ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.047.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 47

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
20 ta' Frar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta’ Jannar 2013 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pa de Pagès Català (IĠP)]

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) ( 1 )

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tad-dejta marbuta mal-entità li toħroġ iċ-ċertifikati fi New Zealand għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib

49

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ppreżentati għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji ( 1 )

51

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet fuqhom, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 436/2009 f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiki fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti tal-vinji tal-inbid u f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid

56

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 145/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

63

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 146/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

68

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/90/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2013 li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza ta’ dawn il-ħnieżer f’ċerti żoni fil-Latvja (notifikata bid-dokument numru C(2013) 720)

70

 

 

2013/91/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Latvja (notifikata bid-dokument numru C(2013) 722)  ( 1 )

72

 

 

2013/92/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2013 dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal għall-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta’ prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina (notifikata bid-dokument numru C(2013) 789)

74

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 139/2013

tas-7 ta’ Jannar 2013

li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(kodifikazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u t-tieni subparagrafu tal-punt (b) tal-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità tal-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni li m’humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali kif stabbiliti fir-regoli tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2)(b) u l-Artikolu 17(3) u l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 18(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 tat-23 ta’ Marzu 2007 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Wara t-tifqigħa tal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna ta’ nisel Ażjatiku fix-Xlokk tal-Ażja fl-2004, il-Kummissjoni adottat għadd ta’ Deċiżjonijiet li jipprojbixxu fost kommoditajiet oħrajn l-importazzjoni ta’ għasafar, minbarra t-tjur tal-irziezet, minn pajjiżi terzi affettwati.

(3)

Sabiex jitfassal inventarju tar-riskji li jirriżultaw mill-importazzjoni ta’ għasafar maqbuda, il-Kummissjoni fit-13 ta’ April 2005 talbet lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tipprovdi opinjoni xjentifika dwar ir-riskji li jirriżultaw minn importazzjoni ta’ għasafar maqbuda fis-selvaġġ u għasafar imrobbija fil-magħluq minn pajjiżi terzi.

(4)

Wara dik it-talba, il-Bord tal-EFSA fuq is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, matul il-laqgħa tiegħu fis-26 u s-27 ta’ Ottubru 2006, adotta Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji fuq is-Saħħa u l-Benesseri tal-Annimali assoċjati mal-importazzjoni ta’ għasafar selvaġġi, minbarra tjur tal-irziezet, fl-Unjoni. Dik l-Opinjoni Xjentifika tidentifika għodod u għażliet possibbli li jistgħu jnaqqsu kwalunkwe riskju għas-saħħa tal-annimali identifikat, relatat mal-importazzjoni tal-għasafar li ma humiex tjur tal-irziezet.

(5)

Waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA għandha x’taqsam mal-kontrolli mwettqa fil-pajjiżi terzi li jesportaw l-għasafar, minbarra t-tjur tal-irziezet, lejn l-Unjoni. It-titjib fil-waqt tal-esportazzjoni għandu jkollu l-aktar impatt fit-tnaqqis tal-probabbiltà li għasafar infettati jkunu ppreżentati biex jidħlu fl-Unjoni. Għal dik ir-raġuni, il-kondizzjonijiet tal-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament b’tali mod li l-importazzjoni tkun permessa biss minn pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ għasafar bħal dawn.

(6)

Rakkomandazzjoni oħra tal-EFSA għandha x’taqsam mal-importazzjoni tal-għasafar maqbuda fis-selvaġġ. L-Opinjoni Xjentifika tidentifika r-riskju kkawżat minn dawk l-għasafar li jistgħu jkunu infettati minħabba tixrid laterali minn għasafar selvaġġi infettati oħrajn mill-ambjent kontaminat, kif ukoll minn propagazzjoni ta’ tjur infettati. Meta jitqies ir-rwol li kellhom l-għasafar migratorji selvaġġi fit-tixrid tal-influwenza tat-tjur mill-Ażja lejn l-Ewropa fl-2005 u fl-2006, huwa xieraq li tkun limitata l-importazzjoni ta’ għasafar, minbarra t-tjur tal-irziezet, għal għasafar imrobbija fil-magħluq biss.

(7)

Huwa rari li tkun tista’ tiddistingwi b’ċertezza bejn għasafar maqbuda fis-selvaġġ u għasafar mrobbija fil-magħluq. Metodi ta’ mmarkar jistgħu jkunu applikati għaż-żewġ tipi ta’għasafar mingħajr ma jkun possibbli li ssir distinzjoni bejn it-tnejn. Għalhekk huwa xieraq li tkun limitata l-importazzjoni ta’ għasafar, minbarra t-tjur tal-irziezet, għal stabbilimenti ta’ tgħammir li huma approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-esportazzjoni, u li jkunu stabbiliti ċerti kondizzjonijiet minimi għal din l-approvazzjoni.

(8)

L-għasafar importati għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn faċilità jew ċentru approvat tal-kwarantina fi Stat Membru, fejn għandhom jinżammu sakemm tiġi eliminata l-possibilità ta’ infezzjoni b’influwenza tat-tjur jew bil-marda ta’ Newcastle.

(9)

Jekk l-influwenza tat-tjur jew il-marda ta’ Newcastle tiġi suspettata f’faċilitajiet approvati ta’ kwarantina jew f’unita’ ta’ ċentru ta’ kwarantina approvat, jixraq li wieħed jistenna sakemm is-suspett jiġi kkonfermat u li tiġi eliminata kwalunkwe kawża oħra tas-sintomi tal-marda qabel ma jibdew jinqatlu u jinqerdu l-għasafar fl-istabbiliment affettwat.

(10)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (5) ġiet adottata sabiex tqis l-esperjenza miksuba fil-kontroll tal-influwenza tat-tjur. Fuq il-bażi ta’ dik id-Direttiva, id-Deċiżjoni 2006/437/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (6) (il-manwal dijanjostiku) ġiet adottata u tistabbilixxi fil-livell tal-Unjoni proċeduri dijanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tar-riżultati tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma ta’ tifqigħa tal-influwenza tat-tjur. Għandu jittieħed kont ta’ dik id-Deċiżjoni f’dak li jirrigwardja s-sistemi ta’ testijiet għall-influwenza tat-tjur f’faċilitajiet u f’ċentri ta’ kwarantina approvati.

(11)

Huwa xieraq li jkunu stabbiliti aktar proċeduri ta’ importazzjoni li għandhom x’jaqsmu mat-trasferiment mill-Istazzjon tal-Ispezzjonijiet fil-Fruntiera lejn il-faċilitajiet jew iċ-ċentri ta’ kwarantina approvati mad-dħul fl-Unjoni sabiex ikun żgurat li għasafar importati jaslu fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina approvati li jkunu magħżula f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

(12)

Faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati, il-lista ta’ liema ċentri għandha tiġi ppubblikata minn Stati Membri, għandhom jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet minimi.

(13)

Ċerti importazzjonijiet ta’ għasafar huma koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Għalhekk, huma għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta’ dan ir-Regolament.

(14)

Ir-riskju għas-saħħa tal-annimali li jirriżulta minn ħamiem tat-tlielaq li jinġiebu fil-fl-Unjoni biex jinħelsu mill-ġdid sabiex ikunu jistgħu jtiru lura lejn l-oriġini tagħhom huwa tali li għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Barra minn dan, ċerti pajjiżi terzi għandhom kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, l-importazzjoni ta’ għasafar minn dawk il-pajjiżi għandha tiġi eskluża mill-iskop ta’ dan ir-Regolament.

(16)

Ċerti derogi għandhom ukoll jitqiesu għal dawk l-għasafar li jinstabu li huma infettati b’influwenza tat-tjur b’livelli patoġeniċi baxxi u bil-marda ta’ Newcastle f’faċilità jew f’ċentru ta’ kwarantina approvati, f’dawk il-każijiet fejn l-okkorrenza tal-marda ma tirriżultax f’riskju għall-istat ta’ saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni, mill-pajjiżi terzi u partijiet minnhom imsemmija fl-Anness I, u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina għal din l-importazzjoni.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament ser japplika għal annimali tal-ispeċi tat-tjur.

Madankollu, ma għandux japplika għal:

(a)

tjur;

(b)

għasafar importati għal programmi ta’ konservazzjoni approvati mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(c)

annimali domestiċi msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/65/KEE, li jakkumpanjaw lil sidhom;

(d)

għasafar maħsuba għal ġonna żooloġiċi, ċirki, parks ta’ divertiment jew esperimenti;

(e)

għasafar iddestinati għal korpi, istituti jew ċentri approvati skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 92/65/KEE;

(f)

ħamiem tat-tlielaq li huma introdotti fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiż terz ġar fejn huma normalment residenti u wara jinħelsu immedjatament bl-istennija li huma jtiru lura lejn dak il-pajjiż terz;

(g)

għasafar importati minn Andorra, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera, u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 2005/94/KE għandhom japplikaw ħlief għad-definizzjoni ta’ tjur fil-punt 4 tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva. Għal finijiet ta’ dan ir-Regolament ‘tjur’ tfisser pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani, perniċi u ratiti (Ratitae) mkabbra jew miżmuma mill-bniedem għat-tgħammir, għall-produzzjoni tal-laħam jew tal-bajd għall-konsum, jew għall-popolament mill-ġdid tal-provvista tat-tjur tal-kaċċa.

Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“għasafar” tfisser annimali tal-ispeċi tat-tjur minbarra dawk imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2;

(b)

“stabbiliment tat-tgħammir approvat” ifisser:

(i)

stabbiliment użat esklussivament għat-tgħammir tal-għasafar; u

(ii)

li ġie spezzjonat u approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jesporta għall-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 u fl-Anness II;

(c)

“għasafar imrobbija fil-magħluq” tfisser għasafar li ma nqabdux fis-selvaġġ imma kienu mwielda u mrobbija fil-magħluq minn ġenituri li tgħammru jew kellhom gameti trasferiti mod ieħor fil-magħluq;

(d)

“ċurkett fis-sieq magħluq u kontinwu” tfisser ċurkett jew faxxa f’ċirku kontinwu, bla ebda qsim jew tgħaqqid, li ma kienx imbagħbas b’xi mod, ta’ qies li ma jistax jitneħħa mill-għasfur meta siequ tkun kibret għal kollox wara li jkun ġie applikat fl-ewwel ġranet tal-ħajja tal-għasfur u li kien manifatturat kummerċjalment għal dak il-għan;

(e)

“faċilità ta’ kwarantina approvata” tfisser post, li ma huwiex ċentru ta’ kwarantina:

(i)

fejn isseħħ il-kwarantina ta’ għasafar importati;

(ii)

li ġie spezzjonat u approvat mill-awtorità kompetenti għall-konformità mal-kondizzjonijiet minimi stipulati fl-Artikolu 6 u fl-Anness IV;

(f)

“ċentru ta’ kwarantina approvat” ifisser bini:

(i)

fejn isseħħ il-kwarantina ta’ għasafar importati;

(ii)

li jkun fih numru ta’ unitajiet, li huma separati operazzjonalment u fiżikament minn xulxin u fejn kull unità jkun fiha biss għasafar tal-istess kunsinna, bl-istess stat ta’ saħħa, u għalhekk tikkonsisti f’unità epidemjoloġika waħda;

(iii)

li ġie spezzjonat u approvat mill-awtorità kompetenti għall-konformità mal-kondizzjonijiet minimi stipulati fl-Artikolu 6 u fl-Anness IV;

(g)

“għasafar tas-sentinella” jfissru tjur li għandhom jintużaw bħala għajnuna dijanjostika waqt il-kwarantina;

(h)

“manwal dijanjostiku” jfisser il-Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/437/KE.

Artikolu 4

Stabbilimenti tat-tgħammir approvati

L-istabbilimenti tat- tgħammir approvati għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment tat-tgħammir għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II, u assenjat numru tal-approvazzjoni;

(b)

dak in-numru tal-approvazzjoni jrid ikun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni minn dik l-awtorità;

(c)

l-isem u n-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tat-tgħammir iridu jidhru fuq lista ta’ stabbilimenti tat-tgħammir imfassla mill-Kummissjoni;

(d)

l-approvazzjoni tal-istabbiliment tat-tgħammir għandha tiġi rtirata jew sospiża minnufih mill-awtorità kompetenti meta hi ma tibqax konformi mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II u l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa b’dan minnufih.

Artikolu 5

Il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni

L-importazzjonijiet tal-għasafar għandhom jiġu awtorizzati biss jekk l-għasafar jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għasafar huma għasafar mgħammra fil-magħluq;

(b)

l-għasafar għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom imsemmija fl-Anness I;

(c)

l-għasafar li ġejjin minn stabbilimenti tat-tgħammir approvati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4;

(d)

l-għasafar kienu soġġetti għal test tal-laboratorju għall-individwazzjoni tal-mikrobu minn 7 sa 14-il jum qabel l-imbark b’riżultati negattivi għal kull virus tal-influwenza tat-tjur u tal-marda ta’ Newcastle;

(e)

l-għasafar ma ġewx imlaqqma kontra l-influwenza tat-tjur;

(f)

l-għasafar huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont il-mudell stipulat fl-Anness III (“iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali”);

(g)

l-għasafar jiġu identifikati b’numru ta’ identifikazzjoni individwali permezz ta’ ċurkett fis-sieq magħluq u kontinwu mmarkat unikament jew ċippa elettronika skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (7);

(h)

in-numru tal-identifikazzjoni individwali taċ-ċrieket fis-sieq jew ċipep elettroniċi stabbiliti fil-punt (g) għandu jinkludi mill-inqas li ġej:

il-kodiċi ISO tal-pajjiż terz li jesporta li jagħmel l-identifikazzjoni;

numru tas-serje uniku;

(i)

in-numru tal-identifikazzjoni individwali stabbilit fil-punt (g) għandu jiġi rreġistrat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali;

(j)

l-għasafar ikunu trasportati f’kontenituri ġodda li huma identifikati individwalment fuq barra b’numru ta’ identifikazzjoni li jrid jikkorrispondi man-numru ta’ identifikazzjoni indikat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

Artikolu 6

Faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati

Il-faċilitajiet u ċ-ċentri tal-kwarantina approvati għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Anness IV.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista taċ-ċentri u l-faċilitajiet tal-kwarantina approvati u n-numri tal-approvazzjoni tagħhom u jqiegħdha għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.

Artikolu 7

Trasport dirett ta’ għasafar lejn faċilitajiet jew ċentri ta’ kwarantina approvati

L-għasafar għandhom jiġu trasportati direttament mill-istazzjon tal-ispezzjonijiet fil-fruntiera lejn faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati f’gaġeġ jew f’ċestuni.

Il-ħin totali tal-vjaġġ minn dak il-post għal dik il-faċilità jew dak iċ-ċentru ta’ kwarantina normalment ma jistax jaqbeż id-disa’ sigħat.

Meta jintużaw vetturi għal dan il-vjaġġ huma għandhom ikunu ssiġillati mill-awtoritajiet kompetenti b’siġill għal kontra t-tbagħbis.

Artikolu 8

Attestazzjoni

L-importaturi jew l-aġenti tagħhom għandhom jipprovdu attestazzjoni bil-miktub, fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul, u ffirmata mill-persuna responsabbli għall-faċilità jew għaċ-ċentru ta’ kwarantina li tiċċertifika li l-għasafar ser ikunu aċċettati għall-kwarantina.

L-attestazzjoni għandha:

(a)

tindika b’mod ċar l-isem u l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-faċilità jew taċ-ċentru ta’ kwarantina;

(b)

tasal fl-istazzjon tal-ispezzjonijiet fil-fruntiera permezz ta’ e-mail jew fax qabel il-ħin tal-wasla tal-kunsinna f’dak l-istazzjon jew għandha tiġi ppreżentata mill-importatur jew l-aġent tiegħu qabel ma jinħelsu l-għasafar mill-istazzjon tal-ispezzjonijiet fil-fruntiera.

Artikolu 9

Tranżitu ta’ għasafar fl-Unjoni

Meta l-għasafar jiġu introdotti fl-Unjoni permezz ta’ Stat Membru li mhux dak tad-destinazzjoni, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li l-kunsinna tasal fl-Istat Membru tad-destinazzjoni mixtieq.

Artikolu 10

Monitoraġġ tat-trasport tal-għasafar

1.   Meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula l-monitoraġġ tal-għasafar mill-istazzjon tal-ispezzjonijiet fil-fruntiera sal-faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati fil-post tad-destinazzjoni, l-iskambji ta’ informazzjoni li ġejjin se jkunu pprovduti:

(a)

il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-istazzjon tal-ispezzjonijiet fil-fruntiera għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati fil-post tad-destinazzjoni bil-kunsinna, bil-post tal-oriġini u bil-post tad-destinazzjoni tal-għasafar permezz tan-netwerk ta’ TRACES;

(b)

il-persuna responsabbli għall-faċilità jew ċentru ta’ kwarantina tad-destinazzjoni approvati għandhom jgħarrfu permezz ta’ e-mail jew fax, fi żmien jum tax-xogħol mid-data tal-wasla tal-kunsinna fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina, lill-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati fil-post tad-destinazzjoni bil-wasla tal-kunsinna fid-destinazzjoni tagħha;

(c)

il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati fil-post tad-destinazzjoni tal-kunsinna għandu jgħarraf permezz tan-netwerk ta’ TRACES, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mid-data tal-wasla tal-kunsinna fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina, lill-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-istazzjon tal-ispezzjonijiet fil-fruntiera li għarrfu bl-imbark tal-kunsinna bil-wasla tal-kunsinna fid-destinazzjoni tagħha.

2.   Jekk tkun ipprovduta konferma lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-istazzjon tal-ispezzjonijiet fil-fruntiera, li l-għasafar iddikjarati li huma maħsuba għal faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati ma waslux fid-destinazzjoni tagħhom fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mid-data ta’ meta mistennija l-wasla tal-kunsinna fil-faċilità jew ċentru ta’ kwarantina, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa fir-rigward tal-persuna responsabbli għall-kunsinna.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet għall-kwarantina

1.   L-għasafar għandhom ikunu taħt kwarantina mill-inqas għal 30 ġurnata ġo faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati (“il-kwarantina”).

2.   Għall-inqas fil-bidu u fl-aħħar tal-kwarantina ta’ kull kunsinna, il-veterinarju uffiċjali għandu jispezzjona l-kondizzjonijiet tal-kwarantina, inkluż eżami tar-reġistri tal-mewt u spezzjoni klinika tal-għasafar fil-faċilità tal-kwarantina approvata jew f’kull unità taċ-ċentru tal-kwarantina approvat.

Madankollu, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjonijiet b’mod aktar frekwenti jekk meħtieġa mis-sitwazzjoni tal-mard.

Artikolu 12

L-eżami, it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar li għandhom jitwettqu b’rabta ma’ kunsinna waqt il-kwarantina

1.   Il-proċeduri ta’ eżami, teħid tal-kampjuni u ttestjar għall-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle, stabbiliti fl-Anness V, għandhom jitwettqu wara l-wasla tal-għasafar fil-kwarantina.

2.   Meta jiġu użati l-għasafar tas-sentinella għandu jkun użat minimu ta’ għaxar għasafar tas-sentinella fil-faċilità ta’ kwarantina approvata jew f’kull unità taċ-ċentru ta’ kwarantina approvat.

3.   L-għasafar tas-sentinella li jkunu użati għal proċeduri ta’ eżami, teħid tal-kampjuni u ttestjar għandu:

(a)

ikollhom mill-inqas tliet ġimgħat u jkunu użati darba biss għal dawk l-għanijiet;

(b)

ikollhom ċinga fis-sieq għal għanijiet ta’ identifikazzjoni jew ikunu identifikati b’identifikazzjoni oħra li ma tistax titneħħa;

(c)

ma jkunux imlaqqma u jkunu nstabu sero-negattivi għall-influwenza tat-tjur u għall-marda ta’ Newcastle fi żmien 14-il ġurnata qabel id-data tal-bidu tal-kwarantina;

(d)

jitqiegħdu fil-faċilità ta’ kwarantina approvata jew f’unità taċ-ċentru ta’ kwarantina approvat qabel il-wasla tal-għasafar fl-ispazju tal-ajru komuni u l-aktar qrib possibbli tal-għasafar b’tali mod li jkun żgurat il-kuntatt mill-qrib bejn l-għasafar tas-sentinella u l-ħmieġ tal-għasafar fil-kwarantina.

Artikolu 13

L-azzjoni fil-każ ta’ suspett ta’ mard f’faċilità jew ċentru tal-kwarantina approvati

1.   Jekk, waqt il-kwarantina f’faċilità approvata tal-kwarantina, ikun hemm suspett li għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar ikunu infettati bl-influwenza avjarja jew bil-marda ta’ Newcastle, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-faċilità approvata tal-kwarantina taħt superviżjoni uffiċjali;

(b)

għandhom jittieħdu kampjuni għal eżami viroloġiku kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness V minn dawk l-għasafar u l-għasafar tas-sentinella u għandhom jiġu analizzati skont dan;

(c)

ebda għasfur ma għandu jidħol jew joħroġ mill-faċilità approvata tal-kwarantina sakemm jiġi eliminat is-suspett.

2.   Jekk is-suspett ta’ influwenza avjarja jew tal-marda ta’ Newcastle fil-faċilità approvata tal-kwarantina milquta, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jiġi kkonfermat, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-għasafar kollha u l-għasafar sentinella kollha fil-faċilità approvata tal-kwarantina għandhom jinqatlu u jinqerdu;

(b)

il-faċilità approvata tal-kwarantina għandha tiġi mnaddfa u ddiżinfettata;

(c)

l-ebda għasfur ma għandu jidħol fil-faċilità approvata tal-kwarantina sa 21 jum wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni.

3.   Jekk waqt il-kwarantina f’ċentru approvat tal-kwarantina, ikun hemm suspett li għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar f’unità taċ-ċentru tal-kwarantina jkunu infettati bl-influwenza avjarja jew bil-marda ta’ Newcastle, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed iċ-ċentru approvat tal-kwarantina taħt superviżjoni uffiċjali;

(b)

għandhom jittieħdu kampjuni għal eżami viroloġiku kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness V minn dawk l-għasafar u l-għasafar tas-sentinella u għandhom jiġu analizzati skont dan;

(c)

ebda għasfur ma għandu jidħol jew joħroġ miċ-ċentru approvat tal-kwarantina sakemm jiġi eliminat is-suspett.

4.   Jekk is-suspett ta’ influwenza avjarja jew tal-marda ta’ Newcastle fl-unità affettwata taċ-ċentru approvat tal-kwarantina kif imsemmi fil-paragrafu 3 jiġi kkonfermat, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-għasafar kollha u l-għasafar sentinella kollha fl-unità affettwata taċ-ċentru approvat tal-kwarantina għandhom jinqatlu u jinqerdu;

(b)

l-unità kkonċernata għandha tiġi mnaddfa u ddiżinfettata;

(c)

għandhom jittieħdu l-kampjuni li ġejjin:

(i)

meta jintużaw għasafar tas-sentinella, mhux qabel 21 jum wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni tal-unità kkonċernata, għandhom jittieħdu l-kampjuni għal eżami viroloġiku, kif stabbilit fl-Anness V minn għasafar tas-sentinella fl-unitajiet tal-kwarantina l-oħrajn; jew

(ii)

meta ma jiġu użati l-ebda għasafar tas-sentinella, matul 7 sa 15-il jum wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni, għandhom jittieħdu kampjuni għal eżami viroloġiku, kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness V, minn għasafar fl-unitajiet tal-kwarantina l-oħrajn;

(d)

l-ebda għasfur ma jista’ joħroġ miċ-ċentru approvat tal-kwarantina sakemm irriżultati tat-teħid tal-kampjuni previsti fil-punt (c) jiġu kkonfermati negattivi.

5.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda skont dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Id-derogi li għandhom x’jaqsmu ma’ sejba pożittiva tal-influwenza tat-tjur b’livelli patoġeniċi baxxi u tal-marda ta’ Newcastle f’faċilità jew f’ċentru ta’ kwarantina approvati

1.   Meta waqt il-kwarantina għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar jinstabu li jkunu infettati bl-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa (LPAI) jew bil-marda ta’ Newcastle, l-awtorità kompetenti tista’, fuq il-bażi ta’ stima tar-riskju, tagħti derogi mill-miżuri previsti fl-Artikolu 13(2)(a) u (4)(a), sakemm dawn id-derogi ma jipperikolawx il-kontroll tal-mard (“id-deroga”).

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni dwar xi derogi simili.

2.   Meta veterinarju uffiċjali jispezzjona faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati li jkunu ngħataw deroga, u wieħed jew aktar mill-għasafar u/jew għasafar tas-sentinella jinstabu li huma infettati bl-LPAI jew bil-marda ta’ Newcastle, il-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 7 għandhom jiġu mħarsa.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni dwar xi miżuri bħal dawn.

3.   Fil-każ ta’ sejba pożittiva ta’ LPAI, minflok il-kampjuni standard kif previsti fil-manwal dijanjostiku, il-kampjuni li ġejjin għandhom jittieħdu għal ittestjar fil-laboratorju, 21 ġurnata wara d-data tal-aħħar sejba pożittiva ta’ LPAI fil-faċilità ta’ kwarantina approvata jew minn kull unità fiċ-ċentru ta’ kwarantina approvat u f’intervalli ta’ 21 ġurnata:

(a)

kampjuni ta’ xi għasafar tas-sentinella mejta jew għasafar oħra li jkunu preżenti fil-waqt tat-teħid tal-kampjuni;

(b)

kampjuni trakeali/orofarinġali u mill-kloaka għall-inqas minn 60 għasfur jew mill-għasafar kollha meta hemm inqas minn 60 preżenti fil-faċilità ta’ kwarantina approvata jew fl-unità kkonċernata taċ-ċentru ta’ kwarantina approvat; jew jekk l-għasafar huma żgħar, eżotiċi u ma humiex imdorrija jinżammu fl-idejn jew jekk jinżammu fl-idejn jistgħu ikunu ta’ periklu għan-nies, għandhom jinġabru kampjuni ta’ feċi friski; it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar fil-laboratorju ta’ dawn il-kampjuni għandhom ikomplu sakemm jinkisbu żewġ riżultati tal-laboratorju negattivi konsekuttivi li għandhom ikunu mill-inqas f’intervall ta’ 21 ġurnata.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi mid-daqs tal-kampjun previst f’dan il-paragrafu, fuq il-bażi tar-riżultat ta’ stima tar-riskji.

4.   Fil-każ ta’ sejba pożittiva tal-marda ta’ Newcastle, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga biss sakemm fit-30 ġurnata wara l-mewt jew il-fejqan kliniku tal-aħħar każ ta’ dik il-marda, it-teħid tal-kampjuni skont il-punti 1 u 2 tal-Anness V, filwaqt li ma titqiesx ir-referenza għall-perjodu ta’ żmien speċifikat, ikun twettaq b’riżultati negattivi.

5.   L-għasafar m’għandhomx jinħelsu mill-kwarantina sakemm mill-inqas il-perjodu tal-ittestjar fil-laboratorju previst fil-paragrafu 3 ikun skada.

6.   Il-faċilità ta’ kwarantina approvata jew l-unità kkonċernata taċ-ċentru ta’ kwarantina approvat għandha tiġi mnaddfa u ddiżinfettata wara li tkun ġiet imbattla. Kwalunkwe materjal jew skart li x’aktarx ġie kkontaminat għandu jitneħħa b’tali mod li jiżgura li l-patoġenu ma jinxteridx u jinqered b’tali mod li jiggarantixxi l-qerda tal-virus tal-LPAI u tal-marda ta’ Newcastle li jkunu preżenti. Ma’ dan, il-kampjuni kif ukoll l-iskart kollu li jkun akkumula matul il-perjodu tal-ittestjar fil-laboratorju previst fil-paragrafu 3 għandu wkoll jiġi meqrud ġaladarba jgħaddi dak il-perjodu..

7.   Il-popolazzjoni mill-ġdid tal-faċilità jew taċ-ċentru ta’ kwarantina approvati m’għandhiex issir għal perjodu ta’ 21 ġurnata wara d-data tat-tlestija tal-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni kif previst fil-paragrafu 6.

Artikolu 15

Azzjoni fil-każ ta’ suspett ta’ Chlamydiosis

Jekk waqt il-kwarantina f’faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati, ikun hemm suspett jew konferma li psittaciformes ikunu infettati bil-Chlamydophyla psittaci l-għasafar kollha tal-kunsinna għandhom jiġu ttrattati b’metodu approvat mill-awtorità kompetenti u l-kwarantina għandha tiġi estiża għal mill-inqas xahrejn wara d-data tal-aħħar każ irreġistrat.

Artikolu 16

Rilaxx minn kwarantina

L-għasafar għandhom joħorġu biss mill-kwarantina f’faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati, fuq awtorizzazzjoni bil-miktub minn veterinarju uffiċjali.

Artikolu 17

Rekwiżiti ta’ notifika u rappurtaġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa kull każ ta’ influwenza tat-tjur jew ta’ marda ta’ Newcastle li jinstab f’faċilità jew ċentru ta’ kwarantina approvati.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali:

(a)

in-numru ta’ għasafar importati permezz ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati għal kull speċi u għal kull stabbiliment tat-tgħammir tal-oriġini approvat;

(b)

informazzjoni dwar ir-rata ta’ mortalità għal għasafar importati mill-proċedura ta’ ertifikazzjoni għas-saħħa tal-annimali fil-pajjiż tal-oriġini sat-tmiem tal-kwarantina;

(c)

in-numru ta’ każijiet ta’ sejbiet pożittivi ta’ influwenza tat-tjur, tal-marda ta’ ewcastle u ta’ Chlamydophila psittaci f’faċilitajiet jew ċentri ta’ kwarantina approvati.

Artikolu 18

Spejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-kwarantina

L-ispejjeż kollha tal-kwarantina li saru minħabba l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallsu mill-importatur.

Artikolu 19

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)  ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 165.

(4)  Ara l-Anness VI.

(5)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)  ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.


ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjoniijiet ta’ għasafar imrobbija fil-magħluq

1.

Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (1), fejn il-kolonna 4 ta’ dik it-tabella tistipula mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur tat-tgħammir jew għat-tjur produttivi li mhumiex ratiti (BPP);

2.

Arġentina;

3.

Il-Filippini: National Capital Region.


(1)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


ANNESS II

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni tal-istabbilimenti tat-tgħammir fil-pajjiż terz tal-oriġini kif previst fl-artikolu 4

KAPITOLU 1

L-approvazzjoni tal-istabbilimenti tat-tgħammir

Sabiex jingħata l-approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 4, l-istabbiliment tat-tgħammir għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

(1)

L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jkun immarkat b’mod ċar u sseparat mill-ambjent tiegħu jew l-annimali jkunu magħluqa u mqiegħda b’mod li ma jkunux ta’ riskju sanitarju għall-azjendi tal-annimali li l-istat ta’ saħħa tagħhom jista’ jitqiegħed fil-periklu.

(2)

Għandu jkollu mezzi xierqa sabiex l-annimali jinqabdu, jingħalqu u jkunu iżolati u jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu faċilitajiet ta’ kwarantina xierqa u proċeduri approvati għal annimali li ġejjin minn stabbilimenti mhux approvati.

(3)

Il-persuna responsabbli għall-istabbiliment tat-tgħammir għandu jkollha esperjenza adegwata fit-tgħammir tal-għasafar.

(4)

L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jkun ħieles mill-influwenza tat-tjur, mill-marda ta’ Newcastle u mill-Chlamydophila psittaci; sabiex jiġi ddikjarat ħieles minn dak il-mard, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel eżami tar-reġistri dwar l-istat ta’ saħħa tal-annimali miżmuma mill-inqas għat-tliet snin preċedenti qabel id-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni, u tar-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa fuq l-annimali hemm ġew. Madankollu, l-istabbilimenti tat-tgħammir ġodda għandhom jiġu approvati biss skont ir-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa fuq l-annimali li jinsabu f’dawn l-istabbilimenti.

(5)

Għandu jżomm reġistri aġġornati li jindikaw:

(a)

in-numru u l-identità (età, sess, speċi u numru tal-identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) tal-annimali ta’ kull speċi preżenti fl-istabbiliment tat-tgħammir;

(b)

in-numru u l-identità (età, sess, speċi u n-numru tal-identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) tal-annimali li jaslu fl-istabbiliment tat-tgħammir jew jitilqu minnu, flimkien mal-informazzjoni dwar l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, it-trasport minn jew sal-istabbiliment tat-tgħammir u l-istat tas-saħħa tal-annimali;

(c)

ir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew xi proċeduri dijanjostiċi oħra;

(d)

il-każijiet ta’ mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti;

(e)

ir-riżultati tal-eżamijiet post-mortem fuq annimali li mietu fl-istabbiliment tat-tgħammir, inklużi annimali li twieldu mejta;

(f)

l-osservazzjonijiet li saru waqt xi perjodu ta’ iżolament jew kwarantina.

(6)

L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jkollu jew arranġament ma’ laboratorju kompetenti biex iwettaq eżamijiet post-mortem, jew ikollu post wieħed jew aktar xierqa fejn dawn l-eżamijiet jistgħu jitwettqu minn persuna kompetenti taħt l-awtorità tal-veterinarju approvat.

(7)

L-istabbilimenti tat-tgħammir irid ikollhom jew arranġamenti xierqa jew faċilitajiet fuq il-post għar-rimi xieraq tal-iġsma ta’ annimali li jmutu minn marda jew li jiġu ewtanizzati.

(8)

L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jiżgura, permezz ta’ kuntratt jew strument legali, is-servizzi ta’ veterinarju approvat minn u taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jesporta, li:

(a)

għandu jiżgura li l-miżuri xierqa ta’ sorveljanza u kontroll tal-mard li għandhom x’jaqsmu mas-sitwazzjoni tal-mard fil-pajjiż jiġu approvati mill-awtorità kompetenti u applikati fl-istabbiliment tat-tgħammir. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

(i)

pjan ta’ sorveljanza annwali tal-mard li jinkludi kontroll xieraq fuq l-annimali għaż-żoonożi,

(ii)

testijiet kliniċi, tal-laboratorju, u post-mortem ta’ annimali suspettati li jkunu infettati minn mard li jittieħed,

(iii)

tilqim ta’ annimali suxxettibbli kontra mard infettiv kif xieraq, b’konformità mal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u t-Tilqim għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);

(b)

għandu jiżgura li xi mwiet suspettużi jew il-preżenza ta’ xi sintomi oħrajn li jissuġġerixxu li l-annimali ħadu l-influwenza tat-tjur, il-marda ta’ Newcastle jew il-Chlamydophila psittaci jkunu mgħarrfa mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz;

(c)

għandu jiżgura li l-annimali li jidħlu fl-istabbiliment tat-tgħammir ikunu ġew iżolati kif meħtieġ, u skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-istruzzjonijiet, jekk hemm, mogħtija mill-awtorità kompetenti;

(d)

għandu jkun responsabbli għall-konformità ta’ kuljum mal-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali ta’ dan ir-Regolament u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport.

(9)

Jekk l-istabbilimenti tat-tgħammir irabbu annimali maħsuba għal laboratorji li jwettqu l-esperimenti, il-kura ġenerali u l-akkommodazzjoni ta’ dawn l-annimali għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

KAPITOLU 2

Iż-żamma tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti tat-tgħammir

L-istabbilimenti tat-tgħammir għandhom jibqgħu approvati biss bħala tali jekk ikunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu:

(1)

Il-postijiet huma taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali mill-awtorità kompetenti, li għandu:

(a)

jiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jintlaħqu;

(b)

iżur il-post tal-istabbiliment tat-tgħammir mill-inqas darba fis-sena;

(c)

jivverifika l-attività tal-veterinarju approvat u l-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta’ sorveljanza tal-mard;

(d)

jivverifika li r-riżultati tat-testijiet kliniċi, post-mortem u tal-laboratorju fuq l-annimali ma jkunu żvelaw l-ebda okkorrenza ta’ influwenza tat-tjur, marda ta’ Newcastle jew Chlamydophila psittaci.

(2)

L-annimali li ġejjin biss minn stabbiliment ieħor tat-tgħammir approvat huma introdotti fl-istabbiliment tat-tgħammir, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(3)

L-istabbiliment tat-tgħammir għandu jżomm ir-reġistri msemmija fil-punt 5 tal-Kapitolu 1 wara d-data tal-approvazzjoni, għal perjodu ta’ mill-inqas għaxar snin.

KAPITOLU 3

Il-kwarantina tal-għasafar introdotti minn għejun oħra li ma humiex stabbilimenti tat-tgħammir approvati

Permezz ta’ deroga mill-punt 2 tal-Kapitolu 2, l-għasafar introdotti minn għejun oħra li ma humiex stabbilimenti tat-tgħammir approvati, jistgħu jiġu introdotti fi stabbiliment tat-tgħammir wara li tingħata l-approvazzjoni għal din l-introduzzjoni mill-awtorità kompetenti, sakemm dawn l-annimali jgħaddu minn kwarantina skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti qabel ma jkunu miżjuda mal-oħrajn. Il-perjodu ta’ kwarantina għandu jkun ta’ mill-inqas 30 ġurnata.

KAPITOLU 4

Is-sospensjoni, l-irtirar u l-għoti mill-ġdid tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tat-tgħammir

Il-proċeduri sabiex l-approvazzjoni tal-istabbilimenti tat-tgħammir tkun parzjalment jew kompletament sospiża, irtirata jew mogħtija mill-ġdid għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

(1)

Meta l-awtorità kompetenti ssib li stabbiliment tat-tgħammir ma għadux konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2, jew li kien hemm bidla fl-użu b’mod li ma għadux jintuża esklussivament għat-tgħammir tal-għasafar, hi għandha tissospendi jew tirtira l-approvazzjoni ta’ dan l-istabbiliment.

(2)

Meta l-awtorità kompetenti tkun irċeviet notifika ta’ xi suspett ta’ influwenza tat-tjur, marda ta’ Newcastle jew Chlamydophila psittaci, hi għandha tissospendi l-approvazzjoni tal-istabbiliment tat-tgħammir, sakemm is-suspett jiġi eskluż b’mod uffiċjali. Hi għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi kkonfermat jew eskluż is-suspett u li jiġi evitat it-tixrid tal-mard, skont il-ħtiġiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-marda kkonċernata u dwar il-kummerċ tal-annimali.

(3)

Meta l-marda suspettata tiġi kkonfermata, l-awtorità kompetenti tista’ tapprova biss l-istabbiliment tat-tgħammir mill-ġdid skont il-Kapitolu 1 wara:

(a)

il-qerda tal-marda u tal-għajn ta’ infezzjoni fl-istabbiliment tat-tgħammir;

(b)

it-tindif u d-diżinfettazzjoni xierqa tal-istabbiliment tat-tgħammir;

(c)

it-twettiq tal-kondizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tal-punt 4.

(4)

L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf immedjatament lill-Kummissjoni dwar is-sospensjoni, l-irtirar jew l-għoti mill-ġdid tal-approvazzjoni ta’ kwalunkwe stabbiliment tat-tgħammir.


(1)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33.


ANNESS III

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fil-punt (f) tal-artikolu 5 għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar minbarra t-tjur tal-irziezet maħsuba għad-dispaċċ lejn l-Unjoni

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Kondizzjonijiet minimi għal faċilitajiet u ċentri approvati ta’ kwarantina għall-għasafar kif imsemmi fl-artikolu 6

Il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta’ kwarantina approvati għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2.

KAPITOLU 1

Kostruzzjoni u tagħmir ta’ faċilitajiet jew ċentri ta’ kwarantina

(1)

Il-faċilità jew iċ-ċentru ta’ kwarantina għandu jkun bini separat jew binjiet li jkunu separati minn azjendi oħra tat-tjur u tal-għasafar b’distanza speċifikata mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ stima tar-riskji li tqis l-epidemjoloġija tal-influwenza tat-tjur u tal-marda ta’ Newcastle. Bibien tad-dħul/ħruġ iridu jkunu jissakkru b’sinjali li jindikaw: “KWARANTINA — Persuni mhux awtorizzati ma jistgħux jidħlu”.

(2)

Kull unità ta’ kwarantina fiċ-ċentru ta’ kwarantina trid tokkupa spazju tal-ajru separat.

(3)

Il-faċilità jew iċ-ċentru ta’ kwarantina jridu jkunu protetti minn għasafar, dubbien u dud u siġillabbli sabiex jippermettu d-duħħan ta’ diżinfettazzjoni jgħaddi.

(4)

Il-faċilità ta’ kwarantina approvata u kull unità ta’ ċentru ta’ kwarantina approvat għandhom ikunu mgħammra b’faċilitajiet għall-ħasil tal-idejn.

(5)

Il-bibien tad-dħul u tal-ħruġ għall-faċilità ta’ kwarantina approvata u għal kull unità ta’ ċentru ta’ kwarantina approvat għandhom ikunu b’sistemi ta’ bieb doppju.

(6)

Fruntieri iġjeniċi jridu jiġu installati f’kull daħla/ħarġa għall-faċilità ta’ kwarantina approvata u għall-unitajiet differenti ta’ ċentru ta’ kwarantina approvat.

(7)

It-tagħmir kollu jrid ikun magħmul b’mod li jkun jista’ jiġi mnaddaf u ddiżinfettat.

(8)

Il-ħażna tal-għalf għandha tirreżisti l-għasafar u l-gerriema u trid tkun protetta mill-insetti.

(9)

Għandu jkun hemm reċipjent disponibbli għall-ħażna tal-skart u għandu jirreżisti l-għasafar u l-gerriema.

(10)

Friġġ u/jew friża għandhom ikunu disponibbli biex iżommu l-karkassi.

KAPITOLU 2

Rekwiżiti ta’ ġestjoni

(1)

Il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta’ kwarantina approvati jeħtieġu li:

(a)

ikollhom sistema ta’ kontroll effiċjenti sabiex jiżguraw sorveljanza adegwata tal-annimali;

(b)

ikunu taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali;

(c)

jiġu mnaddfa u ddiżinfettati skont programm approvat mill-awtorità kompetenti fejn wara għandu jkun hemm perjodu ta’ mistrieħ xieraq; id-diżinfettanti użati jridu jkunu approvati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti.

(2)

Għal kull kunsinna ta’ għasafar taħt kwarantina:

(a)

il-faċilità ta’ kwarantina approvata jew l-unità ta’ ċentru ta’ kwarantina approvat għandhom ikunu mnaddfa u ddiżinfettati u mbagħad jinżammu ħielsa mill-għasafar għal mill-inqas sebat’ijiem qabel ma jkunu introdotti l-għasafar importati;

(b)

il-kunsinna tal-għasafar għandha tiġi minn stabbiliment tat-tgħammir approvat wieħed fil-pajjiż terz tal-oriġini u tkun introdotta matul perjodu ta’ mhux aktar minn 48 siegħa;

(c)

il-perjodu ta’ kwarantina għandu jibda meta l-aħħar għasfur jiġi introdott;

(d)

il-faċilità ta’ kwarantina approvata jew l-unità ta’ ċentru ta’ kwarantina approvat għandu jiġi mbattal mill-għasafar, imnaddaf u ddiżinfettat fi tmiem il-perjodu ta’ kwarantina.

(3)

Prekawzjonijiet għandhom jittieħdu għal prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni li tittieħed bejn kunsinni li jidħlu u joħorġu.

(4)

Persuni mhux awtorizzati ma jistgħux jidħlu fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina approvati.

(5)

Persuni li jidħlu fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina approvati jridu jilbsu ilbies kif ukoll żraben protettivi.

(6)

Ma jistgħu jseħħu l-ebda kuntatti bejn il-persunal, li jistgħu jikkawżaw kontaminazzjoni bejn il-faċilitajiet ta’ kwarantina approvati jew l-unitajiet ta’ ċentri ta’ kwarantina approvati.

(7)

Tagħmir xieraq għandu jkun disponibbli għal tindif u diżinfettazzjoni.

(8)

Jekk tintuża identifikazzjoni permezz ta’ ċippa elettronika, apparat li jaqra l-informazzjoni miċ-ċippa elettronika għandu jkun disponibbli fiċ-ċentru jew fil-faċilità ta’ kwarantina approvati.

(9)

Tindif u diżinfettazzjoni tal-gaġeġ jew taċ-ċestuni użati għat-trasport iridu jsiru fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina approvati, sakemm ma jiġux meqruda. Jekk jerġgħu jintużaw, iridu jkunu magħmula minn materjal li jippermetti tindif u diżinfettazzjoni effettivi. Il-gaġeġ u ċ-ċestuni jridu jiġu meqruda b’tali mod li jkun evitat tifrix ta’ aġenti tal-mard.

(10)

Il-materjal taż-żibel u tal-iskart għandu jinġabar regolarment, maħżun fir-reċipjent taż-żibel u sussegwentement jiġi ttrattat b’tali mod li jkun evitat tifrix ta’ aġenti tal-mard.

(11)

Karkassi ta’ għasafar iridu jiġu eżaminati f’laboratorju uffiċjali magħżul mill-awtorità kompetenti.

(12)

L-analiżi u t-trattamenti tal-għasafar meħtieġa, iridu jsiru b’konsultazzjoni ma’ u taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali.

(13)

Il-veterinarju uffiċjali jrid jiġi mgħarraf b’mard u mewt ta’ għasafar u/jew għasafar tas-sentinella waqt il-kwarantina.

(14)

Il-persuna responsabbli mill-faċilità jew miċ-ċentru ta’ kwarantina approvati trid iżżomm reġistru ta’:

(a)

id-data, in-numru u l-ispeċi ta’ għasafar li jidħlu u joħorġu għal kull kunsinna;

(b)

il-kopji taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u d-Dokumenti Veterinarji Komuni għad-Dħul li jakkumpanjaw l-għasafar importati;

(c)

in-numri ta’ identifikazzjoni individwali tal-għasafar importati, u fil-każ ta’ identifikazzjoni permezz ta’ ċippa elettronika, id-dettalji tat-tip ta’ ċippa elettronika u l-apparat li ntuża biex jaqra l-informazzjoni għandhom jiġu rreġistrati;

(d)

Jekk fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina jintużaw għasafar tas-sentinella, in-numru u t-tqegħid tal-għasafar tas-sentinella fil-faċilità jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina;

(e)

kull osservazzjoni sinifikanti: il-każijiet ta’ mard u n-numru ta’ mwiet kuljum;

(f)

id-dati u r-riżultati tal-ittestjar;

(g)

it-tipi u d-dati ta’ trattament;

(h)

il-persuni li jidħlu u jitilqu mill-faċilità jew ċentru ta’ kwarantina.

(15)

Ir-reġistri msemmija fil-punt 14 għandhom jinżammu mill-inqas għal għaxar snin.

KAPITOLU 3

Is-sospensjoni, l-irtirar u l-għoti mill-ġdid tal-approvazzjoni ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina

Il-proċeduri sabiex l-approvazzjoni tal-faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina tkun parzjalment jew kompletament sospiża, irtirata jew mogħtija mill-ġdid għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu:

(1)

Meta l-awtorità kompetenti ssib li faċilità jew ċentru ta’ kwarantina ma għadux konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2, jew kien hemm bidla fl-użu b’mod li ma għadux kopert mill-Artikolu 3(e) u (f), hi għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b’dan il-fatt. Dawn il-faċilitajiet jew ċentri ta’ kwarantina ma għandhomx jintużaw għall-importazzjoni skont dan ir-Regolament.

(2)

L-approvazzjoni lil faċilità jew ċentru ta’ kwarantina għandha tingħata mill-ġdid biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 jerġgħu jkunu mwettqa.


ANNESS V

Proċeduri ta’ eżami, teħid ta’ kampjuni u ttestjar għall-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ newcastle

(1)

Waqt il-kwarantina jew l-għasafar tas-sentinella jew jekk ma jintużawx l-għasafar tas-sentinella, l-għasafar importati għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri li ġejjin:

(a)

l-użu tal-għasafar tas-sentinella:

(i)

kampjuni tad-demm għal eżami seroloġiku jridu jittieħdu mill-għasafar tas-sentinella kollha mhux inqas minn 21 ġurnata wara li dawn jidħlu fil-kwarantina u mill-inqas tlett’ijiem qabel it-tmiem tal-kwarantina;

(ii)

jekk l-għasafar tas-sentinella juru riżultati seroloġiċi pożittivi jew inkonklużivi għall-kampjuni msemmija fil-punt (i), l-għasafar importati jridu jkunu suġġetti għal eżami viroloġiku; kampjuni mill-kloaka (jew feċi) u kampjuni trakeali/orofarinġali jridu jittieħdu minn għall-inqas 60 għasfur jew mill-għasafar kollha jekk il-kunsinna hija inqas minn 60 għasfur;

(b)

mingħajr l-użu tal-għasafar tas-sentinella, l-għasafar importati jridu jkunu eżaminati viroloġikament (ittestjar seroloġiku ma jkunx adegwat). Kampjuni trakeali/orofarinġali u/jew mill-kloaka (jew feċi) iridu jittieħdu minn għall-inqas 60 għasfur jew mill-għasafar kollha jekk il-kunsinna hija inqas minn 60 għasfur, matul l-ewwel 7 sa 15-il ġurnata tal-kwarantina.

(2)

Minbarra l-ittestjar stabbilit fil-punt 1, il-kampjuni li ġejjin se jittieħdu għal eżami viroloġiku:

(a)

kampjuni mill-kloaka (jew feċi) u kampjuni trakeali/orofarinġali, jekk possibbli, minn għasafar morda klinikament jew għasafar tas-sentinella morda;

(b)

mill-kontenuti intestinali, il-moħħ, it-trachea, il-pulmuni, il-fwied, il-milsa, il-kliewi u organi oħra affettwati b’mod ovvju, mill-aktar fis possibbli wara l-mewt relatata ma’ waħda minn dawn it-tnejn:

(i)

l-għasafar tas-sentinella mejta u l-għasafar kollha mejta mal-wasla u dawk li jmutu waqt il-kwarantina, jew

(ii)

fil-każ ta’ mortalità għolja f’għasafar żgħar ta’ kunsinni kbar minn għall-inqas 10 % tal-għasafar mejta.

(3)

L-ittestjar viroloġiku u seroloġiku kollu ta’ kampjuni meħuda waqt il-kwarantina jrid jitwettaq f’laboratorji uffiċjali magħżula mill-awtorità kompetenti li tuża proċeduri dijanjostiċi skont il-manwal dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur u l-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u t-Tilqim għall-Annimali Terrestri tal-OIE għall-marda ta’ Newcastle. Għal eżami viroloġiku ta’ kollezzjoni ta’ kampjuni sa massimu ta’ ħames kampjuni ta’ għasafar individwali f’kollezzjoni waħda huma permessi. Materjal ta’ feċi jrid jiġi miġbur separatament minn kampjuni ta’ tessuti u organi oħra.

(4)

Iżolati ta’ virus iridu jintbagħtu lill-laboratorju ta’ referenza nazzjonali.

ANNESS VI

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007

(ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 165)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2007

(ĠU L 284, 30.10.2007, p. 20)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 86/2008

(ĠU L 27, 31.1.2008, p. 8)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2008

(ĠU L 93, 4.4.2008, p. 3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2008

(ĠU L 166, 27.6.2008, p. 18)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 754/2008

(ĠU L 205, 1.8.2008, p. 6)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1219/2008

(ĠU L 330, 9.12.2008, p. 4)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1294/2008

(ĠU L 340, 19.12.2008, p. 41)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 201/2009

(ĠU L 71, 17.3.2009, p. 3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2009

(ĠU L 164, 26.6.2009, p. 37)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2009

(ĠU L 307, 21.11.2009, p. 3)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 239/2010

(ĠU L 75, 23.3.2010, p. 18)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2012

(ĠU L 23, 26.1.2012, p. 1)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2012

(ĠU L 121, 8.5.2012, p. 18)


ANNESS VII

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 318/2007

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

Artikolu 3, it-tieni paragrafu, punti (a) sa (h)

Artikolu 3, it-tieni paragrafu, punti (a) sa (h)

Artikolu 3, it-tieni paragrafu, punt (i)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5, il-kliem introduttiv

Artikolu 5, il-kliem introduttiv

Artikolu 5, punt (a)

Artikolu 5, punt (a)

Artikolu 5, punt (b)

Artikolu 5, punt (b)

Artikolu 5, punt (ba)

Artikolu 5, punt (c)

Artikolu 5, punt (c)

Artikolu 5, punt (d)

Artikolu 5, punt (d)

Artikolu 5, punt (e)

Artikolu 5, punt (e)

Artikolu 5, punt (f)

Artikolu 5, punt (f)

Artikolu 5, punt (g)

Artikolu 5, punt (g)

Artikolu 5, punt (h)

Artikolu 5, punt (h)

Artikolu 5, punt (i)

Artikolu 5, punt (i)

Artikolu 5, punt (j)

Artikoli 6 sa 18

Artikoli 6 sa 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20, l-ewwel paragrafu

Artikolu 20

Artikolu 20, it-tieni paragrafu

Annessi I sa IV

Annessi I sa IV

Anness VI

Anness V

Anness VI

Anness VII


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 140/2013

tat-18 ta’ Frar 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pa de Pagès Català (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-paragrafu 2 tal-Artikolu 52 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Spanja biex id-denominazzjoni “Pa de Pagès Català” tiġi rreġistrata, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 128, 3.5.2012, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fl-ewwel parti tal-Anness I, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

SPANJA

Pa de Pagès Català (IĠP)


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 141/2013

tad-19 ta’ Frar 2013

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

(2)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, huma meħtieġa miżuri implimentattivi biex jispeċifikaw id-dejta u l-metadejta li għandha tiġi pprovduta dwar l-istat tas-saħħa, id-determinanti tas-saħħa u l-kura tas-saħħa koperti mill-Anness I ta’ dak ir-Regolament u biex jistabbilixxu l-perjodi u l-intervalli ta’ referenza biex tiġi pprovduta din id-dejta.

(3)

Dik id-dejta tirrappreżenta sett minimu ta’ dejta statistika li għandha tippermetti monitoraġġ aħjar tal-programmi u l-politiki tas-saħħa tal-Unjoni dwar l-inklużjoni soċjali u l-ħarsien soċjali, l-inugwaljanzi fis-saħħa u t-tixjiħ f’saħħtu.

(4)

Id-dejta kunfidenzjali mibgħuta lill-Kummissjoni (l-Eurostat) mill-Istati Membri għandha tkun ġestita skont il-prinċipju tal-kunfidenzjalità statistika bħalma hu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3).

(5)

Saret analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 u din ġiet evalwata skont l-istess artikolu. Din uriet li d-disponibbiltà ta’ dejta komparabbli fl-Unjoni kollha x’aktarx li tkun ta’ benefiċċju kbir għal deċiżjonijiet ta’ politika soċjali u tas-saħħa u għal skopijiet xjentifiċi, bl-użu ta’ għodod komuni li jippermettu l-konsistenza tad-dejta bejn il-pajjiżi, anki jekk il-kosti relatati jkunu jvarjaw skont il-grad ta’ integrazzjoni tal-varjabbli mitluba u l-metodoloġija fi ħdan l-istħarriġiet nazzjonali eżistenti.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika Ewropea msejsa fuq l-Istħarriġ Ewropew ta’ Intervisti dwar is-Saħħa (EHIS) għandha tikkonċerna l-istat tas-saħħa, il-kura tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa kif ukoll karatteristiċi soċjodemografiċi tal-popolazzjoni minn 15-il sena ’l fuq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“unità domestika” tfisser persuna li tgħix waħidha jew grupp ta’ nies li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-ispejjeż, kif ukoll jikkontribwixxu fil-forniment tal-essenzjali għall-għixien; din id-definizzjoni ma tkoprix l-unitajiet domestiċi kollettivi bħal sptarijiet, djar tal-kura jew residenzjali, ħabsijiet, kwartieri militari, istituzzjonijiet reliġjużi, pensjonijiet jew ħostels;

2.

“residenza abitwali” tfisser il-post li fih persuna normalment tqattal-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta’ rikreazzjoni, vakanzi, żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġi reliġjużi; jew, jekk tali dejta ma tkunx disponibbli, il-post tar-residenza legali jew reġistrata.

Il-persuni li ġejjin biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala residenti abitwali taż-żona ġeografika kkonċernata:

(a)

dawk li ilhom jgħixu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta’ referenza; jew

(b)

dawk li jkunu waslu fil-post tar-residenza abitwali tagħhom fit-12-il xahar qabel id-data ta’ referenza bil-ħsieb li joqogħdu hemm mill-inqas għal sena.

Meta ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) jew (b) ma jistgħux jiġu stabbiliti, “ir-residenza abitwali” għandha tfisser il-post ta’ residenza legali jew reġistrata;

3.

“mikrodejta” tfisser osservazzjonijiet jew miżuri mhux aggregati ta’ karatteristiċi ta’ unitajiet individwali;

4.

“metadejta” tfisser dejta li tiddefinixxi jew tiddeskrivi dejta oħra kif ukoll proċessi statistiċi tan-negozju.

Artikolu 3

Id-dejta meħtieġa

1.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi l-mikrodejta stipulata fl-Anness I lill-Kummissjoni (Eurostat).

2.   Il-mikrodejta għandha tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi nazzjonali tal-probabbiltà.

3.   Bil-għan li jinkiseb livell għoli ta’ armonizzazzjoni fir-riżultati tal-istħarriġ li sar madwar il-pajjiżi, il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tipproponi rakkomandazzjonijiet u linji gwida metodoloġiċi u prattiċi għall-kampjunar u għall-implimentazzjoni tal-istħarriġ fil-forma ta’ “Manwal tal-Istħarriġ tal-Unjoni Ewropea ta’ Intervisti dwar is-Saħħa” li jinkludi kwestjonarju mudell.

4.   Id-daqs tal-kampjun effettiv minimu, ikkalkulat fuq is-suppożizzjoni ta’ kampjunar każwali sempliċi, huwa stipulat fl-Anness II. Il-fatturi tal-ippeżar għandhom jiġu kkalkulati b’tali mod li jqisu l-probabbiltà tal-unitajiet tal-għażla, tan-nuqqas ta’ risposta u, skont kif ikun xieraq, tal-aġġustament tal-kampjun ma’ dejta esterna marbuta mad-distribuzzjoni tal-persuni fil-popolazzjoni fil-mira.

5.   Huma esklużi dawk il-partijiet żgħar tat-territorju nazzjonali li jammontaw għal mhux aktar minn 2 % tal-popolazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u t-territorji nazzjonali rispettivi elenkati fl-Anness III.

Artikolu 4

Is-sena ta’ referenza u l-popolazzjoni

1.   Is-sena ta’ referenza għandha tkun 2013, 2014 jew 2015

2.   Il-popolazzjoni ta’ referenza għandha tkun individwi li għandhom minn 15-il sena ’l fuq li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat fil-ħin tal-ġbir tad-data.

3.   Il-ġbir tad-dejta għandu jkun mifrux fuq mill-inqas tliet xhur inkluż mill-inqas xahar tal-ħarifa (Settembru-Diċembru).

Artikolu 5

Il-metadejta ta’ referenza

1.   Il-metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta skont l-istandard tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) u li dwaru hemm qbil mal-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu din il-metadejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn xahrejn wara t-trażmissjoni tal-mikrodejta.

Artikolu 6

Id-dispożizzjoni tal-mikrodejta u l-metadejta ta’ referenza lill-Kummissjoni (Eurostat)

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu mikrodejta li tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u ppeżata u metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità meħtieġa minn dan ir-Regolament skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-mikrodejta u l-metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta bl-użu tas-servizzi ta’ Punt ta’ Kuntatt Waħdieni.

2.   Il-mikrodejta għandha ssir disponibbli sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015 jew disa’ xhur wara tmiem il-perjodu nazzjonali tal-ġbir tad-dejta f’każijiet fejn l-istħarriġ jitwettaq wara Diċembru 2014

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

(2)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1


ANNESS I

Il-mikrodejta li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat)

IL-VARJABBLI TEKNIĊI TAL-ISTĦARRIĠ

Isem il-varjabbli

Deskrizzjoni

Kategoriji u kodiċijiet tar-risposti

Filtru

PID

In-numru tal-identifikazzjoni tar-rispondent

numru b’10 figuri

– 1

nieqes

Kulħadd

HHID

In-numru tal-identifikazzjoni tal-unità domestika

numru b’10 figuri

– 1

nieqes

Kulħadd

PRIMSTRAT

L-istrati primarji kif użati fl-għażla tal-kampjun

0001 – 9999

– 2

mhux applikabbli (l-ebda stratifikazzjoni)

Kulħadd

PSU

Unitajiet primarji tal-kampjunar kif użati fl-għażla tal-kampjun

0001 – 9999

– 2

mhux applikabbli (l-ebda kampjunar multistadju)

Kulħadd

WGT

Piż finali individwali

numru 5.3

– 1

nieqes

Kulħadd

PROXY

Kien/et il-persuna magħżula li ġiet intervistata, jew kien xi ħadd ieħor?(kienet intervistata persuna li tidher f’isem xi ħadd)

1

Il-persuna stess

2

Membru ieħor tal-unità domestika

3

Xi ħadd ieħor mhux fl-unità domestika

– 1

nieqes

Kulħadd

REFYEAR

Is-sena ta’ referenza tal-intervista

4 figuri

Kulħadd

REFMONTH

Ix-xahar ta’ referenza tal-intervista

1 – 12

– 1

nieqes

Kulħadd

INTMETHOD

Il-metodu użat għall-ġbir tad-dejta

10

Verżjoni postali, mhux elettronika

11

Verżjoni postali, elettronika (e-Mail)

20

Wiċċ imb ‘wiċċ, verżjoni mhux elettronika

21

Wiċċ imb ‘wiċċ, verżjoni elettronika

30

Telefown, verżjoni mhux elettronika

31

Telefown, verżjoni elettronika

40

Użu tal-Internet

50

Ġbir b’modi differenti (pereżempju: kemm dak postali kif ukoll b’intervista biex tinġabar id-dejta

Kulħadd

INTLANG

Il-lingwa użata fl-intervista,

kodiċijiet bi 3 figuri (il-Lista Standard tal-Kodiċijiet tal-Eurostat)

– 1

nieqes

Kulħadd


IL-VARJABBLI SOĊJALI EWLENIN

Isem il-varjabbli

Id-deskrizzjoni

Il-kategoriji u l-kodiċijiet tar-risposti

Filtru

SESS

Is-sess tar-rispondent

1

Maskil

2

Femminil

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

ETÀ

L-età tar-rispondent skont is-snin magħluqa waqt l-intervista

figura

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PAJJIŻ

Il-pajjiż ta’ residenza

2 Figuri bbażati fuq in-NUTS, fl-aktar livell aggregat (livell 0 jew il-livell tal-pajjiż)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

POST TAT-TWELID

Il-pajjiż tat-twelid

10

Mwieled/mwielda fil-post

21

Mwieled/mwielda fi Stat Membru ieħor tal-UE;

22

Mwieled/mwielda f’pajjiż mhux fl-UE,

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

ĊITTADIN

Il-pajjiż taċ-ċittadinanza fil-ħin tal-ġbir tad-dejta

10

Nazzjonal/għandu jew għandha ċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta

21

Mhux/mhix nazzjonal/ma għandux jew ma għandhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta iżda hu/hi nazzjonal ta’ Stat Membru ieħor tal-UE

22

Mhux/mhix nazzjonal/ma għandux jew ma għandhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li qed jirrapporta iżda għandu/għandha nazzjonalità ta’ pajjiż mhux fl-UE

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

REĠJUN

Ir-reġjun ta’ residenza

Kodiċjar skont in-NUTS fil-livell ta’ 2 figuri

– 1

nieqes

Kulħadd

DEG_URB

Il-grad ta’ urbanizzazzjoni

1

Żona popolata ħafna

2

Żona popolata f’livell intermedju

3

Żona popolata ftit

– 1

nieqes

Kulħadd

MARSTALEGAL

L-istat ċivili legali

1

Qatt ma kien/et miżżeweġ/miżżewġa u qatt ma kienet fi sħubija rreġistrata

2

Miżżewweġ/miżżewġa jew qiegħed/qiegħda fi sħubija rreġistrata

3

Armel/armla jew fi sħubija rreġistrata li spiċċat mal-mewt tas-sieħeb/sieħba (mhux miżżewweġ/miżżewġa mill-ġdid jew fi sħubija rreġistrata ġdida)

4

Iddivorzjat/a jew fi sħubija rreġistrata li ġiet xolta legalment (mhux miżżewweġ/miżżewġa mill-ġdid jew fi sħubija rreġistrata ġdida)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MARSTADEFACTO

L-istat ċivili de facto

1

Il-persuna tgħix f’unjoni konsenswali

2

Il-persuna ma tgħixx f’unjoni konsenswali

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HATLEVEL

L-ogħla livell ikkompletat ta’ edukazzjoni (kisba edukattiva)

Ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ISCED-2011

0

żvilupp fit-tfulija minn kmieni, edukazzjoni qabel il-primarja

1

Edukazzjoni primarja

2

Edukazzjoni sekondarja baxxa

3

Edukazzjoni sekondarja għolja

4

Edukazzjoni post-sekondarja izda mhux terzjarja

5

Edukazzjoni terzjarja; ċiklu qasir

6

Edukazzjoni terzjarja; livell ta’ Baċellerat jew ekwivalenti

7

Edukazzjoni terzjarja; livell ta’ Master jew ekwivalenti

8

Edukazzjoni terzjarja; Dottorat jew ekwivalenti

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MAINSTAT

L-istat awtodikjarat tax-xogħol

10

Il-persuna għandha impjieg jew professjoni, inkluż xogħol mhux bi ħlas għal xi negozju jew azjenda tal-familja, inkluż apprendistat jew taħriġ bi ħlas, eċċ.

20

Qiegħda;

31

Student żgħir, student, taħriġ avvanzat, esperjenza ta’ xogħol bla ħlas

32

Rtirata jew irtirat kmieni jew refgħet minn negozju

33

Diżabbli b’mod permanenti;

34

F’servizz komunitarju jew militari obbligatorju;

35

Twettaq xogħol tad-dar;

36

Persuna inattiva oħra

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

FT_PT

Xogħol full-time jew part-time

1

full-time

2

part-time

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

MAINSTAT = 10

JOBSTAT

L-istat fl-impjieg

10

Iimpjegat indipendenti

21

Impjegat b’xogħol permanenti jew kuntratt ta’ xogħol għal żmien illimitat

22

Impjegat b’kuntratt ta’ xogħol temporanju/għal żmien limitat

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

MAINSTAT = 10

JOBISCO

L-okkupazzjoni fix-xogħol

ISCO-08 ikkodifikat fil-livell ta’ 2 figuri

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

MAINSTAT = 10

LOCNACE

Is-settur ekonomiku fl-impjieg

It-taqsimiet tan-NACE Rev. 2

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

MAINSTAT = 10

HHNBPERS

L-għadd ta’ persuni li jgħixu fl-unità domestika, inkluż ir-rispondent;

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_0_4

L-għadd ta’ persuni ta’ 4 snin jew iżgħar

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_5_13

L-għadd ta’ persuni minn 5 snin sa 13-il sena

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_14_15

L-għadd ta’ persuni minn 14 sa 15-il sena

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_16_24

L-għadd ta’ persuni minn 16 sa 24 sena

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_25_64

L-għadd ta’ persuni minn 25 sa 64 sena

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHNBPERS_65plus

L-għadd ta’ persuni minn 65 sena ’l fuq

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHTYPE

It-tip ta’ unità domestika

10

Unità domestika b’persuna waħda

21

Ġenitur waħdu b’wild/ulied taħt il-25 sena

22

Koppja mingħajr ulied taħt il-25 sena

23

Koppja b’wild/ulied taħt il-25 sena

24

Koppja jew ġenitur waħdu b’wild/ulied taħt il-25 sena u persuni oħra li jgħixu fl-unità domestika

25

Tip ieħor ta’ unità domestika

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HH_ACT

L-għadd ta’ persuni bejn is-16 u l-64 sena fl-unità domestika li huma impjegati

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HH_INACT

L-għadd ta’ persuni bejn is-16 u l-64 sena fl-unità domestika li huma qiegħda jew huma ekonomikament inattivi

0 – 98

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HHINCOME

Dħul nett ekwivalizzat ta’ kull xahar tal-unità domestika

1

Taħt l-ewwel kwintil

2

Bejn l-ewwel u t-t-tieni kwintil

3

Bejn it-tieni u t-tielet kwintil

4

Bejn it-tielet u r-raba’ kwintil

5

Bejn ir-raba’ u l-ħames kwintil

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd


IL-VARJABBLI TAS-SAĦĦA

Isem il-varjabbli

Id-deskrizzjoni

Il-kategoriji u l-kodiċijiet tar-risposti

Filtru

L-istat tas-saħħa – il-Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

HS1

Is-saħħa inġenerali kif awtoperċepita:

kif tipperċepixxi s-saħħa tiegħek inġenerali

1

Tajba ħafna

2

Tajba

3

Mhux ħażina

4

Ħażina

5

Ħażina ħafna

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HS2

Problema tas-saħħa li ilha:

Tbati minn xi marda jew problema tas-saħħa għal mill-inqas sitt xhur

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HS3

Limitazzjoni f’attivitajiet ġenerali:

Limitazzjoni f’attivitajiet li n-nies jagħmlu normalment minħabba problemi tas-saħħa għal mill-inqas l-aħħar sitt xhur

1

Limitata wisq

2

Limitata iżda mhux wisq

3

Mhux limitata bl-ebda mod

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Mard u kundizzjonijiet kroniċi

CD1a

Ażma f’dawn l-aħħar 12-il xahar (inkluża l-ażma allerġika)

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1b

Bronkite kronika, mard pulmonari ostruttiv kroniku, jew enfisema f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1c

Infart kardijaku (attakk tal-qalb) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1d

Mard koronarju tal-qalb jew anġina pectoris f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1e

Pressjoni għolja tad-demm f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1f

Puplesija (emorraġija ċerebrali, trombosi ċerebrali) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1 g

Artrożi (eskluża l-artrite) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1h

Uġigħ/problema fil-parti t’isfel tad-dahar jew xi difett kroniku ieħor fid-dahar f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1i

Uġigħ/problema fl-għonq jew xi difett kroniku ieħor fl-għonq f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1j

Dijabete f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1k

Allerġija, bħall-hay fever (rinite), infjammazjoni fl-għajnejn, dermatite, allerġija għall-ikel jew oħrajn (eskluża l-ażma allerġika) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1 l

Ċirrożi tal-fwied f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1 m

Inkontinenza tal-awrina, problemi fil-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1n

Problemi tal-kliewi f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

CD1o

Dipressjoni f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Inċidenti u korrimenti

AC1a

L-okkorrenza ta’ inċident tat-traffiku f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AC1b

L-okkorrenza ta’ inċident fid-dar f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AC1c

L-okkorrenza ta’ inċident fil-ħin liberu f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AC2

L-intervent ta’ kura medika l-aktar serju għall-inċident l-aktar serju f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Dħul fi sptar jew kwalunkwe faċilità oħra tas-saħħa

2

Tabib jew infermiera

3

Ma kien meħtieġ l-ebda intervent

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk

AC1a = 1 jew

AC1b = 1 jew

AC1c = 1

Assenza mix-xogħol (minħabba problemi tas-saħħa)

AW1

Assenti mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk MAINSTAT = 10

AW2

L-għadd ta’ jiem ta’ assenza mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f’dawn l-aħħar 12-il xahar

L-għadd ta’ jiem

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk AW1 = 1

Limitazzjonijiet funzjonali sensorjali u fiżiċi

PL1

Tilbes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

1

Iva

2

Le

3

Għami/għamja jew ma jista’ jara xejn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PL2

Diffikultà biex tara, anki meta jintlibes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk PL1 = 1 jew 2

PL3

Tuża apparat għas-smigħ

1

Iva

2

Le

3

Trux/a ħafna

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PL4

Diffikultà biex tisma’ dak li jingħad f’konverżazzjoni ma’ persuna waħda oħra f’kamra kwieta anki meta jintuża apparat għas-smigħ

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk PL3 = 1 jew 2

PL5

Diffikultà biex tisma’ dak li jingħad f’konverżazzjoni ma’ persuna waħda oħra f’kamra aktar storbjuża anki meta jintuża apparat għas-smigħ

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk PL3 = 1 jew 2 u

PL4 = 1 jew 2 jew 3

PL6

Diffikultà biex timxi nofs kilometru fil-wità mingħajr l-użu ta’ kwalunkwe għajnuna

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PL7

Diffikultà biex titla/tinżel 12-il tarġa

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Attivitajiet ta’ kura personali

PC1a

Diffikultà biex tiekol

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC1b

Diffikultà tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC1c

Diffikultà biex tilbes u tinża

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC1d

Diffikultà biex tuża t-tojlit

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC1e

Diffikultà biex tieħu banju jew doċċa

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

PC2

Normalment tirċievi għajnuna f’attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek, tiekol, tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu, tilbes u tinża, tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa

1

Iva, f’mill-inqas attività waħda

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (ETÀ >= 65) u

{PC1a ≠ 1 jew PC1b ≠ 1 jew PC1c ≠ 1 jew PC1d ≠ 1 jew PC1e ≠ 1}

PC3

Jeħtieġ li tirċievi għajnuna jew aktar għajnuna f’attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek: tiekol, tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu, tilbes u tinża, tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa

1

Iva, f’mill-inqas attività waħda

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (ETÀ >= 65) u

{PC1a ≠ 1 jew PC1b ≠ 1 jew PC1c ≠ 1 jew PC1d ≠ 1 jew PC1e ≠ 1}

Attivitajiet domestiċi

HA1a

Diffikultà tipprepara l-ikel

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova jew ma għandux għalfejn jagħmel dan)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

- 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1b

Diffikultà tuża t-telefown

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1c

Diffikultà biex tagħmel ix-xiri

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1d

Diffikultà biex tieħu l-mediċini

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1e

Diffikultà biex tagħmel xogħol tad-dar ħafif

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1f

Diffikultà biex okkażjonalment tagħmel xogħol tad-dar iebes

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA1 g

Diffikultà biex tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum

1

L-ebda diffikultà

2

Xi diffikultà

3

Diffikultà kbira

4

Ma tistax għalkollox/mhux kapaċi

5

Mhux applikabbli (qatt ma pprova/ppruvat jew mhemmx bżonn)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk ETÀ >= 65

HA2

Normalment tirċievi għajnuna f’attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum

1

Iva, f’mill-inqas attività waħda

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (ETÀ >= 65) u

{HA1a ≠ 1 jew HA1b ≠ 1 jew HA1c ≠ 1 jew HA1d ≠ 1 jew HA1e ≠ 1 jew HA1f ≠ 1 jew HA1 g ≠ 1}

HA3

Teħtieġ għajnuna jew aktar għajnuna f’attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum

1

Iva, f’mill-inqas attività waħda

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (ETÀ >= 65) u

{HA1a ≠ 1 jew HA1b ≠ 1 jew HA1c ≠ 1 jew HA1d ≠ 1 jew HA1e ≠ 1 jew HA1f ≠ 1jew HA1 g ≠ 1}

Uġigħ

PN1

L-intensità tal-uġigħ fiżiku matul l-aħħar 4 ġimgħat

1

Xejn

2

Ħafif ħafna

3

Ħafif

4

Moderat

5

Qawwi

6

Qawwi ħafna

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PN2

Kemm dak l-uġigħ interferixxa fix-xogħol normali f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat (kemm ix-xogħol barra mid-dar kif ukoll ix-xogħol tad-dar)

1

Xejn

2

Daqsxejn

3

Moderatament

4

Ftit mhux ħażin.

5

Estremament

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Is-saħħa mentali:

MH1a

Kemm kellek nuqqas ta’ interess jew gost fl-affarijiet li għamilt matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1b

Kemm ħassejtek imdejjaq, dipress jew bla tama matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1c

Kemm sibtha diffiċli torqod jew tibqa’ rieqed, jew kemm kont qed torqod iżżejjed, matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1d

Kemm ħassejtek għajjien/a jew li għandek ftit enerġija tul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1e

Kemm ħassejtek bla ġuħ jew kilt iżżejjed matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1f

Kemm ħassejtek ħażin/a dwarek innifsek, ħassejtek falliment matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1 g

Kemm ma stajtx tikkonċentra fuq xi ħaġa, bħal taqra l-gazzetta jew tara t-televiżjoni, matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MH1h

Kemm tant iċċaqlaqt jew tkellimt bil-mod li nies oħra setgħu jinnutaw jew kemm tant kont bla kwiet, matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Xejn

2

Diversi jiem

3

Aktar minn nofs il-jiem

4

Kważi kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Kura tas-saħħa

Użu ta’ kura għall-pazjenti li qegħdin l-isptar jew day care

HO1

Dħalt l-isptar bħala pazjent f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HO2

L-għadd ta’ ljieli li qattajt bħala pazjent l-isptar f’dawn l-aħħar 12-il xahar

Numru 1 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk HO1 = 1

HO3

Dħalt l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma rqadt hemm f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

HO4

L-għadd ta’ drabi li dħalt l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma rqadt hemm f’dawn l-aħħar 12-il xahar

Numru 1 – 300

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk HO3 = 1

Użu ta’ kura ambulatorja u fid-dar

AM1

L-aħħar darba li mort għal vista għand dentist jew ortodontista

(għalik stess)

1

Anqas minn 6 xhur ilu

2

Bejn 6 xhur u 12-il xahar ilu

3

12-il xahar ilu jew aktar

4

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM2

L-aħħar darba li kkonsultajt tabib ġenerali jew it-tabib tal-familja (għaik stess)

1

Anqas minn 12 il-xahar ilu

2

12-il xahar ilu jew aktar

3

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM3

L-għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ tabib ġenerali jew mat-tabib tal-familja matul l-aħħar erba’ ġimgħat (għalik stess)

Numru 0 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk AM2 = 1

AM4

L-aħħar darba li kellek vistà għand speċjalista jew kirurgu mediku (għalik stess)

1

Anqas minn 12 il-xahar ilu

2

12-il xahar ilu jew aktar

3

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM5

L-għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ tabib jew kirurgu speċjalista matul l-aħħar erba’ġimgħat (għalik stess)

Numru 0 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk AM4 = 1

AM6a

Konsultazzjoni ma’ fiżjoterapista jew kinesiterapista f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM6b

Konsultazzjoni ma’ psikologu jew psikoterapista f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AM7

Użu ta’ kwalunkwe servizz tal-kura fil-komunità għal ħtiġijiet personali matul l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

L-użu tal-mediċina

MD1

Użu ta’ kwalunkwe mediċini preskritti mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn

(eskluża l-kontraċezzjoni)

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

MD2

Użu ta’ kwalunkwe mediċini, mediċini veġetali jew vitamini mhux preskritti mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Servizzi preventivi

PA1

L-aħħar darba li tlaqqamt kontra l-influwenza

Xahar/sena (XXSSSS)

Qatt jew ilu ħafna (0)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA2

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek il-pressjoni tad-demm

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Bejn sena u inqas minn 3snin ilu

3

Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu

4

Aktar minn 5 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA3

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek il-kolesterol fid-demm

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Bejn sena u inqas minn 3 snin ilu

3

Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu

4

Aktar minn 5 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA4

L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek iz-zokkor fid-demm

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Bejn sena u inqas minn 3 snin ilu

3

Bejn 3 snin u inqas minn 5 snin ilu

4

Aktar minn 5 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA5

L-aħħar darba li sarlek test tad-demm fl-ippurgar

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Minn sena sa inqas minn sentejn ilu

3

Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu

4

Aktar minn 3 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA6

L-aħħar darba li saritlek kolonoskopija

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Minn sena sa inqas minn 5 snin ilu

3

Minn 5 snin sa inqas minn 10 snin ilu

4

Aktar minn 10 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PA7

L-aħħar darba li saritlek mammografija (X-ray tas-sider tal-mara)

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Minn sena sa inqas minn sentejn ilu

3

Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu

4

Aktar minn 3 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk SESS = 2

PA8

L-aħħar darba li sarlek smear test tal-għonq tal-utru

1

Fl-aħħar 12-il xahar

2

Minn sena sa inqas minn sentejn ilu

3

Minn sentejn sa inqas minn 3 snin ilu

4

Aktar minn 3 snin ilu

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk SESS = 2

Ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa mhux sodisfatti

UN1a

Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġiex sodisfatt f’dawn l-aħħar 12-il xahar minħabba lista/i ta’ stennija twila/twal

1

Iva

2

Le

3

Ma kinitx meħtieġa kura tas-saħħa

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN1b

Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġiex sodisfatt f’dawn l-aħħar 12-il xahar kaġun tad-distanza jew minħabba problemi ta’ trasport

1

Iva

2

Le

3

Ma kinitx meħtieġa kura tas-saħħa

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN2a

Ma stajtx taffordja eżami jew trattament mediku f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

3

Ma kienx hemm bżonn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN2b

Ma stajtx taffordja eżami jew trattament dentali f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

3

Ma kienx hemm bżonn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN2c

Ma stajtx taffordja mediċini preskritti f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

3

Ma kienx hemm bżonn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

UN2d

Ma stajtx taffordja kura tas-saħħa mentali (minn psikologu jew psikjatra pereżempju) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Iva

2

Le

3

Ma kienx hemm bżonn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Fatturi li jiddeterminaw is-saħħa

Il-piż u t-tul

BM1

It-tul mingħajr iż-żarbun

Numru f’ċm

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

BM2

Il-piż mingħajr il-ħwejjeġ u ż-żarbun

Numru f’kg

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

L-attività/eżerċizzju fiżika/u

PE1

Sforz fiżiku tad-dmirijiet tiegħek(inklużi attivitajiet ta’ xogħol imħallsa kif ukoll mhux imħallsa)

1

L-aktar bil-qiegħda jew bil-wieqfa

2

L-aktar mixi jew kompiti ta’ sforz fiżiku moderat

3

L-aktar xogħol tqil jew fiżikament eżiġenti

4

Ma jitwettqu l-ebda dmirijiet

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PE2

L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn timxi għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur x’imkien

l-għadd ta’ ġranet 1 – 7

0

Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PE3

Il-ħin li tqatta’ timxi biex tasal jew tmur x’imkien f’ġurnata tipika

1

10 – 29 minuti/a kuljum

2

30 – 59 minuta kuljum

3

Bejn siegħa u inqas minn sagħtejn kuljum

4

Bejn sagħtejn u anqas minn 3 sigħat kuljum

5

3 sigħat jew aktar kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk PE2 ≠ 0

PE4

L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn tuża r-rota għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur x’imkien

l-għadd ta’ ġranet 1 – 7

0

Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PE5

Il-ħin li tqatta’ fuq ir-rota biex tasal jew tmur x’imkien f’ġurnata tipika

1

10 – 29 minuti/a kuljum

2

30 – 59 minuta kuljum

3

Bejn siegħa u inqas minn sagħtejn kuljum

4

Bejn sagħtejn u anqas minn 3 sigħat kuljum

5

3 sigħat jew aktar kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk PE4 ≠ 0

PE6

L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika meta tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) għal mill-inqas 10 minuti kontinwament li jikkawżaw mill-inqas żieda żgħira fir-rata tan-nifs jew tat-taħbit tal-qalb

l-għadd ta’ ġranet 1 – 7

0

Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

PE7

Il-ħin li tqatta’ tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness, jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) f’ġimgħa tipika

SSMM (sigħat/minuti)

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk PE6 ≠ 0

PE8

L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn tagħmel attivitajiet li jsaħħu l-muskoli

l-għadd ta’ ġranet 1 – 7

0

Jiena qatt ma nwettaq tali attivitajiet fiżiċi

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Il-konsum ta’ frott u ħaxix

FV1

Kemm il-darba tiekol frott, eskluż meraq ta’ frott magħsur

1

Darba jew aktar kuljum

2

bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

3

bejn darba u 3 darbiet fil-ġimgħa

4

Inqas minn darba fil-ġimgħa

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

FV2

L-għadd ta’ porzjonijiet ta’ frott kull ġurnata, eskluż meraq ta’ frott magħsur

Numru 1 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk FV1 = 1

FV3

Kemm il-darba tiekol ħaxix jew insalata, esklużi meraq ta’ frott magħsur u patata

1

Darba jew aktar kuljum

2

bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

3

bejn darba u 3 darbiet fil-ġimgħa

4

Inqas minn darba fil-ġimgħa

5

Qatt

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

FV4

L-għadd ta’ porzjonijiet ta’ ħxejjex jew insalata kull ġurnata, esklużi meraq ta’ frott magħsur u patata

Numru 1 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk FV3 = 1

It-tipjip

SK1

It-tip ta’ mġieba fir-rigward tat-tipjip

1

Tpejjep kuljum

2

Tpejjep okkażjonalment

3

Ma tpejjipx

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

SK2

It-tip ta’ prodott tat-tabakk ikkunsmat

1

Sigaretti (manifatturati u/jew mibruma bl-idejn)

2

Sigarri

3

Tabakk tal-pipa

4

Oħrajn

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk SK1 = 1 jew 2

SK3

L-għadd medju ta’ sigaretti kuljum

Numru 1 – 99

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk SK1 = 1 u

SK2 = 1

SK4

Kemm il-darba tkun espost għad-duħħan tat-tabakk fuq ġewwa

1

Qatt jew kważi qatt

2

Inqas minn 1 siegħa kuljum

3

Siegħa jew aktar kuljum

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Il-konsum tal-alkoħol

AL1

Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku ta’ kull tip (birra, inbid, ċidru, spirti, cocktails, pretaħlitiet, likwori, alkoħol magħmul id-dar…) f’dawn l-aħħar 12-il xahar

1

Kuljum jew kważi

2

5 – 6 ijiem fil-ġimgħa

3

3 – 4 ijiem fil-ġimgħa

4

Jum - jumejn fil-ġimgħa

5

Jumejn - 3 ijiem f’xahar

6

Darba fix-xahar

7

Anqas minn darba fix-xahar

8

Mhux f’dawn l-aħħar 12-il xahar, għaliex jien m’għadnix nixrob alkoħol

9

Qatt, jew ftit belgħat biss jew ippruvajt biss, f’ħajti kollha

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

AL2

Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku bejn it-Tnejn u l-Ħamis

1

F’dawk l–4 ijiem kollha

2

Fi 3 ijiem minn dawk l–4

3

F’jumejn minn dawk l–4

4

F’jum minn dawk l–4

5

Fl-ebda jum minn dawk l–4 ijiem

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk AL1 = 1, 2, 3 jew 4

AL3

Il-medja tal-għadd ta’ drinks alkoħoliċi (standard) f’jum wieħed (mit-Tnejn sal-Ħamis)

1

16-il drink jew aktar kuljum

2

10 – 15-il drink kuljum

3

6 – 9 drinks kuljum

4

4 – 5 drinks kuljum

5

3 drinks kuljum

6

Żewġ drinks kuljum

7

Drink wieħed kuljum

8

l-ebda drink

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

Jekk (AL1 = 1, 2, 3 jew 4) u (AL2 = 1, 2, 3 jew 4)

AL4

Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd

1

F’dawk it-3 ijiem kollha

2

F’jumejn minn dawk it-3

3

F’jum minn dawk it-3

4

Fl-ebda jum minn dawk it-3 ijiem

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk AL1 = 1, 2, 3 jew 4

AL5

Il-medja tal-għadd ta’ drinks alkoħoliċi (standard) f’jum wieħed (mill-Ġimgħa sal-Ħadd)

1

16-il drink jew aktar kuljum

2

10 – 15-il drink kuljum

3

6 – 9 drinks kuljum

4

4 – 5 drinks kuljum

5

3 drinks kuljum

6

Żewġ drinks kuljum

7

Drink wieħed kuljum

8

L-ebda drink

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk (AL1 = 1, 2, 3 jew 4) u (AL4 = 1, 2 jew 3)

AL6

Il-frekwenza ta’ drabi fejn xrobt ħafna alkoħol f’jum wieħed (ekwivalenti għal 60 g ta’ etanol pur jew aktar) matul l-aħħar 12-il xahar

1

Kuljum jew kważi

2

5 – 6 ijiem fil-ġimgħa

3

3 – 4 ijiem fil-ġimgħa

4

Jum jew jumejn fil-ġimgħa

5

2 – 3 ijiem f’xahar

6

Darba fix-xahar

7

Anqas minn darba fix-xahar

8

Mhux f’dawn l-aħħar 12-il xahar

9

Qatt f’ħajti kollha

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk AL1 = 1, 2, 3, 4, 5, 6 jew 7

Appoġġ soċjali

SS1

Kemm hemm nies qrib tiegħi li nista’ nserraħ fuqhom f’każ ta’ problemi personali serji

1

Xejn

2

1 jew 2

3

Bejn 3 u 5

4

6 jew aktar

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

SS2

Il-grad ta’ tħassib muri minn nies oħra rigward dak li l-persuna qed tagħmel

1

Ħafna tħassib u interess

2

Xi tħassib u interess

3

Inċert

4

Ftit tħassib u interess

5

L-ebda tħassib u interess

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

SS3

Kemm huwa faċli li ssib għajnuna prattika mill-ġirien f’każ ta’ bżonn

1

Faċli ħafna

2

Faċli

3

Possibbli

4

Diffiċli

5

Diffiċli ħafna

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

Il-forniment ta’ kura informali jew assistenza

IC1

Il-forniment ta’ kura jew għajnuna lil xi persuna jew aktar persuni li jbatu minn xi problema marbuta mal-età, kundizzjoni tas-saħħa jew infermità kronika, mill-inqas darba fil-ġimgħa

(attivitajiet professjonali esklużi)

1

Iva

2

Le

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

Kulħadd

IC2

Ir-relazzjoni prevalenti tal-persuna(i) li tbati/jbatu minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew minħabba l-età anzjana li qed tingħata kura jew għajnuna mill-inqas darba fil-ġimgħa mir-rispondent

1

Membru(i) tal-familja tar-rispondent

2

Mhux membru(i) tal-familja tar-rispondent

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk IC1 = 1

IC3

L-għadd ta’ sigħat fil-ġimgħa li fihom ir-rispondent jipprovdi kura jew għajnuna lill-persuna(i) li jbati/u minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew kaġun tal-età anzjana

1

Inqas minn 10 sigħat fil-ġimgħa

2

Mill-inqas 10 sigħat iżda inqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa

3

20 siegħa fil-ġimgħa jew aktar

– 1

nieqes (ma nafx, rifjut)

– 2

mhux applikabbli

jekk IC1 = 1


ANNESS II

Id-daqs tal-kampjuni finali li jridu jinkisbu

 

Persuni minn 15-il sena ’l fuq jew aktar li jridu jiġu intervistati

L-Istati Membri tal-UE

il-Belġju

6 500

il-Bulgarija

5 920

ir-Repubblika Ċeka

6 510

id-Danimarka

5 350

il-Ġermanja

15 260

l-Estonja

4 270

l-Irlanda

5 057

il-Greċja

6 667

Spanja

11 620

Franza

13 110

l-Italja

13 180

Ċipru

4 095

il-Latvja

4 555

il-Litwanja

4 850

il-Lussemburgu

4 000

l-Ungerija

6 410

Malta

3 975

il-Pajjiżi l-Baxxi

7 515

l-Awstrija

6 050

il-Polonja

10 690

il-Portugall

6 515

ir-Rumanija

8 420

is-Slovenja

4 486

is-Slovakkja

5 370

il-Finlandja

5 330

l-Isvezja

6 200

ir-Renju Unit

13 085

it-Total tal-Istati Membri tal-UE

194 990

l-Isvizzera

5 900

l-Islanda

3 940

in-Norveġja

5 170

it-Total li jinkludi l-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja

210 000


ANNESS III

It-territorji nazzjonali li huma esklużi mill-istħarriġ

Pajjiż

Territorji nazzjonali

Franza

Id-dipartimenti u t-territorji Franċiżi mhux kontinentali

Ċipru

Iż-żona li mhix ikkontrollata mill-gvern

il-Pajjiżi l-Baxxi

Il-Gżejjer tal-Karibew (Bonaire, St. Eustatius u Saba), il-Gżejjer Frisian tal-Punent ħlief Texel

l-Irlanda

Il-gżejjer kollha ħlief Achill, Bull, Cruit, Gorumna, Inishnee, Lettermore, Lettermullan u Valentia

ir-Renju Unit

L-Iskozja mit-tramuntana tal-Kanal ta’ Caledonia, il-Gżejjer Scilly


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/49


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 142/2013

tad-19 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fir-rigward tad-dejta marbuta mal-entità li toħroġ iċ-ċertifikati fi New Zealand għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148(c), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji (2) jelenka fl-Anness XII tiegħu l-entitajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ ċertifikati għal arranġamenti ta’ monitoraġġ ‘il ġewwa (IMA 1).

(2)

New Zealand ikkomunikat bidla lill-Kummissjoni, li tibda tgħodd mill-1 ta’ Marzu 2013, rigward l-isem u l-post tal-entità tal-ħruġ elenkata f’dak l-Anness. Fid-dawl ta’ dak, jeħtieġ li tiġi aġġornata d-dejta konnessa mal-entità tal-ħruġ fi New Zealand elenkata fl-Anness XII ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għaċ-ċertifikati IMA 1 maħruġa mill-1 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


ANNESS

Fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-entrata għal New Zealand joħdilha postha dan li ġej:

“New Zealand

ex 0405 10 11

Butir

Il-Ministeru għall-Industriji Primarji

Pastoral House

25 The Terrace

PO Box 2526

Wellington 6140

Tel. +64 4 894 0100

Fax + 64 4 894 0720

www.mpi.govt.nz”

ex 0405 10 19

Butir

ex 0405 10 30

Butir

ex 0406 90 01

Ġobon għall-ipproċessar

ex 0406 90 21

Cheddar


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/51


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 143/2013

tad-19 ta’ Frar 2013

li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ppreżentati għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet għat-tibdil fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistabbilixxi regoli għal konformità waqt is-servizz, id-durabbiltà tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD), il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u l-aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-kontroll tal-konformità tal-vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 u jistipula r-rekwiżiti għall-kejl tal-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ tali vetturi.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (4), jistabbilixxi l-obbligu li titwaqqaf proċedura biex jinkisbu valuri rappreżentattivi tal-emissjonijiet ta’ CO2, l-effiċjenza tal-fjuwil u l-massa ta’ vetturi kkompletati filwaqt li jiġi żgurat li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.

(4)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi kkompletati għandhom jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura ta’ bażi. Meta tiġi stabbilita proċedura ta’ monitoraġġ biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2, l-effiċjenza tal-fjuwil u l-massa tal-vetturi kkompletati jkunu rappreżentattivi, il-metodu għad-determinazzjoni tal-massa u tal-valuri ta’ CO2 għandu jiġi stabbilit, jekk xieraq, abbażi ta’ tabella ta’ valuri ta’ CO2 li jikkorrispondu għal klassijiet differenti ta’ piż tal-inerzja finali jew abbażi ta’ valur ta’ CO2 wieħed biss derivat minn massa tal-vettura ta’ bażi u massa speċifika miżjuda differenzjata mill-klassi N1.

(5)

Fuq il-bażi ta’ dawk il-metodi alternattivi, indikati fil-punt 7 tal-Parti B tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011, ġew ikkunsidrati alternattivi differenti u vvalutati f’termini ta’ eżattezza, rappreżentattività u fattibilità. L-alternattiva bbażata fuq l-ittestjar tal-vettura ta’ bażi b’valur stmat u uniku tal-massa, fejn il-komponent li jikkorrispondi għall-karozzerija jiġi kkalkolat bl-applikazzjoni ta’ formula polinomjali dipendenti mill-massa ta’ referenza tal-vettura ta’ bażi, tippreżenta l-aħjar bilanċ bejn l-eżattezza f’termini ta’ determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vettura kkompletata, l-ispejjeż involuti, u l-ħeffa tal-implimentazzjoni.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tal-manifatturi tal-vetturi fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tkun immonitorjata b’mod adegwat u effiċjenti, jeħtieġ li tiġi inkluża l-informazzjoni rilevanti fiċ-ċertifikat tal-konformità.

(7)

Għandu jingħata żmien biżżejjed sabiex il-manifatturi u l-awtoritajiet nazzjonali jadattaw il-proċeduri tagħhom għar-regoli l-ġodda.

(8)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tal-proċedura biex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kkompletati u l-monitoraġġ ta’ dawk l-emissjonijiet, huwa xieraq li tiġi riveduta l-proċedura u li tiġi evalwata r-rappreżentanza tal-emissjonijiet ta’ CO2 kif ukoll l-effikaċja u l-eżattezza tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2 sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016.

(9)

Id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tiġi riveduta l-proċedura stabbilita fil-punti minn 5.1 sa 5.7 tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 692/2008 kif emendat b’dan ir-Regolament.

Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposti adegwati.

Artikolu 4

1.   Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Jannar 2014, iċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi ta’ bażi tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li nħarġu skont id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 qabel l-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu validi.

2.   Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Jannar 2014, iċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi kkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li nħarġu skont id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 qabel l-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu validi.

3.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu bħala validi ċ-ċertifikati ta’ konformità li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 minbarra l-Artikolu 4(3) li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.


ANNESS I

L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, qed jiżdiedu l-punti 2.17, 2.17.1 u 2.17.2 li ġejjin:

2.17.   Vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji (fil-każ biss ta’ vetturi mhux kompluti jew ikkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007): iva/le (1)

2.17.1.   Il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem: …kg.

2.17.2.   Massa speċifika miżjuda, ikkalkolata skont it-Taqsima 5 tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 692/2008: …kg.”

(2)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti I, Vetturi kompluti u kkompletati, hija emendata kif ġej:

(i)

Fil-Mudell B – Naħa 1, Vetturi kkompletati, iċ-ċertifikat ta’ konformità tal-KE, qed jiddaħħal il-punt 0.2.2. li ġej:

“0.2.2.

L-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura ta’ bażi (q):

Tip: …

Varjant (a): …

Verżjoni (a): …

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż in-numru tal-estensjoni …”

(ii)

Fil-Mudell B – Naħa 1, Vetturi kkompletati, iċ-ċertifikat ta’ konformità tal-KE, qed jiddaħħal il-punt 0.5.1. li ġej:

“0.5.1.

In-numru u l-indirizz tal-manifattur tal-vettura ta’ bażi (q) …”

(iii)

Fin-Naħa 2 – Kategorija tal-vetturi N1 (vetturi kompluti u kkompletati), qed jiddaħħal il-punt 14. li ġej:

“14.

Il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem: …kg (1)(q).”

(b)

Fin-“Noti ta’ spjegazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Anness IX”, qed tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni (q) li ġejja:

“(q)

Fil-każ ta’ vetturi kkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007”.


ANNESS II

L-Annessi I u XII għar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Appendiċi 3 tal-Anness I, qed jiddaħħlu l-punti 2.17, 2.17.1 u 2.17.2 li ġejjin:

2.17.   Vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji (fil-każ biss ta’ vetturi mhux kompluti jew ikkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007: iva/le (1)

2.17.1.   Il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem: … kg

2.17.2.   Massa speċifika miżjuda, ikkalkolata skont it-Taqsima 5 tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 692/2008: … kg”.

(2)

Fl-Anness XII, qed tiddaħħal it-Taqsima 5 li ġejja:

“5.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA’ CO2 U L-KONSUM TAL-FJUWIL MINN VETTURI N1 PPREŻENTATI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP F’DIVERSI STADJI

5.1.   Sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, kif definit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura ta’ bażi, kif definita fl-Artikolu 3(18) ta’ dik id-Direttiva, għandha tiġi ttestjata skont il-punti 2 u 3 ta’ dan l-Anness.

5.2.   Il-massa ta’ referenza li trid tintuża għall-ittestjar għandha tkun dik li tirriżulta mill-formula li ġejja:

Formula

F’din il-formula:

RM

=

massa ta’ referenza li trid tintuża għall-ittestjar f’kg.

RM Vettura ta’ bażi

=

massa ta’ referenza tal-vettura ta’ bażi, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, f’kg.

DAM

=

massa speċifika miżjuda, ikkalkolata skont il-formula stabbilita fil-punt 5.3, li tikkorrispondi għal stima tal-piż tal-karrozzerija mwaħħla mal-vettura ta’ bażi, f’kg.

5.3.   Il-massa speċifika miżjuda għandha tiġi kkalkolata skont il-formula li ġejja:

DAM: Formula

F’din il-formula:

DAM

=

massa speċifika miżjuda f’kg

a

=

fattur multiplikanti, ikkalkolat skont il-formula stabbilita fil-punt 5.4

TPMLM

=

massa mgħobbija massima teknikament permissibbli, kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura ta’ bażi, f’kg

RM Vettura ta’ bażi

=

massa ta’ referenza tal-vettura ta’ bażi, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, f’kg.

5.4.   Il-fattur multiplikanti għandu jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

Formula

F’din il-formula:

a

=

fattur multiplikanti

RM Vettura ta’ bażi

=

massa ta’ referenza tal-vettura ta’ bażi, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, f’kg.

5.5.   Il-manifattur tal-vettura ta’ bażi huwa responsabbli għall-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti stipulati fil-punti minn 5.1 sa 5.4.

5.6.   Il-manifattur tal-vettura kkompletata għandu jinkludi, fiċ-ċertifikat tal-konformità, l-informazzjoni dwar il-vettura ta’ bażi, skont l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE.

5.7.   Fil-każ ta’ vetturi ppreżentati għal approvazzjoni ta’ vettura individwali, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-emissjonijiet ta’ CO2 imkejla skont il-metodoloġija stabbilita fil-punti minn 5.1 sa 5.4;

(b)

il-massa tal-vettura kkompletata lesta biex taħdem;

(c)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jikkorrispondi mat-tip, il-varjant u l-verżjoni tal-vettura ta’ bażi;

(d)

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura ta’ bażi, inkluż in-numru tal-estensjoni;

(e)

in-numru u l-indirizz tal-manifattur tal-vettura ta’ bażi;

(f)

il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem.

5.8.   Il-proċedura stabbilita fil-punti minn 5.1 sa 5.7 għandha tapplika għall-vetturi ta’ bażi tal-kategorija N1, kif definit fil-punt 1.2.1. tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/56


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 144/2013

tad-19 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet fuqhom, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 436/2009 f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiki fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti tal-vinji tal-inbid u f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari t-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 121, kif ukoll l-Artikolu 185a, l-Artikolu 185c(3) u l-Artikolu 192 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (2), il-prattiki enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV) emendat il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti prattiki enoloġiċi li huma diġà awtorizzati fl-Unjoni Ewropea. Sabiex il-produtturi tal-Unjoni Ewropea jingħataw l-istess possibbiltajiet bħal dawk mogħtija lill-produtturi li ġejjin minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ dawn il-prattiki enoloġiċi jiġu emendati fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti mill-OIV.

(2)

L-OIV adottat prattiki enoloġiċi ġodda. Sabiex il-produtturi tal-Unjoni Ewropea jingħataw il-possibbiltajiet il-ġodda mogħtija lill-produtturi li ġejjin minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li dawn il-prattiki enoloġiċi l-ġodda jiġu awtorizzati fl-Unjoni Ewropea bil-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti mill-OIV.

(3)

L-Appendiċi 10 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 jinkludi r-rekwiżiti għat-trattament għad-dealkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbejjed. L-OIV bidlet il-kunċett tad-dealkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbejjed bil-kunċett tal-korrezzjoni tal-kontenut ta’ alkoħol fl-inbejjed. Għalhekk, jeħtieġ li t-test tal-appendiċi jiġi adattat skont dan. L-appendiċi jindika wkoll li l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li ssir notifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar it-trattament għad-dealkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbejjed. Sabiex ikun żgurat li l-kontrolli jkunu effettivi, jeħtieġ li wieħed jispeċifika li din in-notifika għandha ssir qabel ma jsir fir-realtà t-trattament għad-dealkoħolizzazzjoni.

(4)

L-inbejjed li ġejjin mill-Italja li huma tat-tip “aleatico”, li għandhom dritt jużaw id-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pergola”, kif ukoll l-isem tradizzjonali “passito”, u l-inbejjed li ġejjin mill-Ungerija li għandhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u li għandhom dritt jużaw it-terminu “jégbor”, għandhom kontenut għoli ħafna ta’ zokkor u jiġu prodotti fi kwantitajiet żgħar. Biex dawn l-inbejjed iżommu tajjeb, l-Italja u l-Ungerija talbu deroga mil-limitu massimu tal-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. Jeħtieġ li jiġi awtorizzat limitu massimu tal-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 350 milligramma għal kull litru għall-inbejjed li ġejjin mill-Italja, u ta’ 400 milligramma għal kull litru għall-inbejjed li ġejjin mill-Ungerija.

(5)

Fl-inbid spumanti jista’ jkun hemm xi diossidu tal-karbonju li ma jkunx ġej mill-fermentazzjoni alkoħolika fit-taħlita tal-inbid minħabba l-iskambji tal-gassijiet li jseħħu meta d-diossidu tal-karbonju jintuża għat-trasferiment permezz tal-kontropressjoni. L-iskambji tal-gassijiet ma jżidux il-pressjoni tad-diossidu tal-karbonju u b’hekk m’għandhomx iwasslu għall-konklużjoni li dawn il-prodotti żdidilhom il-gass. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li għandhom jiġu aċċettati biss l-iskambji tal-gassijiet bid-diossidu tal-karbonju li jkun ġej mill-fermentazzjoni alkoħolika fit-taħlita tal-inbid, li ma jistgħux jiġu evitati waqt it-trasferiment permezz tal-kontropressjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 120g tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 jipprevedi ċerti metodi ta’ analiżi li jippermettu li wieħed jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-prodotti tas-settur tal-vinji tal-inbid u r-regoli li jippermettu li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-prodotti sarulhomx trattamenti li jmorru kontra l-prattiki enoloġiċi awtorizzati, fin-nuqqas ta’ metodi jew ta’ regoli rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV. L-OIV adottat ċerti metodi speċifiċi għall-analiżi taz-zokkor fl-għeneb (il-most ikkonċentrat u msaffi). Jeħtieġ li l-metodi korrispondenti mogħtija bħalissa fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 jitħassru.

(7)

Ċerti prattiki enoloġiċi huma esposti b’mod partikulari għar-riskju ta’ użu qarrieqi u għandhom jiġu indikati fir-reġistri u fid-dokumenti ta’ akkumpanjament skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (3). Ir-rekwiżiti dwar prattiki bħall-korrezzjoni tal-kontenut ta’ alkoħol fl-inbejjed, it-trattament permezz tal-iskambju tal-katjoni għall-aċidifikazzjoni u l-ipproċessar bl-elettromembrani jispeċifikaw li dawn il-prattiki jridu jiddaħħlu fir-reġistri msemmija. Jeħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistrazzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 436/2009 jiġu adattati sabiex jitqiesu l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 436/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat regolatorju stabbilit bl-Artikolu 195(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 606/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

l-Anness I A għandu jiġi emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

2.

l-Anness I B għandu jiġi emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

3.

l-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

4.

l-Anness IV għandu jiġi emendat skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 436/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 436/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

l-Artikolu 41(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt p) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“(p)

it-trattament bl-elettrodijalisi jew it-trattament bl-iskambju tal-katjoni biex jiżgura l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid jew it-trattament permezz tal-iskambju tal-katjoni għall-aċidifikazzjoni;”;

(b)

il-punt s) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“(s)

il-korrezzjoni tal-kontenut ta’ alkoħol fl-inbejjed;”;

(c)

għandu jiżdied il-punt v) li ġej:

“(v)

l-ipproċessar bl-elettromembrani għall-aċidifikazzjoni jew għad-deaċidifikazzjoni.”;

2.

l-Anness VI għandu jiġi emendat skont l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15.


ANNESS I

L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

fir-ringiela numru 10:

(i)

fil-kolonna numru 1, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

estratti tal-proteina tal-ħmira.”;

(ii)

fil-kolonna numru 3, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“Għat-trattament tal-most u tal-inbid abjad u rożè, il-limitu fuq l-użu tal-estratti tal-proteina tal-ħmira huwa ta’ 30 gramma għal kull ettolitru, waqt li għat-trattament tal-inbid aħmar, dan il-limitu huwa ta’ 60 gramma għal kull ettolitru;”;

(b)

fir-ringiela numru 40, il-prattika enoloġika mogħtija fil-kolonna numru 1 għandha tinbidel bit-test li ġej:

“il-korrezzjoni tal-kontenut ta’ alkoħol fl-inbejjed”;

(c)

għandhom jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“48

Aċidifikazzjoni permezz tat-trattament bl-iskambju tal-katjoni

Kundizzjonijiet u limiti stipulati fil-punti C u D tal-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli 11 u 13 ta’ dan ir-Regolament.

Bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 15.

 

49

Tnaqqis tal-kontenut ta’ zokkor fil-most permezz tal-akkoppjament tal-membrani

Għall-prodotti ddefiniti fil-punt 10 tal-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 16.

 

50

Deaċidifikazzjoni permezz tal-ipproċessar bl-elettromembrani

Kundizzjonijiet u limiti stipulati fil-punti C u D tal-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli 11 u 13 ta’ dan ir-Regolament.

Bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 17”

 

2.

L-Appendiċi 10 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Appendiċi 10

Rekwiżiti għat-trattament ta’ korrezzjoni tal-kontenut ta’ alkoħol fl-inbejjed

It-trattament ta’ korrezzjoni tal-kontenut ta’ alkoħol (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-trattament”) għandu l-għan li jnaqqas l-ammont żejjed ta’ etanol fl-inbid, sabiex jittejjeb il-bilanċ fit-togħma tiegħu.

Rekwiżiti:

1.

L-għanijiet jistgħu jintlaħqu permezz ta’ tekniki ta’ separazzjoni li jintużaw waħedhom jew flimkien.

2.

L-inbejjed li jsirilhom it-trattament ma għandu jkollhom l-ebda difett organolettiku, u għandhom ikunu adattati għall-konsum dirett mill-bniedem.

3.

It-tneħħija tal-alkoħol fl-inbid ma tistax issir jekk waħda mill-operazzjonijiet ta’ arrikkiment imsemmija fl-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tkun twettqet fuq wieħed mill-prodotti tal-inbid użati fil-produzzjoni tal-inbid ikkonċernat.

4.

Il-kontenut ta’ alkoħol jista’ jitnaqqas b’ammont massimu ta’ 20 % u l-qawwa alkoħolika totali reali bil-volum tal-prodott aħħari għandha tkun konformi ma’ dik iddefinita fil-punt a) tat-tieni subparagrafu tal-punt 1 tal-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

5.

It-trattament għandu jsir taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kkwalifikat.

6.

It-trattament għandu jitniżżel fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 185c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

7.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li t-trattament jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti minn qabel.”

3.

Fl-Appendiċi 14, l-inċiżi numru 3 u 4 għandhom jinbidlu bit-test li ġej:

“—

It-trattament għandu jsir taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kkwalifikat. It-trattament għandu jitniżżel fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 185c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Il-membrani li jintużaw għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (*1) u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi enoloġiku internazzjonali ppubblikat mill-OIV.

(*1)  ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.”"

4.

Għandhom jiżdiedu l-Appendiċi 15, 16 u 17 li ġejjin:

“Appendiċi 15

Rekwiżiti għall-aċidifikazzjoni permezz tat-trattament bl-iskambju tal-katjoni

It-trattament bl-iskambju tal-katjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘it-trattament’) għandu l-għan li jżid l-aċidità totali u l-aċidità reali (tnaqqis tal-pH) permezz tal-estrazzjoni fiżika parzjali tal-katjoni bi skambjatur tal-katjoni.

Rekwiżiti:

1.

It-trattament għandu jsir bl-użu ta’ rażi tal-iskambju tal-katjoni rreġenerati bl-aċidu.

2.

It-trattament għandu jkun limitat għat-tneħħija tal-katjoni żejda.

3.

Biex tiġi evitata l-produzzjoni ta’ frazzjonijiet tal-most jew tal-inbid, it-trattament għandu jseħħ b’mod kontinwu, bil-prodotti li jsirilhom it-trattament jiġu inkorporati b’mod lineari fil-prodotti oriġinali.

4.

B’mod alternattiv, ir-raża tista’ tiddaħħal direttament fit-tank, fil-kwantità meħtieġa, imbagħad tiġi separata b’kull mezz fiżiku adegwat.

5.

L-operazzjonijiet kollha għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kkwalifikat.

6.

It-trattament għandu jitniżżel fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 185c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

7.

Ir-rażi katjoniċi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u dawk nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, u għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti analitiċi mogħtija fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness. L-użu tagħhom ma għandux iwassal għal modifiki eċċessivi tal-kompożizzjoni fiżikokimika jew tal-karatteristiċi sensorjali tal-most u tal-inbid, u għandu jirrispetta l-limiti stabbiliti fil-punt 3 tal-monografija ‘Rażi ta’ skambju tal-katjoni’ tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.

“Appendiċi 16

Rekwiżiti għat-trattament ta’ tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor fil-most permezz tal-akkoppjament tal-membrani

It-trattament tat-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘it-trattament’) għandu l-għan li jneħħi z-zokkor mill-most, permezz tal-akkoppjament tal-membrani li jassoċja l-mikrofiltrazzjoni u l-ultrafiltrazzjoni man-nanofiltrazzjoni jew mal-ożmożi inversa.

Rekwiżiti:

1.

It-trattament iwassal għal tnaqqis fil-volum skont il-kwantità u l-kontenut taz-zokkor tas-soluzzjoni taz-zokkor li tkun tneħħiet mill-most inizjali.

2.

Il-proċeduri jridu jippermettu li jinżamm il-kontenut tal-kostitwenti tal-most l-oħra, minbarra z-zokkor.

3.

It-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor fil-most jeskludi l-korrezzjoni tal-kontenut tal-akoħol fl-inbejjed li joħorġu minn dan il-most.

4.

It-trattament ma jistax jintuża flimkien ma’ waħda mill-operazzjonijiet ta’ arrikkiment imsemmija fl-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

5.

It-trattament isir fuq volum ta’ most stabbilit skont l-ammont ta’ tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor imfittex.

6.

L-ewwel stadju għandu l-għan li jadatta l-most għat-tieni stadju tal-konċentrazzjoni, minn naħa waħda, u li jikkonserva l-makromolekuli li jkunu ta’ daqs ikbar mil-limitu ta’ qtugħ tal-membrana, min-naħa l-oħra. Dan l-istadju jista’ jitwettaq permezz tal-ultrafiltrazzjoni.

7.

Il-permeat miksub matul l-ewwel stadju tat-trattament wara jiġi kkonċentrat permezz tan-nanofiltrazzjoni jew tal-ożmożi inversa.

L-ilma oriġinali u l-aċidi organiċi li ma jinżammux min-nanofiltrazzjoni jistgħu, b’mod partikulari, jiġu introdotti mill-ġdid fil-most li jkun sarlu t-trattament.

8.

It-trattament għandu jitwettaq taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kkwalifikat.

9.

Il-membrani li jintużaw għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi enoloġiku internazzjonali ppubblikat mill-OIV.

“Appendiċi 17

Rekwiżiti għad-deaċidifikazzjoni permezz tal-ipproċessar bl-elettromembrani

L-ipproċessar bl-elettromembrani (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘it-trattament’) huwa metodu fiżiku għall-estrazzjoni jonika tal-most jew tal-inbid taħt l-azzjoni ta’ kamp elettriku bl-użu ta’ membrani permeabbli għall-anjoni, minn naħa waħda, u ta’ membrani bipolari, min-naħa l-oħra. L-użu ta’ membrani permeabbli għall-anjoni u ta’ membrani bipolari flimkien jippermetti li wieħed jikkontrolla t-tnaqqis fl-aċidità totali u fl-aċidità reali (żieda fil-pH).

Rekwiżiti:

1.

Il-membrani anjoniċi jridu jitqiegħdu b’tali mod li jippermettu li jiġu estratti biss l-anjoni u b’mod partikulari l-aċidi organiċi tal-most u tal-inbid.

2.

Il-membrani bipolari jridu jkunu impermeabbli għall-anjoni u għall-katjoni tal-most u tal-inbid.

3.

L-inbid li jinkiseb mill-most jew mill-inbid li jkun għadda minn dan it-trattament ta’ deaċidifikazzjoni għandu jinkludi mill-inqas 1 g.l-1 ta’ aċidu tartariku.

4.

Id-deaċidifikazzjoni permezz tal-membrani u l-aċidifikazzjoni jeskludu lil xulxin.

5.

Il-proċedura għandha ssir taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kkwalifikat.

6.

It-trattament għandu jitniżżel fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 185c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

7.

Il-membrani li jintużaw għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi enoloġiku internazzjonali ppubblikat mill-OIV.

.

(*1)  ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.””


ANNESS II

Il-punt 2 tal-Parti A tal-Anness IB tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

fil-punt d), għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

l-inbejjed li ġejjin mill-Italja li huma tat-tip ‘aleatico’ li għandhom dritt jużaw id-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Pergola’, kif ukoll l-isem tradizzjonali ‘passito’.”;

2.

fil-punt e), is-sitt inċiż għandu jinbidel bit-test li ġej:

“—

l-inbejjed li ġejjin mill-Ungerija li għandhom dritt jużaw denominazzjoni protetta tal-oriġini u li jiġu deskritti, skont il-leġiżlazzjoni Ungeriża, bit-termini ‘Tokaji máslás’, ‘Tokaji fordítás’, ‘Tokaji aszúeszencia’, ‘Tokaji eszencia’, ‘Tokaji aszú’, ‘Töppedt szőlőből készült bor’ jew ‘Jégbor’;”.


ANNESS III

It-tielet paragrafu tal-punt 10 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“L-użu tad-diossidu tal-karbonju fil-każ tal-proċess ta’ trasferiment permezz tal-kontropressjoni huwa awtorizzat, taħt superviżjoni, u jekk l-iskambji inevitabbli tal-gassijiet bid-diossidu tal-karbonju li jkun ġej mill-fermentazzjoni alkoħolika fit-taħlita tal-inbid ma jwasslux biex tiżdied il-pressjoni tad-diossidu tal-karbonju li jkun hemm fl-inbid spumanti.”


ANNESS IV

Il-punti a) sa e) tal-Parti B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandhom jitħassru.


ANNESS V

In-numru (11) tal-punt 1.4(b) tal-Parti B tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 436/2009 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“11: il-kontenut tal-alkoħol tal-prodott ġie korrett”.


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/63


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 145/2013

tad-19 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. Anness II tar-Regolament (KE) Nru. 314/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li ġew mogħtija lilhom funzjonjiet speċifiċi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tar-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe, tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif ipprovdut fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sal-punt li l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni tkun meħtieġa.

(3)

Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi ċerti annotazzjonijiet mil-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(4)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi aġġornat fuq il-bażi tal-informazzjoni l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test indikat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness III huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p.1.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6-23.


ANNESS I

"ANNESS II

Websajts għal tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl- Artikoli 4, 7 u 8 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu"


ANNESS II

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin jitneħħew minn taħt l-intestatura ‧Persuni‧:

 

Isem

(u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

(1)

Chapfika, David

Ex-Viċi Ministru għall-Agrikoltura (Ex-Viċi Ministru għall-Finanzi), imwieled fis-7.4.1957;

Passaport:ZL037165.

ID: 63-052161G48

President nazzjonali tal-Kumitat tal-ġbir ta' fondi taż-ZANU-PF, sponsorja lill-milizzji fl-2008 billi pprovda appoġġ għall-bażijiet tal-milizzja fiż-żona ta' Hoyuyu f'Mutoko.

(2)

Chigudu, Tinaye Elisha Nzirasha

Ex-Gvernatur Provinċjali: ta' Manicaland. Imwieled 13.08.42.

Passaport AD000013.

ID 63-022247R42.

Ex-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri fiż-Żimbabwe u Ex-Gvernatur Provinċjali ta' Manicaland. Assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Ġunju 2008 ordna r-ripressjoni tal-partitarji tal-MDC

(3)

Chipanga, Tongesai Shadreck

Ex-Viċi Ministru tal-Affarijiet Interni, imwieled fl-10.10.1940 alt 10.10.1946.

Ex-membru tal-Gvern u ex-direttur tal-pulizija sigrieta taż-Żimbabwe, assoċjat ma' qtil b'motivi politiċi.

(4)

Kwenda, R.

Maġġur, Zaka tal-Lvant.

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Kap tal-vjolenza f’Zaka fl-2008.

(5)

Mahofa, Shuvai Ben

Ex-Viċi Ministru tal-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fl-4.4.1941.

Passaport AD000369.

ID 27-031942V27

Sponsorja lil dawk li stabbilixxew bażijiet ta' tortura f'Masvingo. Persuni minn dawn il-bażijiet qatlu lil Mapurisa Zvidzai fl-24 ta' April 2008 u lil Tiziro Moyo fil-11 ta' Ġunju 2008.

(6)

Mashava, G.

Kurunell, Chiredzi Ċentrali.

Mexxa vjolenza b'motivi politiċi f'Chirendzi fl-2008.

(7)

Moyo, Gilbert

“Veteran tal-Gwerra”, mexxej tal-milizzja taż-ZANU-PF.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008 fil-Punent ta’ Mashonaland (Chegutu); involut fl-akkwist vjolenti ta' azjendi agrikoli.

(8)

Mpabanga, S.

Logutenent Kurunell, Lvant ta’ Mwenezi

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Mexxa vjolenza b'motivi politiċi fi Mwenezi.

(9)

Msipa, Cephas George

Ex-Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931.

Ex-Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(10)

Muchono, C.

Logutenent Kurunell, Punent ta' Mwenezi.

Direttament involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, billi mexxa kampanja ta' terrur fi Mwenezi fl-2008.

(11)

Mudenge, Isack Stanislaus Gorerazvo

Ministru tal-Edukazzjoni Superjuri u tal-Edukazzjoni Terzjarja (Ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941, alt 17.12.1948

Passaport AD000964.

ID 63-645385Q22

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(12)

Mudonhi, Columbus

Assistent Spettur tal-Pulizija tar-Repubblika taż-Żimbabwe (ZRP).

Direttament involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet, billi mexxa l-vjolenza f'Buhera fl-2008.

(13)

Mugariri, Bothwell

Ex-Assistent Superjuri tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Ex-membru tal-forzi tas-sigurtà u jġorr responsabbiltà estensiva għal vjolazzjonijiet gravi tad-dritt għall-ħelsien ta’ għaqda paċifika. Bħala Uffiċjal inkarigat f'Harare, konness ma' operazzjonijiet vjolenti f'Marzu 2007.

(14)

Mumba, Isaac

Supretendent.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet tal-2008. Kien jagħmel parti mil-linja ta' kmand li organizzat il-vjolenza fir-raħal ta' Soka f'Muzarabani.

(15)

Mutsvunguma, S.

Kurunell, Headlands.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet fl-2008 f'Mutare u fil-Highlands.

(16)

Nkomo, John Landa

Viċi President. Ex-Speaker tal-Parlament (ex-Ministru għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), president nazzjonali taż-ZANU-PF, imwieled fit-22.8.1934.

Passaport AD000477.

ID 63-358161Q73

L-aktar li ilu membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(17)

Nyambuya, Michael Reuben

Ex-Ministru tal-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija (ex-Logutenent Ġenerali, Gvernatur Provinċjali: Manicaland), imwieled fit-23.7.1955.

Passaport AN045019.

ID 50-013758E50

Ex-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fil-vjolenza f'Manicaland u uża persunal tal-armata biex jiġu akkwistati azjendi agrikoli.

(18)

Parirenyatwa, David Pagwese

Ex-Ministru tas-Saħħa u l-Kura tat-Tfal (Ex-Viċi Ministru), imwieled fit-2.8.1950.

Passaport AD000899.

ID 63-320762P47

Ex-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza bażijiet ta' tortura fit-Tramuntana ta’ Murehwa u ta appoġġ lill-klikek li qatlu lil Edward Pfukwa fis-17 ta' Ġunju 2008 u lil Alloys Chandisareva Sanyangore f'Novembru 2008.

(19)

Rangwani, Dani

Spettur Investigattiv tal-Pulizija. Imwieled fil-11.2.1962.

ID 70-006039V70

Membru tal-forzi tas-sigurtà. Involut fi grupp ta' 50 persuna mħallsa direttament miż-ZANU-PF biex isibu u jittorturaw lill-partitarji tal-MDC f'April 2007.

(20)

Ruwodo, Richard

Direttur tal-Affarijiet tal-Veterani tal-Gwerra fil-Ministeru tad-Difiża. Brigadier Ġeneral, promoss fit-12 ta’ Awwissu 2008 għall-grad ta’ Maġġur Ġeneral (irtirat); ex-Aġent Sottosegretarju Permanenti (PUS) għall-Ministeru tad-Difiża, imwieled fl-14.3.1954.

ID 63-327604B50

Uffiċjal superjuri tal-armata involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet. Jissorvelja lill-veterani tal-gwerra, li bħala grupp ġew użati biex iwettqu l-politiki ripressivi tal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(21)

Zhuwao, Patrick

Ex-Viċi Ministru tax-Xjenza u tat-Teknoloġija. Imwieled fit-23.5.1967.

ID 63-621736K70

Ex-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Sfratta l-Konferenza dwar il-Kostituzzjoni f’Lulju 2009. Itterrorizza lis-sostenituri tal-MDC viċin Norton, akkumpanjat minn aġenti tas-CIO.

(2)

L-annotazzjoni li ġejja titneħħa minn taħt l-intestatura "II. Entitajiet":

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

(1)

Divine Homes (PVT) Ltd

6 Hillside Shopping Centre, Harare, Zimbabwe; 31 Kensington Highlands, Harare, Zimbabwe; 12 Meredith Drive, Eastlea, Harare, Zimbabwe.

Ippreseduta minn David Chapfika.


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/68


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 146/2013

tad-19 ta’ Frar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

80,1

MA

60,3

TN

88,1

TR

118,6

ZZ

86,8

0707 00 05

EG

208,4

MA

191,6

TR

166,4

ZZ

188,8

0709 91 00

EG

76,0

ZZ

76,0

0709 93 10

MA

41,2

TR

118,0

ZZ

79,6

0805 10 20

EG

52,4

IL

71,3

MA

56,1

TN

52,2

TR

58,3

ZZ

58,1

0805 20 10

IL

147,9

MA

101,7

ZZ

124,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

67,0

IL

138,3

KR

134,8

MA

121,6

TR

66,6

ZA

148,7

ZZ

112,8

0805 50 10

EG

83,9

TR

79,2

ZZ

81,6

0808 10 80

CN

84,0

MK

34,9

US

177,3

ZZ

98,7

0808 30 90

AR

136,4

CL

223,6

CN

36,6

TR

179,9

US

140,7

ZA

109,9

ZZ

137,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/70


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Frar 2013

li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza ta’ dawn il-ħnieżer f’ċerti żoni fil-Latvja

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 720)

(It-test bil-Latvjan biss huwa awtentiku)

(2013/90/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 16(1) u r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 20(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/89/KE tintroduċi l-miżuri minimi tal-Unjoni għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer, inklużi dawk li għandhom jiġu applikati jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ.

(2)

Il-Latvja kkonfermat il-preżenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f’Novembru 2012, fin-naħa tal-Lvant tat-territorju tagħha, mal-fruntiera tagħha mar-Russja u l-Belarus.

(3)

Wara li nstabu xi każi ta’ din il-marda fost iċ-ċingjali f’Novembru 2012, fl-istess żona ġew ikkonfermati wkoll tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’xi rziezet żgħar.

(4)

Il-Latvja adottat il-miżuri biex il-marda tiġi kkontrollata kif stipulat fid-Direttiva 2001/89/KE, u dawn wasslu għall-eradikazzjoni tal-marda minn dawn l-irziezet.

(5)

Fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika, fil-15 ta’ Jannar 2013, b’konformità mad-Direttiva 2001/89/KE, il-Latvja bagħtet pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fiż-żona kkonċernata ta’ dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-Latvja biħsiebha tintroduċi t-tilqim għall-ħnieżer slavaġ, fl-istess data ressqet pjan ta’ tilqim quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha.

(6)

Dawn il-pjanijiet imressqa mill-Latvja ġew eżaminati mill-Kummissjoni u nstab li huma konformi mad-Direttiva 2001/89/KE.

(7)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, jixraq li f’din id-Deċiżjoni jiġu stabbiliti ż-żoni ġeografiċi tal-Latvja fejn għandu jiġi implimentat il-pjan ta’ qerda u fejn għandu jsir it-tilqim tal-ħnieżer slavaġ.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan imressaq mil-Latvja fil-15 ta’ Jannar 2013 għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fiż-żoni msemmija fil-Parti 1 tal-Anness huwa approvat.

Artikolu 2

Il-pjan imressaq mil-Latvja fil-15 ta’ Jannar 2013 għat-tilqim b’emerġenza tal-ħnieżer slavaġ fiż-żoni msemmija fil-Parti 2 tal-Anness huwa approvat.

Artikolu 3

Il-Latvja trid iddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet imsemmijin fl-Artikoli 1 u 2.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.


ANNESS

PARTI 1

Iż-żoni koperti mill-pjan ta’ qerda

Fil-komun ta’ Alūksnes, id-distretti ta’ Pededzes u ta’ Liepnas. Fil-komun ta’ Rēzeknes, id-distretti ta’ Pušas, ta’ Mākoņkalna u ta’ Kaunatas. Fil-komun ta’ Daugavpils, id-distretti ta’ Dubnas, ta’ Višķu, ta’ Ambeļu, ta’ Biķernieku, ta’ Maļinovas, ta’ Naujenes, ta’ Tabores, ta’ Vecsalienas, ta’ Salienas, ta’ Skrudalienas, ta’ Demenes u ta’ Laucesas. Fil-komun ta’ Balvu, id-distretti ta’ Vīksnas, ta’ Kubuļu, ta’ Balvu, ta’ Bērzkalnes, ta’ Lazdulejas, ta’ Briežuciema, ta’ Vectilžas, ta’ Tilžas, ta’ Krišjāņu u ta’ Bērzpils. Fil-komun ta’ Rugāju, id-distretti ta’ Rugāju u ta’ Lazdukalna. Fil-komun ta’ Viļakas, id-distretti ta’ Žiguru, ta’ Vecumu, ta’ Kupravas, ta’ Susāju, ta’ Medņevas u ta’ Šķilbēnu. Fil-komun ta’ Baltinavas, id-distrett ta’ Baltinavas. Fil-komun ta’ Kārsavas, id-distretti ta’ Salnavas, ta’ Malnavas, ta’ Goliševas, ta’ Mērdzenes u ta’ Mežvidu. Fil-komun ta’ Ciblas, id-distretti ta’ Pušmucovas, ta’ Līdumnieku, ta’ Ciblas, ta’ Zvirgzdenes u ta’ Blontu. Fil-komun ta’ Ludzas, id-distretti ta’ Ņukšu, ta’ Briģu, ta’ Isnaudas, ta’ Nirzas, ta’ Pildas, ta’ Rundēnu u ta’ Istras. Fil-komun ta’ Zilupes, id-distretti ta’ Zaļesjes, ta’ Lauderu u ta’ Pasienes. Fil-komun ta’ Dagdas, id-distretti ta’ Andzeļu, ta’ Ezernieku, ta’ Šķaunes, ta’ Svariņu, ta’ Bērziņu, ta’ Ķepovas, ta’ Asūnes, ta’ Dagdas, ta’ Konstantinovas u ta’ Andrupenes. Fil-komun ta’ Aglonas, id-distretti ta’ Kastuļinas, ta’ Grāveru, ta’ Šķeltovas u ta’ Aglonas. Fil-komun ta’ Krāslavas, id-distretti ta’ Aulejas, ta’ Kombuļu, ta’ Skaistas, ta’ Robežnieku, ta’ Indras, ta’ Piedrujas, ta’ Kalniešu, ta’ Krāslavas, ta’ Kaplavas, ta’ Ūdrīšu u ta’ Izvaltas.

PARTI 2

Iż-żoni koperti mill-pjan tilqim ta’ emerġenza

Fil-komun ta’ Alūksnes, id-distretti ta’ Pededzes u ta’ Liepnas. Fil-komun ta’ Rēzeknes, id-distretti ta’ Pušas, ta’ Mākoņkalna u ta’ Kaunatas. Fil-komun ta’ Daugavpils, id-distretti ta’ Dubnas, ta’ Višķu, ta’ Ambeļu, ta’ Biķernieku, ta’ Maļinovas, ta’ Naujenes, ta’ Tabores, ta’ Vecsalienas, ta’ Salienas, ta’ Skrudalienas, ta’ Demenes u ta’ Laucesas. Fil-komun ta’ Balvu, id-distretti ta’ Vīksnas, ta’ Kubuļu, ta’ Balvu, ta’ Bērzkalnes, ta’ Lazdulejas, ta’ Briežuciema, ta’ Vectilžas, ta’ Tilžas, ta’ Krišjāņu u ta’ Bērzpils. Fil-komun ta’ Rugāju, id-distretti ta’ Rugāju u ta’ Lazdukalna. Fil-komun ta’ Viļakas, id-distretti ta’ Žiguru, ta’ Vecumu, ta’ Kupravas, ta’ Susāju, ta’ Medņevas u ta’ Šķilbēnu. Fil-komun ta’ Baltinavas, id-distrett ta’ Baltinavas. Fil-komun ta’ Kārsavas, id-distretti ta’ Salnavas, ta’ Malnavas, ta’ Goliševas, ta’ Mērdzenes u ta’ Mežvidu. Fil-komun ta’ Ciblas, id-distretti ta’ Pušmucovas, ta’ Līdumnieku, ta’ Ciblas, ta’ Zvirgzdenes u ta’ Blontu. Fil-komun ta’ Ludzas, id-distretti ta’ Ņukšu, ta’ Briģu, ta’ Isnaudas, ta’ Nirzas, ta’ Pildas, ta’ Rundēnu u ta’ Istras. Fil-komun ta’ Zilupes, id-distretti ta’ Zaļesjes, ta’ Lauderu u ta’ Pasienes. Fil-komun ta’ Dagdas, id-distretti ta’ Andzeļu, ta’ Ezernieku, ta’ Šķaunes, ta’ Svariņu, ta’ Bērziņu, ta’ Ķepovas, ta’ Asūnes, ta’ Dagdas, ta’ Konstantinovas u ta’ Andrupenes. Fil-komun ta’ Aglonas, id-distretti ta’ Kastuļinas, ta’ Grāveru, ta’ Šķeltovas u ta’ Aglonas. Fil-komun ta’ Krāslavas, id-distretti ta’ Aulejas, ta’ Kombuļu, ta’ Skaistas, ta’ Robežnieku, ta’ Indras, ta’ Piedrujas, ta’ Kalniešu, ta’ Krāslavas, ta’ Kaplavas, ta’ Ūdrīšu u ta’ Izvaltas.


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/72


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Frar 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Latvja

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 722)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/91/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. Fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer hemm sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi differenti rreġistrati fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom. Għalhekk, l-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE jikkonsisti fi tliet partijiet, li kull waħda minnhom telenka żoni ta’ Stati Membri li għalihom japplikaw miżuri differenti skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

(2)

L-Istati Membri kkonċernati biż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE għandhom jiżguraw li l-kunsinni ta’ laħam frisk tal-majjal minn azjendi li jinsabu f’dawk iż-żoni, u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, jintbagħtu lejn l-Istati Membri l-oħra biss jekk dawn jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti.

(3)

Fl-20 ta’ Novembru 2012, il-Latvja rrappurtat każijiet ta’ deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ tad-distretti ta’ Dagdas u Zilupes, li jinsabu mal-fruntiera mar-Russja u mal-Bjelorussja. Il-kontrolli fuq il-ħnieżer slavaġ saru fil-qafas ta’ programm nazzjonali ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, fis-27 ta’ Novembru, il-Latvja rrappurtat tifqigħ ta’ deni klassiku tal-ħnieżer fl-azjendi domestiċi tal-istess żona.

(4)

Il-Latvja ħadet miżuri fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (4) u ġiet stabbilita żona infettata f’parti mit-territorju tad-distretti ta’ Alūksnes, Rēzeknes, Daugavpils, Balvu, Rugāju, Viļakas, Baltinavas, Kārsavas, Ciblas, Ludzas, Zilupes, Dagdas, Aglonas u Krāslavas. Barra minn hekk, il-Latvja ppreżentat lill-Kummissjoni pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fiż-żona kkonċernata ta’ dak l-Istat Membru. Dak il-pjan ġie approvat mill-Kummissjoni bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjonu 2013/90/UE tat-18 ta’ Frar 2013 li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza ta’ dawn il-ħnieżer f’ċerti żoni fil-Latvja (5).

(5)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mil-Latvja, huwa xieraq li jiġu elenkati l-partijiet rilevanti tad-distretti ta’ Alūksnes, Rēzeknes, Daugavpils, Balvu, Rugāju, Viļakas, Baltinavas, Kārsavas, Ciblas, Ludzas, Zilupes, Dagdas, Aglonas u Krāslavas fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Il-Latvja

Fid-distrett ta’ Alūksnes, il-muniċipalitajiet ta’ Pededzes u Liepnas. Fid-distrett ta’ Rēzeknes, il-muniċipalitajiet ta’ Pušas, Mākoņkalna u Kaunatas. Fid-distrett ta’ Daugavpils, il-muniċipalitajiet ta’ Dubnas, Višķu, Ambeļu, Biķernieku, Maļinovas, Naujenes, Tabores, Vecsalienas, Salienas, Skrudalienas, Demenes u Laucesas. Fid-distrett ta’ Balvu, il-muniċipalitajiet ta’ Vīksnas, Kubuļu, Balvu, Bērzkalnes, Lazdulejas, Briežuciema, Vectilžas, Tilžas, Krišjāņu u Bērzpils. Fid-distrett ta’ Rugāju, il-muniċipalitajiet ta’ Rugāju u Lazdukalna. Fid-distrett ta’ Viļakas, il-muniċipalitajiet ta’ Žiguru, Vecumu, Kupravas, Susāju, Medņevas u Šķilbēnu. Fid-distrett ta’ Baltinavas, il-muniċipalità ta’ Baltinavas. Fid-distrett ta’ Kārsavas, il-muniċipalitajiet ta’ Salnavas, Malnavas, Goliševas, Mērdzenes u Mežvidu. Fid-distrett ta’ Ciblas, il-muniċipalitajiet ta’ Pušmucovas, Līdumnieku, Ciblas, Zvirgzdenes u Blontu. Fid-distrett ta’ Ludzas, il-muniċipalitajiet ta’ Ņukšu, Briģu, Isnaudas, Nirzas, Pildas, Rundēnu u Istras. Fid-distrett ta’ Zilupes, il-muniċipalitajiet ta’ Zaļesjes, Lauderu u Pasienes. Fid-distrett ta’ Dagdas, il-muniċipalitajiet ta’ Andzeļu, Ezernieku, Šķaunes, Svariņu, Bērziņu, Ķepovas, Asūnes, Dagdas, Konstantinovas u Andrupenes. Fid-distrett ta’ Aglonas, il-muniċipalitajiet ta’ Kastuļinas, Grāveru, Šķeltovas u Aglonas. Fid-distrett ta’ Krāslavas, il-muniċipalitajiet ta’ Aulejas, Kombuļu, Skaistas, Robežnieku, Indras, Piedrujas, Kalniešu, Krāslavas, Kaplavas, Ūdrīšu u Izvaltas.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.

(4)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(5)  Ara paġna 70 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/74


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Frar 2013

dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal għall-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta’ prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 789)

(2013/92/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-materjal għall-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull tip fl-Unjoni għandu jkun konformi mal-punti 2 u 8 tat-Taqsima I il-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(2)

Il-kontrolli riċenti tas-saħħa tal-pjanti mill-Istati Membri wrew li l-materjal għall-ippakkjar tal-injam li jintuża fit-trasport ta’ ċerti prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina kien kontaminat b’organiżmi dannużi, b’mod partikolari l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky), li kkawża tifqigħat ta’ dawk l-organiżmi fl-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit.

(3)

Għaldaqstant, il-materjal għall-ippakkjar tal-injam ta’ dawk il-prodotti għandu jkun soġġett għas-superviżjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 13a(1)(b)(iii) ta’ din id-Direttiva, u fejn jixraq, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 13c(7) ta’ din id-Direttiva. Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

(4)

Abbażi tar-riżultati nnotifikati lill-Kummissjoni, għandha ssir analiżi sal-31 ta’ Marzu 2014 biex tevalwa l-effikaċja ta’ din id-Deċiżjoni u tivvaluta r-riskji fitosanitarji mill-importazzjoni lejn l-Unjoni tal-materjal għall-ippakkjar tal-injam li jintuża fit-trasport ta’ ċerti prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2015.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“materjal għall-ippakkjar tal-injam” tfisser injam jew prodotti tal-injam użati biex jerfgħu, jipproteġu jew iġorru xi prodott, fl-għamla ta’ kaxxi tal-ippakkjar, kaxxi, krejts, ċilindri u pakkeġġar simili, paletti, paletti-kaxxi u twavel oħra għat-tagħbija, kullari tal-paletti u dunnaġġi, li bħalissa jintużaw għat-trasport ta’ oġġetti ta’ kull tip; filwaqt li huwa eskluż l-injam ipproċessat li jkun manifatturat bil-kolla, bis-sħana jew bil-pressjoni jew b’taħlit ta’ dawn, u l-materjal tal-ippakkjar magħmul kollu kemm hu mill-injam b’6 mm ħxuna jew anqas.

(b)

“prodotti speċifikati” tfisser prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina importati fl-Unjoni permezz tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda elenkati fl-Anness I u li jissodisfaw id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2).

(c)

“kunsinna” tfisser kwantità ta’ oġġetti koperta b’dokument waħdieni li huwa meħtieġ għall-formalitajiet doganali jew għal formalitajiet oħrajn.

Artikolu 2

Superviżjoni

1.   Il-materjal għall-ippakkjar tal-injam ta’ kull kunsinna tal-prodotti speċifikati għandu jkun soġġett għal superviżjoni doganali skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (3) u għal superviżjoni mill-korpi uffiċjali responsabbli kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE. Il-prodotti speċifikati jistgħu biss jitpoġġew taħt xi waħda mill-proċeduri doganali kif jispeċifika l-Artikolu 4(16)(a), (d), (e), (f), (g) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jekk ikunu tlestew il-formalitajiet kif speċifikati fl-Artikolu 3.

2.   Il-korpi uffiċjali responsabbli jistgħu jirrikjedu lill-awtoritajiet tal-ajruport, tal-port, jew lill-importaturi inkella lill-operaturi, skont kif ikun maqbul bejniethom, biex, malli jkunu konxji mill-wasla imminenti tal-prodotti speċifikati, jgħarrfu b’dan bil-quddiem lill-uffiċċju doganali fil-punt tad-dħul u lill-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul.

Artikolu 3

Kontrolli tas-saħħa tal-pjanti

Il-materjal għall-ippakkjar tal-injam tal-kunsinni tal-prodotti speċifikati għandu jkun soġġett għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti previsti fl-Artikolu 13a(1)(b)(iii) tad-Direttiva 2000/29/KE fil-frekwenzi minimi stipulati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni biex ikun konfermat li l-materjal għall-ippakkjar tal-injam jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (2) u (8) tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti għandhom isiru fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (4) li għandha tapplika mutandis mutandis.

Artikolu 4

Miżuri f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità

F’każ li l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 3 juru li l-punti (2) u (8) tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE mhumiex segwiti jew li l-materjal għall-ippakkjar tal-injam huwa kontaminat bl-organiżmi dannużi elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu minnufih jissoġġetta l-materjal għall-ippakkjar tal-injam mhux konformi għal waħda mill-miżuri pprovduti fl-Artikolu 13c(7) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Rappurtar

Bla ħsara għad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE (5), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw in-numru u r-riżultati tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa skont l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-Deċiżjoni lill-Kummissjoni permezz tal-formularju tar-rapportar fl-Anness II sal-31 ta’ Ottubru 2013 għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 sat-30 ta’ Settembru 2013; sat-30 ta’ April 2014 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-31 ta’ Marzu 2014; sal-31 ta’ Ottubru 2014 għall-perjodu mill-1 ta’ April 2014 sat-30 ta’ Settembru 2014; u sat-30 ta’ April 2015 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2014 sal-31 ta’ Marzu 2015.

Artikolu 6

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sal-31 ta’ Mejju 2014.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ u tmiem l-applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2013.

Għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2015.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(4)  ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16.

(5)  ĠU L 32, 5.2.1994, p. 37.


ANNESS I

IL-PRODOTTI SPEĊIFIKATI

Kodiċi tan-Nomenklaturi Magħquda

Deskrizzjoni

Frekwenza tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti (%)

2514 00 00

Lavanja, kemm jekk mirquma mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħa, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

90

2515

Irħam, travertina, ecaussine u ġebel ieħor kalkaruż għal monumenti jew għal bini ta’ gravità speċifika fid-dieher ta’ 2,5 jew iżjed, u alabastru, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

90

2516

Granit, porfirju, bażalt, ġebel imrammel u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

90

6801 00 00

Ċangaturi tal-granit, għazez u ċangar, ta’ ġebla naturali (ħlief lavanja)

15

6802

Ġebla monumentali jew għall-bini maħduma (ħlief lavanja) u oġġetti tagħha, ħlief oġġetti ta’ titlu 6801 ; kubi tal-mużajk u bħalhom, ta’ ġebla naturali (inkluża lavanja), fuq dahar ta’ rinforz jew le; ħbub, laqx u trab, ta’ ġebla naturali, b’kuluri artifiċjali (inkluża lavanja)

15


ANNESS II

FORMULARJU GĦAR-RAPPURTAR

Rapport dwar il-kontrolli fitosanitarji mal-importazzjoni ta’ materjal għall-ippakkjar tal-injam ta’ kull kunsinna tal-prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina.

Perjodu tar-Rappurtar:

Stat Membru relatur:

Punti tad-dħul inkwistjoni:

Post tal-ispezzjoni

:

kemm ġew spezzjonati fil-punt tad-dħul:

kemm ġew spezzjonati fil-post tad-destinazzjoni:

 

Kodiċi tan-Nomenklaturi Magħquda: 2514 00 00

Kodiċi tan-Nomenklaturi Magħquda: 2515

Kodiċi tan-Nomenklaturi Magħquda: 2516

Kodiċi tan-Nomenklaturi Magħquda: 6801 00 00

Kodiċi tan-Nomenklaturi Magħquda: 6802

Nru ta’ kunsinni li jidħlu fl-UE mill-Istat Membru relatur

 

 

 

 

 

Nru ta’ kunsinni spezzjonati

 

 

 

 

 

Li fosthom, kellhom organiżmu dannuż u ma kinux konformi mal-marka ISPM15 (j.j. agħti statistika dettaljata għal kull organiżmu dannuż u jekk il-marka hix nieqsa jew skorretta)

 

 

 

 

 

Li fosthom, kellhom organiżmu dannuż u kienu konformi mal-marka ISPM15 (j.j. agħti statistika dettaljata għal kull organiżmu dannuż)

 

 

 

 

 

Li fosthom, kienu biss konformi mal-marka ISPM15 (j.j. agħti statistika dettaljata li tifred dawk b’marka nieqsa minn dawk b’marka skorretta)

 

 

 

 

 

Nru Totali ta’ kunsinni spezzjonati interċettati b’materjal għall-ippakkjar tal-injam mhux konformi

 

 

 

 

 

Nru Totali ta’ kunsinni spezzjonati b’materjal għall-ippakkjar tal-injam konformi