ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.348.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 348

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
18 ta' Diċembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1209/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-Marlozz fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1210/2012 tat-13 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merlangu fiż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1211/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 917/2004, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 748/2008, (KE) Nru 810/2008 u (KE) Nru 610/2009 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2012 tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta’ ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1214/2012 tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2012/50/UE tal-10 ta’ Ottubru 2012 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal applikazzjonijiet li fihom iċ-ċomb ( 1 )

16

 

*

Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2012/51/UE tal-10 ta’ Ottubru 2012 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal applikazzjonijiet li fihom il-kadmju ( 1 )

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/788/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għal programmi nazzjonali ta’ 5 Stati Membri (l-Irlanda, Spanja, Franza, Malta u l-Portugall) fl-2012 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9187)

20

 

 

2012/789/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE għall-2012 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bl-għan li jiġu kkontrollati l-organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9280)

22

 

 

2012/790/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2012 għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Ittestjar tar-Residwi bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2012 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9286)

28

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2012/791/UE

 

*

Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2012/25)

30

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1209/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-Marlozz fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa, għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.01.2012, p. 1.


ANNESS

Nru

78/TQ43

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

HKE/2AC4-C

Speċi

Marlozz (Merluccius merluccius)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

Data

29.11.2012


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1210/2012

tat-13 ta' Diċembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merlangu fiż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta' Jannar 2012 li jiffissa, għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.01.2012, p. 1.


ANNESS

Nru

79/TQ43

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

WHG/56-14

Speċi

Merlangu (Merlangius merlangus)

Żona

Iż-żona VI; l-ilmijiet tal-EU u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Data

19.8.2012


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1211/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.01.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

77/TQ44

Stat Membru

Spanja

Stokk

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data

26.11.2012


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1212/2012

tas-17 ta' Diċembru 2012

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 917/2004, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 748/2008, (KE) Nru 810/2008 u (KE) Nru 610/2009 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 192(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (2), jistipula regoli komuni għan-notifika ta' informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Minbarra dan, ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta' informazzjoni sabiex ikunu ggarantiti l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta' notifika speċifiku.

(3)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li tippermetti l-immaniġġjar tad-dokumenti u l-proċeduri b'mod elettroniku fi ħdan il-proċeduri ta' ħidma interni tagħha u fi ħdan ir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni.

(4)

Huwa kkunsidrat li diversi obbligi ta' notifiki jistgħu jitwettqu permezz ta' dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, b'mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), (KE) Nru 917/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-titjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti tal-apikoltura (4), (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (5), (KE) Nru 748/2008 tat-30 ta' Lulju 2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (6), (KE) Nru 810/2008 tal-11 ta' Awwissu 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (7) u (KE) Nru 610/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistipula regoli dettaljati tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili (8).

(5)

Fl-interess tal-amministrazzjoni effiċjenti u meta tiġi kkunsidrata l-esperjenza, uħud min-notifiki għandhom jew jiġu ssimplifikati u speċifikati jew imħassra f’dawk ir-Regolamenti.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 917/2004, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 748/2008, (KE) Nru 810/2008 u (KE) Nru 610/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-listi tagħhom ta' importaturi approvati maqsuma skont l-importaturi approvati li taw il-kunsens tagħhom skont il-paragrafu 2 u l-importaturi approvati l-oħra. Dik in-notifika għandha jkollha n-numru ta' approvazzjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-importaturi approvati."

(2)

L-Artikolu 39 jitħassar.

(3)

Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tas-sorveljanza mwettqa għal kull tliet xhur taħt l-Anness IV sal-10 jum tax-xahar ta' wara. Dik in-notifika għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

tagħrif ġenerali:

(i)

isem il-manifattur tal-butir;

(ii)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-lott;

(iii)

id-daqs tal-lott f'kg;

(iv)

id-data tal-kontrolli (jum/xahar/sena);

(b)

kontrolli fuq il-piż:

(i)

id-daqs tal-kampjuni każwali (numru ta' kartun);

(ii)

id-dejta fir-rigward tal-medja:

il-medja aritmetika tal-piż nett għal kull kartuna f'kg (kif speċifikat fiċ-ċertifikat tal-IMA 1- kaxxa 9),

il-medja aritmetika tal-piż nett tal-kampjuni tal-kartun f'kg,

jekk il-medja aritmetika tal-piż nett iddeterminata fl-Unjoni turi differenza sinifikanti għall-valur iddikjarat (N= le, Y = iva);

(iii)

id-dejta fir-rigward tad-devjazzjoni standard:

id-devjazzjoni standard tal-piż nett għal kull kartuna f'kg (kif speċifikat fiċ-ċertifikat tal-IMA 1- kaxxa 9),

id-devjazzjoni standard tal-piż nett tal-kampjuni tal-kartun (kg),

jekk id-devjazzjoni standard tal-piż nett iddeterminata fl-Unjoni turi differenza sinifikanti għall-valur iddikjarat (N= le, Y = iva);

(c)

kontrolli tal-kontenut tax-xaħam:

(i)

id-daqs tal-kampjuni każwali (numru ta' kartun);

(ii)

id-dejta fir-rigward tal-medja:

il-medja aritmetika tal-kontenut tax-xaħam tal-kampjuni tal-kartun f'% ta' xaħam,

jekk il-medja aritmetika tal-kontenut tax-xaħam iddeterminata mill-Unjoni taqbiżx l-84.4 % (N= le, Y = iva)."

(4)

L-Artikolu 45 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 45

Fi ħdan il-qafas tal-kwoti tat-tariffa ta' importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni libera, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006."

(5)

Għandu jiżdied l-Artikolu 45a li ġej:

"Artikolu 45a

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 15, l-Artikolu 35a(1) u l-Artikolu 45, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*).

(*)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.""

(6)

L-Annessi V u XIV jitħassru.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-programmi nazzjonali referuti fl-Artikolu 105 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (**) (minn hawn il-quddiem magħrufa bħala “il-programmi tal-apikoltura”) għandhom:

(a)

jiddeskrivu s-sitwazzjoni tas-settur billi jagħmluha possibbli li jkunu aġġornati regolarment id-dettalji strutturali fl-istudju msemmi fl-Artikolu 107 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, billi jkopru b'mod partikolari dawn li ġejjin:

(i)

l-għadd totali ta' sigħat;

(ii)

l-għadd ta' persuni professjonali li jrabbu n-naħal b'aktar minn 150 doqqajs il-wieħed;

(iii)

l-għadd totali ta' doqqajs;

(iv)

il-produzzjoni tal-għasel;

(v)

il-lista tal-għanijiet tal-programm;

(b)

jagħtu deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri involuti, bin-nefqa kkalkolata u l-pjan tal-finanzjament imqassma skont is-sena fuq il-livell nazzjonali u reġjonali, skont l-intestaturi li ġejjin:

(i)

l-għajnuna teknika lill-persuni li jrabbu n-naħal;

(ii)

il-kontroll tal-varroasis,

(iii)

ir-razzjonalizzazzjoni tat-transumanza;

(iv)

l-analiżi tal-għasel;

(v)

ir-ripopolazzjoni tad-doqqajs;

(vi)

il-programmi ta' riċerka applikata;

(c)

jirreferu għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli;

(d)

jelenkaw l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u l-kooperattivi tat-trobbija tan-naħal li jkunu kkollaboraw mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fit-tħejjija tal-programmi tal-apikoltura;

(e)

jistabbilixxu arranġamenti tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni għall-programm tal-apikoltura.

(**)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.""

(2)

Fl-Artikolu 6, it-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Sal-15 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'sommarju tal-implimentazzjoni tan-nefqa mqassma skont l-intestaturi msemmija fl-Artikolu 1(b)."

(3)

Għandu jiżdied l-Artikolu 6a li ġej:

"Artikolu 6a

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).

(***)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.""

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 6

1.   Sa mhux aktar tard mill-għaxar jum ta' kull xahar, l-Istati Membri għandom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, f'kilogrammi ta' piż tal-prodott jew f'għadd ta' rjus, imqassmin skont il-pajjiż tal-oriġini, tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni fix-xahar ta' qabel, f’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet li ma jkunux fil-kwota.

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti, f'kilogrammi ta' piż tal-prodott jew f'għadd ta' rjus, imqasmin skont il-pajjiż tal-oriġini, tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' qabel sat-30 ta' Ġunju ta' dik is-sena li ma jkunux intużaw f'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet li ma jkunux fil-kwota.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (****).

(****)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.""

(2)

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 7

In-notifiki msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) għandhom isiru bl-użu tal-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V."

(3)

L-Artikolu 16a jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 16a

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6(3) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****).

(*****)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.""

(4)

L-Annessi II, III u IV jitħassru.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2.   Sa mhux aktar tard mis-17-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għal kull pajjiż tal-oriġini.

3.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-25 jum u sa mhux aktar tard minn tmiem ix-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet."

(2)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-10 ta' Awwissu, dwar il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni fix-xahar preċedenti, fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3)(b) ta' dan ir-Regolament;

(b)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' kwota ta' tariffa tal-importazzjoni, dwar il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota ta' tariffa tal-importazzjoni, fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dan ir-Regolament;

(c)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru wara t-tmiem ta' kull perjodu tal-kwota ta' tariffa tal-importazzjoni, dwar il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta' wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f'ċirkulazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006."

(b)

Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"In-notifiki dwar il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (******).

(******)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.""

(3)

L-Annessi IV, V u VI jitħassru.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2.   Sa mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini.

3.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mis-17-il jum u sa mhux aktar tard mill-21 jum tax-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet. Kull liċenzja li tinħareġ għandha tispeċifika l-kwantità kkonċernata skont il-kodiċi tan-NM jew il-grupp ta' kodiċijiet tan-NM."

(2)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006."

(b)

Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"In-notifiki dwar il-kwantitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*******).

(*******)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.""

(3)

L-Annessi IV, V u VI jitħassru.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 610/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (********) u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.

(********)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.""

(2)

L-Annessi V, VI u VII jitħassru.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(4)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83.

(5)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10

(6)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.

(7)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.

(8)  ĠU L 180, 11.7.2009, p. 5.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1213/2012

tas-17 ta’ Diċembru 2012

li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta’ ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-preferenzi tariffarji tal-arranġament ġenerali tal-Iskema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta’ prodotti ta’ sezzjoni tal-SPĠ li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ meta l-valur medju tal-importazzjonijiet mill-Unjoni ta’ dawn il-prodotti fuq tliet snin konsekuttivi minn dak il-pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ jaqbeż il-limiti elenkati fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Qabel l-applikazzjoni tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ sezzjonijiet tal-SPĠ li fil-każ tagħhom ikunu sospiżi l-preferenzi tariffarji fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ ikkonċernati. Il-lista għandha tkun ibbażata fuq id-dejta disponibbli fl-1 ta’ Settembru 2012 u tas-sentejn preċedenti.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista tal-prodotti ta’ sezzjonijiet tal-SPĠ li fil-każ tagħhom huma sospiżi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ kkonċernati hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.


ANNESS

Il-lista ta’ sezzjonijiet tal-SPĠ li fil-każ tagħhom huma sospiżi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta’ pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ kkonċernat.

Kolonna A

:

isem il-pajjiż

Kolonna B

:

Sezzjoni tal-SPĠ (l-Artikolu 2(j) tar-Regolament tal-SPĠ)

Kolonna C

:

deskrizzjoni

A

B

C

Ir-R.P. taċ-Ċina

S-1a

Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, eskluż il-ħut

 

S-1b

Ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra

 

S-2b

Ħaxix, frott u ġewż

 

S-2c

Kafè, te, mate u ħwawar

 

S-2d

Ċereali, dqiq, żrieragħ u reżini

 

S-4b

Ikel ippreparat (eskluż il-laħam u l-ħut), xarbiet, spirti u ħall

 

S-6a

Sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi

 

S-6b

Sustanzi kimiċi, minbarra dawk organiċi u inorganiċi

 

S-7a

Plastiks

 

S-7b

Gomma

 

S-8a

Ġild oħxon u ġild ieħor mhux ikkunzat, u ġild ikkunzat

 

S-8b

Oġġetti tal-ġild ikkunzat u tal-ġild tal-pil

 

S-9a

Injam u faħam tal-injam

 

S-9b

Sufra, prodotti tat-tiben u materjali oħra għall-immaljar

 

S-11a

Tessuti

 

S-11b

Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ

 

S-12a

Xedd tas-saqajn

 

S-12b

Ilbies għar-ras, umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten, frosti, rix u l-ewwel rix (down) ippreparati

 

S-13

Oġġetti tal-ġebel, prodotti taċ-ċeramika u ħġieġ

 

S-14

Perli u metalli prezzjużi

 

S-15a

Alloys tal-ħadid, u oġġetti tal-ħadid u tal-azzar

 

S-15b

Metalli komuni (eskluż il-ħadid u l-azzar), oġġetti ta’ metalli komuni (esklużi l-oġġetti tal-ħadid u tal-azzar)

 

S-16

Makkinarju u tagħmir

 

S-17a

Vetturi u prodotti tal-ferrovija u tal-linja tat-tramm

 

S-17b

Vetturi motorizzati, roti, vetturi tal-ajru, vetturi tal-ispazju, vapuri u dgħajjes

 

S-18

Strumenti ottiċi, arloġġi u arloġġi tal-idejn, strumenti mużikali

 

S-20

Mixxellanji

il-Kosta Rika

S-2b

Ħaxix, frott u ġewż

l-Ekwador

S-2a

Pjanti ħajjin u prodotti mill-florikultura

 

S-4a

Preparazzjonijiet ta’ laħam u ta’ ħut

l-Indja

S-5

Prodotti minerali

 

S-6a

Sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi

 

S-6b

Sustanzi kimiċi, minbarra dawk organiċi u inorganiċi

 

S-8a

Ġild oħxon u ġild ieħor mhux ikkunzat, u ġild ikkunzat

 

S-11a

Tessuti

 

S-17b

Vetturi motorizzati, roti, vetturi tal-ajru, vetturi tal-ispazju, vapuri u dgħajjes

l-Indoneżja

S-1a

Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, eskluż il-ħut

 

S-3

Żjut tal-annimali jew dawk veġetali, xaħmijiet u xema’

 

S-6b

Sustanzi kimiċi, minbarra dawk organiċi u inorganiċi

in-Niġerja

S-8a

Ġild oħxon u ġild ieħor mhux ikkunzat, u ġild ikkunzat

l-Ukraina

S-17a

Vetturi u prodotti tal-ferrovija u tal-linja tat-tramm

it-Tajlandja

S-4a

Preparazzjonijiet ta’ laħam u ta’ ħut

 

S-4b

Ikel ippreparat (eskluż il-laħam u l-ħut), xarbiet, spirti u ħall

 

S-14

Perli u metalli prezzjużi


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1214/2012

tas-17 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,0

MA

82,5

TN

110,0

TR

111,7

ZZ

82,3

0707 00 05

AL

88,1

TR

137,1

ZZ

112,6

0709 93 10

MA

143,7

TR

63,6

ZZ

103,7

0805 10 20

MA

63,8

TR

60,5

ZA

51,4

ZZ

58,6

0805 20 10

MA

73,9

ZZ

73,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

100,7

JM

129,1

MA

106,4

TR

85,7

ZZ

105,5

0805 50 10

TR

75,4

ZZ

75,4

0808 10 80

MK

36,4

NZ

165,3

US

125,8

ZA

123,7

ZZ

112,8

0808 30 90

CN

45,2

TR

135,1

US

154,6

ZZ

111,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/16


DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2012/50/UE

tal-10 ta’ Ottubru 2012

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal applikazzjonijiet li fihom iċ-ċomb

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb f’tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Is-sostituzzjoni taċ-ċomb fil-materjali dielettriċi taċ-ċeramika bbażati fuq il-PZT f’kapasiters li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti għadha mhux prattika mil-lat tekniku. L-użu taċ-ċomb f’dawk il-materjali għandu għalhekk jiġi eżentat mill-projbizzjoni.

(3)

Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, jiddaħħal il-punt 7(c)-IV li ġej:

“7(c)-IV

Ċomb fil-materjali dielettriċi taċ-ċeramika bbażati fuq il-PZT għal kapasiters li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti

Tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016”


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/18


DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2012/51/UE

tal-10 ta’ Ottubru 2012

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal applikazzjonijiet li fihom il-kadmju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu tal-kadmju f’tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Is-sostituzzjoni tal-kadmju fil-fotoreżisturi f’akkoppjaturi ottiċi analogi applikati f’tagħmir awdjo professjonali għadha mhux prattika mil-lat tekniku. L-użu tal-kadmju f’dawk il-fotoreżisturi għandu għalhekk jiġi eżentat mill-projbizzjoni. Madankollu, dik l-eżenzjoni għandha tkun limitata fiż-żmien minħabba li qed isir progress fir-riċerka għal teknoloġija ħielsa mill-kadmju u s-sostituti jistgħu jkunu disponibbli sa tmiem l-2013.

(3)

Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 40 li ġej:

“40

Kadmju fil-fotoreżisturi għal akkoppjaturi ottiċi analogi applikati f’tagħmir awdjo professjonali

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013”


DEĊIŻJONIJIET

18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2012

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għal programmi nazzjonali ta’ 5 Stati Membri (l-Irlanda, Spanja, Franza, Malta u l-Portugall) fl-2012 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9187)

(It-testi bl-ilsien Franċiż, Ingliż, Malti, Portugiż u Spanjol biss huma awtentiċi)

(2012/788/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Unjoni Ewropea għan-nefqa mġarrba fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta.

(2)

Dawk il-programmi jridu jitfasslu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (3).

(3)

Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit bagħtu l-programmi nazzjonali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd għas-snin 2011-2013 kif provdut fl-Artikoli 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dawk il-programmi ġew approvati fl-2011 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(4)

Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja ma emendawx il-programmi nazzjonali tagħhom tal-2011-2013 għas-sena 2012. Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/276/UE (4), il-Kummissjoni ddeċidiet dwar il-kontribuzzjoni għal dawk il-programmi nazzjonali għas-sena 2012, għal dawn l-Istati Membri, ħlief għall-Greċja.

(5)

Il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, l-Isvezja u r-Renju Unit bagħtu l-emendi għall-programmi nazzjonali tagħhom għas-sena 2012, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. L-emendi għall-Ġermanja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, l-Isvezja u r-Renju Unit ġew adottati mill-Kummissjoni fl-2012 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Il-Kummissjoni ddeċidiet dwar il-kontribuzzjoni għal dawk il-programmi nazzjonali għas-sena 2012, għal dawn l-Istati Membri, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/654/UE (5).

(6)

L-Irlanda, Spanja, Franza, Malta u l-Portugall ukoll bagħtu l-previżjonijiet baġitarji annwali għas-sena 2012 skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd (6). Il-Kummissjoni evalwat il-previżjonijiet baġitarji annwali tal-Istati Membri, kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008, billi qieset l-emendi approvati għall-programmi nazzjonali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(7)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tapprova l-previżjoni baġitarja annwali u għandha tiddeċiedi dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għal kull programm nazzjonali skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u abbażi tar-riżultat tal-evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008.

(8)

L-Artikolu 24(3)(b) tar-Regolament 861/2006 jistabbilixxi li r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi ffissata minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-miżuri finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġbir ta’ dejta bażika ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fit-twettiq tal-programm ta’ ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7).

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti massimi globali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li se jingħataw lil kull Stat Membru għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd għall-2012, u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 134, 24.5.2012, p. 27.

(5)  ĠU L 293, 23.10.2012, p. 34.

(6)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 24.

(7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

IL-PROGRAMMI NAZZJONALI MILL-2011 SAL-2013

IN-NEFQA ELIĠIBBLI U L-KONTRIBUZZJONI MASSIMA TAL-UNJONI GĦALL-2012

(EUR)

Stat Membru

Nefqa eliġibbli

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

(Rata ta’ 50 %)

L-Irlanda

5 771 583

2 885 791

Franza

14 898 076

7 449 038

Spanja

15 661 034

7 830 517

Malta

658 560

329 280

Il-Portugall

3 411 870

1 705 935

Total

40 401 123

20 200 561


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2012

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE għall-2012 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bl-għan li jiġu kkontrollati l-organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9280)

(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2012/789/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni sabiex ikopru l-ispejjeż relatati direttament mal-miżuri neċessarji li ttieħdu jew li huma previsti li jittieħdu fil-ġlieda kontra l-organiżmi ta’ ħsara li ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra tal-Unjoni, sabiex jinqerdu jew, jekk dan mhux possibbli, sabiex titrażżan il-firxa tagħhom.

(2)

Il-Ġermanja ressqet erba’ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja. L-ewwel waħda tressqet fid-19 ta’ Diċembru 2011 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 biex tinqered jew titrażżan il-firxa tad-Diabrotica virgifera f’Nordrhein-Westfalen. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata hemmhekk fl-2010.

(3)

It-tieni waħda tressqet fil-25 ta’ April 2012 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu bejn Awwissu 2010 u Awwissu 2011 biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora glabripennis f’Nordrhein-Westfalien. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata hemmhekk fl-2009.

(4)

It-tielet talba tal-Ġermanja tressqet fis-27 ta’ April 2012 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 sabiex jinqered jew jitrażżan id-Diabrotica virgifera f’Baden-Württemberg. It-tifqigħat ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġew innutati f’distretti rurali jew urbani differenti ta’ dak l-Istat (Breisgau-Hochschwarzwald, Emmendingen, il-belt ta’ Freiburg, Konstanz, Lörrach, Ortenaukreis u Rastatt – id-distrett urban ta’ Baden-Baden) fi snin differenti, jiġifieri fl-2008, fl-2009, fl-2010 u fl-2011. Il-miżuri li ttieħdu fl-2008, fl-2009, fl-2010 u l-2011 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009, fl-2010 u fl-2011.

(5)

Ir-raba’ talba tal-Ġermanja tressqet fis-27 ta’ April 2012 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 sabiex jinqered jew jitrażżan id-Diabrotica virgifera f’Hessen. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata hemmhekk fl-2011.

(6)

Spanja ressqet erba’ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja. L-ewwel talba tressqet fl-20 ta’ April 2012 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2012 f’Extremadura biex ikun ikkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata fl-2008 fi Sierra de Dios Padres. Il-miżuri li ttieħdu bejn Novembru u Diċembru 2008, u fl-2009, fl-2010 u fl-2011 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009, fl-2010 u fl-2011. It-talba ta’ segwitu għal miżuri bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012, jiġifieri biex jiġi kopert iż-żmien massimu ta’ erba’ snin, ġiet aċċettata.

(7)

It-tieni talba ta’ Spanja tressqet fit-23 ta’ April 2012. Din għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2012 f’Galicia biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata fl-2010 fiż-żona ta’ As Neves.

(8)

It-tielet talba ta’ Spanja tressqet fil-25 ta’ April 2012. Din għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2012 fil-Catalonia biex jiġi kkontrollat il-Pomacea insularum. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata fl-2010.

(9)

Ir-raba’ talba ta’ Spanja tressqet fis-27 ta’ April 2012. Din għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2012 f’Extremadura biex jiġi kkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata fl-2012 fiż-żona ta’ Valverde del Fresno.

(10)

Franza ressqet żewġ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja. L-ewwel waħda tressqet fit-30 ta’ Diċembru 2011 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għal bejn Settembru 2011 u Settembru 2012 biex jiġi kkontrollat ir-Rhynchophorus ferrugineus. It-tifqigħat inizjali ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġew innutati fl-2009. Il-ċmiżuri li ttieħdu bejn Settembru 2009 sa Settembru 2011 ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2010.

(11)

It-tieni waħda tressqet fit-30 ta’ April 2012 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għal bejn Novembru 2011 u Diċembru 2012 biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora glabripennis fl-Alsace. Fi Franza ttieħdu miżuri wara li fl-2011 instab dak l-organiżmu ta’ ħsara fiż-żona bi fruntieri mal-Ġermanja.

(12)

L-Italja ressqet żewġ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ April 2012. L-ewwel talba tal-Italja għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2012 fil-Veneto, il-provinċja ta’ Treviso, iż-żona ta’ Cornuda, biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora glabripennis. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet innutata fl-2009. Il-miżuri li ttieħdu fl-2009, fl-2010 u fl-2011 ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2010 u fl-2011.

(13)

It-tieni talba tal-Italja għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 fl-Emilia-Romagna, il-provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Ravenna u Forlì-Cesena, biex ikun ikkontrollat il-Pseudomonas syringae pv. actinidiae. It-tifqigħa ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġiet ikkonfermaat fl-2010. Il-miżuri li ttieħdu fl-2010 ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2011.

(14)

Ċipru ressaq talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ April 2012 li għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-2012 biex ikun ikkontrollat ir-Rhynchophorus ferrugineus. It-tifqigħa inizjali ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara seħħet fl-2009. Il-miżuri li ttieħdu fl-2010 u fl-2011 ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2010 u fl-2011.

(15)

Il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-23 ta’ Diċembru 2011. It-talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu bejn Novembru 2010 u Diċembru 2011 fiż-żona ta’ Almere biex jiġi kkontrollat Anoplophora glabripennis. Dak l-organiżmu ta’ ħsara tfaċċa f’Novembru 2010.

(16)

Il-Portugall ressaq żewġ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ April 2012 li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li ttieħdu biex ikun ikkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. L-ewwel talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew li huma previsti għall-ewwel nofs tal-2012 fil-Portugall kontinentali bl-eċċezzjoni taż-żona ta’ Setubal li kienet oriġinarjament infestata fl-1999, biex ikunu kkontrollati t-tifqigħat li ġew innutati fl-2008. Il-miżuri li ttieħdu fit-tieni nofs tal-2008, fl-2009, fl-2010 u fl-2011 ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009, fl-2010 u fl-2011. Talba ta’ segwitu għal miżuri bejn Jannar 2012 u Ġunju 2012, jiġifieri biex jiġi kopert iż-żmien massimu ta’ erba’ snin, ġiet aċċettata.

(17)

It-tieni talba tal-Portugall għandha x’taqsmu esklussivament mal-miżuri tat-trattament bis-sħana tal-injam jew tal-materjal għall-ippakkjar tal-injam fiż-żona ta’ Setubal fl-2012. Il-miżuri li ttieħdu fl-2010 u fl-2011 ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2011.

(18)

Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall ilkoll stabbilixxew programm ta’ azzjonijiet biex jeqirdu jew irażżnu dawn l-organiżmi ta’ ħsara li ssemmew hawn fuq fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew.

(19)

Il-miżuri kollha li jissemmew hawn jinkludu varjetà ta’ miżuri tas-saħħa tal-pjanti, inklużi l-qerda ta’ siġar jew uċuħ tar-raba’ kontaminati, l-applikazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, it-tekniki tas-sanità, spezzjonijiet u testijiet li jsiru b’mod uffiċjali jew fuq talba uffiċjali għall-monitoraġġ tal-preżenza jew tal-medda tal-kontaminazzjoni tal-organiżmi ta’ ħsara rispettivi, u s-sostituzzjoni tal-pjanti meqruda, skont it-tifsira tal-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2000/29/KE.

(20)

Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall applikaw għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dawn il-programmi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, partikolarment il-paragrafi 1 u 4 tagħha, u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relattivi għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fitosanitarju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (2).

(21)

Permezz tal-informazzjoni teknika mogħtija mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, il-Kummissjoni setgħet tanalizza s-sitwazzjoni b’mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni, kif stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. Għalhekk, huwa xieraq li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni biex tiġi koperta n-nefqa f’dawk il-programmi.

(22)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2000/29/KE, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-miżuri li jittieħdu f’perjodu ta’ mhux iktar minn sentejn wara d-data meta tkun ġiet innutata t-tifqigħa jew għall-miżuri previsti għal dak il-perjodu. Madanakollu, skont it-tielet subparagrafu ta’ dak l-Artikolu, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż jekk ikun ġie stabbilit li l-għan tal-miżuri jkun se jintlaħaq f’perjodu addizzjonali raġonevoli, u f’liema każ ir-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun mifruxa fuq is-snin ikkonċernati. Wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma abbażi tal-evalwazzjoni tat-talbiet rispettivi, huwa xieraq li l-perjodu ta’ sentejn għall-programmi kkonċernati jkun estiż, filwaqt li titnaqqas ir-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dawn il-miżuri għal 45 % tan-nefqa eliġibbli għat-tielet sena u għal 40 % għar-raba’ sena ta’ dawn il-programmi.

(23)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li tlaħħaq sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għandha għaldaqstant tapplika għall-Ġermanja, Baden-Württemberg, id-Diabrotica virgifera, id-distrett rurali ta’ Breisgau-Hochschwarzwald u l-belt ta’ Freiburg, id-distrett rurali ta’ Rastatt u d-distrett urban ta’ Baden-Baden (2011), il-Ġermanja, id-Diabrotica virgifera, Hessen (2011), il-Ġermanja, id-Diabrotica virgifera, Nordrhein Westfalen (2011), Franza, l-Anoplophora glabripennis, (bejn Novembru 2011 u Diċembru 2012), l-Italja, l-Emilia-Romagna, is-Pseudomonas syringae pv. Actinidiae l-provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Ravenna u Forlì-Cesena (2011), il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Anoplophora glabripennis, iż-żona ta’ Almere (bejn Novembru 2010 u Diċembru 2011).

(24)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li tlaħħaq sa 45 % tan-nefqa eliġibbli għandha għaldaqstant tapplika għal dawn il-programmi: il-Ġermanja, Nordrhein-Westfalen, l-Anoplophora glabripennis (2011), il-Ġermanja, Baden-Württemberg, id-Diabrotica virgifera, id-distretti rurali ta’ Emmendingen, Konstanz, u Lörrach (2011), Spanja, il-Catalonia, il-Pomacea insularum (2012), Spanja, Galicia, il-Bursaphelenchus xylophilus (2012), Franza, ir-Reġjun PACA, ir-Rhynchophorus ferrugineus (bejn Settembru 2011 u Settembru 2012, Ċipru, ir-Rhynchophorus ferrugineus (2012) u l-Portugall, il-Bursaphelenchus xylophilus, iż-żona ta’ Setubal (2012) billi l-miżuri kkonċernati diġà ġew soġġetti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/772/UE (3) (il-Ġermanja, id-Diabrotica virgifera, Franza, l-Italja, Ċipru) u/jew id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/868/UE (4) (il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, il-Portugall) għall-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tagħhom.

(25)

Barra minn hekk, kontribuzzjoni mill-Unjoni li tlaħħaq sa 40 % għandha tapplika għar-raba’ sena ta’ dawn il-programmi: Spanja, Extremadura, il-Bursaphelenchus xylophilus, it-tifqigħa tal-2008 (2012), l-Italja, Veneto, l-Anoplophora glabripennis (2012), il-Portugall, il-Bursaphelenchus xylophilus (2012), iż-żona tal-Portugall kontinentali bl-eċċezzjoni taż-żona ta’ Setubal li oriġinarjament kienet infestata fl-1999, billi l-miżuri ġew soġġetti għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/996/UE (5), id-Deċiżjoni 2010/772/UE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/868/UE għall-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tagħhom.

(26)

Skont il-konklużjonijiet tal-missjoni tal-awditjar fil-Portugall bejn id-19 u t-28 ta’ Marzu 2012 tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni, 85 % biss tas-siġar koniferi ospitanti infettati min-nematodu tal-injam tal-arżnu jew li juru xi sintomi ta’ mard, twaqqgħu u nqerdu fl-1 ta’ April 2012 u dan jirrappreżenta sottoimplimentazzjoni ta’ 15 %. Barra minn hekk, it-teħid ta’ kampjun u l-ittestjar tas-siġar koniferi suspettużi kienu applikati b’intensità ta’ madwar 1 %, rata ħafna aktar baxxa minn dak li tistipula d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE tat-13 ta’ Frar 2006 li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix (6).

(27)

Fid-dawl ta’ dan, il-livell tan-nefqa eliġibbli fit-talba li għandha x’taqsam mal-miżuri fil-Portugall kontinentali, bl-eċċezzjoni taż-żona ta’ Setubal li kienet oriġinarjament infestata, għandu jitnaqqas fir-rigward tal-ispiża għat-twaqqigħ tas-siġar koniferi u l-ispejjeż tat-testijiet fil-laboratorju mwettqin mill-Awtorità Nazzjonali tal-Forestrija. Meta tqis li fl-2011 it-twaqqigħ tas-siġar u l-intensità tal-ittestjar diġà ma kinux qed jiġu implimentati kif xieraq, fl-2012 għandu jkun hemm tnaqqas akbar mil-livell ta’ sottoimplimentazzjoni. Għaldaqstant, għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ 25 % għan-nefqa involuta fit-twaqqigħ tas-siġar u l-attivitajiet tal-ittestjar ma għandhomx ikunu eliġibbli.

(28)

Barra minn hekk, skont il-konklużjonijiet tal-verifika finanzjarja mill-Kummissjoni tal-ispiża tat-trattamenti bis-sħana tal-injam u l-materjal għall-ippakkjar tal-injam fil-Portugall, l-ispiża ta’ kull unità għal kull palit ekwivalenti għandu jkun ta’ EUR 0,30 minflok dak ta’ EUR 0,43. Għaldaqstant, l-ammont ta’ nefqa eliġibbli għal dawk il-miżuri għat-trattamenti bis-sħana għandu jkun adattat fiż-żewġ dossjers introdotti mill-Portugall sabiex jiġu riflessi dawk il-konklużjonijiet.

(29)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (7), il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti huma ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet tal-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(30)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi ppreċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni li lilha jkunu ġew iddelegati s-setgħat, filwaqt li jiġu stipulati l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa.

(31)

Id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għan-nefqa mressqa fit-talbiet ta’ kofinanzjament ippreżentati mill-Istati Membri.

(32)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Abbażi tal-informazzjoni u d-dokumenti ppreżentati mill-Istati Membri u analizzati mill-Kummissjoni, l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2012 biex tiġi koperta n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, li għandha x’taqsam mal-miżuri meħtieġa kif inhu speċifikat fl-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2000/29/KE u meħudin bl-għan li jkunu miġġielda l-organiżmi milqutin mill-programmi ta’ eradikazzjoni jew trażżin elenkati fl-Anness, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 hija ta’ EUR 7 271 741,06. L-ammonti massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull programm għandha tkun kif inhu indikat fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni kif stabbilit fl-Anness għandha titħallas skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta evidenza tal-miżuri meħudin skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1040/2002

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta talba għall-ħlas lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa mingħajr ħsara għall-verifiki mill-Kummissjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 23(8), l-Artikolu 23(10), u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika ta’ Franza, lir-Repubblika tal-Italja, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38.

(3)  ĠU L 330, 15.12.2010, p. 9.

(4)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 57.

(5)  ĠU L 339, 22.12.2009, p. 49.

(6)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


ANNESS

PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI/TRAŻŻIN

Taqsima I

Programmi li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni hija ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli

(EUR)

Stat Membru

Organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eliġibbli

Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni Għal kull programm

il-Ġermanja, Nordrhein-Westfalen

Diabrotica virgifera

Zea mays

08.2010 -09.2011

1 u 2

133 400,32

66 700,16

il-Ġermanja, Hessen

Diabrotica virgifera

Zea mays

2011

1

55 374,84

27 687,42

il-Ġermanja, Baden-Württember, id-distrett rurali ta’ Rastatt u d-distrett urban ta’ Baden-Baden (l-ewwel sena tal-miżuri), Breisgau-Hochschwarzwald u l-belt ta’ Freiburg (it-tieni sena tal-miżuri)

Diabrotica virgifera

Zea mays

2011

1 jew 2

31 750,29

15 875,14

Spanja, Extremadura (it-tifqigħa tal-2012)

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

2012

1

1 081 399,69

540 699,84

Franza, Alsace

Anoplophora glabripennis

Bosta speċijiet ta’ siġar

11.2011-12.2012

1 u 2

213 993,15

106 996,57

l-Italja, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Ravenna u Forlì-Cesena)

Pseudomonas syringae pv. actinidiae

Actinidia sp.

2011

2

152 330,13

76 165,06

il-Pajjiżi l-Baxxi, iż-żona ta’ Almere

Anoplophora glabripennis

Bosta speċijiet ta’ siġar

11.2010 -12.2011

1 u 2

583 436

291 718

Taqsima II

Programmi li r-rati tagħhom ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jvarjaw, fl-applikazzjoni tal-prinċipju tad-digressività

(EUR)

Stat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti milquta

Is-sena

a

Nefqa eliġibbli

Rata (%)

Il-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

il-Ġermanja, Nordrhein-Westfalen

Anoplophora glabripennis

Bosta speċijiet ta’ siġar

08.2010 -09.2011

3

207 314,64

45

93 291,58

il-Ġermanja, Baden-Württemberg, id-distrett rurali ta’ Emmendingen, Lörrach, Konstanz

Diabrotica virgifera

Zea mays

2011

3

33 675,54

45

15 153,99

Spanja, Catalonia

Pomacea insularum

Oryza sativa

2012

3

1 914 477,44

45

861 514,84

Spanja, Extremadura (it-tifqigħa tal-2008)

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

2012 (bejn Jannar u Ottubru)

4

316 519,91

40

126 607,96

Spanja, Galicia

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

2012

3

1 652 201,49

45

743 490,67

Franza, ir-Reġjun PACA

Rhynchophorus ferrugineus

Palmaceae

Minn Settembru 2011 sa Settembru 2012

3

421 173,40

45

189 528,03

l-Italja, il-Veneto (iż-żona ta’ Cornuda)

Anoplophora glabripennis

Bosta speċijiet ta’ siġar

2012

4

281 945

40

112 778

Ċipru

Rhynchophorus ferrugineus

Palmaceae

2012

3

299 814

45

134 916,30

il-Portugall, il-Portugall kontinentali, żona ‘il barra miż-żona ta’ Setubal

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

2012 (bejn Jannar u Ġunju)

4

Il-miżuri 1,2,3,4,5,9

40

Il-miżuri 1,2,3,4,5,9

1 473 813,32

589 525,32

Il-miżura 6 (ittestjar-teħid ta’ kampjun)

Il-miżura 6 (ittestjar-teħid ta’ kampjun)

0

0

Il-miżura 7 (miżuri HT) jiġifieri 16 800 000 palit ekwivalenti bi EUR 0,30

Il-miżura 7 (miżuri HT)

5 040 000

2 016 000

Il-miżura 8 (twaqqigħ tas-siġar), jiġifieri tnaqqis għal 75 % ta’ 1 894 606,34

Il-miżura 8 (twaqqigħ tas-siġar)

1 420 954,75

568 381,90

Total

Total

7 934 768,07

3 173 907,23

il-Portugall, iż-żona ta’ Setubal, miżuri ta’ trattamenti bis-sħana

Bursaphelenchus xylophilus

Injam u materjal għall-ippakkjar tal-injam

2012

3

Il-miżuri 1 u 2

45

Il-miżuri 1 u 2

9 582,92

4 312,31

Il-miżura 3 (miżuri HT) jiġifieri 5 114 059 palit ekwivalenti bi EUR 0,30

Il-miżura 3 (miżuri HT)

1 534 217,70

690 397,96

Total

Total

1 543 800,62

694 710,27

Kontribuzzjoni totali mill-Unjoni: 7 271 741,06

Spjegazzjoni:

—   a= sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni.


18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2012

għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Ittestjar tar-Residwi bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2012

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9286)

(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

(2012/790/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 31(1) u (2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea jistgħu jingħataw għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

(2)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”) u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (4) (minn hawn ’il quddiem imsejħa r-“Regoli ta’ Implimentazzjoni”), l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-UE għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nfiq u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew delegati s-setgħat mill-istituzzjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (5), jistabbilixxi li l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jiġu implimentati b’mod effettiv u li l-benefiċjarji jgħaddu t-tagħrif kollu meħtieġ f’limiti ta’ żmien partikolari.

(4)

L-Istitut għas-Sikurezza fl-Ikel f’Wageningen, il-Pajjiżi l-Baxxi (RIKILT) – intgħażel bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-ittestjar tar-residwi fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE (6) b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(5)

F’Settembru 2011 RIKILT introduċa programm ta’ ħidma provviżorju għas-sena 2012 bħala parti mill-kandidatura tiegħu. Wara li ntgħażel, RIKILT ippreżenta programm ta’ ħidma aġġornat u stimi tal-baġit korrispondenti. Il-Kummissjoni vvalutat u approvat il-programm ta’ ħidma aġġornat u l-stimi tal-baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2012.

(6)

Il-programm ta’ ħidma ilu jintuża mill-1 ta’ Jannar 2012. Għalhekk, huwa meħtieġ finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2012.

(7)

Billi l-pjan ta’ ħidma tal-2012 huwa qafas dettaljat biżżejjed fit-tifsira tal-Artikolu 90(2) u (3) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, din id-deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament.

(8)

Għalhekk, għandha tingħata għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula biex jikkofinanzjaw l-attivitajiet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata bir-rata ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli kif inhu definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011.

(9)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (7), il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). Barra minn hekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tar-regolament jipprevedi li f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, għall-miżuri u l-programmi koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (8), in-nefqa marbuta mal-kostijiet amministrattivi u tal-istaff imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji tal-għajnuna mill-EAGF, għandha tiġi koperta mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-programm ta’ ħidma għall-2012 ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 minn RIKILT — l-Istitut għas-Sikurezza fl-Ikel, parti minn Wageningen University & Research Centre, hawnhekk qed jiġi approvat.

2.   Għall-Ittestjar tar-Residwi, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil RIKILT — l-Istitut għas-Sikurezza fl-Ikel, parti minn Wageningen University & Research Centre. Il-laboratorju għandu jwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fil-parti I tal-Anness VII, tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-punt 12a.

3.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata bir-rata ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli kif inhu definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 470 000 għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2012, li minnu massimu ta’ EUR 25 000 għandu jkun ddedikat għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar l-Ittestjar tar-Residwi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil: RIKILT — l-Istitut għas-Sikurezza fl-Ikel, parti minn Wageningen University & Research Centre, Akkermaalsbos 2, Binja Nru 123, 6708 WB Wageningen, il-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 241, 17.9.2011, p. 2.

(6)  ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(8)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.


LINJI GWIDA

18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/30


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ Novembru 2012

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema

(BĊE/2012/25)

(2012/791/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba ta’ politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li jridu jintużaw mill-Eurosistema sabiex tiġi implimentata politika bħal din b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Numru ta’ aġġornamenti huma meħtieġa biex jiġu indirizzati, fost oħrajn, l-introduzzjoni gradwali ta’ ħtiġijiet ta’ rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self fuq titoli ggarantiti minn assi, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kupuni, id-dejta tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kalkolazzjoni ta’ penalitajiet finanzjarji għal non-konformità ma’ obbligi tal-kontroparti.

(3)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda ta’ Anness I

Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 huwa emendat skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Verifika

Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) għandhom jippreżentaw id-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mit-3 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 4

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 huwa emendat kif ġej:

1.

Fit-Taqsima 5.1.3, qed tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Il-BĊE jirriżerva d-dritt li jieħu kull azzjoni illi jqis xierqa sabiex jikkoreġi żball fl-avviż tas-sejħa għall-offerti, inkluż it-tħassir jew l-interruzzjoni tal-esekuzzjoni ta’ sejħa għall-offerti.”;

2.

Fit-Taqsima 5.1.6, qed tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Jekk ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti jkun fih informazzjoni żbaljata fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-fuq imsemmija, il-BĊE jirriżerva d-dritt li jieħu kull azzjoni li jqis xierqa biex tiġi korretta din l-informazzjoni żbaljata.”;

3.

It-Taqsima 6.2.1.1 hija mibdula b’li ġej:

“6.2.1.1.   Tip ta’ attiv

1.   Rekwiżiti komuni għall-eliġibbiltà

Huwa għandu jkun strument ta’ dejn li jkollu:

(a)

ammont prinċipali li huwa fiss u mingħajr kundizzjoni (*); u

(b)

kupun li ma jistax jirriżulta fi fluss negattiv ta’ flus kontanti u huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

kupuni fissi, żero, u multi-step, i.e. strumenti bi skeda ta’ kupuni predefinita u valuri tal-kupun predefiniti;

(ii)

kupuni flat varjabbli marbutin ma’ indiċi wieħed biss li jikkorrispondi ma’ rata tas-suq tal-flus tal-euro eż. EURIBOR, LIBOR u indiċijiet simili, jew rata kostanti ta’ tpartit ta’ maturità, eż. indiċijiet CMS, EIISDA, EUSA;

(iii)

kupuni varjabbli marbutin ma’ indiċi wieħed biss li jikkorrispondi ma’ rata tas-suq tal-flus tal-euro eż. EURIBOR, LIBOR u indiċijiet simili, jew rata kostanti ta’ tpartit ta’ maturità, eż. indiċijiet CMS, EIISDA, EUSA;

(iv)

kupuni varjabbli, flat, leveraged u de-leveraged marbutin mar-rendiment ta’ bond tal-gvern taż-żona tal-euro li għandu maturità ta’ sena jew anqas (jew indiċi jew rendiment tal-punt ta’ referenza gross);

(v)

floaters tal-inflazzjoni flat marbutin ma’ indiċijiet tal-inflazzjoni taż-żona tal-euro, li ma fihom ebda discrete range, range accrual, ratchet jew strutturi komplessi simili.

L-istrutturi ta’ kupun li ġejjin huma esklużi: il-floaters kollha marbutin ma’ rati ta’ imgħax ta’ valuta barranija, indiċijiet u rati ta’ imgħax ta’ komoditajiet u ekwitajiet, dual floaters u floaters marbutin ma’ firxiet ta’ tpartit (swap spreads) jew ma’ kombinazzjoni oħra ta’ indiċijiet, u kull tip ta’ ratchet u kupuni ta’ range accrual, kif ukoll floaters inversi u kupuni li jiddependu fuq klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn dan, huma esklużi strutturi ta’ termini kumplessi bħal ma huma target redemption notes u opzjonijiet biex jinbidel it-tip ta’ kupun permezz tal-użu ta’ drittijiet ta’ bejgħ addizzjonali.

Kupuni eliġibbli m’għandhomx ikollhom opzjonijiet għall-emittent, jiġifieri m’għandhomx jawtorizzaw bidliet fid-definizzjoni ta’ kupun matul il-ħajja tal-istrument li huma kontinġenti fuq deċiżjoni tal-emittent. Barra minn dan, jekk jeżistu limiti minimi jew massimi, dawn għandhom ikunu fissi u predefiniti. Il-klassifikazzjoni ta’ strument fir-rigward tal-kupun tiegħu, f’każ li l-kupun huwa multi-step, għandha tkun ibbażata fuq perspettiva li tħares ‘il quddiem.

In-nonkonformità mal-fuq imsemmija kriterji ta’ eliġibbiltà tipprekludi wkoll assi milli jkunu eliġibbli anke jekk japplikaw biss għal partijiet tal-istruttura ta’ remunerazzjoni (bħal ma huwa premium) u anke jekk ħlas ta’ kupun li mhuwiex negattiv u l-ħlas lura ta’ mill-anqas l-ammont prinċipali huma espliċitament iggarantiti.

Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1(a) u (b) japplikaw sakemm l-obbligu jkun twettaq. Strumenti ta’ dejn ma jistgħux jirriżultaw fi drittijiet għall-kapital u/jew l-imgħax li jkunu subordinati għad-drittijiet ta’ detenturi ta’ strumenti ta’ dejn oħrajn tal-istess emittent.

2.   Kriterji ta’ eliġibbiltà addizzjonali applikabbli għal titoli ggarantiti minn assi

Għall-finijiet tal-qafas legali tal-Eurosistema fir-rigward tal-politika monetarja, bonds koperti mhumiex meqjusin bħala titoli ggarantiti minn assi.

Paragrafu 1(a) ma japplikax għal titoli ggarantiti minn assi. L-Eurosistema tivvaluta l-eliġibbiltà ta’ titoli ggarantiti minn assi fil-konfront tal-kriterji addizzjonali stabbiliti f’din it-Taqsima.

It-titoli li jiġġeneraw il-fluss ta’ kontanti li jiggarantixxu t-titoli ggarantitii minn assi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-akkwist ta’ dawn l-assi għandu jkun irregolat mil-liġi ta’ Stat Membu tal-UE;

(b)

huma għandhom jinkisbu mill-oriġinatur jew mingħand intermedjarju permezz tal-istrument ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali b’mod li l-Eurosistema tqis bħala ‘bejgħ ta’ veru’ li huwa inforzabbli kontra kull terza persuna, u lil hinn mill-kontroll tal-oriġinatur u l-kredituri tiegħu jew tal-intermedjarju u l-kredituri tiegħu, inkluż f’każ ta’ insolvenza tal-oriġinatur jew tal-intermedjarju (**);

(c)

huma għandhom joriġinaw u jinbiegħu lill-emittent minn oriġinatur inkorporat fiż-ŻEE u, jekk applikabbli, intermedjarju inkorporat fiż-ŻEE;

(d)

huma m’għandhomx jikkonsistu, kollha kemm huma jew parzjalment, attwalment jew potenzjalment, minn segmenti ta’ titoli ggarantiti minn assi oħrajn (***), Barra minn dan, huma m’għandhomx jikkonsistu, kollha kemm huma jew parzjalment, minn noti marbutin mal-kreditu, swaps jew strumenti oħra ta’ derivati (****) jew titoli sintetiċi;

(e)

jekk huma talbiet ta’ kreditu, l-obbliganti u l-kredituri għandhom ikunu inkorporati (jew, jekk persuni naturali, residenti) fiż-ŻEE u, jekk relevanti, it-titolu relatat għandu jkun fiż-ŻEE. Il-liġi li tirregola dawk it-talbiet ta’ kreditu għandha tkun il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE. Jekk ikunu bonds, l-emittenti għandhom ikunu inkorporati fiż-ŻEE, għandhom jinħarġu f’pajjiż taż-ŻEE taħt il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE u kull titolu relatat għandu jkun fiż-ŻEE.

Kif stabbilit Fit-Taqsima 6.2.1.7, l-emittent ta’ titolu ggarantit minn assi għandu jkun stabbilit fiż-ŻEE.

F’każijiet fejn oriġinaturi jew, jekk applikabbli, intermedjarji, kienu inkorporati fiż-żona tal-euro, jew fir-Renju Unit, l-Eurosistema vverifikat illi ma kien hemm ebda dispożizzjonijiet clawback severi f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet. Jekk l-oriġinatur jew, jekk applikabbli, l-intermedjarju, huwa inkorporat f’pajjiż ieħor taż-ŻEE, it-titoli ggarantiti minn assi jistgħu jiġu meqjusa bħala eliġibbli biss jekk l-Eurosistema tigura illi d-drittijiet tagħha jkunu protetti b’mod xieraq kontra dispożizzjonijiet clawback meqjusin relevanti mill-Eurosistema taħt il-liġi tal-pajjiż taż-ŻEE relevanti. Għal dan il-għan, għandha tiġi ppreżentata valutazzjoni legali indipendenti f’forma aċċettabbli lill-Eurosistema li tistipula r-regoli clawback applikabbli fil-pajjiż, qabel ma t-titoli ggarantiti minn assi jkunu jistgħu jitqiesu eliġibbli. Biex tiddeċiedi jekk id-drittijiet tagħha humiex protetti b’mod xieraq kontra r-regoli clawback, l-Eurosistema tista’ titlob dokumenti oħrajn, inkluż ċertifikat ta’ solvenza mingħand id-destinatarju tat-trasferiment, għall-perijodu suspettat. Regoli clawback li l-Eurosistema tqis li huma severi u għalhekk mhux aċċettabbli jinkludu regoli li taħthom il-bejgħ ta’ assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus u li jappoġġaw it-titoli sostnuti minn assi jista’ jkun invalidat mill-likwidatur abbażi biss li jkun ġie konkluż fi żmien ċertu perijodu (perijodu suspettat) qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ (oriġinatur/intermedjarju), jew fejn din l-invalidazzjoni tista’ titwaqqaf biss mid-destinatarju tat-trasferiment jekk ikun jista’ juri illi ma kienx jaf bl-insolvenza tal-bejjiegħ (oriġinatur/intermedjarju) fil-ħin tal-bejgħ.

Fi ħdan ħruġ strutturat, sabiex ikun eliġibbli, segment (jew sub-segment) ma jistax ikun subordinat għal segmenti oħrajn tal-istess ħruġ. Porzjon ta’ ishma (jew sub-porzjon) jitqies bħala mhux subordinat fil-konfront ta’ porzjonijiet oħra (jew sub-porzjonijiet) tal-istess ħruġ jekk, skont il-prijorità ta’ pagament applikabbli wara l-konsenja ta’ avviż ta’ infurzar, kif stabbilit fiċ-ċirkolari tal-offerta, ebda porzjon (jew sub-porzjon) ieħor ma jingħata prijorità fuq dak il-porzjon jew sub-porzjon fir-rigward tar-riċevuta ta’ ħlas (kapital u imgħax), u b’hekk dak il-porzjoni (jew sub-porzjon) ikun l-aħħar wieħed li jġarrab telf fir-rigward tal-porzjonijiet jew sub-porzjonijiet differenti ta’ ħruġ strutturat. Għal ħarġiet strutturati fejn il-prospett jistipula l-konsenja ta’ avviż ta’ aċċelerazzjoni u wieħed ta’ infurzar, li porzjon (jew sub-porzjon) mhuwiex subordinat għandu jkun żgurat taħt il-prijorità ta’ ħlasijiet marbutin kemm mal-avviż ta’ aċċelerazzjoni kif ukoll ma’ dak ta’ infurzar.

Biex titoli ggarantiti minn assi jsiru jew jibqgħu eliġibbli għal operazzjonijet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, l-Eurosistema teħtieġ li dejta komprensiva u standardizzata tal-livell ta’ self fuq il-pul ta’ assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti sottostanti għal titolu ggarantit minn assi tiġi ppreżentata mill-partijiet konċernati fit-titolu ggarantit minn assi, b’konformità ma’ Appendiċi 8.

Biex tiġi determinata l-eliġibbiltà ta’ titoli ggarantiti minn assi, l-Eurosistema tikkunsidra d-dejta mdaħħla fl-oqsma obbligatorji tal-mudell għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self relevanti, fl-ambitu tat-tifsira ta’ Appendiċi 8. Fil-valutazzjoni tagħha tal-eliġibbiltà l-Eurosistema tqis: (a) kull nuqqas li tiġi kkonsenjata d-dejta; u (b) il-frekwenza li fiha jinstab li l-oqsma ta’ dejta individwali dwar il-livell ta’ self ma fihom ebda dejta sinifikanti.

Sabiex ikun eliġibbli, titolu ggaranti minn assi għandu jkun appoġġat minn assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti li l-Eurosistema tqis li huma omoġenji, jiġifieri li l-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti li jappoġġaw titolu ggarantit minn assi jikkonsistu minn tip wieħed biss ta’ assi li jappartjenu jew lil ipoteki residenzjali, ipoteki kummerċjali fuq proprjetà immobbli, self lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju, self għax-xiri ta’ karozzi, self għal finanzjament tal-konsumatur jew ammonti riċevibbli għal kiri. Titoli ggarantiti minn assi mhumiex eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jekk il-pul ta’ assi sottostanti għalihom jikkonsisti minn assi eteroġenji, peress illi ma jistgħux jiġu rrapportati permezz ta’ galvu wieħed għall-klassi speċifika ta’ assi (*****).

L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li titlob mingħand kwalunkwe terza persuna, eż l-emittent, l-oriġinatur jew min jagħmel l-arranġamenti, kwalunkwe kjarifika u/jew konferma legali li jidhrilha meħtieġa biex tivvaluta l-eliġibbiltà ta’ titoli ggarantiti minn assi u fir-rigward tal-provvista ta’ dejta fuq il-livell ta’ self.. Nonkonformità ma’ talbiet bħal dawn tista’ twassal għal sospensjoni ta’ jew ċaħda tal-għoti ta’ eliġibbiltà lit-tranżazzjoni tat-titolu ggarantit minn assi kkonċernat.

3.   Kriterji ta’ eliġibbiltà addizzjonali applikabbli lil bonds koperti.

Mill-31 ta’ Marzu 2013, bonds koperti huma suġġetti għall-ħtiġijiet addizzjonali li ġejjin:

Il-pul ta’ kopertura ta’ bond kopert m’għandux ikun fiha titoli ggarantiti minn assi, bl-eċċezzjoni ta’ titoli ggarantiti minn assi li:

(a)

jikkonformaw mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE fir-rigward ta’ titoli ggarantiti minn assi f’bonds koperti;

(b)

kienu oriġinati minn membru tal-istess grupp ikkonsolidat li tiegħu huwa wkoll membru l-emittent tal-bonds koperti jew minn entità affiljata mal-istess organu ċentrali li miegħu huwa affiljat ukoll l-emittent tal-bonds koperti;

(c)

jintużaw bħala għodda teknika biex jiġu ttrasferiti ipoteki jew self iggarantit fuq fond immobbli mill-entità li minnha joriġinaw għal ġol-pul ta’ kopertura.

Bonds koperti li kienu fuq il-lista ta’ titoli ggarantiti minn assi eliġibbli mit-28 ta’ Novembru 2012 u li ma kenux jikkonformaw ma’ rekwiżiti (a) sa (c) ser jibqgħu eliġibbli sat-28 ta’ Novembru 2014;

(*)  Bonds b’mandati jew drittijiet simili oħrajn annessi magħhom mhumiex eliġibbli."

(**)  Titolu ggarantit minn assi m’għandux jitqies eliġibbli jekk kwalunkwe mill-assi, li huma parti mill-assi li ġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti li jappoġġaw it-titoli ggarantiti minn assi oriġinaw direttament permezz tal-Istrument ta’ Titolizzazzjoni b’Għan Speċjali (SPV) li joħroġ in-noti ABS."

(***)  Dan ir-rekwiżit ma jeskludix titoli ggarantiti minn assi fejn l-istruttura tal-ħruġ tinkludi żewġ strumenti ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali u r-rekwiżit ta’ ‘bejgħ ta’ veru’ huwa sodisfatt fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali b’mod li l-istrumenti ta’ dejn maħruġin mit-tieni strument ta’ titolizzazzjoni jiġu direttament jew indirettament iggarantiti mill-pul oriġinali ta’ assi u l-fluss kollha ta’ flus kontanti mill-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti jiġi ttrasferiti mill-ewwel għat-tieni strument ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali."

(****)  Din ir-restrizzjoni ma tinkludix swaps użati fi tranżazzjonijiet ta’ titoli ggarantiti minn assi strettament għal finijiet ta’ hedging."

(*****)  Titoli ggarantiti minn assi li ma jikkonformawx ma’ ħtiġijiet ta’ rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self peress illi jikkonsistu minn puls imħalltin ta’ assi sottostanti eteroġenji u/jew ma jikkonformawx ma’ xi wieħed mill-galvi tal-livell ta’ self jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Marzu 2014.”"

4.

Fit-Taqsima 6.2.1.7, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 58 hija mħassra;

5.

Fit-Taqsima 6.2.2, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 60 hija mħassra;

6.

It-Taqsima 6.2.2.1 hija emendata kif ġej:

(a)

il-paragrafu (b) huwa mibdul b’li ġej:

“(b)

It-talba għal kreditu għandha jkollha: (i) ammont prinċipali fiss u mingħajr kundizzjoni; u (i) rata’ ta’ imgħax li ma tistax tirriżulta fi fluss negattiv ta’ fluss kontanti. Dawn il-karatterisitiċi għandhom jinżammu sakemm jinfeda l-obbligu. Barra minn dan, ir-rata ta’ imgħax għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin: (i) tat-tip kupun żero; (ii) fiss; (iii) b’rata mhux fissa marbuta ma’ rata ta’ imgħax ta’ referenza oħra. Barra minn dan, talbiet għal kreditu bir-rata ta’ imgħax tagħhom marbuta mar-rata ta’ inflazzjoni huma wkoll eliġibbli.”;

(b)

il-paragrafu (f) huwa sostitwit b’li ġej:

“(f)

Daqs minimu: Fil-ħin meta tiġi ppreżentata biex tintuża bħala kollateral (tressiq) mill-kontroparti, it-talba għal kreditu għandha tissodisfa limitu minimu fid-daqs. Kull BĊN jista’ japplika daqs minimu tal-għażla tiegħu għal talbiet għal kreditu domestiċi. Għal użu transkonfinali, huwa applikabbli limitu minimu komuni ta’ EUR 500 000.”;

7.

Fit-Taqsima 6.2.3, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Minkejja l-eliġibbiltà tagħhom, banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx l-assi negozjabbli jew mhux negozjabbli li ġejjin bħala kollateral mingħand kontroparti:

(a)

strumenti ta’ dejn li jsiru dovuti fil-futur immedjat; u

(b)

strumenti ta’ dejn bi fluss ta’ introjtu, eż ħlas ta’ kupun, li jseħħ fil-futur immedjat.”;

8.

It-Taqsima 6.2.3.2 hija mibdula b’li ġej:

“6.2.3.2.   Regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli

Assi mhux negozjabbli jistgħu jintużaw bħala assi sottostanti għal tranżazzjonijiet b’lura f’suq miftuħ u għall-faċilità ta’ self marġinali. Huma ma jintużawx fi tranżazzjonijiet diretti tal-Eurosistema. L-assi negozjabbli u mhux negozjabbli kollha jistgħu jintużaw ukoll bħala assi sottostanti għal kreditu intraday.

Irrispettivament mill-fatt li attiv negozjabbli jew mhux negozjabbli jissodisfa l-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà, kontroparti ma tistax tippreżenta bħala kollateral attiv maħruġ jew iggarantit minnu nnifsu jew minn entità oħra li magħha għandha rabtiet mill-qrib (******).

‘Rabtiet mill-qrib’ tfisser kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin fejn il-kontroparti hija marbuta ma’ emittent/debitur/garanti ta’ assi eliġibbli:

(a)

il-kontroparti tippossjedi direttament, jew indirettament, permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-emittent/tad-debitur/tal-garanti;

(b)

l-emittent/id-debitur/il-garanti jippossjedi direttament, jew indirettament, permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-kontroparti;

(c)

terza persuna tippossjedi aktar minn 20 % tal-kapital tal-kontroparti u aktar minn tal-kapital tal-emittent/tad-debitur/tal-garanti, jew direttament jew indirettament, permezz ta’ impriża waħda jew aktar.

Għal finijiet ta’ implimentazzjoni ta’ politika monetarja, b’mod partikolari għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli fir-rigward ta’ rabtiet mill-qrib, l-Eurosistema internament taqsam tagħrif dwar investimenti kapitali mogħti minn awtoritajiet superviżorji għal dan il-għan. It-tagħrif huwa suġġett għall-istess standards ta’ segretezza applikati minn awtoritajiet superviżorji.

Id-dispożizzjonijiet fuq imsemmija dwar ir-rabtiet mill-qrib ma japplikawx lil: (a) rabtiet mill-qrib bejn il-kontroparti u entità fis-settur pubbliku taż-ZEE li għandha d-dritt timponi taxxi, jew fil-każ fejn strument ta’ dejn huwa ggarantit minn entità fis-settur pubbliku taż-ŻEE li għandha d-dritt timponi taxxi; (b) bonds tal-banek koperti maħruġin skont il-kriterji stipulati f’Parti 1, punti 68 sa 70 ta’ Anness VI tad-Direttiva 2006/.48/KE; (c) każijiet fejn strumenti ta’ dejn huma protetti minn salvagwardji legali paragunabbli ma’ dawk l-istrumenti msemmijin f’(b) bħal ma huwa fil-każ ta: (i) RMBDS mhux negozjabbli li mhumiex titoli; jew (ii) bonds tal-banek koperti li jikkonformaw mal-kriterji kollha stipulati f’Parti 1, punti 68 sa 70 ta’ Anness VI tad-Direttiva 2006/48/KE, ħlief għal-limiti fuq is-self garantit fil-pul ta’ kopertura.

Barra minn dan, kontroparti ma tistax tippreżenta bħala kollateral kwalunkwe titolu ggarantit minn assi jekk il-kontroparti (jew kwalunkwe terza persuna li magħha għandha rabtiet mill-qrib) tipprovdi hedge ta’ munita lit-titolu ggarantit minn assi billi tidħol fi tranżazzjoni ta’ hedge ta’ munita mal-emittent bħala kontroparti ta’ hedge jew tipprovdi appoġġ ta’ likwidità għal 20 % jew aktar mill-ammont li għad irid jitħallas tat-titolu abbażi ta’ assi.

L-assi kollha negozjabbli u mhux negozjabbli għandhom ikunu jistgħu jintużaw f’kuntest transkonfinali fiż-żona tal-euro kollha. Dan jimplika illi l-kontropartijiet kollha tal-Eurosistema għandhom ikunu jistgħu jużaw assi eliġibbli jew permezz ta’ rabtiet mal-SSSs domestiċi tagħhom f’każ ta’ assi negozjabbli jew permezz ta’ arranġamenti eliġibbli oħra biex jirċievu kreditu mill-BĊN tal-Istat Membru li fih il-kontroparti huwa stabbilit (ara Taqsima 6.6).

Kontroparti li tippreżenta titolu ggarantit minn assi li għandu rabtiet mill-qrib mal-oriġinatur tal-assi sottostanti tat-titolu ggarantit minn assi għandu jinforma lill-Eurosistema b’kull modifika ppjanata lil dak it-titolu ggarantit minn assi li jista’ jkollha impatt potenzjali fuq il-kwalità tal-kreditu tiegħu, eż bidla fir-rata ta’ imgħax dovuta fuq in-noti, bidla fil-ftehim tas-swap, bidliet fil-kompożizzjoni tas-self sottostanti li mhux stipulati fil-prospett, bidliet fil-prijorità ta’ ħlasijiet. L-Eurosistema għandha tingħata preavviż ta’ xahar għal kull modifika li ser issir lil titolu ggarantit minn assi li jkun ġie ppreżentat. Barra minn dan, meta jiġi ppreżentat it-titolu ggarantit minn assi, il-kontroparti għandha tagħti tagħrif dwar kull modifika li seħħet fis-sitt xhur preċedenti. Skont Taqsima 6.2, l-Eurosistema ma tagħtix preavviż dwar modifika.

Tabella 4

Assi eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal Eurosistema

Kriterji tal-eli[ibbiltà

Assi negozjabbli (1)

Assi mhux negozjabbli (2)

Tip ta’ attiv

Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE.

Strumenti ta’ dejn negozjabbli oħrajn (3)

Talbiet għal kreditu

RMBDs

Standards tal-kreditu

L-attiv għandu jissodisfa standards tal-kreditu għoljin. L-istandards tal-kreditu għoljin jiġu vvalutati permezz tar-regoli ECAF għall-assi negozjabbli (3).

Id-debitur/garanti għandu jissodisfa standards tal-kreditu għoljin. L-affidabbiltà kreditizja hija vvalutata permezz tar-regoli ECAF għalt-talbiet għal kreditu.

L-attiv għandu jissodisfa standards tal-kreditu għoljin. L-istandards tal-kreditu għoljin jiġu vvalutati permezz tar-regoli ECAF għal RMBDs.

Post tal-ħruġ

ŻEE (3)

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Proċeduri għas-saldu/għall-ipproċessar

Post tas-saldu: żona euro.

L-istrumenti għandhom ikunu ddepożitati b’mod ċentralizzat mal-BĊNi bħala entrata f’reġistru jew SSS li jissodisfa l-istandards minimi tal-BĊE.

Proċeduri tal-Eurosistema

Proċeduri tal-Eurosistema

Tip ta’ emittent/debitur/garanti

BĊNi

Settur pubbliku

Settur privat

Istituzzjoniet internazzjonali u supranazzjonali

Settur pubbliku

Korporazzjonijiet mhus finanzjarji

Istituzzjoniet internazzjonali u supranazzjonali

Istituzzjonijiet ta’ kreditu

Post fejn huma stabbiliti l-emittent, id-debitur u l-garanti

Emittent (3): Pajjiżi fiż-ŻEE jew pajjiżi tal-G10 li mhumiex fiż-ŻEE

Debitur: ŻEE

Garanti (3): ŻEE

Żona euro

Żona euro

Swieq aċċettabbli

Swieq regolati

Swieq mhuw regolati aċċettati mill-BĊE

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Munita

Euro

Euro

Euro

Daqs minimu

Mhux applikabbli

Limitu minimu tad-daqs fil-ħin li tiġi ppreżentata it-talba għal kreditu

għal użu domestiku: l-għażla tal-BĊN.

Għal użu transkonfinali: limitu minimu komuni ta’ EUR 500 000 .

Mhux applikabbli

Liġijiet applikabbli

Għal titoli ggarantiti minn assi, l-akkwist tal-assi sosttostanti għandu jkun irregolat mil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE. Il-liġi li tirregola it-talbiet għal kreditu sottostanti għandha tkun il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE.

Liġi applikabbli għall-ftehim dwar it-talba għal kreditu u l-mobilizzazzjoni: il-liġi ta’ Stat Membru

In-numru totali ta’ liġijiet differenti applikabbli lil

(a)

il-kontroparti;

(b)

il-kreditur;

(c)

id-debitur;

(d)

il-garanti (jekk relevanti);

(e)

il-ftehim dwar it-talba għal kreditu; u

(f)

il-ftehim dwar il-mobilizzazzjoni

m’għandux ikun aktar minn tnejn.

Mhux applikabbli

Użu transkonfinali

Iva

Iva

Iva

(******)  F’każ li kontroparti tuża assi li, minħabba identità mal-emittent/mad-debitur/mal-garanti jew l-eżistenza ta’ rabtiet mill-qrib, ma tistax jew ma tistax tibqa’ tużahom biex tikseb kreditu pendenti, hija obbligata li tinnotifika immedjatament dwar dan lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti. L-assi jingħataw valur ta’ żero fid-data tal-valutazzjoni li jmiss u jista’ jiġi skattat appell għaż-żamma tal-marġini (ara wkoll Appendiċi 6). Barra minn dan, il-kontroparti għandha tneħħi l-attiv fl-aktar data bikrija possibbli.”;"

9.

Fit-Taqsima 6.3.2, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 72 hija mħassra;

10.

Fit-Taqsima 6.3.4.1, qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

“ECAI li tipparteċipa fl-ECAF hija suġġetta għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Eurosistema (ara Taqsima 6.3.5). Flimkien mad-dejta dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni li tiġi ppreżentata, għandha tiġi ppreżentata wkoll ċertifikazzjoni ffirmata miċ-CEO, jew minn firmatarju awtorizzat li huwa responsabbli għall-funzjoni tal-verifika jew tal-konformità fi ħdan l-ECAI, tal-ECAI li tikkonferma l-preċiżjoni u l-validità tat-tagħrif dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni.”;

11.

Fit-Taqsima 6.3.4.4, it-tielet subparagrafu huwa mibdul b’li ġej:

“Fornitur RT li jipparteċipa fl-ECAF jeħtieġ li jissuġġetta ruħu permezz ta’ ftehim għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Eurosistema (*******) (ara Taqsima 6.3.5). Il-fornitur RT huwa obbligat li jistabbilixxi u jżomm l-infrastruttura neċessarja għall-monitoraġġ tal-pul statiku. Il-kostruzzjoni u l-valutazzjoni tal-pul statiku jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni taħt l-ECAF. Il-fornitur RT irid jintrabat li jinforma lill-Eurosistema bir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni malli tkun twettqet mill-fornitur RT. Flimkien mad-dejta dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni li tiġi ppreżentata, għandha tiġi ppreżentata wkoll ċertifikazzjoni ffirmata miċ-CEO, jew minn firmatarju awtorizzat li huwa responsabbli għall-funzjoni tal-verifika jew tal-konformità fi ħdan l-RT, li tikkonferma l-preċiżjoni u l-validità tat-tagħrif dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni. Huma għandhom jintrabtu li jżommu rekords interni dwar il-puls statiċi u d-dettalji tal-inadempjenzi għal ħames snin.

(*******)  Il-kontroparti għandha tinforma lill-fornitur RP minnufih b’kull avveniment kreditizju li jista’ jindika deterjorazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.”;"

12.

Is-Sezzjoni 6.3.5 hija mibdula b’li ġej:

“6.3.5.   Monitoraġġ tal-prestazzjoni għal sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu

Is-sistemi kollha ta’ valutazzjoni tal-kreditu huma suġġetti għal monitoraġġ tal-prestazzjoni fi ħdan l-ECAF. Għal kull sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu, il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ECAF jikkonsisti minn paragun annwali ex post ta: (a) ir-rati ta’ inadempjenza osservati għall-entitajiet kollha eliġibbli u l-istrumenti kklassifikati mis-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu, fejn dawn l-entitajiet u l-istrumenti huma miġburin f’puls statiċi ibbażati fuq ċerti karatteristiċi, eż. klassifikazzjoni tal-kreditu, klassi ta’ assi, settur tal-industrija, mudell ta’ valutazzjoni tal-kreditu; u (b) il-limitu minimu xieraq tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema mogħti mill-punt ta’ referenza PD (żewġ punti ta’ referenza PD huma meqjusa: PD ta’ 0,10 % fuq żmien sena li huwa meqjus ekwivalenti għal valutazzjoni tal-kreditu ta’ step 3 tal-kwalità tal-kreditu tal-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema). L-għan ta’ dan il-proċess huwa li jiżgura illi l-immappjar tal-klassifikazzjonijiet mogħtija mis-sistema tal-valutazzjoni tal-kreditu lill-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema jibqgħu xierqa u li r-riżultati mill-valutazzjonijiet tal-kredtu huma paragunabbli bejn is-sistemi u s-sorsi.

L-ewwel element tal-proċess huwa l-kompilazzjoni annwali mill-fornitur tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-lista ta’ entitajiet u strumenti b’valutazzjonijiet tal-kreditu li jissodisfaw il-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema fil-bidu tal-perijodu ta’ monitoraġġ. Din il-lista għandha mbagħad tkun ippreżentata mill-fornitur tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu lill-Eurosistema, permezz tal-galvu pprovdut mill-Eurosistema, li jinkludi oqsma fir-rigward tal-identifikazzjoni, il-klassifikazzjoni u l-valutazzjoni. It-tieni element tal-proċess iseħħ fl-aħħar tal-perijodu ta’ monitoraġġ ta’ 12-il xahar meta l-fornitur tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu jaġġorna d-dejta dwar il-prestazzjoni għall-entitajiet u l-istrumenti fuq il-lista. L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li titlob kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jitwettaq monitoraġġ tal-prestazzjoni.

Ir-rata ta’ inadempjenza osservata tal-puls statiċi ta’ sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu rreġistrata fuq perijodu ta’ sena sservi bħala kontribut għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ECAF, li jinkludi regola annwali u valutazzjoni ta’ aktar minn perijodu wieħed. F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti bejn ir-rata ta’ inadempjenza osservata tal-puls statiċi u l-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu fuq perijodu annwali u/jew multi-annwali. L-Eurosistema tikkonsulta mal-fornitur tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu biex tivvaluta r-raġunijiet għal dik id-devjazzjoni. Din il-proċedura tista’ tirriżulta f’korrezzjoni tal-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu applikabbli lis-sistema in kwistjoni.

L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi li tissospendi jew teskludi s-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu fejn l-ebda titjib fil-prestazzjoni ma jiġi osservat fuq numru ta’ snin. Barra minn dan, f’każ ta’ ksur tar-regoli dwar l-ECAF, is-sistema tal-valutazzjoni tal-kreditu tiġi eskluża mill-ECAF. Jekk tagħrif mhux preċiż jew mhux komplut jiġi mogħti minn rappreżentant tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni, l-Eurosistema tista’ tastjeni mill-esklużjoni f’każ ta’ irregolaritajiet minuri.”;

13.

It-Taqsima 6.4.2 hija emendata kif ġej:

(a)

punt (f) huwa mħassar;

(b)

it-tabella 8 hija mħassra;

14.

Fit-Taqsima 6.5.1, il-paragrafi (a) u (b) huma mibdulin b’li ġej:

“(a)

Għal kull attiv negozjabbli eliġibbli, l-Eurosistema tiddefinixxi l-aktar prezz rappreżentattiv li għandu jintuża għall-kalkolazzjoni tal-valur tas-suq.

(b)

Il-valur ta’ attiv negozjabbli huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-aktar rpezz rappreżentattiv fil-jum tan-negozju li jippreċedi d-data tal-valutazzjoni. Fin-nuqqas ta’ prezz rappreżentattiv għal attiv partikolari fil-jum tan-negozju li jippreċedi d-data tal-valutazzjoni, l-Eurosistema tiddefinixxi prezz teoretiku.”;

15.

Fl-Appendiċi 6, it-Taqsima 1 tinbidel b’li gej:

“1.   Penalitajiet Finanzjarji

Jekk kontroparti tikser ir-regoli dwar sejħiet għal offerti (********), tranżazzjonijiet bilaterali (*********), l-użu ta’ assi sottostanti (**********), proċeduri ta’ tmiem il-jum jew kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali (***********), l-Eurosistema tapplika penalitajiet finanzjarji kif ġej:

(a)

Għal ksur ta’ regoli fir-rigward ta’ sejħiet għal offerti, tranżazzjonijiet bilaterali u l-użu ta’ assi sottostanti, għall-ewwel u t-tieni ksur li jseħħu fi żmien 12-il xahar għandha tiġi applikata penalità finanzjarja għal kull ksur. Il-penalitajiet finanzjarji huma kkalkolati billi tintuża r-rata ta’ self marġinali li kienet applikabbli meta beda l-ksur biż-żieda ta’ 2,5 punti ta’ persentaġġ.

(i)

Għal ksur ta’ regoli fir-rigward ta’ sejħiet għal offerti u tranżazzjonijiet bilaterali, il-penalitajiet finanzjarji jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ammont ta’ kollateral jew kontanti illi l-kontroparti ma setgħetx tagħmel saldu tagħhom, immoltiplikat bil-koeffiċjenti X/360, fejn X huwa n-numru ta’ jiem tal-kalendarju, b’massimu ta’ sebgħa, li matulhom il-kontroparti ma setgħetx tikkollateralizza jew tforni l-ammont allokat matul il-maturità ta’ operazzjoni. Tapplika penalità fissa ta’ EUR 500 fejn il-kalkolazzjoni tirrizulta f’ammont ta’ anqas minn EUR 500; u

(ii)

Għal ksur ta’ regoli fir-rigward tal-użu ta’ assi sottostanti (************), il-penalitajiet finanzjarji jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ammont ta’ assi ineliġibbli, jew assi li ma jistgħux jintużaw mill-kontroparti, illi huma jew: ipprovduti mill-kontroparti lil BĊN jew lill-BĊE; jew mhux imneħħija mill-kontroparti sa jew qabel il-bidu tat-tmiem jum tal-kalendarju wara li jkun seħħ illi l-assi eliġibbli jsiru ineliġibbli jew ma jistgħux jibqgħu jintużaw mill-kontroparti, immoltiplikat bil-koeffiċjenti X/360. Fejn X huwa n-numru ta’ jiem tal-kalendarju, b’massimu ta’ sebgħa, li matulhom il-kontroparti kienet qed tikser ir-regoli fir-rigward tal-użu ta’ assi sottostanti. Tapplika penalità fissa ta’ EUR 500 fejn il-kalkolazzjoni tirrizulta f’ammont ta’ anqas minn EUR 500.

(b)

L-ewwel darba li jinkisru r-regoli għall-proċeduri ta’ tmiem il-jum jew għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali, il-penalitajiet finanzjarji applikabbli jiġu kkalkolati bl-użu tar-rata ta’ self marġinali li kienet applikabbli meta beda l-ksur biż-żieda ta 5 punti ta’ persentaġġ. Għal ksur repetut, ir-rata ta’ imgħax tal-penalità tiżdied b’2,5 punti ta’ persentaġġ oħra kull darba li dan iseħħ fi żmien 12-il xahar, ikkalkolata fuq il-bażi tal-ammont tal-aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità ta’ self marġinali. Tapplika penalità fissa ta’ EUR 500 fejn il-kalkolazzjoni tirrizulta f’ammont ta’ anqas minn EUR 500.”

(********)  Dan japplika jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċenti ta’ assi sottostanti jew flus kontanti (fejn applikabbli, fir-rigward ta’ appell ta’ marġini) biex isir saldu fil-jum tas-saldu, jew biex jiġi kkollateralizzat, sal-maturità tal-operazzjoni permezz ta’ appelli ta’ marġini korrispondenti, l-ammont ta’ likwidità li tkun ġiet allokata f’operazzjoni li tipprovdi l-likwidità, jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċenti ta’ flus kontanti biex isir saldu tal-ammont li tkun ġiet allokata f’operazzjoni li tassorbi l-likwidità."

(*********)  Dan japplika jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċenti ta’ assi sottostanti eliġibbli jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċenti ta’ flus kontanti biex isir saldu tal-ammont miftiehem fi tranżazzjonijiet bilaterali, jew jekk tonqos milli tikkollateralizza tranżazzjoni bilaterali li għad trid issir sal-maturità tagħha permezz ta’ appelli ta’ marġini korrispondenti."

(**********)  Dan japplika jekk kontroparti qed tuża assi li huma jew li saru ineliġibbli jew li ma jistgħux jintużaw mill-kontroparti, eż. minħabba rabtiet mill-qrib bejn, jew l-identità ta’, l-emittent/il-garanti u l-kontroparti."

(***********)  Dan japplika jekk kontroparti jkollha bilanċ negattiv fuq l-ammont tas-saldu fi tmiem il-jum u ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali."

(************)  Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll fejn: (a) il-kontroparti qed tuża assi ineliġibbli jew tat informazzjoni li teffettwa l-valur tal-kollateral b’mod negattiv, eż dwar l-ammont li għad irid jitħallas ta’ talba ta’ kreditu użata li hija jew li kienet falsa jew skaduta; jew (b) il-kontroparti qed tuża assi li huma ineliġibbli minħabba rabtiet mill-qrib bejn l-emittent/il-garanti u l-kontroparti.”;"

16.

L-Appendiċi 7 huwa mibdul b’li ġej:

“Appendiċi 7

ĦOLQIEN TA’ TITOLU VALIDU FUQ TALBIET TA’ KREDITU

Biex jiġi żgurat illi jinħoloq interess f’titolu validu fuq talbiet ta’ kreditu u li t-talbiet ta’ kreditu jistgħu isiru malajr f’każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti, iridu jiġu sodisfatti r-rekwiżiti legali addizzjonali li ġejjin:

(a)

Verifika tal-eżistenza ta’ talbiet ta’ kreditu: Bħala minimu, BĊNi għandhom jużaw il-miżuri addizzjonali li ġejjin biex jivverifikaw l-eżistenza ta’ talbiet ta’ kreditu ppreżentati lill-Eurosistema bħala kollateral: (i) ċertifikazzjoni minnha stess u l-impenn tal-kontroparti mal-BĊN, tal-anqas kull trimestru, li tikkonferma l-eżistenza ta’ talbiet ta’ kreditu ppreżentati bħala kollateral, li jistgħu jiġu sostitwiti minn kross-verifiki ta’ informazzjoni miżmuma f’reġistri tal-kreditu ċentrali, fejn dawn jeżistu; (ii) verifika ta’ darba minn BĊNi, superviżuri jew awdituri esterni tal-proċeduri użati mill-kontroparti biex tippreżenta l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ talbiet ta’ kreditu lill-Eurosistema; (iii) verifiki għall-għarrieda mill-BĊNi, reġistri tal-kreditu relevanti, superviżuri jew awdituri esterni dwar l-kwalità u l-preċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni minnhom stess.

Iċ-ċertifikazzjoni minnhom stess fuq bażi trimestrali u l-impenn taħt (i) aktar ‘il fuq jinkludu r-rekwiżit li l-kontropartijiet tal-Eurosistema jagħmlu dan li ġej bil-miktub:

(i)

jikkonfermaw u jiggarantixxu l-konformità ta’ talbiet ta’ kreditu ppreżentati lil BĊN mal-kriterji tal-eliġibbiltà applikati mill-Eurosistema;

(ii)

jikkonfermaw u jiggarantixxu illi ebda talba ta’ kreditu ppreżentata bħala attiv sottostanti ma tintuża fl-istess ħin bħala kollateral għall-benefiċċju ta’ xi terza persuna u jimpenjaw ruħhom illi l-kontroparti ma tressaqx xi talba għal kreditu bħala kollateral lil xi terza persuna;

(iii)

jikkonfermaw u jiggarantixxu illi jikkomunikaw immedjatament lill-BĊN, imma mhux aktar tard minn matul il-jum ta’ negozju li jmiss, kull avveniment illi jeffettwa b’mod materjali r-relazzjoni kuntrattwali attwali bejn il-kontroparti u l-BĊN relevanti, b’mod partikolari ħlasijiet lura li huma bikrija, parzjali jew totali, downgrades u bidliet materjali fil-kundizzjonijiet tat-talba ta’ kreditu.

Biex dawn il-kontrolli jseħħu skont (ii) u (ii), is-superviżuri, il-BĊNi jew l-awdituri esterni għandhom ikunu awtorizzati biex jagħmlu din l-investigazzjoni, permezz ta’ kuntratt jekk meħtieġ jew skont ir-rekwiżiti nazzjonali applikabbli.

(b)

Validità tal-ftehim biex jitressqu talbiet ta’ kreditu; Il-ftehim biex titressaq talba ta’ kreditu bħala kollateral trid ukoll tkun valida bejn il-partijiet (min jittrasferixxi u d-destinatarju tat-trasferiment) fil-liġi nazzjonali. Il-formalitajiet legali l-oħra kollha neċessarji biex tiġi żgurata l-validità tal-ftehim u biex jiġi żgurat li talba ta’ kreditu titressaq bħala kollateral, minbarra n-notifika u r-reġistrazzjoni, għandhom ikunu sodisfatti.

(c)

Effett sħiħ tat-tressiq fir-rigward ta’ terzi persuni: fir-rigward tan-notifika tad-debitur dwar it-tressiq ta’ talba ta’ kreditu bħala kollateral, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-ġurisdizzjonijiet differenti involuti, huma meħtieġa dawn li ġejjin:

(i)

F’ċerti Stati Membri fejn in-notifika ta’ debitur tat-tressiq ta’ talba ta’ kreditu bħala kollateral hija meħtieġa sabiex tkun effettiva bis-sħiħ fir-rigward ta’ terzi persuni, u b’mod partikolari għall-prijorità tal-interess tat-titolu tal-BĊN fir-rigward ta’ kredituri oħrajn, kif speċifikat mid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli, notifika ex ante tad-debitur hija meħtieġa bil-quddiem jew fil-ħin li jsir it-tressiq attwali tat-talba ta’ kreditu bħala kollateral;

(ii)

Fi Stati Membri oħrajn fejn ir-reġistrazzjoni pubblika tat-tressiq ta’ talba ta’ kreditu bħala kollateral hija meħtieġa sabiex tkun effettiva bis-sħiħ fir-rigward ta’ terzi persuni, u b’mod partikolari għall-prijorità tal-interess tat-titolu tal-BĊN fir-rigward ta’ kredituri oħrajn, kif speċifikat mid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli, din ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa bil-quddiem jew fil-ħin li jsir it-tressiq attwali tat-talba ta’ kreditu bħala kollateral;

(iii)

Finalment, fi Stati Membri fejn notifika ex ante tad-debitur jew ir-reġistrazzjoni pubblika tat-tressiq ta’ talba ta’ kreditu bħala kollateral mhijiex meħtieġa skont (i) u (ii), kif speċifikat minn dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli, hija meħtieġa notifika ex post tad-debitur. Notifika ex post tad-debitur teħtieġ illi d-debitur jiġi notifikat mill-kontroparti tal-BĊN (kif speċifikat mid-dokumentazzjoni nazzjonali) dwar it-tressiq ta’ talba ta’ kreditu bħala kollateral mill-kontroparti għall-benefiċċju tal-BĊN immedjatament wara avveniment kreditizju. ‘Avveniment kreditizju’ tfisser inadempjenza jew avvenimenti simili kif definit aktar mid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli.

Ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ notifika f’każijiet fejn it-talbiet ta’ kreditu huma strumenti bearer li għalihom il-liġi nazzjonali applikabbli ma teħtieġx notifika. F’dawn il-każijiet, il-BĊN konċernat jista’ jeħtieġ illi dawn l-istrumenti bearer jiġu trasferiti fiżikament lilu jew lil terza persuna bil-quddiem jew fil-ħin tat-tressiq attwali bħala kollateral.

Il-fuq imsemmija huma rekwiżiti minimi. BĊNi jistgħu jiddeċiedu li jeħtieġu notifika ex ante jew reġistrazzjoni minbarra l-każijiet fuq imsemmija, kif speċifikat minn dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli.

Il-formalitajiet legali oħrajn neċessarji biex jiġi żgurat it-tressiq ta’ talba ta’ kreditu bħala kollateral, minbarra n-notifika u r-reġistrazzjoni, għandhom ikunu sodisfatti.

(d)

Assenza ta’ restrizzjonijiet marbutin mas-segretezza bankarja u l-kunfidenzjalità: Il-kontroparti m’għandhiex tkun taħt obbligu biex tikseb l-approvazzjoni tad-debitur għall-iżvelar ta’ informazzjoni dwar it-talba ta’ kreditu u d-debitur li hija meħtieġa mill-Eurosistema għall-finijiet li jiġi żgurat illi jinħoloq titolu validu fuq talbiet ta’ kreditu u li t-talbiet ta’ kreditu jistgħu jimmaterjalizzaw b’ħeffa f’każ ta’ inadempjenza ta’ kotnroparti. Il-kontroparti u d-debitur għandhom jaqblu b’mod kuntrattwali illi d-debitur, mingħajr ebda kundizzjoni, jaċċetta l-iżvelar lill-Eurosistema ta’ dawn id-dettalji dwar it-talba ta’ kreditu u d-debitur. Ebda provvediment bħal dan ma huwa meħtieġ jekk ma hemm ebda regoli li jirrestrinġu l-għoti ta’ informazzjoni bħal din taħt il-liġi nazzjonali, kif speċifikat fid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli.

(e)

Nuqqas ta’ restrizzjonijiet dwar it-tressiq tat-talba ta’ kreditu: Il-kontropartijiet għandhom jiżguraw illi talbiet ta’ kreditu huma trasferibbli bis-sħiħ u jistgħu jitressqu mingħajr restrizzjoni bħala kollateral għall-benefiċċju tal-Eurosistema. M’għandu jkun hemm ebda dispożizzjonijiet restrittivi dwar it-tressiq fil-ftehim dwar it-talba ta’ kreditu jew f’arranġamenti kuntrattwali oħrajn bejn il-kontroparti u d-debitur, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistipulax illi restrizzjonijiet kuntrattwali bħal dawn huma mingħajr preġudizzju għall-Eurosistema fir-rigward tat-tressiq ta’ kollateral.

(f)

Nuqqas ta’ restrizzjonijiet fuq ir-realizzazzjoni tat-talba ta’ kreditu: Il-ftehim dwar it-talba ta’ kreditu jew arranġamenti kuntrattwali oħrajn bejn il-kontroparti u d-debitur m’għandhomx ikun fihom restrizzjonijiet fir-rigward tar-realizzazzjoni tat-talba ta’kreditu użata bħala kollateral, inkluż kull forma, ħin jew rekwiżit ieħor fir-rigward tar-realizzazzjoni.”;

17.

L-Appendiċi 8 li ġej huwa miżjud:

“Appendiċi 8

REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR TA’ DEJTA DWAR IL-LIVELL TA’ SELF GĦAL TITOLI GGARANTITI MINN ASSI

Dejta dwar il-livell ta’ self tiġi ppreżentata lil u ppubblikata elettronikament fir-repożitorju tad-dejta dwar il-livell ta’ self b’konformità mar-rekwiżiti tal-Eurosistema, inter alia, aċċess miftuħ, kopertura, non-diskriminazzjoni, struttura ta’ governanza xierqa, trasparenza, u indikata bħala tali mill-BĊE, skont ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Appendiċi. Għal dan il-għan, jintuza l-galvu relevanti għar-rappurtar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self għal kull tranżazzjoni individwali, skont il-klassi ta’ assi li tinkludi l-pul ta’ assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti (*************).

Id-dejta dwar il-livell ta’ self għandu jiġi rappurtat tal-anqas fuq bażi trimestrali, mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha hu dovut il-ħlas ta’ imgħax fuq it-titolu ggarantit minn assi in kwistjoni. Jekk dejta dwar il-livell ta’ self ma tiġix irrappurtata jew aġġornata fi żmien xahar wara id-data tal-ħlas tar-rata ta’ imgħax relevanti, allura t-titolu ggarantit minn assi ma jibqax eliġibbli. Sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, ir-repożitorju ta’ dejta dwar il-livell ta’ self għandu jagħmel kontrolli awtomatizzati tal-konsistenza u l-preċiżjoni fuq rapporti ta’ dejta dwar il-livell ta’ self li hija ġdida u/jew aġġornata għal kull tranżazzjoni.

Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self għal titoli ggarantiti minn assi, jiġifieri il-klassi ta’ assi relevanti skont il-galvu, informazzjoni dettaljata fir-rigward tal-pul ta’ assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti fuq livell ta’ self b’self għandu jingħata biex titolu ggarantit minn assi isir jew jibqa’ eliġibbli. Fi żmien tliet xhur it-tiolu ggarantit minn assi għandu jikseb livell ta’ konformità minimu obbligatorju, ivvalutat b’referenza għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’oqsma ta’ dejta partikolari tal-galvu għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self. Sabiex jinqabdu oqsma li mhumiex disponibbli, sett ta’ sitt opzjonijiet ‘Ebda dejta’ (ND –No data) huwa inkluż f’kull galvu ta’ dan it-tip u għandhom jintużaw kull meta dejta partikoalri ma tistax tiġi ppreżentata skont il-galvu. Hemm ukoll is-seba’ opzjoni ND li tapplika biss għall-galvu CMBS.

L-opzjonijiet ND u t-tifsiriet tagħhom huma stipulati fit-tabella li ġejja:

Opzjonijiet ‘Ebda dejta’

Spjegazzjoni

ND1

Dejta mhux miġbura għax mhux meħtieġa mill-kriterji ta’ sottoskrizzjoni

ND2

Dejta miġbura fl-applikazzjoni imma mhux mitfuha fis-sistema ta’ rapportar meta titlesta.

ND3

Dejta miġbura fl-applikazzjoni imma mitfuha f’sistema separata minn dik ta’ rapportar

ND4

Dejta miġbura imma disponibbli biss minn SSSS-XX

ND5

Mhux relevanti

ND6

Mhux applikabbli għall-ġurisdizzjoni

ND7

Għal self CMBS biss b’valur ta’ anqas minn EUR 500 000 , jiġifieri l-valur tal-bilanċ kollu tas-self kummerċjali meta oriġina

Il-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur li ġej japplika lit-titoli kollha ggarantiti minn assi (ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self japplikaw għall-klassi ta’ assi relevanti skont id-data):

l-ewwel trimestru wara d-data li fiha japplikaw ir-rekwiżiti huwa perijodu ta’ prova. Dejta dwar il-livell ta’ self għandha tiġi rapportata, iżda ma hemm ebda limiti speċifiċi fir-rigward tan-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND1 sa ND7,

fit-tieni trimestru, in-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND1 ma jistgħux jaqbżu 30 % tan-numru totali ta’ oqsma obbligatorji u n-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND2, ND3 jew ND4 ma jistgħux jaqbżu 40 % tan-numru totali ta’ oqsma obbligatorji,

fit-tieni trimestru, in-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND1 ma jistgħux jaqbżu 10 % tan-numru totali ta’ oqsma obbligatorji u n-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND2, ND3 jew ND4 ma jistgħux jaqbżu 20 % tan-numru totali ta’ oqsma obbligatorji,

fi tmiem il-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur, m’għandux ikun hemm oqsma obbligatorji fid-dejta dwar il-livell ta’ self li jkun fih valuri ND1, ND2, ND3 jew ND4 għal tranżazzjoni individwali.

Bl-applikazzjoni ta’ dawn il-limiti minimi, ir-repożitorju tad-dejta dwar il-livell ta’ self ser jiġġenera u jassenja punteġġ lil kull tranżazzjoni ta’ titolu ggarantit minn assi malli tiġi ppreżentata u pproċessata d-dejta dwar il-livell ta’ self. Dan il-punteġġ ser jirrifletti n-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND1 u n-numru ta’ oqsma obbligatorji li fihom ND2, ND3 jew ND4, f’kull każ ipparagunati man-numru totali ta’ oqsma obbligatorji. F’dan ir-rigward, l-opzjonijiet ND5, ND6 u ND7 jistgħu jintużaw biss jew l-oqsma ta’ dejta relevanti fil-galvu għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self jippermettu dan. Il-kombinazzjoni tar-referenzi għaż-żewġ limiti minimi tipproduċi l-firxa li ġejja ta’ punteġġi tad-dejta dwar il-livell ta’ self:

Matriċi tal-valur tal-punteġġ

Oqsma ND1

0

≤ 10 %

≤ 30 %

> 30 %

ND2

jew

ND3

jew

ND4

0

A1

B1

C1

D1

≤ 20 %

A2

B2

C2

D2

≤ 40 %

A3

B3

C3

D3

> 40 %

A4

B4

C4

D4

Skont il-perijodu tranżitorju stipulat aktar ’il fuq, il-punteġġ għandu jitjieb b’mod gradwali għal kull trimestru, skont il-ħarsa ġenerali li ġejja:

Kronoloġija

Valur tal-punteġġ (trattament ta’ eliġibbiltà)

l-ewwel trimestru (preżentazzjoni inizzjali)

(ebda limitu minimu infurzat)

it-tieni trimestru

C3 (bħala miminu)

it-tielet trimestru

B2 (bħala miminu)

mir-raba’ trimestru ’l quddiem

A1

Għal titoli ggarantiti minn ipoteki residenzjali (RMBS — residential-mortgage backed securities), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni self b’self għandhom japplikaw mit-3 ta’ Jannar 2013 u l-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur jintemm fit-30 ta’ Settembru 2013.

Għal titoli ggarantiti minn assi fejn l-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti jinkludu self lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni self b’self ser japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012 u l-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur jintemm fit-30 ta’ Settembru 2013.

Għal titoli ggarantiti minn ipoteki kummerċjali (CMBS commercial mortgage-backed securities), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni self b’self għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2013 u l-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur jintemm fit-30 ta’ Novembru 2013.

Għal titoli ggarantiti minn assi fejn l-assi li jiġġeneraw il-fluss ta’ flus kontanti jinkludu self lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni self b’self ser japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012 u l-perijodu tranżitorju ta’ disa’ xhur jintemm fit-30 ta’ Settembru 2014.

Titoli ggarantiti minn assi maħruġin aktar tard minn disa’ xhur wara d-data li fiha japplikaw ir-rekwiżiti ġodda ta’ rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self (**************) għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ rapportar sa mil-preżentazzjoni inizzjali ta’ dejta dwar il-livell ta’ self, jiġifieri mal-ħruġ. Tranżazzjonijiet ta’ titoli ggarantiti minn assi li diġa’ jeżistu u li ma jikkonformawx ma’ xi wieħed mill-galvi għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self ser jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Marzu 2014. L-Eurosistema ser tivvaluta każ b’każ jekk titolu partikolari ggarantit minn assi jistax jibbenefika minn din id-dispożizzjoni ta’ anterjorità.


(1)  Aktar dettalji huma stipulati f’Taqsima 6.2.1.

(2)  Aktar dettalji huma stipulati f’Taqsima 6.2.2.

(3)  L-istandards tal-kreditu ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli mhux ikklassifikati maħruġin jew iggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji hija determianta fuq il-bażi tas-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu magħżul mill-kontroparti relevanti skont ir-regoli ECAF applikabli għal talbiet għal kreditu, kif stipulate fit-Taqsima 6.3.3. Fil-każ ta’ dawn l-istruemnti ta’ dejn negozjabbli, ġew emendati il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli li ġejjin: il-post fejn huwa stabbilit l-emittent/il-garanti: żona euro; post tal-ħruġ: żona euro.

(*************)  Il-verżjonijiet relevanti tal-galvi għar-rapportar ta’ dejta dwar il-livell ta’ self għall-klassijiet ta’ assi speċifiċi huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE.

(**************)  jiġifieri fit-30 ta’ Settembru 2013 għal RMBS u SME, it-30 ta’ Novembru 2013 għal CMBS u t-30 ta’ Settembru 2014 għal self għax-xiri ta’ karozzi, self għal finanzjament tal-konsumatur jew ammonti riċevibbli għal kiri.”