ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.068.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 68

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
12 ta' Marzu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 dwar importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx konsenjat mill-Filippini, kemm jekk dikjarat li joriġina mill-Filippini u kemm jekk le, u li jittermina l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri anti-dumping imposti minn dak ir-regolament permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom konsenjati mill-Malasja u t-Tajlandja, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja u fit-Tajlandja u kemm jekk le

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 206/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tad-data ta’ skadenza għar-reviżjoni tad-deċiżjoni dwar appoġġ għall-2013 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 fir-rigward tan-notifikazzjoni ta’ tali reviżjoni

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tal-kriterji mikrobijoloġiċi għan-nibet u r-regoli tal-kampjunar għall-karkassi tat-tjur u l-laħam frisk tat-tjur ( 1 )

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tan-nebbieta (sprouts) u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta ( 1 )

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ żidiet u modifikazzjonijiet dwar il-prodotti koperti b’dak l-Anness ( 1 )

30

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 213/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

53

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2013/9/UE tal-11 ta’ Marzu 2013 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità ( 1 )

55

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK tal-11 ta' Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

57

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 ( ĠU L 189, 20.7.2007 )

61

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 205/2013

tas-7 ta’ Marzu 2013

li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 dwar importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx konsenjat mill-Filippini, kemm jekk dikjarat li joriġina mill-Filippini u kemm jekk le, u li jittermina l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri anti-dumping imposti minn dak ir-regolament permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom konsenjati mill-Malasja u t-Tajlandja, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja u fit-Tajlandja u kemm jekk le

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri eżistenti

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 24,7 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) għall-kumpaniji kollha minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament, wara r-reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005 (3) (“ir-Regolament oriġinali”). Dawn il-miżuri minn issa ‘l quddiem se jissejħu “l-miżuri fis-seħħ” jew “il-miżuri oriġinali” u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn issa ‘l quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

1.2.   Il-bidu

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, u wara li ddeterminat li kienet teżisti biżżejjed evidenza prima facie sabiex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, iddeċidiet li tinvestiga fuq inizjattiva proprja l-evażjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ ċerti qafliet tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-RPĊ u li tagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti qafliet tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom ikkonsenjati mill-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini u kemm jekk le, suġġett għal reġistrazzjoni.

(3)

L-investigazzjoni inbdiet fil-15 ta’ Ġunju 2012 mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 502/2012 (4)“ir-Regolament ta’ ftuħ”).

(4)

L-evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kienet dik li seħħet wara l-impożizzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali ta’ bidla sinifikanti fix-xejra kummerċjali li tinvolvi esportazzjonijiet mir-RPĊ, il-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini lejn l-Unjoni, li għaliha ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tal-miżuri fl-investigazzjoni oriġinali. Din il-bidla allegatament irriżultat mit-trasbord ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-RPĊ permezz tal-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini lejn l-Unjoni.

(5)

Barra minn hekk, l-evidenza enfasizzat il-fatt li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezz. L-evidenza wriet li iktar importazzjonijiet mill-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini saru bi prezzijiet ħafna irħas mill-prezz li ma jikkawża ebda dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, aġġustat minħabba li l-ispejjeż tal-materja prima għolew.

(6)

Fl-aħħar nett, kien hemm evidenza li l-prezzijiet ta’ ċertu qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom konsenjati mill-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini ntremew minħabba l-valur normali stabbilit qabel matul l-investigazzjoni oriġinali, aġġustat minħabba li l-ispejjeż tal-materja prima għolew.

1.3.   Investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ, tal-Malasja, tat-Tajlandja u tal-Filippini, lill-produtturi esportaturi f’dawk il-pajjiżi, lill-importaturi fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u lill-industrija tal-Unjoni, bil-bidu tal-investigazzjoni.

(8)

Formoli ta’ eżenzjoni ntbagħtu lill-produtturi/esportaturi fil-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini li taf bihom il-Kummissjoni jew permezz tal-Missjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati għall-Unjoni Ewropea. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ li taf bihom il-Kummissjoni jew permezz tal-Missjoni tal-RPĊ għall-Unjoni. Il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni.

(9)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta’ ftuħ. Il-partijiet kollha kienu infurmati li nuqqas ta’ kooperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal sejbiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(10)

Seba’ produtturi/esportaturi mill-Malasja, sitta mit-Tajlandja u tlieta mill-Filippini u tliet kumpaniji relatati tagħhom fir-RPĊ, fejn applikabbli, ippreżentaw risposti għall-formoli ta’ eżenzjoni. Kienu rifjutati sottomissjonijiet ta’ żewġ kumpaniji mill-Malasja, waħda mit-Tajlandja u waħda mill-Filippini minħabba raġunijiet formali peress li nstab li l-kumpaniji inkwistjoni jew ma kinux il-produtturi tal-prodott investigat jew naqsu milli jikkooperaw wara s-sottomissjoni tal-formola tal-eżenzjoni jew peress li l-formola ta’ eżenzjoni kienet sottomessa fi stadju tard ħafna tal-investigazzjoni.

(11)

It-tweġibiet tal-kwestjonarju tressqu minn żewġ esportaturi Ċiniżi u erba’ importaturi/gruppi ta’ importaturi tal-Unjoni.

(12)

Il-Kummissjoni għamlet żjajjar ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

MCP Precision Sdn. Bhd. (il-Malasja):

Sofasco Industries (M) Sdn. Bhd. (il-Malasja):

Tigges Fastener Technology Sdn. Bhd. (il-Malasja): u l-kumpanija kummerċjali relatata tagħha Tigges Fastener Trading Sdn. Bhd. (il-Malasja):

Tong Heer Fasteners Co. Sdn. Bhd. (il-Malasja):

Well Union Metal Sdn. Bhd. il-Malasja u l-kumpaniji relatati tagħha fit-Tajwan Linkwell Industry u Linkfast Industry

A.B.P. Stainless Steel Fastener Co., Ltd. (it-Tajlandja)

Dura Fasteners Co., Ltd. (it-Tajlandja)

Taiyo Fasteners Co., Ltd. (it-Tajlandja)

Tong Heer Fasteners Co., Ltd. (it-Tajlandja)

TPC Stainless & Steel Fasteners Co., Ltd. (it-Tajlandja) kif ukoll il-kumpaniji relatati tagħha TPC Fasteners Co. Ltd, Thai Phaisarn Fastening Co. Ltd. u Phaisarn Fastening Ltd. Part. (it-Tajlandja)

Multi-Tek Fasteneres Inc. (il-Filippini) u l-kumpanija relatata tagħha fit-Tajwan Multi-Tek Fasteners & Parts Manufacturer Inc.

Phil Shin Works Corporation (il-Filippini)

Rosario Fasteners Corporation (il-Filippini) u l-kumpanija relatata tagħha fit-Tajwan Lu Chu Shin Yee Works Co., Ltd.

1.4.   Perjodu ta’ rappurtar u perjodu ta’ investigazzjoni

(13)

Il-perjodu ta’ rappurtar (PR) jiġifieri l-perjodu li għalih saru testijiet tal-valur miżjud u kalkoli ta’ dumping/bejgħ bi prezz irħas milli mistħoqq, kopra 12-il xahar mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012. Il-perjodu ta’ investigazzjoni (PI), jiġifieri l-perjodu li matulu saret analiżi dwar it-tibdiliet fix-xejriet kummerċjali u kienu eżaminati prattiki possibbli ta’ evażjoni, kopra l-perjodu mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali sal-aħħar tal-PR.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(14)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ evażjoni saret billi ġie analizzat b’mod suċċessiv jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, il-tliet pajjiżi interessati u l-Unjoni; jekk din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta’ ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju ġewx kompromessi f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott investigat; u jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel għall-prodotti simili fl-investigazzjoni oriġinali, jekk hemm bżonn skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

2.2.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat

(15)

Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċi NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 (“il-prodott ikkonċernat”).

(16)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-istess bħall-prodott ikkonċernat, iżda konsenjat mill-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini, kemm jekk dikjarat li joriġina fil-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini u kemm jekk le, li bħalissa jaqa’ taħt l-istess kodiċijiet NM bħala l-prodott konċernat (“il-prodott investigat”).

(17)

L-investigazzjoni wriet li ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, kif definiti hawn fuq, esportati lejn l-Unjoni mill-PRĊ u dawk ikkunsinjati mill-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini għall-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użi, u għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Sejbiet fir-rigward tal-Filippini

2.3.1.   Livell ta’ kooperazzjoni

(18)

Kif ingħad fil-premessa (10) hawn fuq, tliet kumpaniji mill-Filippini biss (iktar tard waħda minnhom instabet li mhix produttur jew esportatur tal-prodott investigat) ippreżentaw formola ta’ eżenzjoni bħala risposta. Għaldaqstant, il-kumpaniji li jikkooperaw kienu qed jirrapreżentaw 10 % tal-esportazzjonijiet Filippini tal-prodott investigat lejn l-Unjoni fir-RPĊ.

(19)

Risposta ta’ kwestjonarju kienet ippreżentata wkoll minn żewġ produtturi/esportaturi Ċiniżi; madankollu, l-ebda kumpanija minnhom ma kienet involuta fl-esportazzjoni lejn il-Filippini fil-PI.

(20)

B’kunsiderazzjoni għal-livell relattivament baxx ta’ kooperazzjoni ta’ kumpaniji Filippini u Ċiniżi, is-sejbiet fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċeti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom mill-Filippini għall-Unjoni u esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn il-Filippini kellhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ id-dejta tal-Eurostat intużat biex tiddetermina l-volumi ta’ importazzjoni ġenerali mill-Filippini lejn l-Unjoni u l-istatistika nazzjonali Ċiniża ntużat għad-determinazzjoni tal-esportazzjonijiet ġenerali mir-RPĊ lejn il-Filippini.

(21)

Fir-rigward tal-istatistika dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi, għandu jkun innotat li statistiki ta’ flussi ta’ kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Filippini jkopru kodiċijiet HS sħaħ, li huwa grupp ta’ prodotti ikbar mill-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat. Madankollu, b’kunsiderazzjoni għax-xejra ċara ħafna li eżistiet, din id-dejta tista’ tintuża biex tistabbilixxi bidla fix-xejra kummerċjali.

(22)

Fl-aħħar nett, bħala sors addizzjonali ta’ informazzjoni, intużat id-dejta pprovduta mill-awtoritajiet Filippini. Għalkemm din id-dejta ma kenitx kompluta u dettaljata biżżejjed biex tkun bażi unika għall-analiżi, kienet adattata għal kontroverifiki fir-rigward tax-xejra tal-kummerċ.

2.3.2.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(23)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali dwar l-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet lejn l-UE tal-prodott investigat mill-Filippini żdiedu f’daqqa u konsiderevolment. Mil-livell minimu ta’ inqas min 100 MT kull sena fl-2004-2005, l-importazzjonijiet żdiedu għal aktar minn 12 000 MT fil-PR.

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

PR

Volum

(MT)

69

23

1 369

6 048

7 046

5 406

15 580

14 528

12 075

Sors: il-Eurostat

(24)

Fl-istess ħin, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-Filippini kienu qed jiżdiedu konsiderevolment fis-snin 2004-PR minn 1 100 MT għal iktar minn 15 000 MT.

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

PR

Volum

(MT)

1 104

2 022

2 107

3 727

3 856

7 513

11 262

15 553

15 632

Sors: Statistika dwar esportazzjonijiet Ċiniżi (Global Trade Atlas Database)

(25)

Id-dejta turi b’mod ċar li l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Filippini kienu negliġibbli fl-2004 u l-2005. Madankollu, fl-2006, wara l-impożizzjoni tal-miżuri dwar ir-RPĊ, l-importazzjonijiet żdiedu f’daqqa u parzjalment issostitwixxew l-esportazzjonijiet mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni f’termini ta’ volum. Barra minn hekk, minn mindu ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, it-tnaqqis tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni kien wieħed sinifikanti (70 %). Qed jiġi nnutat ukoll li d-dejta li waslet mill-awtoritajiet Filippini tikkonferma li persentaġġ żgħir biss tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien rilaxxat għal kummerċ fit-territorju doganali tal-Filippini. Ħafna mill-importazzjonijiet kienu indirizzati għaż-żoni ekonomiċi speċjali.

2.3.3.   In-natura tal-prattika ta’ evażjoni

(26)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, il-proċess u l-ħidma jinkludu, fost l-oħrajn, il-konsenja tal-prodott suġġetta għall-miżuri permezz ta’ pajjiżi terzi.

(27)

Fl-RP huwa nnutat li esportazzjonijiet Filippini tal-kumpaniji li jikkooperaw ammontaw għal madwar 10 % tal-esportazzjonijiet Filippini totali lejn l-Unjoni. Il-bqija tal-esportazzjonijiet jistgħu jiġu attribwiti lill-produtturi li ma kkooperawx fl-investigazzjoni jew permezz ta’ prattiki ta’ trasbord. Il-konklużjoni tal-aħħar hija appoġġjata mill-informazzjoni u d-dejta pprovduti mill-awtoritajiet Filippini b’mod partikolari l-fatti li i) ħafna mill-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat kienu indirizzati lejn żoni ekonomiċi speċjali u ma daħlux fit-territorji doganali tal-Filippini, ii) l-għadd ta’ produtturi ġenwini tal-prodott investigat fil-Filippini huwa limitat ħafna.

(28)

L-eżistenza ta’ trasbord ta’ prodotti ta’ oriġini Ċiniża mill-Filippini, għaldaqstant, kienet ikkonfermata.

2.3.4.   Nuqqas ta’ raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping

(29)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għat-trasbord ħlief l-evażjoni tal-miżuri fis-seħħ tal-prodott ikkonċernat. Ma nstab l-ebda element, għajr għad-dazju, li seta’ jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-tagħbija mill-ġdid, ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-RPĊ mill-Filippini.

2.3.5.   L-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping

(30)

Biex jiġi vvalutat jekk il-prodott importat investigat, f’termini ta’ kwantitajiet u prezzijiet, imminax l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, intużat id-dejta tal-Eurostat bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta’ esportazzjonijiet minn kumpaniji li ma kkoperawx fil-Filippini. Il-prezzijiet kif kienu determinati ġew imqabbla mal-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara stabbilit għal produtturi tal-Unjoni fl-investigazzjoni oriġinali. Minħabba d-differenza sostanzjali fil-ħin bejn l-IP oriġinali u l-RP f’din l-investigazzjoni, kellhom ikunu kkunsidrati l-iżviluppi sinifikanti fl-elementi bażiċi tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Dan kien rifless fl-aġġustament tal-prezz li ma jikkawżax ħsara abbażi taż-żieda fil-prezz tal-materja prima bażika u, għall-kumplament tal-elementi tal-ispejjeż tal-manifattura u l-bejgħ, abbażi tal-varjazzjoni fl-indiċi tal-prezz tal-konsumatur fl-Unjoni.

(31)

Iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Filippini lejn l-Unjoni minn 100 MT fl-2004 għal 12 000 MT fil-PR, tqieset bħala sinifikanti f’termini ta’ kwantitajiet.

(32)

It-tqabbil tal-livell aġġustat li jelimina l-ħsara u l-prezz medju ippeżat tal-esportazzjonijiet urew bejgħ bi prezz irħas milli mistħoqq.

(33)

Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll ta’ prezzijiet.

2.3.6.   Evidenza ta’ dumping

(34)

Finalment, b’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valur normali stabbilit preċedentement fl-investigazzjoni oriġinali.

(35)

Fir-Regolament oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fit-Tajwan, li fl-investigazzjoni nstab li kien pajjiż analogu b’ekonomija tas-suq adegwata għar-RPĊ. Madankollu, minħabba d-differenza sostanzjali fil-ħin bejn il-PI oriġinali u l-PR f’din l-investigazzjoni, kellhom ikunu kkunsidrati l-iżviluppi sinifikanti fl-elementi bażiċi tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Dan kien rifless fl-aġġustament tal-valur normali abbażi taż-żieda fil-prezz tal-materja prima bażika u, għall-kumplament tal-elementi tal-ispejjeż tal-manifattura u l-bejgħ, abbażi tal-varjazzjoni fl-indiċi tal-prezz tal-konsumatur fit-Tajwan.

(36)

Il-prezz tal-esportazzjonijiet mill-Filippini kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri fuq il-prezz medju tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom matul il-PR kif irrappurtat fil-Eurostat. L-użu tal-fatti disponibbli kien minħabba l-livell minimu ta’ kooperazzjoni ta’ kull produttur tal-prodott investigat fil-Filippini. Il-prezz medju tal-esportazzjoni użat għall-kalkolu kien kontroverifikat mal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni taż-żewġ esportaturi Filippini u jidher li huma kompatibbli magħhom.

(37)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant saru aġġustamenti għad-differenzi fit-trasport, l-assigurazzjoni u għall-VAT mingħajr rifużjoni fuq bejgħ għall-esportazzjoni fir-RPĊ. Minħabba li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi fil-Filippini u r-RPĊ, l-aġġustamenti kellhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-aħjar fatti disponibbli. Għaldaqstant, l-aġġustamenti għat-trasport u l-assigurazzjoni kienu bbażati fuq l-ispejjeż għat-trasport u l-assigurazzjoni għal kull tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali.

(38)

Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi tqabbel il-valur normali medju peżat aġġustat kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjoni korrispondenti tal-importazzjoni tal-Filippini matul ir-RP ta’ din l-investigazzjoni, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF f’dazju mhux imħallas fil-fruntiera tal-Unjoni.

(39)

It-tqabbil tal-valur normali medju peżat u l-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjonijiet kif stabbiliti wera dumping.

2.4.   Sejbiet fir-rigward tal-Malasja

2.4.1.   Livell ta’ kooperazzjoni

(40)

Kif iddikjarat fil-premessa (10) hawn fuq, seba’ kumpaniji mill-Malasja ppreżentaw it-tweġibiet tagħhom għall-formola tal-eżenzjoni. Waħda minn dawn il-kumpaniji dehret li ma kenitx il-produttur tal-prodott investigat, filwaqt li l-oħra ssottomettiet it-tweġiba mhux kompluta tagħha fi stadju tard tal-investigazzjoni li għamlitha impossibbli li tissupplimenta n-nuqqasijiet u tivverifika l-informazzjoni u d-dejta ppreżentata. Għaldaqstant, dawn iż-żewġ tweġibiet għall-formoli ta’ eżenzjoni kellhom jitwarrbu. Madanakollu, il-ħames kumpaniji li jikkooperaw Malasjani li baqa’ kienu qed jirrapreżentaw 93 % tal-esportazzjonijiet tal-Malasja tal-prodott investigat lejn l-Unjoni fir-RPĊ.

2.4.2.   Bidla fix-xejra tal-kummerċ

(41)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali dwar l-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet lejn l-UE tal-prodott investigat mill-Malasja żdiedu f’daqqa u konsistentement. Mil-livell minimu ta’ inqas min 2 000 MT kull sena fl-2004-2005, l-importazzjonijiet żdiedu għal aktar minn 13 000 MT fil-PR.

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

PR

Volum

(MT)

1 701

1 849

7 930

13 548

13 712

9 809

9 615

13 498

13 363

Sors: il-Eurostat

(42)

Madankollu, għandu jkun enfasizzat li wara ż-żjarat ta’ verifika, kien ikkonfermat li din iż-żieda fl-esportazzjonijiet tal-Malasja lejn l-Unjoni tista’ tkun spjegata miż-żieda tal-produzzjoni ġenwina fil-Malasja matul l-istess perjodu. Il-kumpaniji li jikkooperaw, li nstab li kienu produtturi mill-Malasja mhux involuti fil-prattiki ta’ evażjoni, jirrappreżentaw 93 % tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni żvelat li waħda biss minn dawn il-kumpaniji kienet qed tagħmel trasbord tal-prodott ikkonċernat iżda din il-prattika kienet tikkonċerna parti żgħira mill-bejgħ tagħha u ntemmet fl-2009. Ebda mill-kumpaniji li jikkooperaw ma nstab li kienet involuta fl-attivitajiet ta’ mmuntar fejn jintużaw partijiet jew semi prodotti ta’ oriġini Ċiniża.

(43)

B’kunsiderazzjoni għal dak imsemmi hawn fuq, qed jiġi konkluż li żieda fl-importazzjonijiet mill-Malasja hija ġġustifikata miż-żieda fil-produzzjoni domestika. Għaldaqstant, il-bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-Malasja u l-Unjoni ma tirriżultax minn prattiki ta’ evażjoni.

2.5.   Sejbiet fir-rigward tat-Tajlandja

2.5.1.   Livell ta’ kooperazzjoni

(44)

Kif iddikjarat fil-premessa (10) hawn fuq, sitt kumpaniji mit-Tajlandja ppreżentaw it-tweġibiet tagħhom għall-formola tal-eżenzjoni. Waħda minn dawn il-kumpaniji naqset milli tikkoopera fil-proċedura ulterjuri li għamlitha impossibbli li tissupplimenta nuqqasijiet u għamlet verifiki fuq il-post tal-informazzjoni u d-dejta ppreżentata. Għaldaqstant, din it-tweġiba għall-formola tal-eżenzjoni kienet imwarrba. Madanakollu, il-ħames kumpaniji li jikkooperaw Tajlandiżi li baqa’ kienu qed jirrapreżentaw 67 % tal-esportazzjonijiet tat-Tajlandja tal-prodott investigat lejn l-Unjoni fl-RP.

2.5.2.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(45)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali dwar l-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet lejn l-UE tal-prodott investigat mit-Tajlandja wrew ix-xejra li ġejja:

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

RP

Volum

(MT)

5 373

3 308

1 290

850

453

128

367

5 546

6 715

Sors: il-Eurostat

(46)

Analiżi tal-esportazzjonijiet mit-Tajlandja lejn l-Unjoni għandha ssir fl-isfond tal-fatt li minn Novembru 2005, it-Tajlandja, bħar-RPĊ, kienet suġġetta għal miżuri anti-dumping tal-Unjoni (5) Dawn il-miżuri skadew f’Novembru 2010. Wara dan, kien hemm żieda qawwija fl-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn l-Unjoni – minn 367 MT fl-2010 għal iktar minn 5 500 MT fl-2011 u iktar minn 6 700 MT fil-PR.

(47)

Madankollu, għandu jkun innutat li l-esportazzjonijiet Tajlandiżi tal-prodott investigat lejn l-Unjoni fil-PR huma f’termini assoluti mhux wisq ogħla minn fl-2004 qabel ma ġew imposti il-miżuri anti-dumping fuq il-RPĊ u t-Tajlandja. F’termini relattivi, (bħala sehem fl-importazzjonijiet totali tal-Unjoni), l-importazzjonijiet mit-Tajlandja saħansitra waqgħu minn 12 % għal 7 %.

(48)

L-investigazzjoni ma żvelat ebda trasbord jew attivitajiet ta’ mmuntar fejn jintużaw partijiet jew semi-prodotti ta’ oriġini Ċiniża. B’kunsiderazzjoni għall-fatt li qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping l-esportazzjonijiet mit-Tajlandja definittivament kienu ta’ produzzjoni Tajlandiża ġenwina, diffiċli li jiġi konkluż li l-livell attwali ta’ esportazzjonijiet li huwa simili fil-volum, ikollu oriġini differenti. Għandu jkun enfasizzat li l-ikbar żewġ produtturi Tajlandiżi f’din l-investigazzjoni kienu preżenti wkoll fl-investigazzjoni oriġinali kontra t-Tajlandja.

(49)

B’kunsiderazzjoni għal dak imsemmi hawn fuq, qed jiġi konkluż li żieda fl-importazzjonijiet mit-Tajlandja hija b’mod ġenerali ġġustifikata miż-żieda fil-produzzjoni domestika. Għaldaqstant, il-bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn it-Tajlandja u l-Unjoni ma tirriżultax minn prattiki ta’ evażjoni.

3.   MIŻURI

(50)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ kien ġie evitat permezz tat-trasbord mill-Filippini fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

(51)

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-prodott investigat, jiġifieri l-istess prodott imma kkonsenjat mill-Filippini sew jekk iddikjarat li joriġina mill-Filippini u sew jekk le.

(52)

Fid-dawl tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni f’din l-investigazzjoni, il-miżuri li jridu jiġu estiżi għandhom ikunu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”, li bħalissa huwa dazju definittiv anti-dumping ta’ 27,4 % applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju.

(53)

Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipulaw li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-ftuħ, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom ikkunsinjati mill-Filippini.

4.   TERMINAZZJONI TAL-INVESTIGAZZJONI FIR-RIGWARD TA’ IMPORTAZZJONIJIET MILL-MALASJA U T-TAJLANDJA

(54)

Fid-dawl tas-sejbiet rigward il-Malasja u t-Tajlandja, għandha tiġi tterminata l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri anti-dumping permezz tal-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom konsenjati mill-Malasja u t-Tajlandja u r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom konsenjati mill-Malasja u t-Tajlandja, introdotta mir-Regolament tal-ftuħ, ma għandhiex titkompla.

5.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(55)

Kif spjegat fil-premessa (10), 16-il kumpanija li jinsabu fil-Malasja, it-Tajlandja u l-Filippini ppreżentaw tweġibiet għall-formola ta’ eżenzjoni filwaqt li talbu eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli f’konformità mal-Artikolu 13(4)tar-Regolament bażiku.

(56)

It-talbiet għal eżenzjoni tal-kumpaniji mill-Malasja u t-Tajlandja ma kinux valutati peress li l-miżuri mhumiex estiżi għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(57)

Waħda mit-tliet kumpaniji Filippini li talbet eżenzjoni nstabet li ma kenitx tipproduċi u tesporta l-prodott investigat matul il-PI u ma setgħu jinstiltu ebda konklużjonijiet dwar in-natura tal-attivitajiet tagħha. Għalhekk, f’dan l-istadju ma tistax tingħata eżenzjoni lil din il-kumpanija. Madankollu, jekk jidher, wara l-estensjoni tal-miżuri b’rabta mal-anti-dumping fis-seħħ, li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku huma sodisfatti, il-kumpanija tista’ titlob li s-sitwazzjoni tagħha tiġi riveduta.

(58)

Wara ż-żjarat ta’ verifika ġie kkonfermat li ż-żewġ produtturi esportaturi Filippini li baqa’ kienu ġenwini. Għaldaqstant ġie konkluż li ma kinux involuti fi prattiki ta’ evażjoni u b’hekk dawn il-kumpaniji jistgħu jingħataw eżenzjoni.

(59)

Huwa meqjus li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta’ dawn l-eżenzjonijiet. Dawn il-miżuri speċjali huma r-rekwiżit li huwa ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri tal-fattura kummerċjali valida, li tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’tali fattura għandhom ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping estiż.

(60)

Produtturi oħra Filippini li ma fornewx tagħrif dwarhom f’dan il-proċediment u li ma esportawx il-prodott li qed jiġi investigat tul il-PI, u li beħsiebhom iressqu talba għal eżenzjoni mid-dazju estiż b’rabta mal-anti-dumping skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku, se jkunu mitluba jimlew formola ta’ eżenzjoni sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta din it-talba. Il-Kummissjoni normalment tagħmel ukoll żjara ta’ verifika fuq il-post. Sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku, l-eżenzjoni tista’ tingħata. Meta tingħata eżenzjoni, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jevadux il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012, mid-dazju estiż minn dan ir-Regolament,

6.   DIVULGAZZZJONI

(61)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Wara d-divulgazzjoni ma waslu l-ebda kummenti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” mir-RPĊ impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, permezz ta’ dan huwa estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhomkonsenjati mill-Filippini, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw mill-Filippini u kemm jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7318 12 10, ex 7318 14 10, ex 7318 15 30, ex 7318 15 51, ex 7318 15 61 u ex 7318 15 70 (kodiċijiet TARIC 7318121011, 7318121091, 7318141011, 7318141091, 7318153011, 7318153061, 7318153081, 7318155111, 7318155161, 7318155181, 7318156111, 7318156161, 7318156181, 7318157011, 7318157061 u 7318157081), minbarra dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Kumpanija

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Multi-Tek Fasteners Inc, Clark Freeport Zone, Pampanga, Philippines

B355

Rosario Fasteners Corporation, Cavite Economic Area, Philippines

B356

2.   L-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji speċifikament imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew awtorizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(2) tkun soġġetta għal preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, jiġi applikat id-dazju anti-dumping kif impost mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Id-dazju estiż mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Filippini u kemm jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 502/2012 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 1.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, minn importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom ikkonsenjati mill-Malasja u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u t-Tajlandja, u kemm jekk le, permezz ta’ dan hija tterminata.

Artikolu 3

1.   It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1, isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 08/20

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax: +32 22956505

2.   B’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet minn kumpaniji li ma evitawx il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2/2012, mid-dazju estiż bl-Artikolu 1.

Artikolu 4

L-awtoritajiet tad-dwana huma b’dan ordnati li jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 502/2012.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SHATTER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 5, 7.1.2012 p. 1.

(3)  ĠU L 302, 19.11.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 153, 14.6.2012, p. 8.

(5)  ĠU L 334M, 12.12.2008, p. 539.


ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(2):

(1)

l-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali;

(2)

id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett”;

(3)

data u firma.


12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 206/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 359/2011 tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

(2)

Fid-dawl tal-abbużi li qed isiru kontra d-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, aktar persuni u entità oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I mar-Regolament (UE) 359/2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 359/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  OJ L 100, 14.4.2011, p. 1.


ANNESS

Lista tal-persuni u l-entità msemmija fl-Artikolu 1

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf

 

Kap tal-Ħabs ta' Evin, maħtur madwar Ġunju/Lulju 2012. Sa mill-ħatra tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu referenza għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F'Ottubru 2012, disa' priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

12.3.2013

2.

KIASATI Morteza

 

Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, il-Fergħa 4, li kkundanna għall-mewt erba' priġunieri politiċi Għarab, Taha Heidarian, Abbas Heidarian, Abd al-Rahman Heidarian (tliet aħwa) u Ali Sharifi.

Dawn ġew arrestati, ittorturati u mgħallqa mingħajr proċess korrett. Saret referenza għal dawn il-każijiet u n-nuqqas ta' proċess korrett f'rapport tat-13/09/2012 mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iran tat-22/08/2012, u minn diversi NGOs.

12.3.2013

3.

MOUSSAVI, Seyed Mohammad Bagher

 

Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, il-Fergħa 2, li impona l-kundanna tal-mewt fuq ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha'bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17/3/12 għal "attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali" u "mibegħda kontra Alla".

Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9/01/13. L-NGOs irrappurtaw li l-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett.

12.3.2013

4.

SARAFRAZ, Mohammad (Dr.)

(magħruf ukoll bħala: Haj-agha Sarafraz)

Data tat-Twelid: madwar 1963

Post tat-Twelid: Tehran

Post tar-Residenza: Tehran

Post tax-Xogħol: IRIB u PressTV HQ, Tehran

Kap ta' IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu Press TV, flimkien ma' IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inklużi dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta' kull ġimgħa "Iran Today". Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil PressTV fir-Renju Unit ta' GBP 100,000 talli xandar il-konfessjoni ta' Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded.

Sarafraz għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt ta' proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013

5.

JAFARI, Asadollah

 

Prosekutur tal-Provinċja ta' Mazandaran, irrappurtat mill-NGOs bħala responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta' Baha'i minn arrest inizjali saż-żamma tagħhom f'iżolament fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Intelligence. Sitt eżempji konkreti ta' każijiet fejn inkiser il-proċess korrett huma dokumentati mill-NGOs, inkluż fl-2011 u l-2012.

12.3.2013

6.

EMADI, Hamid Reza

(magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

Data tat-Twelid: madwar 1973

Post tat-Twelid: Hamedan

Post tar-residenza: Tehran

Post tax-xogħol: Press TV HQ, Tehran

Direttur ta' Press TV Newsroom. Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inklużi l-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta' drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta' GBP 100,000 talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrappurtaw aktar eżempji ta' konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013

7.

HAMLBAR, Rahim

 

Imħallef tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tabriz. Responsabbli mill-kundanni serji kontra ġurnalisti u minoranzi etniċi Azeri u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, li akkużahom bi spjunaġġ, atti kontra s-sigurtà nazzjonali, propaganda kontra r-reġim Iranjan u insulti kontra l-mexxej tal-Iran. Ġie rrappurtat li s-sentenzi tiegħu ma segwewx proċess korrett f'diversi okkażjonijiet u d-detenuti ġew furzati jagħmlu konfessjonijiet foloz. Każ bi profil għoli kien jinvolvi 20 ħaddiem voluntier ta' għajnuna wara terremot (wara terremot fl-Iran f'Awwissu 2012) li tahom kundanni ta' ħabs għat-tentattivi tagħhom li jassistu lill-vittmi tat-terremot. Il-qorti sabet lill-ħaddiema ħatja minn "kollaborazzjoni f'assemblea u kollużjoni biex isiru reati kontra s-sigurtà nazzjonali."

12.3.2013

8.

MUSAVI-TABAR, Seyyed Reza

 

Kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta' Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta' attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha'i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. L-NGOs irrappurtaw li Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta' Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha'i Raha Sabet għal tliet snin f'iżolament.

12.3.2013

9.

KHORAMABADI, Abdolsamad

Kap tal-"Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali".

Abdolsamad Khoramabadi huwa Kap tal-"Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali", organizzazzjoni governattiva inkarigata miċ-ċensura online u l-kriminalità ċibernetika. Taħt it-tmexxija tiegħu l-Kummissjoni ddefiniet il-"kriminalità ċibernetika" permezz ta' għadd ta' kategoriji vagi li jikkriminalizzaw il-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta' kontenut meqjus bħala mhux adatt mir-reġim. Huwa responsabbli mir-repressjoni u l-ibblukkar ta' diversi siti elettroniċi tal-oppożizzjoni, gazzetti elettroniċi, blogs, siti elettroniċi ta' NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u ta' Google u Gmail minn Settembru 2012. Hu u l-Kummissjoni kkontribwew attivament għall-mewt f'detenzjoni tal-blogger Sattar Beheshti f'Novembru 2012.

B'hekk il-Kummissjoni li qed imexxi hija direttament responsabbli għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari bil-projbizzjoni u l-iffiltrar tas-siti elettroniċi għall-pubbliku ġenerali, u okkażjonalment bid-diżattivazzjoni għalkollox tal-aċċess għall-Internet.

12.3.2013


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Ċentru għall-Investigazzjoni tal-Kriminalità Organizzata (magħruf ukoll bħala: Uffiċċju tal-Kriminalità Ċibernetika jew Pulizija Ċibernetika)

Post: Tehran, Iran

Sit elettroniku: http://www.cyberpolice.ir

Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana hija unità tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, imwaqqfa f'Jannar 2011, li l-kap tagħha huwa Esmail Ahmadi-Moqaddam (elenkat). Skont ir-rapporti tal-istampa il-kap tal-pulizija Ahmadi-Moqaddam enfasizza li l-Pulizija Ċibernetika ser tfittex lill-gruppi anti-rivoluzzjonarji u ta' protesta li użaw in-netwerks soċjali bbażati fuq l-Internet fl-2009 biex jinħolqu protesti kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Mahmoud Ahmadinejad.

F'Jannar 2012, il-Pulizija Ċibernetika ħarġet linji gwida ġodda għall-Internet cafés, li jeħtieġu lill-utenti jipprovdu informazzjoni personali li tinżamm mis-sidien tal-café għal sitt xhur, kif ukoll rekord tas-siti elettroniċi li żaru. Ir-regoli jeħtieġu wkoll lis-sidien tal-café biex jinstallaw kameras tat-televixin b'ċirkwit magħluq u jżommu r-reġistrazzjonijiet għal sitt xhur. Dawn ir-regoli ġodda jistgħu joħolqu logbook li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jintraċċaw attivisti jew kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali.

F'Ġunju 2012, il-mezzi ta' komunikazzjoni Iranjani rrappurtaw li l-Pulizija Ċibernetika kienet ser tniedi repressjoni fuq in-netwerks privati virtwali (VPNs).

F'Ottubru 30, 2012, il-Pulizija Ċibernetika arrestat lill-blogger Sattar Beheshti (skont ma ġie rrappurtat, mingħajr mandat) għal "azzjonijiet kontra s-sigurtà nazzjonali fuq netwerks soċjali u Facebook." Beheshti kien ikkritika l-gvern Iranjan fil-blog tiegħu. Beheshti nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu fit-3 ta' Novembru, u huwa mifhum li dan ġie ttorturat għall-mewt mill-awtoritajiet tal-Pulizija Ċibernetika.

12.3.2013


12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 207/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tad-data ta’ skadenza għar-reviżjoni tad-deċiżjoni dwar appoġġ għall-2013 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 fir-rigward tan-notifikazzjoni ta’ tali reviżjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 142(c) u (r) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 68(8) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, sal-1 ta’ Settembru 2012, l-Istati Membri setgħu jirrevedu d-deċiżjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 69(1) ta’ dak ir-Regolament u jiddeċiedu, b’effett mill-2013, li jimmodifikaw l-ammonti għall-finanzjament tal-appoġġ speċifiku provdut fl-Artikolu 68(1) jew li l-applikazzjoni ta’ dak l-appoġġ tiġi fi tmiemha.

(2)

Bħala riżultat taż-żieda kontinwa tal-prezzijiet tal-ikel minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi avversi li affettwaw uħud mill-fornituri l-iktar importanti tal-qmuħ fl-Unjoni u fid-dinja fl-2012, l-Istati Membri qegħdin jiffaċċjaw l-aggravazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ impriżi agrikoli, b’mod partikolari fis-setturi tal-ħalib, iċ-ċanga u l-vitella u n-nagħaġ u l-mogħoż. Dawk is-setturi kienu qegħdin, fl-aħħar ta’ dik is-sena, jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji severi minħabba s-sehem sinifikanti tal-prezzijiet tal-għalf fl-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Tfaċċat sitwazzjoni ta’ emeġenza fejn jeżisti r-riskju reali tat-tnaqqis jew is-sospensjoni tal-attività li eventwalment iwasslu għal tnaqqis jew abbandunar tal-produzzjoni f’dawk is-setturi. Is-sitwazzjoni preżenti ma setgħetx tiġi prevista fiż-żmien meta d-deċiżjonijiet għas-sena 2013 setgħu jiġu riveduti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 68(8) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(3)

L-appoġġ speċifiku provdut fl-Artikolu 68(1) jidher li hu għodda tajba biex tiġi indirizzata tali sitwazzjoni billi jingħata appoġġ lill-impriżi li l-vijabbiltà tagħhom tkun mhedda. Biex tiġi indirizzata l-aggravazzjoni tas-sitwazzjoni tal-bdiewa fis-setturi tal-ħalib, iċ-ċanga u l-vitella u n-nagħaġ u l-mogħoż u biex jiġu evitati problemi prattiċi u speċifiċi serji li jistgħu jikkonsistu fil-konverżjoni mill-ġdid f’attivitajiet agrikoli oħra jew it-trasferiment tal-impriżi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jirrevedu d-deċiżjonijiet meħudin għas-sena 2013 f’perjodu ta’ żmien ġdid.

(4)

Għall-istess raġuni, id-data ta’ skandenza stabbilita fl-Artikolu 50(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (2) għan-notifika ta’ tali reviżjonijiet għall-Kummissjoni għandhom jiġu estiżi.

(5)

Għaldaqstant huwa xieraq li jkun hemm deroga mir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1120/2009.

(6)

Billi d-derogi jikkonċernaw is-sena 2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Deroga mir-Regolament (KE) Nru 73/2009

Permezz tad-deroga mill-Artikolu 68(8) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri jistgħu, sat-22 ta’ Marzu 2013, jirrevedu d-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 69(1) ta’ dak ir-Regolament rigward l-appoġġ speċifiku li għandu jingħata lis-setturi tal-ħalib, taċ-ċanga u tal-vitella u/jew tan-nagħaġ u tal-mogħoż b’effett mis-sena 2013.

Artikolu 2

Derogi mir-Regolament (KE) Nru 1120/2009

Permezz tad-deroga mill-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sat-22 ta’ Marzu 2013 dwar il-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ li huma għandhom l-intenzjoni li japplikaw fis-setturi tal-ħalib, taċ-ċanga u tal-vitella u/jew tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.


12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 208/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel u l-għalf b’mod ġenerali, u s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf b’mod partikolari, fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali. L-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament jistipula li t-traċċabbiltà tal-ikel, tal-għalf u tal-annimali li jipproduċu l-ikel, u ta’ kull sustanza oħra maħsuba, jew mistennija, li tkun inkorporata f’ikel jew f’għalf għandha tkun stabbilita fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni.

(2)

Dak l-Artikolu jistipula wkoll li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw kull persuna li tkun fornitilhom l-ikel u għandu jkollhom ukoll fis-seħħ sistemi u proċeduri biex jidentifikaw in-negozji l-oħra li lilhom ikunu ġew fornuti l-prodotti tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti meta jkun hemm talba għaliha.

(3)

Wara t-tifqigħa fl-Unjoni tal-E.coli (STEC) li jipproduċi t-tossina Shiga, f’Mejju 2011, il-konsum tan-nebbieta ġie identifikat bħala l-oriġini l-iktar probabbli tat-tifqigħat.

(4)

Fl-20 ta’ Ottubru 2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) adottat Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskju li jippreżenta l-Escherichia coli li jipproduċi t-tossina Shiga (STEC) u batterji patoġeniċi oħra fiż-żrieragħ u ż-żrieragħ bin-nebbieta (2). Fl-Opinjoni tagħha, l-EFSA tikkonkludi li l-kontaminazzjoni taż-żrieragħ niexfa bil-patoġeni batterjoloġiċi hija l-iktar sors inizjali probabbli tat-tifqigħat assoċjati man-nebbieta. Barra minn hekk, l-Opinjoni tiddikjara li, minħabba l-livell għoli ta’ umdità u t-temperatura favorevoli waqt it-tnibbit, il-patoġeni batterjoloġiċi preżenti fuq iż-żrieragħ niexfa jkunu jistgħu jimmultiplikaw waqt it-tnibbit u dan jirriżulta f’riskju għas-saħħa pubblika.

(5)

It-traċċabbiltà hija għodda effiċjenti għall-iżgurar tas-sigurtà fl-ikel, billi din tippermetti li ikel partikolari jiġi traċċat tul l-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni u dan jippermetti azzjoni rapida fil-każ ta’ tifqigħat mill-ikel. B’mod partikolari, it-traċċabbiltà ta’ ċertu ikel li ma joriġinax mill-annimali tista’ tgħin biex jitneħħa l-ikel mhux sikur mis-suq, u b’hekk jiġu protetti l-konsumaturi.

(6)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, dejjem għandu jkun hemm disponibbli l-ismijiet u l-indirizzi kemm tal-operatur tan-negozju tal-ikel li jforni n-nebbieta jew iż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta u kemm tal-operatur tan-negozju tal-ikel li lilu jkunu ġew fornuti tali żrieragħ jew nebbieta. Ir-rekwiżit jiddependi fuq l-approċċ “pass lura”-“pass ‘il quddiem” li jimplika li l-operaturi fin-negozju tal-ikel ikollhom sistema li tippermettilhom jidentifikaw il-fornitur(i) immedjat(i) u l-klijent(i) immedjat(i) tagħhom, ħlief meta huma jkunu l-konsumaturi finali.

(7)

Il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tan-nebbieta jistgħu jippreżentaw riskju potenzjalment għoli għas-saħħa pubblika, billi jistgħu jirriżultaw f’multiplikazzjoni sinifikanti ta’ patoġeni fl-ikel. Fil-każ ta’ tifqigħa mill-ikel marbuta mal-konsum tan-nebbieta, it-traċċar rapidu tal-prodotti kkonċernati huwa għalhekk essenzjali biex jiġi limitat l-impatt ta’ tifqigħa bħal din fuq is-saħħa pubblika.

(8)

Barra minn hekk, il-kummerċ fiż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta huwa mifrux, u dan iżid il-bżonn għat-traċċabbiltà.

(9)

Għaldaqstant, f’dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għat-traċċabbiltà tan-nebbieta u taż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta.

(10)

B’mod partikolari, huwa xieraq li jiġi stabbilit ir-rekwiżit li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jipprovdu tagħrif addizzjonali dwar il-volum jew il-kwantità ta’ żrieragħ jew nebbieta bħal din, id-data tal-kunsinna, flimkien ma’ referenza li tidentifika l-lott u deskrizzjoni dettaljata taż-żrieragħ jew tan-nebbieta.

(11)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi tan-negozji tal-ikel, huwa xieraq li jkun hemm lok għall–flessibbiltà fir-rigward tal-format li fih l-operaturi tan-negozji tal-ikel iżommu r-rekords u jibagħtu t-tagħrif rilevanti, bħala parti mir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà.

(12)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar it-traċċabbiltà tal-lottijiet ta’:

(i)

in-nebbieta;

(ii)

iż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għan-nebbieta, wara li din ikun sarilha trattament li jelimina l-perikli mikrobijoloġiċi, kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“nebbieta” ifisser il-produzzjoni mill-ġerminazzjoni taż-żrieragħ u l-iżvilupp tagħha fl-ilma jew f’materjal ieħor, maħsuda qabel l-iżvilupp ta’ weraq reali u li hija maħsuba biex tittiekel sħiħa biż-żerriegħa b’kollox;

(b)

“lott” ifisser kwantità ta’ nebbieta jew żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta, bl-istess isem tassonomiku, li tintbagħat mill-istess stabbiliment għall-istess destinazzjoni fl-istess jum. Lott wieħed jew aktar jistgħu jikkostitwixxu kunsinna. Madankollu, iż-żrieragħ b’isem tassonomiku differenti, li jitħalltu fl-istess pakkett u li jkunu maħsuba għal ġerminazzjoni flimkien, u n-nebbieta tagħhom ukoll huma kkunsidrati bħala lott wieħed.

Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ “kunsinna” fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2013 (3) għandha tapplika għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Rekwiżiti tat-traċċabbiltà

1.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel, fl-istadji kollha tal-ipproċessar u d-distribuzzjoni, għandhom jiżguraw li jinżamm rekord tat-tagħrif li ġej rigward il-lottijiet taż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta, jew il-lottijiet tan-nebbieta. L-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jiżgura wkoll li t-tagħrif meħtieġ biex ikun hemm konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tintbagħat lill-operatur tan-negozju tal-ikel, li lilu jiġu fornuti ż-żrieragħ jew in-nebbieta:

(a)

deskrizzjoni preċiża taż-żrieragħ jew tan-nebbieta, inkluż l-isem tassonomiku tal-pjanta;

(b)

il-volum jew il-kwantità taż-żrieragħ jew tan-nebbieta fornuta;

(c)

f’każ li ż-żrieragħ jew in-nebbieta jkunu ntbagħtu minn operatur ta’ negozju tal-ikel ieħor, l-isem u l-indirizz ta’:

(i)

l-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun bagħat iż-żrieragħ jew in-nebbieta,

(ii)

l-ispeditur (is-sid) jekk dan ikun differenti mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun bagħat iż-żrieragħ jew in-nebbieta;

(d)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel li lilu jintbagħtu ż-żrieragħ jew in-nebbieta;

(e)

l-isem u l-indirizz tal-ispeditur (is-sid), jekk dan ikun differenti mill-operatur tan-negozju tal-ikel li lilu jintbagħtu ż-żrieragħ jew in-nebbieta;

(f)

referenza li tidentifika l-lott, kif ikun xieraq;

(g)

id-data tal-kunsinna.

2.   It-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinżamm rekord tiegħu u jintbagħat fi kwalunkwe format xieraq, sakemm dan ikun jista’ jiġi aċċessat faċilment mill-operatur tan-negozju tal-ikel li lilu jiġu fornuti ż-żrieragħ jew in-nebbieta.

3.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jibagħtu t-tagħrif rilevanti msemmi fil-paragrafu 1 kuljum. Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġornati kuljum u jkunu disponibbli għal biżżejjed żmien wara li wieħed ikun jista’ jassumi li n-nebbieta ġiet ikkonsmata.

4.   L-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jipprovdi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, mingħajr dewmien mhux ġustifikat.

Artikolu 4

Ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għaż-żrieragħ u n-nebbieta importati

1.   Il-kunsinni taż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta u l-kunsinni tan-nebbieta għandhom ikunu akkumpanjati, meta jiġu importati fl-Unjoni, minn ċertifikat kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 211/2013.

2.   L-operatur tan-negozju tal-ikel li jimporta ż-żrieragħ jew in-nebbieta għandu jżomm iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għal biżżejjed żmien wara li wieħed ikun jista’ jassumi li n-nebbieta tkun ġiet ikkonsmata.

3.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha li jiġu f’kuntatt maż-żrieragħ importati maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta, għandhom jipprovdu kopji taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 lill-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha li lilhom jintbagħtu ż-żrieragħ, sakemm dawk iż-żrieragħ jaslu għand il-produttur tan-nebbieta.

Meta ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta jinbiegħu ppakkjati fil-livell tal-bejgħ, l-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha li jiġu f’kuntatt maż-żrieragħ importati, għandhom jipprovdu kopji taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 lill-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha li lilhom jintbagħtu ż-żrieragħ, sakemm dawn iż-żrieragħ jiġu ppakkjati biex jinbiegħu fil-livell tal-bejgħ.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  The EFSA Journal 2011;9(11):2424.

(3)  Ara paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 209/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tal-kriterji mikrobijoloġiċi għan-nibet u r-regoli tal-kampjunar għall-karkassi tat-tjur u l-laħam frisk tat-tjur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikoli 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi regoli ġenerali għall-operaturi kummerċjali tal-ikel dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-proċeduri msejsa fuq l-analiżi tal-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP). L-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament jistipula li l-operaturi kummerċjali tal-ikel għandhom jadottaw miżuri speċifiċi tal-iġjene fir-rigward, fost oħrajn, tal-konformità mal-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel u r-rekwiżiti tal-kampjunar u l-analiżi tar-rekwiżiti.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (2) jistipula l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi kummerċjali tal-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi tal-iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

(3)

Il-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistipula l-kriterji tas-sikurezza tal-ikel li ċerti kategoriji tal-ikel għandhom jikkonformaw magħhom, inklużi pjanijiet ta’ kampjunar, metodi analitiċi ta’ referenza u limiti għall-mikroorganiżmi jew it-tossini u l-metaboliti tagħhom. Dak il-Kapitolu jelenka l-kriterji tas-sikurezza tal-ikel għal żerriegħa mnibbta, fir-rigward tas-Salmonella.

(4)

Wara t-tifqigħa tal-E. coli li jipproduċi t-tossina Shiga (STEC) f’Mejju 2011 fl-Unjoni, il-konsum tan-nibet ġie identifikat bħala l-aktar oriġini probabbli tat-tifqigħat.

(5)

Fl-20 ta’ Ottubru 2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) adottat Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskju li jippreżenta l-Escherichia coli li jipproduċi t-tossina Shiga u batterji patoġenika oħra fiż-żerriegħa u ż-żerriegħa mnibbta (3). Fl-Opinjoni tagħha, l-EFSA tikkonkludi li l-kontaminazzjoni taż-żerriegħa niexfa bil-patoġeni batterjoloġiċi hija l-iktar sors inizjali probabbli tat-tifqigħat assoċjati man-nibet. Barra minn hekk, l-Opinjoni tiddikjara li, minħabba l-livell għoli ta’ umdità u t-temperatura favorevoli waqt it-tnibbit, il-patoġeni batterjoloġiċi preżenti fuq iż-żerriegħa niexfa jistgħu jimmultiplikaw waqt it-tnibbit u dan jirriżulta f’riskju għas-saħħa pubblika.

(6)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA tirrakkomanda, fost l-oħrajn, li l-kriterji mikrobijoloġiċi għandhom jissaħħu bħala wieħed mill-komponenti ta’ xi sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel għaż-żerriegħa mnibbta fil-katina tal-produzzjoni. Dik ir-rakkomandazzjoni tikkonċerna kriterji mikrobijoloġiċi eżistenti dwar is-Salmonella għal żerriegħa mnibbta u l-kunsiderazzjoni tal-kriterji mikrobijoloġiċi fuq patoġeni oħra. L-EFSA tiddikjara wkoll li d-dejta disponibbli tindika riskju ogħla għal nebbieta meta mqabbla ma’ żerriegħa mnibbta oħra.

(7)

Fl-Opinjoni tagħha, l-EFSA tikkunsidra għażliet differenti għall-kriterji mikrobijoloġiċi għall-E. coli patoġenika għaż-żrieragħ: qabel ma jinbeda l-proċess tal-produzzjoni, matul it-tnibbit u fil-prodott finali. F’dak il-kuntest, l-EFSA tiddikjara li l-individwazzjoni u l-mitigazzjoni aktar bikrija ta’ problema ta’ kontaminazzjoni fil-katina tal-produzzjoni ta’ żerriegħa mnibbta jista’ jkollha vantaġġi minħabba li tevita li l-kontaminazzjoni tkun amplifikat matul il-proċess tat-tnibbit. Hija tirrikonoxxi wkoll li l-ittestjar taż-żrieragħ waħdu ma jippermettix l-individwazzjoni tal-kontaminazzjoni li tista’ sseħħ fi stadju aktar avvanzat tal-proċess tal-produzzjoni. L-EFSA għaldaqstant tikkonkludi li l-kriterji mikrobijoloġiċi jistgħu jkunu utli matul il-proċess tat-tnibbit u/jew għall-prodott finali. Meta jitqiesu l-kriterji mikrobijoloġiċi għaż-żerriegħa mnibbta finali, l-EFSA tinnota li l-ħin meħtieġ għal metodi ta’ individwazzjoni ta’ batterji patoġeniċi flimkien mal-konservabilità qasira jistgħu ma jippermettux l-irtirar tal-prodott f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Fl-opinjoni tagħha l-EFSA tikkunsidra li bħalissa mhuwiex possibbli li tivvaluta l-estent tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika mogħtija permezz ta’ kriterji mikrobijoloġiċi speċifiċi għal żrieragħ u żrieragħ imnibbta. Dan jenfasizza l-ħtieġa ta’ ġbir ta’ dejta għat-twettiq ta’ valutazzjoni kwantitattiva tar-riskju. Għalhekk, dan il-kriterju għandu jiġi rivedut sabiex jitqies l-progress fix-xjenza, it-teknoloġija u l-metodoloġija, il-mikroorganiżmi patoġeniċi li qed jitfaċċaw fil-prodotti tal-ikel, u l-informazzjoni mill-valutazzjoni tar-riskju.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika fl-Unjoni u fid-dawl ta’ dik l-opinjoni tal-EFSA, ġew adottati r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ nebbieta u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta (4) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabilità għal nebbieta u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta (5).

(9)

Minbarra l-miżuri stabbiliti f’dawk l-atti u meta jitqies ir-riskju potenzjali ewlieni għas-saħħa li ġġib magħha l-preżenza possibbli ta’ patoġeni fin-nebbieta, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar kriterji mikrobijoloġiċi addizzjonali wara r-rakkomandazzjonijiet tal-EFSA, b’mod partikolari dwar is-serogruppi STEC li huma kkunsidrati bħala l-aktar sors importanti ta’ tħassib dwar is-saħħa pubblika.

(10)

Il-kriterji mikrobijoloġiċi huma waħda minn diversi għażliet ta’ kontroll fl-oqsma tas-sikurezza tal-ikel u għandhom jintużaw mill-operaturi kummerċjali tal-ikel bħala mezz ta’ verifika tal-implimentazzjoni effettiva tas-sistema tal-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel. Madankollu, minħabba l-prevalenza baxxa u d-distribuzzjoni eteroġenja ta’ xi patoġeni fiż-żrieragħ u ż-żrieragħ imnibbta, il-limitazzjonijiet tal-istatistika ta’ pjanijiet għall-kampjunar u n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ prattiki agrikoli tajbin fil-produzzjoni taż-żrieragħ, hemm bżonn li jiġu ttestjat il-lottijiet kollha taż-żrieragħ għall-preżenza ta’ patoġeni f’każijiet fejn l-operaturi kummerċjali tal-ikel ma jkunux ħejjew sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-ikel, inklużi passi li jnaqqsu r-riskju mikrobijoloġiku. Jekk ikunu fis-seħħ sistemi tal-immaniġġar tal-ikel u jekk l-effettività tagħhom tkun ikkonfermata permezz ta’ dejta storika, ikun jista’ jiġi kkunsidrat tnaqqis fil-frekwenza tal-kampjunar. Madankollu, tali frekwenza ma għandha qatt tkun anqas minn darba fix-xahar.

(11)

Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-kriterji mikrobijoloġiċi għan-nebbieta, għandha tingħata flessibbiltà fir-rigward tal-istadji tal-kampjunar u t-tip ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu, sabiex dawn ikunu jqisu d-diversità tas-sistemi tal-produzzjoni, filwaqt li jinżammu standards ekwivalenti ta’ sikurezza alimentari. B’mod partikolari, huwa xieraq li wieħed jipprovdi alternattivi għall-kampjuni ta’ nebbieta f’każijiet fejn il-kampjunar ikun teknikament diffiċli. L-ittestjar tal-ilma tat-tisqija użat għall-batterji patoġeniċi ġiet proposta bħala strateġija alternattiva, għaliex jidher li hija indikatur tajjeb tat-tipi ta’ mikroorganiżmi fin-nebbieta stess. Minħabba l-inċertezzi fir-rigward tas-sensittività ta’ din l-istrateġija, huwa meħtieġ li l-operaturi kummerċjali tal-ikel li jużaw din l-alternattiva, jistabbilixxu pjan ta’ kampjunar, inklużi proċeduri tal-kampjunar u punti tal-ilma tat-tisqija użat.

(12)

Ċerti serogruppi STEC (jiġifieri O157, O26, O103, O111, O145 u O104:H4) huma rikonoxxuti bħala l-kaġun tal-maġġoranza tal-każijiet tas-Sindromu Uremiku Emolitiku (Haemolytic Uremic Syndrome, HUS) li jseħħu fl-UE. Barra minn hekk, is-serogrupp O104:H4 kkawża t-tifqigħa f’Mejju 2011 fl-Unjoni. Għalhekk il-kriterji mikrobijoloġiċi għandhom jiġu kkunsidrati għal dawn is-sitt serogruppi. Ma jistax jiġi eskluż li serogruppi STEC oħra jistgħu jkunu patoġeniċi għall-bnedmin ukoll. Tabilħaqq, it-tali STEC jistgħu jikkawżaw forom inqas gravi tal-mard bħad-dijarea u/jew id-dijarea bid-demm jew jistgħu jikkawżaw ukoll il-HUS u għalhekk jippreżentaw periklu għas-saħħa tal-konsumatur.

(13)

In-nebbieta għandhom ikunu meqjusa bħala ikel lest biex jittiekel, minħabba li dawn jistgħu jiġu kkonsmati mingħajr ma jissajru jew jiġu pproċessati mod ieħor, li li kieku jkunu effettivi biex jeliminaw jew inaqqsu l-mikroorganiżmi patoġeniċi għal livell aċċettabbli. L-operaturi kummerċjali tal-ikel li jipproduċu n-nebbieta għandhom għalhekk jikkonformaw mal-kriterji tas-sikurezza tal-ikel għal ikel lest biex jittiekel stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż il-kampjunar ta’ żoni tal-ipproċessar u tagħmir bħala parti mill-iskema tagħhom tal-kampjunar.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-Salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (6), għandu l-għan li jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi biex tinstab u tiġi kkontrollata s-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji kollha rilevanti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni sabiex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li jippreżentaw għas-saħħa pubblika.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 (7), jistabbilixxi regoli dettaljati dwar kriterju tas-sikurezza tal-ikel tas-Salmonella għal-laħam frisk tat-tjur. Bħala konsegwenza tal-emendi li saru għar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 ġie wkoll emendat bir-Regolament (UE) Nru 1086/2011. Madankollu, b’dik l-emenda, ċerti ambigwitajiet terminoloġiċi ġew introdotti fit-test tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005. Dawk l-ambigwitajiet għandhom, fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jiġu ċċarati.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(17)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt (m) li ġej:

“(m)

id-definizzjoni ta’ ‘nebbieta’ fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabilità għal nebbieta u żrieragħ intiżi għall-produzzjoni ta’ nebbieta (*);

(*)  Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.”"

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(3)  EFSA Journal 2011;9(11):2424.

(4)  Ara paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 7.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, huwa emendat b’dan li ġej:

(1)

Il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

titħassar in-nota tal-qiegħ Nru 12;

(b)

fir-ringiela 1.18 ir-referenza għan-nota tal-qiegħ Nru 12 tinbidel b’referenza għan-nota tal-qiegħ Nru 23;

(c)

jiżdiedu r-ringiela li ġejja 1.29 u n-noti tal-qiegħ korrispondenti Nri 22 u 23:

“1.29

Nebbieta (1)

It-tossina Shiga li tipproduċi l-E. coli (STEC) O157, O26, O111, O103, O145 u O104:H4

5

0

Assenza f’25 gramma

CEN/ISO TS 13136 (22)

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-konservabilità tagħhom

(2)

Il-Kapitolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima 3.2, il-parti li tikkonċerna “Regoli tal-kampjunar għal karkassi tat-tjur u laħam frisk tat-tjur” hija emendata kif ġej:

(i)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-biċċeriji għandhom jieħdu kampjuni ta’ karkassi sħaħ tat-tjur bil-ġilda tal-għonq għall-analiżi tas-Salmonella. Stabbilimenti tal-qtugħ u tal-ipproċessar ħlief dawk ħdejn biċċerija li tqatta’ u tipproċessal-laħam irċevuti biss minn din il-biċċerija, għandhom ukoll jieħdu kampjuni għall-analiżi tas-Salmonella. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jagħtu prijorità lill-karkassi sħaħ tat-tjur bil-ġilda tal-għonq, jekk disponibbli, iżda billi jiżguraw li anke porzjonijiet tat-tjur bil-ġilda u/jew porzjonijiet tat-tjur mingħajr ġilda jew b’ammont żgħir ta’ ġilda, u dik l-għażla għandha tkun ibbażata fuq ir-riskju.”

(ii)

ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-analiżi tas-Salmonella għal-laħam frisk tat-tjur apparti mill-karkassi tat-tjur, għandhom jinġabru ħames kampjuni ta’ mill-inqas 25 g tal-istess lott. Il-kampjun meħud mill-porzjonijiet tat-tiġieġ bil-ġilda għandu jinkludi l-ġilda u porzjon irqiq ta’ muskolu tas-superfiċe f’każ li l-ammont ta’ ġilda mhuwiex biżżejjed biex jifforma unità ta’ kampjun. Il-kampjun meħud mill-porzjonijiet tat-tiġieġ mingħajr ġilda jew b’ammont żgħir ta’ ġilda għandu jinkludi porzjon jew porzjonijiet irqaq ta’ muskolu tas-superfiċe miżjuda ma’ kwalunkwe ġilda preżenti biex jagħmel unità suffiċjenti ta’ kampjun. Il-porzjonijiet tal-laħam għandhom jittieħdu b’tali mod li jinkludu kemm jista’ jkun is-superfiċe tal-laħam.”

(b)

tiżdied it-Taqsima 3.3 li ġejja:

“3.3.   Regoli tal-kampjunar għan-nebbieta

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, se tapplika d-definizzjoni ta’ lott fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 208/2013.

A.   Regoli ġenerali għall-kampjunar u l-ittestjar

1.   Ittestjar preliminari ta’ lott ta’ żrieragħ

L-operaturi kummerċjali tal-ikel li jipproduċu n-nebbieta għandhom iwettqu valutazzjoni preliminari tal-ittestjar ta’ kampjun rappreżentattiv tal-lottijiet kollha ta’ żrieragħ. Kampjun rappreżentattiv għandu jinkludi mill-inqas 0,5 % tal-piż tal-lott taż-żrieragħ f’sottokampjuni ta’ 50 g jew jintgħażlu abbażi ta’ strateġija ta’ kampjunar strutturat statistikament ekwivalenti ivverifikat mill-awtorità kompetenti.

Għall-finijiet tal-ittestjar preliminari, l-operatur kummerċjali tal-ikel għandu jnibbet iż-żerriegħa fil-kampjun rappreżentattiv taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-bqija tal-lott taż-żrieragħ li għandhom jitnibbtu.

2.   Il-kampjunar u l-ittestjar tan-nebbieta u tal-ilma tat-tisqija użat

L-operaturi kummerċjali tal-ikel li jipproduċu nebbieta għandhom jieħdu kampjuni għal testijiet mikrobijoloġiċi fl-istadju fejn huwa aktar probabbli li tinstab t-tossina Shiga li tipproduċi l-E. coli (STEC) u s-Salmonella spp, fi kwalunkwe każ mhux qabel 48 siegħa wara l-bidu tal-proċess tat-tnibbit.

Il-kampjuni tan-nebbieta għandhom jiġu analizzati skont ir-rekwiżiti fir-ringieli 1.18 u 1.29 tal-Kapitolu 1.

Madankollu, jekk operatur kummerċjali tal-ikel li jipproduċi n-nebbieta għandu pjan tal-kampjunar, inklużi l-proċeduri tal-kampjunar u punti tal-kampjunar tal-ilma tat-tisqija użat, dawn jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit skont il-pjanijiet tal-kampjunar stabbiliti fir-ringieli 1.18 u 1.29 tal-Kapitolu 1 bl-analiżi ta’ 5 kampjuni ta’ 200 ml tal-ilma li ġie użat għat-tisqija tan-nebbieta.

F’dak il-każ ir-rekwiżiti stabbiliti fir-ringieli 1.18 u 1.29 tal-Kapitolu 1 għandhom japplikaw għall-analiżi tal-ilma li kien użat għat-tisqija tan-nebbieta, bil-limitu ta’ assenza f’200 ml.

Meta lott ta’ żrieragħ jiġi ttestjat għall-ewwel darba, l-operaturi kummerċjali tal-ikel jistgħu jqiegħdu n-nebbieta fis-suq jekk ir-riżultati ta’ analiżi mikrobijoloġika jikkonformaw mar-ringieli 1.18 u 1.29 tal-Kapitolu 1, jew il-limitu ta’ assenza f’200 ml ilma jekk huma janalizzaw l-ilma użat għat-tisqija.

3.   Il-frekwenza tal-kampjunar

L-operaturi kummerċjali tal-ikel li jipproduċu n-nebbieta għandhom jieħdu kampjuni għal analiżi mikrobijoloġika tal-inqas darba kull xahar fl-istadju fejn huwa aktar probabbli li tinstab it-tossina Shiga li tipproduċi l-E. coli (STEC) u s-Salmonella spp, fi kwalunkwe każ mhux qabel 48 siegħa wara l-bidu tal-proċess tat-tnibbit.

B.   Deroga għall-ittestjar preliminari tal-lottijiet kollha taż-żrieragħ stipulati fil-punt A.1 ta’ din it-Taqsima

Meta ġġustifikati fuq il-bażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet u awtorizzati mill-awtorità kompetenti, l-operaturi kummerċjali tal-ikel li jipproduċu n-nebbieta jistgħu jiġu eżentati mill-kampjunar stipulat fil-punt A.1 ta’ din it-Taqsima:

(a)

l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-operatur kummerċjali tal-ikel jimplimenta sistema ta’ mmaniġġar tas-sikurezza tal-ikel f’dak l-istabbiliment, li tista’ tinkludi passi fil-proċess tal-produzzjoni, li jnaqqsu r-riskju mikrobijoloġiku; kif ukoll,

(b)

dejta storika tikkonferma li matul mill-inqas 6 xhur konsekuttivi qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, il-lottijiet kollha tat-tipi differenti ta’ nebbieta prodotti fl-istabbiliment jikkonformaw mal-kriterji tas-sikurezza tal-ikel stabbiliti fir-ringieli 1.18 u 1.29 tal-Kapitolu 1.”


(22)  Meta wieħed iqis l-iktar adattament riċenti mil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Escherichia coli, inkluż l-E. Coli Veratossiġenika (VTEC), għall-individwazzjoni ta’ STEC O104:H4;

(1)  Esklużi nebbieta li rċevew trattament effettiv biex tiġi eliminata s-Salmonella spp. u STEC.”


12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 210/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, inter alia, għall-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati. Ir-Regolament jistabbilixxi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti jkunu approvati mill-awtorità kompetenti wara li tkun saret tal-inqas żjara waħda fl-istabbiliment, meta tkun meħtieġa approvazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont deċiżjoni adottata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

(2)

Wara t-tifqigħat fl-Unjoni tal-E.coli li jipproduċi t-tossina Shiga, f’Mejju 2011, il-konsum tan-nebbieta ġie identifikat bħala l-oriġini l-iktar probabbli tat-tifqigħat.

(3)

Fl-20 ta’ Ottubru 2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) adottat Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskju li jippreżenta l-Escherichia coli li jipproduċi t-tossina Shiga (STEC) u batterja patoġenika oħra fiż-żerriegħa u ż-żerriegħa li tkun qed tnibbet (3) Fl-Opinjoni tagħha, l-EFSA tikkonkludi li l-kontaminazzjoni taż-żerriegħa niexfa bil-patoġeni batterjoloġiċi hija l-iktar sors inizjali probabbli tat-tifqigħat assoċjati man-nebbieta. Barra minn hekk, l-Opinjoni tiddikjara li, minħabba il-livell għoli ta’ umdità u t-temperatura favorevoli waqt it-tnibbit, il-patoġeni batterjoloġiċi preżenti fuq iż-żerriegħa niexfa jkunu jistgħu jimmultiplikaw waqt it-tnibbit u dan jirriżulta f’riskju għas-saħħa pubblika.

(4)

Sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tas-saħħa pubblika fl-Unjoni u fid-dawl ta’ dik l-Opinjoni tal-EFSA, ġew adottati r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2013 (4) li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2013 (6) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 (7).

(5)

Barra mill-miżuri stipulati f’dawk l-atti, l-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta għandhom jiġu suġġetti għal approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Approvazzjonijiet bħal dawn, li jingħataw wara tal-inqas żjara waħda fuq il-post, jiżguraw li stabbilimenti bħal dawn ikunu konformi mar-regoli rilevanti tal-iġjene, biex b’hekk jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika. L-approvazzjoni ta’ stabbilimenti bħal dawn għandha tingħata biss jekk dawn ikunu konformi ma’ għadd ta’ rekwiżiti sabiex jiġi żgurat li l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni fil-faċilità li tipproduċi n-nebbieta titnaqqas.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għanda tapplika d-definizzjoni ta’ “nebbieta” fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 208/2013.

Artikolu 2

L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta jkollhom l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. L-awtorità kompetenti għandha tapprova dawk l-istabbilimenti, sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  The EFSA Journal 2011; 9(11):2424.

(4)  Ara paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(6)  Ara paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta

1.

Il-mod kif ikunu mfassla u mqassma l-istabbilimenti għandu jippermetti prattiki tajba relatati mal-iġjeni tal-ikel, inkluża protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni bejn u waqt l-operazzjonijiet. B’mod partikolari, is-superfiċji (inklużi s-superfiċji tat-tagħmir) f’postijiet fejn jiġi trattat l-ikel u dawk f’kuntatt mal-ikel, għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba u jkunu jistgħu jitnaddfu faċilment u, fejn ikun neċessarju, jiġu diżinfettati faċilment.

2.

Għandu jkun hemm faċilitajiet adegwati għat-tindif, id-diżinfettar u l-ħażna tal-għodda u t-tagħmir tax-xogħol. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu jistgħu jitnaddfu faċilment u jkollhom provvista adegwata ta’ ilma sħun u kiesaħ.

3.

Fejn ikun neċessarju, għandu jkun hemm post adegwat fejn jinħasel l-ikel. Kull sink jew faċilità oħra għall-ħasil tal-ikel għandu jkollu provvista adegwata ta’ ilma tax-xorb u jinżamm nadif u, fejn ikun neċessarju, jiġi diżinfettat.

4.

It-tagħmir kollu li jiġu f’kuntatt maż-żerriegħa u n-nebbieta għandu jkun magħmul b’tali mod, minn tali materjal, u jinżamm fi stat u kundizzjoni tajbin, li jnaqqas kull riskju ta’ kontaminazzjoni, u jkun jista’ jinżamm nadif u, fejn ikun neċessarju, jiġi diżinfettat.

5.

Għandu jkun hemm proċeduri adegwati fis-seħħ biex jiġi żgurat li:

(a)

l-istabbiliment li jipproduċi n-nebbieta jinżamm nadif u, fejn ikun neċessarju, diżinfettat;

(b)

it-tagħmir kollu li jiġi f’kuntatt maż-żerriegħa u n-nebbieta jitnaddaf b’mod effettiv u, fejn ikun neċessarju, jiġi diżinfettat. It-tindif u d-diżinfettar ta’ tagħmir bħal dan għandu jsir bi frekwenza li tkun biżżejjed biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni.


12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 211/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

dwar ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tan-nebbieta (sprouts) u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula r-regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex tkun ivverifikata l-konformità mar-regoli li jimmiraw, b'mod partikolari, li jwaqqfu, jeliminaw jew inaqqsu għal livelli aċċettabbli r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali, jew b'mod dirett jew permezz tal-ambjent.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (2), jistipula l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel u l-għalf b'mod ġenerali, u s-sikurezza tal-ikel u l-għalf b'mod partikolari, fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali. Dak ir-Regolament jistipula li l-ikel u l-għalf impurtati fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi tal-ikel jew mal-kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3) jistipula r-regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel. Dak ir-Regolament jipprevedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel jridu jiżguraw li l-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tat-tqassim tal-ikel fil-kontroll tagħhom ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iġjene rilevanti stipulati fih. B’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistipula li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li joperaw fil-produzzjoni primarja u f'dawk l-operazzjonijiet assoċjati elenkati fl-Anness I tiegħu jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-iġjene stabbiliti fil-parti A ta' dak l-Anness.

(4)

Wara t-tifqigħa tal-E.coli li tipproduċi t-tossina Shiga (STEC) f’Mejju 2011 fl-Unjoni, il-konsum taż-żrieragħ nebbieta ġie identifikat bħala dak li x'aktarx wassal għat-tifqigħat.

(5)

Fl-20 ta’ Ottubru 2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) adottat Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskju maħluq mill-Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga (STEC) u minn batterji patoġeniċi oħrajn fiż-żrieragħ u fiż-żrieragħ nebbieta (4). Fl-Opinjoni tagħha, l-EFSA tikkonkludi li l-kontaminazzjoni taż-żrieragħ niexfa b'patoġeni batterjoloġiċi hija dik li x'aktarx tat bidu għat-tifqigħat assoċjati man-nebbieta. Barra minn hekk, l-Opinjoni tiddikjara li, minħabba l-livell għoli ta’ umdità u t-temperatura favorevoli waqt it-tinbit, il-patoġeni batterjoloġiċi preżenti fuq iż-żrieragħ niexfa jkunu jistgħu jimmultiplikaw waqt it-tinbit u dan jirriżulta f'riskju għas-saħħa pubblika.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika fl-Unjoni u fid-dawl ta' din l-Opinjoni tal-EFSA, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 (5). Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jistabbilixxi r-regoli dwar it-traċċabilità ta' kunsinni tan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta.

(7)

Sabiex jiġi żgurat livell tajjeb ta' ħarsien tas-saħħa pubblika, ikun f'loku li nebbieta u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta importati fl-Unjoni jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u, fil-każ tan-nebbieta, mar-rekwiżiti tat-traċċabilità stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 u mal-kriterji mikrobijoloġiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (6). Għaldaqstant għal tali prodotti impurtati fl-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni xierqa.

(8)

Fil-preżent il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tistipulax ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni tan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta. Għaldaqstant ikun f'loku li f'dan ir-Regolament jiġi stabbilit mudell ta' ċertifikat għall-importazzjoni ta' dawn il-prodotti fl-Unjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kunsinni ta' nebbieta jew żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta impurtati fl-Unjoni, esklużi n-nebbieta li jkunu għaddew minn trattament li jelimina l-perikli mikrobijoloġiċi kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

għandha tapplika d-definizzjoni ta' "nebbieta” fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 208/2013;

(b)

"kunsinna" tfisser kwantità ta' nebbieta jew żrieragħ intiża għall-produzzjoni tan-nebbieta u li:

(i)

toriġina mill-istess pajjiż terz;

(ii)

hi koperta mill-istess ċertifikat(i);

(iii)

li titwassal bl-istess mezz ta’ trasport.

Artikolu 3

Rekwiżit taċ-ċertifikazzjoni

1.   Il-kunsinni tan-nebbieta jew taż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta impurtati fl-Unjoni u li joriġinaw jew jintbagħtu minn pajjiżi terzi għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness, li jiċċertifika li n-nebbieta jew iż-żrieragħ ġew prodotti skont kundizzjonijiet li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-iġjene għall-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, u li n-nebbieta ġew prodotti skont kundizzjonijiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-traċċibilità stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 208/2013; ġew prodotti fi stabbilimenti approvati skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013 (7); u jirrispettaw il-kriterji mikrobijoloġiċi stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

Iċ-ċertifikat għandu jitħejja fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiż terz minn fejn tintbagħat il-kunsinna u tal-Istat Membru fejn issir l-importazzjoni fl-UE, jew ikun akkumpanjat bi traduzzjoni ċċertifikata f'dik il-lingwa jew lingwi. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jitlob hekk, iċ-ċertifikati jridu jkunu akkumpanjati wkoll minn traduzzjoni ċċertifikata fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li tintuża lingwa uffiċjali minn tal-Unjoni minflok tiegħu.

2.   L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm din tasal fid-destinazzjoni indikata fiċ-ċertifikat.

3.   Fil-każ li l-kunsinna tinqasam, għandu jkun hemm kopja taċ-ċertifikat ma' kull parti tal-kunsinna.

Artikolu 4

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Għal perjodu ta' tranżizzjoni sal-1 ta’ Lulju 2013, il-kunsinni tan-nebbieta jew iż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew jintbagħtu minnhom jistgħu jkomplu jiġu impurtati fl-Unjoni mingħajr iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 3.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  The EFSA Journal 2011;9(11):2424.

(5)  Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(7)  Ara paġna 24 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦALL-IMPORTAZZJONI TAN-NEBBIETA (SPROUTS) U Ż-ŻRIERAGĦ MAĦSUBA GĦALL-PRODUZZJONI TAN-NEBBIETA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ żidiet u modifikazzjonijiet dwar il-prodotti koperti b’dak l-Anness

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq l-ikel u l-għalf li joriġina mill-pjanti u annimali, u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Numru ta’ Stati Membri talbu l-modifiki u ż-żidiet fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, fil-kolonna “Eżempji ta’ varjetajiet li jiġu minn xulxin jew prodotti oħra li għalihom japplika l-istess MRL”.

(2)

Dawn il-modifiki huma meħtieġa biex jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 il-frott, il-ħxejjex u ċ-ċereali l-ġodda li saru disponibbli fis-swieq tal-Istati Membri.

(3)

Huwa xieraq li jiżdiedu l-frott, il-ħxejjex, iċ-ċereali u l-prodotti mill-annimali li ġejjin: Buddha’s hand, tangor, tamal aħmar/tamal Ċiniż/żinżel Ċiniż, tayberries, longan, langsat, salak, crosne, lappa li tittiekel, basal ieħor tal-basla, basal ieħor aħdar, antroewa/brunġiel abjad, sopropo/bettieħ morr,angled luffa/teroi, snake gourd, lauki, chayote, qara’ (varjetà mwaħħra), qamħirrun żgħir, mung bean sprouts, alfalfa sprouts, weraq taċ-ċikwejra salvaġġa, weraq tal-ġidra, weraq tal-pjanta Tajer, bitterblad, bitawiri, malabar nightshade, weraq tal-banana, kampanella/konvolvulu Ċiniż/konvolvulu tal-ilma/spinaċi tal-ilma/kangkung, silla tal-ilma, mimoża tal-ilma, ċilantro/stinking/kosbor twil/stink weed, weraq tat-tursin tuberuż, ħabaq sagru, ħabaq ħelu, ħabaq bis-suf, lemon grass, ombrellini, werqa tal-betel salvaġġa, weraq tal-kàri, fjura tal-banana, fażola tal-gwar, fażola tas-sojja friska, ross Indjan/salvaġġ, weraq u zkuk tal-fiddloqom, climbing wattle, fungus mycelium, purple viper’s bugloss/Canary flower, millieġ Afrikan, millieġ perla, skalora, bżar aħdar, ċerv u għasel tax-xehda.

(4)

Għall-konsistenza jixraq li l-kaċċa salvaġġa titressaq mill-kategorija “Annimali oħra tar-razzett” għal dik “Prodotti minn annimali terrestri oħra”, u l-fjuri li jittieklu mill-kategorija “oħrajn” għall-kategorija li tirrappreżenta eżempju ta’ għelejjel.

(5)

Sabiex jiġu applikati aħjar ir-regoli dwar in-nomenklatura internazzjonali tassonomika huwa xieraq li jiġu adattati l-ismijiet Latini għal pistaċċi, tuffieħ, ċiras, frawli, dewberries, blueberries, larinġ tal-qsari (kumquats), patata, jamm, pitravi, okra, brokkoli, kaboċċa bir-ras, kaboċċa Ċiniża, kale, kohlrabi, scarole, rukola, weraq u nebbieta tal-Brassica, weraq tal-pitravi, witloof, weraq tal-karfus, ħabaq, qlub tal-palm, sorgu, żrieragħ tal-kafè, petali tal-ward, fjuri tal-ġiżimin, xkomp (linden), weraq tar-Rooibos, xibt, bżar tas-Sichuan, kannella, żagħfran tal-Indja, zokkor tal-pitravi u banana.

(6)

B’kunsiderazzjoni tat-talbiet mill-partijiet interessati u l-korpi tal-infurzar u fid-dawl tal-forma ta’ kif joħorġu l-prodotti fis-swieq, għandhom isiru xi emendi fir-rigward tal-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs.

(7)

Ikun xieraq li t-tali emendi jiġu stipulati rigward tè, żrieragħ tal-kakaw, ħops, ġdur u prodotti li joriġinaw mill-animali.

(8)

Fl-interess taċ-ċarezza, jixraq li jinbidel l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali msemmija fl-Artikolu 2(1)

Numru tal-kodiċi (1)

Gruppi li għalihom japplikaw l-MRLs

Eżempji ta’ prodotti individwali fi ħdan il-gruppi li għalihom japplikaw l-MRLs

Isem Xjentifiku (2)

Eżempji ta’ varjetajiet relatati jew prodotti oħra li għalihom japplika l-istess MRL

Partijiet mill-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs

0100000

1.

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ

 

 

 

 

0110000

(i)

Frott taċ-ċitru

 

 

 

Il-prodott sħiħ

0110010

 

Grejpfrut

Citrus paradisi

Shaddocks, pomelos, sweeties, tangelo (minbarra l-minneola), ugli u ibridi oħra

 

0110020

 

Larinġ

Citrus sinensis

Bergamott, larinġ morr, kinotto u ibridi oħra

 

0110030

 

Lumi

Citrus limon

Tronġ, lumi, Buddha’s hand (Citrus medica var. sarcodactylis)

 

0110040

 

Xkomp

Citrus aurantifolia

 

 

0110050

 

Mandolin

Citrus reticulata

Klementini, tangerine, il-minneola u ibridi oħra tangor (Citrus reticulata x sinensis)

 

0110990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0120000

(ii)

Ġewż tas-siġar

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li titneħħa l-qoxra (minbarra l-qastan)

0120010

 

Lewż

Prunus dulcis

 

 

0120020

 

Ġewż tal-Brażil

Bertholletia excelsa

 

 

0120030

 

Ġewż tal-anakardju

Anacardium occidentale

 

 

0120040

 

Qastan

Castanea sativa

 

 

0120050

 

Ġewż tal-Indi

Cocos nucifera

 

 

0120060

 

Ġellewż

Corylus avellana

Filbert

 

0120070

 

Macadamia

Macadamia ternifolia

 

 

0120080

 

Ġewż Amerikan

Carya illinoensis

 

 

0120090

 

Ġewż tal-arżnu

Pinus pinea

 

 

0120100

 

Pistaċċi

Pistacia vera

 

 

0120110

 

Ġewż

Juglans regia

 

 

0120990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0130000

(iii)

Frott taż-żerriegħa

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew iz-zkuk

0130010

 

Tuffieħ

Malus domestica

Tuffieħ salvaġġ

 

0130020

 

Lanġas

Pyrus communis

Lanġas Orjentali

 

0130030

 

Sfarġel

Cydonia oblonga

 

 

0130040

 

Naspli (4)

Mespilus germanica

 

 

0130050

 

Naspla tal-Ġappun (4)

Eriobotrya japonica

 

 

0130990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0140000

(iv)

Frott tal-għadma

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew iz-zkuk

0140010

 

Berquq

Prunus armenica

 

 

0140020

 

Ċiras

Prunus avium, Prunus cerasus

Ċirasa ħelwa, ċirasa qarsa

 

0140030

 

Ħawħ

Prunus persica

Nuċiprisk u ibridi simili

 

0140040

 

Għanbaqar

Prunus domestica

Damson, greengage, mirabelle, pruna salvaġġa, tamal aħmar/tamal Ċiniż/żinżel Ċiniż (Ziziphus zizyphus)

 

0140990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0150000

(v)

Żibeġ tal-kukku u frott żgħir

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew l-caps/crowns u z-zkuk ħlief fil-każ tal-passolina: frott biz-zkuk

0151000

(a)

Għeneb tal-mejda u tal-inbid

 

 

 

 

0151010

 

Għeneb tal-mejda

Vitis vinifera

 

 

0151020

 

Għeneb tal-inbid

Vitis vinifera

 

 

0152000

(b)

Frawli

 

Fragaria spp.

 

 

0153000

(c)

Frott tal-kannamiela

 

 

 

 

0153010

 

Tut

Rubus fruticosus

 

 

0153020

 

Dewberries

Rubus caesius

Loganberries, tayberries, boysenberries, cloudberries u ibridi ta’ Rubus oħra

 

0153030

 

Lampun

Rubus idaeus

Wineberries, għollieq tal-Artiku/lampun, (Rubus arcticus), nektar tal-lampu (Rubus arcticus x Rubus idaeus)

 

0153990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0154000

(d)

Żibeġ tal-kukku u frott żgħir ieħor

 

 

 

 

0154010

 

Blueberries

Vaccinium spp. minbarra V. macrocarpon u V. vitis-idaea

Mirtill

 

0154020

 

Cranberries

Vaccinium macrocarpon

Għeneb tal-muntanja (cowberries)/mirtill aħmar (vitis-idaea)

 

0154030

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

Ribes nigrum, Ribes rubrum

 

 

0154040

 

Ribes (gooseberries)

Ribes uva-crispa

Inklużi l-ibridi ma’ speċi oħra tar-Ribes

 

0154050

 

Warda Skoċċiża

Rosa canina

 

 

0154060

 

Ċawsli (4)

Morus spp.

Arbutus berry

 

0154070

 

Azarole (4) (naspla Mediterranja)

Crataegus azarolus

Kiwiberry (Actinidia arguta)

 

0154080

 

Frott is-sebuqa (4)

Sambucus nigra

Black chokeberry/appleberry, mountain ash, buckthorn/sea sallowthorn, hawthorn, serviceberries, u treeberries ieħor

 

0154990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0160000

(vi)

Frott mixxellanju

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew z-zkuk jew il-crown (ananas)

0161000

(a)

Qoxra li tittiekel

 

 

 

 

0161010

 

Tamal

Phoenix dactylifera

 

 

0161020

 

Tin

Ficus carica

 

 

0161030

 

Żebbuġ tal-mejda

Olea europaea

 

 

0161040

 

Larinġ tal-qsari (4)

Fortunella spp.

Larinġ tal-qsari marumi, larinġ tal-qsari nagami, limequats (Citrus aurantifolia x Fortunella spp.)

 

0161050

 

Karambola (4)

Averrhoa carambola

Bilimbi

 

0161060

 

Kaki (4)

Diospyros kaki

 

 

0161070

 

Jambolan (4) (għanbaqar tal-Ġava)

Syzygium cumini

Tuffieħ tal-Ġava/water apple, rose apple, ċirasa Brażiljana, ċirasa tas-Surinam/grumichama (Eugenia uniflora),

 

0161990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0162000

(b)

Qoxra li ma tittikilx, żgħar

 

 

 

 

0162010

 

Kiwi

Actinidia deliciosa syn. A. chinensis

 

 

0162020

 

Liċċi (Litchi)

Litchi chinensis

Pulasan, rambutan/liċċi bis-suf, longan, mangosteen, langsat, salak

 

0162030

 

Frotta tal-passjoni

Passiflora edulis

 

 

0162040

 

Bajtar tax-xewk (4) (frotta tal-kaktus)

Opuntia ficus-indica

 

 

0162050

 

Tuffieħa stilla (4)

Chrysophyllum cainito

 

 

0162060

 

Frotta tal-kaki (4) (Kaki tal-Virġinja)

Diospyros virginiana

Sapote sewda, bajda, ħadra, canistel/sapote safra, sapote mammey

 

0162990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0163000

(c)

Qoxra li ma tittikilx, kbar

 

 

 

 

0163010

 

Avokado

Persea americana

 

 

0163020

 

Banana

Musa x paradisiaca, M. acuminata

Banana nanija, pjantaġġni, bananito

 

0163030

 

Mango

Mangifera indica

 

 

0163040

 

Papaja

Carica papaya

 

 

0163050

 

Rummien

Punica granatum

 

 

0163060

 

Ċerimoja (4)

Annona cherimola

Custard apple, sugar apple/sweetsop, ilama (Annona diversifolia) u frott ieħor ta’ Annonnaceae ta’ daqs medju

 

0163070

 

Gwava (4)

Psidium guajava

Pitaja ħamra/ħelwa (Hylocereus undatus)

 

0163080

 

Ananas

Ananas comosus

 

 

0163090

 

Frotta tas-siġra tal-ħobż (4)

Artocarpus altilis

Jackfruit

 

0163100

 

Durian (4)

Durio zibethinus

 

 

0163110

 

Il-frotta tal-annona (4) (guanbana)

Annona muricata

 

 

0163990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0200000

2.

ĦAXIX FRISK JEW IFFRIŻAT

 

 

 

 

0210000

(i)

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew qiegħ iz-zokk (jekk ikun hemm) u l-ħamrija mwaħħla

0211000

(a)

Patata

 

Solanum tuberosum

 

 

0212000

(b)

Ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

 

 

 

 

0212010

 

Kassava

Manihot esculenta

Dasheen, eddoe/Japanese taro, tannia

 

0212020

 

Patata ħelwa

Ipomoea batatas

 

 

0212030

 

Jammijiet

Dioscorea spp.

Potato bean/yam bean, yam bean Messikan

 

0212040

 

Ararut (4)

Maranta arundinacea

 

 

0212990

 

Oħrajn (3), (4)

 

 

 

0213000

(c)

Ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

 

 

 

 

0213010

 

Pitravi

Beta vulgaris subsp. vulgaris var. conditiva

 

 

0213020

 

Karrotti

Daucus carota

 

 

0213030

 

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

Apium graveolens var. rapaceum

 

 

0213040

 

Għerq tal-mustarda

Armoracia rusticana

L-għeruq tal-anġelika, tal-lovage, tal-ġenzjana

 

0213050

 

Artiċokks

Helianthus tuberosus

Crosne

 

0213060

 

Zunnarija bajda

Pastinaca sativa

 

 

0213070

 

Tursin tuberuż

Petroselinum crispum

 

 

0213080

 

Ravanell

Raphanus sativus var. sativus

Ravanell iswed, ravanell Ġappuniż, ravanell żgħir u varjetajiet simili, tiger nut (Cyperus esculentus)

 

0213090

 

Sassefrika

Tragopogon porrifolius

Scorzonera, sassefrika Spanjola/Spanish oysterplant, lappa li tittiekel

 

0213100

 

Swedes

Brassica napus var. napobrassica

 

 

0213110

 

Turnips (xorta ta’ Brassica)

Brassica rapa

 

 

0213990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0220000

(ii)

Ħxejjex tal-basla

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew il-qoxra li tinqala’ faċilment u l-ħamrija (meta tkun niexfa) jew l-għeruq u l-ħamrija (meta tkun friska)

0220010

 

Tewm

Allium sativum

 

 

0220020

 

Basal

Allium cepa

Basal ieħor tal-basla, basal silverskin

Basal

0220030

 

Shallots

Allium ascalonicum (Allium cepa var. aggregatum)

 

 

0220040

 

Basal tar-Rebbiegħa u basal ta’ Wales

Allium cepa; Allium fistulosum

Basal ieħor aħdar u varjetajiet simili

Basal biz-zkuk u l-weraq psewdi

0220990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0230000

(iii)

Ħxejjex tal-frott

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew iz-zkuk (fil-każ tal-qamħ ħelu mingħajr il-ħliefa u fil-każ tal-fisalis mingħajr is-sepali)

0231000

(a)

Solanacea

 

 

 

 

0231010

 

Tadam

Lycopersicum esculentum

Tadam ċiras, Fisalis spp., goġiberri, wolfberry (Lycium barbarum u L. chinense) tadam tas-siġra

 

0231020

 

Bżar

Capsicum annuum var. grossum u var. longum

Bżar aħmar

 

0231030

 

Brunġiel

Solanum melongena

Pepino, antroewa/brunġiel abjad (S. macrocarpon)

 

0231040

 

Okra

Abelmoschus esculentus

 

 

0231990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0232000

(b)

Cucurbits - qoxra li tittiekel

 

 

 

 

0232010

 

Ħjar

Cucumis sativus

 

 

0232020

 

Gherkins (ħjar żgħir)

Cucumis sativus

 

 

0232030

 

Zukkini (qarabagħli żgħir)

Cucurbita pepo var. melopepo

Qara’ tas-sajf, qara’ (patisson), lauki (Lagenaria siceraria), chayote, sopropo/bettieħ morr, snake gourd, angled luffa/teroi

 

0232990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0233000

(c)

Cucurbits-qoxra li ma tittikilx

 

 

 

 

0233010

 

Bettieħ

Cucumis melo

Kiwano

 

0233020

 

Qara’ aħmar

Cucurbita maxima

Qara’ ħamra, qara’ (varjetà imwaħħra)

 

0233030

 

Dulliegħ

Citrullus lanatus

 

 

0233990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0234000

(d)

Qamħ ħelu

 

Zea mays var. sacharata

Qamħirrun żgħir

Il-qlub fuq il-bezzun tal-qamħ mingħajr il-ħliefa

0239000

(e)

Ħxejjex tal-frott oħra

 

 

 

 

0240000

(iv)

Ħxejjex tal-ġenus Brassica

 

 

 

 

0241000

(a)

Brassica bil-fjuri

 

 

 

Baqta biss

0241010

 

Brokkoli

Brassica oleracea var. italica

Calabrese, broccoli raab, brokkoli Ċiniżi

 

0241020

 

Pastard

Brassica oleracea var. botrytis

 

 

0241990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0242000

(b)

Brassica bir-ras

 

 

 

Il-pjanta sħiħa wara li jitneħħew l-għeruq u l-weraq midbiela

0242010

 

Brussels sprouts

Brassica oleracea var. gemmifera

 

Buttuni tal-kaboċċa biss

0242020

 

Kaboċċa bir-ras

Brassica oleracea convar. capitata

Kaboċċa bir-ras ippuntata, kaboċċa ħamra, kaboċċa Ingliża mflefla, kaboċċa bajda

 

0242990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0243000

(c)

Brassica bil-weraq

 

 

 

Il-pjanta sħiħa wara li jitneħħew l-għeruq u l-weraq midbiela

0243010

 

Kaboċċa Ċiniża

Brassica rapa var. pekinensis

Mustarda Indjana jew Ċiniża pak choi, kaboċċa ċatta Ċiniża/tai goo choi, choi sum, kaboċċa ta’ Pekin/pe-tsai

 

0243020

 

Kale

Brassica oleracea convar. acephala

Borecole/kale innukklat, collards, Kale Portugiż, Kaboċċa Portugiża, cow cabbage

 

0243990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0244000

(d)

Ġidra

 

Brassica oleracea var. gongyloides

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew l-għeruq, qiegħ iz-zokk u l-ħamrija mwaħħla (jekk ikun hemm)

0250000

(v)

Ħxejjex tal-weraq u ħxejjex aromatiċi friski

 

 

 

Il-pjanta sħiħa wara li jitneħħew l-għeruq u l-weraq midbiela ta’ barra, u l-ħamrija (jekk ikun hemm)

0251000

(a)

Ħass u pjanti oħra tal-insalata inklużi l-Brassicacea

 

 

 

 

0251010

 

Ħass tal-ħaruf

Valerianella locusta

Insalata tal-qamħ Taljan

 

0251020

 

Ħass

Lactuca sativa

Ħass ikkabboċjat, lollo rosso, ħass iceberg, ħass romaine (cos)

 

0251030

 

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa)

Cichorium endivia var. latifolium

Ċikwejra salvaġġa, ċikwejra tal-werqa ħamra, radiccho, indivja tal-weraq innukklat, sugar loaf (C. endivia var. crispum/C. intybus var. foliosum), weraq taċ-ċikwejra salvaġġa

 

0251040

 

Krexxun (4)

Lepidium sativum

Mung bean sprouts, alfalfa sprouts

 

0251050

 

Krexxun tal-art (4)

Barbarea verna

 

 

0251060

 

Aruka (4)

Eruca sativa

Aruka salvaġġa (Diplotaxis spp.)

 

0251070

 

Mustarda ħamra (4)

Brassica juncea var. rugosa

 

 

0251080

 

Weraq u nebbieta tal-Brassica spp (4), inklużi l-weraq tat-turnip (xorta ta’ Brassika)

Brassica spp.

Mizuna, weraq tal-piżelli u tar-ravanell u pjanti oħra, inklużi tal-brassica bil-weraq żgħir (pjanti li jinħasdu sal-istadju fejn ikollhom l-ewwel 8 werqat), weraq tal-ġidra (5)

 

0251990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0252000

(b)

Spinaċi u ħxejjex simili (weraq)

 

 

 

 

0252010

 

Spinaċi

Spinacia oleracea

Spinaċi tan-New Zealand, spinaċi amaranthus (pakkhom, tampara), weraq tal-pjanta Tajer, bitterblad/bitawiri

 

0252020

 

Burdlieqa (4)

Portulaca oleracea

Burdlieqa tax-xitwa/miner’s lettuce, burdlieqa tal-ġonna, burdlieqa komuni, ħaxixa Ingliża glasswort, Krexxuni (Salsola soda)

 

0252030

 

Weraq tal-pitravi (chard)

Beta vulgaris subsp. vulgaris var. cicla and B. vulgaris subsp. vulgaris var. flavescens

Weraq tal-pitravi

 

0252990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0253000

(c)

Weraq tad-dielja (4)

 

Vitis vinifera

Malabar nightshade, weraq tal-banana, climbing wattle (Acacia pennata)

 

0254000

(d)

Krexxuni tal-ilma

 

Nasturtium officinale

Kampanella/konvolvulu Ċiniż/konvolvulu tal-ilma/water spinach/kangkung (Ipomea aquatica), silla tal-ilma, mimoża tal-ilma

 

0255000

(e)

Witloof

 

Cichorium intybus var. foliosum

 

 

0256000

(f)

Ħxejjex aromatiċi

 

 

 

 

0256010

 

Maxxita

Anthriscus cerefolium

 

 

0256020

 

Kurrat salvaġġ

Allium schoenoprasum

 

 

0256030

 

Weraq tal-karfus

Apium graveolens var. secalinum

Weraq tal-bużbież, weraq tal-kosbor, weraq tax-xibt, weraq tal-ħlewwa, lovage, anġelika, sweet cicely u weraq oħrajn Apiacea, ċilantro/stinking/kosbor twil/stink weed (Eryngium foetidum)

 

0256040

 

Tursin

Petroselinum crispum

weraq tat-tursin tuberuż

 

0256050

 

Salvja (4)

Salvia officinalis

Sagħtrija (Satureia hortensis, Satureia montana), weraq Borago officinalis

 

0256060

 

Klin (4)

Rosmarinus officinalis

 

 

0256070

 

Sagħtar (4)

Thymus spp.

Merdqux, riegnu

 

0256080

 

Ħabaq (4)

Ocimum spp.

Weraq tal-balzmu, nagħniegħ, pepermint, ħabaq sagru, ħabaq ħelu, ħabaq bis-suf, fjuri li jittieklu (qronfol Tork u oħrajn), ombrellini, werqa tal-betel salvaġġa, weraq tal-kàri

 

0256090

 

Weraq tar-rand (4)

Laurus nobilis

Lemon grass

 

0256100

 

Stragun (4)

Artemisia dracunculus

Issopu

 

0256990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0260000

(vi)

Legumi (friski)

 

 

 

Il-prodott sħiħ

0260010

 

Fażola (bil-miżwed)

Phaseolus vulgaris

Fażola ħadra/fażola Franċiża/snap beans, fażola ħamra tixxeblek, slicing bean, yard long beans, fażola tal-gwar, fażola tas-sojja

 

0260020

 

Fażola (bla miżwed)

Phaseolus vulgaris

Ful, Flageolets, jack bean, lima bean, cowpea

 

0260030

 

Piżelli (bil-miżwed)

Pisum sativum

Manġxtù/sugar peas/snow peas

 

0260040

 

Piżelli (bla miżwed)

Pisum sativum

Piżelli tal-ġnien, piżelli ħodor, ċiċri

 

0260050

 

Għads (4)

Lens culinaris syn. L. esculenta

 

 

0260990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0270000

(vii)

Ħxejjex biz-zokk (friski)

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew il-partijiet li qed jidbielu, il-ħamrija u l-għeruq

0270010

 

Asparagu

Asparagus officinalis

 

 

0270020

 

Kardun

Cynara cardunculus

Zkuk borago officinalis

 

0270030

 

Karfus

Apium graveolens var. dulce

 

 

0270040

 

Bużbież

Foeniculum vulgare

 

 

0270050

 

Qaqoċċ

Cynara scolymus

Fjura tal-banana

 

0270060

 

Kurrat

Allium porrum

 

 

0270070

 

Rabarbru

Rheum x hybridum

 

Iz-zkuk wara li jitneħħew l-għeruq u l-weraq

0270080

 

Rimi tal-pjanta tal-bambù (4)

Bambusa vulgaris

 

 

0270090

 

Qlub tal-palm (4)

Euterpa oleracea, Cocos nucifera, Bactris gasipaes, Daemonorops jenkinsiana

 

 

0270990

 

Others (4)

 

 

 

0280000

(viii)

Faqqiegħ

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li titneħħa l-ħamrija jew il-materjal li fih ikun tkabbar

0280010

 

Faqqiegħ ikkultivat

 

Faqqiegħ komuni (4), oyster mushroom, shiitake (4), fungus mycelium (partijiet veġetattivi)

 

0280020

 

Faqqiegħ salvaġġ (4)

 

Chanterelle, tartuf, more, cep

 

0280990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0290000

(ix)

Alki tal-baħar  (4)

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew il-weraq midbiela

0300000

3.

ŻRIERAGĦ IMNIXXFA TAL-LEGUMI

 

 

 

Żrieragħ nixfin

0300010

 

Fażola

Phaseolus vulgaris

Ful, navy beans, flageolets, jack beans, lima beans, fażola tal-għelieqi, cowpeas

 

0300020

 

Għads

Lens culinaris syn. L. esculenta

 

 

0300030

 

Piżelli

Pisum sativum

Ċiċri, piżelli tal-għelieqi, ġulbiena

 

0300040

 

Lupini (4)

Lupinus spp.

 

 

0300990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0400000

4.

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew il-qoxra, l-għadma u l-ħliefa meta hu possibbli

0401000

(i)

Żrieragħ taż-żejt

 

 

 

 

0401010

 

Żerriegħa tal-kittien

Linum usitatissimum

 

 

0401020

 

Karawett

Arachis hypogaea

 

 

0401030

 

Żerriegħa tal-peprin

Papaver somniferum

 

 

0401040

 

Żerriegħa tal-ġunġlien

Sesamum indicum syn. S. oreitale

 

 

0401050

 

Żerriegħa tal-ġirasol

Helianthus annuus

 

 

0401060

 

Żerriegħa tal-lift

Brassica napus

Żerriegħa tal-lift tal-għasafar, turnip rape

 

0401070

 

Żerriegħa tas-sojja

Glycine max

 

 

0401080

 

Żerriegħa tal-mustarda

Brassica nigra

 

 

0401090

 

Żerriegħa tal-qoton

Gossypium spp.

 

Mhux imnittfa

0401100

 

Żrieragħ tal-qara’ ħamra (4)

Cucurbita pepo var. oleifera

Żrieragħ oħrajn tal- Cucurbitaceae

 

0401110

 

Għosfor (4)

Carthamus tinctorius

 

 

0401120

 

Fiddloqom (4)

Borago officinalis

Purple viper’s bugloss/Canary flower (Echium planatgineum Corn Gromwell (Buglossoides arvensis)

 

0401130

 

Camelina sativa (4)

Camelina sativa

 

 

0401140

 

Żerrigħa tal-qanneb (4)

Cannabis sativa

 

 

0401150

 

Castor bean

Ricinus communis

 

 

0401990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0402000

(ii)

Frott taż-żejt

 

 

 

 

0402010

 

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt (4)

Olea europaea

 

Il-frotta sħiħa wara li jitneħħew iz-zkuk u l-ħamrija (jekk ikun hemm)

0402020

 

Ġewż tal-palm (żrieragħ tal-palm għaż-żejt) (4)

Elaeis guineensis

 

 

0402030

 

Frott tal-palm (4)

Elaeis guineensis

 

 

0402040

 

Kapok (4)

Ceiba pentandra

 

 

0402990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0500000

5.

ĊEREALI

 

 

 

Ħabb sħiħ

0500010

 

Xgħir

Hordeum spp.

 

 

0500020

 

Qamħ Saraċin

Fagopyrum esculentum

Amaranthus, quinoa

 

0500030

 

Qamħirrum

Zea mays

 

 

0500040

 

Millieġ (4)

Panicum spp.

Dekkuk, teff, millieġ Afrikan, millieġ perla

 

0500050

 

Ħafur

Avena sativa

 

 

0500060

 

Ross

Oryza sativa

Ross Indjan/salvaġġ (Zizania aquatica)

 

0500070

 

Segala

Secale cereale

 

 

0500080

 

Sorgu (4)

Sorghum spp.

 

 

0500090

 

Qamħ

Triticum aestivum, T. durum

Spelt, triticale

 

0500990

 

Oħrajn (3)

 

Skalora (Phalaris canariensis)

 

0600000

6.

TÈ, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI U KAKAW

 

 

 

 

0610000

(i)

Camellia sinensis

 

Weraq, zkuk u fjuri tal-Camellia sinensis imnixxfa, iffermentati jew trattati b’mod ieħor

0620000

(ii)

Żrieragħ tal-kafè  (4)

 

Coffea arabica, Coffea canephora, Coffea liberica

 

Żrieragħ ħodor

0630000

(iii)

Infużjonijiet erbali  (4), (6) (imnixxfa)

 

 

 

 

0631000

(a)

Fjuri

 

 

 

Il-fjuri sħaħ wara li jitneħħew iz-zkuk u l-weraq midbiela

0631010

 

Fjuri tal-kamumilla

Matricaria recutita, Chamaemelum nobile

 

 

0631020

 

Fjuri tal-ħibiskus

Hibiscus sabdariffa

 

 

0631030

 

Petali tal-ward

Rosa spp.

 

 

0631040

 

Fjuri tal-ġiżimin

Jasminum officinale

Fjuri tas-sebuqa (Sambucus nigra)

 

0631050

 

Xkomp (linden)

Tilia cordata

 

 

0631990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0632000

(b)

Weraq

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew l-għeruq u l-weraq midbiela

0632010

 

Weraq tal-frawli

Fragaria spp.

 

 

0632020

 

Weraq tar-rooibos

Aspalathus spp.

Weraq tal-ġingo

 

0632030

 

Matè

Ilex paraguariensis

 

 

0632990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0633000

(c)

Għeruq

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew qiegħ iz-zokk u l-fdalijiet tal-ħamrija mwaħħla

0633010

 

Għeruq tal-valerjana

Valeriana officinalis

 

 

0633020

 

Għeruq tal-ġinseng

Panax ginseng

 

 

0633990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0639000

(d)

Infużjonijiet erbali oħra

 

 

 

 

0640000

(iv)

Żrieragħ tal-kakaw  (4) (iffermentati jew imnixxfin)

 

Theobroma cacao

 

Fażola ħadra

0650000

(v)

Ħarruba  (4)

 

Ceratonia siliqua

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew iz-zkuk jew il-crown

0700000

7.

ĦOPS (imnixxfa)

 

Humulus lupulus

 

Ġewż imnixxef inklużi l-pelits tal-ħops u t-trab mhux ikkonċentrat

0800000

8.

ĦWAWAR  (4)

 

 

 

Il-prodott sħiħ, niexef

0810000

(i)

Żrieragħ

 

 

 

 

0810010

 

Ħlewwa

Pimpinella anisum

 

 

0810020

 

Ħlewwa sewda

Nigella sativa

 

 

0810030

 

Żerriegħa tal-karfus

Apium graveolens

Żerriegħa tal-lovage

 

0810040

 

Żerriegħa tal-kosbor

Coriandrum sativum

 

 

0810050

 

Żerriegħa tal-kemmun

Cuminum cyminum

 

 

0810060

 

Żerriegħa tax-xibt

Anethum graveolens

 

 

0810070

 

Żerriegħa tal-bużbież

Foeniculum vulgare

 

 

0810080

 

Fienu

Trigonella foenum- graecum

 

 

0810090

 

Noċemuskata

Myristica fragans

 

 

0810990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0820000

(ii)

Frott u żibeġ tal-kukku

 

 

 

 

0820010

 

Bżar tal-Ġamajka

Pimenta dioica

 

 

0820020

 

Bżar tas-Sichuan (bżar tal-ħlewwa, bżar tal-Ġappun)

Zanthoxylum piperitum

 

 

0820030

 

Ħlewwa Ġermaniża

Carum carvi

 

 

0820040

 

Kardamomu

Elettaria cardamomum

 

 

0820050

 

Frott tal-ġnibru

Juniperus communis

 

 

0820060

 

Bżar, iswed, aħdar u abjad

Piper nigrum

Bżar twil, bżar roża

 

0820070

 

Mżiewed tal-vanilla

Vanilla fragrans syn. Vanilla planifolia

 

 

0820080

 

Tamar tal-Indja

Tamarindus indica

 

 

0820990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0830000

(iii)

Qoxra tas-siġar

 

 

 

 

0830010

 

Kannella

Cinnamomum spp.

Kassja

 

0830990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0840000

(iv)

Għeruq jew riżomi

 

 

 

 

0840010

 

Għud is-sus

Glycyrrhiza glabra

 

 

0840020

 

Ġinġer

Zingiber officinale

 

 

0840030

 

Żagħfran tal-Indja (kurkuma)

Curcuma spp.

 

 

0840040

 

Għerq tal-mustarda

Armoracia rusticana

 

 

0840990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0850000

(v)

Blanzuni

 

 

 

 

0850010

 

Msiemer tal-qronfol

Syzygium aromaticum

 

 

0850020

 

Kappar

Capparis spinosa

 

 

0850990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0860000

(vi)

Stigma tal-fjuri

 

 

 

 

0860010

 

Żagħfran

Crocus sativus

 

 

0860990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0870000

(vii)

Aril

 

 

 

 

0870010

 

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

Myristica fragans

 

 

0870990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

0900000

9.

PJANTI TAZ-ZOKKOR  (4)

 

 

 

 

0900010

 

Pitravi taz-zokkor (għeruq)

Beta vulgaris subsp. vulgaris var. altissima

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew qiegħ iz-zokk u l-ħamrija mwaħħla

0900020

 

Kannamiela

Saccharum officinarum

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew il-partijiet li qed jidbielu, l-ħamrija u l-għeruq

0900030

 

Għeruq taċ-Ċikwejra (4)

Cichorium intybus

 

Il-prodott sħiħ wara li jitneħħew qiegħ iz-zokk u l-ħamrija mwaħħla

0900990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1000000

10.

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI–ANNIMALI TERRESTRI

 

 

 

 

1010000

(i)

Tessut

 

 

 

Il-prodott sħiħ

1011000

(a)

Majjal

 

Sus scrofa

 

 

1011010

 

Muskoli

 

 

Il-laħam wara li jitneħħa x-xaħam li jista’ jitneħħa

1011020

 

Xaħam

 

 

 

1011030

 

Fwied

 

 

 

1011040

 

Kliewi

 

 

 

1011050

 

Ġewwieni li jittieklu

 

 

 

1011990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1012000

(b)

Bovini

 

Bos spp.

 

 

1012010

 

Muskoli

 

 

Il-laħam wara li jitneħħa x-xaħam li jista’ jitneħħa

1012020

 

Xaħam

 

 

 

1012030

 

Fwied

 

 

 

1012040

 

Kliewi

 

 

 

1012050

 

Ġewwieni li jittieklu

 

 

 

1012990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1013000

(c)

Nagħaġ

 

Ovis aries

 

 

1013010

 

Muskoli

 

 

Il-laħam wara li jitneħħa x-xaħam li jista’ jitneħħa

1013020

 

Xaħam

 

 

 

1013030

 

Fwied

 

 

 

1013040

 

Kliewi

 

 

 

1013050

 

Ġewwieni li jittieklu

 

 

 

1013990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1014000

(d)

Mogħoż

 

Capra hircus

 

 

1014010

 

Muskoli

 

 

Il-laħam wara li jitneħħa x-xaħam li jista’ jitneħħa

1014020

 

Xaħam

 

 

 

1014030

 

Fwied

 

 

 

1014040

 

Kliewi

 

 

 

1014050

 

Ġewwieni li jittieklu

 

 

 

1014990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1015000

(e)

Żwiemel, ħmir, bgħula jew hinnies

 

Equus spp.

 

 

1015010

 

Muskoli

 

 

Il-laħam wara li jitneħħa x-xaħam li jista’ jitneħħa

1015020

 

Xaħam

 

 

 

1015030

 

Fwied

 

 

 

1015040

 

Kliewi

 

 

 

1015050

 

Ġewwieni li jittieklu

 

 

 

1015990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1016000

(f)

Tjur -tiġieġ, wiżż, papri, dundjani u fargħuni, ngħam, ħamiem

 

Gallus gallus, Anser anser, Anas platyrhynchos, Meleagris gallopavo, Numida meleagris, Coturnix coturnix, Struthio camelus, Columba spp.

 

 

1016010

 

Muskoli

 

 

Il-laħam wara li jitneħħa x-xaħam li jista’ jitneħħa

1016020

 

Xaħam

 

 

 

1016030

 

Fwied

 

 

 

1016040

 

Kliewi

 

 

 

1016050

 

Ġewwieni li jittieklu

 

 

 

1016990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1017000

(g)

Annimali oħra tar-razzett

 

 

Fenek, kangarù, ċerv

 

1017010

 

Muskoli

 

 

Il-laħam wara li jitneħħa x-xaħam li jista’ jitneħħa

1017020

 

Xaħam

 

 

 

1017030

 

Fwied

 

 

 

1017040

 

Kliewi

 

 

 

1017050

 

Ġewwieni li jittieklu

 

 

 

1017990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1020000

(ii)

Ħalib

 

 

 

Il-prodott sħiħ ibbażat fuq kontenut ta’ 4 % tal-piż xaħam (7)

1020010

 

Frat

 

 

 

1020020

 

Nagħaġ

 

 

 

1020030

 

Mogħoż

 

 

 

1020040

 

Żwiemel

 

 

 

1020990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1030000

(iii)

Bajd tal-għasafar

 

 

 

Il-prodott sħiħ wara li titneħħa l-qoxra (8)

1030010

 

Tiġieġ

 

 

 

1030020

 

Papri

 

 

 

1030030

 

Wiżż

 

 

 

1030040

 

Summien

 

 

 

1030990

 

Oħrajn (3)

 

 

 

1040000

(iv)

Għasel

 

Apis mellifera, Melipona spp.

Ħalib tan-naħal, polline, għasel tax-xehda bix-xehda

Il-prodott sħiħ

1050000

(v)

Anfibji u rettili

 

Rana spp. Crocodilia spp.

Saqajn taż-żrinġijiet, kukkudrilli

 

1060000

(vi)

Bebbux

 

Helix spp.

 

Il-prodott sħiħ wara li titneħħa l-qoxra

1070000

(vii)

Prodotti minn annimali terrestri oħra

 

 

Kaċċa salvaġġa

Il-laħam wara li jitneħħa x-xaħam li jista’ jitneħħa

1100000

11.

ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT, FROTT TAL-BAĦAR, MOLLUSKI U PRODOTTI TAL-IKEL OĦRA TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU  (9)

 

 

 

 

1200000

12.

GĦELEJJEL JEW PARTIJIET MILL-GĦELEJJEL UŻATI ESKLUŻIVAMENT GĦALL-GĦALF  (9)

 

 

 

 


(1)  In-numru tal-kodiċi huwa introdott minn dan l-Anness u huwa maħsub biex jistipula klassifikazzjoni skont dan l-Anness u Annessi oħrajn relatati mar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)  L-isem xjentifiku tal-oġġetti elenkati fil-kolonna “Eżempji ta’ prodotti individwali fi ħdan il-gruppi li għalihom japplikaw l-MRLs”, huwa msemmi fejn possibbli u rilevanti. Kemm hu possibbli, tiġi segwita s-Sistema Internazzjonali tan-Nomenklatura tal-Pjanti Kkultivati.

(3)  Il-kelma “oħrajn” tkopri dak kollu mhux imsemmi espliċitament taħt il-bqija tal-kodiċijiet fil-“Gruppi li għalihom japplikaw l-MRLs”.

(4)  L-MRLs fl-Annessi II u III għall-prodott ma japplikawx għall-prodotti jew partijiet tal-prodotti użati esklużivament bħala ingredjenti għall-għalf, sakemm ikunu applikabbli l-MRLs separati.

(5)  Mill-1 ta’ Jannar 2017 l-MRLs għandhom japplikaw ukoll għall-weraq tal-kohlrabi.

(6)  Sakemm mhux speċifikat fi gruppi oħra tal-produtturi.

(7)  Fil-każijiet kollha l-valuri tal-MRL huma espressi bħala mg/kg ta’ ħalib mhux ipproċessat.

Fejn id-definizzjoni tar-residwi hija mmarkata bħala solubbli fix-xaħam (bl-ittra F) l-MRL huwa bbażat fuq il-ħalib tal-baqra mhux ipproċessat b’kontenut ta’ xaħam ta’ 4 % tal-piż; għal ħalib mhux ipproċessat ta’ speċi oħra l-valur tal-MRL għandu jkun aġġustat proporzjonalment skont il-kontenut tax-xaħam tal-ħalib mhux ipproċessat ta’ dik l-ispeċi.

(8)  Fil-każijiet kollha l-valuri tal-MRL huma espressi bħala mg/kg ta’ bajd.

Fejn id-definizzjoni tar-residwi hija mmarkata bħala solubbli fix-xaħam (b’F) l-MRL huwa bbażat fuq il-bajd tat-tiġieġ b’kontenut ta’ xaħam ta’ 10 % tal-piż; għal bajd ta’ speċi oħra, il-valur tal-MRL għandu jkun aġġustat proporzjonalment skont il-kontenut tax-xaħam tal-bajd ta’ dik l-ispeċi, jekk il-kontenut tax-xaħam huwa għola minn 10 % tal-piż.

(9)  L-MRLs mhumiex applikabbli sakemm il-prodotti individwali jkunu identifikati u elenkati.”


12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/53


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 213/2013

tal-11 ta’ Marzu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

120,3

MA

74,5

TN

96,9

TR

111,0

ZZ

100,7

0707 00 05

EG

191,6

MA

170,1

TR

167,5

ZZ

176,4

0709 93 10

MA

53,0

TR

149,2

ZZ

101,1

0805 10 20

EG

54,2

IL

73,3

MA

92,7

TN

59,6

TR

73,8

ZZ

70,7

0805 50 10

TR

76,2

ZZ

76,2

0808 10 80

AR

116,3

BR

93,6

CL

118,1

CN

76,1

MK

28,7

US

163,9

ZZ

99,5

0808 30 90

AR

126,6

CL

125,1

TR

167,1

US

191,0

ZA

115,4

ZZ

145,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/55


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/9/UE

tal-11 ta’ Marzu 2013

li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(3) tagħha,

Billi:

(1)

Miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE u li jikkonċernaw l-adattament tal-Annessi II sa IX ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2008/57/KE.

(2)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, li l-Unjoni Ewropea hija parti għaliha (2), fl-Artikolu 3 tistabilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mill-prinċipji ġenerali tagħha u fl-Artikolu 9 teħtieġ li l-Istati Partijiet jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw aċċess lill-persuni b’diżabbiltà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni tad-diffikultajiet u l-ostakli għall-aċċessibbiltà u għandhom japplikaw fost l-oħrajn għat-trasport. Skont l-Artikolu 216(2) tat-TFUE, ftehimiet konklużi mill-Unjoni huwa vinkolanti fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u d-Direttiva 2008/57/KE – bħala strument ta’ leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni Ewropea – hija suġġetta għall-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (3), fil-Premessa 10 jgħid li l-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu, il-libertà tal-għażla u n-nondiskriminazzjoni u għandhom ikollhom opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferrovija paragunabbli ma’ dawk ta’ ċittadini oħra. L-Artikolu 21 tar-Regolament jesiġi li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jiżguraw, permezz tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika tal-interoperabbiltà (TSI) għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa, li l-istazzjonijiet, il-pjattaformi, il-vetturi ferrovjarji u faċilitajiet oħra jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa.

(4)

Huwa meħtieġ adattament tal-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE sabiex fih tiġi inkluża referenza espliċita għall-aċċessibbiltà. L-aċċessibbiltà hija rekwiżit essenzjali li hija kemm rekwiżit ġenerali għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja kif ukoll tapplika speċifikament għall-infrastruttura, il-vetturi ferrovjarji, l-operazzjonijiet u l-applikazzjonijiet telematiċi tas-sottosistemi tal-passiġġieri. L-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva bl-ebda mod ma jaffettwaw il-prinċipju tal-implimentazzjoni gradwali stabbilit fid-Direttiva 2008/57/KE, partikolarment li s-sottosistemi fil-mira indikati f’TSI jistgħu jintlaħqu gradwalment f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u li kull TSI għandha tindika strateġija ta’ implimentazzjoni sabiex twettaq it-tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSIs se tkun in-norma.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konsistenti ma’ approċċ bil-għan li jikseb aċċess fuq bażi ugwali billi jiġu applikati soluzzjonijiet tekniċi jew miżuri operazzjonali jew it-tnejn.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE, li jistabbilixxi Rekwiżiti Essenzjali, qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu fit-Taqsima 1:

“1.6.   Aċċessibbiltà

1.6.1.

Is-sottosistemi tal-‘infrastruttura’ u tal-‘vetturi ferrovjarji’ għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa sabiex jiġi żgurat aċċess fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor permezz tal-prevenzjoni jew it-tneħħija tal-ostakli, u permezz ta’ miżuri xierqa oħra. Dan għandu jinkludi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-aġġornament, il-manutenzjoni u l-operat tal-partijiet rilevanti tas-sottosistemi li l-pubbliku għandu aċċess għalihom.

1.6.2.

Is-sottosistemi tal-‘operazzjonijiet’ u tal-‘applikazzjonijiet telematiċi għall-passiġġieri’ iridu jipprevedu l-funzjonalità meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor permezz tal-prevenzjoni jew billi jitneħħew l-ostakli, u permezz ta’ miżuri oħra xierqa.”

2.

Il-paragrafu li ġej jiżdied mas-sottoparagrafu 1 tat-Taqsima 2:

“2.1.2.   Aċċessibbiltà

2.1.2.1.

Is-sottosistemi infrastrutturali li l-pubbliku għandu aċċess għalihom iridu jkunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa skont 1.6.”

3.

Il-paragrafu li ġej jiżdied mas-sottoparagrafu 4 tat-Taqsima 2:

“2.4.5.   Aċċessibbiltà

2.4.5.1.

Is-sottosistemi tal-vetturi ferrovjarji li l-pubbliku għandu aċċess għalihom iridu jkunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa skont 1.6.”

4.

Il-paragrafu li ġej jiżdied mas-sottoparagrafu 6 tat-Taqsima 2:

“2.6.4.   Aċċessibbiltà

2.6.4.1.

Iridu jittieħdu l-passi xierqa biex jiġi żgurat li r-regoli tal-operat jipprevedu l-funzjonalità meħtieġa biex tiżgura l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobilità mnaqqsa”.

5.

Il-paragrafu li ġej jiżdied mas-sottoparagrafu 7 tat-Taqsima 2:

“2.7.5.   Aċċessibbiltà

2.7.5.1.

Iridu jittieħdu l-passi xierqa biex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet telematiċi tas-sottosistemi tal-passiġġieri jipprevedu l-funzjonalità meħtieġa biex tiżgura l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobilità mnaqqsa”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għar-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika ta’ Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(3)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14.


DEĊIŻJONIJIET

12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/57


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/124/PESK

tal-11 ta' Marzu 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-13 ta' April 2014.

(3)

Barra minn hekk, fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, aktar persuni u entità oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness mad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta' April 2014. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, kif ikun meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”

Artikolu 2

Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness mad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.


ANNESS

Lista tal-persuni u l-entità msemmija fl-Artikolu 2

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf

 

Kap tal-Ħabs ta' Evin, maħtur madwar Ġunju/Lulju 2012. Sa mill-ħatra tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu referenza għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F'Ottubru 2012, disa' priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

12.3.2013

2.

KIASATI Morteza

 

Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, il-Fergħa 4, li kkundanna għall-mewt erba' priġunieri politiċi Għarab, Taha Heidarian, Abbas Heidarian, Abd al-Rahman Heidarian (tliet aħwa) u Ali Sharifi.

Dawn ġew arrestati, ittorturati u mgħallqa mingħajr proċess korrett. Saret referenza għal dawn il-każijiet u n-nuqqas ta' proċess korrett f'rapport tat-13/09/2012 mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iran tat-22/08/2012, u minn diversi NGOs.

12.3.2013

3.

MOUSSAVI, Seyed Mohammad Bagher

 

Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, il-Fergħa 2, li impona l-kundanna tal-mewt fuq ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha'bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17/3/12 għal "attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali" u "mibegħda kontra Alla".

Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9/01/13. L-NGOs irrappurtaw li l-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett.

12.3.2013

4.

SARAFRAZ, Mohammad (Dr.)

(magħruf ukoll bħala: Haj-agha Sarafraz)

Data tat-Twelid: madwar 1963

Post tat-Twelid: Tehran

Post tar-Residenza: Tehran

Post tax-Xogħol: IRIB u PressTV HQ, Tehran

Kap ta' IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu Press TV, flimkien ma' IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inklużi dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta' kull ġimgħa "Iran Today". Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta' GBP 100,000 talli xandar il-konfessjoni ta' Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded.

Sarafraz għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt ta' proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013

5.

JAFARI, Asadollah

 

Prosekutur tal-Provinċja ta' Mazandaran, irrappurtat mill-NGOs bħala responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta' Baha'i minn arrest inizjali saż-żamma tagħhom f'iżolament fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Intelligence. Sitt eżempji konkreti ta' każijiet fejn inkiser il-proċess korrett huma dokumentati mill-NGOs, inkluż fl-2011 u l-2012.

12.3.2013

6.

EMADI, Hamid Reza

(magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

Data tat-Twelid: madwar 1973

Post tat-Twelid: Hamedan

Post tar-residenza: Tehran

Post tax-xogħol: Press TV HQ, Tehran

Direttur ta' Press TV Newsroom. Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inklużi l-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta' drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta' GBP 100,000 talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrappurtaw aktar eżempji ta' konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013

7.

HAMLBAR, Rahim

 

Imħallef tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tabriz. Responsabbli mill-kundanni serji kontra ġurnalisti u minoranzi etniċi Azeri u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, li akkużahom bi spjunaġġ, atti kontra s-sigurtà nazzjonali, propaganda kontra r-reġim Iranjan u insulti kontra l-mexxej tal-Iran. Ġie rrappurtat li s-sentenzi tiegħu ma segwewx proċess korrett f'diversi okkażjonijiet u d-detenuti ġew furzati jagħmlu konfessjonijiet foloz. Każ bi profil għoli kien jinvolvi 20 ħaddiem voluntier ta' għajnuna wara terremot (wara terremot fl-Iran f'Awwissu 2012) li tahom kundanni ta' ħabs għat-tentattivi tagħhom li jassistu lill-vittmi tat-terremot. Il-qorti sabet lill-ħaddiema ħatja minn "kollaborazzjoni f'assemblea u kollużjoni biex isiru reati kontra s-sigurtà nazzjonali."

12.3.2013

8.

MUSAVI-TABAR, Seyyed Reza

 

Kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta' Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta' attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha'i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. L-NGOs irrappurtaw li Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta' Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha'i Raha Sabet għal tliet snin f'iżolament.

12.3.2013

9.

KHORAMABADI, Abdolsamad

Kap tal-"Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali".

Abdolsamad Khoramabadi huwa Kap tal-"Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali", organizzazzjoni governattiva inkarigata miċ-ċensura online u l-kriminalità ċibernetika. Taħt it-tmexxija tiegħu l-Kummissjoni ddefiniet il-"kriminalità ċibernetika" permezz ta' għadd ta' kategoriji vagi li jikkriminalizzaw il-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta' kontenut meqjus bħala mhux adatt mir-reġim. Huwa responsabbli mir-repressjoni u l-ibblukkar ta' diversi siti elettroniċi tal-oppożizzjoni, gazzetti elettroniċi, blogs, siti elettroniċi ta' NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u ta' Google u Gmail minn Settembru 2012. Hu u l-Kummissjoni kkontribwew attivament għall-mewt f'detenzjoni tal-blogger Sattar Beheshti f'Novembru 2012. B'hekk il-Kummissjoni li qed imexxi hija direttament responsabbli għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari bil-projbizzjoni u l-iffiltrar tas-siti elettroniċi għall-pubbliku ġenerali, u okkażjonalment bid-diżattivazzjoni għalkollox tal-aċċess għall-Internet.

12.3.2013


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Ċentru għall-Investigazzjoni tal-Kriminalità Organizzata

(magħruf ukoll bħala: Uffiċċju tal-Kriminalità Ċibernetika jew Pulizija Ċibernetika)

Post: Tehran, Iran

Sit elettroniku: http://www.cyberpolice.ir

Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana hija unità tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, imwaqqfa f'Jannar 2011, li l-kap tagħha huwa Esmail Ahmadi-Moqaddam (elenkat). Skont ir-rapporti tal-istampa il-kap tal-pulizija Ahmadi-Moqaddam enfasizza li l-Pulizija Ċibernetika ser tfittex lill-gruppi anti-rivoluzzjonarji u ta' protesta li użaw in-netwerks soċjali bbażati fuq l-Internet fl-2009 biex jinħolqu protesti kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Mahmoud Ahmadinejad.

F'Jannar 2012, il-Pulizija Ċibernetika ħarġet linji gwida ġodda għall-Internet cafés, li jeħtieġu lill-utenti jipprovdu informazzjoni personali li tinżamm mis-sidien tal-café għal sitt xhur, kif ukoll rekord tas-siti elettroniċi li żaru. Ir-regoli jeħtieġu wkoll lis-sidien tal-café biex jinstallaw kameras tat-televixin b'ċirkwit magħluq u jżommu r-reġistrazzjonijiet għal sitt xhur. Dawn ir-regoli ġodda jistgħu joħolqu logbook li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jintraċċaw attivisti jew kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali.

F'Ġunju 2012, il-mezzi ta' komunikazzjoni Iranjani rrappurtaw li l-Pulizija Ċibernetika kienet ser tniedi repressjoni fuq in-netwerks privati virtwali (VPNs).

F'Ottubru 30, 2012, il-Pulizija Ċibernetika arrestat lill-blogger Sattar Beheshti (skont ma ġie rrappurtat, mingħajr mandat) għal "azzjonijiet kontra s-sigurtà nazzjonali fuq netwerks soċjali u Facebook." Beheshti kien ikkritika l-gvern Iranjan fil-blog tiegħu. Beheshti nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu fit-3 ta' Novembru, u huwa mifhum li dan ġie ttorturat għall-mewt mill-awtoritajiet tal-Pulizija Ċibernetika.

12.3.2013


Rettifika

12.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/61


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 189 tal-20 ta’ Lulju 2007 )

F’paġna 1, u fil-paġna tal-Werrej, it-titolu tar-Regolament,

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tal-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91”,

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2029/91”;

F’paġna 21, l-Artikolu 39,

minflok:

“Artikolu 39

Revoka tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa b’dan irrevokat mill-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.”,

aqra:

“Artikolu 39

Tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 b’dan jitħassar mill-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.”.