ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.013.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 13

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
17ta' Jannar 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 25/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-addittiv tal-ikel Diaċetat tal-potassju ( 1 )

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/31/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB (BĊE/2012/31)

8

 

 

2013/32/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/24 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u li tirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli (BĊE/2012/33)

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 25/2013

tas-16 ta’ Jannar 2013

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-addittiv tal-ikel Diaċetat tal-potassju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, enżimi tal-ikel, aromatizzanti, nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

Dawn il-listi jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(6)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tad-Diaċetat tal-potassju bħala preservattiv tressqet fis-27 ta’ Settembru 2010 u tinsab għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(7)

Id-Diaċetat tal-potassju huwa mitlub għall-użu bħala alternattiva għall-addittiv tal-ikel Diaċetat tas-sodju E 262 (ii) li jintuża bħala inibitur għat-tkabbir ta’ mikroorganiżmi. Is-sostituzzjoni tad-Diaċetat tas-sodju E 262 (ii) bid-Diaċetat tal-potassju tista’ tgħin biex jonqos il-konsum tas-sodju fid-dieta.

(8)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx suxxettibbli li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Id-diaċetat tal-potassju huwa kompost ekwimolekulari ta’ żewġ addittivi tal-ikel awtorizzati (l-Aċetat tal-potassju E 261 u l-Aċidu aċetiku E 260). Fl-1990, il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel evalwa l-addittivi tal-ikel ta’ bosta funzjonijiet teknoloġiċi. Għall-aċidi, il-bażijiet u l-imluħa tagħhom, il-valutazzjonijiet issejsu fuq l-anjoni u l-katjoni elenkati. L-Aċidu aċetiku (E 260) u l-imluħa tiegħu, l-aċetati u d-diaċetati tal-ammonju, tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju, ġew koperti bl-evalwazzjoni. Il-Kumitat stabbilixxa grupp ta’ Konsum Aċċettabbli Kuljum li mhux speċifikat għal dawn is-sustanzi kollha. Dan jimplika li l-użu tagħhom ma jirrappreżentax periklu għas-saħħa sabiex jinkiseb l-effett teknoloġiku mixtieq. L-awtorizzazzjoni għall-użu tad-Diaċetat tal-potassju, b’mod simili għall-Aċetat tal-potassju mhix suxxettibli li jkollha effett fuq is-saħħa tal-bniedem u għalhekk m’hemmx bżonn li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(9)

Id-Diaċetat tal-potassju għandu jiġi awtorizzat biex jintuża bl-istess mod bħall-Aċetat tal-potassju. Għalhekk fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-isem kurrenti tal-addittiv E 261, jiġifieri “aċetat tal-potassju”, għandu jinbidel bl-espressjoni “aċetati tal-potassju” li tkopri kemm l-aċetat tal-potassju u d-diaċetat tal-potassju.

(10)

L-ispeċifikazzjonijiet għad-Diaċetat tal-potassju għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. Fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, in-numru E 261 (ii) għandu jiġi assenjat lid-Diaċetat tal-potassju, u n-numru tal-Aċetat tal-potassju, li bħalissa huwa E 261, għandu jinbidel għal E 261 (i). Din ir-rinumerazzjoni ma għandhiex konsegwenzi fuq ir-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(11)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxu lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (4), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvata għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu, japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Sabiex ikun jista’ jintuża d-diaċetat tal-potassju qabel din id-data, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata data tal-applikazzjoni aktar bikrija fir-rigward ta’ dan l-addittiv tal-ikel.

(12)

Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


ANNESS I

A.

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti B, il-punt 3 "Addittivi tal-ikel għajr kuluri u ħlewwiet” l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju (*)

(2)

Fil-Parti C, Grupp I, l-entrata għall-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju (**)

quantum satis

(3)

Fil-Parti E:

(a)

Fil-kategorija tal-ikel 04.2.3 “Frott u ħxejjex fil-laned u fil-fliexken”, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

(b)

Fil-kategorija tal-ikel 07.1.1 “Ħobż ippreparat biss bl-ingredjenti li ġejjin: dqiq tal-qamħ, ilma, ħmira jew melħ”, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

(c)

Fil-kategorija tal-ikel 07.1.2 “Pain courant français; Friss búzakenyér, fehér és félbarna kenyerek” l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

Friss búzakenyér, fehér és félbarna kenyerek biss

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

(d)

Fil-kategorija tal-ikel 08.1.2 “Il-preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004” l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

preparazzjonijiet ta’ laħam kapuljat frisk ippakkjati minn qabel

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

(e)

Fil-kategorija tal-ikel 13.1.3 “Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għal trabi u tfal żgħar kif definiti mid-Direttiva 2006/125/KE” l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

ikel ipproċessat abbażat fuq iċ- ċereali u ikel tat-trabi biss, għall-aġġustament tal-pH biss

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

B.

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 3, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

quantum satis

quantum satis

 

(b)

Fil-Parti 5, Taqsima A, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

In-nutrijenti kollha”

 

(c)

Fil-Parti 6, Tabella 1, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju”


(*)  Perjodu tal-applikazzjoni: mis-6 ta' Frar 2013."

(**)  Perjodu tal-applikazzjoni: mis-6 ta' Frar 2013."


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261, l-intestatura tinbidel b’dan li ġej:

E 261 (i) AĊETAT TAL-POTASSJU

(b)

Din l-annotazzjoni tiddaħħal wara l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 (i):

E 261 (ii) DIAĊETAT TAL-POTASSJU

Sinonimi

 

Definizzjoni

Id-diaċetat tal-Potassju huwa kompost molekulari ta’ aċetat tal-potassju u aċidu aċetiku

EINECS

224-217-7

Isem kimiku

Diaċetat idroġenat tal-potassju

Formula kimika

C4H7KO4

Piż molekulari

158,2

Test

Kontenut ta’ 36 sa 38 % ta’ aċidu aċetiku ħieles u 61 sa 64 % ta’ aċetat tal-potassju

Deskrizzjoni

Kristalli bojod

Identifikazzjoni

pH

4,5 – 5 (10 % soluzzjoni milwiema)

Test għall-aċetat

Jgħaddi mit-test

Test għall-potassju

Jgħaddi mit-test

Purità

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 1 % (il-metodu Karl Fischer)

Aċidu formiku, formati u sustanzi ossidabbli oħra

Mhux iktar minn 1 000  mg/kg espressi bħala aċidu formiku

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg”


17.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 26/2013

tas-16 ta’ Jannar 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

66,0

TN

102,6

TR

139,9

ZZ

102,8

0707 00 05

EG

194,1

TR

156,4

ZZ

175,3

0709 91 00

EG

144,1

ZZ

144,1

0709 93 10

MA

104,4

TR

155,4

ZZ

129,9

0805 10 20

EG

54,5

MA

56,7

TR

67,7

ZA

103,6

ZZ

70,6

0805 20 10

IL

162,4

MA

90,8

ZZ

126,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

123,4

KR

139,5

TR

83,1

ZZ

115,3

0805 50 10

TR

75,8

ZZ

75,8

0808 10 80

BA

47,0

CN

87,6

MK

44,1

US

198,2

ZZ

94,2

0808 30 90

CN

59,0

US

135,5

ZZ

97,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

17.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/8


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB

(BĊE/2012/31)

(2013/31/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26t’April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (2) riċentement ġiet riformulata sabiex tinkorpora regoli li qabel kienu interni għall-Eurosistema u biex iżżid definizzjonijiet meħtieġa, kif ukoll dispożizzjonijiet fir-rigward tal-inapplikabilità ta’ sanzjonijiet għal banek li mhumiex tal-Unjoni, il-qsim ta’ informazzjoni fir-rigward tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-aċċess għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja u l-konsegwenzi ta’ din is-sospensjoni jew terminazzjoni.

(2)

Għalhekk huwa meħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta' Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet ta’ TARGET2-ECB (3) tiġi emendata sabiex: (a) tinkorpora ċerti elementi minn Linja Gwida BĊE/2012/27 fit-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB; u (b) taġġorna r-referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li huma relevanti għal Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (4),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għal Deċiżjoni BĊE/2007/7

Id-Deċizjoni BĊE/2007/7 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1(1)(c), l-ewwel nota ta’ qiegħ il-paġna hija mibdula b’dan li ġej:

"(1)

Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għall-post tal-infrastruttura hija stipulata fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) il-‧Policy statement on euro payment and settlement systems located outside the euro area‧ tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) ’The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing” tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions’ tad-19 ta’ Lulju 2007; (d) ‧The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of legally and operationally located in the euro area‧ tal-20 ta’ Novembru 2008; (e) ‧The Eurosystem oversight policy framework‧ ta’ Lulju 2011.";

2.

l-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.

(4)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45; Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107.


ANNESS

L-Anness tad-Deċizjoni BĊE/2007/7 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif gej:

(a)

Id-definizzjoni ta’ "BĊi tal-Eurosistema" hija mibdula b’li ġej:

"—

‧Eurosystem CB‧ means the ECB or a euro area NCB,";

(b)

Tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja:

“—

‧euro area NCB‧ means the national central bank (NCB) of a Member State whose currency is the euro,";

2.

fl-Artiklu 20, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

"1.   For the purposes of the first sentence of Article 3(1) of the Settlement Finality Directive and the third sentence of § 116, § 96(2), § 82 and § 340(3) of the German Insolvency Code (Insolvenzordnung) and the last sentence of § 46(2) of the KWG, payment orders are deemed entered into TARGET2-ECB at the moment that the relevant participant’s PM account is debited.";

3.

fl-Artiklu 25, il-paragrafu 5 huwa mibdul b’li ġej:

"5.   Notwithstanding Sections 675(u), 675(v), 675(x), 675y 675z, 676a, 676c of the German Civil Code (Bürgerliches Gesetzbuch), paragraphs 1 to 4 shall apply to the extent that the ECB’s liability can be excluded.";

4.

fl-Artiklu 33, l-ewwel sentenza fil-paragrafu 3 hija mibdula b’li ġej:

"Participants, when acting as the payment service provider of a payer or payee, shall comply with all requirements resulting from administrative or restrictive measures imposed pursuant to Articles 75 or 215 of the Treaty on the Functioning of the European Union to which they are subject, including with respect to notification and/or the obtaining of consent from a competent authority in relation to the processing of transactions. In addition:";

5.

L-Appendiċi VI huwa mibdul b’li ġej:

"Appendix VI

FEE SCHEDULE AND INVOICING

Fees and invoicing for direct participants

1.

The monthly fee for the processing of payment orders in TARGET2-ECB for direct participants, depending on which option the direct participant has chosen, shall be either:

(a)

EUR 150 per PM account plus a flat fee per transaction (debit entry) of EUR 0,80; or

(b)

EUR 1 875 per PM account plus a fee per transaction (debit entry) determined as follows, based on the volume of transactions (number of processed items) per month:

Band

From

To

Price

(EUR)

1

1

10 000

0,60

2

10 001

25 000

0,50

3

25 001

50 000

0,40

4

50 001

100 000

0,20

5

Above 100 000

0,125

Liquidity transfers between a participant’s PM account and its sub-accounts shall not be subject to a charge.

2.

There shall be an additional monthly fee for direct participants who do not wish the BIC of their account to be published in the TARGET2 directory of EUR 30 per account.

3.

The following invoicing rules apply to direct participants. The direct participant shall receive the invoice for the previous month specifying the fees to be paid, no later than on the fifth business day of the following month. Payment shall be made at the latest on the 10th working day of that month to the account specified by the ECB and shall be debited from that participant’s PM account.

Fees and invoicing for ancillary systems

4.

An ancillary system using the ASI or the Participant Interface, irrespective of the number of any accounts it may hold with the ASCB and/or the SCB, shall be subject to a fee schedule consisting of three elements, as set out below.

(a)

A fixed monthly fee of EUR 1 000 to be charged to each ancillary system (Fixed Fee I).

(b)

A second monthly fixed fee of between EUR 417 and EUR 4 167, in proportion to the underlying gross value of the ancillary system’s euro cash settlement transactions (Fixed Fee II):

Band

From (EUR million/day)

To (EUR million/day)

Annual fee

(EUR)

Monthly fee

(EUR)

1

0

below 1 000

5 000

417

2

1 000

below 2 500

10 000

833

3

2 500

below 5 000

20 000

1 667

4

5 000

below 10 000

30 000

2 500

5

10 000

below 50 000

40 000

3 333

6

Above 50 000

50 000

4 167

The gross value of the ancillary system’s euro cash settlement transactions shall be calculated by the ASCB once a year on the basis of such gross value during the previous year and the calculated gross value shall be applied for calculating the fee as from 1 January of each calendar year.

(c)

A transaction fee calculated on the same basis as the schedule established for direct participants in paragraph 1 of this Appendix. The ancillary systems may choose one of the two options: either to pay a flat EUR 0,80 fee per payment instruction (Option A) or to pay a fee calculated on a degressive basis (Option B), subject to the following modifications:

(i)

for Option B, the limits of the bands relating to volume of payment instructions are divided by two, and

(ii)

a monthly fixed fee of EUR 150 (under Option A) or EUR 1 875 (under Option B) shall be charged in addition to Fixed Fee I and Fixed Fee II.

5.

Any fee payable in relation to a payment instruction submitted or payment received by an ancillary system, via either the participant interface or the ASI, shall be exclusively charged to this ancillary system. The Governing Council may establish more detailed rules for the determination of billable transactions settled via the ASI.

6.

Each ancillary system shall receive an invoice from its respective ASCB for the previous month based on the fees referred to in paragraph 4, no later than the fifth business day of the following month. Payments shall be made no later than the 10th business day of this month to the account specified by the ASCB or shall be debited from an account specified by the ancillary system.

7.

For the purposes of this paragraph, each ancillary system that has been designated under Directive 98/26/EC shall be treated separately, even if two or more of them are operated by the same legal entity. The same rule shall apply to the ancillary systems that have not been designated under Directive 98/26/EC, in which case the ancillary systems shall be identified by reference to the following criteria: (a) a formal arrangement, based on a contractual or legislative instrument, e.g. an agreement among the participants and the system operator; (b) multiple membership; (c) common rules and standardised arrangements; (d) for the clearing, netting or settlement of payments or securities between the participants.".


17.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/12


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/24 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u li tirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli

(BĊE/2012/33)

(2013/32/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/24 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u li tirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli (1) tistipula kif il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiddistribwixxi lill-BĊNi: (a) l-introjtu minn karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni dovut għal kull sena finanzjarja; u (b) l-introjtu tiegħu li jirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli (SMP – securities markets programme) u li jkun qala’ f’kull sena finanzjarja.

(2)

Huwa meqjus neċessarju illi d-dati għad-distribuzzjoni interim tal-introjtu tal-BĊE minn karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġu allinjati ma’ dawk għad-distribuzzjoni tal-introjtu tal-BĊE li jirriżulta minn titoli tal-SMP. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jiddistribwixxi dawn iż-żewġ tipi ta’ introjtu fl-aħħar jum ta’ xogħol f’Jannar tas-sena ta’ wara. Dan jagħti lill-BĊE żmien biżżejjed biex jiddetermina l-ammont ta’ introjtu li jkun qala’ minn titoli tal-SMP.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/24 għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 2(2) sa (4) huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jiddistribwixxi lill-BĊNi l-introjtu tiegħu dovut minn karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u l-introjtu tiegħu li jirriżulta minn titoli tal-SMP li jkun qala’ f’kull sena finanzjarja fl-aħħar jum ta’ xogħol f’Jannar tas-sena ta’ wara.

3.   L-ammont tad-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jista’ jitnaqqas b’mod konformi ma’ deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv fuq il-bażi tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba mill-BĊE b’rabta mal-ħruġ u l-ipproċessar ta’ karti tal-flus tal-euro.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Diċembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 6, 11.1.2011, p. 35.