li jindika l-prodotti, il-kwantitajiet tagħhom u l-ammont ta’ għajnuna għall-provvista mill-Unjoni, flimkien ma’ abbozz tal-programm ta’ appoġġ għall-produzzjoni lokali.
2. Abbażi tal-evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programm ta’ appoġġ, il-Greċja tista’ tippreżenta lill-Kummissjoni proposti debitament sostanzjati għall-emendament ta’ dawk il-miżuri, fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 18(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tal-gżejjer minuri u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità tal-emendi proposti mal-liġi tal-Unjoni u biex jiġi deċiż jekk għandhomx jiġu approvati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
3. Il-proċeduri stipulati mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jieħdu kont tal-elementi li ġejjin: l-importanza tal-modifiki proposti mill-Ġreċja b’referenza għall-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda, jekk il-bidliet fil-baġit allokat għall-miżuri humiex sostanzjali, bidliet fil-kwantitajiet u fil-livell ta’ għajnuna għall-prodotti fil-bilanċi previsti tal-provvista, u kwalunkwe emenda tal-kodiċijiet u d-deskrizzjonijiet stipulati fil-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (8).
4. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiddeterminaw ukoll, għal kull proċedura, il-frekwenza li biha għandhom isiru t-talbiet għal emendi, kif ukoll l-iskadenzi li fihom għandhom jiġu implimentati l-emendi approvati.
Artikolu 7
Monitoraġġ u segwitu
Il-Greċja għandha twettaq kontrolli permezz ta’ kontrolli amministrattivi u dawk ta’ fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli magħmula mill-Greċja.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-proċeduri u l-indikaturi fiżiċi u finanzjarji sabiex tiżgura monitoraġġ effikaċi tal-implimentazzjoni tal-programm.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
KAPITOLU III
ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI TA’ PROVVISTA
Artikolu 8
Bilanċ previst ta’ provvista
1. B’dan huma stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-prodotti agrikoli tal-Unjoni elenkati fl-Anness I tat-Trattat (“il-prodotti agrikoli”) li huma essenzjali fil-gżejjer minuri għall-konsum mill-bniedem jew għall-manifattura ta’ prodotti oħrajn jew bħala inputs agrikoli.
2. Il-Greċja għandha tistabbilixxi, fil-livell ġeografiku li hija tqis l-aktar adatt, bilanċ previst tal-provvista għall-kwantifikazzjoni tar-rekwiżiti annwali ta’ provvista fil-gżejjer minuri fir-rigward tal-prodotti agrikoli.
Tista’ ssir previżjoni separata tal-bilanċ għar-rekwiżiti tal-intrapriżi tal-ippakkjar jew l-ipproċessar ta’ prodotti maħsuba għas-suq lokali, għat-tqassim fil-bqija tal-Unjoni jew għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, bħala parti mill-kummerċ reġjonali f’konformità mal-Artikolu 13(2) u (3), jew fi ħdan il-kuntest tal-flussi tradizzjonali tal-kummerċ.
Artikolu 9
Il-funzjonament tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista
1. Għandha tingħata għajnuna għall-finijiet tal-provvista ta’ prodotti agrikoli lill-gżejjer minuri.
L-ammont tal-għajnuna għandu jkun iffissat għal kull prodott konċernat, u għandu jieħu kont tal-ispejjeż addizzjonali tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f’dawn il-gżejjer minuri, ikkalkulati mill-portijiet tal-Greċja kontinentali li minnhom normalment jitilqu il-provvisti, u mill-portijiet tal-gżejjer ta’ transitu jew tat-tagħbija ta’ prodotti għall-gżejjer tad-destinazzjoni finali. Fil-każ ta’ inputs agrikoli u ta’ prodotti intenzjonati għall-ipproċessar, id-determinazzjoni tal-għajnuna għandha tikkunsidra l-ispejjeż addizzjonali assoċjati mal-insularità, iċ-ċokon u d-distanza mis-swieq.
2. L-arranġamenti speċifiċi tal-provvista għandhom japplikaw biss għall-prodotti ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli.
Artikolu 10
Implimentazzjoni
Fl-implimentazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għandu jittieħed kont partikolarment ta’ dawn li ġejjin:
(a) |
il-bżonnijiet speċifiċi tal-gżejjer minuri u r-rekwiżiti preċiżi ta’ kwalità; |
(b) |
il-flussi tradizzjonali tan-negozju mal-portijiet tal-Greċja kontinentali u bejn il-gżejjer fil-Baħar Eġew; |
(c) |
l-aspett ekonomiku tal-għajnuna proposta; |
(d) |
fejn applikabbli, il-ħtieġa li ma jiġix imfixkel l-iżvilupp tal-prodotti lokali. |
Artikolu 11
Ċertifikati
1. L-għajnuna prevista fl-Artikolu 9(1) għandha tingħata mal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat.
Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu biss lil dawk l-operaturi mdaħħla f’reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti.
Dawk iċ-ċertifikati m’għandhomx ikunu trasferibbli.
2. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija mal-applikazzjoni għal ċertifikat. Madankollu, sal-punt neċessarju biex tiġi żgurata applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tista’ tesiġi li tiġi stabbilita garanzija ugwali għall-ammont tal-vantaġġ imsemmi fl-Artikolu 12. F’dawn il-każijiet, għandu japplika l-Artikolu 34(1), (4), (5), (6), (7) u (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (9).
Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 21, li jiddeterminaw l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi fir-reġistru u li jipprovdu għall-eżerċizzju sħiħ mill-operaturi tad-drittijiet tagħhom li jieħdu sehem fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi mill-Greċja ta’ dan l-Artikolu li speċifikament jirrigwarda l-introduzzjoni tal-iskema taċ-ċertifikati, u l-impenn meħud mill-operaturi meta jirreġistraw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
Artikolu 12
L-impatt tal-vantaġġ
1. Il-benefiċċju tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista li jirriżulta mill-għoti tal-għajnuna għandu jkun soġġett għall-kondizzjoni li l-impatt tal-vantaġġ ekonomiku jiġi mgħoddi sal-utent finali li, skont il-każ, jista’ jkun il-konsumatur fil-każ ta’ prodotti maħsuba għall-konsum dirett, min jipproċessa jew jippakkja l-aħħar fil-każ ta’ prodotti maħsuba għall-industrija tal-ipproċessar jew tal-ippakkjar, jew il-bdiewa fil-każ tal-prodotti użati għall-għalf tal-annimali jew bħala inputs agrikoli.
Il-vantaġġ msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ugwali għall-ammont tal-għajnuna.
2. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-applikazzjoni tar-regoli stipulati fil-paragrafu 1 u b’mod partikolari l-kondizzjonijiet għall-monitoraġġ mill-Istat Membru li l-vantaġġ ġie effettivament imgħoddi sal-utent aħħari. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
Artikolu 13
L-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-ispedizzjoni lejn il-bqija tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti li f’konformità magħhom il-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jistgħu jkunu esportati lejn pajjiżi terzi jew jiġu spediti lejn il-bqija tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu b’mod partikolari r-rimborż tal-għajnuna riċevuta taħt l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.
L-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi tal-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista ma għandhiex tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat.
2. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-prodotti pproċessati fil-gżejjer minuri bl-użu ta’ prodotti li jkunu bbenefikaw minn arranġamenti speċifiċi ta’ provvista li huma:
(a) |
esportati lejn pajjiżi terzi jew spediti lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-ispedizzjonijiet u l-esportazzjonijiet tradizzjonali; |
(b) |
esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta’ kummerċ f’konformità mad-destinazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet dettaljati li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni; |
(c) |
spediti bejn il-gżejjer minuri. |
L-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi tal-prodotti msemmija, il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, ma għandhiex tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat.
Ma għandux jingħata rimbors għall-prodotti esportati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-limiti tal-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fil-punt (a) u l-provvisti dettaljati msemmija fil-punt (b). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
3. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar, li jistgħu jagħtu lok għal esportazzjonijiet ta’ negozju tradizzjonali jew spedizzjonijiet tradizzjonali għandhom jissodisfaw, mutatis mutandis, il-kondizzjonijiet ta’ pproċessar applikabbli taħt il-kontroll doganali previst mil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-forom abitwali kollha ta’ trattament.
Artikolu 14
Kontrolli u penalitajiet
1. Il-prodotti agrikoli koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli amministrattivi meta jiġu introdotti fil-gżejjer minuri kif ukoll meta jiġu esportati jew spediti minnhom.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli magħmula mill-Greċja. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2):
2. Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ kondizzjonijiet klimatiċi straordinarji, jekk operatur, kif imsemmi fl-Artikolu 11, jonqos milli jkun konformi mal-impenji meħuda taħt dak l-Artikolu, l-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe sanzjoni applikabbli taħt il-liġi nazzjonali, għandha:
(a) |
tirkupra l-vantaġġ mogħti lill-operatur; |
(b) |
tissospendi temporanjament jew tirrevoka r-reġistrazzjoni tal-operatur, skont il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità. |
3. Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ kondizzjonijiet klimatiċi straordinarji, fejn operaturi, kif imsemmi fl-Artikolu 11, ma jagħmlux l-entratura ppjanata, l-intitolament tagħhom li japplikaw għal ċertifikati għandu jiġi sospiż mill-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ 60 jum wara li jkun skada dak iċ-ċertifikat. Wara l-perjodu tas-sospensjoni, il-ħruġ ta’ ċertifikati sussegwenti għandu jkun suġġett għad-depożitu ta’ garanzija ugwali għall-ammont tal-benefiċċju li għandu jingħata matul perjodu taż-żmien li jrid ikun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti.
L-awtorità kompetenti għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tuża mill-ġdid kull kwantità ta’ prodotti magħmula disponibbi bħala riżultat tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni parzjali jew il-kanċellament taċ-ċertifikati maħruġa jew l-irkupru tal-benefiċċju.
KAPITOLU IV
MIŻURI TA’ GĦAJNUNA GĦALL-PRODOTTI AGRIKOLI LOKALI
Artikolu 15
Miżuri
1. Il-programm ta’ għajnuna jinkludi l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu żgurati l-kontinwità u l-iżvilupp ta’ produzzjoni agrikola lokali fil-gżejjer minuri fl-ambitu tat-Titolu III tal-Parti 3 tat-Trattat.
2. Il-parti tal-programm iddedikata għall-miżuri ta’ għajnuna għall-prodotti agrikoli lokali għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
deskrizzjoni kwantifikata tas-sitwazzjoni attwali ta’ din il-produzzjoni agrikola li tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni disponibbli, li turi d-differenzi, in-nuqqasijiet u l-potenzjali għall-iżvilupp u r-riżorsi finanzjarji użati; |
(b) |
deskrizzjoni tal-istrateġija proposta, il-prijoritajiet magħżula u l-għanijiet ġenerali u operattivi kwantifikati, u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi; |
(c) |
deskrizzjoni tal-miżuri previsti, b’mod partikolari l-iskemi ta’ għajnuna għall-implimentazzjoni tagħhom, u, fejn ikun meħtieġ, tagħrif dwar il-ħtiġijiet għal kwalunkwe studju, proġett dimostrattiv, operazzjonijiet ta’ taħriġ jew ta’ assistenza teknika marbuta mat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew l-adattament tal-miżuri kkonċernati; |
(d) |
il-lista tal-għajnuniet li jikkostitwixxu pagamenti diretti fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (10); |
(e) |
l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura u l-ammont provviżorju għal kull azzjoni bl-għan li jintlaħaq għan wieħed jew aktar tal-programm. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar rekwiżiti għall-provvista tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
4. Il-programm jista’ jinkludi miżuri ta’ appoġġ għall-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u t-trasport tal-prodotti agrikoli pproċessati u mhumiex tal-gżejjer minuri.
Kull miżura tista’ tinqasam f’azzjonijiet. Għal kull azzjoni l-programm għandu jiddefinixxi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
il-benefiċjarji; |
(b) |
il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà; |
(c) |
l-ammont unitarju tal-għajnuna. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 21 dwar il-kondizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna mogħtija fir-rigward tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u t-trasport ta’ prodotti kemm ipproċessati kif ukoll mhux ipproċessati barra mir-reġjun tal-produzzjoni tagħhom u, fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet għall-istabbiliment tal-kwantitajiet ta’ prodotti soġġetti għal dik l-għajnuna.
Artikolu 16
Kontrolli u pagamenti mhux dovuti
1. Il-kontrolli tal-miżuri msemmija f’dan il-Kapitolu għandhom isiru permezz ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post.
2. F’każ ta’ pagamenti mhux dovuti, il-benefiċjarju kkonċernat għandu l-obbligu li jħallas lura l-ammonti inkwistjoni. L-Artikolu 80 tar-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kondizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kondizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (11) għandu japplika mutatis mutandis.
KAPITOLU V
MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT
Artikolu 17
Għajnuna mill-Istat
1. Għall-prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat, li għalihom japplikaw l-Artikoli 107, 108 u 109 tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, skont it-termini tal-Artikolu 108 tat-Trattat, fis-setturi tal-produzzjoni, ipproċessar, kummerċjalizzazzjoni u trasport ta’ dawn il-prodotti, għajnuniet operattivi bil-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi li hemm fuq il-produzzjoni agrikola għall-gżejjer minuri li jirriżultaw mill-insularità u ċ-ċokon tagħhom, mit-terren muntanjuż u l-klima tagħhom u mid-dipendenza ekonomika tagħhom minn għadd żgħir ta’ prodotti u mid-distanza tagħhom mis-swieq.
2. Il-Greċja tista’ tagħti finanzjament komplementari għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ. F’dan il-każ, il-Greċja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-Kummissjoni tista’ tapprovaha b’konformità ma’ dan ir-Regolament tagħha bħala parti mill-programm ta’ appoġġ. L-għajnuna hekk notifikata għandha titqies bħala notifikata fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u b’deroga mill-Artikolu 180 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (12), l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti li jkunu saru mill-Greċja, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u bl-applikazzjoni tal-Kapitoli III u IV ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 18
Riżorsi finanzjarji
1. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu interventi maħsuba għar-regolarizzazzjoni tas-swieq agrikoli fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (13).
2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont annwali massimu ta’ EUR 23,93 miljun.
3. L-ammont allokat annwalment għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III m’għandux ikun ta’ aktar minn EUR 7,11 miljun.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti li f’konformità magħhom il-Greċja tista’ temenda l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, taħt l-Artikolu 21, dwar il-kondizzjonijiet biex jiġi determinat l-ammont annwali massimu li jista’ jiġi allokat għall-miżuri ta’ finanzjament ta’ studji, ta’ proġetti dimostrattivi, ta’ taħriġ u ta’ assitenza teknika, sakemm tali allokazzjoni tkun raġonevoli u proporzjonata.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 19
Miżuri nazzjonali
Il-Greċja għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontrolli u penalitajiet amministrattivi, u għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 20
Komunikazzjonijiet u rapporti
1. Il-Greċja għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, dwar il-krediti li jkunu saru disponibbli lilha u li jkollha l-ħsieb li tonfoq matul is-sena ta’ wara għall-implimentazzjoni tal-bilanċ previst tal-provvista u dwar kull miżura favur il-produzzjoni agrikola lokali inkluża fil-programm ta’ appoġġ.
2. Il-Greċja għandha tippreżenta quddiem il-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni fis-sena preċedenti tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2016, u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li juri l-impatt tal-azzjoni meħuda skont dan ir-Regolament, flimkien ma’ proposti adegwati, fejn applikabbli.
Artikolu 21
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 11(2), 15(4) u 18(4) b’dan tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-21 ta’ Marzu 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal termini ta’ durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull terminu.
3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 11(2), 15(4) u 18(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din ma għandhiex taffettwa il-validità ta’ kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. L-atti delegati adottati taħt l-Artikoli 11(2), 15(4) u 18(4) għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 22
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Pagamenti Diretti mwaqqaf permezz tal-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 23
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 huwa b’dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness.
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 82.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2013 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2013.
(3) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.
(4) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(5) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(6) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(7) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(8) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Volum 2, p. 382.
(9) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
(10) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(11) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.
(12) ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7.
(13) ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 1.
ANNESS
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1405/2006 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3 |
Artikolu 8 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 10 |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 5 |
Artikolu 13 |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 8 |
Artikolu 4 |
Artikolu 9(a), (b) |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 9(c), (d), (e) u (f) |
Artikolu 5 |
Artikolu 10 |
Artikolu 7, it-tieni paragrafu |
Artikolu 11 |
Artikolu 17 |
Artikolu 12 |
Artikolu 18 |
Artikolu 13 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 14(a) |
Artikolu 6(2) sa (4) |
Artikolu 14(b) |
Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu, (2) u (3) |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |
Artikolu 18 |
Artikolu 23 |
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |