ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.014.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 14

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
18ta' Jannar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 27/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun imperjali u l-barbun lixx fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 30/2013 tas-17 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 288/2009

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2013 tas-17 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 32/2013 tas-17 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 33/2013 tas-17 ta’ Jannar 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/33/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 li taħtar erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)

19

 

 

2013/35/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2012 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta' kollateral denominat f'munita barranija (BĊE/2012/34)

22

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 27/2013

tal-15 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

FS/83/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

GFB/567-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

Data

12.12.2012


18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 28/2013

tal-15 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun imperjali u l-barbun lixx fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

84/TQ44

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

Barbun Imperjali u Barbun Lixx (Psetta maxima u Scopthalmus rhombus)

Speċi

T/B/2AC4-C

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

Data

22.12.2012


18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 29/2013

tal-15 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

85/DSS

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

BSF/8910-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

Data

19.12.2012


18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 30/2013

tas-17 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 288/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103h(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna mill-Unjoni għal kull Stat Membru li jistabbilixxi Skema tal-Frott għall-Iskejjel. B’mod partikolari, jipprevedi ammonti ta’ allokazzjoni indikattivi għal kull Stat Membru kkalkulati abbażi tan-numru ta’ tfal bejn is-sitta u l-għaxar snin. Waqt li jżommu f’moħħhom il-livelli tal-esekuzzjoni tal-programm irreġistrat matul l-ewwel tliet snin u sabiex jiġi żgurat użu xieraq tal-fondi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġi previst mekkaniżmu marbut mal-prestazzjoni tal-Istati Membri li jillimita l-ammont ta’ għajnuna mitluba fuq l-ammont tal-allokazzjoni indikattiva tagħhom.

(2)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 jipprevedi monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel tal-Istati Membri fuq bażi annwali. Sabiex jiġu ċċarati l-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel, huwa meħtieġ li jkun speċifikat li l-evalwazzjonijiet nazzjonali għandhom jivvalutaw ukoll l-impatt tal-Iskema fuq id-drawwiet ta’ kif jieklu t-tfal.

(3)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-immaniġġjar tad-dokumenti u l-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. Huwa meqjus li diversi obbligi ta’ notifika previsti fir-Regolament (KE) Nru 288/2009 jistgħu jiġu ssodisfati permezz ta’ dik is-sistema skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (3).

(4)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 jistabbilixxi l-ammonti tal-allokazzjonijiet indikattivi ta’ għajnuna mill-Unjoni għal kull Stat Membru. Dak l-Anness għandu jiġi adattat fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Kroazja, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 fis-sena skolastika 2013/2014. B’mod partikolari, id-data għas-sottomissjoni tal-istrateġija nazzjonali u l-applikazzjoni għall-għajnuna mill-Kroazja jeħtieġ ikunu ffissati u għandha tiġi stabbilita proċedura speċifika biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-kronoloġija tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna mill-Unjoni lill-Istati Membri u d-data prevista tal-adeżjoni tal-Kroazja. Eċċezzjonalment, minħabba limiti ta’ ħin derivati mill-ħtieġa li tiġi stabbilita l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-Istati Membri kollha, qabel sew ma tibda s-sena skolastika, il-Kummissjoni, meta tistabbilixxi l-allokazzjonijiet definittivi kif imsemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009, għandha tqis kull notifika volontarja bil-quddiem mill-Kroazja dwar l-istrateġija tagħha u l- applikazzjoni għall-għajnuna fejn tali informazzjoni tkun ġiet riċevuta sal-31 ta’ Jannar.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 288/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri li jistabbilixxu Skema tal-Frott għall-Iskejjel jistgħu japplikaw għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għal perjodu wieħed jew aktar li jibda fl-1 ta’ Awwissu u jintemm fil-31 ta’ Lulju, billi, sal-31 ta’ Jannar tas-sena meta jibda l-ewwel perjodu, jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-istrateġija tagħhom.

L-istrateġija għandha tkun akkumpanjata b’applikazzjoni għall-għajnuna li għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3 u stipulata fl-Anness II għal dan ir-Regolament, espressa f’EUR;

(b)

il-kapaċità li tintuża aktar mill-allokazzjoni indikattiva msemmija fil-paragrafu 3 u stabbilita fl-Anness II;

(c)

fejn l-ebda kapaċità biex jintużaw fondi addizzjonali mhi indikata kif jipprevedi l-punt (b), l-allokazzjoni mitluba, espressa f’EUR, għandha tiġi speċifikata;

(d)

fejn tiġi indikata kapaċità biex jintużaw fondi addizzjonali kif jipprevedi l-punt (b), l-allokazzjoni addizzjonali massima mitluba, espressa f’EUR, għandha tiġi speċifikata;

(e)

baġit totali mitlub.

L-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi ppreżentata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*).

(*)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(b)

Fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-allokazzjoni mill-ġdid tal-għajnuna mill-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi implimentata skont id-daqs tal-allokazzjoni indikattiva inizjali stabbilit fl-Anness II iżda fil-limiti ffissati fil-paragrafu 5. Madankollu, il-limiti ffissati fil-paragrafu 5 m’għandhomx japplikaw matul l-ewwel sentejn skolastiċi ta’ applikazzjoni tal-iskema minn Stat Membru.”

(c)

Għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   L-allokazzjoni mill-ġdid għandha tkun limitata bil-livell tal-esekuzzjoni tal-allokazzjoni għas-sena skolastika li tkun intemmet qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna, kif stabbilit fil-15 ta’ Ottubru tas-sena skolastika sussegwenti. Dan għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li jkunu ntbtgħatu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (**). Il-limiti għandhom ikunu kif ġej:

(a)

meta l-esekuzzjoni tal-allokazzjoni hija anqas jew ugwali għal 50 % tal-allokazzjoni finali, l-ebda allokazzjoni addizzjonali m’għandha tingħata;

(b)

meta l-esekuzzjoni tal-allokazzjoni hija ogħla minn 50 % iżda anqas jew ugwali għal 75 % tal-allokazzjoni finali, il-massimu tal-allokazzjoni addizzjonali għandu jkun limitat għal 50 % tal-allokazzjoni indikattiva;

(c)

meta l-esekuzzjoni tal-allokazzjoni hija ogħla minn 75 % tal-allokazzjoni finali, l-allokazzjoni addizzjonali massima m’għandhiex tkun limitata.

(**)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.”"

(2)

Fl-Artikolu 10(1), il-punt (c) hu mibdul b’dan li ġej:

“(c)

in-numru ta’ tfal li jattendu regolarment l-istabbilimenti edukattivi rispettivi intitolati li jirċievi l-prodotti koperti mill-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel tal-Istat Membru matul il-perjodu taż-żmien kopert mill-applikazzjoni għall-għajnuna;”

(3)

Fl-Artikolu 12(2), l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel u jivvalutaw l-effettività tagħha, inkluż l-impatt tagħha fuq id-drawwiet ta’ kif jieklu t-tfal.”

(4)

L-Artikolu 15 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Novembru tas-sena li fiha jintemm il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1), dwar:

(a)

ir-riżultati tal-eżerċizzju tal-monitoraġġ, li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 12(1);

(b)

il-verifiki fuq il-post li twettqu skont l-Artikoli 13 u 16 u s-sejbiet relatati.

2.   F’każ li Stat Membru jbiddel l-istrateġija msemmija fl-Artikolu 3, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-istrateġija l-ġdida tiegħu, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

3.   In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-istrateġiji tal-Istati Membri u r-riżultati tal-eżerċizzju tagħhom ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni fuq bażi regolari.”

(5)

L-Anness II hu sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness II a tħassar.

Artikolu 2

Regoli speċifiċi għas-sena skolastika 2013/2014

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 flimkien mal-Anness II tiegħu, għas-sena skolastika 2013/2014, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dak l-Artikolu 4(4) billi titqies kwalunkwe informazzjoni sottomessa bil-quddiem, fid-dawl ta’ u soġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, mill-Kroazja dwar l-istrateġija u l-applikazzjoni għall-għajnuna tagħha fil-każ li din l-informazzjoni tiġi pprovduta fuq bażi volontarja sal-31 ta’ Jannar.

2.   B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009, għas-sena skolastika 2013/2014, il-Kroazja se tinnotifika l-istrateġija tagħha u l-għajnuna sal-10 ta’ Lulju 2013 u, b’deroga mill-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna għall-Kroazja sal-31 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 2(2) għandhom jidħlu fis-seħħ suġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 38.

(3)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.


ANNESS

“ANNESS II

Allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna Komunitarja għal kull Stat Membru

Stat Membru

Ir-rata tal-kofinanzjament

(f’%)

Tfal ta’ bejn is-6 u l-10 snin

numri assoluti

EUR

L-Awstrija

50

439 035

1 303 700

Il-Belġju

50

592 936

1 760 700

Il-Bulgarija

75

320 634

1 428 200

Il-Kroazja

75

249 197

1 110 000

Ċipru

50

49 723

175 000

Ir-Repubblika Ċeka

73

454 532

1 963 100

Id-Danimarka

50

343 807

1 020 900

L-Estonja

75

62 570

278 700

Il-Finlandja

50

299 866

890 500

Franza

51

3 838 940

11 632 700

Il-Ġermanja

52

3 972 476

12 333 000

Il-Greċja

59

521 233

1 837 700

L-Ungerija

69

503 542

2 051 800

L-Irlanda

50

282 388

838 500

L-Italja

58

2 710 492

9 403 100

Il-Latvja

75

99 689

444 100

Il-Litwanja

75

191 033

850 900

Il-Lussemburgu

50

29 277

175 000

Malta

75

24 355

175 000

Il-Pajjiżi l-Baxxi

50

985 163

2 925 400

Il-Polonja

75

2 044 899

9 108 500

Il-Portugall

68

539 685

2 172 300

Ir-Rumanija

75

1 107 350

4 932 400

Is-Slovakkja

73

290 990

1 260 700

Is-Slovenja

75

93 042

414 400

Spanja

59

2 006 143

7 073 400

L-Isvezja

50

481 389

1 429 500

Ir-Renju Unit

51

3 635 300

11 010 800

UE 28

58

26 169 686

90 000 000 ”


18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 31/2013

tas-17 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

67,8

TN

80,7

TR

124,7

ZZ

91,1

0707 00 05

EG

194,1

MA

158,2

TR

122,2

ZZ

158,2

0709 91 00

EG

144,1

ZZ

144,1

0709 93 10

MA

98,6

TR

126,5

ZZ

112,6

0805 10 20

EG

53,7

MA

63,4

TR

61,9

ZA

103,6

ZZ

70,7

0805 20 10

IL

162,4

MA

90,3

ZZ

126,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

119,5

KR

139,7

TR

81,7

ZZ

113,6

0805 50 10

EG

87,0

TR

75,0

ZZ

81,0

0808 10 80

CN

90,1

MK

40,5

US

200,8

ZZ

110,5

0808 30 90

CN

61,0

US

132,9

ZZ

97,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 32/2013

tas-17 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

135,1

0

AR

121,7

0

BR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

161,6

0

AR

136,5

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

267,3

10

AR

271,1

9

BR

319,6

0

CL

224,5

23

TH

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

193,1

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

329,0

0

BR

312,8

0

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

569,2

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra

466,9

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

263,9

7

BR

3502 11 90

Albumini tal-bajd imnixxfin

712,1

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 33/2013

tas-17 ta’ Jannar 2013

li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni għal dawk l-istess prodotti tista' tkun koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet tal-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

(5)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2012 (4). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant jitħassar.

(6)

Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, it-Taqsima I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 962/2012 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 288, 19.10.2012, p. 6.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq il-laħam tat-tjur applikabbli mit-18 ta’ Jannar 2013

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjoni

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0105 14 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,00

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

10,85

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

10,85

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

10,85

NB: Il-kodiċijiet tal-prodott u s-serje “A ” tal-kodiċijiet ta' destinazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03

:

A24 , l-Angola, l-Arabja Sawdija, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq u l-Iran.


DEĊIŻJONIJIET

18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Diċembru 2012

li taħtar erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

(2013/33/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 65(1) u 65(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati mħejjija mill-Kummissjoni fit-8 ta' Awwissu 2012,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Nikolaos DEDES, imwieled fil-15 ta' Diċembru 1966, Christophe HUGNET, imwieled fl-1 ta' Frar 1971, Wolf-Dieter LUDWIG, imwieled fil-31 ta' Jannar 1952, u Wim WIENTJES, imwieled fis-16 ta' Settembru 1937 huma b'dan maħtura bħala membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal perijodu ta' tliet snin.

Artikolu 2

Id-data li fiha jibda l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun determinata mill-Bord ta' Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

E. FLOURENTZOU


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/34/PESK

tas-17 ta’ Jannar 2013

dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill irrikonoxxa li l-bidliet drammatiċi f’Mali ħtieġu analiżi tal-azzjonijiet li l-Unjoni għandha tieħu sabiex tappoġġa t-twaqqif mill-ġdid ta’ gvern demokratiku u l-istat tad-dritt fit-territorju kollu ta’ Mali. Huwa talab lir-Rappreżentat Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) u l-Kummissjoni biex jagħmlu proposti konkreti għal azzjoni tal-Unjoni f’numru ta’ oqsma biex ikun hemm rispons għas-sitwazzjoni li qed tinbidel.

(2)

Permezz ta’ ittra datata 18 ta’ Settembru 2012 il-President tar-Repubblika ta’ Mali talab għal appoġġ tal-Unjoni bil-għan li titwaqqaf mill-ġdid l-integrità territorjali ta’ Mali.

(3)

Fir-Riżoluzzjoni 2071 (2012) tiegħu dwar is-sitwazzjoni f’Mali, adottata fit-12 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li esprima t-tħassib serju tiegħu dwar il-konsegwenzi ta’ instabbiltà fit-Tramuntana ta’ Mali fir-reġjun u lil hinn u filwaqt li saħaq dwar il-bżonn ta’ rispons rapidu sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà fir-reġjun tas-Saħel, stieden lill-imsieħba internazzjonali, inkluża l-Unjoni, biex jipprovdu assistenza, konsulenza, taħriġ u sostenn għall-bini tal-kapaċità lill-armata u l-forzi tas-sigurtà ta’ Mali.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill talab li l-ħidma dwar l-ippjanar ta’ missjoni militari possibbli fil-qafas tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tkun segwita u estiża b’mod urġenti, filwaqt li jiġi żviluppat, b’mod partikolari, kunċett ta’ maniġġar ta’ kriżi dwar ir-riorganizzazzjoni u t-taħriġ tal-forzi tad-difiża ta’ Mali, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet meħtieġa għas-suċċess ta’ kwalunkwe missjoni bħal din, inkluż l-appoġġ sħiħ tal-awtoritajiet ta’ Mali u d-definizzjoni ta’ strateġija ta’ ħruġ.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2012, il-Kunsill laqa’ l-preżentazzjoni tal-Kunċetti ta’ Maniġġar ta’ Kriżi mir-RGħ u talab lill-gruppi rilevanti biex jeżaminawhom b’mod urġenti sabiex ikunu jistgħu jiġu approvati mill-Kunsill f’Diċembru 2012.

(6)

Fl-10 ta’ Diċembru 2012, il-Kunsill approva Kunċett ta’ Maniġġar ta’ Kriżi dwar missjoni militari possibbli ta’ taħriġ fil-qafas tal-FSDK f’Mali. Il-Kunsill enfasizza li missjoni fil-Mali tkun element essenzjali fl-approċċ komprensiv tal-Unjoni kif elaborat fl-Istrateġija għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Sahel.

(7)

Permezz ta’ ittra datata 24 ta’ Diċembru 2012, il-President tar-Repubblika tal-Mali indirizza ittra ta’ invit lir-RGħ li biha laqa’ l-iksjerament ta’ missjoni ta’ taħriġ militari tal-UE fil-Mali

(8)

Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, kontroll politiku fuq il-missjoni militari tal-Unjoni, jagħtiha direzzjoni starteġika u jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

(9)

Huwa meħtieġ li jiġu negozjati u konklużi ftehimiet internazzjonali relatati mal-istatus ta’ unitajiet u persunal tal-Unjoni u mal-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’missjonijiet tal-Unjoni.

(10)

In-nefqa operattiva li tirriżulta minn din id-Deċiżjoni, li jkollha implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, għandha titħallas mill-Istati Membri skont l-Artikolu 41(2) TUE u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) (1).

(11)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk ma jipparteċipax fil-finanzjament ta’ din il-missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Missjoni

1.   L-Unjoni għandha twettaq missjoni ta’ taħriġ militari, (EUTM Mali), biex tipprovdi, fin-Nofsinhar tal-Mali, parir militari u ta’ taħriġ lill-Forzi Armati ta’ Mali (FAM) li joperaw taħt il-kontroll tal-awtoritajiet ċivili leġittimi, sabiex isir kontribut lejn ir-restawr tal-kapaċità militari tagħhom bil-għan li jkunu kapaċi jinvolvu jmexxu operazzjonijiet militari bil-għan li jirrestawraw l-integrità territorjali tal-Mali u jnaqqsu t-theddija ppreżentata minn gruppi terroristiċi. EUTM Mali m’għandiex tkun involuta f’operazzjonijiet ta’ kumbattiment.

2.   L-objettiv ta’ EUTM Mali għandu jkun ir-rispons għall-bżonnijiet operattivi tal-FAM billi jingħata:

(a)

appoġġ fit-taħriġ għall-benefiċċju tal-kapaċitajiet tal-FAM;

(b)

taħriġ u parir fil-kmand u l-kontroll, il-katina loġistika u r-riżorsi umani, kif ukoll taħriġ fuq id-Dritt Umanitarju Internazzjonali, il-protezzjoni taċ-ċivili u d-drittijiet tal-bniedem.

3.   EUTM Mali għandha timmira lejn it-tisħiħ tal-kundizzjonijiet għal kontroll politiku kif suppost minn awtoritajiet ċivili leġittimi tal-FAM.

4.   L-attivitajiet tal-EUTM Mali għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ atturi oħra involuti fl-appoġġ għall-FAM, b’mod partikolari man-Nazzjonijiet Uniti u l-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani tal-Punent (ECOWAS).

Artikolu 2

Ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE

1.   Il-Brigadier Ġeneral François LECOINTRE huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

2.   Il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE.

Artikolu 3

Għażla tal-Kwartieri Ġenerali talMissjoni

1.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni EUTM Mali għandhom ikunu fil-Mali. Huwa għandu jwettaq il-funzjonijiet kemm tal-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni kif ukoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forza.

2.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni għandhom jinkludu ċellola ta’ sostenn fi Brussell.

Artikolu 4

Ippjanar u tnedija tal-EUTM Mali

Id-Deċiżjoni dwar it-tnedija tal-EUTM Mali għandha tiġi adottata mill-Kunsill wara l-approvazzjoni tal-Pjan tal-Missjoni u tar-Regoli tal-Kumbattiment.

Artikolu 5

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-EUTM Mali. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-Pjan tal-Missjoni, u l-Linja tal-Kmand. Hija għandha tinkludi wkoll is-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-Missjoni tal-UE sussegwenti. Is-setgħat ta’ deċiżjoni rigward l-objettivi u t-tmiem tal-EUTM Mali għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-President tal-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) rigward it-twettiq tal-EUTM Mali. Il-KPS jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.

Artikolu 6

Direzzjoni militari

1.   L-EUMC għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tal-EUTM Malimwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

2.   L-EUMC għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE. Huwa jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.

3.   Il-President tal-EUMC għandu jaġixxi bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt mal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

Artikolu 7

Konsistenza fir-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni

1.   Ir-RGħ għandu jiżgura l-implimetazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jiżgura wkoll il-konsistenza tagħha mal-azzjoni esterna fl-intier tagħha tal-Unjoni, inkluż, il-programmi ta’ żvilupp tal-UE.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Bamako f’kooperazzjoni mill-qrib mal-koordinatur tal-UE fis-Saħel.

3.   L-EUTM Mali għandha tikkoordina mal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni fin-Niġer (EUCAP SAHEL Niger) bil-għan li jiġu esplorati s-sinerġiji possibbli.

4.   L-EUTM Mali għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-attivitajiet bilaterali tal-Istati Membri f’Mali, ma’ atturi internazzjonali oħra fir-reġjun, b’mod partikolari n-NU u l-Unjoni Afrikana (UA), ECOWAS u l-atturi bilaterali inklużi l-Istati Uniti u l-Kanada, u ma’ atturi reġjonali ewlenin.

Artikolu 8

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u għall-qafas istituzzjonali uniku tagħha, u skont il-linji gwida rilevanti tal-Kunsill Ewropew, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-EUTM Mali.

2.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jistieden lil Stati terzi sabiex jipproponu kontribut u biex jieħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u l-EUMC, id-deċiżjonijiet adatti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti.

3.   Arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 37 TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE. Fejn l-Unjoni u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’missjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżi tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUTM Mali.

4.   L-Istati terzi li jagħmlu kontributi militari sinifikanti għall-EUTM Mali għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tat-tmexxija ta’ kuljum tal-EUTM Mali bħall-Istati Membri li jieħdu sehem fl-EUTM Mali.

5.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet adatti rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri, fil-każ li xi Stati terzi jaħmlu kontributi militari sinifikanti.

Artikolu 9

Status tal-persunal immexxi mill-UE

L-istatus tal-unitajiet u l-persunal immexxija mill-UE, inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom jista jkun is-suġġett ta’ ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE.

Artikolu 10

Arranġamenti Finanzjarji

1.   L-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni 2011/871/PESK.

2.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-EUTM Mali għandu jkun ta’ EUR 12,3 miljun. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni 2011/871/PESK għandu jkun ta’ 50 %, u l-persentaġġ għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 32(3) tad-Deċiżjoni 2011/871/PESK għandu jkun ta’ 70 %.

Artikolu 11

Rilaxx ta’ Informazzjoni

1.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil Stati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, kif adatt u f’konformità mal-bżonnijiet tal-EUTM Mali, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2):

(a)

sal-livell previst mill-ftehimiet applikabbli dwar is-sigurtà tal-informazzjoni konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat terz ikkonċernat; jew

(b)

sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” f’każijiet oħra.

2.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU u lill-ECOWAS f’konformità mal-bżonnijiet operattivi tal-EUTM Mali, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u l-ECOWAS.

3.   Fil-każ ta’ bżonn operattiv speċifiku u immedjat, ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

4.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-EUTM Mali u li jkun kopert mill-obbligu ta’ segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (3).

5.   Ir-RGħ jista’ jiddelega tali setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll l-kapċità li jiġu konklużi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lill-persunal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u/jew lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   Il-mandat tal-EUTM Mali għandu jintemm 15-il xahar wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija tal-EUTM Mali.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħassra mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-Missjonif’konformità mal-pjani approvati għat-tmiem tal-EUTM Mali, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jirrigwardaw il-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-EUTM Mali, stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/871/PESK.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.

(3)  Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


18.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/22


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Diċembru 2012

dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta' kollateral denominat f'munita barranija

(BĊE/2012/34)

(2013/35/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet standard li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(3)

Sabiex tissaħħaħ il-provvista ta’ kapital lil kontropartijiet għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, fis-6 ta' Settembru 2012, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jwessa’ temporanjament il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ assi li ser jintużaw bħala kollateral f’operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema billi jaċċetta strumenti ta’ dejn negozjabbli denominati f’lira sterlina, yen jew dollari Amerikani bħala assi eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja. Fl-10 ta’ Ottubru 2012, id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv ġiet implimentata permezz tal-Linja Gwida BĊE/2012/23 (2) li emendat il-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (3).

(4)

Fis-26 ta’ Novembru 2012, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida BĊE/2012/25 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (4). Raġuni għall-emenda kienet biex isir elenku tal-istrutturi tal-kupun ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli aċċettati taħt il-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(5)

Xi strumenti ta' dejn negozjabbli denominati f'munita barranija li preentement huma eliġibbli permezz ta' Artikolu 5a tal-Linja Gwida BĊE/2012/18 għandhom kupuni varjabbli flat marbutin ma’ indiċi korrispondenti ma’ rata tas-suq tal-flus relatata mal-munita ta’ denominazzjoni tagħhom. Dawn l-istrumenti jistgħu jsiru ineliġibbli mit-3 ta' Jannar 2013, id-data li minnha jibdew japplikaw l-aħħar emendi għal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Madankollu, il-Kunsill Governattiv iqis illi strumenti ta’ dejn negozjabbli denominati f’munita barranija għandhom iżommu l-eliġibbiltà temporanja tagħhom bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament minn jekk il-kupuni tagħhom humiex marbutin ma' rata ta’ imgħax mhux f’euro jew ma’ indiċijiet tal-inflazzjoni mhux taż-żona tal-euro. Għal din ir-raġuni, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jissospendi d-dispożizzjoni speċifika ta’ din il-Linja Gwida BĊE/2011/14 li ma tippermettix l-eliġibbiltà kontinwata ta’ dawn l-assi.

(6)

Il-miżuri addizzjonali għandhom japplikaw b’mod temporanju, sakemm il-Kunsill Governattiv iqis illi m'għadhomx aktar neċessarji, biex jiżguraw mekkaniżmu xieraq għat-trażmissjoni tal-politika monetarja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sospensjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14

1.   Il-kriterji minimi tal-Eurosistema għall-eliġibbiltà ta’ kupuni, kif speċifikat f’Taqsima 6.2.1.1(1)(b) ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom ikunu sospii għal strumenti ta’ dejn negozjabbli denominati f’munita barranija skont l-Artikolu 2.

2.   F’każ ta’ xi diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni u l-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, tal-ewwel għandha tingħata preċedenza.

3.   F’każ ta’ xi diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni u l-Linja Gwida BĊE/2012/18, kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, tal-ewwel għandha tingħata preċedenza.

4.   Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 u tal-Linja Gwida BĊE/2012/18 sakemm mhux stipulat mod ieħor f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Eliġibbiltà kontinwata ta’ certi assi denominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala kollateral

1.   Strumenti ta’ dejn negozjabbli eliġibbli taħt l-Artikolu 5a ta’ Linja Gwida BĊE/2012/18 b’kupuni marbutin ma’ rata ta’ suq tal-flus waħda biss fil-munita tad-denominazzjoni tagħhom jew ma’ indiċi tal-inflazzjoni li ma fih ebda discrete range, range accrual, ratchet jew strutturi komplessi simili għall-pajji rispettiv għandhom ikunu eliġibbli għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema.

2.   Il-BĊE jista’ jippubblika lista ta’ aktar rati ta’ imgħax ta’ referenza aċċettabbli f’munita barranija minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 fuq il-websajt tiegħu fuq www.ecb.europa.eu, wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013.

Magħmula fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Diċembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 17.10.2012, p. 14.

(3)  ĠU L 218, 15.8.2012, p. 20.

(4)  ĠU L 348, 18.12.2012, p. 30.