ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.356.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2012/828/UE |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1265/2012 tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 fir-rigward attività minima ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 22594) bħala addittiv fl-għalf għat-tajr, il-ħnie nes miftuma, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa (id-dententur tal-awtorizzazzjoni huwa DSM Nutritional Products) ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva ta’ implimentazzjoni tal-kummissjoni 2012/52/UE tal-20 ta’ Diċembru 2012 li tistabbilixxi miżuri li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent ta' preskrizzjonijiet mediċi maħruġa fi Stat Membru ieħor ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
2012/830/UE |
|
|
* |
||
|
|
2012/831/UE |
|
|
* |
||
|
|
2012/832/UE |
|
|
* |
||
|
|
LINJI GWIDA |
|
|
|
2012/833/UE |
|
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2012/834/UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Novembru 2012
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand
(2012/828/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1999 (2). |
(2) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/464/UE (3), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Frar 2012 suġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(3) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna awtorizzata biex tipproċedi, f’isem l-Unjoni, biex tittrażmetti n-noti diplomatiċi previsti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
V. SHIARLY
(1) ĠU L 229, 17.8.1998, p. 62 (MT: Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 11, Vol. 29, p. 158).
(3) ĠU L 195, 27.7.2011, p. 1.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand
L-UNJONI EWROPEA
u
NEW ZEALAND,
(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”),
WARA li kkonkludew il-Ftehim dwar għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità (1), magħmul f’Wellington fil-25 ta’ Ġunju 1998 (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku”);
WARA li għarfu li jeħtieġ li jiġi ssimplifikat il-funzjonament tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku;
BILLI l-Artikolu 3 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku jistipula l-forma tal-Annessi Settorali fid-dettall, u, b’mod speċifiku, jistipula li t-Taqsima II ta’ kull Anness Settorali tal-Ftehim għandha tinkludi lista tal-korpi nominati għall-istima ta’ konformità;
BILLI l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Ftehim għal prodotti li joriġinaw fil-Partijiet b’konformità mar-regoli ta’ oriġini mhux preferenzjali;
BILLI l-Artikolu 12 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li, inter alia, jagħti effett lid-deċiżjonijiet dwar l-inklużjoni tal-korpi ta’ stima ta’ konformità fl-Annessi Settorali, u t-tneħħija tagħhom minnhom, u jistipula proċedura għal inklużjoni u għal tneħħija bħal dawn;
BILLI l-Artikoli 8 u 12 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku jirriferu għall-President tal-Kumitat Konġunt;
BILLI l-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku ma jagħtix is-setgħa, espliċitament, lill-kumitat Konġunt biex jemenda l-Annessi Settorali, ħlief biex jagħti effett lid-deċiżjoni permezz ta’ awtorità nominanti li tinnomina jew li tirtira n-nomina ta’ korp partikolari ta’ stima ta’ konformità;
WARA li kkunsidraw li l-Artikolu 3 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku għandu jiġi emendat, kemm biex jirrifletti l-bidliet proposti fl-Artikolu 12 tiegħu biex jillimitaw il-ħtieġa għall-Kumitat Konġunt biex jieħu azzjoni dwar l-għarfien u l-irtirar tal-għarfien tal-korpi ta’ stima ta’ konformità għal każi li ġew ikkontestati mill-Parti l-oħra skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku, kif ukoll biex jippermetti aktar flessibbilta fl-istruttura tal-Annessi Settorali tal-Ftehim;
WARA li kkunsidraw li biex ma jkunx hemm restrizzjonijiet bla bżonn għall-kummerċ bejn il-Partijiet hemm bżonn titħassar ir-restrizzjoni dwar l-oriġini fl-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku;
WARA li kkunsidraw li biex jiġi rifless il-fatt li l-Kumitat Konġunt hu kopresedut mill-Partijiet, ir-referenzi għall-President tal-Kumitat Konġunt għandhom jitħassru mill-Artikolu 8 u 12 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku;
WARA li kkunsidraw li t-titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet rigward il-funzjonament tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku għandu jiffaċilità l-funzjonament tiegħu;
WARA li kkunsidraw li biex isiru adattamenti f’waqthom lill-Annessi Settorali biex jittieħed kont tal-progress tekniku u fatturi oħra bħat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Konġunt għandu jingħata s-setgħa, permezz tal-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku, biex jemenda l-Annessi Settorali f’oqsma oħrajn barra milli biex jagħmel effettiva d-deċiżjoni minn awtorità nominanti biex tinnomina jew tirtira n-nomina ta’ korp partikolari ta’ stima ta’ konformità, u anki biex jiġu adottati Annessi Settorali ġodda;
WARA LI KKUNSIDRAW li biex jiġi ssimplifikat il-funzjonament tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku, il-ħtieġa li l-Kumitat Konġunt jieħu deċiżjonijiet dwar l-għarfien jew l-irtirar tal-għarfien tal-korpi ta’ stima ta’ konformità għandha tkun limitata għall-każijiet li ġew ikkontestati mill-Parti l-oħra skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku;
WARA li kkunsidraw li, biex jiġi ssimplifikat il-funzjonament tal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku, fl-Artikolu 12 tiegħu għandha tiġi stipulata proċedura aktar sempliċi għall-għarfien, l-irtirar tal-għarfien u s-sospensjoni tal-korpi ta’ stima ta’ konformità, u għandha tiġi ċċarata l-pożizzjoni dwar l-istima tal-konformità mwettqa minn korpi qabel ma n-nomina tagħhom tkun sospiża jew irtirata;
WARA li kkunsidraw li l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità, ċertifikati u mmarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja huwa identiku fil-forma mal-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku, u li għalhekk qed jiġi emendat b’mod parallel biex iżomm koerenza bejn il-Ftehimiet;
WARA li kkunsidraw li r-referenzi legali u l-mezz ta’ operazzjoni tal-Annessi Settorali dwar spezzjonijiet GMP ta’ prodotti mediċinali u ċertifikazzjoni tal-lott u dwar mekkaniżmi mediċi huma skaduti, u ttieħdet l-opportunità biex dawn jiġu emendati sabiex jirriflettu l-qagħda attwali,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emendamenti lill-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku
Il-Ftehim dwar Għarfien Reċiproku huwa b’dan emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3(2) jinbidel b’dan li ġej: “2. Kull l-Anness Settorali għandu, b’mod ġenerali, jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
|
2. |
L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 4 Kamp ta’ applikazzjoni u kopertura Dan il-Ftehim għandu japplika għall-prodotti speċifikati fid-dikjarazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-kopertura f’kull Anness Settorali.”. |
3. |
L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 6 Awtoritajiet li jinnominaw 1. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li jinnominaw responsabbli għan-nomina tal-korpi ta’ stima ta’ konformità għandhom is-setgħa meħtieġa u l-kompetenza li jaħtru, jissospendu, ineħħu s-sospensjoni u jirtiraw in-nomina ta’ dawk il-korpi. 2. Meta jsiru dawn in-nomini, dawn is-sospensjonijiet, it-tneħħijiet ta’ sospensjoni jew irtirar, l-awtoritajiet li jinnominaw għandhom, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Annessi Settorali, josservaw il-proċedura għan-nomina stipulata fl-Artikolu 12 u l-Anness.’. |
4. |
L-Artikolu 7(1) jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni li tikkonċerna l-proċeduri użati biex jiġi żgurat li l-korpi ta’ stima ta’ konformità nominati taħt ir-responsabbiltà tagħhom jikkonformaw mal-ħtiġiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi stabbiliti fl-Annessi Settorali u mal-ħtiġiet ta’ kompetenza speċifikati fl-Anness.”. |
5. |
L-Artikolu 8 jinbidel kif ġej:
|
6. |
L-Artikolu 9 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 9 Skambju ta’ informazzjoni 1. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi identifikati fl-Annessi Settorali u għandhom iżommu lista preċiża ta’ korpi ta’ stima ta’ konformità nominati skont dan il-Ftehim. 2. B’konsistenza mal-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ, kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra bil-bidliet li jkollha l-ħsieb li tagħmel fid-disposizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi marbuta mas-suġġett ta’ dan il-Ftehim u għandha, ħlief kif previst fl-Artikolu 9(3), tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-disposizzjonijiet il-ġodda tal-anqas 60 jum kalendarju qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. 3. Fejn Parti tieħu miżuri urġenti li hi tqishom bħala ġustifikati f’ġieħ is-sikurezza, is-saħħa jew il-ħarsien tal-ambjent sabiex jiġi mmaniġġjat riskju miġjub minn prodott kopert mill-Anness Settorali, din għandha minnufih tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miżuri, flimkien ma’ indikazzjoni qasira tal-għan u r-raġuni tagħhom, jew inkella kif speċifikat fl-Anness Settorali.”. |
7. |
Il-paragrafi 3 sa 7 tal-Artikolu 12 jinbidlu b’dan li ġej: “3. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ tal-anqas darba fis-sena sakemm il-Kumitat Konġunt jew il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. Għandhom jinżammu laqgħa jew laqgħat addizzjonali kemm-il darba l-iffunzjonar effettiv ta’ dan il-Ftehim ikun jitlob dan, jew fuq it-talba ta’ xi waħda mill-Partijiet. 4. Il-Kumitat Konġunt jista’ jikkunsidra kull kwistjoni relatata mal-iffunzjonar ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikolari, għandu jkun responsabbli:
5. Kwalunkwe emenda li ssir lill-Annessi Settorali magħmula skont dan il-Ftehim u kwalunkwe Annessi Settorali ġdid adottat skont dan il-Ftehim għandhom jiġu nnotifikati minnufih bil-miktub mill-Kumitat konġunt lil kull Parti, u għandhom jidħlu fis-seħħ skont kif determinat mill-Kumitat Konġunt. 6. Il-proċedura li ġejja għandha tapplika fir-rigward tan-nomina ta’ korp ta’ stima ta’ konformità:
7. Fil-każ li tiġi sospiża jew irtirata n-nomina ta’ korp ta’ stima ta’ konformità, l-istimi ta’ konformità mwettqa minn dak il-korp qabel dakinhar li tingħata effett is-sospensjoni jew l-irtirar għandhom jibqgħu validi sakemm il-Parti responsabbli ma tkunx limitat jew ikkanċellat dik il-validità jew sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mill-Kumitat Konġunt. Il-Parti li fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha kien qed jaħdem il-korp ta’ stima ta’ konformità li jiġi sospiż jew irtirat għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar tibdil tali fir-rigward ta’ limitazzjoni jew kanċellazzjoni ta’ validità.”. |
8. |
L-Artikolu 15 jinbidel kif ġej:
|
9. |
Il-Anness jinbidel b’dan li ġej:
|
10. |
L-Anness Settorali dwar l-ispezzjonijiet ta’ GMP tal-prodotti mediċinali u ċ-ċertifikazzjoni tal-lott, inklużi l-Appendiċi 1 u l-Appendiċi 2, jinbidel b’li ġej: “L-ANNESS SETTORALI DWAR L-ISPEZZJONIJIET GMP TAL-PRODOTTI MEDIĊINALI U Ċ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-LOTT GĦALL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U N-NEW ZEALAND DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU FIR-RIGWARD TAL-ISTIMA TAL-KONFORMITÀ AMBITU U KOPERTURA
Ċertifikazzjoni ta’ manifatturi
Ċertifikazzjoni tal-lott
TAQSIMA I ĦTIĠIET LEĠIŻLATTIVI, REGOLATORJI U AMMINISTRATTIVI Suġġett għat-Taqsima III, l-ispezzjonijiet GMP ġenerali għandhom jitwettqu skont il-ħtiġiet tal-GMP tal-Parti esportatriċi. Id-disposizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi applikabbli marbuta ma’ dan l-Anness Settorali huma stipulati fit-Tabella hawn isfel. Madankollu, il-ħtiġiet ta’ kwalità tar-referenza ta’ prodotti li għandhom jiġu esportati, inkluż il-metodu tal-manifattura tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, għandhom ikunu dawk tal-awtorizzazzjoni rilevanti għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mogħtija mill-Parti importatriċi.
TAQSIMA II SERVIZZI UFFIĊJALI TA’ SPEZZJONI Il-listi tas-servizzi uffiċjali ta’ spezzjoni marbuta ma’ dan l-Anness Settorali ġew determinati b’mod konġunt mill-Partijiet u se jibqgħu fir-responsabbiltà tagħhom. Jekk Parti titlob mill-Parti l-oħra kopja tal-aktar listi riċenti tas-servizzi uffiċjali ta’ spezzjoni, il-Parti li tintalab tgħaddi dawn għandha tipprovdi lill-Parti li qed titlobhom b’kopja ta’ dawn il-listi fi żmien 30 jum kalendarju minn dakinhar li tirċievi t-talba. TAQISMA III DISPOSIZZJONIJIET OPERATTIVI 1. It-trażmissjoni tar-rapporti ta’ spezzjoni Fuq talba raġunata, is-servizzi rilevanti ta’ spezzjoni għandhom jibagħtu kopja tal-aħħar rapport ta’ spezzjoni tas-sit ta’ manifattura jew tas-sit ta’ kontroll, fil-każ fejn operazzjonijiet analitiċi jiġu kuntrattati barra. It-talba tista’ tikkonċerna “rapport sħiħ ta’ spezzjoni” jew “rapport dettaljat” (ara l-punt 2). Kull Parti għandha tittratta dawn ir-rapporti ta’ spezzjoni bil-grad ta’ kunfidenzjalità mitlub mill-Parti tal-oriġini. Jekk l-operazzjonijiet ta’ manifattura tal-prodott mediċinali inkwistjoni ma jkunux ġew spezzjonati riċentement, jiġifieri fejn l-aħħar dati ta’ spezzjoni jmorru lura għal aktar minn sentejn jew tkun ġiet identifikata ħtieġa partikolari għal spezzjoni, tista’ tintalab spezzjoni speċifika u dettaljata. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li r-rapporti tal-ispezzjoni jitressqu f’mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 60 jum kalendarju jekk tkun trid issir spezzjoni ġdida. 2. Rapporti ta’ spezzjoni “Rapport sħiħ tal-ispezzjoni” jinkludi Master Fajl tas-Sit (ikkompilat mill-manifattur jew mill-ispettorat) u rapport narrattiv mill-ispettorat. “Rapport dettaljat” iwieġeb għal domandi speċifiċi dwar il-kumpanija mill-Parti l-oħra. 3. Referenza GMP
L-ekwivalenza ta’ ħtiġiet tal-GMP għal prodotti jew klassijiet ta’ prodotti speċifiċi (pereżempju prodotti mediċinali ta’ investigazzjoni u materjali tal-bidu) għandha tiġi determinata skont il-proċedura stabbilita mill-Kumitat Settorali Konġunt. 4. Natura tal-ispezzjonijiet
5. Ħlasijiet ta’ spezzjoni/stabbiliment Is-sistema tal-ħlasijiet tal-ispezzjoni/stabbiliment għandha tiġi determinata skont il-post fejn jinsab il-manifattur. Fil-każ ta’ prodotti koperti minn dan l-Anness Settorali, il-ħlasijiet tal-ispezzjoni/tal-istabbiliment ma jintalbux lill-manifatturi li jkunu fit-territorju tal-Parti l-oħra. 6. Klawżola ta’ salvagwardja għall-ispezzjonijiet Kull Parti tirriżerva d-dritt li twettaq l-ispezzjonijiet proprji tagħha għal raġunijiet identifikati lill-Parti l-oħra. Spezzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu notifikati lill-Parti l-oħra minn qabel, u din tista’ tagħżel li tkun preżenti waqt l-ispezzjoni. Ir-rikors għal din il-klawżola ta’ salvagwardja għandu jkun eċċezzjoni. Kemm-il darba ssir spezzjoni tali, l-ispejjeż marbuta mal-ispezzjoni jistgħu jiġu rkuprati. 7. Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-approssimazzjoni tal-ħtiġiet ta’ kwalità Skont id-disposizzjonijiet ġenerali ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw kull informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-għarfien reċiproku kontinwu tal-ispezzjonijiet. Għall-finijiet ta’ evidenza tal-kapaċità f’każijiet ta’ bidliet sinifikanti lis-sistemi regolatorji f’xi waħda mill-Partijiet, xi Parti tista’ titlob informazzjoni speċifika addizzjonali b’rabta ma’ servizz uffiċjali ta’ spezzjoni. Talbiet speċifiċi bħal dawn jistgħu jkopru informazzjoni dwar it-taħriġ, il-proċeduri ta’ spezzjoni, informazzjoni ġenerali u l-iskambju tad-dokumenti, kif ukoll it-trasparenza tal-verifiki mill-aġenziji ta’ servizzi uffiċjali ta’ spezzjoni rilevanti għall-operazzjoni ta’ dan l-Anness Settorali. Talbiet bħal dawn għandhom isiru permezz tal-Grupp Settorali Konġunt u mmaniġġjati minnu bħala parti minn programm kontinwu ta’ manutenzjoni. Flimkien ma’ dan, l-awtoritajiet rilevanti fin-New Zealand u fl-Unjoni Ewropea għandhom iżommu lil xulxin informati bi kwalunkwe gwida teknika ġdida jew bidla fil-proċedura ta’ spezzjoni. Kull Parti għandha tikkonsulta lill-Parti l-oħra qabel ma’ dawn jiġu adottati. 8. Rilaxx uffiċjali tal-lottijiet Il-proċedura tar-rilaxx uffiċjali tal-lottijiet hija verifika addizzjonali għas-sikurezza u l-effikaċja ta’ prodotti immunoloġiċi mediċinali (vaċċini) u derivattivi tad-demm, imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti qabel it-tqassim ta’ kull lott ta’ prodotti. Dan il-Ftehim ma jħaddanx dan l-għarfien reċiproku ta’ rilaxxi uffiċjali tal-lottijiet. Madankollu, fejn tapplika proċedura ta’ rilaxx uffiċjali tal-lottijiet, kemm-il darba l-lott inkwistjoni jkun ġie ttestjat mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Parti esportatriċi, il-manifattur għandu jipprovdi ċ-ċertifikat tar-rilaxx uffiċjali tal-lott u dan fuq it-talba tal-Parti importatriċi. Għall-Unjoni Ewropea, il-proċedura uffiċjali għar-rilaxx tal-lottijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem hija ppubblikata mid-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċina u l-Kura tas-Saħħa. Għan-New Zealand, il-proċedura għar-rilaxx uffiċjali ta’ lottijiet hija speċifikata fid-Dokument “Serje tar-Rapport Tekniku WHO, Nru 822, 1992”. 9. Taħriġ tal-ispetturi Skont id-disposizzjonijiet ġenerali ta’ dan il-Ftehim, is-sezzjonijiet ta’ taħriġ għall-ispetturi, organizzati mill-awtoritajiet, għandhom ikunu aċċessibbli għall-ispetturi tal-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati b’dawn is-sessjonijiet. 10. Spezzjonijiet konġunti Skont id-disposizzjonijiet ġenerali ta’ dan il-Ftehim, u bi qbil komuni bejn il-Partijiet, jistgħu jiġu awtorizzati spezzjonijiet konġunti. Dawn l-ispezzjonijiet huma maħsuba biex jiżviluppaw għarfien u interpretazzjoni komuni tal-prattika u tal-ħtiġiet. It-twettiq ta’ dawn l-ispezzjonijiet u l-forma li jieħdu jridu jiġu stabbiliti permezz ta’ proċeduri approvati mill-Kumitat Settorali Konġunt. 11. Sistema ta’ allert Il-punti ta’ kuntatt għandhom jiġu nominati mill-Partijiet biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-manifatturi jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra fi żmien adegwat fil-każ ta’ difetti fil-kwalità, sejħiet lura ta’ lottijiet, falsifikazzjoni u problemi oħrajn li jikkonċernaw il-kwalità, li jistgħu jqanqlu l-ħtieġa ta’ kontrolli addizzjonali jew is-sospensjoni tat-tqassim tal-lott. Se tiġi stabbilita b’mod konġunt, proċedura dettaljata ta’ allert. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li kull sospensjoni jew irtirar (totali jew parzjali) ta’ awtorizzazzjoni ta’ manifattura, ibbażati fuq nuqqas ta’ konformità mal-GMP u li jistgħu jaffettwaw il-ħarsien tas-saħħa pubblika, jiġu kkomunikati lill-Parti l-oħra bil-grad xieraq ta’ urġenza. 12. Punti ta’ kuntatt Għall-finijiet ta’ dan l-Anness Settorali, il-punti ta’ kuntatt għal kwalunkwe kwistjoni teknika, bħall-iskambju ta’ rapporti ta’ spezzjoni, sessjonijiet ta’ taħriġ għall-ispetturi, ħtiġiet tekniċi, se jkunu hekk:
13. Grupp Settorali Konġunt Taħt dan l-Anness Settorali għandu jiġi stabbilit Grupp Settorali Konġunt magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet. Dan ikun responsabbli għall-operazzjoni effettiva ta’ dan l-Anness Settorali. Irid jirrapporta lill-Kumitat Konġunt skont kif jiddetermina l-Kumitat Konġunt. Il-Grupp Settorali Konġunt għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jodotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu b’konsensus. Jista’ jiddeċiedi li jiddelega l-ħidmiet tiegħu lil sottokumitati. 14. Diverġenza tal-opinjonijiet Iż-żewġ Partijiet għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex isolvu kwalunkwe diverġenza ta’ fehmiet li jikkonċernaw inter alia l-osservanza tal-manifatturi u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ spezzjoni. Diverġenzi ta’ fehmiet li għalihom ma tinstabx soluzzjoni għandhom jiġu riferuti lill-Grupp Settorali Konġunt. TAQSIMA IV MODIFIKI LIL-LISTA TAS-SERVIZZI UFFIĊJALI TA’ SPEZZJONI Il-Partijiet jagħrfu l-ħtieġa li dan l-Anness Settorali jkun jagħti lok għall-bidla, partikolarment fir-rigward tal-inklużjoni ta’ servizzi uffiċjali ġodda ta’ spezzjoni jew tal-bidliet fin-natura jew fir-rwol tal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti. Fejn ikunu saru bidliet sinifikanti fir-rigward tas-servizzi uffiċjali ta’ spezzjoni, il-Grupp Settorali Konġunt irid jikkunsidra, jekk ikun il-każ, liema informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa biex jivverifika programmi u jistabbilixxi jew iżomm l-għarfien reċiproku ta’ spezzjonijiet, u dan skont it-Taqsima III, il-punt 7.”. |
11. |
L-Anness Settorali dwar mekkaniżmi mediċi jinbidel b’dan li ġej: “L-ANNESS SETTORALI DWAR MEKKANIŻMI MEDIĊI LI JINSAB MAL-FTEHIM KOMUNITÀ EWROPEA-NEW ZEALAND DWAR GĦARFIEN REĊIPROKU B’RELAZZJONI MAL-ISTIMA TA’ KONFORMITÀ KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U KOPERTURA Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness Settorali se japplikaw għall-prodotti li ġejjin:
TAQSIMA I ĦTIĠIET LEĠIŻLATTIVI, REGOLATORJI U AMMINISTRATTIVI
TAQSIMA II L-AWTORITAJIET RESPONSABBLI GĦAN-NOMINA TAL-KORPI TA’ STIMA TA’ KONFORMITÀ TAĦT DAN L-ANNESS SETTORALI
TAQISMA III PROĊEDURI GĦAN-NOMINA TA’ KORPI TA’ STIMA TA’ KONFORMITÀ
TAQSIMA IV DISPOSIZZJONIJIET ADDIZZJONALI 1. Leġiżlazzjoni ġdida Il-Partijiet jinnotaw l-intenzjoni ta’ New Zealand li tintroduċi leġiżlazzjoni ġdida dwar mekkaniżmi mediċi, u jaqblu b’mod konġunt li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness Settorali għandu japplika għal din il-leġiżlazzjoni malli tidħol fis-seħħ fi New Zealand. Il-Partijiet jiddikjaraw b’mod konġunt l-intenzjoni tagħhom li jestendu l-ambitu ta’ dan l-Anness Settorali għal mekkaniżmi dijanjostiċi in vitro hekk kif il-leġiżlazzjoni l-ġdida ta’ New Zealand dwar mekkaniżmi mediċi tiġi implimentata. 2. Skambju ta’ informazzjoni Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin b’inċidenti fil-kuntest tal-proċedura tal-viġilanza ta’ mekkaniżmi mediċi, jew fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sigurezza tal-prodotti. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar:
Il-punti ta’ kuntatt li permezz tagħhom tista’ tingħadda informazzjoni huma:
Il-Partijiet jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar il-konsegwenzi tat-twaqqif tad-Database Ewropew dwar Mekkaniżmi Mediċi (Eudamed). Barra minn dan, l-Awtorità għas-Sikurezza ta’ Mekkaniżmi Mediċi u l-Mediċini se tiġbed l-attenzjoni dwar kull ċertifikat maħruġ. 3. Subkuntrattar Fejn meħtieġ bid-disposizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi ta’ New Zealand, il-korpi ta’ stima ta’ konformità tal-Unjoni Ewropea li jissubkuntrattaw l-ittesstjar kollu jew parti minnu għandhom jissubkuntrattaw biss lil laboratorji tal-ittestjar akkreditati skont it-Taqsima III, il-punt 2 ta’ dan l-Anness Settorali. 4. Reġistrazzjoni ta’ approvazzjonijiet mogħtija B’żieda mal-ħtiġiet imposti mill-Anness li jinsab mal-Ftehim dwar in-nomina ta’ korp ta’ stima ta’ konformità, l-awtorità li tinnomina rilevanti tal-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lin-New Zealand, fir-rigward ta’ kull korp maħtur għall-istima ta’ konformità, id-dettalji tal-metodu li tali korp ta’ stima ta’ konformità beħsiebu jadotta biex jirrekordja l-fatt li approvazzjoni rikjesta mis-Segretarjat skont l-Att dwar l-Elettriku 1992 (u r-Regolamenti taħt dak l-Att) għal tagħmir jew apparat biex jinbigħu jew ikunu għall-bejgħ fin-New Zealand tkun ingħatat. 5. Tisħiħ tal-fiduċja fir-rigward tal-mekkaniżmi b’riskju għoli
6. Grupp Settorali Konġunt Taħt dan l-Anness Settorali għandu jiġi stabbilit Grupp Settorali Konġunt magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet. Dan ikun responsabbli għall-operazzjoni effettiva ta’ dan l-Anness Settorali. Irid jirrapporta lill-Kumitat Konġunt skont kif jiddetermina l-Kumitat Konġunt. Il-Grupp Settorali Konġunt għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jadotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu b’konsensus. Jista’ jiddeċiedi li jiddelega l-ħidmiet tiegħu lil sottokumitati. 7. Diverġenza tal-opinjonijiet Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex isibu soluzzjoni għal kwalunkwe diverġenza ta’ fehmiet fir-rigward, inter alia, tal-konformità tal-manifatturi u l-konklużjonijiet tar-rapporti għall-istima ta’ konformità. Diverġenzi ta’ fehmiet li għalihom ma tinstabx soluzzjoni għandhom jiġu riferuti lill-Grupp Settorali Konġunt. Appendiċi Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness Settorali ma għandhomx jgħoddu għal dan li ġej:
Iż-żewġ Partijiet jistgħu jiddeċiedu, permezz ta’ arranġament reċiproku, biex jestendu l-applikazzjoni ta’ dan l-Anness Settorali għall-mekkaniżmi mediċi msemmija hawn fuq.. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu skambjaw in-noti diplomatiċi li jikkonfermaw it-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Imfassal duplikatament fi Brussell, fit-23 ta’ Frar 2012 bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, b’kull test ugwalment awtentiku.
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Нοва Зeлaндия
Por Nueva Zelanda
Za Nový Zéland
For New Zealand
Für Neuseeland
Uus-Meremaa nimel
Για τη Nέα Ζηλανδία
For New Zealand
Pour la Nouvelle-Zélande
Per la Nuova Zelanda
Jaunzēlandes vārdā –
Naujosios Zelandijos vardu
Uj-Zéland részéről
Gћal New Zealand
Voor Nieuw-Zeeland
W imieniu Nowej Zelandii
Pela Nova Zelândia
Pentru Noua Zeelandă
Za Nový Zéland
Za Novo Zelandijo
Unden-Seelannin puolesta
För Nya Zeeland
REGOLAMENTI
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/19 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1261/2012
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li jistabbilixxi għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar l-Iswed
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jistipula li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-tkomplija sostenibbli ta’ attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kunsiderazzjoni tal-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
(3) |
Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp ta’ sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’tali mod li f’kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew żona ta’ sajd u b’kunsiderazzjoni għall-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
(4) |
Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b’kunsiderazzjoni ta’ aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiżguraw trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati. |
(5) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2) u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu dwar rispettivament ir-reġistrar ta’ qabdiet u sforz tas-sajd u n-notifika ta’ data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri għandhom jużaw meta ibagħtu d-data lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-amministrazzjoni minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (3), iridu jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għad-diversi miżuri msemmija fih. |
(7) |
Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li dawn iż-żoni ta’ sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2013. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2013 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-UE li joperaw fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“GFCM” tfisser il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran. |
(b) |
“Il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif definit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (4) u fir-riżoluzzjoni GFCM/33/2009/2; |
(c) |
“bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
(d) |
“qabda totali permissibli (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena; |
(e) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs, l-allokazzjonijiet ta’ dawn it-TACs fost l-Istati Membri, u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(d) |
kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u ta’ qabdiet inċidentali
Il-ħut minn stokkijiet li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd huma stabbiliti b’dan ir-Regolament għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk:
(a) |
il-qabdiet ikunu saru minn bastimenti ta’ Stat Membru li għandu kwota għalihom u li dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita; jew |
(b) |
il-qabdiet jikkonsistu f’sehem ta’ kwota tal-Unjoni li ma ġietx allokata permezz ta’ kwota fost l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma ġietx eżawrita. |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 7
Trażmissjoni ta’ data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(4) ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44.
ANNESS
TACs applikabbli għall-bastimenti tal-UE f’żoni fejn jeżistu t-TACs skont l-ispeċi u ż-żona
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom b’mod funzjonali, fejn ikun il-każ.
Ir-referenza għall-istokkijiet tal-ħut issir skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, hawn taħt hija mogħtija tabella komparattiva ta’ ismijiet bil-Latin u ismijiet komuni:
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
Psetta maxima |
TUR |
Barbun imperjali |
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
|
|||||||
Bulgarija |
43,2 |
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
||||||
Rumanija |
43,2 |
|||||||
Unjoni |
86,4 (1) |
|||||||
TAC |
Mhux rilevanti |
|
|
|||||||
Bulgarija |
8 032,5 |
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
||||||
Rumanija |
3 442,5 |
|||||||
Unjoni |
11 475 |
|||||||
TAC |
Mhux rilevanti |
(1) L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ ma għandu jkun permess mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2013.
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/22 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1262/2012
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jirrikjedi li jiġu stabbiliti miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli u b’mod partikolari r-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), kif ukoll fid-dawl ta’ kwalunkwe parir irċevut mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali. |
(3) |
Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont it-tip ta’ sajd jew il-grupp ta’ tipi ta’ sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’mod li tkun żgurata l-istabbiltà relattiva għal kull Stat Membru fl-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew tip ta’ sajd u wara li jitqiesu kif imiss l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
(4) |
Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jittieħed kont tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura u mal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati. |
(5) |
L-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu skont ftehimiet u prinċipji internazzjonali, bħall-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna tal-1995 (2), u skont il-prinċipji dettaljati ta’ ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Inter-nazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd f’Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2008, li skonthom, b’mod partikolari, regolatur għandu jkun aktar kawt meta l-informazzjoni ma tkunx ċerta, ma tkunx affidabbli jew ma tkunx adegwata. In-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata ma għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti jew biex ma jittiħdux miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni. |
(6) |
Il-pariri xjentifiċi l-aktar reċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u mill-STECF jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-baħar fond jinħasdu b’mod mhux sostenibbli u li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, għandhom jitnaqqsu sakemm l-evoluzzjoni tad-daqsijiet tal-istokkijiet turi xejra pożittiva. L-ICES jagħti wkoll il-parir li ma għandu jkun permess ebda sajd dirett għall-orange roughy fiż-żoni kollha u għal ċerti stokkijiet tal-linarda u tal-paġella. |
(7) |
Dwar il-klieb il-baħar tal-baħar fond, l-ispeċijiet kummerċjali ewlenin jitqiesu li tbattlu, u, għalhekk, ma għandux isir sajd dirett għalihom. |
(8) |
L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet tal-baħar fond (3) jiġu deċiżi fuq bażi biannwali. Madankollu, issir eċċezzjoni għall-istokkijiet talarġentina silus u s-sajd ewlieni tal-linarda li l-opportunitajiet tas-sajd għalihom jiddependu fuq l-eżitu tan-negozjati annwali man-Norveġja. L-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet għandhom jiġu stabbiliti f’regolament annwali rilevanti ieħor li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd. |
(9) |
Bil-għan tas-simplifikazzjoni, it-TACs tal-linarda li dwarhom ittieħdet deċiżjoni awtonoma mill-Unjoni għandhom ikunu rregolati fl-istess strument legali. Għaldaqstant, it-TACs għal-linarda fl-ibħra internazzjonali II, III u IV għandhom jiġu inklużi, flimkien mat-TACs għal-linarda fl-ibħra internazzjonali ta’ XII, fir-Regolament li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut li mhumiex soġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali. |
(10) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (4) l-istokkijiet li huma suġġetti għal diversi miżuri msemmija hawnhekk għandhom jiġu identifikati. It-TACs ta’ prekawzjoni għandhom japplikaw għal stokkijiet li għalihom mhi disponibbli ebda evalwazzjoni b’bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd speċifikament għas-sena li fiha jkunu qegħdin jiġu ffissati t-TACs; it-TACs analitiċi għandhom japplikaw għall-każijiet l-oħrajn. Fid-dawl tal-pariri mill-ICES u s-STECF għall-istokkijiet tal-baħar fond, dawk l-istokkijiet li għalihom mhi disponibbli ebda evalwazzjoni b’bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd rilevanti għandhom ikunu soġġetti għal TACs ta’ prekawzjoni f’dan ir-Regolament. |
(11) |
Fid-dawl tal-pariri xjentifiċi, id-distribuzzjoni bijoloġika ta’ xi stokkijiet ta’ roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) mhux neċessarjament tikkorrispondi għaż-żoni tat-TACs f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġi ffaċilitat l-isfruttament sostenibbli ta’ dawn l-istokkijiet, ikun adatt li jkun hemm aktar flessibbiltà bejn, min-naħa l-waħda, iż-żoni tat-TACs Vb, VI, VII, u min-naħa l-oħra ż-żoni tat-TACs VIII, IX, X, XII u XIV. |
(12) |
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd annwali għas-snin 2013 u 2014 disponibbli għall-bastimenti tal-UE għall-istokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-UE u f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
(b) |
“ilmijiet tal-UE” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri bl-eċċezzjoni ta’ ilmijiet maġenb it-territorji msemmijin fl-Anness II tat-Trattat; |
(c) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tinqabad u tinħatt l-art minn kull stokk ta’ ħut kull sena; |
(d) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; |
(e) |
“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-ebda Stat. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:
(a) |
iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(b) |
iż-żoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
Artikolu 3
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet tal-UE jew f’ċerti ilmijiet li mhumiex tal-UE, l-allokazzjoni ta’ TACs bħal dawn fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom b’mod funzjonali, fejn hu xieraq, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd
1. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmulin skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (7) jew skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 (8); |
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(d) |
kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
2. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet soġġetti għal TAC ta’ prekawzjoni filwaqt li l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika, ħlief fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali
Il-ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti t-TACs għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk il-qabdiet isiru minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li għandu kwota u li dik il-kwota ma tkunx eżawrita.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassu f’żona limitata (straddling) u ħażniet ta’ ħut li jpassu ħafna (highly migratory) (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).
(3) ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistika ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistika ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
ANNESS
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.
PARTI 1
Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet
1. |
Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet ta’ ħut jissemmew skont l-ordni alfabetiku tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi. Madankollu, il-klieb il-baħar tal-baħar fond tqiegħdu fil-bidu ta’ dik il-lista. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva t’hawn taħt ta’ ismijiet komuni u ta’ ismijiet bil-Latin:
|
2. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “klieb il-baħar tal-baħar fond” tfisser il-lista ta’ speċijiet li ġejja:
|
PARTI 2
Opportunitajiet tas-sajd annwali appikabbli għall-bastimenti tal-UE f’żoni fejn it-TACs jeżistu skont l-ispeċi u skont iż-żona (f’tunnellati ta’ piż ħaj)
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
||||||
Ġermanja |
0 |
0 |
|||||||
Estonja |
0 |
0 |
|||||||
Irlanda |
0 |
0 |
|||||||
Spanja |
0 |
0 |
|||||||
Franza |
0 |
0 |
|||||||
Litwanja |
0 |
0 |
|||||||
Polonja |
0 |
0 |
|||||||
Portugall |
0 |
0 |
|||||||
Renju Unit |
0 |
0 |
|||||||
Unjoni |
0 |
0 |
|||||||
TAC |
0 |
0 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
||||||
Portugall |
0 |
0 |
|||||||
Unjoni |
0 |
0 |
|||||||
TAC |
0 |
0 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
||||||
Irlanda |
0 |
0 |
|||||||
Spanja |
0 |
0 |
|||||||
Franza |
0 |
0 |
|||||||
Renju Unit |
0 |
0 |
|||||||
Unjoni |
0 |
0 |
|||||||
TAC |
0 |
0 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC ta’ prekawzjoni |
||||||
Ġermanja |
3 |
3 |
|||||||
Franza |
3 |
3 |
|||||||
Renju Unit |
3 |
3 |
|||||||
Unjoni |
9 |
9 |
|||||||
TAC |
9 |
9 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika |
||||||
Ġermanja |
35 |
46 |
|||||||
Estonja |
17 |
22 |
|||||||
Irlanda |
87 |
113 |
|||||||
Spanja |
174 |
226 |
|||||||
Franza |
2 440 |
3 172 |
|||||||
Latvja |
113 |
147 |
|||||||
Litwanja |
1 |
1 |
|||||||
Polonja |
1 |
1 |
|||||||
Renju Unit |
174 |
226 |
|||||||
Oħrajn (1) |
9 |
12 |
|||||||
Unjoni |
3 051 |
3 966 |
|||||||
TAC |
3 051 |
3 966 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika |
||||||
Spanja |
12 |
12 |
|||||||
Franza |
29 |
29 |
|||||||
Portugall |
3 659 |
3 659 |
|||||||
Unjoni |
3 700 |
3 700 |
|||||||
TAC |
3 700 |
3 700 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC ta’ prekawzjoni |
||||||
Portugall |
3 674 |
3 490 |
|||||||
Unjoni |
3 674 |
3 490 |
|||||||
TAC |
3 674 |
3 490 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika |
||||||
Irlanda |
10 |
9 |
|||||||
Spanja |
70 |
67 |
|||||||
Franza |
19 |
18 |
|||||||
Portugall |
203 |
193 |
|||||||
Renju Unit |
10 |
9 |
|||||||
Unjoni |
312 |
296 |
|||||||
TAC |
312 |
296 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC ta’ prekawzjoni |
||||||
Danimarka |
1 |
1 |
|||||||
Ġermanja |
1 |
1 |
|||||||
Franza |
10 |
10 |
|||||||
Renju Unit |
1 |
1 |
|||||||
Unjoni |
13 |
13 |
|||||||
TAC |
13 |
13 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC ta’ prekawzjoni |
||||||
Danimarka |
643 |
515 |
|||||||
Ġermanja |
4 |
3 |
|||||||
Isvezja |
33 |
26 |
|||||||
Unjoni |
680 |
544 |
|||||||
TAC |
680 |
544 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 (3) |
2014 (3) |
TAC analitika |
||||||
Ġermanja |
8 |
8 |
|||||||
Estonja |
63 |
63 |
|||||||
Irlanda |
279 |
279 |
|||||||
Spanja |
70 |
70 |
|||||||
Franza |
3 539 |
3 539 |
|||||||
Litwanja |
81 |
81 |
|||||||
Polonja |
41 |
41 |
|||||||
Renju Unit |
208 |
208 |
|||||||
Oħrajn (4) |
8 |
8 |
|||||||
Unjoni |
4 297 |
4 297 |
|||||||
TAC |
4 297 |
4 297 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 (5) |
2014 (5) |
TAC analitika |
||||||
Ġermanja |
23 |
21 |
|||||||
Irlanda |
5 |
4 |
|||||||
Spanja |
2 573 |
2 317 |
|||||||
Franza |
119 |
107 |
|||||||
Latvja |
41 |
37 |
|||||||
Litwanja |
5 |
4 |
|||||||
Polonja |
805 |
724 |
|||||||
Renju Unit |
10 |
9 |
|||||||
Unjoni |
3 581 |
3 223 |
|||||||
TAC |
3 581 |
3 223 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
||||||
Irlanda |
0 |
0 |
|||||||
Spanja |
0 |
0 |
|||||||
Franza |
0 |
0 |
|||||||
Renju Unit |
0 |
0 |
|||||||
Unjoni |
0 |
0 |
|||||||
TAC |
0 |
0 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
||||||
Irlanda |
0 |
0 |
|||||||
Spanja |
0 |
0 |
|||||||
Franza |
0 |
0 |
|||||||
Renju Unit |
0 |
0 |
|||||||
Oħrajn |
0 |
0 |
|||||||
Unjoni |
0 |
0 |
|||||||
TAC |
0 |
0 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
||||||
Irlanda |
0 |
0 |
|||||||
Spanja |
0 |
0 |
|||||||
Franza |
0 |
0 |
|||||||
Portugall |
0 |
0 |
|||||||
Renju Unit |
0 |
0 |
|||||||
Unjoni |
0 |
0 |
|||||||
TAC |
0 |
0 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika |
||||||
Irlanda |
6 |
5 |
|||||||
Spanja |
156 |
143 |
|||||||
Franza |
8 |
7 |
|||||||
Renju Unit |
20 |
18 |
|||||||
Oħrajn (6) |
6 |
5 |
|||||||
Unjoni |
196 |
178 |
|||||||
TAC |
196 |
178 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 (7). |
2014 (7) |
TAC analitika |
||||||
Spanja |
614 |
614 |
|||||||
Portugall |
166 |
166 |
|||||||
Unjoni |
780 |
780 |
|||||||
TAC |
780 |
780 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika |
||||||
Spanja |
9 |
8 |
|||||||
Portugall |
1 004 |
904 |
|||||||
Renju Unit |
9 |
8 |
|||||||
Unjoni |
1 022 |
920 |
|||||||
TAC |
1 022 |
920 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika |
||||||
Ġermanja |
9 |
9 |
|||||||
Franza |
9 |
9 |
|||||||
Renju Unit |
13 |
13 |
|||||||
Unjoni |
31 |
31 |
|||||||
TAC |
31 |
31 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 (8) |
2014 (8) |
TAC analitika |
||||||
Ġermanja |
10 |
10 |
|||||||
Irlanda |
260 |
260 |
|||||||
Spanja |
588 |
588 |
|||||||
Franza |
356 |
356 |
|||||||
Renju Unit |
814 |
814 |
|||||||
Unjoni |
2 028 |
2 028 |
|||||||
TAC |
2 028 |
2 028 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 (9) |
2014 (9) |
TAC analitika |
||||||
Spanja |
242 |
242 |
|||||||
Franza |
15 |
15 |
|||||||
Portugall |
10 |
10 |
|||||||
Unjoni |
267 |
267 |
|||||||
TAC |
267 |
267 |
|
|
||||||||
Sena |
2013 |
2014 |
TAC analitika |
||||||
Franza |
9 |
9 |
|||||||
Portugall |
36 |
36 |
|||||||
Renju Unit |
9 |
9 |
|||||||
Unjoni |
54 |
54 |
|||||||
TAC |
54 |
54 |
(1) Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhuwa permess taħt din il-kwota.
(2) Fiż-żona IIIa tal-ICES ma għandu jitwettaq l-ebda sajd dirett għar-roundnose grenadier sakemm isiru l-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja.
(3) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 10 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/*8X14-).
(4) Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhuwa permess taħt din il-kwota.
(5) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 10 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII (RNG/*5B67-).
(6) Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhuwa permess taħt din il-kwota.
(7) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII (SBR/*678-).
(8) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX (GFB/*89-).
(9) Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII (GFB/*567-).
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/34 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1263/2012
tal-21 ta’ Diċembru 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),
Wara li kkunsidra l-proposti konġunti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/635/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK u tipprovdi għal miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran. |
(2) |
Dawk il-miżuri restrittivi addizzjonali jinkludu partikolarment projbizzjoni ta' esportazzjoni fuq tagħmir u teknoloġija navali ta' importanza ewlenija għall-bini, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-bastimenti. Barra minn hekk, il-kummerċ fil-grafit, metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, u softwer għal ċerti proċessi industrijali għandu jiġi pprojbit. |
(3) |
Il-miżuri restrittivi addizzjonali jinkludu wkoll projbizzjoni fuq l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport tal-gass naturali Iranjan. L-implimentazzjoni effettiva ta' din il-projbizzjoni teħtieġ li jittieħdu miżuri għall-projbizzjoni tal-iswaps tal-gass naturali li jkunu magħrufa li jżidu l-esportazzjoni tal-gass naturali mill-Iran fi ksur tal-projbizzjoni, jew fejn ikun hemm raġuni valida li jiġi ssuspettat dan. Il-kuntratti ssodisfatti bl-użu ta' pipeline direttament konness mal-grilja tat-trażmissjoni tal-gass naturali tal-Unjoni mingħajr punt ta' dħul intiżi biex jiffaċilitaw ix-xiri jew iż-żieda fl-esportazzjoni ta' gass naturali li joriġina fl-Iran ma għandhomx jiġu affettwati mill-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet tal-gass naturali. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2012/635/PESK sejħet għar-reviżjoni ta' miżuri restrittivi li jikkonċernaw oġġetti u teknoloġija b'użu doppju stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (4), bil-ħsieb tal-inklużjoni ta' ċerti oġġetti fil-Parti 2 ta' kategorija 5 tiegħu li jistgħu jkunu rilevanti għal industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew li jistgħu jkunu rilevanti għall-programm nukleari, militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati fuq il-popolazzjoni ċivili fl-Iran. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn l-Iran ta' ċertu tagħmir jew teknoloġija ewlenin li jistgħu jintużaw fis-setturi ewlenin tal-industriji taż-żejt, tal-gass naturali u tal-petrokimiċi għandha tiġi pprovduta lista addizzjonali ta' tali tagħmir u teknoloġija ewlenin. |
(6) |
Għall-istess raġuni, għandhom jiġu pprovduti wkoll listi ta' oġġetti suġġetti għal restrizzjonijiet kummerċjali fuq il-gass naturali, il-grafit, metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, u softwer għal ċerti proċessi industrijali. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2012/635/PESK tipprojbixxi wkoll tranżazzjonijiet bejn banek u istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u dawk Iranjani, sakemm mhux awtorizzati minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. |
(8) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2012/635/PESK tipprovdi għal projbizzjonijiet fuq il-forniment ta' servizzi ta' reġistrazzjoni (flagging) u ta' klassifikazzjoni għal tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija Iranjani kif ukoll fuq il-forniment ta' bastimenti maħsuba għat-trasport jew għall-ħażna ta' żejt u prodotti petrokimiċi lil persuni u entitajiet Iranjani jew lil persuni u entitajiet oħra bil-għan li jittrasportaw jew jaħżnu żejt u prodotti petrokimiċi Iranjani. |
(9) |
Sabiex jipproteġu l-ambjent u s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, huwa meħtieġ li jkun stipulat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jieħdu l-azzjoni kollha li jidhrilhom hija meħtieġa sabiex jiżguraw li l-obbligi legali dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll il-ħarsien tal-ambjent ikunu rispettati. F'każijiet urġenti, Stat Membru għandu jitħalla jieħu din l-azzjoni mingħajr ma jinnotifikaha minn qabel, sakemm jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr wara. |
(10) |
Meta Stat Membru ikun ta liċenzja ta' involviment f'attivitajiet tal-esplojtazzjoni tal-idrokarburi lil xi persuna, entità jew korp innominati, qabel ma dik il-persuna, entità jew korp ikunu ġew innominati, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tawtorizza deroga minn ċerti projbizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 267/2012, fejn deroga bħal din hija meħtieġa biex tkun evitata jew rimedjata l-ħsara ambjentali jew biex ma jitħassarx b'mod permanenti l-valur tal-liċenzja, |
(11) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex jiġu implimentati hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(12) |
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 6, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
Fir-rigward tal-punt (d), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien erba' ġimgħat, dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
(3) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 8 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew ta' teknoloġija elenkati fl-Annessi VI u VIA, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Annessi VI u VIA għandhom jinkludu tagħmir u teknoloġija ewlenin għas-setturi ewlenin li ġejjin tal-industrija taż-żejt u l-gass fl-Iran:
3. L-Annessi VI u VIA għandhom jinkludu wkoll tagħmir u teknoloġija ewlenin għall-industrija petrokimika fl-Iran. 4. L-Annessi VI u VIA ma għandhomx jinkludu elementi inklużi fil-Lista Militari Komuni, jew fl-Anness I, II jew III.". |
(4) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 9 1. Huwa pprojbit:
|
(5) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 8 u 9 ma għandhomx japplikaw għal:
bil-kundizzjoni li l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jkunu qegħdin ifittxu li jidħlu f'dawn it-tranżazzjonijiet, jew li jipprovdu assistenza għal dawn it-tranżazzjonijiet, ikunu nnotifikaw it-tranżazzjoni jew l-assistenza, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. 2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 8 u 9 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u 14(1)(b), sakemm dawk l-obbligi jirriżultaw minn kuntratti ta' servizz jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħhom u sakemm l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti kkonċernata u l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li tagħti awtorizzazzjoni.” |
(6) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10a 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew ta' teknoloġija navali ewlenin elenkati fl-Anness VIB, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Anness VIB għandu jinkludi tagħmir jew teknoloġija navali ewlenin għall-bini, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-bastimenti, inkluż tagħmir jew teknoloġija użati fil-kostruzzjoni ta' tankers taż-żejt. Artikolu 10b 1. Huwa pprojbit:
Artikolu 10c 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 10a u 10b għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-forniment ta' tagħmir u ta' teknoloġija navali ewlenin għal bastiment li ma jkunx proprjetà ta' persuna, entità jew korp Iranjani, jew ikkontrollat minn dawn, u li jkun ġie mġiegħel jidħol f'port fl-Iran, jew f'ilmijiet territorjali Iranjani, minħabba force majeure. 2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 10a u 10b ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Frar 2013, ta' kuntratti konklużi qabel 22 ta’ Diċembru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. Artikolu 10d 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' softwer kif elenkat fl-Anness VIIA, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Anness VIIA għandu jinkludi softwer għall-integrazzjoni ta' proċessi industrijali li huwa rilevanti għal industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew li huwa rilevanti għall-programm nukleari, militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran. Artikolu 10e 1. Huwa pprojbit:
Artikolu 10f 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 10d u 10e ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Jannar 2013, ta' kuntratti konklużi qabel 22 ta’ Diċembru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.” |
(7) |
L-Artikolu 12(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 11 ma għandhomx japplikaw għal:
bil-kondizzjoni li l-persuna, entità jew korp li jkunu qegħdin ifittxu li jeżegwixxu l-kuntratt imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) ikunu nnotifikaw, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, l-attività jew it-tranżazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti.". |
(8) |
Fl-Artikolu 14(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(9) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 14a 1. Huwa pprojbit:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:
3. "Gass naturali" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness IVA. 4. Għall-finijiet ta' paragrafu 1, "tpartat" tfisser l-iskambju ta' flussi ta' gass naturali minn oriġini differenti.". |
(11) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 15a 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' grafit u ta' metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma elenkati fl-Anness VIIB, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani, jew għall-użu fl-Iran. 2. L-Anness VIIb għandu jinkludi l-grafit u metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, li huma rilevanti għal industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew li huma rilevanti għall-programm nukleari, militari jew tal-missili ballistiċi tal-Iran. 3. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-oġġetti elenkati fl-Annessi I, II u III. Artikolu 15b 1. Huwa pprojbit:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi I, II u III. Artikolu 15c Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 15a ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kuntratti konklużi qabel 22 ta’ Diċembru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.” |
(11) |
L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
Fl-Artikolu 25, il-punt (a)(ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(13) |
Fl-Artikolu 26(1), il-punt(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(14) |
L-Artikolu 28 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 28 B'deroga mill-Artikolu 23(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa:
bil-kundizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-awtorizzazzjoni.". |
(15) |
L-Artikolu 30 huwa sostitwit bl-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 30 1. Għandu jkun ipprojbit it-trasferiment ta' fondi bejn, min-naħa l-waħda, istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 49, u, min-naħa l-oħra:
sakemm dawn it-trasferimenti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2 u ġew ipproċessati skont il-paragrafu 3. 2. It-trasferimenti li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 3:
3. Trasferimenti ta' fondi li jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu pproċessati kif ġej:
4. Trasferimenti ta' fondi taħt l-EUR 10 000 jew ekwivalenti ma għandhom jeħtieġu l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika minn qabel. 5. In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu (a) sa (d) għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament. In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet relatati mat-trasferiment ta' fondi minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) sa (d) għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament. Jekk il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-notifiki u t-talbiet għal awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati, fil-każ ta' trasferiment lil entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) sa (d), minn min jitħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' paragrafu 1(a) u (d) minn min iħallas, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jirrisjedu, rispettivament, min iħallas jew min jitħallas 6. L-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom, fl-attivitajiet tagħhom mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) sa (d) u sabiex jimpedixxu l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jagħmlu viġilanza msaħħa skont kif ġej:
Artikolu 30a 1. It-trasferimenti ta' fondi lil u minn persuna, entità jew korp Iranjani li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 30(1) għandhom jiġu pproċessati kif ġej:
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni miċħuda f'intervalli ta' tliet xhur. 2. Trasferimenti ta' fondi taħt l-EUR 10 000 jew ekwivalenti ma għandhom jeħtieġu l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika minn qabel. 3. In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi għandhom jiġu pproċessati kif ġej:
Artikolu 30b 1. Meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skont l-Artikoli 24, 25, 26, 27, 28 jew 28a, l-Artikoli 30 u 30a ma għandhomx japplikaw. Ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferimenti ta' fondi kif previst fl-Artikoli 30(3)(b) u (c), għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tat-trasferimenti ta' fondi notifikati lil jew awtorizzati mill-awtorità kompetenti minn qabel qabel 22 ta’ Diċembru 2012. Tali trasferimenti ta' fondi għandhom isiru qabel il-15 ta' April 2013. L-Artikoli 30 u 30a ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi previsti fl-Artikolu 29. 2. L-Artikoli 30(3) u 30a(1) għandhom japplikaw indipendentement minn jekk it-trasferiment ta' fondi jkunx eżegwit f'operazzjoni waħda jew f'diversi operazzjonijiet li jidhru marbutin ma' xulxin. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "l-operazzjonijiet li jidhru marbutin ma' xulxin" jinkludu:
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 30(3)(b) u 30(3)(c) u l-Artikolu 30a(1)(c),, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni, skont tali termini u kundizzjonjiet li huma jqisu adatti, sakemm ma jkollhomx raġunijiet validi li jiddeterminaw li t-trasferiment ta' fondi li għalih intalbet l-awtorizzazzjoni jista' jikser xi waħda mill-projbizzjonijiet jew obbligi f'dan ir-Regolament. Awtorità kompetenti tista' titlob tariffa għall-valutazzjoni ta' talbiet għal awtorizzazzjoni. 4. Għall-finijiet tal-Artikolu 30a(1)(c), awtorizzazzjoni titqies li ngħatat jekk awtorità kompetenti tkun irċeviet talba bil-miktub għal awtorizzazzjoni, u fi żmien erba' ġimgħat, l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat bil-miktub għat-trasferiment ta' fondi. Jekk l-oġġezzjoni ssir minħabba li hemm investigazzjoni pendenti, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara dan u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom aċċess f'waqtu, direttament jew indirettament, għall-informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi, liema informazzjoni hija meħtieġa għat-twettiq tal-investigazzjoni. 5. Il-persuni, entitajiet jew korpi li ġejjin ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 30a:
|
(16) |
L-Artikolu 31 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 31 1. Fergħat u sussidjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 49, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji domiċiljati fl-Iran għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti bit-trasferimenti kollha ta' fondi mwettqa jew riċevuti minnhom, l-ismijiet tal-partijiet u l-ammont u d-data tat-tranżazzjoni, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li jkun twettaq jew ġie rċevut it-trasferiment ta' fondi kkonċernat. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli, in-notifika għandha tispeċifika n-natura tat-tranżazzjoni u, fejn ikun il-każ, in-natura tal-oġġetti koperti mit-tranżazzjoni u għandha, b'mod partikolari, tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mill-Anness I, II, III, IV, IVA, V, VI, VIA, VIB, VII, VIIA jew VIIB ta' dan ir-Regolament u, jekk l-esportazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, għandha tindika n-numru tal-liċenzja mogħtija. 2. Suġġett għall-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u skont dawn l-istess arranġamenti, l-awtoritajiet kompetenti nnotifikati għandhom mingħajr dewmien jittrażmettu l-informazzjoni dwar in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1, kif meħtieġ, sabiex jimpedixxu kwalunkwe tranżazzjoni li tista' tikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari ta' natura sensittiva fir-rigward tal-proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fejn il-kontropartijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet ikunu stabbiliti.". |
(17) |
L-Artikolu 32 huwa mħassar. |
(18) |
Fl-Artikoli 33 u 34 ir-referenzi għall-Artikolu 32(2) huma sostitwiti b'referenzi għall-Artikolu 30 (1). |
(19) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 37a 1. Huwa pprojbit il-forniment tas-servizzi li ġejjin fir-rigward ta' tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran jew li huma proprjetà ta', mikrija, jew operati, direttament jew indirettament, minn persuna, entità jew korp Iranjani:
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tapplika mill-15 ta' Jannar 2013. Artikolu 37b 1. Huwa pprojbit li jsiru disponibbli bastimenti mfassla għat-trasport jew għall-ħażna ta' żejt u prodotti petrokimiċi:
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti u mill-kuntratti anċillari msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 14(1)(b) u (c), dment li l-importazzjoni u t-trasport ta' żejt mhux maħdum, ta' prodotti petroliferi jew ta' prodotti petrokimiċi jkunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12(1) jew 14(1).” |
(20) |
L-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 41 Hija pprojbita l-parteċipazzjoni, bil-ħsieb u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jinkisru l-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2, 5(1), 8, 9, 10a, 10b, 10d, 10e, 11, 13, 14a, 15a, 15b, 17, 22, 23, 30, 30a, 34, 35, 37a jew 37b.". |
(21) |
Fl-Artikolu 43, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-awtorizzazzjoni. F'każ ta' theddida għall-ambjent u/jew għas-saħħa u għas-sigurtà tal-ħaddiema fl-Unjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti awtorizzazzjoni mingħajr notifika minn qabel u għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.". |
(22) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 43a 1. Permezz ta' deroga mill-Artikoli 8, 9, l-Artikolu 17(1) fir-rigward ta' persuna, entità jew korp Iranjani msemmija fl-Artikolu 17(2)(b), l-Artikolu 23(2) u (3) sakemm dawn jirreferu għal persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness IX, l-Artikoli 30 u 35, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jkun jidhrilhom adattati, l-attivitajiet relatati mal-esplorazzjoni jew l-esplojtazzjoni tal-idrokarburi fl-Unjoni, imwettqa skont liċenzja għal din l-esplorazzjoni jew l-esplojtazzjoni maħruġa minn Stat Membru lil persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IX, jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Id-deroga f'paragrafu 1 għandha tingħata biss għal perjodu bħal dan kif meħtieġ, u l-validità tagħha ma għandhiex taqbeż il-validità tal-liċenzja maħruġa lill-persuna, l-entità jew il-korp elenkati fl-Anness IX. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa surroga kuntrattwali jew dispożizzjoni ta' indennità, il-perjodu għall-validità tad-deroga ma għandux jaqbeż il-ħames snin. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li jkun bi ħsiebu jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-awtorizzazzjoni. F'każ ta' theddida għall-ambjent fl-Unjoni li teħtieġ azzjoni urġenti biex tkun evitata ħsara lill-ambjent, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti awtorizzazzjoni mingħajr notifika minn qabel u għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.". |
(23) |
Għandha tiżdied referenza għall-Artikolu 43a fit-Titolu tal-Anness X. |
(24) |
Fl-Artikolu 45, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(25) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(26) |
It-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness IVA. |
(27) |
It-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIA. |
(28) |
It-test stipulat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIB. |
(29) |
It-test stipulat fl-Anness V ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIIA. |
(30) |
It-test stipulat fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIIB. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(3) ĠU L 282, 16.10.2012, p. 58.
(4) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
ANNESS I
"ANNESS I
PARTI A
Oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2(1), (2) u (4), 3(3), 5(1), 6, 8(4), 17(2) u 31(1)
Dan l-Anness jinkludi l-oġġetti u t-teknoloġiji kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009, kif definiti fih, bl-eċċezzjoni ta' dawk speċifikati fil-parti A kif ukoll bl-eċċezzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' dawk speċifikati fil-Parti C.
|
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||||||
1. |
Sistemi u tagħmir "tas-sigurtà tal-informazzjoni" għall-użu finali għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet pubbliċi u l-għoti ta' servizz tal-internet jew għall-protezzjoni mill-operatur tan-network ta' dawn is-servizzi, inklużi komponenti neċessarji għall-operat, l-istallazzjoni (inkluża l-istallazzjon fuq il-post), il-manutenzjoni (iċċekkjar), it-tiswija, is-servizzi ta' tibdil u aġġornament relatati ma' dawk is-sistemi u tagħmir kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||
2. |
"Softwer" kif ġej, għall-użu finali għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet pubbliċi, il-forniment ta' servizzi tal-internet jew għall-protezzjoni mill-operatur tan-network ta' dawn is-servizzi:
|
||||||||||||||||||||||||
3. |
"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'1.a.1 jew ta' "softwer" speċifikat fi 2.a. jew 2.b.1 ta' din il-lista, għall-użu finali għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet pubbliċi, il-forniment tas-servizzi tal-internet jew għall-protezzjoni mill-operatur tan-network ta' dawn is-servizzi. |
PARTI B
L-Artikolu 6 japplika għall-oġġetti li ġejjin:
Element mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||||
0A001 |
"Reatturi Nukleari" u tagħmir u komponenti ddiżinjati jew ippreparati b'mod speċifiku għalihom, kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||
0C002 |
Uranju b'konċentrazzjoni baxxa kopert b'0C002 meta jkun inkorporat f'elementi ta' karburanti nukleari kkombinati |
PARTI C
Element mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||||||
5A002 |
Sistemi tas-"sigurtà tal-informazzjoni" u t-tagħmir u l-komponenti għalihom, kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||
5D002 |
"Softwer" kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||
5E002 |
"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'5A002.a.1 jew ta' "softwer" speċifikat f'5D002.a. jew 5D002.c.1 ta' din il-lista. ". |
ANNESS II
"ANNESS IVA
Il-prodotti msemmija fl-Artikoli 14a u 31(1)
Il-gass naturali u idrokarburi gassużi oħra
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
2709 00 10 |
Kondensati ta' gass naturali |
2711 11 00 |
Gass naturali - fi stat likwidu |
2711 21 00 |
Gass naturali - fi stat ta' gass |
2711 12 |
Propan |
2711 13 |
Butani |
2711 19 00 |
Oħrajn". |
ANNESS III
"ANNESS VIA
Tagħmir u teknoloġija ewlenin imsemmija fl-Artikoli 8, 10(1)(c), u 31(1)
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
|
– Kejsing, tubi u pajp għat-tħaffir, ta' tip użat fit-tħaffir għal żejt jew gass: |
7304 22 |
– Virga ta' perforazzjoni tal-istainless steel |
7304 23 |
– – Vireg oħrajn tal-perforazzjoni |
7304 24 |
– – Oħrajn, tal-istainless steel |
7304 29 |
– – Oħrajn |
ex ex 7305 |
Tubi u pajpijiet oħrajn (pereżempju, iwweldjati, irbattuti jew magħluqin b'mod simili), li għandhom trans-sezzjonijiet tondi, bid-dijametru ta' barra ikbar minn 406,4 mm, ta' ħadid jew azzar, b'kontenut tal-kromju ta' 1 % jew aktar u b'reżistenza għall-kesħa li tista' tinżel taħt -120°C |
|
– Pajp tal-linja ta' tip użat għal linji tal-pajpijiet għal żejt jew gass: |
7306 11 |
– – Iwweldjat, tal-istainless steel: |
7306 19 |
– – Oħrajn |
|
– Kejsing u tubi ta' tip użati fi tħaffir għal żejt jew gass: |
7306 21 00 |
– – Iwweldjat, tal-istainless steel Iwweldjat, tal-istainless steel |
7306 29 00 |
– – Oħrajn |
|
Kontenituri għal gass ikkompressat jew likwifikt, tal-ħadid jew tal-azzar: |
7311 00 99 |
– Oħrajn, li jesgħu 1 000 l jew aktar |
ex ex 7613 |
Kontenituri tal-aluminju għal gass ikkompressat jew likwifikat, li jesgħu 1 000 l jew aktar". |
ANNESS IV
"ANNESS VIB
Tagħmir u teknoloġija ewlenin imsemmija fl-Artikoli 10a, 10b, 10c u 31(1)
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
8406 10 00 |
Turbini tal-fwar għall-propulsjoni fil-baħar |
ex ex 8406 90 |
Partijiet ta' turbini tal-fwar għall-propulsjoni fil-baħar |
8407 21 |
Magni tal-propulsjoni fuq il-baħar, muturi tat-tip ta' fuq barra. |
ex ex 8407 29 |
Tipi oħra ta' magni tal-propulsjoni fuq il-baħar |
8408 10 |
Magni tal-propulsjoni fuq il-baħar |
ex ex 8409 91 00 |
Partijiet tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-magni tas-subintestaturi 8407 21 jew 8407 29 |
ex ex 8409 99 00 |
Partijiet tajbin biex jintużaw esklussivament jew prinċipalment ma' inġenji tas-subintestatura 8408 10 |
ex ex 8411 81 |
Turbini oħra tal-gass ta' forza li ma taqbiżx il-5 000 kW, għall- propulsjoni fuq il-baħar |
ex ex 8411 82 |
Turbini oħra tal-gass ta' forza li taqbeż il-5 000 kW, propulsjoni fuq il-baħar |
ex ex 8468 |
Makkinarju u apparat għall-issaldjar, l-ibbrejżjar jew l-iwweldjar, kemm jekk kapaċi jaqta' jew mhux, minbarra dawk fl-intestatura 8515 ; magni u tagħmir li jaħdmu bil-gass biex jittempraw il-wiċċ: |
ex ex 8483 |
Xaftijiet tat-trażmissjoni (inklużi kamxafts u krankxafts) u krankijiet; ilqugħ tal-berings u berings tax-xaft lixxi; gerijiet u settijiet ta' gerijiet; viti tal-boċċi jew tar-rombli; kaxex tal-gerijiet u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inklużi torque converters; volanti (flywheels) u tarjoli, inklużi blokok ta' tarjoli; klaċċijiet u couplings tax-xaftijeit (inklużi universal joints), maħsuba għall-propulsjoni ta' bastimenti bit-tunnellaġġ wieqaf massimu (fi scantling draught) ta' 55 000 dwt jew aktar |
8487 10 |
Skrejjen tal-vapuri jew id-dgħajjes u l-pali tagħhom |
ex ex 8515 |
Magni u apparat elettriku (inkluż gass imsaħħan bl-elettriku), bil-lejżer jew raġġi oħrajn ta' dawl jew ta' fotoni, ultrasoniċi, b'raġġi ta' elettroni, b'puls manjetiku jew ark ta' plażma ta' ssaldjar, ta' bbrejżjar jew ta' wweldjar, kemm jekk tajbin biex jaqtgħu kif ukoll jekk le; magni u apparat tal-elettriku għal sprejjar bis-sħana ta' metalli u ċermiti |
ex ex 9014 10 00 |
Boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni, esklussivament għall-industrija marittima |
ex ex 9014 80 00 |
Strumenti u tagħmir ieħor ta' navigazzjoni, esklussivament għall-industrija marittima |
ex ex 9014 90 00 |
Partijiet u aċċessorji tas-subintestaturi 9014 10 00 u 9014 80 00 , esklussivament għall-industrija marittima |
ex ex 9015 |
Strumenti u għodod għas-servejing (inkluż servejing fotogrammetriku), idrografiku, oċeanografiku, idroloġiku, metjoroloġiku jew ġeofiżiku, minbarra boxxli; telemetri, esklussivament għall-industrija marittima". |
ANNESS V
"ANNESS VIIA
Softwer għall-integrazzjoni tal-proċessi industrijali msemmija fl-Artikolu 10d, 10e, 10f u 31(1)
1. |
Softwer għall-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi, imfassal speċifikament għall-użu fl-industriji nukleari, militari, tal-gass, taż-żejt, navali, tal-avjazzjoni, finanzjarji u tal-kostruzzjoni. |
Nota ta' spjegazzjoni: Softwer għall-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi huwa softwer użat għall-kontabilità finanzjarja, il-kontabilità tal-ġestjoni, ir-riżorsi umani, il-manifattura, il-ġestjoni tal-katina tal-provvista, il-ġestjoni tal-proġetti, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijent, is-servizzi tad-data, jew il-kontroll tal-aċċess.".
ANNESS VI
"ANNESS VIIB
Grafit u metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma msemmija fl-Artikoli 15a, 15b, 15c u 31(1)
Nota ta' introduzzjoni: L-inklużjoni ta' oġġetti f'dan l-Anness hija mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli għall-oġġetti inklużi fl-Annessi I, II u III.
1. Grafit
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
2504 |
Grafit naturali |
3801 |
Grafit artifiċjali; grafit kollojdali jew semi-kollojdali; preparazzjonijiet ibbażati fuq grafit jew karbonju ieħor f'forma ta' pejsts, blokok, pjanċi jew semi-manifatturi oħrajn |
6815 10 |
Artikoli mhux tal-elettriku tal-grafit jew karbonju ieħor, inklużi fibri tal-karbonju |
6903 10 |
Storti, griġjoli, mufflers, żnienen, plaggs, sapports, cupels, tubi, pajpijiet, għantijiet, vireg u oġġetti refrattorji oħra taċ-ċeramika. Għajr dawk ta' pasti ta' fossili silikiċi jew ta' trab siliċjuż ieħor, li fihom, bil-piż, aktar minn 50% ta' grafit, jew karbonju ieħor jew ta' taħlita ta' dawn il-prodotti |
8545 |
Elettrodi tal-karbonju, pnieżel tal-karbonju, karbonji tal-lampi, karbonji tal-batteriji u artikoli oħra tal-grafit jew karbonju ieħor, bil-metall jew mingħajr metall, tat-tip użat għall-finijiet elettriċi |
2. Ħadid u Azzar
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
7201 |
Ħadid fondut grezz u spiegeleisen, f'forma ta' ingotti, blokok jew forom primarji oħrajn |
7202 |
Ligi tal-ħadid |
7203 |
Prodotti tal-ħadid magħmulin bit-tnaqqis dirett ta' minerali tal-ħadid u prodotti oħrajn ta' ħadid b'ħafna ħofor (spongy), f'għoqod, gerbub jew forom simili; ħadid b'purità minima bil-piż ta' 99,94 %, f'għoqod, gerbub jew forom simili |
7204 |
Skart u fdal ta' ħadid; tidwib mill-ġdid ta' lingotti ta' skart tal-ħadid jew tal-azzar |
7205 |
Granuli u trabijiet, tal-ħadid fondut grezz, spiegeleisen, ħadid jew azzar |
7206 |
Ħadid u azzar mhux liga f'lingotti jew f'forom oħrajn primarji |
7207 |
Prodotti nofshom maħduma tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga |
7218 |
Azzar inossidabbli f'lingotti jew f'forom oħrajn primarji; prodotti nofshom maħduma ta' azzar inossidabbli |
7224 |
Liga oħra tal-azzar f'lingotti jew f'forom oħrajn primarji; prodotti nofshom maħduma ta' liga oħra tal-azzar |
3. Ram u oġġetti derivati minnu
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
7401 00 00 |
Mattes tar-ram; ram tas-siment (ram ippreċipitat) |
7402 00 00 |
Ram mhux raffinat; anodi tar-ram għall-irfinar elettrolitiku |
7403 |
Ram raffinat u ligi tar-ram, mhux maħduma |
7404 00 |
Skart u fdalijiet tar-ram |
7405 00 00 |
Ligi prinċipali tar-ram |
7406 |
Trabijiet u qxur ta' ram |
7407 |
Staneg, vireg u profili tar-ram |
7410 |
Fojl tar-ram (kemm jekk stampat jew rinfurzat b'karta, kartun, plastiks jew materjal simili ta' rinforz kif ukoll jekk le) ta' ħxuna (eskluż kull rinforz) ta' mhux aktar minn 0,15 mm |
7413 00 00 |
Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, tar-ram, mhux iżolati għall-elettriku |
4. Nikil u oġġetti derivati minnu
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
7501 |
Mattes tan-nikil, ġebel (sinters) ta' ossidu tan-nikil u prodotti intermedji oħrajn ta' metallurġija tan-nikil |
7502 |
Nikil mhux maħdum |
7503 00 |
Skart u fdal tan-nikil |
7504 00 00 |
Trabijiet u qxur tan-nikil |
7505 |
Staneg, vireg, profili u wajer tan-nikil |
7506 |
Plakki, folji, strixxi u fojl tan-nikil |
7507 |
Tubi, pajpijiet u tagħmir ta' tubi jew pajpijiet (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves) tan-nikil |
5. Aluminju
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
7601 |
Aluminju mhux fondut |
7602 |
Skart u fdal tal-aluminju |
7603 |
Trabijiet u qxur tal-aluminju |
7605 |
Wajer tal-aluminju |
7606 |
Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm |
7609 00 00 |
Tagħmir għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves) |
7614 |
Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, tal-aluminju, mhux iżolati għall-elettriku |
6. Ċomb
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
7801 |
Ċomb mhux maħdum |
7802 00 00 |
Skart u fdalijiet taċ-ċomb |
7804 |
Pjanċi, folji, strixxi u fojl taċ-ċomb; trabijiet u laqx taċ-ċomb |
7. Żingu
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
7901 |
Żingu mhux maħdum |
7902 00 00 |
Skart u fdalijiet taż-żingu |
7903 |
Frak, trab jew laqx taż-żingu |
7904 00 00 |
Staneg, vireg, profili u wajer taż-żingu |
7905 00 00 |
Pjanċi, folji, strixxi u fojl taż-żingu |
8. Landa
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
8001 |
Landa mhux maħduma |
8002 00 00 |
Skart u fdal tal-landa |
8003 00 00 |
Staneg, vireg, profili u wajer tal-landa |
9. Metalli oħra ta' bażi, ċermeti u artikoli tagħhom
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
ex ex 8101 |
Tungstenu (wolfram) u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal, għajr anti-cathodes għal tubi tal-x-ray |
ex ex 8102 |
Molibdenu u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal, għajr artikoli ddisinjati speċifikament għall-użu fid-dentistrija |
ex ex 8103 |
Tantalu u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal, għajr strumenti tad-dentistrija u għodda kirurġiċi u artikoli ddisinjati b'mod speċjali għal finijiet ortopediċi u kirurġiċi |
8104 |
Magneżju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal |
8105 |
Mattes tal-kobalt u prodotti oħrajn intermedji ta' metallurġija tal-kobalt; kobalt u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal |
ex ex 8106 00 |
Biżmut u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal, għajr dak imħejji b'mod speċjali għat-tħejjija ta' komponenti kimiċi għall-użu farmaċewtiku |
8107 |
Kadmju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal |
8108 |
Titanju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal |
8109 |
Żirkonju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal |
8110 |
Antimonju u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal |
8111 00 |
Manganiż u oġġetti derivati minnu, inklużi skart u fdal |
ex ex 8112 |
Berillju, kromju, ġermanju, vanadju, gallju, ħafnju, indju, nijobju (kolombju), renju u tallju, oġġetti derivati minn dawn il-metalli, inklużi skart u fdal, għajr twieqi għal tubi tal-x-ray |
8113 00 |
Ċermeti u oġġetti derivati minnhom, inklużi skart u fdal". |
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/55 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1264/2012
tal-21 ta’ Diċembru 2012
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(2) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran, u f'konformità mad-Deċiżjoni 2012/829/PESK (2), għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet addizzjonali fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(3) |
Barra minn hekk, ċerti entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, filwaqt li l-entrati għal ċerti entitajiet għandhom jiġu emendati. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(2) Ara paġna 71 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
I. |
Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. "I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran Persuna
Entitajiet
|
II. |
L-entrati għall-entitajiet li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt. “B. Entitajiet
|
III. |
L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.
|
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/61 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1265/2012
tas-17 ta’ Diċembru 2012
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 fir-rigward attività minima ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 22594) bħala addittiv fl-għalf għat-tajr, il-ħnie nes miftuma, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa (id-dententur tal-awtorizzazzjoni huwa DSM Nutritional Products)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-użu ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 22594), li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”, ġie awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq tjur, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 837/2012. (2) |
(2) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona tibdil fil-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kkonċernata billi żied formulazzjoni solida ġdida b’attività minima ta’ 10 000 FYT/g. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dejta ta’ appoġġ rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa ‘l quddiem “l-Awtorità”). |
(3) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ Mejju 2012 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-formulazzjoni enżimika solida ġdida mhijiex mistennija li tintroduċi perikli li ma kinux tqiesu qabel lill-ispeċi, il-konsumaturi, l-utenti jew l-ambjent fil-mira u hija effikaċi fl-attività minima ta’ 10 000 FYT/g. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti. |
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 252, 19.9.2012, p. 7.
(3) The EFSA Journal 2012; 10(6):2730.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
4a18 |
DSM Nutritional Products |
6-fitażi (EC 3.1.3.26) |
|
Tjur Ħnieżer għat-tismin Ħnienes (miftuma) |
— |
500 FYT |
— |
|
fid-9 ta’ Ottubru 2022. |
||||||||||||||||||||||||
Ħnieżer nisa |
1 000 FYT |
(1) 1 FYT huwa l-ammont ta’ enżim li jirrilaxxa 1 μmol kull minuta ta’ fosfat mhux organiku mill-fitat f’kundizzjonijiet ta’ reazzjoni b’konċentrazzjoni ta’ fitat ta’ 5,0 mM b’pH ta’ 5,5 u 37 °C.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx’
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/63 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1266/2012
tal-21 ta’ Diċembru 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
56,9 |
MA |
79,5 |
|
TN |
111,9 |
|
TR |
123,6 |
|
ZZ |
93,0 |
|
0707 00 05 |
AL |
87,0 |
TR |
136,9 |
|
ZZ |
112,0 |
|
0709 93 10 |
MA |
110,2 |
TR |
137,7 |
|
ZZ |
124,0 |
|
0805 10 20 |
MA |
61,3 |
TR |
63,0 |
|
ZA |
51,2 |
|
ZZ |
58,5 |
|
0805 20 10 |
MA |
69,9 |
ZZ |
69,9 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
86,6 |
JM |
129,1 |
|
MA |
98,7 |
|
TR |
84,1 |
|
ZZ |
99,6 |
|
0805 50 10 |
TR |
79,2 |
ZZ |
79,2 |
|
0808 10 80 |
BA |
56,8 |
CA |
156,3 |
|
CN |
174,8 |
|
MK |
40,0 |
|
US |
132,7 |
|
ZA |
123,7 |
|
ZZ |
114,4 |
|
0808 30 90 |
CN |
72,9 |
TR |
135,1 |
|
US |
182,0 |
|
ZZ |
130,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/65 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1267/2012
tal-21 ta’ Diċembru 2012
li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati. |
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda. |
(5) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Jannar 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.
ANNESS I
Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013
Kodiċi NM |
Isem tal-merkanzija |
Dazju għall-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 19 00 1001 11 00 |
QAMĦ durum ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
ex 1001 91 20 |
QAMĦ komuni, għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 99 00 |
QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ |
0,00 |
1002 10 00 1002 90 00 |
SEGALA |
0,00 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi |
0,00 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2) |
0,00 |
1007 10 90 1007 90 00 |
SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ |
0,00 |
(1) L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:
— |
3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez, |
— |
2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.
ANNESS II
Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I
14.12.2012-20.12.2012
(1) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(2) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(2) Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(3) Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
DIRETTIVI
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/68 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/52/UE
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li tistabbilixxi miżuri li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent ta' preskrizzjonijiet mediċi maħruġa fi Stat Membru ieħor
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (1), u b’mod partikolari il-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 11(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2011/24/UE, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tadotta miżuri biex tiffaċilita r-rikonoxximent ta' preskrizzjonijiet mediċi maħruġa fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn jingħataw il-preskrizzjonijiet. |
(2) |
Skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2011/24/UE, il-Kummissjoni għandha tadotta lista mhux eżawrjenti ta' elementi li għandhom jiġu inklużi f'dawk il-preskrizzjonijiet. Dik il-lista għandha tippermetti lill-professjonisti tas-saħħa li qed jagħtu l-prodott mediku li jivverfikaw l-awtentiċità tagħha u jekk din kinitx inħarġet minn membru ta' professjoni regolata tas-saħħa li huwa legalment intitolat li jagħmel dan. |
(3) |
L-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-preskrizzjonijiet għandhom jiffaċilitaw l-identifikazzjoni korretta ta' prodotti mediċinali jew apparat mediku kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2011/24/UE. |
(4) |
Il-prodotti mediċinali għandhom għalhekk jiġu indikati billi jintuża l-isem komuni sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni korretta ta' prodotti li huma mqiegħda fis-suq taħt ismijiet ta’ marki differenti madwar l-Unjoni u ta' prodotti li mhumiex kummerċjalizzati fl-Istati Membri kollha. Dak l-isem komuni li għandu jintuża għandu jkun jew l-isem internazzjonali mhux proprjetarju rrikmandat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, jew, jekk it-tali isem ma jeżistix, l-isem komuni tas-soltu. B’kuntrast, l-isem tal-marka ta' prodott mediċinali għandu jiġi użat biss biex jiżgura identifikazzjoni ċara ta' prodotti bijoloġiċi mediċinali kif hemm iddefinit fil-punt 3.2.1.1.(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju relatat ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (2), minħabba l-karatteristiċi speċjali ta' dawn il-prodotti, jew ta' prodotti mediċinali oħra f'każijiet fejn il-professjonisti tal-preskrizzjoni jqiesu li huwa medikament meħtieġ. |
(5) |
L-apparati mediċi ma jkollhomx l-istess ismijiet bħall-prodotti mediċinali. Għalhekk il-preskrizzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji ta' kuntatt dirett ta' dak li jippreskrivi li jippermettu lill-professjonista li se jagħti l-apparat preskritt, biex, fejn meħtieġ, jistaqsi dwar l-apparat mediku preskritt u jidentifikah b’mod korrett. |
(6) |
Il-lista mhux eżawrjenti ta' elementi li jidhru fuq il-preskrizzjonijiet għandha tiffaċilita l-intelliġibbiltà tal-informazzjoni lill-pazjenti dwar il-preskrizzjoni u l-istruzzjonijiet inklużi dwar l-użu tal-prodott, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2011/24/UE. Il-Kummissjoni se tirrevedi regolarment is-sitwazzjoni sabiex tivvaluta jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali sabiex tgħin lill-pazjenti jifhmu l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-prodott. |
(7) |
Sabiex jippermettu lill-pazjenti jitolbu preskrizzjonijiet xierqa, huwa importanti li l-punti ta' kuntatt nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/24/UE jipprovdu t-tagħrif adegwat lill-pazjenti dwar il-kontenut u l-iskop tal-lista mhux eżawrjenti ta' elementi li għandhom jidhru f 'dawk il-preskrizzjonijiet. |
(8) |
Peress li l-impatt ġenerali tal-kura tas-saħħa transkonfinali hija limitata, il-lista mhux eżawrjenti tal-elementi għandha tapplika biss għal preskrizzjonijiet maħsuba biex jintużaw fi Stat Membru ieħor. |
(9) |
Kif il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' preskrizzjonijiet joħroġ mill-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli japplikaw il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku lil preskrizzjonijiet li ma fihomx l-elementi stabbiliti fil-lista mhux eżawrjenti. Fl-istess ħin, f'din id-Direttiva xejn ma jipprevjeni lill-Istati Membri milli jipprovdu li l-preskrizzjonijiet abbozzati fuq it-territorju tagħhom, bil-ħsieb li jintużaw fi Stat Membru ieħor, ikun fihom elementi addizzjonali li huma stipulati fir-regoli applikabbli fit-territorju tagħhom, sakemm dawn ir-regoli ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/24/KE |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni uniformi tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2011/24/UE dwar ir-rikonoxximent ta' preskrizzjonijiet mediċi maħruġa fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tapplika għal preskrizzjonijiet, kif iddefiniti fil-punt (k) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE, li jinħarġu fuq talba ta' pazjent li bi ħsiebu jużahom fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
Kontenut tal-preskrizzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preskrizzjonijiet jiġbru fihom minn tal-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
Rekwiżiti tal-informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta' kuntatt nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/24/UE jgħarraf lill-pazjenti dwar l-elementi li għandhom jiġu inklużi, skont din id-Direttiva, f'preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn jingħataw.
Artikolu 5
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-25 ta' Ottubru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45-65.
(2) ĠU L 311, 28.11.2001, p 67.
ANNESS
Lista mhux eżawrjenti ta' elementi li għandhom jiġu inklużi fil-preskrizzjonijiet mediċi
L-intestaturi li jidhru b'tipa grassa f’dan l-Anness mhumiex meħtieġa li jkunu inklużi fil-preskrizzjonijiet
L-Identifikazzjoni tal-pazjent
Kunjom(ijiet)
L-ewwel isem/ismiijiet (miktub sħiħ, jiġifieri mhux inizjali)
Data tat-Twelid
L-awtentikazzjoni tal-preskrizzjoni
Data tal-ħruġ
L-identifikazzjoni tal-professjonist tas-saħħa li joħroġ il-preskrizzjoni
Kunjom(ijiet)
L-ewwel isem/ismijiet (miktub sħiħ, jiġifieri mhux inizjali)
Kwalifika professjonali
Dettalji għall-kuntatt dirett (imejl u telefown jew faks, dawn it-tnejn tal-aħħar mal-prefiss internazzjonali)
L-indirizz tax-xogħol (inkluż l-isem tal-Istat Membru rilevanti)
Firma (bil-miktub jew diġitali, skont il-mezz magħżul biex toħroġ il-preskrizzjoni)
Identifikazzjoni tal-prodott preskritt, fejn applikabbli
L-isem komuni kif iddefinit mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju relatat mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem
L-isem tal-marka jekk:
(a) |
il-prodott preskritt hu prodott mediċinali bijoloġiku, kif iddefinit fil-punt 3.2.1.1.(b) tal-Anness I (Parti I) tad-Direttiva 2001/83; jew |
(b) |
il-professjonist tas-saħħa li joħroġ il-preskrizzjoni jqis li hu medikament meħtieġ; f’dak il-każ il-preskrizzjoni għandha fil-qosor tiddikjara r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-isem tal-marka |
Formulazzjoni farmaċewtika (pillola, soluzzjoni, eċċ.)
Kwantità
Qawwa, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE;
L-iskeda tad-dożaġġ
DEĊIŻJONIJIET
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/829/PESK
tal-21 ta' Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1). |
(2) |
Għandha tiddaħħal dispożizzjoni rigward monitoraġġ imsaħħaħ fuq l-attivitajiet kollha tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(3) |
Barra minn hekk, għandha tiġi emendata wkoll dispożizzjoni fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(4) |
Barra minn hekk, persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitatjiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, ċerti entitajiet għandhom jitneħħew minn dik il-lista u l-entrati dwar ċerti entitajiet għandhom jiġu emendati. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 10 jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom mal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fil-paragrafu 1, li:
|
(2) |
L-Artikolu 20(1)(b) jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS
I. |
Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. "I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovu appoġġ lill-Gvern tal-Iran Persuna
Entitajiet
|
II. |
L-entrati għall-entitajiet li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt. “B. B. Entitajiet
|
III. |
L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
|
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/78 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Diċembru 2012
dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8967)
(It-testi bl-ilsien Bulgaru, Daniż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)
(2012/830/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fuq il-bażi tat-talbiet għall-kofinanzjament tal-Unjoni li saru mill-Istati Membri fil-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2012, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/294/UE tal-25 ta’ Mejju 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2012 (2), li ma utilizzatx parti mill-baġit disponibbli tal-2012. |
(2) |
Dik il-parti mhux utilizzata tal-baġit tal-2012 issa għandha tiġi allokata permezz ta’ Deċiżjoni ġdida. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ġew mitluba jissottomettu l-programmi relatati mal-finanzjament addizzjonali fl-oqsma ta’ prijorità ddefiniti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha lill-Istati Membri tal-25 ta’ April 2012, jiġifieri proġetti li jimmiraw lejn titjib fis-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru kif identifikat b’mod konġunt mill-Istat Membru u mill-Kummissjoni, il-kejl tal-qawwa tal-magna, u t-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd. Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-operaturi u/jew mill-Istati Membri li jwettqu investimenti fi proġetti ta’ traċċabbiltà ġew iddefiniti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-14 ta’ Mejju 2012. |
(4) |
Fuq dik il-bażi u minħabba restrizzjonijiet baġitarji, talbiet fil-programmi għal finanzjament tal-Unjoni relatati ma’ azzjonijiet bħal proġetti pilota, il-bini jew l-immodernizzar ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tas-sorveljanza, u dawk il-proġetti ta’ taħriġ li ma jkollhom l-ebda rabta ma’ titjib li għandu jsir fis-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri ġew irrifjutati peress li ma kinux parti mill-oqsma ta’ prijorità ddefiniti hawn fuq. Fi ħdan l-oqsma ta’ prijorità indikati mill-Kummissjoni, minħabba restrizzjonijiet baġitarji, mhux il-proġetti kollha fil-programmi setgħu jinżammu. Il-Kummissjoni kellha tagħżel il-proġetti li għandhom jiġu kkofinanzjati fuq il-bażi tat-titjib li jsir fis-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri u tar-rekwiżiti ddefiniti mill-Kummissjoni għat-traċċabbiltà. L-applikazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament tal-Unjoni. |
(5) |
Fir-rigward tal-proġetti ta’ traċċabbiltà, huwa importanti li jiġi żgurat li dawn jiġu żviluppati fuq il-bażi ta’ standards rikonoxxuti internazzjonalment, kif meħtieġ mill-Artikolu 67(8) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (3). |
(6) |
L-applikazzjonijiet għall-finanzjament tal-Unjoni ġew ivvalutati fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (4). |
(7) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-proġetti li l-ispiża tagħhom ma taqbiżx l-EUR 40 000 eskluża l-VAT, u żammet dawk li għalihom huwa ġġustifikat li jingħatalhom kofinanzjament tal-Unjoni fid-dawl tat-titjib li x’aktarx li jġibu magħhom fis-sistema ta’ kontroll tal-Istati Membri applikanti. |
(8) |
Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni jiġu ffissati fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata din il-kontribuzzjoni. |
(9) |
Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet ta’ prijorità ddefiniti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. |
(10) |
Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni, il-proġetti kofinanzjati abbażi ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi ma’ kull dispożizzjoni rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, b’mod partikolari mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistipula kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2012 fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata din il-kontribuzzjoni.
Artikolu 2
Għeluq tal-impenji pendenti
Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2016. Il-pagamenti li jsiru minn Stat Membru wara dik id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017.
Artikolu 3
Teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, għall-istallazzjoni ta’ teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda għal finijiet ta’ ġbir u ġestjoni effiċjenti u siguri ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Fir-rigward tal-proġetti ta’ traċċabbiltà, il-kontribuzzjoni tal-UE għandha tkun limitata għal EUR 1 000 000 fil-każ ta’ investimenti mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru, u għal EUR 250 000 fil-każ ta’ investimenti privati. L-għadd totali ta’ proġetti ta’ traċċabbiltà mwettqa minn operaturi privati għandu jkun limitat għal 8 għal kull Stat Membru u għal kull deċiżjoni ta’ finanzjament.
3. Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2, il-proġetti kollha kofinanzjati skont din id-Deċiżjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (5) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
Artikolu 4
Tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, għax-xiri u l-istallazzjoni abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jippermetti li l-bastimenti jiġu mmonitorjati minn distanza minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 2 500 għal kull bastiment.
3. Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
Artikolu 5
Sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri u l-istallazzjoni kif ukoll l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS), sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 6
Tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-istallazzjoni ta’ tagħmir ERS abbord ta’ bastimenti tas-sajd u li jippermetti lill-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw b’mod elettroniku dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment, bla ħsara għall-paragrafu 4.
3. Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, it-tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
4. Fil-każ ta’ tagħmir li jgħaqqad funzjonijiet ERS u VMS u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz b’limitu ta’ EUR 4 500 għal kull bastiment.
Artikolu 7
Kontribuzzjoni totali massima tal-Unjoni għal kull Stat Membru
In-nefqa ppjanata, is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għal kull Stat Membru huma kif ġej:
(EUR) |
|||
Stat Membru |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
Il-Belġju |
194 250 |
94 250 |
84 825 |
Il-Bulgarija |
30 678 |
30 678 |
27 610 |
Id-Danimarka |
5 055 113 |
3 522 171 |
2 941 347 |
Il-Ġermanja |
4 511 100 |
425 000 |
382 500 |
L-Irlanda |
52 005 000 |
1 000 000 |
900 000 |
Il-Greċja |
1 246 750 |
1 246 750 |
1 122 075 |
Spanja |
10 528 653 |
7 029 087 |
6 326 179 |
Franza |
4 815 437 |
3 349 587 |
3 014 628 |
L-Italja |
9 299 000 |
2 880 000 |
2 592 000 |
Il-Latvja |
76 355 |
76 355 |
68 719 |
Il-Litwanja |
150 462 |
150 462 |
135 416 |
Malta |
1 098 060 |
951 860 |
856 674 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
2 639 439 |
250 000 |
225 000 |
L-Awstrija |
409 102 |
128 179 |
115 361 |
Il-Polonja |
4 771 695 |
1 516 741 |
1 365 067 |
Il-Portugall |
2 013 500 |
1 863 500 |
1 677 150 |
Il-Finlandja |
2 560 000 |
2 280 000 |
2 052 000 |
L-Isvezja |
2 980 000 |
2 900 000 |
2 610 000 |
Ir-Renju Unit |
1 284 738 |
545 284 |
490 755 |
Total |
105 669 332 |
30 239 904 |
26 987 307 |
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 150, 9.6.2012, p. 86.
(3) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.
(4) ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.
(5) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
ANNESS I
TEKNOLOĠIJI U NETWERKS TAL-IT ĠODDA
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
Il-Belġju: |
|||
BE/12/08 |
30 000 |
30 000 |
27 000 |
BE/12/09 |
4 250 |
4 250 |
3 825 |
BE/12/10 |
100 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
134 250 |
34 250 |
30 825 |
Il-Bulgarija: |
|||
BG/12/02 |
30 678 |
30 678 |
27 610 |
Subtotal |
30 678 |
30 678 |
27 610 |
Id-Danimarka: |
|||
DK/12/20 |
336 419 |
0 |
0 |
DK/12/22 |
269 136 |
0 |
0 |
DK/12/23 |
538 271 |
0 |
0 |
DK/12/24 |
134 568 |
134 568 |
121 111 |
DK/12/25 |
95 637 |
0 |
0 |
DK/12/26 |
158 911 |
0 |
0 |
DK/12/27 |
275 864 |
275 864 |
248 278 |
DK/12/28 |
272 500 |
272 500 |
245 250 |
DK/12/29 |
281 265 |
281 265 |
250 000 |
DK/12/30 |
282 592 |
282 592 |
250 000 |
DK/12/31 |
280 439 |
280 439 |
250 000 |
DK/12/32 |
296 049 |
296 049 |
250 000 |
DK/12/33 |
262 407 |
262 407 |
235 870 |
DK/12/34 |
269 136 |
269 136 |
242 222 |
DK/12/35 |
22 000 |
22 000 |
19 800 |
DK/12/36 |
405 000 |
405 000 |
250 000 |
DK/12/37 |
375 000 |
375 000 |
250 000 |
DK/12/38 |
163 500 |
163 500 |
147 150 |
Subtotal |
4 718 694 |
3 320 319 |
2 759 681 |
Il-Ġermanja: |
|||
DE/12/23 |
400 000 |
400 000 |
360 000 |
DE/12/24 |
165 000 |
0 |
0 |
DE/12/25 |
250 000 |
0 |
0 |
DE/12/27 |
358 000 |
0 |
0 |
DE/12/28 |
110 000 |
0 |
0 |
DE/12/29 |
350 000 |
0 |
0 |
DE/12/30 |
95 000 |
0 |
0 |
DE/12/31 |
443 100 |
0 |
0 |
DE/12/32 |
650 000 |
0 |
0 |
DE/12/33 |
970 000 |
0 |
0 |
DE/12/34 |
275 000 |
0 |
0 |
DE/12/35 |
420 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
4 486 100 |
400 000 |
360 000 |
L-Irlanda: |
|||
IE/12/06 |
20 000 |
0 |
0 |
IE/12/08 |
70 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
90 000 |
0 |
0 |
Il-Greċja: |
|||
EL/12/11 |
180 000 |
180 000 |
162 000 |
EL/12/12 |
750 000 |
750 000 |
675 000 |
EL/12/13 |
180 000 |
180 000 |
162 000 |
EL/12/14 |
26 750 |
26 750 |
24 075 |
EL/12/15 |
110 000 |
110 000 |
99 000 |
Subtotal |
1 246 750 |
1 246 750 |
1 122 075 |
Spanja: |
|||
ES/12/02 |
939 263 |
939 263 |
845 336 |
ES/12/03 |
974 727 |
974 727 |
877 255 |
ES/12/05 |
795 882 |
795 883 |
716 294 |
ES/12/06 |
759 305 |
759 305 |
683 375 |
ES/12/08 |
163 250 |
163 250 |
146 925 |
ES/12/09 |
72 000 |
72 000 |
64 800 |
ES/12/10 |
100 000 |
100 000 |
90 000 |
ES/12/11 |
379 000 |
379 000 |
341 100 |
ES/12/12 |
490 000 |
490 000 |
441 000 |
ES/12/13 |
150 000 |
150 000 |
135 000 |
ES/12/15 |
150 000 |
0 |
0 |
ES/12/18 |
54 000 |
54 000 |
48 600 |
ES/12/19 |
290 440 |
290 440 |
261 396 |
ES/12/21 |
17 500 |
17 500 |
15 750 |
ES/12/22 |
681 000 |
0 |
0 |
ES/12/23 |
372 880 |
372 880 |
335 592 |
ES/12/24 |
415 254 |
0 |
0 |
Subtotal |
6 804 501 |
5 558 247 |
5 002 423 |
Franza: |
|||
FR/12/08 |
777 600 |
777 600 |
699 840 |
FR/12/09 |
870 730 |
870 730 |
783 656 |
FR/12/10 |
229 766 |
229 766 |
206 789 |
FR/12/11 |
277 395 |
277 395 |
249 656 |
FR/12/12 |
230 363 |
230 363 |
207 327 |
FR/12/13 |
197 403 |
197 403 |
177 663 |
FR/12/14 |
450 000 |
450 000 |
405 000 |
FR/12/15 |
211 500 |
0 |
0 |
FR/12/16 |
274 330 |
274 330 |
246 897 |
FR/12/17 |
254 350 |
0 |
0 |
Subtotal |
3 773 437 |
3 307 587 |
2 976 828 |
L-Italja: |
|||
IT/12/13 |
135 000 |
135 000 |
121 500 |
IT/12/15 |
125 000 |
125 000 |
112 500 |
IT/12/16 |
irrevokata |
0 |
0 |
IT/12/17 |
250 000 |
250 000 |
225 000 |
IT/12/18 |
250 000 |
0 |
0 |
IT/12/19 |
630 000 |
630 000 |
567 000 |
IT/12/21 |
1 500 000 |
1 500 000 |
1 350 000 |
IT/12/22 |
311 000 |
0 |
0 |
IT/12/23 |
38 000 |
0 |
0 |
IT/12/24 |
1 900 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
5 139 000 |
2 640 000 |
2 376 000 |
Il-Latvja: |
|||
LV/12/02 |
6 732 |
6 732 |
6 058 |
LV/12/03 |
58 350 |
58 350 |
52 515 |
Subtotal |
65 082 |
65 082 |
58 573 |
Il-Litwanja: |
|||
LT/12/04 |
150 462 |
150 462 |
135 416 |
Subtotal |
150 462 |
150 462 |
135 416 |
Malta: |
|||
MT/12/04 |
30 000 |
30 000 |
27 000 |
MT/12/07 |
261 860 |
261 860 |
235 674 |
Subtotal |
291 860 |
291 860 |
262 674 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi: |
|||
NL/12/07 |
250 000 |
250 000 |
225 000 |
NL/12/08 |
278 172 |
0 |
0 |
NL/12/09 |
277 862 |
0 |
0 |
NL/12/10 |
286 364 |
0 |
0 |
NL/12/11 |
276 984 |
0 |
0 |
NL/12/12 |
129 398 |
0 |
0 |
NL/12/13 |
129 500 |
0 |
0 |
NL/12/14 |
200 000 |
0 |
0 |
NL/12/15 |
230 000 |
0 |
0 |
NL/12/16 |
136 329 |
0 |
0 |
NL/12/17 |
19 300 |
0 |
0 |
NL/12/18 |
36 120 |
0 |
0 |
NL/12/19 |
89 860 |
0 |
0 |
NL/12/20 |
299 550 |
0 |
0 |
Subtotal |
2 639 439 |
250 000 |
225 000 |
L-Awstrija: |
|||
AT/12/01 |
128 179 |
128 179 |
115 361 |
AT/12/02 |
280 923 |
0 |
0 |
Subtotal |
409 102 |
128 179 |
115 361 |
Il-Polonja: |
|||
PL/12/08 |
103 936 |
0 |
0 |
PL/12/10 |
41 028 |
0 |
0 |
PL/12/11 |
15 955 |
0 |
0 |
PL/12/07 |
40 500 |
0 |
0 |
PL/12/08 |
1 000 000 |
1 000 000 |
900 000 |
PL/12/09 |
172 600 |
0 |
0 |
PL/12/10 |
1 505 000 |
0 |
0 |
PL/12/11 |
208 760 |
0 |
0 |
PL/12/12 |
227 350 |
0 |
0 |
PL/12/13 |
240 300 |
0 |
0 |
PL/12/14 |
323 000 |
323 000 |
290 700 |
PL/12/15 |
181 000 |
0 |
0 |
PL/12/16 |
416 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
4 475 429 |
1 323 000 |
1 190 700 |
Il-Portugall: |
|||
PT/12/08 |
25 000 |
25 000 |
22 500 |
PT/12/10 |
105 000 |
150 000 |
135 000 |
PT/12/11 |
150 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
325 000 |
175 000 |
157 500 |
Il-Finlandja: |
|||
FI/12/11 |
1 000 000 |
1 000 000 |
900 000 |
FI/12/12 |
1 000 000 |
1 000 000 |
900 000 |
FI/12/13 |
280 000 |
280 000 |
252 000 |
FI/12/14 |
280 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
2 560 000 |
2 280 000 |
2 052 000 |
L-Isvezja: |
|||
SE/12/07 |
850 000 |
850 000 |
765 000 |
SE/12/08 |
750 000 |
750 000 |
675 000 |
SE/12/09 |
300 000 |
300 000 |
270 000 |
SE/12/10 |
1 000 000 |
1 000 000 |
900 000 |
SE/10/11 |
80 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
2 980 000 |
2 900 000 |
2 610 000 |
Ir-Renju Unit: |
|||
UK/12/51 |
122 219 |
122 219 |
109 997 |
UK/12/52 |
564 086 |
0 |
0 |
UK/12/54 |
50 141 |
50 141 |
45 127 |
UK/12/55 |
43 873 |
43 873 |
39 486 |
UK/12/56 |
122 219 |
122 219 |
109 997 |
UK/12/73 |
12 535 |
12 535 |
11 282 |
UK/12/74 |
162 958 |
162 958 |
146 662 |
Subtotal |
1 078 032 |
513 945 |
462 551 |
Total |
41 397 816 |
24 615 360 |
21 925 217 |
ANNESS II
TAGĦMIR GĦAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
Il-Ġermanja: |
|||
DE/12/22 |
25 000 |
25 000 |
22 500 |
Subtotal |
25 000 |
25 000 |
22 500 |
Spanja: |
|||
ES/12/17 |
1 256 340 |
0 |
0 |
ES/12/20 |
326 124 |
0 |
0 |
Subtotal |
1 582 464 |
0 |
0 |
L-Italja: |
|||
IT/12/12 |
240 000 |
240 000 |
216 000 |
IT/12/14 |
130 000 |
0 |
0 |
IT/12/20 |
3 400 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
3 770 000 |
240 000 |
216 000 |
Malta: |
|||
MT/12/03 |
146 200 |
0 |
0 |
MT/12/05 |
400 000 |
400 000 |
360 000 |
Subtotal |
546 200 |
400 000 |
360 000 |
Total |
5 923 664 |
665 000 |
598 500 |
ANNESS III
SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
Il-Belġju: |
|||
BE/12/07 |
60 000 |
60 000 |
54 000 |
Subtotal |
60 000 |
60 000 |
54 000 |
Id-Danimarka: |
|||
DK/12/19 |
201 852 |
201 852 |
181 666 |
DK/12/21 |
134 567 |
0 |
0 |
Subtotal |
336 419 |
201 852 |
181 666 |
L-Irlanda: |
|||
IE/12/05 |
1 000 000 |
1 000 000 |
900 000 |
Subtotal |
1 000 000 |
1 000 000 |
900 000 |
Spanja: |
|||
ES/12/14 |
1 207 352 |
1 207 352 |
1 086 617 |
ES/12/25 |
263 488 |
263 488 |
237 139 |
Subtotal |
1 470 840 |
1 470 840 |
1 323 756 |
Franza: |
|||
FR/12/18 |
42 000 |
42 000 |
37 800 |
Subtotal |
42 000 |
42 000 |
37 800 |
Il-Latvja: |
|||
LT/12/01 |
11 273 |
11 273 |
10 146 |
Subtotal |
11 273 |
11 273 |
10 146 |
Malta: |
|||
MT/12/06 |
260 000 |
260 000 |
234 000 |
Subtotal |
260 000 |
260 000 |
234 000 |
Il-Polonja: |
|||
PL/12/03 |
170 948 |
170 948 |
153 853 |
PL/12/05 |
22 793 |
22 793 |
20 514 |
Subtotal |
193 741 |
193 741 |
174 367 |
Il-Portugall: |
|||
PT/12/09 |
75 000 |
75 000 |
67 500 |
Subtotal |
75 000 |
75 000 |
67 500 |
Total |
3 449 274 |
3 314 706 |
2 983 235 |
ANNESS IV
TAGĦMIR ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR
(EUR) |
|||
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
Il-Portugall: |
|||
PT/12/07 |
1 613 500 |
1 613 500 |
1 452 150 |
Total |
1 613 500 |
1 613 500 |
1 452 150 |
ANNESS V
PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U SKAMBJU
(EUR) |
|||
Stat Membruu kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
L-Irlanda: |
|||
IE/12/07 |
15 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
15 000 |
0 |
0 |
Spanja: |
|||
ES/12/16 |
40 000 |
0 |
0 |
Subtotal |
40 000 |
0 |
0 |
Ir-Renju Unit: |
|||
UK/12/58 |
2 507 |
0 |
0 |
UK/12/59 |
14 416 |
0 |
0 |
UK/12/60 |
1 253 |
0 |
0 |
UK/12/61 |
877 |
0 |
0 |
UK/12/62 |
2 507 |
0 |
0 |
UK/12/63 |
3 384 |
0 |
0 |
UK/12/64 |
11 282 |
0 |
0 |
UK/12/65 |
17 549 |
0 |
0 |
UK/12/66 |
11 282 |
0 |
0 |
UK/12/67 |
9 401 |
9 401 |
8 461 |
UK/12/68 |
9 401 |
0 |
0 |
UK/12/69 |
11 281 |
0 |
0 |
UK/12/70 |
9 401 |
9 401 |
8 461 |
UK/12/71 |
9 401 |
0 |
0 |
UK/12/72 |
12 535 |
12 536 |
11 282 |
Subtotal |
144 030 |
31 338 |
28 204 |
Total |
199 030 |
31 338 |
28 204 |
ANNESS VI
AMMONTI MARBUTA MA’ PROĠETTI PILOTA U GĦALL-AKKWIST JEW L-IMMODERNIZZAR TA’ BASTIMENTI U INĠENJI TAL-AJRU TAS-SORVELJANZA LI ĠEW IRRIFJUTATI
(EUR) |
|||
Tip ta’ nefqa |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
Proġetti pilota |
|||
Subtotal |
693 523 |
0 |
0 |
0 |
0 |
||
Bastimenti u inġenji tal-ajru tas-sorveljanza |
|||
Subtotal |
52 392 525 |
0 |
0 |
Total |
53 086 048 |
0 |
0 |
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li tawtorizza lil Spanja tissospendi temporanjament l-applikazzjoni tal-Artikoli minn 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni fir-rigward tal-ħaddiema mir-Rumanija
(2012/831/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7 tal-Anness VII, il-Parti 1. “Moviment Liberu ta’ Persuni”, tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba minn Spanja tat-13 ta’ Diċembru 2012,
Billi:
(1) |
Spanja ilha tapplika b’mod totali l-applikazzjoni tal-Artikoli minn 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (2) għaċ-ċittadini tar-Rumanija mill-1 ta’ Jannar 2009 meta nnotifikat lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2011, b’referenza għat-taqlib serju fis-suq tax-xogħol Spanjol, skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 7 tal-Anness VII, il-Parti 1 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Att tal-Adeżjoni tal-2005”), li kienet iddeċidiet dakinhar li terġa’ ddaħħal restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-ħaddiema Rumeni. Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 kien kodifikat u sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (3), li daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2011. |
(2) |
Bi tweġiba għal talba minn Spanja fit-28 ta’ Lulju 2011 lill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7 tal-Anness VII, il-Parti 1 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 biex tiddikjara li l-Artikoli minn 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 ikunu kompletament sospiżi għall-ħaddiema Rumeni fi Spanja kollha u fis-setturi kollha, il-Kummissjoni awtorizzat lil Spanja bid-Deċiżjoni 2011/503/UE (4) biex tillimita l-aċċess ħieles taċ-ċittadini Rumeni fis-suq tax-xogħol Spanjol sal-31 ta’ Diċembru 2012, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet. Din id-Deċiżjoni daħlet fis-seħħ fit-12 ta’ Awwissu 2011. |
(3) |
Spanja talbet lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Diċembru 2012 biex testendi s-sospensjoni tal-Artikoli minn 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 fir-rigward tal-ħaddiema Rumeni sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
(4) |
Spanja tiġġustifika t-talba tagħha bil-fatt li ż-żewġ raġunijiet li jsostnu d-Deċiżjoni 2011/503/UE jibqgħu: it-taqlib serju tas-suq tax-xogħol Spanjol, li jaffettwa r-reġjuni u s-setturi kollha; u s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol taċ-ċittadini Rumeni residenti fi Spanja kif ukoll ir-riskju li l-influss mingħajr limiti tal-ħaddiema Rumeni jżid il-pressjoni fis-suq tax-xogħol Spanjol. |
(5) |
Spanja tipprovdi evidenza statistika li tindika li s-sitwazzjoni ekonomika u tas-suq tax-xogħol kompliet tiggrava sa nofs l-2011, u dan wassal għal livelli rekord fil-qgħad u l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u li l-previżjonijiet ekonomiċi juru tnaqqis tal-PDG fl-2012 u l-2013 u żieda oħra fil-qgħad. Barra minn hekk, Spanja tistqarr li t-taqlib fis-suq tax-xogħol Spanjol, li jhedded,mod serju l-livelli tal-impjiegi, huwa ta’ natura ġenerali u mhuwiex limitat għal reġjun jew settur partikolari. |
(6) |
Spanja qiegħda tipprovdi aktar dejta statistika li tindika li l-għadd ta’ residenti Rumeni fi Spanja kompla jiżdied (minkejja restrizzjonijiet fuq l-aċċess liberu għas-suq tax-xogħol għall-ħaddiema Rumeni) u li f’Settembru 2012 ammontaw għal 913 405; li s-sehem taċ-ċittadini Rumeni li jikkontribwixxu għas-sistema tas-sigurtà soċjali qed jonqos; li n-numri ta’ ċittadini Rumeni reġistrati bħala persuni li qegħdin ifittxu impjieg u ta’ dawk li jirċievu l-benefiċċji għall-qgħad huma relattivament għoljin, għalkemm qed jonqos, u li r-rata tal-qgħad tagħhom hija ogħla mill-medja. Skont Spanja, is-sitwazzjoni attwali tas-suq tax-xogħol taffettwa l-kapaċità tagħha li tassorbi flussi ġodda ta’ ħaddiema Rumeni. |
(7) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7 tal-Anness VII l-Parti 1 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara fi żmien ġimagħtejn li l-applikazzjoni tal-Artikoli minn 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 jiġu totalment jew parzjalment sospiżi f’dak ir-reġjun partikolari jew f’dik l-okkupazzjoni. |
(8) |
L-analiżi tad-dejta ekonomika fl-2011 li ssostni d-Deċiżjoni 2011/503/UE uriet li Spanja qiegħda tassew tiffaċċa taqlib serju fis-suq tax-xogħol, karatterizzat bl-ogħla rata possibbli ta’ qgħad fl-UE (id-dejta ta’ kull xahar dwar il-qgħad tal-Eurostat turi 21,0 %, meta mqabbla ma’ medja ta’ 9,4 % fl-UE u 9,9 % fiż-żona tal-Euro f’Ġunju 2011), qgħad partikolarment drammatiku fost iż-żgħażagħ (45,7 % f’Ġunju 2011) u rkupru ekonomiku bil-mod (iċ-ċifri tal-Eurostat juru li t-tkabbir fil-PDG fl-ewwel tliet xhur tal-2011 meta mqabbel mat-tliet xhur preċedenti kien 0,3 % biss, meta mqabbla ma’ 0,8 % għall-UE u għaż-Żona tal-Euro). Barra minn hekk, dan l-irkupru huwa mfixkel mit-turbulenza finanzjarja internazzjonali attwali li qed iġġiegħel lil Spanja twettaq tnaqqis fil-baġit bl-għan li jkun hemm konsolidazzjoni baġitarja, u dan jista’ jkollu effetti negattivi ulterjuri fi żmien qasir fuq l-iskop tagħha għal tkabbir ekonomiku. L-impatt tat-tnaqqis fl-impjiegi kien wieħed ġenerali li jaffettwa r-reġjuni u s-setturi kollha tal-produzzjoni. Id-dejta tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol għall-perjodu bejn l-2008 u l-2010 turi wkoll tnaqqis ġenerali fil-livell tal-impjiegi ta’ 9 %, u fis-settur tal-bini ta’ 33 %, li jaffettwa r-reġjuni kollha. Dan ivarja minn 6 % fil-pajjiż Bask għal 13 % fil-Komunità Awtonoma Valenzjana. |
(9) |
Għalhekk il-Kummissjon qieset li Spanja pprovdiet evidenza li qed tgħaddi minn taqlib fis-suq tax-xogħol b’mod ġenerali li jaffettwa, b’mod serju l-livell tal-impjiegi fir-reġjuni u s-setturi kollha u li x’aktarx jippersisti fil-futur qrib. |
(10) |
Barra minn hekk, l-analiżi fl-2011 mill-Kummissjoni stabbilixxiet li: iċ-ċittadini Rumeni li joqogħdu fi Spanja huma affettwati ħafna mill-qgħad b’rata ta’ aktar minn 30 % (sors: Id-dejta tal-istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-Eurostat, l-ewwel kwart tal-2011). Il-flussi ta’ ċittadini Rumeni li jaslu fi Spanja, minkejja ċertu tnaqqis minħabba r-riċessjoni ekonomika, jibqgħu f’livelli sostanzjali, minkejja li hemm talba baxxa għax-xogħol fi Spanja. In-numru ta’ ċittadini Rumeni li normalment joqogħdu fi Spanja żdied minn 388 000 fl-1 ta’ Jannar 2006 għal 823 000 fl-1 ta’ Jannar 2010 (sors: l-istatistika dwar l-immigrazzjoni tal-Eurostat). |
(11) |
L-analiżi tad-dejta ekonomika attwalment disponibbli juru li s-suq tax-xogħol fi Spanja għadu serjament imqalleb. Il-kriżi ekonomika għad għandha impatt akbar fuq l-impjiegi fi Spanja minn fi Stati Membri oħra u d-dejta turi li x-xejra saret iktar evidenti matul l-2011 u l-ewwel kwarti tas-sena 2012. F’Ottubru 2012, ir-rata tal-qgħad kienet madwar 26,2 %, meta mqabbla ma’ 21,3 % f’Ġunju 2011, kontra 10,7 % bħala medja fl-UE f’Ottubru 2012 (u 9,5 % f’Ġunju 2011). Barra minn hekk, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa għoli b’mod drammatiku b’55,9 % f’Ottubru 2012, meta mqabbel mal-medja ta’ 23,4 % fl-UE (Sors: id-dejta ta’ kull xahar dwar il-qgħad tal-Eurostat). |
(12) |
Il-qagħda ekonomika negattiva u t-taqlib li jirriżulta fis-suq tax-xogħol x’aktarx li se jibqgħu jippersistu. Skont it-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea, il-PDG Spanjol mistenni li jonqos fl-2012 u l-2013 (– 1,4 % għas-sentejn) qabel ma jirkupra ftit fl-2014 (+ 0,8 %) u r-rata tal-qgħad hija prevista li tkompli tiżdied u tilħaq 26,6 % fl-2013 (u tonqos għal 26,1 % fl-2014). It-tnaqqis fl-impjiegi kompla jaffettwa s-setturi ekonomiċi kollha. Bejn it-tieni kwart tal-2011 u t-tielet kwart tal-2012, il-qgħad fi Spanja naqas b’madwar 980 000 (jew – 5,4 %) (sors: L-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol tal-Eurostat). Filwaqt li s-settur tal-kostruzzjoni wera l-ikbar tnaqqis (– 293 000 jew – 20,5 %), l-impjiegi fl-agrikoltura, il-manifattura u s-settur tas-servizzi naqsu wkoll. Barra minn hekk, ir-reġjuni kollha kienu affettwati b’livelli għoljin ta’ qgħad (minn 12,0 % fil-pajjiż Bask għal 30,4 % fl-Andalusia fl-2011, sors: id-dejta tal-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol tal-Eurostat) u t-taqlib tas-suq tax-xogħol hu għalhekk mhux limitat għal reġjun partikolari |
(13) |
Għalhekk il-Kummissjon tqis li Spanja pprovdiet evidenza li għadha qed tgħaddi minn taqlib fis-suq tax-xogħol b’mod ġenerali li jaffettwa b’mod serju l-livell tal-impjiegi fir-reġjuni u s-setturi kollha u li x’aktarx jippersisti fil-futur qrib. |
(14) |
Barra minn hekk, l-analiżi tal-Kummissjoni turi li, billi Spanja introduċiet mill-ġdid ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-ħaddiema Rumeni, in-numru ta’ ċittadini tar-Rumanija fi Spanja kompla jikber, għalkemm b’rata inqas mgħaġġla minn qabel: skont l-Istatistika Spanjola dwar l-migrazzjoni, dan żdied minn 11 970 (jew + 1,3 %) bejn it-30 ta’ Settembru 2011 (901 435) u t-30 ta’ Settembru 2012 (913 405) billi kien żdied minn 83 975 (jew + 10,3 %) bejn it-30 ta’ Settembru 2010 (817 460) u t-30 ta’ Settembru 2011 (901 435). Ċittadini Rumeni fi Spanja għadhom jesperjenzaw livelli għoljin ħafna ta’ qgħad: 36,4 % fit-tielet kwartier tal-2012 (sors: id-dejta tal-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol tal-Eurostat). |
(15) |
Għalhekk huwa probabbli li l-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-UE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema xorta jkun fattur fiż-żieda tal-pressjoni fis-suq tax-xogħol Spanjol peress li jippermetti l-fluss ħieles ta’ ħaddiema Rumeni. |
(16) |
Għalhekk, sabiex is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol Spanjol terġa’ tiġi għan-normal, huwa xieraq li Spanja tiġi awtorizzata li tillimita temporanjament l-aċċess ħieles taċ-ċittadini Rumeni f’dak is-suq tax-xogħol. Billi l-arranġamenti tranżitorji fl-Att tal-Adeżjoni tal-2005 jippermettu restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ ċittadini Rumeni, li minna l-klawżola ta’ salvagwardja tifforma parti, huma limitati fiż-żmien sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-awtorizzazzjoni ma tistax testendi lil hinn minn dik id-data. |
(17) |
Ir-restrizzjonijiet dwar l-aċċess għas-suq tax-xogħol jikkostitwixxu deroga minn prinċipju fundamentali tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li huwa l-moviment ħieles tal-ħaddiema. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, tali miżuri għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod restrittiv. |
(18) |
Huwa f’dan iż-żmien xieraq li r-restrizzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw għall-attivitajiet impjegati fit-territorju kollu ta’ Spanja u għas-setturi kollha fid-dawl tal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sitwazzjoni attwali fis-suq tax-xogħol Spanjol u l-ispostament u effetti sekondarji oħra potenzjali bejn ir-reġjuni u s-setturi kkawżati b’restrizzjoni selettiva. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga jista’ jitnaqqas, jekk il-Kummissjoni taċċerta li d-dettalji rilevanti sottostanti tat-tali deroga nbidlu jew li l-effetti tagħha jkunu aktar restrittivi milli jirrikjedi l-iskop tagħha, b’mod partikolari għall-persuni impjegati għal attivitajiet li jirrikjedu grad universitarju jew kwalifiki ekwivalenti. |
(19) |
B’mod ugwali, għalkemm sabiex ir-restrizzjonijiet awtorizzati b’din id-Deċiżjoni jkollhom l-effett previst fuq is-suq tax-xogħol Spanjol, issa jitqies xieraq li dawn ir-restrizzjonijiet jibqgħu fis-seħħ sat-tmiem tal-perjodu tranżitorju fil-31 ta’ Diċembru 2013. Dan it-tul ta’ żmien jista’ jitqassar jekk il-Kummissjoni tiddetermina li d-dettalji rilevanti li wasslu għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni nbidlu jew li l-effetti tagħha jkunu aktar restrittivi milli jirrikjedi l-iskop tagħha. |
(20) |
Għal dak il-għan, Spanja se tipprovdi kull tliet xhur lill-Kummissjoni tali dejta statistika, kif ikun meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-evoluzzjoni tas-suq tax-xogħol għal kull settur ta’ attività u għal kull okkupazzjoni. L-ewwel rapport ta’ kull tliet xhur għandu jiġi ppreżentat qabel il-31 ta’ Marzu 2013. |
(21) |
Id-Deċiżjoni li tawtorizza lil Spanja biex tkompli restrizzjonijiet għall-aċċess ħieles taċ-ċittadini Rumeni fis-suq tax-xogħol Spanjol hu suġġett għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw li dawk ir-restrizzjonijiet huma strettament limitati għal dak li huwa neċessarju bl-iskop previst. |
(22) |
Għalhekk mhuwiex xieraq li tiġi awtorizzata l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ restrizzjonijiet fir-rigward taċ-ċittadini Rumeni u l-membri tal-familja tagħhom li diġà kienu impjegati fis-suq tax-xogħol Spanjol jew li kienu diġà reġistrati mis-Servizzi Pubbliċi tax-Xogħol bħala persuni li qegħdin ifittxu impjieg fi Spanja fit-22 ta’ Lulju 2011, jiġifieri fid-data tan-notifika ta’ Spanja tal-miżuri msemmija fil-premessa 1. |
(23) |
Il-prinċipji li jirregolaw ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tax-xogħol, kif stipulati fl-Anness VII, il-Parti 1 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, bħal pereżempju, il-klawżola ta’ sospensjoni u l-prinċipju ta’ preferenza tal-Unjoni, fil-paragrafu 14 tal-Parti 1 ta’ dak l-Anness, għandhom ukoll jiġu rispettati. |
(24) |
Id-dritt li l-membri tal-familja taċ-ċittadini Rumeni li jiġu impjegati fi Spanja għandhom jiġu rregolati mutatis mutandis mill-paragrafu 8 tal-Anness VII, il-Parti 1 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005. |
(25) |
Ir-restrizzjonijiet dwar id-drittijiet taċ-ċittadini Rumeni u l-membri tal-familja tagħhom ta’ aċċess fis-suq tax-xogħol Spanjol awtorizzati b’din id-Deċiżjoni huma strettament limitati għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u bl-ebda mod ma jistgħu jaffettwaw drittijiet oħra li għandhom iċ-ċittadini Rumeni u l-membri tal-familja tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. |
(26) |
Għall-iskopijiet ta’ monitoraġġ, għandu jiġi stabbilit obbligu li jiġu pprovduti lill-Kummissjoni d-dettalji tal-miżuri li ħadet Spanja fuq il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni; |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Spanja qed tiġi awtorizzata b’dan, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli minn 2 sa 4 ta’ din id-Deċiżjoni li tissospendi l-Artikoli minn 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 fir-rigward taċ-ċittadini Rumeni sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 2
Bla ħsara għall-miżuri introdotti minn Spanja fit-22 ta’ Lulju 2011 skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 7 tal-Anness VII l-Parti 1 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa ċ-ċittadini Rumeni u l-membri tal-familja tagħhom
|
li kienu impjegati fi Spanja fit-12 ta’ Awwissu 2011, jew |
|
li kienu reġistrati bħala persuni li qegħdin ifittxu impjieg mis-Servizzi Pubbliċi tax-Xogħol fi Spanja fit-12 ta’ Awwissu 2011. |
Artikolu 3
L-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkun soġġetta mutatis mutandis għall-kundizzjonijiet dwar l-arranġamenti tranżitorji kif stipulati fl-Anness VII l-Parti 1 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005.
Artikolu 4
Spanja għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex tkompli timmonitorja mill-qrib l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol. Għandha tipprovdi lill-Kummissjoni dejta statistika kull tliet xhur li tagħti evidenza tal-evoluzzjoni tas-suq tax-xogħol għal kull settur ta’ attività u għal kull okkupazzjoni. L-ewwel rapport ta’ kull tliet xhur għandu jiġi ppreżentat qabel il-31 ta’ Marzu 2013.
Fil-każ ta’ bidla sinifikanti fis-suq tax-xogħol, Spanja għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri mingħajr dewmien aġġornament tad-dettalji rilevanti li pprovdiet fir-rigward tat-talba tagħha għal deċiżjoni tal-Kummissjoni u li fir-rigward tagħha din id-Deċiżjoni qed tiġi adottata.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi emendata jew revokata b’mod partikolari jekk id-dettalji rilevanti msemmijin fl-Artikolu 4 u li wasslu għall-adozzjoni tagħha nbiddlu jew jekk l-effetti tagħha jkunu aktar ristrettivi milli jirrikjedi l-iskop tagħha.
Artikolu 6
Spanja għandha tipprovdi lill-Kummissjoni d-dettalji tal-miżuri li tkun ħadet fuq il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni fi żmien xahrejn tal-wasla tagħha.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.
(2) ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.
(3) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(4) ĠU L 207,12.8.2011, p. 22.
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/93 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2012/30)
(2012/832/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
(2) |
Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21 jispeċifika illi l-assunzjonijiet bażiċi tal-kontabilità ddefiniti fl-Artikolu 3 tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (2) japplikaw ukoll għall-finijiet tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21. Dan japplika inter alia għall-Artikolu 3(c) tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 fir-rigward ta’ avvenimenti li jseħħu wara l-karta tal-bilanċ, li jistipula illi l-attiv u l-passiv jiġi aġġustat għal avvenimenti li jseħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ annwali u d-data li fiha r-rapporti finanzjarji jiġu approvati mill-korpi relevanti jekk jeffettwaw il-kundizzjoni tal-attiv jew il-passiv fid-data tal-karta tal-bilanċ. |
(3) |
Jeħtieġ li jiġi ċċarat għall-kontijiet annwali tal-BĊE illi avvenimenti li jseħħu wara l-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkunsidrati biss sad-data li fiha jiġi awtorizzat il-ħruġ tar-rapporti finanzjarji, jiġifieri id-data li fiha l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-BĊE lill-Kunsill Governattiv għall-approvazzjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21 huwa mibdul b’li ġej:
“Artikolu 3
Prinċipji bażiċi tal-kontabilità
Il-prinċipji tal-kontabilità fundamentali ddefiniti fl-Artikolu 3 tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni. Bħala deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(c) tal-Linja Gwida BĊE/2010/20, avvenimenti li seħħew wara l-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkunsidrati biss sad-data li fiha jiġi awtorizzat il-ħruġ tar-rapporti finanzjarji, jiġifieri id-data li fiha l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-BĊE lill-Kunsill Governattiv għall-approvazzjoni.”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2012.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
LINJI GWIDA
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/94 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali
(BĊE/2012/29)
(2012/833/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tieghu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju ta’ operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali. |
(2) |
Anness IV tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 diġa jistipula, f’termini mhux tassattivi, taħt element 13 tal-passiv ‘Provvisti’ il-possibbiltà li jiġu stabbiliti provvedimenti għar-riskji marbutin mar-rata tal-kambju barrani, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u l-prezz tad-deheb. Minħabba l-importanza li jiġi żgurat illi banek ċentrali nazzjonali jkollhom riżorsi fiannzjarji suffiċjenti sabiex ikopru r-riskji sinifikanti li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħhom u mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali tal-kontabilità dwar provvedimenti għar-riskju, huwa meqjus neċessarju illi tissaħħaħ din l-opzjoni billi tiġi inserita fid-dispożizzjonijiet ta’ promulgazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2010/20. Ir-rakkomandazzjoni ma żżommx lil banek ċentrali nazzjonali milli jżommu jew joħolqu provvedimenti għal riskji addizzjonali skont ir-regoli nazzjonali tal-kontabilità tagħhom. |
(3) |
Ir-rapportar finanzjarju ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza għal assistenza ta’ likwidità għandhom ikunu armonizzati u klejms li jirriżultaw minn dawn l-operazzjonijiet għandhom jissemmew f’Anness IV tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 taħt l-element 6 tal-assi “Klejms oħrajn kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro”. |
(4) |
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 hija emendata kif ġej:
1. |
Jiżdied dan li ġej bħala Artikolu 6a: “Artikolu 6a Provvediment għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata ta’ imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb Filwaqt illi jikkunsidra sew in-natura tal-attivitajiet tal-BĊNi, BĊN jista’ jistabbilixxi provvediment għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tiegħu. Il-BĊN għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima rraġunata tal-iskopertura għar-riskju tal-BĊN.”. |
2. |
Anness IV għal-Linja Gwida BĊE/2010/20 huwa mibdul bl-Anness għal din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 3
Indirizzati
Din il-Linja Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
ANNESS
“ANNESS IV
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ (1)
ASSI
Element tal-karta ta’ bilanċ (2) |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
Skop tal- applikazzjoni (3) |
||||||||
1 |
1 |
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb |
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’.’ Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’deheb, sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti għal perijodu fiss u klejms biex jiġi riċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) transazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis; u (ii) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purita’ fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur tas-suq |
Obbligatorju |
||||||
2 |
2 |
Klejms kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
Klejms kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
|
|
||||||
2.1 |
2.1 |
Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) |
(a) Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett) Kwota nazzjonali bil-bilanċi f’euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt dan l-element jew taħt l-element ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro’ |
(a) Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett) Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
(b) SDRs) Investimenti f’SDRs (gross) |
(b) SDRs) Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
(c) Klejms oħrajn Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta’ self, self taħt arranġamenti speċjali ta’ teħid ta’ self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF |
(c) Klejms oħrajn Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
2.2 |
2.2 |
Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
(b) Investimenti f’titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) elf barrani (depożiti) ma’ banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’ |
(c) Self barrani Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta’ flus barranin |
Obbligatorju |
|||||||||
(d) Assi barranin oħrajn Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro |
(d) Assi barranin oħrajn Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
3 |
3 |
Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
(a) Investimenti f’titoli fiż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità: Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||||||
(b) Klejms oħrajn kontra residenti taż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo b’lura, self varju |
(b) Klejms oħrajn Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Mandatory |
|||||||||
4 |
4 |
Talbiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f’euro |
|
|
|
||||||
4.1 |
4.1 |
Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus day-to-day. Tranżazzjonijiet ta’ xiri temporanju ta’ assi konnessi mal-amministrazzjoni tat-titoli denominati f’euro |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
(b) Investimenti f’titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Strumenti ta’ ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kost soġġett għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Self barra ż-żona tal-euro li mhuwiex dak taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ |
(c) Self barra ż-żona tal-euro Depożiti skont il-valur nominali |
Obbligatorju |
|||||||||
(d) Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’, maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż il-Bank Ewropew għall-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kost soġġett għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
4.2 |
4.2 |
Klejms li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
5 |
5 |
Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro |
Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta’ politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti tal-politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (4) |
|
|
||||||
5.1 |
5.1 |
Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin |
Tranżazzjonijiet b’lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.2 |
5.2 |
Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal |
Tranżazzjonijiet b’lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull xahar u li normalment għandhom maturità ta’ tliet xhur |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.3 |
5.3 |
Operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura |
Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta’ kalibrazzjoni |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.4 |
5.4 |
Operazzjonijiet strutturali b’lura |
Transazzjonijiet b’lura li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.5 |
5.5 |
Faċilità ta’ self marġinali |
Faċilità ta’ likwidità mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.6 |
5.6 |
Krediti relatati ma’ sejħiet marġinali |
Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali jew kost |
Obbligatorju |
||||||
6 |
6 |
Krediti ohra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’rabta mal-amministrazzjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv 7 ‘Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Talbiet oħra u operazzjonijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ politka monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema |
Valur nominali jew kost |
Obbligatorju |
||||||
7 |
7 |
Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro |
|
|
|
||||||
7.1 |
7.1 |
Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja |
Titoli maħruġin fiż-żona tal-euro u miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja. Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta’ kalibrazzjoni |
(a) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(b) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità: Kost zuġġett għall-indeboliment (l-iprezz meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt l-element tal-passiv 13(b) ‚Provvedimenti’) Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
7.2 |
7.2 |
Titoli oħra |
Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja’ u taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, denominati f’euro. Strumenti ta’ ishma azzjonarji |
(a) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(b) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità: Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(d) Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli Prezz tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
8 |
8 |
Dejn ġenerali tal-gvern denominat f’euro |
Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9 |
Krediti intra-Eurosistema+) |
|
|
|
||||||
— |
9.1 |
Interess parteċipanti fil-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Is-sehem ta’ kull BĊN fil-kapital tal-BĊE skont it-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ |
Kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.2 |
Klejms ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Klejms denominati f’euro fuq il-BĊE fir-rigward ta’ trasferimenti inizjali u addizzjonali ta’ riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.3 |
Klejms marbutin mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss Klejms intra-Eurosistema fil-konfront ta’ BĊNi li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.4 |
Klejms nett marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+) (*) |
Għall-BĊNi: kreditu nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi interni għall-Eurosistema relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kompensatorju u l-entrata tal-bilanċ tal-kontabilità kif definita mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (5) Għall-BĊE: krediti relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.5 |
Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)+) |
Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin: |
|
|
||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
9 |
10 |
Elementi fil-proċess tas-saldu |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (klejms), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11 |
Assi oħrajn |
|
|
|
||||||
9 |
11.1 |
Muniti taż-żona tal-euro |
Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.2 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Kost wara d-deprezzament Rati ta’ deprezzament:
Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni) |
Recommended |
||||||
9 |
11.3 |
Assi finanzjarji ohrajn |
|
(a) Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli Prezz tas-suq |
Irrakkomandat |
||||||
(b) Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta’ ishma azzjonarji oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti Kost suġġett għal indeboliment |
Irrakkomandat |
||||||||||
(c) Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti Valur tal-assi nett |
Irrakkomandat |
||||||||||
(d) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Irrakkomandat |
||||||||||
(e) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumink bħala investiment permanenti Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Irrakkomandat |
||||||||||
(f) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Irrakkomandat |
||||||||||
(g) Bilanċi ma’ banek u self Valur nominali, mibdulbir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma denominati f’valuti barranin |
Irrakkomandat |
||||||||||
9 |
11.4 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, tpartit ta’ valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.5 |
Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu) |
Valur nominali, valuta barranija maqluba bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.6 |
Varji |
Advances, self u elementi minuri oħra Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni (l-uniku element tal-karta tal-bilanċ matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta’ rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet ta’ rivalutazzjoni rispettivi taħt il-partita tal-passiv ‘Kontijiet ta’ rivalutazzjoni’). Self mogħti fuq bażi ta’ fiduċja Investimenti marbutin ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent Muniti denominati f’unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta’ qabel il-kopertura Assi nett tal-pensjoni |
Valur nominali jew kost |
Irrakkomandat |
||||||
Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
Investimenti marbutin ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent Valur tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
Klejms pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema |
Krediti pendenti (minn inadempjenzi) Valur nominali/li jista’ jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf) |
Obbligatorju |
|||||||||
Assi jew klejms (fil-konfront ta’ terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti |
Assi jew klejms (minn inadempjenzi) Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma denominati f’valuti barranin) |
Obbligatorju |
|||||||||
— |
12 |
Telf ghas-sena |
|
Valur nominali |
Obbligatorju |
PASSIV
Element tal-karta ta’ bilanċ (6) |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
Skop tal- applikazzjoni (7) |
||||||
1 |
1 |
Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni* (**) |
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
2 |
2 |
Passiv lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro |
Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 |
|
|
||||
2.1 |
2.1 |
Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) |
Kontijiet denominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Dan l-element jinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.2 |
2.2 |
Faċilità ta’ depożitu |
Depożiti mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.3 |
2.3 |
Depożiti għal terminu fiss |
Ġbir għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.4 |
2.4 |
Operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura |
Tranżazzjonijiet b’rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidità |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||
2.5 |
2.5 |
Depożiti relatati ma’ sejħiet marġinali |
Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ assi sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
3 |
3 |
Passiv ieħor fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominat f’euro |
Tranżazzjonijiet repo konnessi ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura simultanji għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-assi 7 ‘Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro’. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema Ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Kull passiv/depożitu li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||
4 |
4 |
Ċertifikati ta’ dejn maħruġa |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss —għall-BĊNi element tranżitorju tal-karta tal-bilanċ Ċertifikati ta’ dejn kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Karta ta’ skont, maħruġin għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità |
Kost Kull skont huwa ammortizzat |
Obbligatorju |
||||
5 |
5 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f’euro |
|
|
|
||||
5.1 |
5.1 |
Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
5.2 |
5.2 |
Passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta’ kumpaniji u ta’ klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
6 |
6 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riżervi: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inklużi l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b’rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b’lura għall-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||
7 |
7 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
8 |
8 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
|
|
|
||||
8.1 |
8.1 |
Depoziti, bilanċi u passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
8.2 |
8.2 |
Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
9 |
9 |
Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ kreditu allokati mill-IMF |
Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv |
Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq |
Obbligatorju |
||||
— |
10 |
Passiv intra-Eurosistema+) |
|
|
|
||||
— |
10.1 |
Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+) |
Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss denominat f’euro |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
— |
10.2 |
Passiv relatat mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Passiv intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li jirriżulta mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Kost |
Obbligatorju |
||||
— |
10.3 |
Passiv nett marbut mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+), (**) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Għall-BĊNi: passiv nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta’ bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
— |
10.4 |
Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (netti)+) |
Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin: |
|
|
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
10 |
11 |
Elementi fil-proċess tas-saldu |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
10 |
12 |
Passiv ieħor |
|
|
|
||||
10 |
12.1 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, tpartit ta’ valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
10 |
12.2 |
Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem |
Nefqa li ssir dovuta f’perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta’ rappurtar. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma’ perijodu futur |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
10 |
12.3 |
Varji |
Kontijiet provviżorji għat-taxxa Kreditu f’valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija Tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b’lura għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Elementi minuri oħra. Dħul kurrenti (profitt akkumulat nett), profitt tas-sena preċedenti qabel id-distribuzzjoni. Passiv fuq bażi ta’ fiduċja Depożiti tad-deheb tal-klijent. Muniti fiċ-ċirkolazzjoni fil-każ li xi BĊN ikun l-emittent legali. Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni denominati f’unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona tal-euro li m’għadhomx valuta legali iżda li għadhom f’ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla għall-euro, jekk mhux murijin taħt l-element tal-passiv ‘Provvedimenti’ Passiv tal-pensjoni nett |
Valur nominali jew kost (repo) |
Irrakkomandat |
||||
Depożiti f’deheb tal-konsumatur Valur tas-suq |
Depożiti f’deheb tal-konsumatur: obbligatorju |
||||||||
10 |
13 |
Provvedimenti |
|
|
Irrakkomandat |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
11 |
14 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli denominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli denominati f’valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma’ derivattivi tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta’ valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta’ kambju barrani u SDRs Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+) |
Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
12 |
15 |
Kapital u riżervi |
|
|
|
||||
12 |
15.1 |
Kapital |
Kapital imħallas — il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
12 |
15.2 |
Riżervi |
Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
10 |
16 |
Profitt ghas-sena |
|
Valur nominali |
Obbligatorju |
(1) L-iżvelar b’rabta mal-karti tal-flus euro f’ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-klejms/passiv nett intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. L-elementi li jridu jiġu armonizzati huma indikati b’asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.
(*) Elementi li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta’ din il-Linja Gwida
(2) In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). L-elementi mmarkati b ‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.
(3) Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u passiv materjali kollu fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema i.e. relevanti għall-operat tal-Eurosistema.
(4) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(**) Elementi li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta’ din il-Linja Gwida
(6) In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). L-elementi mmarkati b ‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.
(7) Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u passiv materjali kollu fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema i.e. relevanti għall-operat tal-Eurosistema.”
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/109 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2012 TAL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISVIZZERA STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU
tat-30 ta’ Novembru 2012
li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru
(2012/834/UE)
IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISVIZZERA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn ’il quddiem "il-Ftehim", u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Anness għal din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim, b'seħħ mill-1 ta’ Frar 2013.
Magħmul f’Ġinevra, it-30 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Matthew BALDWIN
Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera
Peter MÜLLER
ANNESS
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
— |
Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea; |
— |
Kull fejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita mill-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' dawn tal-aħħar, għall-għan ta' dan il-Ftehim, ir-referenzi għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw b'mod indaqs għall-Isvizzera jew għar-rekwiżit ta' rabta mal-Isvizzera; |
— |
Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008; |
— |
Bla ħsara għall-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja u għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu li jfissru l-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim. |
1. Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili
Nru 1008/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Nru 2000/79
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)
Nru 93/104
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:
— |
Id-Direttiva 2000/34/KE |
Nru 437/2003
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru
Nru 1358/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu
Nru 785/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010 |
Nru 95/93
Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 |
Nru 2009/12
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (li għandha tiġi applikata mill-Isvizzera mill-1 ta’ Lulju 2011)
Nru 96/67
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità
(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)
Nru 80/2009
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89
2. Regoli dwar il-kompetizzjoni
Nru 3975/87
Ir-Regolament tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru (l-Artikolu 6(3)), kif emendat l-aħħar bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (l-Artikoli 1-13, 15-45) |
Nru 1/2003
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)
(Safejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-inklużjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-ħidmiet skont dan il-Ftehim)
Ir-Regolament Nru 17/62 ġie mħassar mir-Regolament Nru 1/2003, bl-eċċezjoni tal-Artikolu 8(3) li jibqa' japplika għad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sad-data tat-tmiem ta’ dawk id-deċiżjonijiet.
Nru 773/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 |
Nru 139/2004
Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [l-Amalgamazzjonijiet])
(L-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)
Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għandu japplika dan li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera:
(1) |
Fir-rigward ta' konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' mhux inqas minn tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Svizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata sabiex il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-Konfederazzjoni Svizzera s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti. |
(3) |
Fejn il-Konfederazzjoni Svizzera esprimiet nuqqas ta' qbil rigward it-talba għar-referenza tal-każ, l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Svizzera skont dan il-paragrafu. |
B'referenza għal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet [l-Amalgamazzjonijiet]:
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni d-dokumenti kollha rilevanti skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2). |
(2) |
Il-kalkolu tal-limiti ta' żmien imsemmi fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Svizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti għand l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni. |
Nru 802/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008 |
Nru 2006/111
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi
Nru 487/2009
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru.
3. Sikurezza tal-avjazzjoni
Nru 216/2008
Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva Nru 2004/36/KE, kif emendata bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009, |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009 |
L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5), (7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), (5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).
Minkejja l-adattament orizzontali pprovdut fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” magħmula fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jiftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.
Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jiġi interpretat fis-sens ta’ trasferiment lill-awtorità tal-EASA biex taġixxi f’isem l-Isvizzera skont il-ftehimiet internazzjonali għal skopijiet differenti għajr dawk biex tgħinha fil-qadi tal-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.
Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b’dawn l-adattamenti:
(a) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(b) |
Fl-Artikolu 29, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Svizzeri li jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.” |
(c) |
Fl-Artikolu 30, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “L-Isvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bħala l-Anness A għal dan l-Anness, skont l-Appendiċi għall-Anness A.” |
(d) |
Fl-Artikolu 37, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “L-Isvizzera għandha tipparteċipa b'mod sħiħ fil-Bord ta' Ġestjoni u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt tal-vot”. |
(e) |
Fl-Artikolu 59, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “12. L-Isvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
(f) |
Fl-Artikolu 61, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Isvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B għal dan l-Anness”. |
(g) |
L-Anness II għar-Regolament għandu jkun estiż għall-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati skont iktar 'l isfel bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):
|
Nru 1108/2009
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva Nru 2006/23/KE
Nru 805/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għal liċenzji u ċerti ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
No 1178/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 |
Nru 91/670
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili
(l-Artikoli 1-8)
Nru 3922/91
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13)), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006, |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 |
Nru 996/2010
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE
Nru 2004/36
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-9, u 11-14), kif emendata l-aħħar bi:
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/49/KE |
Nru 351/2008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2008 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fir-rampa ta’ inġenji tal-ajru li jużaw ajruporti tal-Komunità
Nru 768/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza ta’ inġenji tal-arju li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema tal-informazzjoni
Nru 2003/42
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-12)
Nru 1321/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta’ tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'depożitu ċentrali ta’ tagħrif
Nru 1330/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta’ tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Nru 736/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni
Nru 1702/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 90/2012 |
Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw soġġett għall-aġġustament li ġej:
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
Fil-paragrafi 3, 4, 6, 8, 10, 11, 13 u 14, id-data “it-28 ta' Settembru 2003” għandha tkun sostitwita bil-kliem “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fl-Anness għar-Regolament”.
Nru 2042/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2010, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2011 |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012 |
Nru 104/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea
Nru 593/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, kif emendat l-aħħar bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008 |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2012 |
Nru 2111/2005
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva Nru 2004/36/KE
Nru 473/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]
Nru 474/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 295/2012 (2) |
Nru 1332/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru
Nru 646/2012
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Nru 748/2012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2012 tal-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom
4. Sigurtà tal-avjazzjoni
Nru 300/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002
Nru 272/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 |
Nru 1254/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà
Nru 18/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
Nru 72/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni
Nru 185/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2010, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011, |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011, |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011, |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2011, |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012 |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2012 |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012 |
Nru 2010/774
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata bi:
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/2604/UE, |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/3572/EU, |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/9139/UE, |
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/5862/UE, |
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/8042/UE, |
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/9407/UE |
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/1228/UE. |
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/5672/UE |
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/5880/UE |
5. Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
Nru 549/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “fil-livell Komunitarju, li jinvolvi l-Isvizzera”.
Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni, ma għandhomx jinftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.
Nru 550/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi, fir-rigward tal-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15a, 16 u 17.
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafi 1 u 6, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
(c) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
(d) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
(e) |
L-Artikolu 16(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz tagħhom, safejn hija legalment konċernata”. |
Nru 551/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Ajru), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6, u 10.
Nru 552/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru [Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru] (Ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 4, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
(c) |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej: Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiż, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
Nru 2150/2005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru [traduzzjoni mhux uffiċjali]
Nru 1033/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-proċeduri għall-pjanijiet ta’ titjir fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendata l-aħħar bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2010 |
Nru 1032/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet, kif emendat l-aħħar bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 |
Nru 1794/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (li għandha tiġi applikata mill-Isvizzera sa mid-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni Svizzera rilevanti iżda mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012), kif emendata l-aħħar bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010 |
Nru 2006/23
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar liċenzja Komunitarja għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
Nru 730/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'il fuq mil-livell 195 ta’ titjir
Nru 219/2007
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat l-aħħar bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 |
Nru 633/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011 |
Nru 1265/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi rekwiżiti għal spazjar tal-kanali vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew
Nru 482/2008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005
Nru 29/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b’dawn l-adattamenti:
“L-Isvizzera UIR” hija miżjuda fl-Anness I, il-Parti A.
Nru 262/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew
Nru 73/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew
Nru 255/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
Nru 691/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011 |
Miżuri korrettivi adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament huma obbligatorji għall-Isvizzera wara li kienu adottati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt
Nru 2010/5134
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew
Nru 2010/5110
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-ħatra ta’ Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali fil-kuntest tal-Ispazju tal-Ajru
Nru 176/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta Frar 2011 dwar informazzjoni l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali
Nru 2011/121
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni u l-limiti ta’ twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014
Nru 677/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010
Nru 2011/4130
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew
Nru 1034/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010
Nru 1035/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) tas-17 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010
Nru 1206/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b’dawn l-adattamenti:
“L-Isvizzera UIR” hija miżjuda fl-Anness I.
Nru 1207/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew
6. Ambjent u storbju
Nru 2002/30
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-istorbju fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, u 14-18)
(L-emendi fl-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (il-Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (it-Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).
Nru 89/629
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ ħsejjes [storbju] minn ajruplani ċivili jet subsoniċi
(l-Artikoli 1-8)
Nru 2006/93/KE
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).
7. Ħarsien tal-konsumaturi
Nru 90/314
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.
(l-Artikoli 1-10)
Nru 93/13
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur.
(l-Artikoli 1-11)
Nru 2027/97
Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002 |
Nru 261/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91
(l-Artikoli 1-18)
Nru 1107/2006
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.
8. Mixxellanji
Nru 2003/96
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku
(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2)).
9. Annessi
A |
: |
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea |
B |
: |
Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ parteċipanti mill-Isvizzera fl-attivitajiet tal-EASA |
(2) Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Isvizzera sakemm jibqa fis-seħħ fl-UE
ANNESS A
PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri l-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa għat-twettiq ta’ ħidmiethom,
QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:
KAPITOLU I
PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 1
L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżentati minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġi mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 2
L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.
Artikolu 3
L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha.
Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, fejn hu possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu rimessa jew jirrimborżaw l-ammont ta' taxxa indiretta jew taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz ta' proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jkun jinkludi taxxa ta' din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, madankollu, biex ikollhom effett li jikkaġunaw distorzjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.
L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta’ taxxi u tariffi oħra dovuti li jammontaw sempliċiment għall-imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.
Artikolu 4
L-Unjoni għandha tkun eżenti minn dazji doganali, projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha fir-rigward ta' oġġetti intenzjonati għall-użu uffiċjali tagħha: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti importati b'dan il-mod, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta’ dak il-pajjiż.
L-Unjoni għandha wkoll tkun eżenti minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.
KAPITOLU II
KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER
Artikolu 5
Għall-komunikazzjonijiet u t-trażmissjonijiet uffiċjali tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru t-trattament mogħti minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.
Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.
Artikolu 6
Laissez-passer f'forma li trid tiġi preskritta mill-Kunsill, permezz ta' maġġoranza sempliċi, u li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jista' jinħareġ lill-membri u l-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-laissez-passer għandu jinħareġ lill-uffiċjali u impjegati oħrajn taħt kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet sabiex dan il-laissez-passer jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.
KAPITOLU III
MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 7
M’għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort’oħra fuq il-moviment liberu ta’ Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.
Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tal-kontrolli tad-dwana u tal-kambju, jingħataw:
(a) |
mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali anzjani li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji; |
(b) |
mill-gvern ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin waqt missjonijiet uffiċjali temporanji. |
Artikolu 8
Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta’ inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta’ opinjonijiet jew voti espressi minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 9
Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:
(a) |
fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament tagħhom; |
(b) |
fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali. |
L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.
L-immunità ma tistax tiġi invokata la meta Membru jinqabad fil-fatt li jwettaq reat u lanqas ma żżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu.
KAPITOLU IV
RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 10
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi ta' dmirijiethom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, igawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet skont il-konswetudini.
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.
KAPITOLU V
UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 11
Fit-territorju ta' kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom:
(a) |
soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha u l-impjegati oħrajn, igawdu l-immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kariga uffiċjali tagħhom, inkluż il-kliem mitkellem u l-kitba tagħhom. Huma għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom; |
(b) |
flimkien mal-konjugi tagħhom u d-dipendenti tal-familji tagħhom, ma għandhom ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet ta' immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni ta' aljeni; |
(c) |
fir-rigward ta' regolamenti tal-valuta jew tal-kambju, għandhom jingħataw l-istess faċilitajiet bħalma normalment jingħataw lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(d) |
igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu d-doveri tagħhom f'dak il-pajjiż, bla ħsara, f'kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat; |
(e) |
ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma jkollhom ċittadinanza skond il-pattijiet viġenti fis-suq lokali ta’ dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, mingħajr preġudizzju f’kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż. |
Artikolu 12
L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.
Għandhom ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.
Artikolu 13
Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni, u fl-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa doppja, konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni li, għar-raġuni unika li jwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom, għal skopijiet ta' taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta' taxxa, daqslikieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar, sakemm dak il-pajjiż huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-konjugi, safejn il-konjugi ma jkollhomx separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f’dan l-Artikolu.
Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqgħodu, għandha tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f’dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta’ dak it-taxxa, titqies bħala waħda li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, soġġetta għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ provvedimenti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.
Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni.
Artikolu 15
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħrajn ikkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew parti minnhom.
L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ uffiċjali u impjegati oħrajn inklużi f’dawk il-kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
KAPITOLU VI
PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 16
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi skont il-konswetudini lil missjonijiet f'pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 17
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha l-obbligu li tneħħi din l-immunità mogħtija, lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor, kull meta dik l-istituzzjoni tikkunsidra li t-tneħħija ta' din l-immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.
Artikolu 18
Għall-iskop li jiġi applikat dan il-Protokoll, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 19
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 20
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u r-Rapporteurs Assistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta' immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.
Artikolu 21
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni ta’ xorta simili f’każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista’ jkollhom x’jaqsmu ma’ dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandu jagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħarnett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tiegħu ma għandhom ikunu soġġetti għal kwalunkwe taxxa fuq il-fatturat.
Artikolu 22
Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżenti minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni simili fil-każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.
Appendiċi
PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA FL-ISVIZZERA
1. Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Isvizzera
Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem "il-Protokoll") għandha tinftiehem li tapplika b'mod ekwu fl-Isvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.
2. Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)
Oġġetti u servizzi esportati mill-Isvizzera mhumiex suġġetti għat-taxxa Svizzera fuq il-valur miżjud (VAT). Fil-każ ta’ oġġetti u servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Isvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta’ rifużjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u s-servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jammonta għal total ta’ mill-anqas Frank Svizzeru 100 (taxxa inkluża).
Ir-rifużjoni tal-VAT tingħata fuq preżentazzjoni lill-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa, Diviżjoni Prinċipali tal-VAT, tal-formuli pprovduti mill-Amministrazzjoni Svizzera għal dan il-għan. Bħala regola, it-talbiet għar-rifużjoni, flimkien mad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni meħtieġa, għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu tressqu.
3. Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal tal-Aġenzija
Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Isvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġijiet interni tagħha, lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Aġenzija fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġetti għal taxxa interna b'benefiċċju għaliha.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Isvizzera mhix meqjusa bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 hawn fuq.
L-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Svizzera.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklussiva fuq il-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
(1) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol għall-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).
ANNESS B
KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI SVIZZERI F’ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI
Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta
L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Isvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta’ pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni u tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dawn.
Artikolu 2
Kontrolli
1. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) kif ukoll l-istrumenti l-oħra msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu jipprevedu t-twettiq fi kwalunkwe mument ta' verifiki xjentifiċi, finanzjarji, tekniċi jew ta' xort'oħra fis-sedi tagħhom u tas-sottokuntratturi tagħhom minn impjegati tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.
2. L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u l-persuni l-oħrajn b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, u għall-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi dawk f’format elettroniku, biex iwettqu dawn il-verifiki. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.
3. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha l-istess drittijiet bħal dawk tal-Kummissjoni.
4. Il-verifiki jistgħu jseħħu sa ħames snin wara l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.
5. L-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-verifiki li jsiru fuq it-territorju Svizzeru. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ dawn il-verifiki.
Artikolu 3
Kontrolli fuq il-post
1. Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata li twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Svizzeru fil-kundizzjonijiet u skont il-modalitajiet stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (3).
2. Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali tal-Verifika Svizzeru jew ma' awtoritajiet Svizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Svizzeru, li għandu jiġi notifikat fil-ħin dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post.
3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti Svizzeri kkonċernati jkunu jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Svizzeri kompetenti.
4. Meta l-parteċipanti fil-programm jirreżistu kontrolli jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Svizzeri, filwaqt li jaġixxu f’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni, biex jaqdu dmirijiethom fit-twettiq ta’ kontrolli jew spezzjoni fuq il-post.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika, dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li jkunu saru jafu bih waqt it-twettiq tal-kontrolli jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.
Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet Svizzeri u Komunitarji kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta’ wieħed mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.
2. L-awtoritajiet kompetenti Svizzeri għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih li jirrelata ma' irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali Svizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri jew fl-Isvizzera, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħrajn ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 6
Miżuri amministrattivi u penali
Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Svizzera, miżuri u sanzjonijiet ammistrattivi jistgħu jiġu imposti mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002, kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej (4).
Artikolu 7
Irkupru u infurzar
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta’ applikazzzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, għandhom ikunu infurzabbli fl-Isvizzera.
L-ordni tal-infurzar trid tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-kontroll tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Svizzeru, li għandha tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b’dan. L-infurzar għandu jseħħ skont ir-regoli ta’ proċedura Svizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maqtugħa skont klawsola ta’ arbitraġġ, huma infurzabbli fuq l-istess termini.
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.