ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.021.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 21

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
24ta' Jannar 2013


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 55/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2012 dwar l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1214/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona tal-euro

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 56/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 57/2013 tat-23 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OECD ( 1 )

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 58/2013 tat-23 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 1 )

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 59/2013 tat-23 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza monensina ( 1 )

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 60/2013 tat-23 ta’ Jannar 2013 li jemenda għall-185 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

23

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 61/2013 tat-23 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 62/2013 tat-23 ta’ Jannar 2013 li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

27

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2013 tat-23 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/48/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda

30

 

 

2013/49/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taz-zeaksantina sintetika bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2013) 110)

32

 

 

2013/50/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2013) 123)

34

 

 

2013/51/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2013 dwar il-valutazzjoni ta’ qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar skont l-Artikolu 111b tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

36

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 192/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 193/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 194/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 195/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 196/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għal Ftehim taż-ŻEE

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 199/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 200/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 201/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 202/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 203/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 204/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Protokoll 10 dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet u formalitajiet fir-rigward ta' trasport ta' merkanzija għall-Ftehim ŻEE

57

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 55/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2012

dwar l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1214/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona tal-euro

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1214/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jimmira li jiffaċilita t-trasport transkonfinali ta’ flus kontanti euro bejn l-Istati Membri. Madankollu, dak ir-Regolament japplika biss għat-territorju ta’ dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro bħala l-munita unika tagħhom.

(2)

Fil-perijodu ta’ qabel il-bidla għall-euro fi Stat Membru, hemm il-ħtieġa li euro fi flus kontanti jiġu ttrasportati minn Stati Membri eżistenti taż-żona tal-euro, peress li l-karti tal-euro meħtieġa għall-bidla ġeneralment jiġu trasportati minn stokkijiet eżistenti fiż-żona tal-euro, u l-muniti tal-euro ħafna drabi jiġu stampati kompletament jew parzjalment f’pajjiżi barranin.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1214/2011 japplika wkoll għall-Istati Membri li qed jippreparaw biex jadottaw l-euro. Għandu japplika mid-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tabroga d-derogi tal-Istati Membri kkonċernati milli jipparteċipaw fl-euro.

(4)

Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-faċilitazzjoni tat-trasport transkonfinali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn l-Istati Membri attwali taż-żona tal-euro u l-Istati Membri li dalwaqt jintroduċu l-euro, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba s-sistemi regolatorji nazzjonali dettaljati ħafna u diverġenti dwar il-kwistjoni, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1214/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu japplika għat-territorju ta’ Stat Membru li għadu ma adottax l-euro mid-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tabroga d-deroga tal-Istati Membri kkonċernati milli jipparteċipaw fl-euro, meħuda f’konformità mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Ottubru 2010 (ĠU C 278, 15.10.2010, p. 1).

(2)  ĠU L 316, 29.11.2011, p. 1.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 56/2013

tas-16 ta’ Jannar 2013

li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Ir-Regolament japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjonijiet tagħhom.

(2)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-għalf lir-ruminanti bi proteina ġejja mill-annimali huwa pprojbit. L-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament jestendi din il-projbizzjoni għal annimali oħrajn li mhumiex ruminanti u jillimita din il-projbizzjoni fejn jirrigwarda t-tagħlif ta’ dawn l-annimali bi prodotti ta’ oriġini mill-annimali, b’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jestendi l-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) għat-tagħlif ta’, fost affarijiet oħra, proteini pproċessati tal-annimali (PAP), lil annimali mrobbija li mhumiex ruminanti, minbarra t-tagħlif lil annimali karnivori mrobbijin għall-pil. B’deroga, u f’kundizzjonijiet speċifiċi, l-Anness IV jawtorizza t-tagħlif ta’ annimali mrobbija li mhumiex ruminanti b’ċerta proteini pproċessati tal-annimali.

(4)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (2) jipprojbixxi t-tagħlif ta’ annimali tal-art ta’ kull speċi, ħlief dawk l-annimali mrobbijin għall-pil, bil-proteini pproċessati ta’ annimali tal-istess speċi. Dan l-Artikolu jipprojbixxi wkoll t-tagħlif ta’ ħut imrobbi bi proteini pproċessati tal-annimali meħuda minn ħut jew partijiet tal-ġisem ta’ ħut tal-istess speċi.

(5)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE - Karta ta’ strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi li Tinxtered għall-2010-2015 (3) ġiet adottata fis-16 ta’ Lulju 2010. Din turi fil-qosor l-oqsma li fihom jista’ jsir tibdil possibbli fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar TSEs. Tenfasizza wkoll li kull reviżjoni tar-regoli dwar it-TSEs għandha tkun immotivata primarjament minn parir xjentifiku u kwistjonijiet tekniċi marbutin mal-kontroll u mal-infurzar tal-miżuri l-ġodda.

(6)

Fost affarijiet oħra din il-Komunikazzjoni tindirizza r-reviżjoni tar-regoli attwali tal-projbizzjoni tat-tagħlif stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni. Abbażi tal-kontenut ta’ żewġ opinjonijiet xjentifiċi maħruġin mill-Bord dwar il-Perikli Bijoloġiċi (BIOHAZ) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (EFSA) fl-24 ta’ Jannar 2007 (4) u fl-17 ta’ Novembru 2007 (5) rispettivament, il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi li l-ebda TSE ma ġiet identifikata li teżisti f’annimali li mhumiex ruminanti mrobbijin f’kundizzjonijiet naturali, u li r-riskju ta’ trażmissjoni ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) minn annimali mhux ruminanti għal annimali oħrajn mhux ruminanti huwa negliġibbli sakemm jiġi evitat ir-riċiklaġġ intra-speċi. B’konsegwenza ta’ dan, il-Komunikazzjoni tikkonkludi li t-tneħħija tal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali minn annimali mhux ruminanti fl-għalf ta’ annimali mhux ruminanti tista’ tiġi kkunsidrata, iżda mingħajr it-tneħħija tal-projbizzjoni attwali dwar ir-riċiklaġġ intra-speċi u biss jekk ikun hemm disponibbli tekniki analitiċi vvalidati biex jiddeterminaw mil-liema speċi joriġinaw il-proteini pproċessati tal-annimali u jkun hemm trażmissjoni korretta ta’ proteini pproċessati tal-annimali minn speċijiet differenti.

(7)

Fid-29 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet dwar din il-Komunikazzjoni (6). Dawn il-konklużjonijiet jirrikonoxxu l-importanza fundamentali tal-projbizzjoni fuq l-użu tal-proteini pproċessati tal-annimali fl-għalf tal-annimali mrobbija fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-BSE permezz tal-katina alimentari u b’hekk din għandha rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-inċidenza ta’ din il-marda fil-popolazzjoni bovina. Barra minn hekk, dawn il-konklużjonijiet juru l-fehma li għandu jkun prerekwiżit ta’ kull introduzzjoni possibbli mill-ġdid tal-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali mhux ruminanti fl-għalf ta’ speċijiet oħrajn ta’ annimali mhux ruminanti li jkun hemm disponibbli testijiet effettivi u vvalidati li jiddistingwu bejn il-proteini pproċessati tal-annimali li joriġinaw minn speċi differenti u li saret analiżi bir-reqqa tar-riskji ta’ rilassament tar-regoli għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa pubblika.

(8)

Fid-9 ta’ Diċembru 2010, il-Bord BIOHAZ tal-EFSA adotta opinjoni xjentifika dwar ir-reviżjoni tal-istima kwantitattiva tar-riskju (QRA) tar-riskju ta’ BSE kkawżat mill-proteini pproċessati tal-annimali (PAPS) (7). Huwa kkonkluda wkoll li “abbażi tad-dejta tas-sorveljanza tal-2009 fuq il-BSE fl-Unjoni, jekk wieħed jassumi li hemm 0,1 % ta’ kontaminazzjoni (il-limitu għad-detezzjoni tal-proteini pproċessati tal-annimali fl-għalf) bi proteini pproċessati tal-annimali mhux ruminanti u skont il-mudell tal-istima kwantitattiva tar-riskju tal-proteini pproċessati tal-annimali, it-total tat-tagħbija medja stmata ta’ infettività bil-BSE li tista’ tidħol fl-għalf tal-bhejjem bovini kull sena fl-Unjoni jkun ekwivalenti għal 0,2 ta’ doża infettiva orali b’50 % għall-bhejjem bovini. Huwa kkalkolat li “dan ifisser li wieħed jistenna li jkun hemm inqas minn annimal wieħed żejjed infettat bil-BSE fis-sena fil-popolazzjoni tal-bhejjem bovini tal-Unjoni, b’ċertezza massima ta’ 95 %”.

(9)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar id-defiċit ta’ proteini fl-UE: x’soluzzjoni hemm għal problema li ilha teżisti? (8), tistieden lill-Kummissjoni tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament u lill-Kunsill li tawtorizza l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali mill-intern tal-annimali għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali monogastriċi (ħnieżer u tjur), sakemm l-ingredjenti joriġinaw minn laħam li ġie approvat għall-konsum mill-bniedem, u li tiġi infurzata u kkontrollata l-projbizzjoni tar-riċiklaġġ bejn l-ispeċi u l-kannibaliżmu sfurzat.

(10)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli (TSE) u dwar kontrolli relatati tal-ikel u tal-għalf – implimentazzjoni u prospettiva (9), issostni, b’mod partikolari minħabba d-defiċit attwali ta’ proteini fl-Unjoni, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twarrab id-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tat-tagħlif fil-leġislazzjoni tal-Unjoni li jipprojbixxu t-tagħlif ta’ proteini pproċessati tal-annimali lil annimali li mhumiex ruminanti, sakemm din tkun tapplika għal annimali li mhumiex erbivori, u skont ċerti kundizzjonijiet.

(11)

Din ir-riżoluzzjoni teħtieġ li l-metodi tal-produzzjoni u tal-isterilizzazzjoni użati għall-proteini pproċessati tal-annimali jikkonformaw mal-ogħla standards ta’ sikurezza u mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li tintuża l-iżjed teknoloġija moderna u sikura. Hi teħtieġ li l-projbizzjonijiet attwali dwar ir-riċiklaġġ intra-speċi jibqgħu jseħħu, li l-mogħdijiet ta’ produzzjoni tal-proteini pproċessati tal-annimali dderivati minn speċijiet differenti jkunu separati kompletament, li s-separazzjoni ta’ dawn il-mogħdijiet ta’ produzzjoni jkunu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u vverifikati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, hi tiddikjara li qabel ma tiġi implimentata t-tneħħija tal-projbizzjoni fuq it-tagħlif, ikun hemm stabbilit metodu speċifiku għall-ispeċijiet għall-identifikazzjoni tal-oriġini tal-ispeċi tal-proteina fl-għalf tal-annimali li fih il-proteini pproċessati tal-annimali biex jiġu esklużi r-riċiklaġġ intra-speċi u l-preżenza ta’ proteini pproċessati tal-annimali, li l-produzzjoni ta’ proteini pproċessati tal-annimali minn materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 tkun ipprojbita u li jkun użat biss materjal tal-Kategorija 3 li hu tajjeb għall-konsum mill-bniedem fil-produzzjoni tal-proteini pproċessati tal-annimali. Din ir-riżoluzzjoni tirrifjuta l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali meħuda minn ruminanti jew minn annimali li mhumiex ruminanti fl-għalf tar-ruminanti.

(12)

Fid-9 ta’ Marzu 2012, il-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Proteini tal-Annimali fil-prodotti tal-għalf (LRUE-PA) ivvalida metodu ġdid dijanjostiku bbażat fuq id-DNA li huwa kapaċi jidentifika livell baxx ħafna ta’ materjal ta’ oriġini mir-ruminanti li jista’ jkun preżenti fl-għalf (10). Dan il-metodu jista’ jintuża biex jitwettqu l-kontrolli ta’ rutina fuq il-proteini pproċessati tal-annimali u fuq l-għalf kompost li fih il-proteini pproċessati tal-annimali biex jiġi vverifikat li ma fihx proteini li joriġinaw mir-ruminanti.

(13)

Fil-preżent ma hemmx metodu dijanjostiku vvalidat li huwa kapaċi jidentifika l-preżenza ta’ materjal fl-għalf li jkun ġej mill-qżieqeż jew mit-tjur. Għal din ir-raġuni ma jkunx possibbli li tiġi kkontrollata l-implimentazzjoni korretta tal-projbizzjoni fuq ir-riċiklaġġ intra-speċi f’każ li jerġgħu jiġu awtorizzati l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali ta’ oriġini mill-qżieqeż fl-għalf tat-tjur u l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali ta’ oriġini mit-tjur fl-għalf tal-qżieqeż.

(14)

Il-produzzjoni tal-akkwakultura ma toħloqx tħassib rigward il-konformità mal-projbizzjoni fuq ir-riċiklaġġ intra-speċi billi r-rekwiżiti eżistenti ta’ mogħdijiet għall-użu tal-ħut mitħun fl-għalf tal-annimali tal-akkwakultura diġà wrew li huma effettivi.

(15)

Bl-eċċezzjoni tal-ħut mitħun u l-għalf kompost li fih il-ħut mitħun, li diġà huwa permess li jintużaw fit-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti, il-proteini pproċessati tal-annimali minn annimali mhux ruminanti u l-għalf li fih dawn il-proteini pproċessati tal-annimali għaldaqstant għandhom jiġu awtorizzati mill-ġdid għat-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura. Għandhom japplikaw kundizzjonijiet stretti waqt il-ġbir, it-trasport u l-ipproċessar ta’ dawn il-prodotti biex ikun evitat kull riskju ta’ kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor bil-proteina tar-ruminanti. Barra minn hekk għandhom isiru fuq bażi regolari l-kampjunar u l-analiżi tal-proteini pproċessati tal-annimali u tal-għalf kompost li fih il-proteini pproċessati tal-annimali biex ikun ivverifikat li ma hemmx kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor bil-proteini tar-ruminanti.

(16)

Għaldaqstant, il-projbizzjoni fuq it-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura bi proteini pproċessati minn annimali mhux ruminanti kif stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha titħassar. Għall-fini taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jixraq li l-Anness IV kollu kemm hu jiġi sostitwit mill-Anness IV stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(17)

Il-Punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirreferi għad-definizzjonijiet ta’ oġġetti tal-għalf u prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsubin għall-konsum mill-bniedem stipulati f’atti legali tal-Unjoni li minn dak iż-żmien ‘l hawn ġew irrevokati. Għall-fini taċ-ċarezza tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, dawn ir-referenzi għandhom jinbidlu b’referenzi għad-definizzjonijiet rispettivi li hemm fl-atti legali li qegħdin fis-seħħ. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għalhekk għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(18)

Billi l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi tas-settur tat-tagħlif jeħtieġu biżżejjed żmien biex jaddattaw il-proċeduri tagħhom tal-kontroll għar-rekwiżiti mdaħħlin minn dan ir-Regolament, dan ir-Regolament ma għandux ikun japplika minnufih wara li jidħol fis-seħħ.

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(20)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(3)  COM/2010/0384.

(4)  Opinion of the Scientific Panel on Biological Hazards on a request from the European Parliament on the assessment of the health risks of feeding of ruminants with fishmeal in relation to the risk of TSE (L-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi fuq talba mill-Parlament Ewropew dwar l-istima tal-perikli għas-saħħa tat-tagħlif ta’ annimali ruminanti bil-laħam mitħun tal-ħut b’rabta mar-riskju tat-TSE), The EFSA Journal (2007), 443, p. 1.

(5)  Opinion of the Scientific Panel on Biological Hazards on a request from the European Parliament on Certain Aspects related to the Feeding of Animal Proteins to Farm Animals (L-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi fuq talba tal-Parlament Ewropew dwar Ċerti Aspetti marbutin mat-Tagħlif tal-Proteina tal-Annimali lil Annimali Mrobbija), The EFSA Journal (2007) Nru 576, 1.

(6)  http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/10/st13/st13889-ad01re01.en10.pdf

(7)  Opinion of the Scientific Panel on Biological Hazards on a revision of the quantitative risk assessment (QRA) of the BSE risk posed by processed animal protein (PAPs) (Opinjoni xjentifika dwar ir-reviżjoni tal-istima kwantitattiva tar-riskju (QRA) tar-riskju ta’ BSE kkawżat mill-proteini pproċessati tal-annimali), EFSA Journal 2011;9(1):1947.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2011)0084.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2011)0328.

(10)  http://eurl.craw.eu/index.php?page=24&id=10


ANNESS

L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness I, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (**), ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****), u d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (*****):

(a)

id-definizzjoni ta’ ‘annimal imrobbi’ fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b)

id-definizzjonijiet li ġejjin, fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:

(i)

‘annimali tal-pil’ fil-punt 1;

(ii)

‘prodotti tad-demm’ fil-punt 4;

(iii)

‘proteina tal-annimali pproċessata’ fil-punt 5;

(iv)

‘ħut mitħun’ fil-punt 7;

(v)

‘kollaġini’ fil-punt 11;

(vi)

‘ġelatina’ fil-punt 12;

(vii)

‘proteini idrolizzati’ fil-punt 14;

(viii)

‘ikel għall-annimali domestiċi fil-landa’ fil-punt 16;

(ix)

‘ikel għall-annimali domestiċi’ fil-punt 19;

(x)

‘ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi’ fil-punt 20;

(c)

id-definizzjoni ta’ ‘għalf’ fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(d)

ir-Regolament (KE) Nru 767/2009:

(i)

‘materjali tal-għalf’ fl-Artikolu 3(2)(g);

(ii)

‘għalf kompost’ fl-Artikolu 3(2)(h);

(iii)

‘għalf komplet’ fl-Artikolu 3(2)(i).

(e)

Direttiva 2006/88/KE:

(i)

‘annimal tal-akkwakultura’ fl-Artikolu 3(1)(b);

(ii)

‘annimal akkwatiku’ fl-Artikolu 3(1)(e).

(*)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1."

(**)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1."

(***)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1."

(****)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1."

(*****)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.”"

2.

L-Anness IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IV

IT-TAGĦLIF TAL-ANNIMALI

KAPITOLU I

L-estensjonijiet tal-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 7(1)

Skont l-Artikolu 7(2), il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 7(1) għandha tiġi estiża għat-tagħlif:

(a)

tar-ruminanti bil-fosfat tad-dikalċju u l-fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali u bl-għalf kompost li fih dawn il-prodotti;

(b)

ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin, minbarra l-annimali tal-pil, bi:

(i)

proteina tal-annimali pproċessata;

(ii)

kollaġini u ġelatina ta’ oriġini mir-ruminanti;

(iii)

prodotti tad-demm;

(iv)

proteina tal-annimali idrolizzata;

(v)

fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li ġej mill-annimali;

(vi)

għalf li fih il-prodotti elenkati fil-(i) sal-(v).

KAPITOLU II

Derogi mill-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1) u fil-Kapitolu I

Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 7(3), il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1) u fil-Kapitolu I ma għandhomx japplikaw għat-tagħlif ta:

(a)

ruminanti bi:

(i)

ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti dderivati mill-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru;

(ii)

bajd u prodotti mill-bajd;

(iii)

kollaġini u ġelatina dderivati minn annimali mhux ruminanti;

(iv)

proteini idrolizzati dderivati minn:

partijiet minn annimali li mhumiex ruminanti, jew

pilijiet u ġlud tar-ruminanti;

(v)

għalf kompost li fih il-prodotti elenkati fil-punti (i) sa (iv) hawn fuq;

(b)

annimali mhux ruminanti mrobbijin, bil-materjali tal-għalf u bl-għalf kompost li ġejjin:

(i)

proteini idrolizzati dderivati minn partijiet ta’ annimali mhux ruminanti u mill-pilijiet u l-ġlud ta’ ruminanti;

(ii)

ħut mitħun u għalf kompost li fih il-ħut mitħun li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima A tal-Kapitolu IV;

(iii)

il-fosfat tad-dikalċju u l-fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali u l-għalf kompost li jkun fih dawn il-prodotti li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima B tal-Kapitolu IV;

(iv)

il-prodotti tad-demm li ġejjin minn annimali mhux ruminanti u l-għalf kompost li jkun fih dawn il-prodotti li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima C tal-Kapitolu IV;

(c)

l-annimali tal-akkwakultura bil-proteina pproċessata tal-annimali, minbarra l-ħut mitħun, li ġejja minn annimali mhux ruminanti, u l-għalf kompost li jkun fih din il-proteina tal-annimali li tkun prodotta, imqiegħda fis-suq u użata skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

(d)

ruminanti mhux miftuma bis-sostituti tal-ħalib li jkun fihom il-ħut mitħun u li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima E tal-Kapitolu IV;

(e)

annimali mrobbija b’materjali tat-tagħlif ġejjin mill-pjanti u għalf kompost li fih dawn il-materjali kkontaminati b’ammonti insinifikanti ta’ skaldi tal-għadam li jkun ġej minn speċijiet ta’ annimali mhux awtorizzati. L-Istati Membri jistgħu jużaw din id-deroga biss jekk qabel ikunu wettqu stima tar-riskju li kkonfermat li r-riskju għas-saħħa tal-annimali huwa negliġibbli. Din l-istima tar-riskju trid mill-inqas tqis dawn il-punti li ġejjin:

(i)

il-livell tal-kontaminazzjoni

(ii)

in-natura u s-sors tal-kontaminazzjoni;

(iii)

l-użu maħsub tal-għalf ikkontaminat.

KAPITOLU III

Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ ċerti derogi stipulati fil-Kapitolu II

TAQSIMA A

It-trasport ta’ materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li huma maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin

1.

Il-prodotti ta’ hawn taħt, maħsubin li jintużaw għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin, għandhom jiġu ttrasportati f’vetturi u kontejners li mhumiex użati fit-trasport ta’ għalf li jkun maħsub għar-ruminanti:

(a)

volum kbir ta’ proteina pproċessata tal-annimali, inkluż il-ħut mitħun, ġej minn annimali mhux ruminanti;

(b)

volum kbir ta’ fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li ġejjin mill-annimali;

(c)

volum kbir ta’ prodotti tad-demm li ġej minn annimali mhux ruminanti;

(d)

volum kbir ta’ għalf kompost li fih il-materjali tal-għalf elenkati f’ (a), (b) u (c).

Għandhom jinżammu għal mill-inqas sentejn reġistri li jiddettaljaw it-tipi ta’ prodotti ttrasportati u jkunu disponibbli għall-awtorità kompetenti.

2.

B’deroga mill-punt 1, il-vetturi u l-kontejners li jkunu ntużaw għat-trasport tal-prodotti elenkati f’dan il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport ta’ għalf li jkun maħsub għar-ruminanti sakemm dawn jitnaddfu qabel l-użu biex b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor, skont proċedura ddokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm rekord dokumentat ta’ dan l-użu għal mill-inqas sentejn u jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti.

3.

Volum kbir ta’ proteina pproċessata tal-annimali meħuda minn annimali mhux ruminanti u volum kbir ta’ għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali meħuda minn dawn l-annimali għandhom jiġu ttrasportati f’vetturi u kontejners li ma jintużawx għat-trasport ta’ għalf maħsub għal annimali mhux ruminanti mrobbijin, minbarra l-annimali tal-akkwakultura.

4.

B’deroga mill-punt 3, il-vetturi u l-kontejners li jkunu ntużaw għat-trasport tal-prodotti msemmijin f’dan il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport tal-għalf li jkun maħsub għal annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra annimali tal-akkwakultura sakemm dawn jitnaddfu qabel l-użu biex b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor, skont proċedura ddokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm rekord dokumentat ta’ dan l-użu għal mill-inqas sentejn u jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti.

TAQSIMA B

Il-produzzjoni ta’ għalf kompost maħsub għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin

1.

L-għalf kompost maħsub għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin u li fih il-materjali tat-tagħlif li ġejjin, għandu jsir fi stabbilimenti li ma jipproduċux l-għalf kompost għar-ruminanti, u li jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti:

(a)

ħut mitħun;

(b)

fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li ġejjin mill-annimali;

(c)

prodotti tad-demm li ġejjin minn annimali mhux ruminanti.

2.

B’deroga mill-punt 1, il-produzzjoni tal-għalf kompost għar-ruminanti, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll l-għalf kompost għall-annimali mhux ruminanti mrobbijin li jkun fih il-prodotti elenkati f’dan il-punt, tista’ tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post mill-awtorità, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għalf kompost maħsub għar-ruminanti jrid jiġi mmanifatturat u waqt il-ħżin, il-ġarr u l-ippakkjar, jinżamm f’faċilitajiet li huma separati b’mod fiżiku mill-faċilitajiet fejn jiġi mmanifatturat u jinżamm l-għalf kompost għall-annimali mhux ruminanti;

(b)

għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin reġistri bid-dettalji tax-xiri u tal-użu tal-prodotti elenkati fil-punt 1 u tal-bejgħ ta’ għalf kompost li fih dawn il-prodotti;

(c)

għandhom isiru kampjunar u analisi regolari tal-għalf kompost maħsub għar-ruminanti biex jiġi vverifikat li ma fihx kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali mhux awtorizzati, permezz tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (******); il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP); ir-riżultati ta’ dan it-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandhom jinżammu għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.

3.

B’deroga mill-punt 1, mhijiex se tkun meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta’ għalf komplet magħmul mill-għalf kompost li jkun fih il-prodotti elenkati f’dan il-punt għal min iħallat l-għalf għall-użu tiegħu stess sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iridu jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti;

(b)

iridu jkunu jrabbu biss annimali mhux ruminanti;

(c)

iridu jipproduċu l-għalf komplet għall-użu biss fl-istess impriża;

(d)

kull għalf kompost użat fil-produzzjoni tal-għalf komplet, li fih il-ħut mitħun għandu jkun fih inqas minn 50 % proteina mhux raffinata;

(e)

kull għalf kompost użat fil-produzzjoni tal-għalf komplet, li fih il-fosfat tad-dikalċju u l-fosfat tat-trikalċju għandu jkun fih inqas minn total ta’ 10 % fosfru;

(f)

kull għalf kompost użat fil-produzzjoni tal-għalf komplet, li fih il-prodotti tad-demm meħud minn annimali mhux ruminanti għandu jkun fih inqas minn total ta’ 50 % proteina.

TAQSIMA C

L-importazzjoni ta’ materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li huma maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra annimali tal-pil

Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, l-importaturi għandhom jiżguraw li kull konsenja tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jidhru hawn taħt, li huma maħsubin għall-użu fit-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin, barra mill-annimali tal-pil, skont il-Kapitolu II ta’ dan l-Anness, tkun analizzata skont il-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 biex jiġi vverifikat li dan ma fihx kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali mhux awtorizzati:

(a)

il-proteina pproċessata tal-annimali, inkluż il-ħut mitħun, meħud minn annimali mhux ruminanti;

(b)

il-prodotti tad-demm idderivati minn annimali mhux ruminanti.

(c)

l-għalf kompost li fih il-materjali tal-għalf elenkati f’ (a), u (b).

TAQSIMA D

L-użu u l-ħżin ta’ għalf li hu maħsub għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin

1.

L-użu u l-ħżin tal-għalf li jidher hawn taħt għandu jkun projbit f’azjendi li għandhom speċijiet ta’ annimali mrobbijin li għalihom mhuwiex maħsub dan l-għalf:

(a)

proteina pproċessata tal-annimali, inkluż il-ħut mitħun, meħud minn annimali mhux ruminanti,

(b)

il-fosfat tad-dikalċju u l-fosfat tat-trikalċju li ġejjin mill-annimali;

(c)

prodotti tad-demm li ġejjin minn annimali mhux ruminanti;

(d)

l-għalf kompost li fih il-materjali tal-għalf elenkati f’ (a) sa (c).

2.

B’deroga mill-punt 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu u l-ħżin tal-għalf kompost imsemmi fil-punt 1(d) f’azjendi li għandhom speċijiet imrobbijin li mhuwiex maħsub għalihom l-għalf kompost sakemm jiġu implimentati miżuri speċifiċi għal dik l-azjenda biex ikun evitat li dan l-għalf kompost jingħata lil speċi ta’ annimal li mhuwiex maħsub għalih.

KAPITOLU IV

Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ derogi stipulati fil-Kapitolu II

TAQSIMA A

Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu ta’ ħut mitħun u għalf kompost li fih il-ħut mitħun maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil

Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta’ ħut mitħun u għalf kompost li fih il-ħut mitħun maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:

(a)

il-ħut mitħun irid jiġi prodott f’impjanti tal-ipproċessar iddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta’ prodotti dderivati minn annimali akkwatiċi, minbarra l-mammiferi tal-baħar;

(b)

id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa, skont ir-rilevanza, li jakkompanja l-ħut mitħun u l-għalf kompost li fih il-ħut mitħun u kull imballaġġ li fih dawn il-prodotti jridu jkunu mmarkati biċ-ċar bil-kliem “fih il-ħut mitħun – m’għandux jintgħalef lir-ruminanti”.

TAQSIMA B

Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-użu ta’ fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali u tal-għalf kompost li fih dawn il-fosfati maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil

Id-dokument kummerċjali jew, skont ir-rilevanza, iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanjaw il-fosfat tad-dikalċju jew il-fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali, l-għalf kompost li fih dawn il-fosfati u kull imballaġġ ta’ dawn il-prodotti għandu jkun immarkat biċ-ċar bil-kliem “fih il-fosfat tad-dikalċju/trikalċju ta’ oriġini mill-annimali – m’għandux jintgħalef lir-ruminanti”.

TAQSIMA C

Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti tad-demm idderivati minn annimali mhux ruminanti u għalf kompost li fih dawn il-prodotti maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil

Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti tad-demm meħud minn annimali mhux ruminanti u ta’ għalf kompost li fih dawn il-prodotti tad-demm maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:

(a)

Id-demm li jkun maħsub għall-użu tal-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm għandu jittieħed minn biċċeriji fejn ma jitbiċċrux ruminanti u li jkunu rreġistrati mal-awtorità kompetenti bħala biċċeriji fejn ma jitbiċċrux ruminanti.

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tbiċċir ta’ ruminanti f’biċċerija li tipproduċi d-demm ta’ annimali mhux ruminanti maħsub għall-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm li jintużaw fl-għalf maħsub għal annimali mhux ruminanti mrobbija.

Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni rigward l-effikaċja ta’ miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni bejn id-demm tar-ruminanti u d-demm ta’ annimali li mhumiex ruminanti.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

it-tbiċċir ta’ annimali mhux ruminanti jrid isir f’linji li jkunu fiżikament separati mil-linji użati għat-tbiċċir tar-ruminanti;

(ii)

il-faċilitajiet tal-ġbir, il-ħażna, il-ġarr u l-ippakkjar għad-demm li jkun ġej minn annimali mhux ruminanti għandhom jinżammu separati minn dawk użati għad-demm li jkun ġej minn ruminanti;

(iii)

iridu jsiru teħid ta’ kampjuni u analiżijiet regolari tad-demm ta’ oriġini minn annimali li mhumiex ruminanti biex tiġi identifikata l-preżenza ta’ proteini tar-ruminanti. Il-metodu li jintuża għall-analiżi jrid ikun ivvalidat xjentifikament għal dan l-għan. Il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP).

(b)

Id-demm li jkun maħsub għall-użu tal-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm għall-annimali mhux ruminanti għandu jitwassal għall-impjant tal-ipproċessar f’vetturi u kontejners iddedikati esklussivament għat-trasport ta’ demm ta’ annimali mhux ruminanti.

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, il-vetturi u l-kontejners li jkunu ntużaw għat-trasport ta’ demm meħud mir-ruminanti, jistgħu wara jintużaw għat-trasport ta’ demm meħud minn annimali mhux ruminanti sakemm dawn ikunu tnaddfu qabel l-użu biex b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor, skont proċedura ddokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm rekord dokumentat ta’ dan l-użu għal mill-inqas sentejn u jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti.

(c)

Il-prodotti tad-demm għandhom jiġu prodotti f’impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw esklussivament demm tal-annimali mhux ruminanti.

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm f’impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw id-demm tar-ruminanti, biex jintużaw fl-għalf għal annimali mhux ruminanti mrobbija.

Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni rigward l-effikaċja ta’ miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

Il-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm minn annimali mhux ruminanti trid issir f’sistema magħluqa li tinżamm fiżikament separata minn sistema użata fil-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm tar-ruminanti;

(ii)

il-faċilitajiet tal-ġbir, tal-ħażna, tal-ġarr u tal-ippakkjar ta’ materja prima bl-ingrossa u ta’ prodotti finali ta’ oriġini minn annimali mhux ruminanti għandhom jinżammu separati minn dawk użati għall-materja prima bl-ingrossa u ta’ prodott finali li jkunu ġejjin minn ruminanti;

(iii)

għandu jiġi applikat proċess kontinwu ta’ rikonċiljazzjoni bejn id-demm li jiddaħħal, meħud rispettivament mir-ruminanti u minn annimali mhux ruminanti, u l-prodotti tad-demm korrispondenti;

(iv)

għandhom isiru kampjunar u analiżijiet regolari tal-prodotti tad-demm ta’ oriġini minn annimali mhux ruminanti biex jiġi vverifikat li ma saritx kontaminazzjoni bejnhom u prodotti tad-demm tar-ruminanti, permezz tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP); ir-riżultati ta’ dan it-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandhom jinżammu għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.

(d)

Id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa, skont ir-rilevanza, li jakkompanja l-prodotti tad-demm, l-għalf kompost li fih il-prodotti tad-demm u kull imballaġġ li fih dawn il-prodotti jridu jkunu mmarkati biċ-ċar bil-kliem “fih prodotti tad-demm – m’għandux jintgħalef lir-ruminanti”.

TAQSIMA D

Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali minbarra l-ħut mitħun, meħuda minn annimali mhux ruminanti, u ta’ għalf kompost li fih din il-proteina pproċessata tal-annimali maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura

Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali minbarra l-ħut mitħun, meħuda minn annimali mhux ruminanti, u ta’ għalf kompost li fih din il-proteina maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura:

(a)

Il-prodotti sekondarji li huma maħsubin għall-użu fil-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima għandhom jittieħdu jew minn biċċeriji fejn ma jitbiċċrux ruminanti u li jkunu rreġistrati li ma jbiċċrux ruminanti mill-awtorità kompetenti, jew minn impjanti tat-tqattigħ fejn ma jsirx dissossar jew tqattigħ ta’ laħam tar-ruminanti.

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tbiċċir ta’ ruminanti f’biċċerija li tipproduċi prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti maħsubin għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali imsemmija f’din it-Taqsima.

Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni rigward l-effikaċja ta’ miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni bejn il-prodotti sekondarji minn annimali ruminanti u prodotti sekondarji minn annimali li mhumiex ruminanti.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

it-tbiċċir ta’ annimali mhux ruminanti jrid isir f’linji li jkunu fiżikament separati minn dawk użati għat-tbiċċir tar-ruminanti;

(ii)

il-faċilitajiet tal-ġbir, tal-ħażna, tal-ġarr u tal-ippakkjar ta’ prodotti sekondarji li jkunu ġejjin minn annimali mhux ruminanti għandhom jinżammu separati minn dawk użati għall-prodotti sekondarji li jkunu ġejjin minn ruminanti;

(iii)

iridu jsiru teħid ta’ kampjuni u analiżijiet regolari tal-prodotti sekondarji ta’ oriġini minn annimali li mhumiex ruminanti biex tiġi identifikata l-preżenza ta’ proteini tar-ruminanti. Il-metodu li jintuża għall-analiżi jrid ikun ivvalidat xjentifikament għal dan l-għan. Il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP).

(b)

Il-prodotti sekondarji ta’ oriġini minn annimali mhux ruminanti maħsubin għall-użu fil-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima għandhom jitwasslu għall-impjant tal-ipproċessar f’vetturi u kontejners li ma jkunux użati għat-trasport ta’ prodotti sekondarji ġejjin mir-ruminanti.

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, il-prodotti sekondarji ta’ oriġini minn annimali mhux ruminanti jistghu jitwasslu f’vetturi u kontejners li jkunu ntużaw għat-trasport ta’ prodotti sekondarji dderivati mir-ruminanti, sakemm dawn ikunu tnaddfu qabel l-użu biex b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor, skont proċedura ddokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm rekord dokumentat ta’ dan l-użu għal mill-inqas sentejn u jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti.

(c)

Il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima għandha tiġi prodotta f’impjanti tal-ipproċessar li jkunu ddedikati esklussivament għall-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti ġejjin minn biċċeriji u impjanti tat-tqattigħ imsemmija fil-punt (a).

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima f’impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw il-prodotti sekondarji mir-ruminanti.

Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni rigward l-effikaċja ta’ miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni bejn il-proteina pproċessata tal-annimali ta’ oriġini mir-ruminanti u l-proteina pproċessata ta’ annimali li mhumiex ruminanti.

Dawn il-miżuri ta’ prevenzjoni għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

il-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali meħuda mir-ruminanti għandha ssir f’sistema magħluqa li tkun separata fiżikament minn waħda użata fil-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima;

(ii)

il-prodotti sekondarji mill-annimali dderivati mir-ruminanti jinżammu, waqt il-ħżin u t-trasport, fi faċilitajiet li huma separati fiżikament minn dawk użati għall-prodotti sekondarji dderivati minn annimali mhux ruminanti;

(iii)

il-proteina pproċessata tal-annimali meħuda mir-ruminanti tinżamm, waqt il-ħżin u t-trasport, f’faċilitajiet li huma separati fiżikament minn dawk użati għall-prodotti finali dderivati minn annimali mhux ruminanti;

(iv)

għandhom isiru kampjunar u analiżijiet regolari tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima biex jiġi vverifikat li ma saritx kontaminazzjoni bejnha u proteina pproċessata tal-annimali tar-ruminanti, permezz tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP); ir-riżultati ta’ dan it-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandhom jinżammu għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.

(d)

L-għalf kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima għandha tiġi prodotta fi stabbilimenti li jkunu awtorizzati għal dan mill-awtorità kompetenti u li jkunu ddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali tal-akkwakultura.

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika:

(i)

il-produzzjoni tal-għalf kompost għall-annimali tal-akkwakultura fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll għalf kompost maħsub għal annimali mrobbijin oħrajn, minbarra annimali tal-pil, tista’ tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti wara spezzjoni fil-post, sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-għalf kompost maħsub għar-ruminanti jrid jiġi mmanifatturat u waqt il-ħżin, il-ġarr u l-ippakkjar, jinżamm f’faċilitajiet li huma separati b’mod fiżiku mill-faċilitajiet fejn jiġi mmanifatturat u jinżamm l-għalf kompost għall-annimali mhux ruminanti;

l-għalf kompost maħsub għall-annimali tal-akkwakultura jrid jiġi mmanifatturat u waqt il-ħżin, il-ġarr u l-ippakkjar, jinżamm f’faċilitajiet li huma separati b’mod fiżiku mill-faċilitajiet fejn jiġi mmanifatturat u jinżamm l-għalf kompost għall-annimali oħrajn mhux ruminanti;

għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin reġistri bid-dettalji tax-xiri u tal-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima, u tal-bejgħ tal-għalf kompost li fih din il-proteina;

għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari tal-għalf kompost maħsub għall-annimali mrobbija minbarra l-annimali tal-akkwakultura biex jiġi vverifikat li ma fihx kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali mhux awtorizzati, permezz tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP); ir-riżultati għandhom jibqgħu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

(ii)

mhijiex meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta’ għalf komplet mill-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima għal dawk li jagħmlu t-taħlita tagħhom li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

li jkunu reġistrati mill-awtorità kompetenti,

li jkollhom biss annimali tal-akkwakultura,

li jipproduċu l-għalf komplet għall-annimali tal-akkwakultura għall-użu biss fl-istess impriża, u

li l-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima li jużaw fil-produzzjoni tagħhom jkun fih inqas minn total ta’ 50 % proteina.

(e)

Id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa, skont ir-rilevanza, li jakkompanja l-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima, u kull imballaġġ irid ikollhom dan il-kliem li ġej stampat fuqhom b’mod ċar: “proteina pproċessata dderivata minn annimali mhux ruminanti – m’għandhiex tintuża fil-produzzjoni ta’ għalf għal annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil”.

Id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa, skont ir-rilevanza, li jakkompanja l-għalf kompost għall-annimali tal-akkwakultura li fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima, u kull imballaġġ irid ikollhom dan il-kliem li ġej stampat fuqhom b’mod ċar: “fih il-proteina pproċessata meħuda minn annimali mhux ruminanti – m’għandhiex tintgħalef lill-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil”.

TAQSIMA E

Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, għat-tagħlif ta’ ruminanti mhux miftuma

Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, għat-tagħlif ta’ annimali ruminanti mrobbija mhux miftuma:

(a)

il-ħut mitħun użat fis-sostituti tal-ħalib għandu jkun prodott f’impjanti tal-ipproċessar iddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta’ prodotti dderivati minn annimali akkwatiċi, minbarra l-mammiferi tal-baħar, u għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III.

(b)

l-użu tal-ħut mitħun għall-annimali ruminanti mrobbija mhux miftuma se jkun awtorizzat biss għall-produzzjoni tas-sostituti tal-ħalib, imqassmin fil-forma mnixxfa u amministrati wara taħlita bi kwantita speċifika ta’ likwidu, maħsub għat-tagħlif ta’ ruminanti mhux miftuma bħala suppliment, jew bħala sostitut għal ħalib postkolostrali qabel jintemm il-ftim.

(c)

is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsub għall-annimali ruminanti mrobbija mhux miftuma għandhom jiġu prodotti fi stabbilimenti li ma jipproduċux għalf kompost ieħor għar-ruminanti u li huma awtorizzati għal dan l-għan mill-awtorità kompetenti.

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċjali, il-produzzjoni ta’ għalf kompost ieħor għar-ruminanti, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll is-sostituti tal-ħalib li jkun fihom il-ħut mitħun maħsub għall-annimali ruminanti mrobbijin mhux miftuma tista’ tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

waqt il-ħżin, il-ġarr u l-ippakkjar, kull għalf kompost ieħor maħsub għar-ruminanti jrid jinżamm f’faċilitajiet li jkunu separati fiżikament minn dawk użati għall-ħut mitħun bl-ingrossa u għas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun bl-ingrossa;

(ii)

għalf ieħor maħsub għar-ruminanti għandu jiġi mmanifatturat f’faċilitajiet separati fiżikament minn faċilitajiet fejn jiġu mmanifatturati s-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun;;

(iii)

għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin reġistri bid-dettalji tax-xiri u tal-użu tal-ħut mitħun u tal-bejgħ tas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun;

(iv)

għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari ta’ għalf kompost ieħor maħsub għar-ruminanti biex jiġi vverifikat li ma fihx kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali mhux awtorizzati, permezz tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP); ir-riżultati għandhom jibqgħu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

(d)

l-importaturi jridu jiżguraw li qabel ma titħalla fiċ-ċirkolazzjoni libera, kull konsenja impurtata ta’ sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun tiġi analizzata skont il-metodi analitiċi għall-identifikazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 biex jiġi vverifikat li din ma fihiex kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali, mhux awtorizzati.

(e)

id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa, skont ir-rilevanza, li jakkompanja s-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsub għall-annimali ruminanti mrobbijin mhux miftuma, u kull imballaġġ li fih dawn is-sostituti tal-ħalib, iridu jkunu mmarkati biċ-ċar bil-kliem “fih il-ħut mitħun – m’għandux jintgħalef lir-ruminanti minbarra ruminanti mhux miftuma”.

(f)

is-sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom il-ħut mitħun maħsubin għar-ruminanti mrobbijin mhux miftuma għandhom jiġu ttrasportati permezz ta’ vetturi u kontejners li ma jintużawx għall-ġarr ta’ għalf ieħor għar-ruminanti.

B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, il-vetturi u l-kontejners li jintużaw wara għat-trasport ta’ għalf ieħor bl-ingrossa maħsub għar-ruminanti, jistgħu jintużaw għat-trasport ta’ sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom il-ħut mitħun maħsubin għar-ruminanti mrobbijin mhux miftuma sakemm dawn il-vetturi jkunu tnaddfu qabel l-użu biex b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor, skont proċedura ddokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm rekord dokumentat ta’ dan l-użu għal mill-inqas sentejn u jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti.

(g)

f’azjendi fejn jinżammu r-ruminanti, se jkunu stabbiliti miżuri li jitwettqu fl-azjendi stess biex is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun ma jintgħalfux lil ruminanti oħrajn minbarra dawk mhux miftuma. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi lista ta’ azjendi fejn jintużaw is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, permezz ta’ sistema ta’ notifikazzjoni minn qabel mill-azjenda jew ta’ xi sistema oħra, biex b’hekk tkun żgurata l-konformità ma’ din il-kundizzjoni speċifika.

KAPITOLU V

Ir-rekwiżiti ġenerali

TAQSIMA A

Listi

L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornati u disponibbli għall-pubbliku listi ta’:

(a)

biċċeriji minn fejn jista’ jinkiseb demm prodott skont il-punt (a) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV;

(b)

impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu l-prodotti tad-demm skont il-punt (c) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV;

(c)

biċċeriji u impjanti tat-tqattigħ minn fejn jistgħu jinkisbu l-prodotti sekondarji mill-annimali li huma maħsubin għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali skont il-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

(d)

impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu l-proteina pproċessata tal-annimali meħuda minn annimali mhux ruminanti li joperaw skont il-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

(e)

stabbilimenti awtorizzati msemmijin fit-Taqsima B tal-Kapitolu III, fil-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV u fil-punt (c) tat-Taqsima E tal-Kapitolu IV;

(f)

bdiewa li jħalltu l-għalf għall-użu tagħhom li jkunu rreġistrati u joperaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima B tal-Kapitolu III u fil-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV.

TAQSIMA B

Il-ġarr ta’ materjali tat-tagħlif u ta’ għalf kompost li fihom il-prodotti dderivati mir-ruminanti

1.

Il-materjali tat-tagħlif bl-ingrossa u l-għalf kompost bl-ingrossa li fihom prodotti dderivati minn ruminanti barra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) li ġejjin għandhom jinġarru f’vetturi u kontejners li ma jintużawx fil-ġarr ta’ għalf li jkun maħsub għall-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:

(a)

ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti dderivati mill-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru;

(b)

fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li ġejjin mill-annimali;

(c)

proteini idrolizzati dderivati mill-pilijiet u l-ġlud.

2.

B’deroga mill-punt 1, il-vetturi u l-kontejners li jkunu ntużaw għat-trasport ta’ materjali tal-għalf bl-ingrossa u ta’ għalf kompost bl-ingrossa elenkati f’dan il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport tal-għalf li jkun maħsub għal annimali mrobbijin minbarra annimali tal-pil sakemm dawn jitnaddfu qabel l-użu biex b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor, skont proċedura ddokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru ddokumentat ta’ dan l-użu għal mill-inqas sentejn u jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti.

TAQSIMA C

Il-produzzjoni tal-għalf kompost li jkun fih prodotti dderivati mir-ruminanti

L-għalf kompost li jkun fih il-prodotti dderivati mir-ruminanti minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ma għandux jiġi mmanifatturat fi stabbilimenti li jipproduċu l-għalf għall-annimali mrobbijin li mhumiex l-annimali tal-pil:

(a)

ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti dderivati mill-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru;

(b)

fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li ġejjin mill-annimali;

(c)

proteini idrolizzati dderivati mill-pilijiet u l-ġlud.

TAQSIMA D

L-użu u l-ħżin fl-azjendi ta’ materjali tal-għalf u ta’ għalf kompost għall-annimali mrobbijin li fihom il-prodotti li joriġinaw mir-ruminanti

L-użu u l-ħżin ta’ materjali tal-għalf u tal-għalf kompost għall-annimali mrobbijin li jkun fih il-prodotti dderivati mir-ruminanti minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) għandhom ikunu projbiti fi stabbilimenti fejn jinżammu annimali mrobbijin li mhumiex annimali tal-pil:

(a)

ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti dderivati mill-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru;

(b)

fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li ġejjin mill-annimali;

(c)

proteini idrolizzati dderivati mill-pilijiet u l-ġlud.

TAQSIMA E

L-esportazzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali u ta’ prodotti li fihom din il-proteina

1.

L-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata mir-ruminanti, u ta’ prodotti li fihom din il-proteina għandha tkun ipprojbita.

B’deroga din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għall-ikel ipproċessat tal-annimali domestiċi, inkluż dak tal-bott, li fih il-proteini pproċessati tal-annimali dderivati mir-ruminanti u li għadda minn trattament u li jkollu tikketta konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

2.

L-esportazzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti u ta’ prodotti li jkun fihom din il-proteina għandha tkun awtorizzata biss sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu maħsubin għal użi mhux ipprojbiti mill-Artikolu 7 u minn dan l-Anness;

(b)

jiġi konkluż ftehim bil-miktub qabel l-esportazzjoni, bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru esportatur, jew il-Kummissjoni, u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz importatur, li jinkludi impenn min-naħa tal-pajjiż terz importatur li jirrispetta l-użu maħsub u ma jesportax mill-ġdid il-proteina pproċessata tal-annimali jew il-prodotti li fihom din il-proteina biex jintużaw b’modi li huma pprojbiti mill-Artikolu 7 u minn dan l-Anness.

3.

Il-ftehimiet bil-miktub li jsiru skont il-punt 2(b) hawn fuq għandhom jiġu ppreżentati fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

4.

Il-punti 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)

il-ħut mitħun u l-għalf kompost li fih il-ħut mitħun;

(b)

l-għalf kompost maħsub għall-annimali tal-akkwakultura;

(c)

l-ikel tal-annimali domestiċi.

TAQSIMA F

Kontrolli uffiċjali

1.

Il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-awtorità kompetenti biex din tivverifika l-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan l-Anness għandhom jinkludu l-ispezzjonijiet u t-teħid ta’ kampjuni għall-analiżi ta’ proteina pproċessata tal-annimali u tal-għalf b’konformità mal-metodi ta’ analiżi għall-identifikazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stabbiliti fl- Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009.

2.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-kompetenza tal-laboratorji li jwettqu l-analiżijiet għal dawn il-kontrolli uffiċjali fuq bażi regolari, b’mod partikolari billi tivvaluta r-riżultati tat-testijiet inter-proficiency.

Jekk il-livell ta’ kompetenza jitqies li mhuwiex sodisfaċenti, għandu jsir għall-inqas taħriġ mill-ġdid tal-persunal kollu tal-laboratorju bħala miżura korrettiva minima, qabel ma jitwettqu aktar analiżijiet.


(******)  ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.”


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 57/2013

tat-23 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OECD

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (2) ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 674/2012 (3).

(2)

Skont l-Artikolu 37(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-Kummissjoni qieset it-tweġiba li bagħtet il-Malasja għat-talba bil-miktub tagħha. Il-Malasja mbagħad iddikjarat bil-miktub li l-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba tagħha fir-rigward tas-subentrata B1100 - Żingu mhux pur u iebes (spelter) u l-entrati B3010 u GH013 ma kinux jirriflettu l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri eżistenti, u dan ma pprojbixxix l-importazzjonijiet ta’ dan l-iskart. Għalhekk, hija talbet li l-proċedura għas-subentrata B1100 - Żingu mhux pur u iebes (spelter) tinbidel mill-għażla (a) għall-għażla (c) u għall-entrati B3010 u GH013 mill-għażla (a) għall-għażla (d).

(3)

Sabiex jiġi kkorreġut dan l-iżball u meta jitqies l-impatt fuq l-operaturi ekonomiċi, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-erbatax-il jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 196, 24.7.2012, p. 12.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

L-entrata li ġejja għall-Malasja:

“B1020-B1100”

 

 

 

hija ssostitwita bl-entrati li ġejjin:

“B1020-B1100, għajr għaż-żingu mhux pur u iebes minn B1100

 

minn B1100

Żingu mhux pur u iebes”

 

2.

L-entrata li ġejja għall-Malasja:

“B3010”

 

 

 

hija ssostitwita bl-entrata li ġejja:

 

 

 

“B3010”

3.

L-entrata li ġejja għall-Malasja:

“GG030-GH013”

 

 

 

hija ssostitwita bl-entrati li ġejjin:

“GG030-GG040

 

 

 

 

 

 

GH013”


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 58/2013

tat-23 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) introduċa l-kunċett ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati (OEA). Operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-ksib tal-istejtus sħiħ ta’ OEA jew ta’ dak tas-sigurtà u s-sikurezza bħala OEA għandhom jitqiesu bħala sħab affidabbli fil-katina tal-provvista u għalhekk jibbenefikaw minn iffaċilitar fir-rigward tal-kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza.

(2)

L-Unjoni tagħraf il-programmi ta’ sħubija kummerċjali ta’ ċerti pajjiżi terzi li ġew żviluppati skont il-qafas ta’ standards tal-Organizzazzjoni Doganali Dinjija biex jiġi żgurat u ffaċilitat il-kummerċ globali. Konsegwentement, l-Unjoni tagħti ffaċilitar lil dawk l-operaturi ekonomiċi ta’ pajjiż terz li jkollhom stejtus ta’ sħubija bħala parti mill-programm tal-awtorità doganali ta’ dak il-pajjiż terz. Huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġu introdotti l-mezzi biex fid-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul jiġu identifikati l-operaturi ekonomiċi li jkollhom stejtus ta’ sħubija bħala parti mill-programmi ta’ sħubija kummerċjali ta’ pajjiżi terzi. L-iffaċilitar rilevanti mhux se jiġi pprovdut mingħajr l-identifikazzjoni kif suppost ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi fid-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul.

(3)

Huwa għalhekk xieraq li l-Anness 3a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) jiġi adattat sabiex jippermetti l-indikazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni uniku minn pajjiż terz tal-operaturi ekonomiċi.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

(5)

Il-miżuri prevvisti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 30a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 02, Volum 04, pp. 307-356.

(2)  ĠU L 314M, 1.12.2007, pp. 487-546.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness 30a, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, fit-Taqsima 4, “Data elements explanatory notes”, it-tielet paragrafu tad-data element explanatory note “Consignor”“Entry summary declarations” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Entry summary declarations:

This information takes the form of the consignor EORI number whenever this number is available to the person lodging the summary declaration.

Where facilitations are granted in the framework of a third country traders’ partnership programme which is recognised by the Union, this information may take the form of a third country unique identification number which has been made available to the Union by the third country concerned. That number may be used whenever available to the person lodging the summary declaration.

The structure of the number is as follows:

Field

Content

Field type

Format

Examples

1

Identifier of the third country (ISO alpha 2 country code)

Alphabetic 2

a2

US

JP

2

Unique identification number in a third country

Alphanumeric up to 15

an..15

1234567890ABCDE

AbCd9875F

pt20130101aa

Examples: ‘US1234567890ABCDE’ for a consignor in the US (country code: US) whose unique identification number is 1234567890ABCDE. ‘JPAbCd9875F’ for a consignor in Japan (country code: JP) whose unique identification number is AbCd9875F. ‘USpt20130101aa’ for a consignor in the US (country code: US) whose unique identification number is pt20130101aa.”

Identifier of the third country: the Union’s alphabetical codes for countries and territories are based on the current ISO alpha 2 codes (a2) insofar as they are compatible with the country codes laid down in accordance with Article 5(2) of Regulation (EC) No 471/2009 of the European Parliament and of the Council of 6 May 2009 on Community statistics relating to external trade with non-member countries and repealing Council Regulation (EC) No 1172/95 (*).



24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 59/2013

tat-23 ta’ Jannar 2013

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza monensina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta' residwi ("MRL") għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Bħalissa l-monensina hija inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza permessa għall-ispeċijiet bovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-ħalib.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex tinbidel l-annotazzjoni eżistenti għall-monensina

(5)

Ingħatat dejta addizzjonali mill-applikant u ġiet eżaminata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju. Bħala riżultat, dan il-Kumitat jirrakkomanda l-modifika tal-MRLs attwali għall-monensina.

(6)

Għalhekk l-annotazzjoni għall-monensina fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel skont dan.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta' żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati sabiex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL il-ġdid stabbilit.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-25 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-annotazzjoni għas-sustanza monensina tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Monensina

Monensina A

Bovini

2  μg/kg

Il-muskoli

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Aġenti li jaġixxu kontra l-infezzjonijiet Antibijotiċi”

10  μg/kg

Ix-xaħam

50  μg/kg

Il-fwied

10  μg/kg

Il-kliewi

2  μg/kg

Il-ħalib


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 60/2013

tat-23 ta’ Jannar 2013

li jemenda għall-185 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-14 ta’ Jannar 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01 p. 294)


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

‘Adel Abdul Jalil Ibrahim Batterjee (ukoll magħruf bħala (a) ‘Adil Al-Battarjee, (b) Adel Batterjee, (c) ‘Adil ‘Abd al Jalil Batarji, (d) Adel AbdulJaleel I. Batterjee). Indirizz: 2 Helmi Kutbi Street, Jeddah, l-Arabja Sawdija. Data tat-twelid: (a) 1.7.1946, (b) 1.6.1946. Post tat-twelid: Jeddah, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdi. Numru tal-passaport: F 572010 (maħruġ fit-22.12.2004, jiskadi fit-28.10.2009.)’


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 61/2013

tat-23 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

65,3

TN

84,9

TR

103,3

ZZ

84,5

0707 00 05

EG

200,0

JO

182,1

MA

158,2

TR

166,4

ZZ

176,7

0709 91 00

EG

128,6

ZZ

128,6

0709 93 10

EG

105,4

MA

92,6

TR

138,3

ZZ

112,1

0805 10 20

EG

54,1

MA

56,8

TN

54,0

TR

63,8

ZA

46,1

ZZ

55,0

0805 20 10

MA

89,0

ZZ

89,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

180,3

KR

138,2

MA

158,2

TR

84,6

ZZ

140,3

0805 50 10

EG

56,9

TR

74,0

ZZ

65,5

0808 10 80

CN

100,8

MK

35,9

US

176,0

ZZ

104,2

0808 30 90

CN

51,8

US

132,9

ZZ

92,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 62/2013

tat-23 ta’ Jannar 2013

li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e 9(1)(b) flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul is-sena tas-suq u li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stipulat mill-Kummisjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2012 tat-8 ta' Mejju 2012 li jistipula l-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju ’l barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2012/2013 (3) jistipula l-limiti msemmija hawn fuq.

(3)

Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti minn applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 394/2012. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit perċentwal ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet mill-14 sat-18 ta’ Jannar 2013 Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor imressqa wara t-18 ta’ Jannar 2013 għaldaqstant ma għandhiex tintlaqa', u t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun sospiż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mill-14 sat-18 ta’ Jannar 2013, għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 40,367343 %.

2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li tressqu fil-21, fit-22, fit-23, fl-24 u fil-25 ta' Jannar 2013. huma b'dan irrifjutati.

3.   It-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn it-28 ta' Jannar 2013 u t-30 ta' Settembru 2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 86.

(3)  ĠU L 123, 9.5.2012, p. 30.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 63/2013

tat-23 ta’ Jannar 2013

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2012/2013 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2012 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 48/2013 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 263, 28.9.2012, p. 37.

(4)  ĠU L 18, 22.1.2013, p. 15.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-24 ta’ Jannar 2013

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

31,88

1,59

1701 12 90  (1)

31,88

5,16

1701 13 10  (1)

31,88

1,72

1701 13 90  (1)

31,88

5,59

1701 14 10  (1)

31,88

1,72

1701 14 90  (1)

31,88

5,59

1701 91 00  (2)

36,96

6,75

1701 99 10  (2)

36,96

3,25

1701 99 90  (2)

36,96

3,25

1702 90 95  (3)

0,37

0,30


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/30


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda

(2013/48/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Wara t-talba mill-Irlanda, il-Kunsill taha assistenza finanzjarja permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE (2) bħala appoġġ għal programm qawwi ta’ riforma ekonomika u finanzjarja bil-għan li tinkiseb il-fiduċja mill-ġdid, li l-ekonomija tkun tista’ tirritorna għal tkabbir sostenibbli, u li tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fl-Irlanda, fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 3(9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u f’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), wettqet it-tmien analiżi tal-progress tal-awtoritajiet Irlandiżi fl-implimentazzjoni tal-miżuri maqbula kif ukoll tal-effikaċja u tal-impatt ekonomiku u soċjali ta’ dawk il-miżuri.

(3)

Sar progress sinifikanti fir-rigward tal-għanijiet tal-programm għad-diżingranar bankarju. B’mod speċifiku, żewġ banek domestiċi diġà laħqu jew qiegħdin fi stadju avvanzat sew biex jilħqu l-mira ta’ proporzjon ta’ self mad-depożitu (LDR) ta’ 122,5 %, oriġinarjament prevista li tintlaħaq sa tmiem l-2013. Il-bank domestiku li jifdal lesta xi ċessjonijiet ta’ assi mhux ewlenin u r-rekwiżiti ta’ diżingranar tal-programm tiegħu se jiġu vvalutati mill-ġdid wara deċiżjoni dwar il-pjan tar-ristrutturar tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Fid-dawl ta’ dak il-progress sinifikanti, il-modifika tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-programm għad-diżingranr tal-banek lejn miri nominali ta’ ċessjoni ta’ assi mhux ewlenin u għall-monitoraġġ avvanzat imfassal biex jiżgura li l-banek itejbu l-proporzjonijiet ta’ ffinanzjar stabbli nett (NSFRs) u l-proporzjonijiet ta’ kopertura tal-likwidità (LCRs) tkun qed tikkontribwixxi biex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni żejda fl-ipprezzar tad-depożiti tal-banek u tipprepara l-banek għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ likwidità ta’ Basel III.

(5)

Fid-dawl ta’ dawk l-iżviluppi u konsiderazzjonijiet, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

fil-paragrafu 8, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

id-diżingranar tal-banek domestiċi lejn il-miri nominali għaċ-ċessjonijiet tal-assi mhux ewlenin u l-amortizzament stabbiliti taħt il-PLAR tal-2011, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ valutazzjonijiet kontinwi tal-pjanijiet ta’ ristrutturar tal-banek, u l-monitoraġġ tal-progress tal-banek lejn ir-rekwiżiti rilevanti ta’ Basel III dwar il-likwidità u l-proporzjonijiet ta’ ffinanzjar stabbli nett skont il-qafas ta’ monitoraġġ avvanzat miftiehem taħt il-programm.”;

(2)

il-paragrafu 10 jinbidel b’dan li ġej:

“10.   L-Irlanda għandha, matul l-2013, skont speċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta’ Ftehim:

(a)

tlesti t-testijiet tal-istress tal-banek, allinjati mal-eżerċizzju tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), li jibni fuq ir-riżultati tal-PCAR tal-2011 u l-Programm tal-Miżuri Finanzjarji tal-2012. It-test tal-istress għandu jkun rigoruż u jkompli jkun ibbażat fuq previżjonijiet b’saħħithom ta’ self b’telf u livell għoli ta’ trasparenza. Il-pubblikazzjoni tar-riżultati għandha tkun allinjata mal-perjodu ta’ żmien tal-eżerċiżżju li jmiss tal-ABE.

(b)

twettaq id-diżingranar tal-banek domestiċi lejn il-miri nominali ta’ tmiem l-2013 għaċ-ċessjonijiet ta’ assi mhux ewlenin u l-amortizzament stabbiliti taħt il-PLAR tal-2011, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ valutazzjonijiet kontinwi tal-pjanijiet ta’ ristrutturar tal-banek, u l-monitoraġġ tal-progress tal-banek lejn ir-rekwiżiti rilevanti ta’ Basel III dwar il-likwidità u l-proporzjonijiet ta’ ffinanzjar stabbli nett skont il-qafas ta’ monitoraġġ avvanzat miftiehem taħt il-programm.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 4.2.2011, p. 34.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/32


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Jannar 2013

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taz-zeaksantina sintetika bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 110)

(Il-verżjoni Olandiża biss hija awtentika)

(2013/49/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ġunju 2004, il-kumpanija DSM Nutritional Products VML għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi biex tqiegħed iz-zeaksantina sintetika fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

Fis-16 ta’ Ġunju 2005 l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tal-Pajjiżi l-Baxxi ħarġet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali tagħha. F’dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li z-zeaksantina sintetika, b’konsum massimu ta’ mhux iktar minn 20 mg għal kull persuna kuljum, ma tkunx qed tippreżenta riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, ikkonkludiet li d-dejta ppreżentata ma kinitx biżżejjed biex titlesta l-valutazzjoni tar-riskju.

(3)

Għaldaqstant kienet meħtieġa valutazzjoni oħra.

(4)

Fl-1 ta’ Awwissu 2005 il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni preliminari għal aktar kummenti mingħand l-Istati Membri kollha.

(5)

Fit-2 ta’ Frar 2007 l-applikant informa lill-Kummissjoni li l-użu taz-zeaksantina għandu jkun limitat biex tintuża biss bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel.

(6)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA) nhar l-20 ta’ Marzu 2007.

(7)

Fl-24 ta’ April 2008, l-EFSA adottat Opinjoni Xjentifika dwar is-sigurtà taz-“zeaksantina sintetika” bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel (2) li tikkonkludi li abbażi tad-dejta eżistenti, is-sikurezza taz-zeaksantina sintetika bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel fuq il-livell propost ta’ 20 mg għal kull persuna kuljum ma ġietx stabbilita.

(8)

Fil-25 ta’ Jannar 2012 l-applikant ippreżenta informazzjoni addizzjonali u ppropona konsum ta’ zeaksantina sintetika bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel sa 2 mg għal kull persuna kuljum.

(9)

Wara talba mill-Kummissjoni, l-EFSA ntalbet taġġorna l-opinjoni tagħha dwar is-sikurezza taz-zeaksantina sintetika bħala ingredjent ġdid tal-ikel fis-supplimenti tal-ikel fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali. Fit-13 ta’ Settembru 2012, l-EFSA adottat “Stqarrija dwar is-sikurezza taz-zeaksantina sintetika” bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel (3) u kkonkludiet li l-livell tal-użu propost mill-applikant ma jqajjimx tħassib dwar is-sikurezza.

(10)

Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika, huwa stabbilit li z-zeaksantina sintetika tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(11)

Iż-żieda intenzjonali taz-zeaksantina sintetika mal-ikel għal skopijiet ta’ kulur taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (4) u għandha tiġi awtorizzata skont dak ir-Regolament.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iz-zeaksantina sintetika kif speċifikat fl-Anness tista’ titqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel fis-supplimenti tal-ikel bil-konsum massimu rrakkomandat mill-manifattur sa 2 mg kuljum.

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni taz-zeaksantina sintetika awtorizzata b’din id-Deċiżjoni fuq it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-addittiv għandha tkun “zeaksantina sintetika”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil DSM Nutritional Products, Alexander Fleminglaan 1, 2613 AX Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2008 728, 1-27.

(3)  EFSA Journal 2012; 10(10):2891.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


ANNESS

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAZ-ZEAKSANTINA SINTETIKA

Definizzjoni Iz-Zeaksantina hija pigment tal-ksantofill li jinsab b’mod naturali, huwa karotenojd ossiġenat. Iz-zeaksantina sintetika hija prodotta permezz ta’ sintesi kimika minn molekuli iżgħar li ssir f’diversi stadji.

Iz-zeaksantina sintetika hija ppreżentata jew bħala trab imnixxef bl-isprejjar b’bażi ta’ ġelatina jew lamtu (“beadlets”) b’alfa-tokoferol u palmitat tal-askorbil miżjuda jew bħala sospensjoni ta’ żejt tal-qamħirrun b’alfa-tokoferol miżjud.

Deskrizzjoni: Trab kristallin ta’ lewn oranġju ħamrani bi ftit jew mingħajr riħa

Formula Kimika C40H56O2

Formula strutturali:

Image

Nru CAS: 144-68-3

Piż molekulari: 568,9 daltons

Proprjetajiet fiżiċi-kimiċi zeaksantina sintetika

Telf fit-tnixxif

inqas minn 0,2 %

Zeaksantina all-trans

aktar minn 96 %

Cis-zeaksantina

inqas minn 2 %

Karotenojdi oħra

inqas minn 1,5 %

Ossidu tat-trifenilfosfina

(Nru CAS 791-28-6)

inqas minn 50 mg/kg


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Jannar 2013

li tawtorizza estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 123)

(Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika)

(2013/50/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/827/KE (2) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fil-prodotti tal-ħobż b’kontenut massimu ta’ 5 % ta’ żrieragħ tal-Chia (Salvia hispanica).

(2)

Fl-14 ta’ April 2011 The Chia Company għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għall-estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel. B’mod partikolari, talbet li tuża sa 10 % żerriegħa tal-Chia f’ċerti kategoriji tal-ikel u biex tbigħ żerriegħa tal-Chia ppakkjata minn qabel b’doża rrakomandata sa 15 g kuljum.

(3)

Fis-16 ta’ Marzu 2012, l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħarġet l-ewwel rapport tal-valutazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-estensjoni tal-użu taż-żrieragħ tal-Chia għal kategoriji tal-ikel proposti tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(4)

Fis-26 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha.

(5)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, b’mod partikolari, dwar il-possibilità ta’ nuqqas ta’ dejta tossikoloġika. Spjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant ikkalmaw dan it-tħassib għas-sodisfazzjon tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Għalhekk ġie kkonfermat li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 huma ssodisfati.

(6)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, għandha tiġi adottata “Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni” li tawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żerriegħa tal-Chia bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(7)

Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) kif speċifikat fl-Anness I tista’ titqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi mniżżla fl-Anness II.

Iż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala tali tista’ tinbiegħ lill-konsumatur finali f’forma ta’ pakketti lesti biss.

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) awtorizzata b’din id-Deċiżjoni dwar it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “Żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica)”.

L-ittikkettjar addizzjonali ta’ pakketti lesti taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) huwa meħtieġ biex jinforma lill-konsumatur li d-doża ta’ kuljum ma taqbiżx il-15 g.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil The Chia Company, 262-276 Lorimer Street, Port Melbourne, VIC 3207 Awstralja.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 294, 11.11.2009, p. 14.


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-CHIA (SALVIA HISPANICA)

Deskrizzjoni

Il-Chia (Salvia hispanica) hija pjanta sajfija erbaċea annwali li tagħmel mal-familja tal-Labiatae.

Wara l-ħsad, iż-żrieragħ jitnaddfu b’mod mekkaniku. Fjuri, weraq u partijiet oħra tal-pjanta jitneħħew.

Il-kompożizzjoni tipika taż-Żerriegħa tal-Chia

Materja niexfa

91-96 %

Proteina

20-22 %

Xaħam

30-35 %

Karboidrati

25-41 %

Fibra (Fibra kruda (*))

18-30 %

Irmied

4-6 %


(*)  Il-fibra kruda hija dik il-parti tal-fibra li tkun magħmula prinċipalment minn ċellulosa, pentosani u lignin, li mhumiex diġeribbli.


ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-CHIA (SALVIA HISPANICA)

Prodotti moħmija

mhux aktar minn 10 %

Ċereali tal-kolazzjon

mhux aktar minn 10 %

Taħlitiet tal-frott, tal-ġewż u taż-żrieragħ

mhux aktar minn 10 %

Pakketti lesti taż-żerriegħa tal-Chia bħala tali

mhux aktar minn 15 g kuljum


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Jannar 2013

dwar il-valutazzjoni ta’ qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar skont l-Artikolu 111b tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/51/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 111b(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE jispeċifika l-aspetti li l-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari fil-valutazzjoni ta’ jekk il-qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar jiżgurawx livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak tal-Unjoni.

(2)

Għandu jiġi stabbilit f’aktar dettall liema aspetti u dokumenti rispettivi tal-UE jitqiesu meta titwettaq valutazzjoni tal-ekwivalenza skont Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tispeċifika kif l-aspetti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE għandhom jiġu evalwati għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar jiżgurawx livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak tal-Unjoni.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika żgurat mill-qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar skont Artikolu 111b tad-Direttiva 2001/83/KE, ir-rekwiżiti stipulati fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 111b(1) gћandhom ikunu applikati kif ġej:

(a)

Fl-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 111b(1), il-Kummissjoni għandha tqis il-linji gwida applikabbli msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2001/83/KE.

(b)

Fl-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 111b(1), il-Kummissjoni għandha tqis il-linji gwida applikabbli msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/94/KE tat-8 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxxi l-prinċipji u l-linji gwida tal-prassi ta’ manifattura tajba fir-rigward ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u prodotti mediċinali fil-fażi ta’ sperimentazzjoni għall-użu mill-bniedem (2).

(c)

Fl-applikazzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 111b(1), il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riżorsi tal-ispezzjoni, il-kwalifika u t-taħriġ tal-ispetturi, il-proċeduri ta’ spezzjoni, l-istrateġiji u l-mekkaniżmi ta’ spezzjoni li jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess, l-istandards ta’ rendiment tal-ispezzjoni, is-setgħat ta’ infurzar, il-mekkaniżmi ta’ twissija u ta’ kriżi, u l-kapaċità analitika filwaqt li tqis il-linji gwida applikabbli msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/94/KE.

(d)

Fl-applikazzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 111B(1), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-arranġamenti tal-pajjiż terz biex tiżgura t-twassil malajr u regolari tal-informazzjoni mill-pajjiż terz lejn l-UE fir-rigward ta’ produtturi ta’ sustanzi attivi mhux konformi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)  ĠU L 262, 14.10.2003, p. 22.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 191/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Annessi B, C u D għad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem għall-bruċellożi u l-marda Aujeszky (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/396/UE tal-4 ta’ Lulju 2011 li tawtorizza lil laboratorju fil-Ġappun iwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġislazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġislazzjoni li tirrigwarda dawn il-kwistjonijiet m’għandhiex tapplika għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Islanda.

(4)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) fil-parti 4.1 u fil-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) fil-parti 8.1:

“—

32012 R 0176: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 61, 2.3.2012, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 96 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/91/UE) fil-Parti 4.2:

“97.

32011 D 0396: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/396/UE tal-4 ta’ Lulju 2011 li tawtorizza lil laboratorju fil-Ġappun iwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 51).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 176/2012 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/396/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 61, 2.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 176, 5.7.2011, p. 51.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 192/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2012 tat-8 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f’qatgħat tal-brojlers, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 233/2012 tas-16 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-iscrapie emendat għad-Danimarka (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/825/UE tat-8 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f’partijiet tal-Irlanda, il-Finlandja u l-Isvezja (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/111/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tad-Danimarka u l-Panama (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 200/2012 li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 (5) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi rrevokat skont il-Ftehim ŻEE.

(6)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. ll-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(7)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 94 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE) fil-Parti 4.2:

“—

32011 D 0825: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/825/UE tat-8 ta' Diċembru 2011 (ĠU L 328, 10.12.2011, p. 53).”

2.

It-test tal-punt 47 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007) fil-Parti 7.2 għandu jitħassar.

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 49 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE) fil-Parti 7.2:

“—

32012 D 0111: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/111/UE tal-10 ta' Frar 2012 (ĠU L 50, 23.2.2012, p. 49).”

4.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu inklużi wara l-punt 56 (Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011) fil-Parti 7.2:

“57.

32012 R 0200: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2012 tat-8 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f’qatgħat tal-brojlers, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 9.3.2012, p. 31).

58.

32012 R 0233: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 233/2012 tas-16 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-iscrapie emendat għad-Danimarka (ĠU L 78, 17.3.2012, p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 200/2012 u r-Regolament ta' Implmentazzjoni (UE) Nru 233/2012 u d-Deċiżjonijiet 2011/825/UE u 2012/111/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 71, 9.3.2012, p. 31.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2012, p. 13.

(3)  ĠU L 328, 10.12.2011, p. 53.

(4)  ĠU L 50, 23.2.2012, p. 49.

(5)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 193/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2012 tat-28 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Annessi I u II għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi u limiti ta’ azzjoni għad-diossini u l-poliklorobifenili (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/154/UE tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u fl-ikel (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġislazzjoni dwar l-għalf u tal-ikel. Il-leġislazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-għalf u tal-ikel m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Annessi I u II għall-Ftehim ŻEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 33 (Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0277: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2012 tat-28 ta' Marzu 2012 (ĠU L 91, 29.3.2012, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 40 (Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“40a.

32012 H 0154: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/154/UE tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u fl-ikel (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 20).”

Artikolu 2

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM” il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 13 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/161/UE) tal-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“14.

32012 H 0154: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/154/UE tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ alkalojdi tal-ergotina fl-għalf u fl-ikel (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 20).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 277/2012 u r-Rakkomandazzjoni 2012/154/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 91, 29.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 20.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 194/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur (2), kif ikkoreġut minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 45zzo (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012) tal-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“45zzp.

32012 R 0347: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1).

45zzq.

32012 R 0351: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur (ĠU L 110, 24.4.2012, p. 18), kif ikkoreġut minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 347/2012 u (UE) Nru 351/2012, kif ikkoreġuti minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44, bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 110, 24.4.2012, p. 18.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 195/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2012 tal-15 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 12zc (Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0412: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2012 tal-15 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 128, 16.5.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 412/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 128, 16.5.2012, p. 1.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 196/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/11/UE tas-7 ta’ Jannar 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal apparati tal-illokkjar għal twieqi u bibien ta’ gallariji li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal u mmuntati mill-konsumatur skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/376/UE tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/48/UE tas-26 ta’ Jannar 2012 li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 3n (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE):

“—

32012 D 0048: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/48/UE tas-26 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 35).”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3n (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE):

“3o.

32010 D 0011: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/11/UE tas-7 ta’ Jannar 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal apparati tal-illokkjar għal twieqi u bibien ta’ gallariji li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal u mmuntati mill-konsumatur skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 4, 8.1.2010, p. 91).

3p.

32010 D 0376: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/376/UE tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 39).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/11/UE, 2010/376/UE u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/48/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 4, 8.1.2010, p. 91.

(2)  ĠU L 170, 6.7.2010, p. 39.

(3)  ĠU L 26, 28.1.2012, p. 35.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 197/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għal Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/81/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tar-reazzjonijiet għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ kolla għall-madum taċ-ċeramika (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/82/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ kisi dekorattiv tal-ħajt f’romblu u pannell (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/83/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ komposti għat-tgħaqqid li jinxfu bl-arja (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/85/EU tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward tal-kontrabjut tas-siment, kontrabjut tas-sulfat tal-kalċju u kontrabjut tal-art tar-reżina sintetika (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/679/UE tat-8 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 95/467/KE li timplementa l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/683/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 97/555/KE dwar il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE għal dak li jirrigwarda s-siment, il-ġir tal-bini u binders idrawliċi (6) oħrajn għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/737/UE tat-2 ta’ Diċembru 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni fir-rigward tal-pjanċi tal-azzar bil-kisi tal-polijester u bil-kisi tal-plastisol (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/738/UE tat-2 ta’ Diċembru 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/14/UE tat-13 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 97/556/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwarda s-sistemi komposti tal-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS) (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/19/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-proċedura għall-attestament tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/232/UE tal-11 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2000/367/KE li tistabbilixxi sistema ta’ klassifika għar-reżistenza għan-nar tal-prodotti tal-bini, xogħlijiet ta’ bini u partijiet minnhom (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/246/UE tat-18 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 1999/93/KE dwar il-proċedura għall-attestar tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ bibien, twieqi, kontraporti, persjani, gradi u aċċessorji oħra fir-rigward tal-bini (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/284/UE tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kejbils tal-elettriku, il-kontroll u l-komunikazzjoni (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/201/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 98/213/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kittijiet ta’ diviżjoni interna (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/202/UE tad-29 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 1999/94/KE dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Għalhekk, l-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXI tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fl-10 inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/467/KE) tal-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 D 0679: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/679/UE tat-8 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 55).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fit-18-il inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/555/KE) tal-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 D 0683: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/683/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 60).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied fid-19-il inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/556/KE) tal-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0014: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/14/UE tat-13 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 10, 14.1.2011, p. 5).”

4.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-25 inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/213/KE) tal-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE):

“, kif emendat permezz ta’:

32012 D 0201: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/201/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 109, 21.4.2012, p. 20).”

5.

Dan li ġej għandu jiżdied fl-40 inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/93/KE) tal-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE):

“‘, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0246: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/246/UE tat-18 ta’ April 2011 (ĠU L 103, 19.4.2011, p. 114).”

6.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-41 inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/94/KE) tal-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE):

“, kif emendat permezz ta’:

32012 D 0202: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/202/UE tad-29 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 109, 21.4.2012, p. 22).”

7.

Dan li ġej għandu jiżdied fid-49 inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE) tal-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0232: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/232/UE tal-11 ta’ April 2011 (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 49).”

8.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 2g (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/600/KE):

“2h.

32010 D 0081: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/81/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tar-reazzjonijiet għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ kolla għall-madum taċ-ċeramika (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 9).

2i.

32010 D 0082: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/82/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ kisi dekorattiv tal-ħajt f’romblu u pannell (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 11).

2j.

32010 D 0083: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/83/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ komposti għat-tgħaqqid li jinxfu bl-arja (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 13).

2k.

32010 D 0085: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/85/UE tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward tal-kontrabjut tas-siment, kontrabjut tas-sulfat tal-kalċju u kontrabjut tal-art tar-reżina sintetika (ĠU L 38, 11.2.2010, p. 17).

2l.

32010 D 0737: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/737/UE tat-2 ta’ Diċembru 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni fir-rigward tal-pjanċi tal-azzar bil-kisi tal-polijester u bil-kisi tal-plastisol (ĠU L 317, 3.12.2010, p. 39).

2m.

32010 D 0738: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/738/UE tat-2 ta’ Diċembru 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż (ĠU L 317, 3.12.2010, p. 42).

2n.

32011 D 0019: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/19/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-proċedura għall-attestament tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 49).

2o.

32011 D 0284: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/284/UE tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kejbils tal-elettriku, il-kontroll u l-komunikazzjoni (ĠU L 131, 18.5.2011, p. 22).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/81/UE, 2010/82/UE, 2010/83/UE, 2010/85/UE, 2010/679/UE, 2010/683/UE, 2010/737/UE, 2010/738/UE, 2011/14/UE, 2011/19/UE, 2011/232/UE, 2011/246/UE, 2011/284/UE tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/201/UE u 2012/202/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 38, 11.2.2010, p. 9.

(2)  ĠU L 38, 11.2.2010, p. 11.

(3)  ĠU L 38, 11.2.2010, p. 13.

(4)  ĠU L 38, 11.2.2010, p. 17.

(5)  ĠU L 292, 10.11.2010, p. 55.

(6)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 60.

(7)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 39.

(8)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 42.

(9)  ĠU L 10, 14.1.2011, p. 5.

(10)  ĠU L 11, 15.1.2011, p. 49.

(11)  ĠU L 97, 12.4.2011, p. 49.

(12)  ĠU L 103, 19.4.2011, p. 114.

(13)  ĠU L 131, 18.5.2011, p. 22.

(14)  ĠU L 109, 21.4.2012, p. 20.

(15)  ĠU L 109, 21.4.2012, p. 22.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 198/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 dwar struzzjonijiet elettroniċi rigward l-użu ta' apparat mediku (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 8 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE) fil-Kapitolu XXX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“9.

32012 R 0207: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 dwar struzzjonijiet elettroniċi rigward l-użu ta' apparat mediku (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 28).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 207/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 72, 10.3.2012, p. 28.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 199/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 180/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 55ca (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2011) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“55cb.

32011 R 1286: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 10.12.2011, p. 36).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1286/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2012 tad-30 ta’ Marzu 2012 (3), skont liema ikun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’, u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 341, 13.12.2012, p. 34.

(2)  ĠU L 328, 10.12.2011, p. 36.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(3)  ĠU L 207, 2.8.2012, p. 42.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 200/2012

tas-26 ta' Ottubru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar Ekotikketta tal-UE (1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 108, 29.4.2010, p. 355, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li għalhekk għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2a (ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jinbidel b'dan li ġej:

32010 R 0066: Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 108, 29.4.2010, p. 355.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, kif ikkoreġut bil-ĠU L 108, 29.4.2010, p. 355, bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 201/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/709/UE tat-22 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi Bord tal-Ekotikkettar (1) tal-Unjoni għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-magni tal-ħasil (2) tal-platti għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (3) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti għall-Kompjuters Notebook (4) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal sorsi tad-dawl (5) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika (6), kif ikkoreġut bil-ĠU L 161, 21.6.2011, p. 34, għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Personali (7) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (8) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn (9) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u tat-tindif sanitarji (10), kif ikkoreġut bil-ĠU L 110, 24.4.2012, p. 44, għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni Nru 2010/709/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/730/KE (11) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(12)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/263/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE (12) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(13)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/264/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE (13) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(14)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/330/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/343/KE (14) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/331/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE (15) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(16)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/333/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE (16) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(17)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/337/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/341/KE (17) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(18)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/381/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE (18) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(19)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/382/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE (19) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(20)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/383/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE (20) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(21)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 2ad (Deċiżjoni tal Kummissjoni 2000/730/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32010 D 0709: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/709/UE tat-22 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 53)."

2.

It-test tal-punt 2e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0264: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34)."

3.

It-test tal-punt 2h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0263: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22)."

4.

It-test tal-punt 2o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0331: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal sorsi tad-dawl (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 13)."

5.

It-test tal-punt 2q (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/341/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0337: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE tad-9 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Personali (ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5)."

6.

It-test tal-punt 2r (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0382: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40)."

7.

It-test tal-punt 2s (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/343/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0330: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Notebok (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5)."

8.

It-test tal-punt 2t (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0383: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52), kif ikkoreġut bil-ĠU L 110, 24.4.2012, p. 44."

9.

It-test tal-punt 2u (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0381: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 28)."

10.

It-test tal-punt 2x (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE) għandu jnibidel b'dan li ġej:

"32011 D 0333: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għsll-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12), kif ikkoreġut bil-ĠU L 161, 21.6.2011, p. 34."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/709/UE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/330/UE, 2011/331/UE, 2011/333/UE, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 161, 21.6.2011, p. 34, 2011/337/UE, 2011/381/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 110, 24.4.2012, p. 44, bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 200/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 (21), skont liema tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 53.

(2)  ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22.

(3)  ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34.

(4)  ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5.

(5)  ĠU L 148, 7.6.2011, p. 13.

(6)  ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12.

(7)  ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5.

(8)  ĠU L 169, 29.6.2011, p. 28.

(9)  ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40.

(10)  ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52.

(11)  ĠU L 293, 22.11.2000, p. 24.

(12)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 11.

(13)  ĠU L 76, 22.3.2003, p. 25.

(14)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 35.

(15)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 44

(16)  ĠU L 237, 5.9.2002, p. 6.

(17)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 1.

(18)  ĠU L 118, 5.5.2005, p. 26.

(19)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 9.

(20)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 42.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(21)  Ara l-paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 202/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 744/2010 tat-18 ta' Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, fir-rigward tal-użi kritċi tal-aloni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2011 tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-użi essenżjali ta' sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi fil-laboratorju għall-skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 jħassar r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(5)

Mingħajr preġudizzju għal żvilupp futur mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, għandu jiġi nnotat li r-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (5) mhuwiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Ir-referenzi għal dan ir-Regolament għalhekk m'għandhomx japplikaw.

(6)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 21aa (ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"32009 R 1005: Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1), kif emendat bi:

32010 R 0744: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 744/2010 tat-18 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 218, 19.8.2010, p. 2).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) m'għandhomx japplikaw.

(b)

L-Artikoli 8(4) u (5)(b) m'għandhomx japplikaw.

(c)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‧, il-kwantitajiet rispettivi, it-tul tal-perijodu li fih għandha tkun valida l-eżenzjoni u dawk l-utenti li jistgħu jieħdu vantaġġ minn dawk l-użi essenzjali tal-laboratorju u ta' analażi‧ fl-Artikolu 10(2) m'għandhomx japplikaw.

(d)

L-Artikolu 10(6) m’għandux japplika.

(e)

Fl-Artikolu 11(2) il-kliem ‧, ħlief għal 10(6),‧ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‧L-Artikolu 10(3) sa (7)‧.

(f)

L-Artikolu 11(5) m’għandux japplika.

(g)

L-Artikolu 14(1), (3) u (4) m'għandux japplika.

(h)

Il-Kapitolu IV m'għandux japplika.

(i)

Id-dispożizzjonijiet rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni fl-Artikolu 24 m'għandhomx japplikaw.

(j)

L-Artikoli 27 u 28 m'għandhomx japplikaw.

L-Istati EFTA għandhom, fil-livell nazzjonali jatwaw il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Protokoll ta' Montreal u mal-miżuri korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."

2.

Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 21aa (Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

"21aaa.

32011 R 0291: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2011 tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-użi essenżjali ta' sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi fil-laboratorju għall-skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 79, 25.3.2011, p. 4)."

Artikolu 2

It-tesi tar-Regolamenti (KE) Nru 1005/2009, (UE) Nru 744/2010 u (UE) Nru 291/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 218, 19.8.2010, p. 2.

(3)  ĠU L 79, 25.3.2011, p. 4.

(4)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 203/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/10/KE tat-2 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi formula ta’ rappurtar ta’ aċċicdenti kbar skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sostanzi perikolużi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt il-punt 23aa (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/605/KE) tal-Anness XX għall-Ftehim ŻEE:

"23ab.

32009 D 0010: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/10/KE tat-2 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi formula ta’ rappurtar ta’ aċċicdenti kbar skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sostanzi perikolużi (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 64)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/10/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’, u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 64.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 204/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Protokoll 10 dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet u formalitajiet fir-rigward ta' trasport ta' merkanzija għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 9b tal-Kapitolu IIa tal-Protokoll 10 għall-Ftehim ŻEE jipprevedi li l-Partijiet Konraenti għandhom idaħħlu u japplikaw għall-oġġetti li jidħlu jew joħorġu mit-territorji doganali tagħhom il-miżuri ta' sigurtà doganali definiti fil-Kapitolu IIa, biex b'hekk jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' sigurtà fil-fruntieri esterni tagħhom.

(2)

L-Artikolu 9h tal-Kapitolu IIa tal-Protokoll 10 għall-Ftehim ŻEE jipprevedi proċedura biex jiġu introdotti l-emendi meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-iżvilupp tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar kwistjonijiet koperti mill-Kapitolu IIa.

(3)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-miżuri ta' sigurtà doganali ġiet emendata, b'mod partikolari bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2009 (1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 169/2010 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2010 (3).

(4)

Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 10 għall-Ftehim ŻEE għandhom jiġu allinjati mal-emendi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiġi garantit livell ekwivalenti ta' sigurtà.

(5)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Islanda u l-Liechtenstein. Madankollu, soġġetta ġħal Deċiżjoni ġdida, tista' tiġi miftuħa għal dawn il-pajjiżi.

(6)

Għalhekk il-Protokoll 10 għal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għall-Protokoll 10 għall-Ftehim ŻEE għandu jkun emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(e)

oġġetti li għalihom dikjarazzjoni doganali orali jew dikjarazzjoni b'sempliċi qsim tal-fruntiera hi permessa f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Partijiet Kontraenti, bl-eċċezzjoni ta', jekk imwettqa skont kuntratt ta' trasport, oġġetti domestiċi, pallits, kontejners u mezzi ta' trasport bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar jew fl-ilmijiet navigabbli interni;"

2.

It-test tal-punt (j) tal-pargrafu 1 tal-Artikolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(j)

l-oġġetti li ġejjin li jiddaħħlu jew jinħarġu mit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti direttament għal jew minn pjattaformi tat-tħaffir jew tal-produzzjoni jew turbini tar-riħ operati minn persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti:

(i)

oġġetti li ġew inkorporati f'tali pjattaformi jew turbini tar-riħ, għall-finijiet tal- kostruzzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni jew il-konverżjoni tagħhom.

(ii)

oġġetti li ntużaw biex jitwaħħlu jew jgħammru l-pjattaformi jew it-turbini tar-riħ imsemmija;

(iii)

dispożizzjonijiet oħra użati jew ikkunsmati fuq il-pjattaformi jew turbini tar-riħ imsemmija; u

(iv)

prodotti ta' skart mhux perikoluż mill-pjattaformi jew it-turbin tar-riħ imsemmija;"

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jinżiedu wara l-punt (1) fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2:

"(m)

oġġetti miġjuba minn Heligoland, ir-Repubblika ta' San Marino u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan għal waħda mill-Partijiet Kontraenti jew mibgħuta minn waħda mill-Partijiet Kontraenti għal dawn it-territorji;

(n)

oġġetti trasportati abbord bastimenti ta' servizzi bil-baħar regolari, debitament ċertifikati b'segwitu għall-istess proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 313b tar- Regolament (KEE) Nru 2454/93."

4.

It-test tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3.   Dikjarazzjoni sommarja ta' ħruġ mhux ser tkun meħtieġa fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għall-oġġetti li jiġu pprovduti għall-inkorporazzjoni bħala partijiet minn jew aċċessorji f'bastimenti u inġenji tal-ajru, karburanti, lubrikanti jew gass meħtieġa għall-operazzjoni ta' bastimenti jew, inġenji tal-ajru, oġġetti tal-ikel, u oġġetti oħra għall-konsum jew bejgħ abbord;

(b)

għal oġġetti li jitqiegħdu taħt proċedura ta' transitu, meta d-data meħtieġa għad-dikjarazzjoni sommarja ta' ħruġ tingħata fid-dikjarazzjoni ta' transitu elettronika u sakemm l-uffiċċju ta' destinazzjoni huwa wkoll l-uffiċċju doganali tal-ħruġ;

(c)

għal oġġetti li jiġu mgħobbija f'port jew f'ajruport fit-territorju doganali rispett tal-Partijiet Kontraenti għal skariku f'port jew ajruport ieħor f'dak it-territorju meta matul waqfa intermedja f'port jew ajruport barra dak it-territorju doganali, dawk l-oġġetti għandhom jibqgħu abbord il-bastiment jew l-inġenju tal-ajru li jġorrhom;

(d)

għal oġġetti li f'port jew f'ajruport ma jitħattewx mill-mezzi ta' trasport li jkunu ġarruhom fit-territorju doganali rispettiv tal-Partijiet Kontraenti u li ser iġorruhom 'il barra minn dak it-territorju;

(e)

għal oġġetti li ġew mgħobbija f'port jew f'ajruport preċedenti fit-territorju doganali rispettiv tal-Partijiet Kontraenti u jibqgħu fuq il-mezzi ta' trasport li ser iġorruhom 'il barra minn dak it-territorju;

(f)

fejn oġġetti f'ħażna temporanja jew f'żona libera ta' kontroll ta' tip I jiġu trasbordati mill-mezzi ta' trasport li jkunu ġabuhom f'dik il-faċilità ta' ħżin temporanju jew ż-żona libera taħt is-superviżjoni tal-istess uffiċċju doganali għal fuq il-bastiment, l-ajruplan jew il-ferrovija li ser iġorruhom mill-faċilita ta' ħżin temporanju jew ż-żona libera ’l barra mit-territorji doganali rispettiv tal-Partijiet Kontraenti, sakemm:

(i)

it-trasbord jitwettaq fi żmien ta' 14-il jum kalendarju minn meta l-oġġetti ġew ippreżentati għal ħżin temporanju jew żona libera ta' kontroll ta' tip I; f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu dan il-perijodu ta' żmien sabiex jittrattaw dawk iċ-ċirkostanzi;

(ii)

informazzjoni dwar l-oġġetti hi disponibbli għall-awtoritajiet doganali; u

(iii)

id-destinazzjoni tal-oġġetti jew id-destinatarji ma jinbidlux, sa fejn jaf it-trasportatur.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsoma ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 98, 17.4.2009, p. 3.

(2)  ĠU L 51, 2.3.2010, p. 2.

(3)  ĠU L 125, 21.5.2010, p. 10.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni konġunta mill-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 204/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li temenda l-Protokoll 10, rigward il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Protokoll 10

Fir-rigward tad-data meħtieġa għad-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ħruġ, il-Partijiet Kontraenti jikkonfermaw li:

id-dispożizzjonijiet rigward in-numri EORI,

id-dispożizzjonijiet rigward ir-rekwiżiti għal talbiet għal bidl fid-destinazzjoni fil-punt 2.6 — Tabella 6 tal-Anness 30a,

introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2009 tas-16 ta' April 2009 ma japplikawx għad-dikjarazzjonijiet ippreżentati fi Stat tal-EFTA.