ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.077.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
20 ta' Marzu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/138/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

1

 

 

2013/139/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) fi preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsuba għall-użu f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE ( 1 )

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 247/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 249/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

16

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 250/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

18

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE tad-19 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 1 )

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/140/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2013 li taħtar membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

23

 

 

2013/141/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2013 li taħtar membru Spanjol u tliet membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Marzu 2013

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

(2013/138/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 ġiet konkluża bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE (1) u ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Dik il-Konvenzjoni kienet estiża l-aħħar f’Ġunju 2011 permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ, u tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2013. Huwa fl-interess tal-Unjoni li din terġa’ tiġi estiża. Għalhekk, il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ, għandha tiġi awtorizzata tivvota favur din l-estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi diK il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47.


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Marzu 2013

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

(2013/139/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993 għal perjodu ta’ tliet snin sal-31 ta’ Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien, dan ġie estiż b’mod regolari, għal perjodi oħra ta’ sentejn. Huwa ġie estiż l-aħħar f’Ġunju 2011, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, u se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2013. Huwa fl-interess tal-Unjoni li dan jerġa’ jiġi estiż. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtorizzata tivvota favur tali estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi diK il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.


REGOLAMENTI

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 244/2013

tad-19 ta’ Marzu 2013

li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) fi preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsuba għall-użu f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, l-enżimi tal-ikel, l-aromatizzanti, in-nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista’ tiġi emendata bil-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(4)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) bħala aġent kontra t-tagħqid miżjud ma’ preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsub biex jintuża fil-formulae tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment kif definiti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formulae tat-trabi u formulae tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (3) ġiet ippreżentata fid-19 ta’ Ġunju 2009 u saret disponibbli lill-Istati Membri.

(5)

L-applikazzjoni tikkonċerna entrata ġdida fit-Taqsima B tal-Parti 5 tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Il-ħtieġa teknoloġika tal-fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) bħala addittiv fl-ikel tirrigwarda l-kapaċità tiegħu li jipprovdi proprjetajiet uniċi bħala aġent li jipprevjeni t-tagħqid fit-taħlitiet fil-forma ta’ trab. Il-prodott jista’ jieħu sa 10 % tal-piż tiegħu stess ta’ umdità (umdità) mill-ambjent biex jevita li t-taħlita tagħqad f’biċċiet u biex il-preparazzjonijiet jinżammu f’konsistenza adegwata mingħajr tgħaqqid żejjed, li huwa kkunsidrat ta’ benefiċċju għall-konsumatur.

(6)

Il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel avża dwar is-sikurezza tal-fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) bħala addittiv tal-ikel fi preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsub biex jintuża fil-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment u esprimiet l-opinjoni tagħha fis-7 ta’ Ġunju 1996 (4), li tikkonkludi li l-użu tiegħu huwa aċċettabbli sakemm il-livelli totali tal-kalċju, il-fosforu u l-proporzjon bejniethom ma jinqabżux.

(7)

Imluħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku, inkluż il-fosfat tat-trikalċju, huma sustanzi minerali li huma awtorizzati għall-użu f’formulae tat-trabi u formulae tal-prosegwiment skont l-Anness III mad-Direttiva 2006/141/KE. L-awtorizzazzjoni tal-użu tal-fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) bħala aġent kontra t-tagħqid fi preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsub biex jintuża fil-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment għalhekk mhux qed jiġi kkunsidrat ta’ tħassib għas-sigurtà, sakemm l-ammonti totali ta’ kalċju u fosfru jibqgħu fil-limiti għal dawn iż-żewġ minerali u fil-proporzjon kalċju:fosfru kif stabbilit f’dik id-Direttiva.

(8)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem.

(9)

Billi l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) bħala aġent kontra t-tagħqid fi preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsub biex jintuża fil-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment għandha tikkonforma mal-limitu għal kalċju, fosfru u l-proporzjon kalċju:fosfru stabbilit fid-Direttiva 2006/141/KE, l-aġġornament ta’ dik il-lista x’aktarx li ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għal dik ir-raġuni, mhuwiex neċessarju li titfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel.

(10)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) bħala aġent kontra t-tagħqid f’preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsub biex jintuża fil-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment.

(11)

Konsegwentement, l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(4)  Reports of the Scientific Committee for Food, Fortieth series, 1997.


ANNESS

Fit-Taqsima B tal-Parti 5 tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-annotazzjoni dwar l-addittiv tal-ikel E 341(iii) huwa mibdul b’ dan li ġej:

“E 341(iii)

Fosfat tat-trikalċju

Trasferiment massimu 150 mg/kg bħala P2O5 u fil-limitu għal kalċju, fosfru u l-proporzjon kalċju:fosfru kif stabbilit fid-Direttiva 2006/141/KE

In-nutrijenti kollha

Formulae tat-trabi u formulae ta’ prosegwiment, kif definiti fid-Direttiva 2006/141/KE

Il-livell massimu ta’ 1 000  mg/kg espress bħala P2O5 mill-użi kollha fl-ikel finali msemmija fil-punt 13.1.3 tal-Parti E tal-Anness II huwa rispettat

In-nutrijenti kollha

Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit bid-Direttiva 2006/125/KE”


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 245/2013

tad-19 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu.

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni teħtieġ tadotta miżuri ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tal-istandards bażiċi komuni stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament billi tissupplimentahom.

(2)

Miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili huma stipulati fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). B’mod partikolari, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 jistipula metodi, inklużi teknoloġiji għall-individwazzjoni ta’ splussivi likwidi, biex likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs) ikunu jistgħu jiddaħħlu f’żoni ristretti ta’ sigurtà u jittellgħu abbord l-inġenji tal-ajru.

(3)

Sabiex jippermetti introduzzjoni progressiva ta’ sistema għall-iskrinjar tal-isplussivi likwidi, l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (3) stabbilixxa żewġ dati: id-29 ta’ April 2011 għall-iskrinjar ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs) miksuba f’ajruport ta’ pajjiż terz jew inkella abbord inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru mhux Komunitarju u d-29 ta’ April 2013 għall-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet kollha.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011 tat-22 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward tad-dħul f’fażijiet tal-iskrining ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet fl-ajruporti tal-UE (4) ħassar id-data tad-29 ta’ April 2011 peress li l-iżviluppi fil-livell tal-UE u dak internazzjonali ftit qabel id-29 ta’ April 2011 urew li ftit ajruporti effettivament kienu se jkunu kapaċi joffru faċilitajiet ta’ skrinjar u li ma setax ikun ċar għall-passiġġieri jekk il-likwidi, aerosols u ġellijiet miksuba f’ajruport ta’ pajjiż terz jew abbord inġenju tal-ajru ta’ trasportatur mhux Komunitarju kinux se jitħallew jiddaħħlu f’żoni ristretti tas-sigurtà jew abbord inġenju al-ajru.

(5)

L-iżviluppi ta’ natura teknoloġika jew regolatorja kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll dak internazzjonali jistgħu jaffettwaw id-dati stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 u, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposti għar-reviżjoni, partikolarment billi jitqiesu l-operabbiltà tat-tagħmir u l-faċilitazzjoni tal-passiġġieri.

(6)

Il-Kummissjoni ħadmet mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati kollha biex tivvaluta s-sitwazzjoni fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE sa Lulju 2012. Bħala parti minn din il-ħidma, twettqu provi operazzjonali. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’Lulju 2012 fil-forma ta’ rapport tal-Kummissjoni (5).

(7)

Abbażi ta’ din il-valutazzjoni u, partikolarment, meta jitqies ir-riskju operazzjonali konsiderevoli kieku l-likwidi, aerosols u ġellijiet kollha kellhom jiġu skrinjati b’mod obbligatorju għall-isplussivi likwidi fl-ajruporti kollha tal-Unjoni mid-29 ta’ April 2013, il-Kummissjoni tqis li din id-data għandha tiġi sostiwita bit-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet li tiżgura ż-żamma ta’ livell għoli ta’ sigurtà u l-faċilitazzjoni tal-passiġġieri fl-istadji kollha kif dettaljati fir-regoli ta’ implimentazzjoni.

(8)

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7.

(3)  ĠU L 90, 10.4.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 193, 23.7.2011, p. 19.

(5)  COM(2012)404, 18.7.2012, mhux ippubblikat.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti A, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Għall-iskrining tal-bagalji tal-kabina, l-oġġetti li jinġarru minn persuni għajr passiġġieri, posta bl-ajru u oġġetti li jinġarru bl-ajru għajr meta jitgħabbew fl-istiva ta’ inġenju tal-ajru, provvisti ta’ titjira u provvisti ta’ ajruport:

(a)

tfittxija bl-idejn;

(b)

kontroll viżiv;

(c)

tagħmir tal-x-ray;

(d)

tagħmir b’sistemi li jiskopru l-isplussivi (EDS);

(e)

klieb li jxommu l-isplussivi (EDD);

(f)

tagħmir li jiskopri traċċi ta’ splussivi (ETD); u

(g)

tagħmir b’sistemi li jiskopru splussivi likwidi (LEDS).”

(b)

Il-Parti B1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI B1.

Likwidi, aerosols u ġellijiet

Likwidi, aerosols u ġellijiet għandhom jitħallew jiddaħħlu f’żoni ristretti tas-sigurtà bil-kundizzjoni li jkunu skrinjati jew eżentati mill-iskrining skont ir-rekwiżiti tar-regoli ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.”


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 246/2013

tad-19 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stipulati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (2) li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, kif emendat, jistipula metodi, inklużi teknoloġiji għall-individwazzjoni ta’ splussivi likwidi, biex likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs) ikunu jistgħu jiddaħħlu f’żoni ristretti ta’ sigurtà u jittellgħu abbord l-inġenji tal-ajru.

(3)

Il-Kumissjoni tista’ tagħmel proposti għar-reviżjoni, partikolarment billi jitqiesu l-operabbiltà tat-tagħmir u l-faċilitazzjoni tal-passiġġieri u fid-dawl tar-Rapport (3) mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-iskrinjar ta’ sigurtà tal-likwidi, l-aerosols u l-ġellijiet fl-ajrurporti tal-UE. Il-Kummissjoni tqis bħala xieraq li jiddaħħal l-iskrinjar obbligatorju għall-isplussivi likwidi fir-rigward tal-bejgħ mill-ajruporti u t-trasportaturi bl-ajru ta’ LAGs issiġillati f’boroż tas-sigurtà li juru kull tbagħbis (STEBs), kif ukoll ta’ LAGs li għandhom jintużaw matul il-vjaġġ għal raġunijiet mediċi inkella bħala rekwiżit speċjali tad-dieta, inkluż l-ikel tat-trabi.

(4)

Il-Kummissjoni hija impenjata li telimina bis-sħiħ ir-restrizzjonijiet fuq il-ġarr ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet. Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-iskrinjar minn Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tanalizza s-sitwazzjoni sa tmiem l-2014 u tiddefinixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet kollha kkonċernati, il-pass jew il-passi li jmiss biex jintlaħaq dan l-għan, jekk possibbli matul is-sentejn li jmiss wara l-ewwel pass.

(5)

Il-Kummissjoni għandha ssegwi mill-qrib l-iżvilupp teknoloġiku tas-sistemi għall-individwazzjoni ta’ splussivi likwidi bl-għan li possibbilment tippermetti lill-ajruporti jintroduċu, fil-futur, sistemi ta’ skrinjar li jkunu kapaċi jindirizzaw aktar theddid (bħal splussivi likwidi u solidi) b’mod effiċjenti fl-istess ħin u jissimplifikaw proċeduri ta’ ħruġ ta’ oġġetti mill-bagalji.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (4) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sat-30 ta’ Ġunju 2013, l-ajruporti jew l-entità responsabbli għall-iskrinjar għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet xierqa dwar l-istat tal-implimentazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw l-introduzzjoni u l-użu tat-tagħmir ta’ skrinjar tal-likwidi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru 2013.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Punt 2 tal-Anness għandu japplika mill-31 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7.

(3)  COM(2012) 404, 18.7.2012, mhux ippubblikat.

(4)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


ANNESS

1.

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu 4, għandu jiżdied il-punt (c) li ġej mal-punt 4.0.4:

“(c)

tagħmir ta’ sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi likwidi (LEDS) huwa tagħmir li kapaċi jindividwa materjali ta’ theddid li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 12.7 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774.”

(b)

Fil-Kapitolu 4, il-punt 4.1.3.4(g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

inkiseb f’ajruport li jinsab f’pajjiż terz elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-D, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun issiġillat f’borża tas-sigurtà li turi kull tbagħbis (STEB) li fiha tintwera prova sodisfaċenti li nxtara f’żona tal-ajru f’dak l-ajruport fl-aħħar 36 siegħa. L-eżenzjonijiet previsti f’dan il-punt jistgħu jintużaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Jannar 2014.”

(c)

Fil-Kapitolu 4, jitħassru l-punt 4.1.3.1 u l-punt 4.1.3.2.

(d)

Fil-Kapitolu 12, il-punt 12.7.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.7.1.1.

Tagħmir ta’ LEDS għandu jkunu kapaċi jindividwa u jindika, permezz ta’ allarm, kwantitajiet individwali speċifiċi jew ogħla ta’ materjali ta’ theddida fl-LAGs.”

(e)

Fil-Kapitolu 12, il-punt 12.7.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“12.7.2.   Standards għal tagħmir ta’ Sistemi għall-Individwazzjoni tal-Isplussivi Likwidi (LEDS)

12.7.2.1.

Għandu jkun hemm tliet standards għat-tagħmir ta’ LEDS. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

12.7.2.2.

It-tagħmir ta’ LEDS kollu għandu jissodisfa l-istandard 1.

It-tagħmir ta’ LEDS li jissodisfa l-istandard 1 jista’ jintuża sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Jannar 2016.

12.7.2.3.

L-istandard 2 għandu japplika għat-tagħmir kollu ta’ LEDS installat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

It-tagħmir kollu ta’ LEDS għandu jissodisfa l-istandard 2, b’mod effettiv, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2016.”

2.

B’effett mill-31 ta’ Jannar 2014, l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu 4, il-punt 4.1.2.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.1.2.2.

L-entità xierqa fl-ajruporti kollha għandhom jiskrinjaw, mad-dħul fl-SRA, mill-inqas l-LAGs miksuba f’ajruport jew abbord inġenju tal-ajru li jkunu ssiġillati f’STEB li fiha tintwera prova sodisfaċenti li nxtraw f’żona tal-ajru f’dak l-ajruport jew abbord inġenju tal-ajru, kif ukoll LAGs li se jintużaw waqt il-vjaġġ għal raġunijiet mediċi inkella bħala rekwiżit speċjali tad-dieta, inkluż l-ikel tat-trabi.

Qabel l-iskrinjar, l-LAGs għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b’mod separat minn oġġetti oħra tal-bagalji tal-kabina, sakemm it-tagħmir li jkun qiegħed jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina ma jkunx jista’ jiskrinja wkoll kontenituri magħluqin multipli tal-LAGs li jkun hemm fil-bagalji.

Meta l-LAGs ikunu tneħħew mill-bagalji tal-kabina, il-passiġġier għandu jippreżenta:

(a)

l-LAGs kollha f’kontenituri individwali b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f’borża waħda tal-plastik trasparenti li tista’ tiġi ssiġillata mill-ġdid b’kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; kif ukoll

(b)

l-LAGs l-oħra kollha, inklużi STEBs li jinkludu LAGs.

L-awtoritajiet xierqa, il-linji tal-ajru u l-ajruporti għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa lill-passiġġieri fir-rigward tal-iskrinjar tal-LAGs fl-ajruporti tagħhom.”

(b)

Fil-Kapitolu 4, il-punt 4.1.3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.1.3.   Skrinjar ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs)

4.1.3.1.

LAGs li jinġarru minn passiġġieri jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar b’tagħmir ta’ LEDS mad-dħul fl-SRA:

(a)

jekk l-LAG ikun jinsab f’kontenituri individwali b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f’borża tal-plastik trasparenti li tista’ tiġi ssiġillata mill-ġdid b’kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; jew

(b)

jekk l-LAG jiġi ssiġillat f’STEB apposta malli jinxtara fiż-żona tal-ajru ta’ dak l-ajruport;

(c)

jekk l-LAG f’STEB joriġina minn ajruport ieħor tal-UE jew inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-UE u jiġi ssiġillat mill-ġdid f’STEB apposta qabel joħroġ miż-żona ristretta tas-sigurtà tal-ajruport;

(d)

jekk l-LAG jiġi skrinjat f’dak l-ajruport b’tagħmir ta’ LEDs fiż-żona tal-ajru u mbagħad jiġi ssiġillat f’STEB apposta.

L-eżenzjonijiet imsemmija taħt il-punti c) u d) għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2015.

4.1.3.2.

L-STEBs apposta msemmija taħt il-punti b) sa d) tal-punt 4.1.3.1 għandhom:

(a)

ikunu identifikabbli b’mod ċar bħala STEB ta’ dak l-ajruport;

(b)

juru fihom prova ta’ akkwist jew siġillar mill-ġdid f’dak l-ajruport matul it-tliet sigħat ta’ qabel;

(c)

ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

4.1.3.3.

L-iskrinjar tal-LAGs għandu wkoll ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.”

(c)

Id-Dokument Mehmuż 4-D għandu jitħassar.


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 247/2013

tad-19 ta’ Marzu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

73,8

TN

97,8

TR

121,1

ZZ

97,6

0707 00 05

JO

194,1

MA

152,2

TR

139,5

ZZ

161,9

0709 91 00

EG

66,7

ZZ

66,7

0709 93 10

MA

42,0

TR

90,4

ZZ

66,2

0805 10 20

EG

61,2

IL

69,8

MA

62,8

TN

55,9

TR

70,7

ZZ

64,1

0805 50 10

TR

78,4

ZZ

78,4

0808 10 80

AR

116,0

BR

97,9

CL

134,3

CN

76,4

MK

32,3

US

184,9

ZA

115,3

ZZ

108,2

0808 30 90

AR

113,5

CL

155,7

CN

84,8

TR

168,0

US

194,3

ZA

103,8

ZZ

136,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 248/2013

tad-19 ta’ Marzu 2013

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2013 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.4.2013-30.6.2013

(f’%)

P1

09.4067

9,733479

P3

09.4069

0,329972


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 249/2013

tad-19 ta’ Marzu 2013

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2013 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.4.2013-30.6.2013

(%)

E2

09.4401

35,679089


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 250/2013

tad-19 ta’ Marzu 2013

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Marzu tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2013 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2013 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.4.2013-30.6.2013

(f’%)

1

09.4410

0,275711

2

09.4411

0,282249

3

09.4412

0,303802

4

09.4420

0,415976

6

09.4422

0,418413


DIRETTIVI

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/20


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/10/UE

tad-19 ta’ Marzu 2013

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 75/324/KEE tipprovdi għall-klassifikazzjoni tal-aerosol dispensers bħala “mhux fjammabbli”, “fjammabbli” jew “estremament fjammabbli”, skont il-kriterji ta’ klassifikazzjoni stipulati fl-Anness tagħha. Fejn aerosol dispenser huwa kklassifikat bħala “fjammabbli” jew “estremament fjammabbli”, għandu jkollu s-simbolu tal-fjamma u l-frażijiet tas-sigurtà S2 u S16 stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (3) jipprevedi l-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi u t-taħlitiet fl-Unjoni. Dan jinkorpora fil-livell tal-Unjoni, il-kriterji għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi u taħlitiet stipulati bis-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi li ġiet adottata fuq livell internazzjonali, fi ħdan l-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 se jħassar u jissostitwixxi d-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (4) sa mill-1 ta’ Ġunju 2015. Għalhekk jeħtieġ li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar tad-Direttiva 75/324/KEE għal dak ir-Regolament.

(4)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandha ssir distinzjoni bejn d-data tal-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-traspożizzjoni nazzjonali għall-aerosol dispensers li jkun fihom sustanza waħda u d-data tal-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-traspożizzjoni nazzjonali għall-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet. Madankollu, il-manifatturi tal-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet għandhom jitħallew japplikaw ir-rekwiżiti tal-ittikkettjar ta’ din id-Direttiva minn qabel, fuq bażi volontarja.

(5)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ piżijiet żejda fuq l-intrapriżi, hemm dispożizzjoni għal perjodu tranżizzjonali għall-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet, ittikkettati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli qabel l-1 ta’ Ġunju 2015 u li jitqiegħdu fis-suq sa dik id-data, li jippermettilhom jitqiegħdu fis-suq mingħajr ittikkettar mill-ġdid.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttiva dwar l-aerosol dispensers;

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 75/324/KEE

Id-Direttiva 75/324/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Is-sentenza ta’ introduzzjoni tinbidel b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), kull aerosol dispenser jew, fejn id-dettalji ma jistgħux jitpoġġew fuq l-aerosol dispenser minħabba qisien żgħar (kapaċità massima ta’ 150 ml jew inqas) it-tikketta mwaħħla miegħu għandu jkollha d-dettalji li ġejjin f’karattri li jidhru, jinqraw u ma jitħassrux:

(*)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.”"

(b)

Il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

id-dettalji li għalihom hemm riferenza fil-punt 2.2 tal-Anness,”.

(2)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 1, jidħlu l-punti li ġejjin 1.7a u 1.7b:

“1.7a.   Sustanza

‘Sustanza’ tfisser sustanza kif iddefinita fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

1.7b.   Taħlita

‘Taħlita’ tfisser taħlita kif iddefinita fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008”.

(b)

Fil-punt 2, il-punti 2.2 sa 2.4 jinbidlu f’dan li ġej:

“2.2.   Ittikkettar

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kull aerosol dispenser għandu juri b’mod viżibbli l-immarkar li ġej b’mod leġibbli u li ma jitħassarx:

(a)

Ikun xi jkun il-kontenut tiegħu:

(i)

id-dikjarazzjoni dwar il-periklu H229: ‘Kontenitur taħt pressjoni: Jista’ jfaqqa’ bit-tisħin’,

(ii)

id-dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni P210 u P251 stipulati fil-Parti 1, it-Tabella 6.2 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(iii)

id-dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni P410 u P412 stipulati fil-Parti 1, it-Tabella 6.4 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(iv)

id-dikjarazzjoni ta’ prekawzjoni P102 stipulata fil-Parti 1, Tabella 6.1 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, fejn l-aerosol dispenser huwa prodott tal-konsumatur;

(v)

kwalunkwe prekawzjoni operattiva addizzjonali li twissi lill-konsumaturi għall-perikli speċifiċi tal-prodott; jekk l-aerosol dispenser ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet għall-użu separati, dawn tal-aħħar iridu jirriflettu wkoll dawn il-prekawzjonijiet operattivi.

(b)

Fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala ‘mhux fjammabbli’ skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal ‘Twissija’.

(c)

Fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala ‘fjammabbli’ skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal ‘Twissija’ u l-elementi l-oħra tat-tikketta għal ‘Aerosols Fjammabbli tal-Kategorija 2’ stipulati fit-Tabella 2.3.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(d)

Fejn l-aerosol huwa kklassifikat bħala ‘estremament fjammabbli’ skont il-kriterji tal-punt 1.9, il-kelma bħala sinjal ‘Periklu’ u l-elementi l-oħra tat-tikketta għal ‘Aerosols Fjammabbli tal-Kategorija 1’ stipulati fit-Tabella 2.3.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

2.3.   Volum tal-fażi likwida

Il-volum tal-fażi likwida b’50 °C ma għandux jaqbeż 90 % tal-kapaċità netta”.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet jistgħu jiġu ttikkettjati skont l-Artikolu 1 qabel l-1 ta’ Ġunju 2015.

2.   B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet u jitqegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Ġunju 2015 mhumiex meħtieġa li jiġu tikkettjati mill-ġdid skont l-Artikolu 1 sal-1 ta’ Ġunju 2017.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-19 ta’ Marzu 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Ġunju 2013, fir-rigward tal-aerosol dispensers li jkun fihom sustanza.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2015 fir-rigward tal-aerosol dispensers li jkun fihom taħlitiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(3)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.


DEĊIŻJONIJIET

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Marzu 2013

li taħtar membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/140/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Elisabeth GROSSMANN sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Michael SCHICKHOFER, Landesrat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Marzu 2013

li taħtar membru Spanjol u tliet membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/141/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Francisco Javier LÓPEZ ÁLVAREZ sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Guillermo ECHENIQUE GONZÁLEZ, is-Sur Senén FLORENSA I PALAU u s-Sinjura Elvira SAINT-GERONS HERRERA saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Iñigo URKULLU RENTERIA, Presidente del Gobierno Vasco

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura María Ángeles ELORZA ZUBIRÍA, Secretaria General de Acción Exterior del Gobierno Vasco

Is-Sur Roger ALBINYANA I SAIGÍ, Secretario de Asuntos Exteriores, Generalitat de Cataluña

Is-Sinjura María Sol CALZADO GARCÍA, Secretaria General de Acción Exterior de la Junta de Andalucía.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.